EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010R0605-20191214

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/605/2019-12-14

02010R0605 — MT — 01.11.2019 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M6  REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem ◄

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 175 10.7.2010, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 914/2011 tat-13 ta’ Settembru 2011

  L 237

1

14.9.2011

 M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 957/2012 tas-17 ta’ Ottubru 2012

  L 287

5

18.10.2012

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 300/2013 tas-27 ta’ Marzu 2013

  L 90

71

28.3.2013

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 556/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013

  L 164

13

18.6.2013

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 209/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014

  L 66

11

6.3.2014

►M7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/83 tad-19 ta' Jannar 2018

  L 16

6

20.1.2018

►M8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1120 tal-10 ta' Awwissu 2018

  L 204

31

13.8.2018

►M9

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/366 tal-5 ta' Marzu 2019

  L 65

1

6.3.2019

►M10

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019

  L 321

73

12.12.2019




▼B

▼M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010

tat-2 ta’ Lulju 2010

li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistipula li:

▼M6

(a) 

il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru;

▼B

(b) 

il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni bħal dawn.

▼M1

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi stabbiliti f’atti oħra tal-Unjoni jew fi Ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

▼M6

Artikolu 2

L-importazzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I.

▼B

Artikolu 3

L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna B tal-Anness I

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż jew il-bufli minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li ma għandhomx riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna B tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament ta' pasturizzazzjoni li tinvolvi trattament wieħed ta' tisħin:

(a) 

b'effett ta' tisħin mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub minn proċess ta' pasturizzazzjoni ta' mill-inqas 72 C għal 15-il sekonda;

(b) 

fejn applikabbli, biżżejjed li tiġi żgurata reazzjoni negattiva għat-test ta' alkaline phosphatase li jiġi applikat immedjatament wara t-trattament ta' tisħin.

Artikolu 4

L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna C tal-Anness I

►M3

 

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-ħalib miksuba mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, tan-ngħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli, jew, fejn awtorizzat speċifikament fl-Anness I, mill-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius mill-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma fir-riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn trattament ta’ tisħin, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn trattament bħal dan li jinvolvi:

 ◄

(a) 

proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar;

(b) 

trattament ta' temperatura partikolarment għolja (ultra high temperature - UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna;

(c) 
(i) 

trattament ta' pasturizzazzjoni ta' temperatura għolja u ħin qasir (high temperature short time pasteurisation treatment - HTST) fi 72 °C għal 15-il sekonda applikat darbtejn għall-ħalib b'pH daqs jew iktar minn 7.0 li jikseb, meta applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta' alkaline phosphatase, applikat minnufih wara t-trattament ta' sħana; jew

(ii) 

trattament b'effett ta' pasturizzazzjoni ekwivalenti għall-punt (i) li jikseb, fejn applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta' alkaline phosphatase, applikat minnufih wara t-trattament ta' sħana;

(d) 

trattament HTST tal-ħalib b'pH taħt is-7.0; jew

(e) 

trattament HTST ikkombinat ma' trattament fiżiku ieħor billi jew:

(i) 

jitnaqqas il-pH taħt is-6 għall-siegħa, inkella

(ii) 

isir tisħin addizzjonali ta' 72 °C jew iktar, ikkombinat ma' tnixxif.

2.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li għandhom riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament li jinvolvi:

(a) 

proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar; jew

(b) 

trattament ta' temperatura partikolarment għolja (UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna;

Artikolu 5

Iċ-ċertifikati

Il-kunsinni awtorizzati għall-importazzjoni skont l-Artikoli 2, 3 u 4 għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II għall-prodott ikkonċernat u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.

Madankollu, ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-użu taċ-ċertifikazzjoni elettronika jew ta' sistemi miftiehma oħra, armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

▼M6

Artikolu 6

Il-kundizzjonijiet ta’ tranżitu u ħażna

L-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea iżda li jkunu destinati għal pajjiż terz kemm jew permezz ta’ tranżitu immedjat inkella wara ħażna fl-Unjoni, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, għandha tkun awtorizzata biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew parti minnu elenkata fl-Anness I għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet adattati ta’ trattament għal kunsinni bħal dawn, kif previst fl-Artikoli 2, 3 u 4;

(b) 

ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għal importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru ikkonċernati, kif stipulat fl-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-punt II.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa relevanti stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II;

