Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0788-20201212

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/788/2020-12-12

    02010D0788 — MT — 12.12.2020 — 021.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/788/PESK

    tal-20 ta’ Diċembru 2010

    dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK

    (ĠU L 336 21.12.2010, p. 30)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/699/PESK tal-20 ta’ Ottubru 2011

      L 276

    50

    21.10.2011

     M2

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/848/PESK tas-16 ta’ Diċembru 2011

      L 335

    83

    17.12.2011

     M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/811/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012

      L 352

    50

    21.12.2012

     M4

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/46/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013

      L 20

    65

    23.1.2013

    ►M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/147/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014

      L 79

    42

    18.3.2014

     M6

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/862/PESK tal-1 ta' Diċembru 2014

      L 346

    36

    2.12.2014

    ►M7

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/620 tal-20 ta' April 2015

      L 102

    43

    21.4.2015

    ►M8

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1173 tat-18 ta' Lulju 2016

      L 193

    108

    19.7.2016

    ►M9

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016

      L 336I

    7

    12.12.2016

    ►M10

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/203 tas-6 ta' Frar 2017

      L 32

    22

    7.2.2017

    ►M11

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/399 tas-7 ta' Marzu 2017

      L 60

    41

    8.3.2017

     M12

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/905 tad-29 ta' Mejju 2017

      L 138I

    6

    29.5.2017

    ►M13

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1340 tas-17 ta' Lulju 2017

      L 185

    55

    18.7.2017

     M14

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2282 tal-11 ta' Diċembru 2017

      L 328

    19

    12.12.2017

    ►M15

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/202 tad-9 ta' Frar 2018

      L 38

    19

    10.2.2018

     M16

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/569 tat-12 ta' April 2018

      L 95

    21

    13.4.2018

     M17

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1940 tal-10 ta' Diċembru 2018

      L 314

    47

    11.12.2018

    ►M18

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019

      L 318

    134

    10.12.2019

    ►M19

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/190 tat-12 ta’ Frar 2020

      L 40I

    3

    13.2.2020

    ►M20

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/417 tad-19 ta’ Marzu 2020

      L 86

    9

    20.3.2020

    ►M21

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1509 tas-16 ta’ Ottubru 2020

      L 345

    8

    19.10.2020

    ►M22

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020

      L 419

    30

    11.12.2020




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/788/PESK

    tal-20 ta’ Diċembru 2010

    dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK



    Artikolu 1

    1.  
    Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat ta' kull tip, direttament jew indirettament, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi li joperaw fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jużaw il-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
    2.  

    Għandu wkoll ikun ipprojbit li:

    (a) 

    jingħataw, jinbiegħu, isir forniment jew trasferiment ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel, direttament jew indirettament lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi kollha li joperaw fit territorju tar-RDK;

    (b) 

    jingħata finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, jew għal kwalunkwe għotja, bejgħ, provvista, jew trasferiment ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lill-entitajiet mhux governattivi u l-individwi kollha li joperaw fit-territorju tar-RDK.

    Artikolu 2

    1.  

    L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

    ▼M7

    (a) 

    il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat jew l-għoti ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija finanzjarji u servizzi oħrajn relatati mal-armi u materjal relatat maħsubin biss għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Missjoni tal- Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO);

    ▼B

    (b) 

    il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-RDK minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

    ▼M8

    (c) 

    il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew l-għoti ta' għajnuna u taħriġ tekniku, relatati ma' tali tagħmir mhux letali, kif notifikat minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont il-UNSCR 1533 (2004) (Kumitat tas-Sanzjonijiet);

    ▼M5

    (d) 

    il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat, jew il-forniment ta' assistenza jew taħriġ finanzjarju jew tekniku relatat, maħsuba biss għall-appoġġ tat-Task Force Reġjonali għall-Unjoni Afrikana jew l-użu minnha;

    ▼M8

    (e) 

    bejgħ ieħor u/jew provvista oħra ta' armi u materjal relatat, jew l-għoti ta' għajnuna jew persunal, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    ▼B

    2.  
    Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u ta' kwalunkwe materjal relatat jew l-għoti ta' servizzi jew għajnuna u taħriġ tekniku msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont il-UNSCR 1533 (2004) (Kumitat tas-Sanzjonijiet) notifika minn qabel ta' kull kunsinna ta' armi u materjal relatat għar-RDK, jew b’kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika, finanzjarja, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari fir-RDK, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 (a) u (b). Tali notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq, l-utent aħħari, id-data proposta għall-kunsinna u l-itinerarju ta' kunsinni bil-baħar.
    4.  
    L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kunsinni taħt il-paragrafu 1 fuq bażi ta' każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari ( 1 ). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adegwati kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 2 u, fejn ikun adatt, jieħdu provvedimenti għar-ripatrijazzjoni tal-armi u l-materjal relatat ikkonsenjati.

    ▼M9

    Artikolu 3

    1.  

    Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra persuni u entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minħabba l-involviment f'atti jew l-appoġġ għal atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RDK. Tali atti jinkludu:

    (a) 

    li jaġixxu bi vjolazzjoni tal-embargo fuq l-armi u l-miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1;

    (b) 

    li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti li jappartjenu lil dawk il-gruppi;

    (c) 

    li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' milizzji Kongoliżi, inkluż dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kumbattenti tagħhom fil-proċessi ta' diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid;

    (d) 

    li jirreklutaw jew jużaw it-tfal f'konflitti armati fir-RDK bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

    (e) 

    li jkunu involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbuż tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, fosthom dawk l-atti mmirati lejn persuni ċivili, inkluż qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra, ħtif, trasferiment furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet;

    (f) 

    li jimpedixxu l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fir-RDK;

    (g) 

    li jappoġġaw persuni jew entitajiet, inkluż gruppi armati jew netwerks kriminali, involuti f'attivitajiet destabbilizzanti fir-RDK permezz tal-isfruttament ta' jew il-kummerċ illeċitu f'riżorsi naturali, inkluż deheb, jew annimali selvaġġi jew prodotti minn annimali selvaġġi;

    (h) 

    li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità indikata, jew li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' entità li hija proprjetà ta' persuna jew entità indikata;

    ▼M13

    (i) 

    l-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew il-parteċipazzjoni f'attakki kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO jew kontra l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-membri tal-Grupp tal-Esperti;

    ▼M9

    (j) 

    li jipprovdu appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku għal, jew prodotti jew servizzi lil, persuna jew entità indikata.

    Il-persuni u l-entitajiet rilevanti koperti minn dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness I.

    2.  

    Il-miżuri restrittivi kif previst fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra persuni u entitajiet:

    (a) 

    li jkunu qed jimpedixxu soluzzjoni kunsenswali u paċifika lejn elezzjonijiet fir-RDK, inkluż b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza, jew billi jdgħajfu l-istat tad-dritt;

    (b) 

    involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK;

    (c) 

    assoċjati ma' dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b);

    kif elenkat fl-Anness II.

    Artikolu 4

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3.
    2.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
    3.  

    Fir-rigward tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1), il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika:

    (a) 

    fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina minn qabel u każ b'każ li tali dħul jew transitu jkun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju, inkluż obbligu reliġjuż;

    (b) 

    fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tkun qed tiffavorixxi l-objettivi tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jiġifieri l-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-RDK u l-istabbiltà fir-reġjun;

    (c) 

    fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jawtorizza minn qabel u każ b'każ it-transitu ta' persuni li sejrin lura lejn it-territorju tal-Istat tan-nazzjonalità tagħhom, jew li qed jieħdu sehem fi sforzi biex jitressqu lejn il-ġustizzja persuni li wettqu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali; jew

    (d) 

    fejn tali dħul jew transitu jkun meħtieġ biex jitwettaq il-proċess ġudizzjarju.

    F'każijiet fejn, bis-saħħa ta' dan il-paragrafu, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

    4.  

    Fir-rigward tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3(2), il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:

    (a) 

    bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

    (b) 

    bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt il-patroċinju tagħha;

    (c) 

    taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

    (d) 

    bis-saħħa tat-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (“il-Patt tal-Lateran”) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

    5.  
    Il-paragrafu 4 għandu jitqies li japplika wkoll fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
    6.  
    Fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 4 jew 5, hu għandu jinforma debitament lill-Kunsill b'dan.
    7.  
    Fir-rigward tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3(2), l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, fosthom id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDK.
    8.  
    Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata li tkun mogħtija sakemm wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi riċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fejn membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
    9.  
    Fejn, skont il-paragrafi 4, 5, 6, 7 jew 8, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni elenkati fl-Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni direttament ikkonċernati minnha.

