EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010R0007-20120101

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/7(1)/2012-01-01

2010R0007 — MT — 01.01.2012 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96

(ĠU L 003, 7.1.2010, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 565/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010

  L 163

2

30.6.2010

 M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1264/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010

  L 347

1

31.12.2010

 M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 630/2011 tal-21 ta’ Ġunju 2011

  L 170

1

30.6.2011

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1359/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011

  L 341

11

22.12.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-produzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-provvisti tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti jiddipendu konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti l-aktar urġenti tal-Unjoni għal dawn il-prodotti kkonċernati għandhom jintlaħħqu immedjatament fuq termini l-aktar favorevoli. Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni b'rati ta’ dazju preferenzjali għandhom għalhekk ikunu miftuħa fi ħdan il-limiti tal-volumi xierqa b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li ma jkunux imfixxkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn jew ikun ostakolat l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(2)

Huwa neċessarju li jiġi żgurat, għall-impurtaturi kollha tal-Unjoni, l-aċċess ugwali u mingħajr waqfien għal dawk il-kwoti, u li tiġi żgurata l-applikazzjoni mhux interrotta tar-rati stipulati għall-kwoti tal-importazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati ġewwa l-Istati Membri kollha sa meta jkunu ġew eżawriti l-kwoti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 ) jipprevedi sistema ta' ġestjoni għall-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik is-sistema.

(4)

Il-volumi tal-kwoti huma fil-biċċa l-kbira tagħhom espressi f’tunnellati Għal ċerti prodotti li għalihom infetħu kwoti tariffarji awtonomi l-volum tal-kwota ġie stipulat f’unità ta’ kejl oħra. Fil-każ li l-ebda unità ta' kejl supplimentari ma ġiet stipulata għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana ( 2 ), jista' jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta' kejl li għandha tintuża. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' ġestjoni tal-kwoti aħjar, huwa għalhekk neċessarju li jkun provdut li, sabiex jittieħed benefiċċju mill-kwoti tariffarji awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta' kejl tal-ammont tal-kwota stabbilità għal dawk il-prodotti fl-Anness tar-Regolament.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96 tal-20 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali ( 3 ) ġie emendat bosta drabi. Fl-interess tat-trasparenza għandu għalhekk jitħassar u jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

(6)

Il-miżuri neċessarji għall-adozzjoni ta' emendi f’dan ir-Regolament derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 4 ).

(7)

Ladarba l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-prodotti elenkati fl-Anness huma b’dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih.

Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffi msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fir-rigward ta’ prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih il-volum tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl diversa mill-piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u diversa mill-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Magħquda stabbilità fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal fil-“Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” ta' dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta' miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament

Artikolu 4

L-emendi u l-adattazjonijiet tekniċi derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 5

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2.  Fejn isir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M4




ANNESS



Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2849

ex071080 69

10

Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0 %

09.2913

ex240110 35

ex240110 70

ex240110 95

ex240110 95

ex240110 95

ex240120 35

ex240120 70

ex240120 95

ex240120 95

ex240120 95

91

10

11

21

91

91

10

11

21

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00 (1)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2928

ex281122 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 %

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2703

ex282530 00

10

Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

1.1.-31.12.

13 000 tunnellata

0 %

09.2806

ex282590 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 + 39318-18-8)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0 %

09.2929

2903 22 00

 

Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6)

1.1.-31.12.

7 000 tunnellata

0 %

09.2837

ex290379 90

10

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2933

ex290399 90

30

1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0 %

09.2950

ex290559 98

10

2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90, (CAS RN 107-07-3) (1)

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0 %

09.2851

ex290712 00

10

O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2767

ex291090 00

80

Allyl glycidyl ether (CAS RN 106-92-3)

1.1.-31.12.

4 300 tunnellata

0 %

09.2624

2912 42 00

 

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde), (CAS RN 121-32-4)

1.1.-31.12.

950 tunnellata

0 %

09.2638

ex291521 00

10

Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 000064-19-7)

1.1.-31.12.