(c) 

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II għall-kunsinna kkonċernata u mimli skont in-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness;

(d) 

ikunu ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-tranżitu, kif ukoll għall-ħżin meta jixraq, fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004, iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 7

Id-derogi fir-rigward ta' kundizzjonijiet ta' tranżitu u ħażna

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6, għandu jiġi awtorizzat it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni magħżula fuq il-fruntieri madwar l-Unjoni Ewropea għal-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 1 ), ta’ kunsinni li ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, bil-kundizzjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kunsinna tkun issiġillata b'siġill enumerat f'serje fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' dħul fl-Unjoni Ewropea mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti.

▼M10 —————

▼M5

Artikolu 7a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.  B’deroga mill-Artikolu 6, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b) 

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c) 

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d) 

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

▼M10 —————

▼M6

Artikolu 8

It-trattament speċifiku

Il-kunsinni ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4, 6 jew 7 minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom fejn seħħet tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data li fiha jkun ġie ffirmat iċ-ċertifikat tas-saħħa, jew li wettqu tilqim kontra dik il-marda matul dak il-perjodu, għandhom jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea jekk prodotti bħal dawn ikunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti elenkat fl-Artikolu 4.

▼B

Artikolu 9

Ir-revoka

Id-Deċiżjoni 2004/438/KE hija revokata.

Ir-referenzi għad-Direttiva 2004/438/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Għal perjodu tranżizzjonali sal-30 ta' Novembru 2010, il-kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti b'bażi tal-ħalib kif definiti fid-Deċiżjoni 2004/438/KE li fir-rigward tagħha nħarġu ċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti skont id-Deċiżjoni 2004/438/KE jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M6




ANNESS I



Il-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru (*1) u prodotti li fihom il-kolostru (*1) li tindika t-tip ta' trattament ta' tisħin meħtieġ għal prodotti ta' dan it-tip

Il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz

Il-pajjiż terz jew parti minnu

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

▼M7

AE

L-Emirati ta' Abu Dabi u Dubaj tal-Emirati Għarab Magħquda (1)

0

0

(2)

▼M6

AD

Andorra

+

+

+

AL

L-Albanija

0

0

+

AR

L-Arġentina

0

0

+

AU

L-Awstralja

+

+

+

BR

Il-Brażil

0

0

+

BW

Il-Botswana

0|

0

+

BY

Il-Belarus

0

0

+

BZ

Il-Beliże

0

0

+

▼M8

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

+

+

+

▼M6

CA

Il-Kanada

+

+

+

CH

L-Isvizzera (*2)

+

+

+

CL

Iċ-Ċilì

0

+

+

CN

Iċ-Ċina

0

0

+

CO

Il-Kolombja

0

0

+

CR

Kosta Rika

0

0

+

CU

Kuba

0

0

+

DZ

L-Alġerija

0

0

+

ET

L-Etjopja

0

0

+

GL

Il-Groenlandja

0

+

+

GT

Il-Gwatemala

0

0

+

HK

Ħong Kong

0

0

+

HN

Il-Ħonduras

0

0

+

IL

L-Iżrael

0

0

+

IN

L-Indja

0

0

+

IS

L-Islanda

+

+

+

▼M9

JP

Il-Ġappun

+

+

+

▼M6

KE

Il-Kenja

0

0

+

MA

Il-Marokk

0

0

+

▼M7

ME

Il-Montenegro

+

+

+

▼M6

MG

Il-Madagaskar

0

0

+

MK (*3)

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

0

+

+

MR

Il-Mawritanja

0

0

+

MU

Il-Mawrizju

0

0

+

MX

Il-Messiku

0

0

+

NA

In-Namibja

0

0

+

NI

In-Nikaragwa

0

0

+

NZ

In-New Zealand

+

+

+

PA

Il-Panama

0

0

+

PY

Il-Paragwaj

0

0

+

RS (*4)

Is-Serbja

0

+

+

RU

Ir-Russja

0

0

+

SG

Singapor

0

0

+

SV

El Salvador

0

0

+

SZ

Is-Sważiland

0

0

+

TH

It-Tajlandja

0

0

+

TN

It-Tuneżija

0

0

+

TR

It-Turkija

0

0

+

UA

L-Ukraina

0

0

+

US

L-Istati Uniti

+

+

+

UY

L-Urugwaj

0

0

+

ZA

L-Afrika t’Isfel

0

0

+

ZW

Iż-Żimbabwe

0

0

+

(*1)   Il-kolostru u prodotti li fihom il-kolostru jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi awtorizzati elenkati fil-kolonna A biss.