    Artikolu 5

    1.  
    Il-fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3 jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikat fl-Anness I u II, għandhom jiġu ffriżati.
    2.  
    Ebda fondi, assi finanzjarji oħrajn jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, tal-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.
    3.  

    Fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi li huma:

    (a) 

    meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet ta' oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u tariffi għal servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u r-rimborż ta' spejjeż assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali;

    (c) 

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew tariffi għal servizzi, skont il-liġi nazzjonali, għal ġestjoni normali jew il-kustodja ta' fondi ffriżati, jew assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra;

    (d) 

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u approvazzjoni minn dan tal-aħħar; jew

    (e) 

    is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza sakemm il-garanzija jew is-sentenza kienet iddaħħlet qabel l-inklużjoni fil-lista mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 3, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    4.  
    L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istati Membru kkonċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn ikun adatt, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien erbat ijiem tax-xogħol minn tali notifika.
    5.  

    Fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

    (a) 

    meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni u l-entitajiet u l-membri tal-familja dipendenti minn dawn il-persuni fiżiċi, fosthom ħlasijiet għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u tariffi għal servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba li huma assoċjati mal-forniment ta' servizzi legali;

    (c) 

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew tariffi ta' servizzi għall-ġestjoni normali jew il-kustodja ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

    (d) 

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

    6.  

    B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati lil persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità tkun ġiet elenkata fl-Anness II, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

    (b) 

    il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jintużaw esklużivament biex jagħmlu tajjeb għal pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti ffissati mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

    (c) 

    id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew II; u

    (d) 

    ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

    7.  
    Fir-rigward tal-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II, eżenzjonijiet jistgħu wkoll jingħataw għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma neċessarji għal finijiet umanitarji, bħall-forniment jew il-faċilitazzjoni tal-forniment ta' għajnuna, inkluż provvisti mediċi u ikel, jew it-trasferiment ta' ħaddiema umanitarji u għajnuna relatata jew għal evakwazzjonijiet mir-RDK.
    8.  
    Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iżommu lil persuna jew entità elenkata fl-Anness II milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt konkluż qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità tkun ġiet elenkata fih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew II.
    9.  

    Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

    (a) 

    imgħax jew introjti oħrajn fuq dawk il-kontijiet;

    (b) 

    ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew seħħew qabel id-data meta dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi, jew

    (c) 

    ħlasijiet dovuti lil persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li jkunu ġew mogħtija fl-Unjoni jew li jkunu eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

    dment li kull tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

    Artikolu 6

    1.  
    Il-Kunsill għandu jemenda l-lista li tinsab fl-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
    2.  
    Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness II.

    Artikolu 7

    1.  
    Meta l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jinkludi fil-lista persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew l-entità fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, sabiex b'hekk tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
    2.  
    Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 6(2), inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jagħti lil tali persuna jew entità l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
    3.  
    Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata b'dan.

    Artikolu 8

    1.  
    L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
    2.  
    L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tal-inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
    3.  
    L-Anness II għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fih.
    4.  
    L-Anness II għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    ▼M18

    Artikolu 8a

    1.  

    Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet barranin u l-Poolitika ta’ Sigurtà (Rappreżentant Għoli) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:

    (a) 

    fir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija u l-emendar tal-Annessi I u II;

    (b) 

    fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija tal-emendi għall-Annessi I u II.

    2.  
    Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti b’rabta ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni penali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Annessi I u II.
    3.  
    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma deżinjati bħala “kontrolluri” fis-sens tal-punt 8 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

    ▼M9

    Artikolu 9

    1.  
    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif xieraq, b'mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    ▼M22

    2.  
    Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom japplikaw sat-12 ta’ Diċembru 2021. Għandhom jiġġeddu, jew jiġu emendati kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħhom ma jkunux intlaħqu.

    ▼B

    Artikolu 10

    Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK hija b’dan imħassra.

    Artikolu 11

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.




    ▼M9

    ANNESS I

    (a) 

    ▼M11

    Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1)

    1.    Eric BADEGE

    Data tat-Twelid: 1971.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

    Indirizz: Rwanda (mill-bidu tal-2016 'il hawn)

    Informazzjoni oħra: Huwa ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien għadu qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272441

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Eric Badege kien Logutenent Kurunell u l-punt fokali għall-M23 f'Masisi u mexxa ċerti operazzjonijiet li ddestabbilizzaw partijiet mit-territorju ta' Masisi fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege kien responsabbli għal ksur serju maħsub biex jolqot tfal jew nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Wara Mejju 2012, ir-Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' persuni ċivili f'serje ta' attakki koordinati. F'Awwissu 2012, Badege wettaq attakki konġunti li inkludew il-qtil ta' persuni ċivili bla diskriminazzjoni. Dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques. Eks kumbattenti tal-M23 affermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23.

    Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”

    Badege ħarab lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013 u kien qed jgħix hemm fil-bidu tal-2016.

    2.    Frank Kakolele BWAMBALE

    (psewdonimu: a) FRANK KAKORERE, b) FRANK KAKORERE BWAMBALE, c) AIGLE BLANC

    Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016)

    Informazzjoni oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Mill-2010 'il hawn, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-RDK arrestawh f'Diċembru 2013 f'Beni, Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, talli allegatament imblokka l-proċess tad-DDR. Huwa telaq mir-RDK u għex fil-Kenja għal xi żmien, qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 fiż-żona ta' Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih u kien qed jgħix f'Kinshasa minn Ġunju 2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776078

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Frank Kakolele Bwambale kien il-mexxej tal-RCD-ML, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, fosthom billi pparteċipa f'missjoni tas-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.

    Huwa telaq mir-RDK u għex għal xi żmien fil-Kenja qabel ma ssejjaħ lura mill-Gvern tar-RDK biex jgħinhom fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Territorju ta' Beni. Huwa ġie arrestat f'Ottubru 2015 ħdejn Mambasa talli allegatament appoġġa lil grupp Mai Mai, iżda ma tressqet l-ebda akkuża kontrih. Minn Ġunju 2016, Kakolele kien qed jgħix f'Kinshasa.

    3.    Gaston IYAMUREMYE

    (psewdonimu: a) Byiringiro Victor Rumuli, b) Victor Rumuri, c) Michel Byiringiro, d) Rumuli

    Deżinjazzjoni: a) President Interim tal-FDLR, b) l-Ewwel Viċi President tal-FDLR-FOCA;

    Indirizz: Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016)

    Data tat-Twelid: 1948.

    Post tat-Twelid a) Distrett ta' Musanze, Provinċja tat-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

    Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272456

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Gaston Iyamuremye huwa l-Ewwel Viċi President tal-FDLR, kif ukoll il-president interim. Huwa għandu wkoll il-grad ta' Ġeneral Maġġur fil-fergħa armata tal-FDLR, imsejħa FOCA. Minn Ġunju 2016, Iyamuremye qiegħed fil-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    4.    Innocent KAINA

    (psewdonimu a): Colonel Innocent KAINA, b): India Queen

    Deżinjazzjoni: Eks-Deputat Kmandant tal-M23

    Indirizz: L-Uganda (mill-bidu tal-2016 'il hawn)

    Data tat-twelid: Novembru 1973

    Post tat-Twelid: Bunagana, Territorju ta' Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

    Informazzjoni oħra: Sar Viċi Kmandant tal-M23 wara l-ħarba tal-fazzjoni ta' Bosco Ntaganda lejn ir-Rwanda f'Marzu 2013. Ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013. Kien fl-Uganda fil-bidu tal-2016. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776081

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Innocent Kaina kien Kmandant Settorjali u mbagħad Viċi Kmandant fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u wettaq tali ksur. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġjon ta' Kinshasa sab lil Kaina responsabbli għal delitti kontra l-umanità li twettqu fid-Distrett ta' Ituri bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati li wettaq eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Taganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-eks CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa ggarantixxa s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012, huwa vjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23. Kaina ħarab lejn l-Uganda f'Novembru 2013 u kien għadu hemm fil-bidu tal-2016.

    5.    Jérôme KAKWAVU BUKANDE

    (psewdonimu: a) Jérôme Kakwavu, b) Commandant Jérôme)

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. F'Novembru 2014, instab ħati minn qorti militari tar-RDK u ngħata sentenza ta' għaxar snin ħabs għal stupru, qtil, u tortura. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776083

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Eks President tal-UCD/FAPC. Kontroll mill-FAPC ta' punti ta' qsim illegali tal-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, fil-ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali għolja tal-FARDC li ġew akkużati b'reati serji li kienu jinvolvu vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Ingħata l-grad ta' Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.

