EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0800-20130219

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat- 22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/800/2013-02-19

2010D0800 — MT — 19.02.2013 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/800/PESK

tat-22 ta’ Diċembru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK

(ĠU L 341, 23.12.2010, p.32)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/860/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011

  L 338

56

21.12.2011

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/88/PESK tat-18 ta' Frar 2013

  L 46

28

19.2.2013




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/800/PESK

tat-22 ta’ Diċembru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( 1 ) (“ir-RDPK”) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 1718 (2006).

(2)

Fis-27 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK ( 2 ) li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK u li implimentat il-UNSCR 1874 (2009).

(3)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1002/PESK ( 3 ) li emendat l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK.

(4)

Skont l-Artikolu 7(2) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-listi kif stabbiliti fl-Annessi II u III għal dik il-Pożizzjoni Komuni, tal-persuni u l-entitajiet li għalihom kienu japplikaw l-Artikoli 3(1)(b) u 4(1)(b) u (c) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi.

(5)

Il-Kunsill identifika persuni u entitajiet addizzjonali li għandhom ikunu soġġetti għal miżuri restrittivi.

(6)

Il-proċedura biex jiġu emendati l-Annessi I u II għal din id-Deċiżjoni għandha tinkludi provvediment li l-persuni u l-entitajiet indikati jingħataw ir-raġunijiet għaliex iddaħħlu fil-lista sabiex ikollhom l-opportunità li jissottomettu osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat skont il-każ.

(7)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, notevolment, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata skont dawn id-drittijiet u prinċipji.

(8)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(9)

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandha tkun revokata u sostitwita b'din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 rigward il-miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( 4 ),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett tal-oġġetti u t-teknoloġija li ġejjin, inkluż is-software, lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri:

(a) armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dan imsemmi qabel, bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-RDPK;

▼M2

(b) l-oġġetti, il-materjali, it-tagħmir, il-beni u t-teknoloġija kollha kif stabbiliti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) skont il-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006) u l-paragrafu 5(b) tal-UNSCR 2087 (2013), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

▼B

(c) ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, li għandhom jinkludu l-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ( 5 ). L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jkunu koperti b'din id-dispożizzjoni;

▼M2

(d) ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi, bħal ċerti tipi ta' aluminju li jintuża f'sistemi relatati mal-missili ballistiċi. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jkunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

▼B

2.  Għandu wkoll ikun ipprojbiti li:

(a) jiġi pprovdut taħriġ tekniku, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' sensarija, relatati ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

▼M2

(b) tiġi pprovduta assistenza finanzjarja jew ta' finanzjament relatata ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija, jew għall-għoti ta' taħriġ tekniku relatat, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' sensarija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

▼B

(c) li wieħed jipparteċipa, konxjament jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li tkun evitata l-projbizzjoni msemmija fil-punti (a) u (b).

3.  L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta’ bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri, ta’ oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-forniment liċ-ċittadini tal-Istati Membri ta’ taħriġ tekniku, konsulenza, servizzi, assistenza, finanzjament u assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 mir-RDPK, għandu wkoll ikun pprojbit, kemm jekk joriġina fit-territorju tar-RDPK kif ukoll jekk le.

▼M2

Artikolu 1a

Il-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta' deheb u metalli prezzjużi, kif ukoll ta' djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tar-RDPK, għall-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu, għall-Bank Ċentrali tar-RDPK, kif ukoll lil, minn jew għal persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom ikunu pprojbiti.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

Artikolu 1b

Il-konsenja ta' karti tal-flus u muniti ddenominati tar-RDPK li jkunu għadhom kif ġew stampati jew ħarġu miz-zekka jew għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tar-RDPK jew għall-benefiċċju tiegħu għandha tkun ipprojbita.

▼B

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jidħlu f’impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lir-RDPK, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta’ żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni ta' denuklearizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ukoll viġilanza bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impenji attwali, u jekk possibbli, li jtemmuhom.

2.  L-Istati Membri m’għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta’ krediti, garanziji jew assigurazzjoni ta’ esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f’tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista’ jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva.

▼M2

Artikolu 2a

Il-bejgħ jew ix-xiri dirett jew indirett, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi tar-RDPK maħruġa wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni lil u mill-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tar-RDPK, jew banek domiċiljati fir-RDPK, jew fergħat u sussidjarji fi u barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas ma huma fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK kif ukoll kwalunkwe persuna u entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom jiġu pprojbiti.