(*2)   Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(*3)   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-ftehim dwar in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se jsir wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar dan is-suġġett fil-livell ta' NU.

(*4)   Ħlief il-Kosovo, li bħalissa jinsab taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)   Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius biss;

(2)   Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius huma awtorizzati;

▼B




ANNESS II

▼M6

PARTI 1

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa

“Milk-RM”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsub għal proċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum mill-bniedem.

“Milk-RMP”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat għall-konsum mill-bniedem, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

“Milk-HTB”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib tal-baqar, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

“Milk-HTC”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

“Colostrum-C/CPB”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-kolostru tal-baqar, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-bufli u għal prodotti li fihom il-kolostru imnissla minn kolostru tal-istess speċi minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I għall-konsum mill-bniedem maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

“Milk/ Colostrum-T/S”

:

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat, għall-kolostru, għal prodotti tal-ħalib jew għal prodotti li fihom il-kolostru għall-konsum mill-bniedem maħsuba għal tranżitu jew ħażna fl-Unjoni Ewropea.

Noti ta’ spjegazzjoni

(a) Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini, skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi għall-ħalib mhux ipproċessat, għall-kolostru, għal prodotti tal-ħalib jew għal prodotti li fihom il-kolostru. Dawn għandu jkun fihom, fl-ordni numerata li tidher fil-mudell, l-attestazzjoni mitluba għal kull pajjiż terz u, skont kif ikun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari mitluba għall-pajjiż terz esportatur ikkonċernat.

(b) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkonsisti minn paġna waħda stampata fuq iż-żewġ naħat jew, meta jkun meħtieġ aktar test, b’mod li l-paġni kollha jiffurmaw entità sħiħa u li ma tistax tinfired.

(c) Irid jiġi ppreżentat ċertifikat tas-saħħa uniku separat għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn pajjiż terz imniżżel fit-tabella tal-Anness I u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, vettura tat-triq, ajruplan jew bastiment.

(d) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa u t-tikketti msemmija fiċ-ċertifikat mudell għandhom jitfasslu mill-inqas f’ilsien uffiċjali wieħed tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni konfinali u tal-Istat Membru destinatarju. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jitfassal f'ilsien uffiċjali ieħor tal-Unjoni Ewropea minflok f'tagħhom, filwaqt li għandu jiġi akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e) Jekk fiċ-ċertifikat tas-saħħa jinhemżu paġni addizzjonali sabiex jiġu identifikati l-oġġetti li jiffurmaw il-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jkunu jidhru fuq kull paġna.

(f) Jekk iċ-ċertifikat tas-saħħa jkun jinkludi iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun numerata "–x(in-numru tal-paġna) minn y(l-għadd totali ta’ paġni)–" fil-parti t'isfel tal-paġna u għandu jkollha n-numru ta' referenza taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tal-paġna.

(g) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jimtela u jiġi ffirmat minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti responsabbli li tivverifika u tiċċertifika li l-ħalib mhux ipproċessat, il-prodotti tal-ħalib, il-kolostru jew il-prodotti li fihom il-kolostru jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima IX tal-Kapitolu I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE.

(h) L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE ( 2 ) jiġu osservati.

(i) Il-lewn tal-firma tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak użat għall-istampar fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal timbri oħra apparti t-timbri intaljati jew dawk tal-marka tal-ilma.

(j) Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa trid takkumpanja l-kunsinna sakemm tasal l-istazzjon ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.

(k) Jekk iċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jiġu ingassati u inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal ta’ ċertifikazzjoni, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

▼M1

PARTI 2

Mudell Milk-RM

Ċertifikat tas-Saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsub għall-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.

image

image

image

Mudell Milk-RMP

Ċertifikat tas-Saħħaa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

image

image

image

Mudell Milk-HTB

Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

image

image

image

►(1) M3  

▼M3

Il-Mudell Milk-HTC

Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsubin għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

image

image

image

▼M6

image

image

image

▼M6

PART 3

image

image

image



( 1 ) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1

( 2 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

Top