    6.    Germain KATANGA

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Data tat-twelid: 28 ta' April 1978

    Post tat-twelid: Mambasa, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs)

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Inħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza ta' Katanga tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776116

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Germain Katanga kien il-Kmandant tal-FRPI. Huwa kien involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Inizjalment instab ħati mill-QKI fit-23 ta' Mejju 2014 u ngħata sentenza ta' 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, iżda l-Awla tal-Appell tal-QKI naqqsitlu s-sentenza u ddeċidiet li s-sentenza tiegħu tintemm fit-18 ta' Jannar 2016. Minkejja li kien detenut fin-Netherlands matul il-proċess tiegħu, Katanga ġie ttrasferit lejn ħabs tar-RDK f'Diċembru 2015 u ġie akkużat għal reati kriminali oħra li kien wettaq preċedentement f'Ituri.

    7.    Thomas LUBANGA

    Post tat-Twelid: Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs)

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn il-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza ta' Lubanga. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776117

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Thomas Lubanga kien il-President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Huwa ġie arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ġie ttrasferit lejn il-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Huwa ġie ttrasferit lejn faċilità tal-ħabs fir-RDK fid-19 ta' Diċembru 2015 biex jiskonta s-sentenza ta' ħabs tiegħu.

    8.    Sultani MAKENGA

    (psewdonimu: a) Makenga, Colonel Sultani, b) Makenga, Emmanuel Sultani)

    Data tat-Twelid: 25 ta' Diċembru 1973.

    Post tat-Twelid: Rutshuru, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Novembru 2012.

    Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-Uganda tard fl-2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272833

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala Congolese Revolutionary Army), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitti armati, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ tat-tfal jew fl-użu tagħhom f'konflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri fit-territorju kollu ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti furzati tfal kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrapportat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inkluż ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tad-dritt internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u ggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u konflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    9.    Khawa Panga MANDRO

    (psewdonimu: a) Kawa Panga, b) Kawa Panga Mandro, c) Kawa Mandro, d) Yves Andoul Karim, e) Mandro Panga Kahwa, f) Yves Khawa Panga Mandro, g) “Chief Kahwa”, h) “Kawa”

    Data tat-Twelid: 20 ta' Awwissu 1973.

    Post tat-Twelid: Bunia, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Indirizz: Uganda (minn Mejju 2016)

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Intbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakk aggravat u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u ilu residenti fl-Uganda minn Mejju 2016 'il hawn. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272933

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Khawa Panga Mandro kien il-President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003) u kien involut fit-traffikar ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal mill-2001 sal-2002. Hu ntbagħat il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, inħeles mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, u sussegwentement ġie ttrasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, tagħtu sentenza ta' disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu. Huwa skonta s-sentenza tiegħu u kien residenti fl-Uganda minn Mejju 2016.

    10.    Callixte MBARUSHIMANA

    Deżinjazzjoni: Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR.

    Data tat-Twelid: 24 ta' Lulju 1963.

    Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

    Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 u nħeles mill-QKI lejn l-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie elett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224649

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Callixte Mbarushimana kien Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Bħala mexxej politiku/militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Huwa ġie arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fil-25 ta' Jannar 2011 iżda nħeles fl-aħħar tal-2011. Fid-29 ta' Novembru 2014 ġie rielett Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR b'mandat ta' ħames snin.

    11.    Iruta Douglas MPAMO

    (psewdonimu: a) Doulas Iruta Mpamo, b) Mpano)

    Indirizz: Gisenyi, Rwanda (minn Ġunju 2011).

    Data tat-Twelid: a) 28 ta' Diċembru 1965, b) 29 ta' Diċembru 1965.

    Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, c) Uvira, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272813

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi frodulenti ta' informazzjoni dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. L-okkupazzjoni tiegħu minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC) mhijiex magħrufa.

    ▼M10

    12.   Sylvestre MUDACUMURA

    (psewdonimu: a) Mupenzi Bernard, b) Ġeneral Maġġur Mupenzi, c) Ġeneral Mudacumura, d) Faragħun (Pharaoh), e) Radja)

    Deżinjazzjoni: a) Kmandant tal-FDLR-FOCA, b) Logutenent Ġeneral tal-FDLR-FOCA

    Data tat-twelid: 1954

    Post tat-twelid: Cellule Ferege, settur ta' Gatumba, komun ta' Kibilira, prefettura ta' Gisenyi, ir-Rwanda

    Indirizz: Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016 'il hawn).

    Nazzjonalità: Rwandiża.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Il-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġet mandat ta' arrest għal Mudacumura fit-12 ta' Lulju 2012 għal disa' akkużi ta' reati tal-gwerra, inkluż attakki fuq persuni ċivili, qtil, mutilazzjoni, trattament krudili, stupru, tortura, qerda ta' proprjetà, sakkeġġ u offiżi kbar għad-dinjità personali, allegatament imwettqa bejn l-2009 u l-2010 fir-RDK.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Sylvestre Mudacumura huwa l-Kmandant tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR, u jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), u kien involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew il-membri tal-persunal tiegħu) kien f'komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka fil-Ġermanja, inkluż fiż-żmien tal-Massakru ta' Busurungi f'Mejju 2009, u mal-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta' reklutaġġ u użu ta' tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. F'nofs l-2016, Mudacumura kien għadu l-kmandant ġenerali tal-fergħa armata tal-FDLR, kellu l-grad ta' Logutenent Ġeneral, u kienet jinsab fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    ▼M11

    13.    Leodomir MUGARAGU

    (psewdonimu: a) Manzi Leon, b) Leo Manzi)

    Indirizz: Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fil-foresta ta' Rutshuru, Bogoyi, Walikale, Kivu tat-Tramuntanta, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2011).

    Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953.

    Post tat-Twelid: a) Kigali, Rwanda b) Rushashi, Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

    Informazzjoni oħra: Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270747

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap Kmandant tal-Forces Combattantes Abucunguzi/il-Forza Kumbattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rapportar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għal operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

    14.    Leopold MUJYAMBERE

    (psewdonimu: a) Musenyeri, b) Achille, c) Frere Petrus Ibrahim)

    Deżinjazzjoni: a) Kap Kmandant tal-FDLR-FOCA, b) Viċi Kmandant Interim tal-FDLR-FOCA.

    Indirizz: Kinshasa, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).

    Data tat-Twelid: a) 17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1966.

    Post tat-Twelid: Kigali, Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

    Informazzjoni oħra: Laħaq aġent Viċi Kmandant tal-FDLR-FOCA fl-2014. Inqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5224709

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Leopold Mujyambere kien Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.

    F'Ġunju 2011, huwa kien il-Kmandant tal-FOCA tas-settur operazzjonali ta' Kivu tan-Nofsinhar, u dak iż-żmien kien jissejjaħ “Amazon”. Iktar tard huwa ġie promoss għal Kap Kmandant tal-FOCA, u mbagħad għal aġent Viċi Kmandant fl-2014. Huwa nqabad f'Goma, ir-RDK mis-servizzi tas-sigurtà Kongoliżi fil-bidu ta' Mejju 2016 u ġie ttrasferit lejn Kinshasa.

    15.    Jamil MUKULU

    (psewdonimu: a) Steven Alirabaki, b) David Kyagulanyi, c) Musezi Talengelanimiro, d) Mzee Tutu, e) Abdullah Junjuaka, f) Alilabaki Kyagulanyi, ) Hussein Muhammad, h) Nicolas Luumu, i) Julius Elius Mashauri, j) David Amos Mazengo, k) Professor Musharaf, l) Talengelanimiro)

    Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati.

    Indirizz: kien irrapportat li qiegħed f'ħabs fl-Uganda (minn Settembru 2016)

    Data tat-Twelid: a) 1965, b) 1 ta' Jannar 1964.

    Post tat-Twelid: Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda.

    Nazzjonalità: Uganda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Ottubru 2011.

    Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat f'April 2015 fit-Tanzanija u ġie estradit lejn l-Uganda f'Lulju 2015. F'Settembru 2016 kien irrapportat li Mukulu qed jinżamm f'ċella ta' detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu għal delitti tal-gwerra u ksur gravi tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra taħt il-Liġi tal-Uganda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270670

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont sorsi pubbliċi u rapporti uffiċjali, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu huwa l-Kap militari tal-ADF, grupp armat barrani li jopera fir-RDK u jostakola d-diżarm, ir-ripatrijazzjoni volontarja u r-risistemazzjoni tal-ġellieda tal-ADF kif previst mill-paragrafu 4. b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU rrapporta li Jamil Mukulu pprovda appoġġ materjali u uman lill-ADF bħala grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont diversi sorsi, inkluż rapporti mill-grupp ta' esperti dwar ir-RDK tal-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU, Jamil Mukulu ggarantixxa l-finanzjament, eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika tal-ADF u assuma responsabbiltajiet diretti fil-kmand u l-kontroll tal-forzi tal-ADF, b'mod partikolari fis-superviżjoni ta' rabtiet stabbiliti ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.