▼B

Artikolu 3

Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett ta' merkanzija ta' lussu lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri.

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom ta':

(a) il-persuni maħturin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta’ politika tar-RDPK, inkluż permezz ta’ appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta’ programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħra tal-qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, kif elenkat fl-Anness I;

(b) il-persuni mhux koperti bl-Anness I li huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, inkluż permezz ta’ appoġġ jew promozzjoni, kif elenkat fl-Anness II;

(c) il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, kif elenkat fl-Anness III;

▼M2

(d) il-persuni mhux koperti bl-Anness I, II jew III li huma involuti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva, lir-RDPK, kif ekenkat fl-Anness IIIA.

▼B

2.  Il-paragrafu 1(a) m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006) jew l-UNSCR 1874 (2009).

3.  Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess id-dħul fit-territorju tiegħu.

4.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni interogovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa minn, jew taħt l-awspiċju, tan-Nazzjonijiet Uniti;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

(d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

5.  Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.  Il-Kunsill għandu jkun debitament infurmat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 4 jew 5.

▼M2

7.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 (b), (c) u (d) fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDPK.

▼B

8.  Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

▼M2

9.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew tranżitu fit-territorju tiegħu tal-persuni indikati fl-Annessi I, II, III jew IIIA, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.

▼M2

10.  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza u trażżin fir-rigward tad-dħul fit-territorji tagħhom jew it-tranżitu minnhom ta' individwi li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' individwu jew entità indikati kif elenkati fl-Anness I..

▼B

Artikolu 5

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a) il-persuni u l-entitajiet nnominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan bħala li huma impenjati jew jipprovdu appoġġ għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, kif elenkat fl-Anness I;

(b) il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I li huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjeta’ jew kkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness II;

(c) il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjeta’ jew kkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness III;

▼M2

(d) il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I, II jew III li huma involuti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva, lir-RDPK, kif ekenkat fl-Anness IIIA.

▼B

għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni u lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.  Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a) meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

(b) maħsuba esklusivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta' servizzi legali; jew

(c) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina taż-żamma jew manteniment ta' fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi, wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I, dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn adatt, l-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.  Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u approvat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I; jew

(b) is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet imdaħħla qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I.

5.  Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a) interessi jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlas dovut taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew inqalgħu qabel l-14 ta’ Ottubru 2006,

bil-kundizzjoni li kwalunkew imgħaxx, qligħ ieħor u ħlasijiet bħal dawn ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.  Sabiex jipprevjenu l-għoti ta’ servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw sorveljanza msaħħa tal-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma’:

(a) banek domiċiljati fir-RDPK;

(b) fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV;

(c) fergħat u sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness V; u

(d) entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV,

sabiex jiġi evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għall-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva.

2.  Għall-finijiet ta' hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom ma' banek u entitajiet finazjarji mniżżla fil-paragrafu 1, biex:

(a) jeżerċitaw sorveljanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta' miżuri ta' viġilanza tal-klijenti u skont l-obbligi marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu;

(b) jeħtieġu li l-oqsma ta' informazzjoni kollha tal-istruzzjonijiet ta' ħlas li jirrelataw mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-tranżazzjoni inkwistjoni jimtlew; u jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax, it-tranżazzjoni tinċaħad;

(c) iżommu r-rekords kollha dwar it-tranżazzjonjiet għal perijodu ta’ ħames snin u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta jintalbu;

(d) jekk huma jissusspettaw jew ikollhom bażi raġjonevoli li jissusspettaw li l-fondi huma relatati mal-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva, jirrappurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew awtorita kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. L-UIF jew tali awtorità oħra kompetenti għandha jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi ta’ żmien f’waqtu għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni korrettament, inkluż l-analiżi ta’ rapporti dwar tranżazzjonijiet ta’ suspett.

▼M2

Artikolu 6a

1.  Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ġodda ta' banek tar-RDPK fit-territorji tal-Istati Membri, u l-istabbiliment ta' impriżi konġunti ġodda, jew it-teħid ta' interess titolari mill-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu u entitajiet finanzjarji oħra msemmija fl-Artikolu 6, ma' banek fil-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti.

