Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010R0007-20110101

    Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/7(1)/2011-01-01

    2010R0007 — MT — 01.01.2011 — 002.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010

    tat-22 ta’ Diċembru 2009

    li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96

    (ĠU L 003, 7.1.2010, p.1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

     M1

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 565/2010 tad-29 ta' Ġunju 2010

      L 163

    2

    30.6.2010

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1264/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010

      L 347

    1

    31.12.2010




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010

    tat-22 ta’ Diċembru 2009

    li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2505/96



    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-produzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu minnhom fl-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-provvisti tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti jiddipendu konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti l-aktar urġenti tal-Unjoni għal dawn il-prodotti kkonċernati għandhom jintlaħħqu immedjatament fuq termini l-aktar favorevoli. Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni b'rati ta’ dazju preferenzjali għandhom għalhekk ikunu miftuħa fi ħdan il-limiti tal-volumi xierqa b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li ma jkunux imfixxkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn jew ikun ostakolat l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni.

    (2)

    Huwa neċessarju li jiġi żgurat, għall-impurtaturi kollha tal-Unjoni, l-aċċess ugwali u mingħajr waqfien għal dawk il-kwoti, u li tiġi żgurata l-applikazzjoni mhux interrotta tar-rati stipulati għall-kwoti tal-importazzjonijiet kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati ġewwa l-Istati Membri kollha sa meta jkunu ġew eżawriti l-kwoti.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 1 ) jipprevedi sistema ta' ġestjoni għall-kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik is-sistema.

    (4)

    Il-volumi tal-kwoti huma fil-biċċa l-kbira tagħhom espressi f’tunnellati Għal ċerti prodotti li għalihom infetħu kwoti tariffarji awtonomi l-volum tal-kwota ġie stipulat f’unità ta’ kejl oħra. Fil-każ li l-ebda unità ta' kejl supplimentari ma ġiet stipulata għal dawk il-prodotti fin-Nomeklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana ( 2 ), jista' jkun hemm inċertezza fir-rigward tal-unità ta' kejl li għandha tintuża. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' ġestjoni tal-kwoti aħjar, huwa għalhekk neċessarju li jkun provdut li, sabiex jittieħed benefiċċju mill-kwoti tariffarji awtonomi msemmijin, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati tiġi inserita fid-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bl-użu tal-unità ta' kejl tal-ammont tal-kwota stabbilità għal dawk il-prodotti fl-Anness tar-Regolament.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96 tal-20 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali ( 3 ) ġie emendat bosta drabi. Fl-interess tat-trasparenza għandu għalhekk jitħassar u jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

    (6)

    Il-miżuri neċessarji għall-adozzjoni ta' emendi f’dan ir-Regolament derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 4 ).

    (7)

    Ladarba l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Għall-prodotti elenkati fl-Anness huma b’dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih.

    Artikolu 2

    Il-kwoti tat-tariffi msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 3

    Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fir-rigward ta’ prodott imsemmi f’dan ir-Regolament, li għalih il-volum tal-kwota huwa espress f’unità ta’ kejl diversa mill-piż f’tunnellati jew f’kilogrammi u diversa mill-valur, għal prodotti li għalihom l-ebda unità supplimentari ma ġiet stabbilità fin-Nomenklatura Magħquda stabbilità fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, il-kwantità eżatta tal-prodotti importati għandha tiddaħħal fil-“Kaxxa 41: Unitajiet supplimentari” ta' dik id-dikjarazzjoni bl-użu tal-unità ta' miżura tal-ammont tal-kwota għal dawk il-prodotti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament

    Artikolu 4

    L-emendi u l-adattazjonijiet tekniċi derivanti mill-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u fil-kodiċi TARIC għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2).

    Artikolu 5

    1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    2.  Fejn isir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    Artikolu 6

    Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 huwa b'dan imħassar.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    ▼M2




    ANNESS



    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    09.2849

    ex071080 69

    10

    Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2)

    1.1.-31.12.

    700 tunnellata

    0 %

    09.2913

    ex240110 35

    91

    Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00 (1)

    1.1.-31.12.

    6 000 tunnellata

    0 %

    ex240110 70

    10

    ex240110 95

    11

    ex240110 95

    21

    ex240110 95

    91

    ex240120 35

    91

    ex240120 70

    10

    ex240120 95

    11

    ex240120 95

    21

    ex240120 95

    91

    09.2841

    ex271290 99

    10

    Taħlita ta’ 1-alkenes li fihom 80 % tal-piż jew aktar ta’ 1-alkenes b’tul tal-katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju

    1.1.-31.12.