    ▼M20

    16.    Ignace MURWANASHYAKA

    (alias: Dr Ignace)

    Titolu: Dr.

    Deżinjazzjoni: President tal-FDLR

    Indirizz: Il-Ġermanja (fil-ħabs)

    Data ta’ Twelid: 14 ta’ Mejju 1963

    Post tat-Twelid: a) Butera, ir-Rwanda b) Ngoma, Butare, ir-Rwanda

    Nazzjonalità: Ir-Rwanda

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta’ Novembru 2005

    Informazzjoni oħra: Miet fil-ħabs fil-Ġermanja fis-16 ta’ April 2019. Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009 u fit-28 ta’ Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta’ grupp terroristiku barrani u għall-għoti ta’ għajnuna f’delitti tal-gwerra. Ingħata sentenza ta’ 13-il sena u minn Ġunju 2016 qiegħed f’ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta’ Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b’mandat ta’ ħames snin. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill‐Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Ignace Murwanashyaka huwa l-President tal-FDLR, fejn jeżerċita influwenza fuq il-linji ta’ politika tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar‐Riżoluzzjoni 1493 (2003), huwa involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa kien f’komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f’Busurungi f’Mejju 2009); huwa ta ordnijiet militari lill-kmand għoli; kien involut fil‐koordinazzjoni tat-trasferiment ta’ armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta’ struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; u amministra somom kbar ta’ flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta’ riżorsi naturali f’żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu r-responsabbiltà tal-kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009 u fit-28 ta’ Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta’ grupp terroristiku barrani u għall-għoti ta’ għajnuna f’delitti tal-gwerra. Huwa rċieva sentenza ta’ 13-il sena u minn Ġunju 2016 kien il-ħabs fil-Ġermanja. Fid‐29 ta’ Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b’mandat ta’ ħames snin.

    ▼M11

    17.    Straton MUSONI

    (psewdonimu: IO Musoni)

    Deżinjazzjoni: Eks Viċi President tal-FDLR.

    Data tat-Twelid: a) 6 ta' April 1961 b) 4 ta' Ġunju 1961.

    Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

    Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, u fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u ngħata sentenza ta' tmien snin. Musoni nħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin mis-sentenza tiegħu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272354

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Straton Musoni kien Viċi President tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK. Huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti ta' dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009, fit-28 ta' Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża għat-tmexxija ta' grupp terroristiku barrani u rċieva sentenza ta' tmien snin. Inħeles mill-ħabs immedjatament wara l-proċess, wara li kien skonta aktar minn ħames snin tas-sentenza tiegħu.

    18.    Jules MUTEBUTSI

    (psewdonimu: a) Jules Mutebusi, b) Jules Mutebuzi, c) Colonel Mutebutsi)

    Data tat-Twelid: 1964.

    Post tat-Twelid: Minembwe, Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Eks Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari f'April 2004, tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5272093

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Jules Mutebutsi ngħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Huwa kien implikat li rċieva armi barra l-istrutturi tal-FARDC u li forna provvisti lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien il-Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-Għaxar Reġjun Militari sa April 2004 meta tkeċċa minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Ġie rrapportat li miet f'Kigali fid-9 ta' Mejju 2014.

    19.    Baudoin NGARUYE WA MYAMURO

    (psewdonimu: Colonel Baudoin Ngaruye)

    Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23).

    Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali.

    Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.

    Data tat-Twelid: a) 1 ta' April 1978 b) 1978.

    Post tat-Twelid: a) Bibwe, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Lusamambo, territorju ta' Lubero, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

    Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tmiem l-2014, jgħix fil-kamp ta' Ngoma, Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5268954

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-eks CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kien irrakkomanda li jiġi ddeżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankamenti u ħtif, ħafna drabi kontra n-nisa. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjon u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti ta' Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu.

    20.    Mathieu, Chui NGUDJOLO

    (psewdonimu a) Cui Ngudjolo)

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Indirizz: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tat-twelid: 8 ta' Ottubru 1970.

    Post tat-twelid: Bunia, Provinċja ta' Ituri, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Huwa ġie kkonsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fil-11 ta' Mejju 2015. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776118

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Mathieu Chui Ngudjolo kien il-Kap Kmandant tal-FRPI, u eżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. Huwa ġie arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Il-Gvern tar-RDK sussegwentement ittrasferih lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. F'Diċembru 2012 inħeles mill-QKI minn kull akkuża miġjuba kontrih, u l-verdett ġie kkonfermat mill-Awla tal-Appell fis-27 ta' Frar 2015. Ngudjolo ressaq talba għall-asil fin-Netherlands iżda ġiet miċħuda. Huwa ġie ddeportat lejn ir-RDK fl-11 ta' Mejju 2015.

    21.    Floribert Ngabu NJABU

    (psewdonimu: a) Floribert Njabu Ngabu, b) Floribert Ndjabu, c) Floribert Ngabu Ndjabu)

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo, nru tal-passaport OB 0243318.

    Data tat-twelid: 23 ta' Mejju 1971.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Kien jinsab taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba l-involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Huwa ġie ttrasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Huwa applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil. F'Lulju 2014, ġie ddeportat min-Netherlands lejn ir-RDK, fejn tqiegħed taħt arrest. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776373

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit lejn l-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; bħalissa l-każ jinsab taħt appell.

    22.    Laurent NKUNDA

    (psewdonimu: a) Nkunda Mihigo Laurent, b) Laurent Nkunda Bwatare, c) Laurent Nkundabatware, d) Laurent Nkunda Mahoro Batware, e) Laurent Nkunda Batware, f) Chairman, g) General Nkunda, h) Papa Six)

    Data tat-Twelid: a) 6 ta' Frar 1967 b) 2 ta' Frar 1967.

    Post tat-Twelid: Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese DemocracyGoma (RCDG), 1998-2006; Uffiċjal ta' Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda appellaw quddiem il-Qorti Militari tar-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5270703

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu f'Kivu tat-Tramuntana mill-2002 sal-2007. Eks Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese DemocracyGoma (RCDG), 1998-2006; Uffiċjal ta' Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għar-reati li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwistjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.

    23.    Felicien NSANZUBUKIRE

    (psewdonimu: Fred Irakeza)

    Deżinjazzjoni: a) Kmandant tas-Sottotaqsima tal-FDLR-FOCA, b) Kurunell tal-FDLR-FOCA.

    Indirizz: Provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn Ġunju 2016).

    Data tat-Twelid: 1967.

    Post tat-Twelid: a) Murama, Kigali, Rwanda, b) Rubungo, Kigali, Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

    Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269078

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi mill-inqas bejn Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi ta' Kivu tan-Nofsinhar. Minn Jannar 2016, Nsanzubukire kien Kmandant ta' Sottotaqsima tal-FDLR FOCA fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar u kien jokkupa l-kariga ta' Kurunell.

    24.    Pacifique NTAWUNGUKA

    (psewdonimu: a) Pacifique Ntawungula, b) Colonel Omega, c) Nzeri, d) Israel)

    Deżinjazzjoni: a) Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-FDLR-FOCA, b) Brigadier Ġeneral tal-FDLR-FOCA.

    Indirizz: Territorju ta' Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo (f'Ġunju 2016).

    Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1964.

    Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

    Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5269021

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Pacifique Ntawunguka kien il-kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.

    F'nofs l-2016, Ntawunguka kien il-Kmandant tat-Taqsima “SONOKI” tal-Provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana.

    25.    James NYAKUNI

    Nazzjonalità: Uganda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5776374

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Sħab fil-kummerċ ma' Jérôme Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.

    26.    Stanislas NZEYIMANA

    (psewdonimu: a) Deogratias Bigaruka Izabayo, b) Izabayo Deo, c) Jules Mateso Mlamba, d) Bigaruka, e) Bigurura)

    Deżinjazzjoni: Eks-Deputat Kmandant tal-FDLR-FOCA.

    Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1966 b) 28 ta' Awwissu 1966 c) Bejn wieħed u ieħor fl-1967.

    Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, Rwanda.

    Nazzjonalità: Rwanda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

    Informazzjoni oħra: Għeb waqt li kien fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013. Minn Ġunju 2016 'il hawn ma kienx magħruf fejn jinsab. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275373

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Stanislas Nzeyimana kien Deputat Kmandant tal-FOCA, il-fergħa armata tal-FDLR. Bħala mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, huwa impedixxa d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti dwar ir-RDK tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin qabel u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007 'l hawn, l-FDLR-FOCA, li qabel kienu jirreklutaw subien ta' età qrib id-dsatax-il sena, issa qed jirreklutaw bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorta, u tfal akbar jintbagħtu bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Nzeyimana għeb fit-Tanzanija fil-bidu tal-2013, u minn Ġunju 2016 ma kienx magħruf fejn jinsab.