2.  L-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għandhom ikunu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza jew sussidjarji fir-RDPK.

▼B

Artikolu 7

1.  F’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u konsistenti mal-liġi internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, inklużi l-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, mal-ispezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2.

4.  Ajruplani u bastimenti li jġorru merkanzija lejn jew mir-RDPK għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tinġieb ġewwa jew li toħroġ minn Stat Membru.

▼M2

5.  F'każijiet fejn issir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu mill-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment u l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 14 tal-UNSCR 1874 (2009) u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2087 (2013).

▼B

6.  L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta’ servizzi ta’ bunkering, servizzi ta’ forniment lill-bastimenti, jew manutenzjoni oħra ta’ bastimenti, lill-bastimenti tar-RDPK għandhom jiġu pprojbiti jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġjonevolii biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta’ tali servizzi mhuwiex meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma ġietx spezzjonata, u kkonfiskata u disponuta jekk ikun meħtieġ, f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 4.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta’ ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, ta’ dixxipplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta’ proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari.

▼M2

Artikolu 8a

Ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta’ kreditu jew minn strumenti simili f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont UNSCR 1718 (2006), UNSCR 1874 (2008) u UNSCR 2087 (2013), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I, II, III u IIIA, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.

▼B

Artikolu 9

1.  Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

▼M2

2.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Annessi II, III u IIIA u jadotta modifiki għalihom.

▼B

Artikolu 10

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

▼M2

2.  Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(1)(b), (c) u (d) u 5(1)(b), (c) u (d), huwa għandu jemenda l-Anness II, III jew IIIA kif opportun.

▼B

3.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew entità msemmija fil-paragrafi (1) u (2), inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, jew b'mod dirett, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità skont il-każ.

▼M2

Artikolu 11

1.  L-Annessi I, II, III u IIIA għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I.

2.  L-Annessi I, II, III u IIIA għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tal-indikazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

▼B

Artikolu 12

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, jew, jekk meħtieġ, emendata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew oġġetti jew persuni, entitajiet jew oġġetti addizzjonali li għandhom ikunu koperti mill-miżuri restrittivi, jew b'kont meħud tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.

2.  Il-miżuri previsti fl-Artikolu 6 għandhom jiġu riveduti fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

▼M2

3.  Il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 4(1)(b), (c) u (d) u 5(1)(b), (c) u (d) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-anqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx ikomplu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx jintlaħqu aktar.

▼B

Artikolu 13

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK hija hawnhekk revokata.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni għandu tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.




ANNESS I



A.  Lista ta' persuni li jirreferu għalihom l-Artikoli 4(1)(a) u 5(1)(a)

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Yun Ho-jin

magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin

13.10.1944

16.7.2009

Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkament tal-uranju.

2.

Ri Je-son

magħruf ukoll bħala Ri Che-son

1938

16.7.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (UĠEA), l-aġenzija prinċipali li tmexxi l-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; jiffaċilita diversi proġetti nukleari inkluża l-ġestjoni mill-GBAE tal-Yongbyon Nuclear Research Centre u n-Namchongang Trading Corporation.

3.

Hwang Sok-hwa

 
 

16.7.2009

Direttur fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta’ Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari.

4.

Ri Hong-sop

 

1940

16.7.2009

Ex direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar.

5.

Han Yu-ro

 
 

16.7.2009

Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

▼M2

6.

Paek Chang-Ho

Pak Chang-Ho;

Paek Ch’ang-Ho

Data tat-twelid: 18 ta' Ġunju 1964;

Post tat-Twelid Kaesong, DPRK

22.1.2013

Uffiċjal għoli u kap taċ-ċentru ta' kontroll tas-satelliti tal-Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali.

Passaport: 381420754;

Data tal-Ħruġ tal-Passaport: 7 ta’ Diċembru 2011;

Data meta jiskadi l-Passaport: 7 ta’ Diċembru 2016.

7.

Chang Myong-Chin

Jang Myong-Jin

Datat tat-twelid: 1966;

Data tat-twelid alternattiva: 1965

22.1.2013

Amministratur Ġenerali ta' Sohae Satellite Launching Station u kap taċ-ċentru ta' illanċjar minn fejn sar l-illanċjar fit-13 ta' April u 13 ta' Diċembru 2012.