500 000 tunnellata

0 %

09.2972

2915 24 00

 

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2769

ex291713 90

10

Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0 %

09.2634

ex291719 90

40

Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN 000693-23-2)

1.1.-31.12.

4 600 tunnellata

0 %

09.2808

ex291822 00

10

Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0 %

09.2975

ex291830 00

10

Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2632

ex292122 00

10

Eksametilenediammina (CAS RN 124-09-4)

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0 %

09.2602

ex292151 19

10

o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0 %

09.2977

2926 10 00

 

Akrilonitrile (CAS RN 107-13-3)

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0 %

09.2917

ex293090 13

90

Ċistina (CAS RN 56-89-3)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2603

ex293090 99

79

Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide (CAS RN 40372-72-3)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0 %

09.2810

2932 11 00

 

Tetraidrofuran (CAS RN 109-99-9)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2955

ex293219 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2812

ex293220 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0 %

09.2615

ex293499 90

70

Aċidu ribonuklejku (CAS RN 63231-63-0)

1.1.-31.12.

110 tunnellata

0 %

09.2945

ex294000 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2908

ex380400 00

10

Linjosulfonat tas-sodju

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0 %

09.2889

3805 10 90

 

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2935

ex380610 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0 %

09.2814

ex381590 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

2 200 tunnellata

0 %

09.2829

ex382490 97

19

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

— kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

— numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

— u

— punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0 %

09.2986

ex382490 97

76

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:

— 60 % jew aktar tal-piż dodecyldimethylamine

— 20 % jew aktar tal-piż dimethyl(tetradecyl)amine,

— 0,5 % jew aktar tal-piż hexadecyldimethylamine,

għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1)

1.1.-31.12.

14 315 tunnellata

0 %

09.2907

ex382490 97

86

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

— 75 % jew aktar ta steroli,

— mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0 %

09.2140

ex382490 97

98

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skont il-piż:

— 2,0-4,0 % ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

— minimu ta’ 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine

— massimu ta’ 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine

1.1.-31.12.

4 500 tunnellata

0 %

09.2639

3905 30 00

 

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1.-31.12.

18 000 tunnellata

0 %

09.2640

ex390599 90

91

Polivinil butiral

1.1.-31.12.

11 000 tunnellata

0 %

09.2616

ex391000 00

30

Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0 %

09.2816

ex391211 00

20

Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0 %

09.2641

ex391390 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

— b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000,

— b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

— b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż,

— b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż

1.1.-31.12.

200 kg

0 %

09.2813

ex392091 00

94

Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

1.1.-31.12.

3 000 000 m2

0 %

09.2818

ex690290 00

10

Briks li jirreżistu s-sħana:

— b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

— kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

— kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0.4 % u

— varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700 °C

1.1.-31.12.

75 tunnellata

0 %

09.2628

ex701952 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

1 900 000 m2

0 %

09.2799

ex720249 90

10

Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

09.2629

ex761699 90

85

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

1.1.-31.12.

800 000 unitajiet

0 %

09.2636

ex841182 80

20

Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 %

1.1.-31.12.

10 unitajiet

0 %

09.2763

ex850140 80

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

2

0 %

09.2642

ex850140 80

40

Assemblaġġ, magħmul minn:

— mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b’saħħa ta’ 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400 W, li tuża dħul tal-elettriku ta’ aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600 W, b’dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b’veloċità mkejla ta’ aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u

— ventilatur għad-dħul tal-arja,

għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

1.1.-31.12.

120 000 unitajiet

0 %

09.2633

ex850440 82

20

Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) (1)

1.1.-31.12.

4

0 %

09.2643

ex850440 82

30

Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8525 (1)

1.1.-31.12.

1 038 000 unitajiet

0 %

09.2620

ex852691 20

20

Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni

1.1.-31.12.

3

0 %

09.2003

ex854370 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm × 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 unitajiet

0 %

09.2635

ex900110 90

20

Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1)

1.1.-31.12.

3

0 %

09.2631

ex900190 00

80

Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015 (1)

1.1.-31.12.

5

0 %

(1)   Tnaqqis tad-dazju doganali għandu jkun suġġett għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(2)   Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.



( 1 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

( 2 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

( 3 ) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.

( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Top