    27.    Dieudonné OZIA MAZIO

    (psewdonimu: a) Ozia Mazio, b) Omari, c) Mr Omari)

    Data tat-Twelid: 6 ta' Ġunju 1949.

    Post tat-Twelid: Ariwara, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275495.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

    28.    Jean-Marie Lugerero RUNIGA

    (psewdonimu: Jean-Marie Rugerero)

    Deżinjazzjoni: M23, President.

    Indirizz: Rubavu/Mudende, Rwanda.

    Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b) 9 ta' Settembru 1966.

    Post tat-Twelid: Bukavu, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

    Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Mill-2016, residenti fir-Rwanda. Ipparteċipa fil-ħolqien ta' partit politiku Kongoliż ġdid f'Ġunju 2016, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP). Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5274633

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-taqsima politika tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga ssemma wkoll bħala l-President tal-M23 f'entrati fis-sit web tal-grupp. Ir-rwol tiegħu ta' tmexxija kien ikkorroborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-mexxej tal-M23.

    Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tal-BBC tat-23 ta' Novembru 2012, l-M23 ġie ffurmat meta eks membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra l-kundizzjonijiet u l-pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC. L-M23 kien involut f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu l-kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi eks kumbattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala raġuni għalfejn it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad inqatlu immedjatament.”

    Runiga daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu. Min-nofs l-2016, Runiga kien jirrisjedi fir-Rwanda. F'Ġunju 2016, huwa ħa sehem fil-ħolqien ta' partit politiku ġdid Kongoliż, l-Alliance pour le Salut du Peuple (ASP).

    ▼M21

    29.    Ntabo Ntaberi SHEKA

    Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka.

    Data tat-Twelid: 4 ta’ April 1976.

    Post tat-Twelid: Walikale, Territorju ta’ Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Indirizz: Goma, Kivu ta’ Fuq, Repubblika Demokratika tal-Kongo (fil-ħabs)

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta’ Novembru 2011.

    Informazzjoni oħra: Huwa ċeda ruħu lill-MONUSCO fis-26 ta’ Lulju 2017 u minn dakinhar ġie detenut mill-awtoritajiet Kongoliżi. Il-proċess tiegħu għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u parteċipazzjoni f’moviment ta’ rvell, quddiem il-Qorti Militari f’Goma, beda f’Novembru 2018. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew l-integrazzjoni mill-ġdid tal-kumbattenti. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta’ milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta’ Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta’ Bisiye u l-estorsjoni min-nies tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta’ attakki fit-territorju ta’ Walikale mit-30 ta’ Lulju sat-2 ta’ Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta’ milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tiegħu mill-attivitajiet ta’ reklutaġġ.

    30.    Bosco TAGANDA

    (psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia (Meta kien parti mill-APR), e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta’ sejħa), g) Romeo (Sinjal ta’ sejħa), h) Major)

    Indirizz: The Hague, in-Netherlands (minn Ġunju 2016).

    Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974.

    Post tat-Twelid: Bigogwe, ir-Rwanda.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Indirizz: The Hague, in-Netherlands.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta’ Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba, fit-territorju ta’ Masisi, f’Kivu ta’ Fuq. Inħatar bħala Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn wara l-arrest ta’ Laurent Nkunda f’Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f’Kivu ta’ Fuq u t’Isfel. Daħal fir-Rwanda f’Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f’idejn l-uffiċjali tal-QKI f’Kigali fit-22 ta’ Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI f’The Hague, in-Netherlands. Fid-9 ta’ Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta’ delitti kontra l-umanità kontrih; il-proċess beda f’Settembru 2015. Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-QKI sabitu ħati ta’ 18-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, li twettqu f’Ituri bejn l-2002 u l-2003. Fis-7 ta’ Novembru 2019, huwa ngħata sentenza ta’ total ta’ 30 sena ħabs. Huwa appella kemm il-kundanna kif ukoll is-sentenza tiegħu. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Bosco Taganda kien il-kmandant militari tal-UPC/L, fejn eżerċita influwenza fuq il-linji politiċi u kellu l-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f’Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta’ kmand f’155 każ ta’ reklutaġġ u użu tat-tfal f’Kivu ta’ Fuq mill-2002 sal-2009. Bħala Kap Kmandant tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta’ kmand għall-massakru f’Kiwanja f’Novembru 2008.

    Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba fit-territorju ta’ Masisi tal-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq. F’Ġunju 2011, kien jirrisjedi f’Goma u kien is-sid ta’ azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta’ Ngungu, tat-territorju ta’ Masisi fil-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri. Kien Kap Kmandant tas-CNDP u mbagħad sar il-kmandant militari tas-CNDP wara li ġie arrestat Laurent Nkunda f’Jannar 2009. Minn Jannar 2009, kien Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” f’Kivu ta’ Fuq u t’Isfel. Daħal fir-Rwanda f’Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f’idejn l-uffiċjali tal-QKI f’Kigali fit-22 ta’ Marzu u sussegwentement ġie ttrasferit lill-QKI f’The Hague, in-Netherlands. Fid-9 ta’ Ġunju 2014, il-QKI kkonfermat 13-il akkuża ta’ delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta’ delitti kontra l-umanità kontrih. Il-proċess beda f’Settembru 2015.

    ▼M11

    31.    Innocent ZIMURINDA

    (psewdonimu: Zimulinda)

    Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd, Grad: Kurunell, b) Kurunell fil-FARDC.

    Indirizz: Rubavu, Mudende.

    Data ta' Twelid: a) 1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c) 16 ta' Marzu 1972.

    Post tat-Twelid: Territorju ta' Ngungu Masisi, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Masisi, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

    Informazzjoni oħra: Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5275315

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandiż, l-aktar nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 persuna ċivili, inkluż nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja.

    F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fil-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru l-uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda, de facto, żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-grad u jilbes l-uniformi ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

    ▼M15

    32.   Muhindo Akili MUNDOS (alias: a) Charles Muhindo Akili Mundos; b) Akili Muhindo; c) Muhindo Mundos)

    Kariga: a) Ġeneral tal-Forzi Armati tar-RDK (FARDC), Kmandant tal-Brigata 31 b) Brigadier Ġeneral tal-FARDC

    Data tat-twelid: 10 ta' Novembru 1972

    Post tat-twelid: Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

    Informazzjoni oħra: Muhindo Akili Mundos huwa Ġeneral tal-FARDC, Kmandant tal-Brigata 31. Inħatar kmandant tas-Settur Operazzjonali tal-FARDC fiż-żoni ta' Beni u Lubero, inkluż l-Operazzjoni Sukola I kontra l-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF) f'Settembru 2014. Baqa' f'dik il-pożizzjoni sa Ġunju 2015. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Raġuni għall-elenkar:

    Muhindo Akili Mundos iddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

    Informazzjoni addizzjonali:

    Muhindo Akili Mundos kien il-kmandant tal-armata Kongoliża responsabbli għall-operazzjonijiet militari kontra l-ADF matul l-operazzjoni “Sukola I” minn Awwissu 2014 sa Ġunju 2015. L-unità tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos naqset milli tintervjeni biex tipprevjeni abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-ADF, inkluż attakki mmirati lejn persuni ċivili. Mundos irrekluta u arma eks-ġellieda minn gruppi armati lokali biex jieħdu sehem fi qtil u massakri extraġudizzjarji mill-ADF.

    Waqt li kien kmandant tal-operazzjoni Sukola I tal-FARDC, Mundos kien ukoll fil-kmand ta' fazzjoni ta' sottogrupp tal-ADF magħrufa bħala l-ADF-Mwalika, u taha appoġġ. Taħt il-kmand ta' Mundos, l-ADF-Malika wettqet attakki kontra persuni ċivili. Il-ġellieda tal-FARDC taħt il-kmand ta' Mundos taw appoġġ addizzjonali lill-ADF-Malika matul dawn l-operazzjonijiet.