    10 000 tunnellata

    0 %

    09.2703

    ex282530 00

    10

    Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1)

    1.1.-31.12.

    13 000 tunnellata

    0 %

    09.2806

    ex282590 40

    30

    Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu

    1.1.-31.12.

    12 000 tunnellata

    0 %

    09.2837

    ex290349 80

    10

    Bromoklorometanu

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2933

    ex290369 90

    30

    1,3-Dichlorobenzene

    1.1.-31.12.

    2 600 tunnellata

    0 %

    09.2950

    ex290559 98

    10

    2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90 (1)

    1.1.-31.12.

    15 000 tunnellata

    0 %

    09.2851

    ex290712 00

    10

    O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98,5 % tal-piż

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2767

    ex291090 00

    80

    Allyl glycidyl ether

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0 %

    09.2624

    2912 42 00

     

    Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde)

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

     (3)09.2638

    2915 21 00

    10

    Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar

    1.1.-31.12.

    500 000 tunnellata

    0 %

    09.2972

    2915 24 00

     

    Anidride aċetiku

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2769

    ex291713 90

    10

    Dimethyl sebacate

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0 %

    09.2634

    ex291719 90

    40

    Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 %

    1.1.-31.12.

    4 600 tunnellata

    0 %

    09.2808

    ex291822 00

    10

    Aċtu o-aċetisaliċiliku

    1.1.-31.12.

    120 tunnellata

    0 %

    09.2975

    ex291830 00

    10

    Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

    09.2632

    ex292122 00

    10

    Eksametilenediammina

    1.1.-31.12.

    35 000 tunnellata

    0 %

    09.2602

    ex292151 19

    10

    o-Phenylenediamine

    1.1.-31.12.

    1 800 tunnellata

    0 %

    09.2977

    2926 10 00

     

    Akrilonitrile

    1.1.-31.12.

    30 000 tunnellata

    0 %

    09.2917

    ex293090 13

    90

    Ċistina

    1.1.-31.12.

    600 tunnellata

    0 %

    09.2603

    ex293090 99

    79

    Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide

    1.1.-31.12.

    9 000 tunnellata

    0 %

    09.2810

    2932 11 00

     

    Tetraidrofuran

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2955

    ex293219 00

    60

    Flurtamone (ISO)

    1.1.-31.12.

    300 tunnellata

    0 %

    09.2812

    ex293229 85

    77

    Hexan-6-olide

    1.1.-31.12.

    4 000 tunnellata

    0 %

    09.2615

    ex293499 90

    70

    Aċidu ribonuklejku

    1.1.-31.12.

    110 tunnellata

    0 %

    09.2945

    ex294000 00

    20

    D-Xylose

    1.1.-31.12.

    400 tunnellata

    0 %

    09.2908

    ex380400 00

    10

    Linjosulfonat tas-sodju

    1.1.-31.12.

    40 000 tunnellata

    0 %

    09.2889

    3805 10 90

     

    Termentina tas-sulfat

    1.1.-31.12.

    20 000 tunnellata

    0 %

    09.2935

    ex380610 00

    10

    Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

    1.1.-31.12.

    280 000 tunnellata

    0 %

    09.2814

    ex381590 90

    76

    Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

    1.1.-31.12.

    2 200 tunnellata

    0 %

    09.2829

    ex382490 97

    19

    Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    — kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30 % tal-piż,

    — numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110,

    — u

    — punt tat-tidwib ta’ 100 °C jew aktar

    1.1.-31.12.

    1 600 tunnellata

    0 %

    09.2986

    ex382490 97

    76

    Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:

    — 60 % jew aktar tal-piż dodecyldimethylamine

    — 20 % jew aktar tal-piż dimethyl(tetradecyl)amine,

    — 0,5 % jew aktar tal-piż hexadecyldimethylamine,

    għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1)

    1.1.-31.12.

    14 315 tunnellata

    0 %

    09.2907

    ex382490 97

    86

    Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

    — 75 % jew aktar ta steroli,

    — mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

    għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

    1.1.-31.12.

    2 500 tunnellata

    0 %

    09.2140

    ex382490 97

    98

    Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skont il-piż:

    — 2,0-4,0 % ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

    — minimu ta’ 94 % N,N-dimethyl-1-decanamine

    — massimu ta’ 2 % N,N-dimethyl-1-dodecanamine

    1.1.-31.12.

