This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010R1000-20110101
Commission Regulation (EU) No 1000/2010 of 3 November 2010 derogating from Regulations (EC) No 2402/96, (EC) No 2058/96, (EC) No 2305/2003, (EC) No 969/2006, (EC) No 1918/2006, (EC) No 1964/2006, (EC) No 27/2008, (EC) No 1067/2008 and (EC) No 828/2009 as regards the dates for lodging import licence applications and issuing import licences in 2011 under tariff quotas for sweet potatoes, manioc starch, manioc, cereals, rice, sugar and olive oil and derogating from Regulations (EC) No 382/2008, (EC) No 1518/2003, (EC) No 596/2004, (EC) No 633/2004 and (EC) No 951/2006 as regards the dates for issuing export licences in 2011 in the beef and veal, pigmeat, eggs, poultrymeat and out-of-quota sugar and isoglucose sectors
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1000/2010 tat- 3 ta’ Novembru 2010 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet [tal-applikazzjonijiet] u l-ħruġ ta’ ċertifikati [liċenzji] tal-importazzjoni fl-2011 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat [lamtu] tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004 u (KE) Nru 951/2006 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq [għall-ħruġ] taċ-ċertifikati [tal-liċenzji] tal-esportazzjoni fl-2011 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga [u vitella], tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1000/2010 tat- 3 ta’ Novembru 2010 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet [tal-applikazzjonijiet] u l-ħruġ ta’ ċertifikati [liċenzji] tal-importazzjoni fl-2011 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat [lamtu] tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004 u (KE) Nru 951/2006 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq [għall-ħruġ] taċ-ċertifikati [tal-liċenzji] tal-esportazzjoni fl-2011 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga [u vitella], tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota
2010R1000 — MT — 01.01.2011 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1000/2010 tat-3 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 290, 6.11.2010, p.26) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta’ Novembru 2010 |
L 310 |
3 |
26.11.2010 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1000/2010
tat-3 ta’ Novembru 2010
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet [tal-applikazzjonijiet] u l-ħruġ ta’ ċertifikati [liċenzji] tal-importazzjoni fl-2011 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat [lamtu] tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004 u (KE) Nru 951/2006 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq [għall-ħruġ] taċ-ċertifikati [tal-liċenzji] tal-esportazzjoni fl-2011 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga [u vitella], tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta’ Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠTK (GATT) XXIV.6 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 3 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 61, 144(1), 148, 156 u 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika ( 4 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal- 31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u Nru 964/2007 ( 5 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta’ Diċembru tal-1996 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli amministrattivi għal ċerti kwoti annwali ta’ tariffi għal patata ħelwa u karboidrat manjoku ( 6 ) jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014, min-naħa l-waħda, u tal-lamtu tal-manjoka skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065, min-naħa l-oħra. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2008 tal-15 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi annwali għall-prodotti regolati b’kodiċi NM 0714 10 91, 0714 10 99 u 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja ( 7 ) jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, għall-prodotti li jikkonċerna, skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 8 ), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali [tariffarja] għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi ( 9 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi ( 10 ) jipprovdu għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125, tax-xgħir skont il-kwota 09.4126 u tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 ( 11 ) u r- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 ( 12 ) jipprovdu għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 u tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali ( 13 ), jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija ( 14 ) jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa skont il-kwota 09.4032. |
(7) |
Minħabba l-btajjel għas-sena 2011, għandhom isiru derogi, f’ċerti perjodi, mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, sabiex tkun tista’ tiġi żgurata l-konformità mal-volumi tal-kwoti kkonċernati. |
(8) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella ( 15 ), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 iniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal ( 16 ), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd ( 17 ) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ( 18 ), jipprovdu li l-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu l-Erbgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f’dan it-terminu. |
(9) |
L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor ( 19 ), jipprovdi li l-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota għandhom jibdew jinħarġu mill-Ġimgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f’dan it-terminu. |
(10) |
Minħabba l-btajjel għas-sena 2011 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li l-perjodu minn meta jitressqu l-applikazzjonijiet u l-jum meta jinħarġu l-liċenzji jkun qasir wisq biex jiżgura ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż. |
(11) |
Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/2009 ( 20 ), li jidderoga minn ċerti Regolamenti f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fl-2010 għandu jiġi rrevokat. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
▼M1 —————
Artikolu 4
Ċereali
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
3. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrun skont il-kwota 09.4131 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Artikolu 5
Ross
1. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2058/96, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2011 fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2011 fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Artikolu 6
Zokkor
B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti tas-settur taz-zokkor skont il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247, ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell, u sal-Ġimgħa 30 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Artikolu 7
Żejt taż-żebbuġa
B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li l-applikazzjonijiet għalihom ikunu tressqu matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness, bla ħsara għall-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
Artikolu 8
Liċenzji tal-esportazzjoni b’rifużjonijiet għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 u mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, il-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness.
Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika biss meta l-ebda miżura partikolari pprovduta fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 u fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, ma tkun ittieħdet qabel dawk id-dati tal-ħruġ.
Artikolu 9
Zokkor u isoglukożju barra mill-kwota
B’deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness VI għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jinsabu f’dak l-Anness.
Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika biss meta l-ebda miżura partikolari pprovduta fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ma tkun ittieħdet qabel dawk id-dati tal-ħruġ.
Artikolu 10
Ir-Regolament (KE) Nru 1157/2009 għandu jiġi rrevokat b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2010.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014 għal ċerti perjodi tas-sena 2011
Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet |
Dati tal-ħruġ tal-liċenzji |
It-Tlieta 19 ta’ April 2011 |
Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011 |
It-Tlieta 3 ta’ Mejju 2011 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011 |
It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2011 |
Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011 |
It-Tlieta 19 ta’ Lulju 2011 |
L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011 |
It-Tlieta 9 ta’ Awwissu 2011 |
L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011 |
It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011 |
Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011 |
ANNESS II
Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoka skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065 għal ċerti perjodi tas-sena 2011
Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet |
Dati tal-ħruġ tal-liċenzji |
It-Tlieta 19 ta’ April 2011 |
Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011 |
It-Tlieta 3 ta’ Mejju 2011 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011 |
It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2011 |
Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011 |
It-Tlieta 19 ta’ Lulju 2011 |
L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011 |
It-Tlieta 9 ta’ Awwissu 2011 |
L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011 |
It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011 |
Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011 |
ANNESS III
Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-manjoka skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021 għal ċerti perjodi tas-sena 2011
Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet |
Dati tal-ħruġ tal-liċenzji |
It-Tnejn 18, It-Tlieta 19 u L-Erbgħa 20 ta’ April 2011 |
Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011 |
It-Tnejn 2, It-Tlieta 3 u L-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2011 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011 |
It-Tnejn 30, It-Tlieta 31 ta’ Mejju u L-Erbgħa 1 ta’ Ġunju 2011 |
Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011 |
It-Tnejn 18, It-Tlieta 19 u L-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2011 |
L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011 |
It-Tnejn 8, It-Tlieta 9 u L-Erbgħa 10 ta’ Awwissu 2011 |
L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011 |
It-Tnejn 24, It-Tlieta 25 u L-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011 |
Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011 |
ANNESS IV
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa |
Dati tal-ħruġ |
It-Tnejn 18 jew it-Tlieta 19 ta’ April 2011 |
Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011 |
It-Tnejn 2 jew it-Tlieta 3 ta’ Mejju 2011 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011 |
It-Tnejn 30 jew it-Tlieta 31 ta’ Mejju 2011 |
Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011 |
It-Tnejn 18 jew it-Tlieta 19 ta’ Lulju 2011 |
L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011 |
It-Tnejn 8 jew it-Tlieta 9 ta’ Awwissu 2011 |
L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011 |
It-Tnejn 24 jew it-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011 |
Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011 |
ANNESS V
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur |
Dati tal-ħruġ |
Mit-18 ta’ April sat-22 ta’ April 2011 |
It-28 ta’ April 2011 |
Mit-2 sas-6 ta’ Mejju 2011 |
It-12 ta’ Mejju 2011 |
Mis-6 sal-10 ta’ Ġunju 2011 |
Is-16 ta’ Ġunju 2011 |
Mit-8 sat-12 ta’ Awwissu 2011 |
It-18 ta’ Awwissu 2011 |
Mill-24 sat-28 ta’ Ottubru 2011 |
L-4 ta’ Novembru 2011 |
Mid-19 sat-30 ta’ Diċembru 2011 |
Il-5 ta’ Jannar 2012 |
ANNESS VI
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota |
Dati tal-ħruġ |
Mill-24 sat-28 ta’ Ottubru 2011 |
It-8 ta’ Novembru 2011 |
Mid-19 sat-23 ta’ Diċembru 2011 |
Is-6 ta’ Jannar 2012 |
( 1 ) ĠU L 122, 22.5.1996, p. 15.
( 2 ) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
( 3 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 4 ) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
( 5 ) ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.
( 6 ) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 14.
( 7 ) ĠU L 13, 16.1.2008, p. 3.
( 8 ) ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.
( 9 ) ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.
( 10 ) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.
( 11 ) ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7.
( 12 ) ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19.
( 13 ) ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14.
( 14 ) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.
( 15 ) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.
( 16 ) ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35.
( 17 ) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.
( 18 ) ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8.
( 19 ) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
( 20 ) ĠU L 313, 28.11.2009, p. 60.