    33.   Guidon Shimiray MWISSA

    Data tat-twelid: 13 ta' Marzu 1980

    Post tat-twelid: Kigoma, Walikalele, Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

    Informazzjoni oħra: Gradwa mill-iskola sekondarja f'humanités sociales fi Mpofi; ta' 16-il sena ngħaqad mal-grupp armat taħt il-kmand ta' She Kasikila; integra l-FARDC ma' Kasikila, li saret il-battaljun S3 tiegħu; ferut fl-2007, wara ngħaqad ma' Mai Mai Simba taħt il-kmandant ta' dak iż-żmien “Mando”; ħa sehem fil-ħolqien tal-NDC fl-2008, u sar viċi kmandant responsabbli mill-Brigata Aigle Lemabé. Huwa wkoll ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(g) tal-UNSCR 2293.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Raġuni għall-elenkar:

    Guidon Shimiray Mwissa ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(g) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

    Informazzjoni addizzjonali:

    Il-“Ġeneral” Guidon Simaray Mwissa ħalla l-Nduma defense du Congo (NDC) u ħoloq il-grupp tiegħu stess, NDC-R fl-2014.

    L-NDC-R, immexxi minn Guidon Shimiray Mwissa, juża suldati tfal u bagħathom f'konflitt armat. L-NDC-R huwa akkużat ukoll b'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċji tal-Lvant, u li impona taxxi illegali fiż-żoni tal-minjieri tad-deheb u li uża r-rikavat minnhom biex jixtri l-armi bi ksur tal-embargo fuq l-armi kontra r-RDK.

    34.   Lucien NZAMBAMWITA (alias: André Kalume)

    Data tat-twelid: 1966

    Post tat-twelid: Cellule Nyagitabire, Sector Ruvune, Commune Kinyami, Prefecture Byumba, Rwanda

    Nazzjonalità: Rwanda

    Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

    Informazzjoni oħra: Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(j) tal-UNSCR 2293.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Raġuni għall-elenkar:

    Lucien Nzambamwita ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(j) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

    Informazzjoni addizzjonali:

    Lucien Nzambamwita (magħruf ukoll bħala André Kalume) huwa mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR) li joperaw fir-RDK, li jdgħajfu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tar-RDK u huma responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem inkluż li mmiraw u qatlu persuni ċivili. Il-FDLR ġew sanzjonati mill-Kumitat 1533 fil-31 ta' Diċembru 2012.

    35.   Gédéon Kyungu MUTANGA WA BAFUNKWA KANONGA

    Deżinjazzjoni: Mexxej tar-ribelli Katangani

    Data tat-twelid: 1974

    Post tat-twelid: Territorju ta' Manono, Provinċja ta' Katanga (issa l-Provinċja ta' Tanganyika)

    Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 1 ta' Frar 2018

    Informazzjoni oħra: Gédéon Kyungu ġej mill-grupp etniku Balubakat. Wara li temm l-edukazzjoni primarja f'Likasi u l-iskola sekondarja f'Manono, kiseb lawrja fil-pedagoġija. Fl-1999 ingħaqad mal-moviment Maï Maï, u kkmanda, mill-2003, wieħed mill-aktar gruppi attivi fil-provinċja ta' Katanga. Fl-2006, żar il-forzi għaż-żamma tal-paċi tan-NU biex jintegra permezz tal-proċess ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR). Ħarab mill-ħabs fl-2011 u ċeda ruħu f'Ottubru 2016. Huwa ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK skont il-paragrafu 7(e) tal-UNSCR 2293.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar provduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Raġuni għall-elenkar:

    Gédéon Kyungu Mutanga Wa Bafunkwa Kanonga ddaħħal fil-lista fl-1 ta' Frar 2018 skont kriterji stipulati fil-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293 (2016) kif affermat mill-ġdid fir-Riżoluzzjoni 2360 (2017).

    Informazzjoni addizzjonali:

    Billi kien il-mexxej tal-milizzja Bakata Katanga (magħrufa wkoll bħala Kata Katanga) bejn l-2011 u l-2014, Gédéon Kyungu Mutanga kien involut f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem bħal qtil u attakki fuq persuni ċivili, speċjalment f'żoni rurali tal-provinċja ta' Katanga. Bħala Kmandant tal-grupp armat Bakata Katanga, li huwa ħati ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra, inkluż attakki kontra persuni ċivili, fix-Xlokk tar-RDK, Gédéon Kyungu Mutanga huwa għalhekk ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK.

    ▼M19

    36.   Seka BALUKU (psewdonimu inqas affidabbli: a) Mzee Kajaju, b) Musa, c) Lumu, d) Lumonde)

    Deżinjazzjoni: Kap ġenerali tal-Alleanza tal-Forzi Demokratiċi (ADF)

    Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977

    Nazzjonalità: Uganda

    Indirizz: L-aħħar post magħruf huwa l-kamp ta’ Kajuju ta’ Medina II, it-territorju ta’ Beni, fit-Tramuntana ta’ Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 6 ta’ Frar 2020

    Informazzjoni oħra: Baluku ilu żmien twil membru tal-ADF, u kien il-viċi kmandant tal-fundatur tal-ADF Jamil Mukulu sakemm ħa t-tmexxija f’idejh wara l-operazzjoni militari tal-FARDC Sukola I fl-2014.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Raġuni għall-elenkar:

    Seka Baluku ġie elenkat fis-6 ta’ Frar 2020 skont il-paragrafu 7 tar-riżoluzzjoni 2293 (2016) talli ħa sehem f’atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RDK jew ipprovda appoġġ għalihom.

    Informazzjoni addizzjonali:

    Mexxej ġenerali tal-ADF. Kif enfasizzat f’diversi rapporti mill-Grupp ta’ Esperti dwar ir-RDK (S/2015/19, S/2015/797, S/2016/1102, S/2017/672, S/2018/531, S/2019/469, S/2019/974), SEKA Baluku wettaq, ippjana u/jew mexxa atti ripetuti ta’ mmirar, qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra u ħtif ta’ persuni ċivili, inkluż tfal, kif ukoll attakki fuq faċilitajiet tas-saħħa, b’mod partikolari f’Mamove, fit-territorju ta’ Beni, fit-12 u l-24 ta’ Frar 2019, kif ukoll ir-reklutaġġ u l-użu kontinwi tat-tfal matul l-attakki u għal xogħol furzat fit-territorju ta’ Beni fir-RDK sa mill-inqas l-2015.

    ▼M11

    (b) 

    Lista ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)

    ▼M21

    1.    ADF (FORZI DEMOKRATIĊI ALLEATI)

    (Psewdonimu: a) Forces Démocratiques Alliées-Armée Nationale de Libération de l’Ouganda; b) ADF/NALU; c) NALU)

    Indirizz: Provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta’ Ġunju 2014.

    Informazzjoni Oħra: Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu, ġie arrestat f’Dar es Salaam, it-Tanzanija, f’April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f’Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, ġie rrappurtat li Mukulu kien qed jinżamm f’ċella ta’ detenzjoni tal-pulizija waqt li kien qed jistenna l-proċess tiegħu. Seka Baluku ħa l-kariga ta’ mexxej ġenerali tal-ADF wara Jamil Mukulu. Kif enfasizzat f’diversi rapporti mill-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK (S/2015/19, S/2015/797, S/2016/1102, S/2017/672, S/2018/531, S/2019/469, S/2019/974, S/2020/482), l-ADF, inkluż taħt it-tmexxija ta’ Seka Baluku, komplew iwettqu atti ripetuti ta’ mmirar, qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra, ħtif ta’ persuni ċivili, inkluż tfal, kif ukoll attakki fuq irħula u faċilitajiet tas-saħħa, b’mod partikolari f’Mamove, fit-territorju ta’ Beni, fit-12 u l-24 ta’ Frar 2019, u f’Mantumbi, fit-territorju ta’ Beni, fil-5 ta’ Diċembru 2019 u t-30 ta’ Jannar 2020, kif ukoll ir-reklutaġġ u l-użu kontinwi tat-tfal matul l-attakki u għal xogħol furzat fit-territorju ta’ Beni fir-RDK sa mill-inqas l-2015. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Il-Forzi Demokratiċi Alleati (“ADF”) inħolqu fl-1995 u jinsabu fiż-żona muntanjuża tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-Grupp ta’ Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“GoE”), li jikkwota uffiċjali tal-Uganda u sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta’ bejn 1 200 u 1 500 ġellied armat li jinsabu fil-Grigal tat-Territorju ta’ Beni tal-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Skont stimi tal-istess sorsi, is-sħubija totali tal-ADF — inkluż in-nisa u t-tfal — hija ta’ bejn 1 600 u 2 500 . Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrxu l-ġellieda tagħhom f’bosta bażijiet iżgħar, u ċaqalqu lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta’ Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u Kivu ta’ Fuq. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.

    L-ADF wettqu ksur serju tad-dritt internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif imniżżel fid-dettall hawn taħt.

    L-ADF irreklutaw u użaw suldati tfal bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR).

    Ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE ddikjara li l-GoE għamel intervista lil tliet eks ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b’wegħdiet foloz ta’ impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b’xejn (għat-tfal) u mbagħad iġiegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Ukoll skont ir-rapport tal-GoE, eks ġellieda tal-ADF qalu lill-GoE li l-gruppi ta’ taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GoE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GoE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn “eks suldat tifel tal-ADF”.

    Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GoE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f’Kasese ma’ sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f’Lulju 2012.

    Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f’ittra tas-6 ta’ Jannar 2009 mill-Eks-Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Eks-Ministru għall-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta’ Bushobozi Irumba ġie maħtuf fl-età ta’ disa’ snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.

    Barra minn hekk, “The Africa Report” ikkwota allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirreklutaw tfal mill-età żgħira ta’ għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People’s Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta’ taħriġ fuq il-Gżira ta’ Buvuma fil-Lag Victoria.

    L-ADF wettqu wkoll għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż qtil, mankamenti u vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).

    Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GoE, fl-2013 l-ADF attakkaw għadd kbir ta’ rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbu lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta’ żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrollaw billi jaħtfu jew joqtlu persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qatgħu ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta’ Kamango, sparaw lil bosta oħrajn, u ssekwestraw għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żammu lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.

    Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u rappurtar ta’ ksur serju kontra t-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat irrapporta lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta’ rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kienu responsabbli għal 14 mit-18-il persuna minorenni maqtula ddokumentati, inkluż f’inċident fil-11 ta’ Diċembru 2013, fit-territorju Beni, Kivu ta’ Fuq, meta l-ADF attakkaw il-villaġġ ta’ Musuku, fejn qatlu 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta’ età bejn xahrejn u 17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b’mod sever bil-machetes, inkluż żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.

    Ir-Rapport ta’ Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma’ Konflitt jidentifika lill-“Allied Democratic Forces — National Army for the Liberation of Uganda” fuq il-lista tiegħu ta’ “Partijiet issuspettati b’mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta’ vjolenza sesswali f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat.”

    L-ADF ipparteċipaw ukoll f’attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).

    Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettqu mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta’ Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GoE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta’ Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f’Beni, li wassal biex ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi ndarbu.

    Il-fundatur u mexxej tal-ADF, Jamil Mukulu, ġie arrestat f’Dar es Salaam, it-Tanzanija, f’April 2015. Sussegwentement ġie estradit lejn Kampala, l-Uganda f’Lulju 2015. Minn Ġunju 2016, qed jinżamm f’ċella ta’ detenzjoni tal-pulizija waqt li jistenna l-proċess tiegħu.

    ▼M11

    2.    BUTEMBO AIRLINES (BAL)

    Indirizz: Butembo, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

    Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278478

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

    3.    COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC)

    Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Gisenyi, Rwanda, c) PO BOX 315, Goma, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

    Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278381

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). F'Diċembru 2008, GLBC ma kellhiex aktar inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

    4.    CONGOMET TRADING HOUSE

    Indirizz: Butembo, Kivu tat-Tramuntana.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

    Informazzjoni oħra: Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278420

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kienet ikkontrollata mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Ma għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, Kivu tat-Tramuntana.

    5.    FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)

    (pswedonimu: a) FDLR, b) Force Combattante Abacunguzi, c) Combatant Force for the Liberation of Rwanda, d) FOCA)

    Indirizz: a) Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, b) Kivu tan-Nofsinhar, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

    Informazzjoni oħra: Indirizz elettroniku: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net; fdlrsrt@gmail.com; humura2020@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278442

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali u spostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, f'Kivu tat-Tramuntanaminn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li attivamenti l-FDLR kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud saħansitra ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kumbattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna.

    Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja ta' Kivu tan-Nofsinhar, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja ta' Kivu tat-Tramuntana. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inkluż ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula f'Kivu tan-Nofsinhar mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inkluż disat itfal u sitt nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inkluż ħames nisa u ħamest itfal f'Kivu tan-Nofsinhar f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU ddokumentat tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluż minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. Ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta' 11-il persuna mill-FDLR f'Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta' April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta' 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inkluż ħames minorenni u sitt nisa, f'Mejju. Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari.

    Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-konflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

    6.    M23

    (psewdonimu: Mouvement du 23 mars).

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

    Informazzjoni Oħra: Indirizz elettroniku: mouvementdu23mars1@gmail.com. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5277973

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali maħsub biex jolqot nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż qtil u mankamenti, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha tmien snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-konflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

    ▼M21

    7.    MACHANGA LTD

    Indirizz: Plot 55A, Upper Kololo Terrace, Kampala, Uganda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta’ Marzu 2007.

    Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarji ta’ Machanga baqgħu involuti fix-xiri ta’ deheb mil-Lvant tar-RDK. L-aħħar rendikont annwali li Machanga Ltd ippreżentat kien fl-2004 u din ġiet elenkata bħala “status inattiv” skont l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Uganda. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Machanga xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK b’rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta’ għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta’ Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta’ deheb mil-Lvant tar-RDK.

    ▼M11

    8.    TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO)

    (psewdonimu: TPD)

    Indirizz: Goma, Kivu tat-Tramuntana, Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

    Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Uffiċjalment issospendiet l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita. Link web tal-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/une/5278464

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, f'Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali f'Kivu tan-Nofsinhar, f'Kasai Occidental, Kasai Oriental u Maniema. Issospendiet l-attivitajiet kollha uffiċjalment fl-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President hija Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali ta' Kivu tat-Tramuntana Robert Seninga u Bertin Kirivita.

    ▼M21

    9.    UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD

    Indirizz: a) Plot 22, Kanjokya Street, Kamwokya, Kampala, Uganda (Tel.: +256 41 533 578/9), b) PO BOX 22 709 , Kampala, Uganda.

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta’ Marzu 2007.

    Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Diretturi s-Sur Jamnadas V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni” — u t-tfal tiegħu s-Sur Kunal J. LODHIA u Jitendra J. LODHIA). F’Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f’Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Id-diretturi ta’ UCI baqgħu involuti fix-xiri ta’ deheb mil-Lvant tar-RDK. L-aħħar rendikont annwali li Uganda Commercial Impex (UCI) Ltd ippreżentat kien fl-2013 u din ġiet elenkata bħala “Inattiva — status inattiv” mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Uganda. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    UCI xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK b’rabtiet mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta’ għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Eks diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni” — u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F’Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f’Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta’ UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta’ deheb mil-Lvant tar-RDK.

    ▼M22




    ANNESS II

    LISTA TA’ PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2)

    A.   Persuni



     

    Isem

    Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    1

    Ilunga Kampete

    magħruf ukoll bħala Gaston Hughes Ilunga Kampete; Hugues Raston Ilunga Kampete

    Data tat-twelid: 24.11.1964

    Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Numru tal-karta tal-identità militari: 1-64-86-22311-29

    Indirizz: 69, avenue Nyangwile, Kinsuka Mimosas, Kinshasa/Ngaliema, RDK

    Sess: Raġel

    Bħala Kmandant tal-Gwardja Repubblikana (GR) sa April 2020, Ilunga Kampete kien responsabbli għall-unitajiet tal-GR skjerati fuq l-art u involuti fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

    Huwa kien ukoll responsabbli għar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn aġenti tal-GR, bħar-repressjoni vjolenti ta’ manifestazzjoni tal-oppożizzjoni f’Lubumbashi f’Diċembru 2018.

    Minn Lulju 2020, huwa jibqa’ suldat ta’ livell għoli, bħala Logutenent Ġenerali fil-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u Kmandant tal-bażi militari ta’ Kitona fil-provinċja ta’ Kongo Central. Skont il-funzjonijiet tiegħu huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

    Ilunga Kampete kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    12.12.2016

    2

    Gabriel AMISI Kumba

    magħruf ukoll bħala Gabriel Amisi Nkumba; “Tango Fort’; “Tango Four”

    Data tat-twelid: 28.5.1964

    Post tat-twelid: Malela, RDK

    Numru tal-karta tal-identità militari:

    1-64-87-77512-30

    Indirizz: 22, avenue Mbenseke, Ma Campagne, Kinshasa/Ngaliema RDK

    Sess: Raġel

    Eks Kmandant tal-ewwel żona tad-difiża tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) li ħadu sehem fl-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

    Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Kap tal-Persunal tal- FARDC inkarigat mill-operazzjonijiet u l-intelligence minn Lulju 2018 sa Lulju 2020, u minħabba d-dmirijiet għolja tiegħu bħala Spettur Ġeneral tal-FARDC minn Lulju 2020, huwa responsabbli għal ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

    Gabriel Amisi Kumba kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    12.12.2016

    3

    Ferdinand ILUNGA Luyoyo

    Data tat-twelid: 8.3.1973

    Post tat-twelid: Lubumbashi, RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Numru tal-passaport tar-RDK: OB0260335

    validu mill-15.4.2011 sal-14.4.2016

    Indirizz: 2, avenue des Orangers, Kinshasa/Gombe, RDK.