8.

Ra Ky’ong-Su

 
 

22.1.2013

Ra Ky’ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja responsabbli tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

9.

Kim Kwang-il

 
 

22.1.2013

Kim Kwang-il huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità, hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB u Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja responsabbli tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija n-negozjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali ta-RDPK.

▼B



B.  Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(a)

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Mining Development Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala “KOMID”

Central District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

2.

Korea Ryonbong General Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; qabel magħrufa wkoll bħala LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION

Pot'onggang District, Pyongyang, RDPK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

3.

Tanchon Commercial Bank

qabel magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa wkoll bħala, KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK

Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

4.

Namchongang Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala NCG; magħrufa wkoll bħala NAMCHONGANG TRADING; magħrufa wkoll bħala NAM CHON GANG ·CORPORATION; magħrufa wkoll bħala NOMCHONGANG TRADING CO.; magħrufa wkoll bħala NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta’ akkwist relatat ma’ oġġetti nukleari assoċjat ma’ individwu Ġermaniż. Hija kienet involuta wkoll fl-akkwist ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor adatt speċifikament għall-programm tal-arrikkament tal-uranju mill-aħħar tas-snin disgħin. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta’ Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta’ Namchongang huma ta’ tħassib kbir b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni passati tar-RDPK.

5.

Hong Kong Electronics

magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO

Sanaee St., Kish Island, Iran.

16.7.2009

Proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta’ dollari ta’ fondi relatati mal-proliferazzjoni f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn indikati mill-Kumitat f’April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f’isem KOMID.

6.

Korea Hyoksin Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (indikata mill-Kumitat f’April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi ta’ qerda massiva.

7.

General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, GBAE)

magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)

Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u r-reattur ta’ riċerka ta’ produzzjoni nukleari tiegħu ta’ 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta’ fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata għat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.

▼M2

9.

Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali

Kumitat ta' RDPK għat-Teknoloġija

Spazjali Dipartiment tat-Teknoloġija

Spazjali ta' RDPK; Kumitat għat-Teknoloġija Spazjali;

KCST

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Il-Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali (KCST) orkestra l-illanċjar tar-RDPK fit-13 ta' April 2012 u 12 ta' Diċembru 2012 permezz taċ-ċentru għall-kontroll satellitari u ż-żona ta' llanċjar ta' Sohae.

10.

Bank of East Land

Dongbang Bank;

Tongbang U’Nhaeng;

Tongbang Bank

P.O. Box 32, BEL Building, Jonseung-Dung, Moranbong District, Pyongyang, RDPK

22.1.2013

L-istituzzjoni finanzjarja ta' RDPK Bank of East Land tiffaċilita transazzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lill-manifattur u l-esportatur Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jittrasferixxi fondi b'mod sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Fl-2007 u fl-2008 Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu Green Pine u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, li jinkkludu Bank Melli u Bank Sepah. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lil Bank Sepah fir-riżoluzzjoni 1747 (2007) minħabba li pprovda appoġġ lill-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Green Pine kienet inkluża mill-Kumitat f'April 2012.

11.

Korea Kumryong Trading Corporation

 
 

22.1.2013

Użata prinċipalment bħala psewdonimu minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) biex twettaq attivitajiet ta' akkwist. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali ta-RDPK.

12.

Tosong Technology Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija azzjonarja ta' Tosong Technology Trading Corporation. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali ta-RDPK.

13.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

Chosun Yunha Machinery Joint Operation

Kumpannija; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation;

Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

Central District, Pyongyang, RDPK;

Mangungdae-gu, Pyongyang, RDPK;

Central District, Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation. Korea Ryonbong General Corporation kienet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat ta' RDPK.

14.

Leader (Hong Kong) International

Leader International Trading Limited

Room 1610 Nan Fung Tower, 173 Des Voeux Road, Hong Kong

22.1.2013

Tiffaċilita vjeġġi f'isem Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

15.

Green Pine Associated Corporation

Cho’ngsong United Trading Company;

Chongsong Yonhap;

Ch’o’ngsong Yo’nhap;

Chosun Chawo’n Kaebal T’uja Hoesa;

Jindallae;

Ku’mhaeryong Company LTD;

Natural Resources Development and Investment Corporation;

Saeingp’il Company

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, RDPK;

Nungrado, Pyongyang, RDPK

2.5.2012

Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”) assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali ta-RDPK.

Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mir-RDPK.

Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża.

16.

Amroggang Development Banking Corporation

Amroggang Development Bank;

Amnokkang Development Bank

Tongan-dong, Pyongyang, RDPK

2.5.2012

Amroggang, li kienet stabbilita fl-2006, hija kumpannija relatata mal-Tanchon Commercial Bank amministrata minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran.Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat f'April 2009 u hu l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

17.

Korea Heungjin Trading Company

Hunjin Trading Co.;

Korea Henjin Trading Co.;

Korea Hengjin Trading Company

Pyongyang, RDPK

2.5.2012

Il-Korea Heungjin Trading Company tintuża mill- KOMID għal finijiet kummerċjali. Hu ssuspettat li hija kienet involuta fil-forniment ta'oġġetti relatati mal-missili lill-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Heungjin ġiet assoċjata mal-KOMID, u, b'mod aktar speċifiku, l-uffiċċju ta' akkwisti tal-KOMID. Heungjin intużat għall-akkwist ta' kontrollatur diġitali avvanzat b'applikazzjonijiet fit-tfassil tal-missili. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

▼B




ANNESS II



A.  Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

CHANG Song-taek (magħruf ukoll bħala JANG Song-Taek)

Data tat-twelid: 02.02.1946 jew 06.02.1946 jew 23.02.1946 (il-provinċja ta' Hamgyong tat-Tramuntana)

Numru tal-passaport (mill-2006): PS 736420617

Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

2.

CHON Chi Bu

 

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

3.

CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: bejn l- 1928 u l-1933

Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

4.

HYON Chol-hae

Data tat-twelid: 1934 (Mandchourie, Ċina

Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (konsulent militari ta' Kim Jong Il).

5.

JON Pyong-ho

Data tat-twelid: 1926

Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

6.

KIM Yong-chun (magħruf ukoll bħala Young-chun)

Data tat-twelid:

Numru tal-passaport: 554410660

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali ta' Kim Jong II dwar l-istrateġija nukleari.

7.

O Kuk-Ryo

Data tat-twelid: 1931

(Provinċja ta' Jilin, Ċina)

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li jissorvelja l-akkwist barra l-pajjiż tat-teknoloġiji avvanzati għall-programmi nukleari u ballistiċi.

8.

PAEK Se-bong

Data tat-twelid: 1946

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

9.

PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong

Data tat-twelid: 1933

Numru tal-passaport: 554410661

Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il).

10.

PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip)

Data tat-twelid:

Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit- 13.09.2005)

President tal-Akkademja tax-Xjenza, involut f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM.

11.

RYOM Yong

 

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

12.

SO Sang-kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

▼M1

13.

Logutenent Ġenerali Kim Yong Chol

(magħruf ukoll bħala: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul)

Data tat-Twelid: 1946

Lokalità: Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq

Kim Yong Chol huwa l-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

14.

Pak To-Chun

Data tat-Twelid: 9 ta' Marzu 1944

Post tat-Twelid: Jagang, Rangrim

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali.

Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u ta' lanċatur tar-rokits tar-RDPK.

▼B



B.  Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

▼M2 —————

▼B

3.

Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

 

Sussidjarja ta' Korea Ryongbong General Corporation (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.04.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

4.

Korea Taesong Trading Company

Lokalità: Pyongyang

Entità bbażata f'Pyongyang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet ta' kummerċ (KOMID kienet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem KOMID f'operazzjonijiet mas-Sirja.

5.

Korean Ryengwang Trading Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, Korea ta' Fuq

Sussidjarja ta' Korea Ryongbong General Corporation (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.04.2009).

.6

It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ċentrali tal-programm ta' missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Huwa jiddirieġi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġiet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tal-Korea ta' Fuq, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Huwa juża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex jikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża l-Korea Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tal-Korea ta' Fuq.

7.

Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp.)

 

Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka fi, u l-akkwist, ta' prodotti u tagħmir sensittiv. Hija tippossjedi diversi depożiti ta' grafita naturali, li jipprovdu l-materja prima lil żewġ faċilitajiet ta' proċessar, li, fost l-oħrajn, jipproduċu blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-missili.

8.

Yongbyon Nuclear Research Centre

 

Ċentru tar-Riċerka li ħa sehem fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.07.2009).

▼M1

9.