    4 500 tunnellata

    0 %

    09.2992

    ex390230 00

    93

    Propylene-butylene copolymer, b’kontenut fil-piż ta’ mhux anqas ta’ 60 % iżda mhux aktar minn 68 % ta’ propylene u mhux anqas minn 32 % iżda mhux aktar minn 40 % ta’ butylene, b’viskożità tat-tidwib li ma taqbiżx it-3 000 mPa f’190 °C, kif determinat mill-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 4818 40 (1)

    1.1.-31.12.

    1 000 tunnellata

    0 %

     (3)09.2947

    ex390469 80

    95

    Poly(vinylidene fluoride), fil-forma ta’ trab, għall-preparazzjoni ta’ żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0 %

     (3)09.2639

    3905 30 00

     

    Poli(alkoħol tal-vinil)

    1.1.-31.12.

    18 000 tunnellata

    0 %

     (3)09.2640

    ex390599 90

    91

    Polivinil butiral

    1.1.-31.12.

    8 000 tunnellata

    0 %

    09.2616

    ex391000 00

    30

    Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100)

    1.1.-31.12.

    1 300 tunnellata

    0 %

     (3)09.2816

    ex391211 00

    20

    Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

    1.1.-31.12.

    58 500 tunnellata

    0 %

     (3)09.2641

    ex391390 00

    87

    Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

    — b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000,

    — b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

    — b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1 % bil-piż,

    — b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5 % tal-piż

    1.1.-31.12.

    200 kg

    0 %

    09.2813

    ex392091 00

    94

    Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

    1.1.-31.12.

    2 000 000 m2

    0 %

    09.2818

    ex690290 00

    10

    Briks li jirreżistu s-sħana:

    — b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

    — kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u

    — kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0,4 % u

    — varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1 700 °C

    1.1.-31.12.

    75 tunnellata

    0 %

    09.2815

    ex690919 00

    70

    Irfid għal katalizzaturi jew filtri, li jikkonsistu f’biċċiet porużi taċ-ċeramika, minn taħlita ta’ ossidu ta’ aluminju u titanju, b’volum totali ta’ mhux aktar minn 65 litru u mill-inqas kanal wieħed (miftuħ fuq naħa waħda jew tnejn) f’kull cm2 tal-wiċċ tas-sezzjoni trasversali

    1.1.-31.12.

    380 000 unitajiet

    0 %

    09.2628

    ex701952 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2 (± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

    1.1.-31.12.

    350 000 m2

    0 %

    09.2799

    ex720249 90

    10

    Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0 %

    09.2629

    ex761699 90

    85

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    240 000 unitajiet

    0 %

     (3)09.2636

    ex841182 80

    20

    Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 %

    1.1.-31.12.

    10 unitajiet

    0 %

    09.2763

    ex850140 80

    30

    Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1)

    1.1.-31.12.

    2 000 000 unitajiet

    0 %

     (3)09.2642

    ex850140 80

    40

    Assemblaġġ, magħmul minn:

    — mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b’saħħa ta’ 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400 W, li tuża dħul tal-elettriku ta’ aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600 W, b’dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b’veloċità mkejla ta’ aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u

    — ventilatur għad-dħul tal-arja (1)

    1.1.-31.12.

    120 000 unitajiet

    0 %

     (3)09.2633

    ex850440 82

    20

    Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1)

    1.1.-31.12.

    4 500 000 unitajiet

    0 %

     (3)09.2643

    ex850440 82

    30

    Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8528 (1)

    1.1.-31.12.

    1 038 000 unitajiet

    0 %

    09.2620

    ex852691 20

    20

    Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni

    1.1.-31.12.

    3 000 000 unitajiet

    0 %

    09.2003

    ex854370 90

    63

    Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 × 30 mm

    1.1.-31.12.

    1 400 000 unitajiet

    0 %

     (3)09.2635

    ex900110 90

    20

    Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1)

    1.1.-31.12.

    2 600 000 km

    0 %

    09.2631

    ex900190 00

    80

    Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9005, 9013 u 9015 (1)

    1.1.-31.12.

    5 000 000 unitajiet

    0 %

    (1)   L-eżenzjoni minn jew it-tnaqqis ta' dazji doganali għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni bil-għan li jkun hemm kontroll doganali tal-użu ta' tali merkanzija (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).

    (2)   Madankollu, il-miżura mhix permessa meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-imnut u tal-forniment ta' ikel.

    (3)   Pożizzjoni ġdida jew emendata



    ( 1 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    ( 3 ) ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1.

    ( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    Top