    Sess: Raġel

    Bħala Kmandant tal-unità kontra l-irvellijiet imsejħa Légion Nationale d’Intervention tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) sal-2017, u Kmandant tal-unità responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u l-uffiċjali ta’ livell għoli fil-PNC sa Diċembru 2019, Ferdinand Ilunga Luyoyo kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa, u għandu r-responsabbiltà għall-ksur sussegwenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC.

    Ferdinand Ilunga Luyoyo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    Ferdinand Ilunga Luyoyo żamm il-grad tiegħu ta’ Ġeneral u għadu attiv fix-xena pubblika fir-RDK.

    12.12.2016

    4

    Célestin Kanyama

    magħruf ukoll bħala Kanyama Tshisiku Celestin; Kanyama Celestin Cishiku Antoine; Kanyama Cishiku Bilolo Célestin; “Esprit de mort”

    Data tat-twelid: 4.10.1960

    Post tat-twelid: Kananga, RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Numru tal-passaport tar-RDK: OB0637580 (validu mill-20.5.2014 sad-19.5.2019)

    Viża ta’ Schengen bin-numru 011518403, maħruġa fit-2.7.2016

    Indirizz: 56, avenue Usika, Kinshasa/Gombe, RDK

    Sess: Raġel

    Bħala Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC), Célestin Kanyama kien responsabbli għall-użu sproporzjonat ta’ forza u repressjoni vjolenti f’Settembru 2016 f’Kinshasa.

    F’Lulju 2017, Célestin Kanyama nħatar Direttur Ġenerali tal-iskejjel ta’ taħriġ tal-PNC. Minħabba r-rwol tiegħu bħala uffiċjal anzjan tal-PNC, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-PNC. Eżempju wieħed huwa l-intimidazzjoni u l-privazzjoni tal-libertà imposta fuq il-ġurnalisti minn uffiċjali tal-pulizija f’Ottubru 2018, wara l-pubblikazzjoni ta’ sensiela ta’ artikli dwar il-miżapproprjazzjoni tar-razzjonijiet tal-kadetti tal-pulizija, u r-rwol li Célestin Kanyama kellu f’dawn l-avvenimenti.

    Célestin Kanyama kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    12.12.2016

    5

    John Numbi

    magħruf ukoll bħala John Numbi Banza Tambo; John Numbi Banza Ntambo; Tambo Numbi

    Data tat-twelid: 16.8.1962

    Post tat-twelid: Jadotville-Likasi-Kolwezi RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Indirizz: 5, avenue Oranger, Kinshasa/Gombe, RDK

    Sess: Raġel

    John Numbi kien l-Ispettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) minn Lulju 2018 sa Lulju 2020. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC, bħal vjolenza sproporzjonata kontra minaturi illegali minn Ġunju sa Lulju 2019 minn truppi tal-FARDC taħt l-awtorità diretta tiegħu.

    John Numbi kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    John Numbi jżomm pożizzjoni ta’ influwenza fl-FARDC, speċjalment f’Katanga, fejn ġie rrappurtat ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

    12.12.2016

    6

    Evariste Boshab

    magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng

    Data tat-twelid: 12.1.1956

    Post tat-twelid: Tete Kalamba RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Numru tal-passaport diplomatiku: DP0000003 (validu minn 21.12.2015 sa 20.12.2020).

    Il-viża ta’ Schengen skadiet fil-5.1.2017

    Indirizz: 3, avenue du Rail, Kinshasa/Gombe, RDK

    Sess: Raġel

    Fil-kapaċità tiegħu ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi ta’ sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta’ attivisti u ta’ membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b’reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f’Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta’ ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta’ sigurtà.

    Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    Evariste Boshab kellu wkoll rwol fl-isfruttament u fl-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai, fejn huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza, b’mod partikolari minn mindu sar is-Senatur ta’ Kasai f’Marzu 2019.

    29.5.2017

    7

    Alex KANDE Mupompa

    magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa

    Data tat-twelid: 23.9.1950

    Post tat-twelid: Kananga RDK

    Nazzjonalità: Kongoliża u Belġjana

    Numru tal-passaport tar-RDK: PO0024910 (validu minn 21.3.2016 sa 20.3.2021)

    Indirizzi: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, Belgium

    1, avenue Bumba, Kinshasa/Ngaliema, RDK

    Sess: Raġel

    Bħala Gvernatur ta’ Kasai Central sa Ottubru 2017, Alex Kande Mupompa kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, repressjoni vjolenti għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Kasai Central minn Awwissu 2016, inkluż qtil fit-territorju ta’ Dibaya fi Frar 2017.

    Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    Alex Kande Mupompa kellu wkoll rwol fl-isfruttament u l-aggravament tal-kriżi fir-reġjun ta’ Kasai li kien rappreżentant tiegħu sa Ottubru 2019 u li fih huwa għandu pożizzjoni ta’ influwenza bħala kap tal-Congrès des alliés pour l’action au Congo (CAAC) li huwa parti mill-gvern provinċjali ta’ Kasai.

    29.5.2017

    8

    Jean-Claude KAZEMBE Musonda

    Data tat-twelid: 17.5.1963

    Post tat-twelid: Kashobwe RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Indirizz: 7891, avenue Lubembe, Quartier Lido, Lubumbashi, Haut-Katanga, RDK

    Sess: Raġel

    Bħala Gvernatur ta’ Haut-Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC) f’Haut-Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta’ Diċembru 2016 meta, b’reazzjoni għall-protesti f’Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b’riżultat tal-użu ta’ forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC.

    Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    Jean-Claude Kazembe Musonda huwa l-mexxej tal-partit CONAKAT, li baqa’ leali lejn il-Front Commun pour le Congo (FCC).

    29.5.2017

    9

    Éric Ruhorimbere

    magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; “Tango Two”; “Tango Deux”

    Data tat-twelid: 16.7.1969

    Post tat-twelid: Minembwe RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64.

    Numru tal-passaport tar-RDK OB0814241.

    Indirizz: Mbujimayi, Provinċja ta’ Kasai, RDK.

    Sess: Raġel

    Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari minn Settembru 2014 sa Lulju 2018, Éric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta’ qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-forzi tal- Forzi Armati Kongoliżi (FARDC), b’mod partikolari kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal.

    Éric Ruhorimbere ilu l-Kmandant tas-settur operattiv ta’ Nord Equateur minn Lulju 2018. Minħabba r-rwol tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC.

    Éric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    29.5.2017

    10

    Emmanuel RAMAZANI Shadari

    magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary

    Data tat-twelid: 29.11.1960

    Post tat-twelid: Kasongo RDK

    Nazzjonalità: RDK

    Indirizz: 28, avenue Ntela, Mont Ngafula, Kinshasa, RDK

    Sess: Raġel

    Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà sa Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli għall-pulizija u s-servizzi tas-sigurtà u għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F’din il-kapaċità, kien responsabbli għall-arresti ta’ attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, bħall-miżuri ta’ repressjoni vjolenti ta’ membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f’Kinshasa minn” Jannar saFrar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta’ Kasai.

    F’din il-kapaċità, Emmanuel Ramazani Shadari kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    Minn Frar 2018, Emmanuel Ramazani Shadari ilu segretarju permanenti tal-Parti du peuple pour la reconstruction et le développement (PPRD), il-partit ewlieni fil-koalizzjoni taħt l-eks President Joseph Kabila.

    29.5.2017

    11

    Kalev Mutondo

    magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo; Kalev Motono;Kalev Mutundo;Kalev Mutoid; Kalev Mutombo;Kalev Mutond;Kalev Mutondo;Katanga,;Kalev Mutund

    Data tat-twelid: 3.3.1957

    Nazzjonalità: RDK

    Numru tal-passaport tar-RDK: DB0004470 (validu minn 8.6.2012 sa 7.6.2017)

    Indirizz: 24, avenue Ma Campagne, Kinshasa, RDK

    Sess: Raġel

    Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) sa Frar 2019, Kalev Mutondo kien involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta’ membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti.

    Kalev Mutondo kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK.

    F’Mejju 2019, huwa ffirma dikjarazzjoni ta’ lealtà passata u futura lejn Joseph Kabila, lejn min jibqa’ assoċjat mill-qrib.

    Kalev Mutondo għad għandu livell għoli ta’ influwenza politika, fir-rwol il-ġdid tiegħu bħala “konsulent politiku” lill-Prim Ministru tar-RDK.

    29.5.2017

    B.   Entitajiet



    ( 1 ) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.

    ( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

    Top