Hesong Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Mining Development Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

Involuta f'fornimenti b'użu potenzjali fi programm ta' missili ballistiċi.

▼M2 —————

▼M1

11.

Korea Complex Equipment Import Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

12.

Korea International Chemical Joint Venture Company

(magħrufa wkoll bħala Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation)

Hamhung, South Hamgyong Province, RDPK; Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, RDPK; Mangyungdae-gu, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

13.

Korea Kwangsong Trading Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

▼M2 —————

▼M1

15.

Munitions Industry Department

(magħruf ukoll bħala: Military Supplies Industry Department)

Pyongyang, RDPK

Responsabbli għas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-industriji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż is-Second Economic Committee (SEC) u KOMID. Dan jinkludi s-sorveljanza tal-iżvilupp tal-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq.

Sa reċenti, kien immexxi minn Jon Pyong Ho. L-informazzjoni tissuġġerixxi li l-ex l-ewwel viċi direttur ta' Munitions Industry Department (MID) Chu Kyu-ch’ang (Ju Gyu-chang) issa huwa d-direttur tal-MID, li pubblikament jirreferu għalih bħala Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-sorveljanza fil-5 ta' April, 2009 tal-isparar tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) u fl-Lulju 2006 l-isparar li ma rnexxiex ta' ta' TD-2.

16.

Reconnaissance General Bureau (RGB)

(magħruf ukoll bħala: Chongch’al Ch’ongguk; RGB; KPA Unit 586)

Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Nungrado, Pyongyang, Korea ta' Fuq.

Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tal-Korea ta' Fuq, maħluqa kmieni fl-2009 bil-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Korean Workers' Party, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Dan jaqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hu primarjament inkarigat mill-ġbir ta' intelligence militari. L-RGB hu involut fil-kummerċ ta' armi konvenzjonali u jikkontrolla l-intrapriża tal-Korea ta' Fuq ta' armi konvenzjonali nnominata mill-UE bħala Green Pine Associated Corporation (Green Pine).

▼B




ANNESS III



A.  Lista ta' persuni li jirreferu għalihom l-Artikoli 4(1)(c) u 5(1)(c)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

JON Il-chun

Data tat-twelid:

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Uffiċċju 39, li hu involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni u li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-figuri prinċipali fis-State Development Bank.

2.

KIM Tong-un

 

Ex-direttur tal-“Uffiċċju 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

▼M1

3.

Kim Tong-Myo'ng

(magħruf ukoll bħala: Kim Chin-so'k)

Data tat-Twelid: 1964, Ċittadinanza: Korea ta' Fuq.

Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (innominat mill-Kumitat 1718 f'April 2009).

Kim Dong Myong kellu diversi pożizzjonijiet fit-Tanchon sa mill-inqas l-2002, hu attwalment il-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-użu tal-psewdonimu Kim Chin-so'k.

▼B



B.  Lista tal-entitajiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 5(1)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Korea Daesong Bank

(alias: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank)

Indirizz:

Telefon: 850 2381 8221

Telefon: 850 2 18111 ext. 8221

Fax: 850 2381 4576

L-istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq hija direttament issubordinata għall-Uffiċċju 39 u hija involuta fl-iffaċilitar tal-proġetti ta' finanzjament tal-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

2.

Korea Daesong General Trading Corporation

(magħrufa wkoll bħala: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation)

Indirizz:

Telefon: 850 2 18111 ext. 8204/8208

Telefon: 850 2381 8208/4188

Fax: 850 2381 4431/4432

Kumpannija li hija ssubordinata għall-Uffiċċju 39 u hija użata għall-iffaċilitar ta' transazzjonijiet barranin f'isem l-Uffiċċju 39.

Id-Direttur tal-Uffċċju 39, Kim Tong-un huwa elenkat fl-Anness V ta' CR Nru 1283/2009.

▼M1

3.

Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC)

(magħrufa wkoll bħala: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC)

Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, RDPK

Subordinat li taġixxi f'isem ta' jew taħt id-direzzjoni ta', proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009).

Tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ kemm għal Tanchon Commercial Bank (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) kif ukoll għal Korea Hyoksin Trading Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'Lulju 2009).

Sa mill-2008, Tanchon qed juża l-KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal milljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009.

Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU ddiskrevewh bħala li kien involut fl-iżvilupp ta' armi ta' distruzzjoni massiva, fittex li juża l-KKBC f'konnessjoni max-xiri fl-2008 ta' tagħmir b'użu doppju. Il-KKBC għandu mill-inqas fergħa bflarranija f'Dandong, iċ-Ċina.

▼M2 —————

▼M1

6.

Office 39 of the The Korean Workers’ Party

(magħruf ukoll bħala: Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor Division 39.)

Second KWP Government Building (Korean: Ch’o’ngsa), Chungso’ng, Urban Tower (Korean’Dong), Chung Ward, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Chung-Guyok (Central District), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pyongyang, Korea ta' Fuq; Changgwang Street, Pyongyang, North Korea.

Office 39 tal-Korean Workers’ Party hu involut f'attività ekonomika illeċita b'appoġġ għall-gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon li jiġbru u jamministraw fondi u hu responsabbli għall-qligħ ta' munita barranija għat-tmexxija għolja tal-Korean Workers’ Party tal-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar ta' narkotiċi. Office 39 jikkontrolla numru ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u fl-esteru li permezz tagħhom iwettaq għadd ta' attivitajiet illeċiti inklużi l-produzzjoni, il-kuntrabandu, u d-distribuzzjoni ta' narkotiċi. Office 39 kien ukoll involut f'attentat ta' akkwist u trasferiment ta' oġġetti lussużi lejn il-Korea ta' Fuq.

Office 39 jidher fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti bil-kompitu li jakkwistaw munita u merkanzija. Hu mifhum li hu taħt il-kmand dirett ta' KIM Jong-il.

Dan jikkontrolla diversi kumpanniji kummerċjali li xi wħud minnhom huma attivi f'attivitajiet illeċiti, fosthom Daesong General Bureau, parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpanniji tal-pajjiż. Skont xi sorsi, Office 39 għandu uffiċċju ta' rappreżentanza f'Ruma, Beijing, Bangkok, Singapore, Hongkong u Dubai. Għall-barrani, office 39 jibdel l-isem u d-dehra regolarment. Id-direttur ta' Office 39, JON il-chun, diġà hu mniżżel fil-lista ta' sanzjonijiet tal-UE.

Office 39 ipproduċa l-metamfetamina f'Sangwon, South Pyongan Province u kien involut ukoll fid-distribuzzjoni tal-metamfetamina lil kuntrabandisti fuq skala żgħira tal-Korea ta' Fuq għad-distribuzzjoni miċ-Ċina u l-Korea t'Isfel. Office 39 jopera wkoll azjendi għat-tkabbir tal-peprin fin-North Hamkyo’ng Province u n-North Pyongan Province u jipproduċi l-oppju u l-eroina f'Hamhu’ng u Nachin.

Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat li ma irnexxiex, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq - miċ-Ċina - żewġ jottijiet lussużi magħmulin fl-Italja li jiswew aktar minn 15-il miljun dollaru. L-attentat biex jiġu esportati l-jottijiet destinati għal Kim Jong-il li twqqaf mill-awtoritajiet Taljani kien bi ksur tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korea ta' Fuq taħt il-UNSCR 1718 li jirrikjedu b'mod speċifiku lill-Istati Membri li jimpedixxu l-provvista, il-bejgħ, jew it-trasferiment ta' oġġetti lussużi lill-Korea ta' Fuq.

Office 39 qabel uża l-Banco Delta Asia għall-ħasil ta' rikavati illeċiti. Banco Delta Asia kien identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala “intrapriża primarja għall-ħasil tal-flus” taħt it-Taqsima 311 tal-PATRIOT Act tal-Istati Uniti għax dan kien jirrappreżenta riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u reati finanzjarji oħrajn.

▼M2




ANNESS IIIA

A.   Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 4(1)(d) u Artikolu 5(1)(d)

… .

B.   Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(d)

… .

▼B




ANNESS IV

Lista ta' fergħat u sussidjarji li jirreferi għalihom l-Artikolu 6(1)(b)




ANNESS V

Lista ta' fergħat, u sussidjarji u entitajiet finanzjarji li jirreferi għalihom l-Artikolu 6(1)(c) u (d)



( 1 ) ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.

( 2 ) ĠU L 197, 29.7.2009, p. 111.

( 3 ) ĠU L 346, 23.12.2009, p. 47.

( 4 ) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

( 5 ) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1

Top