This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010D0573-20120928
Council Decision 2010/573/CFSP of 27 September 2010 concerning restrictive measures against the leadership of the Transnistrian region of the Republic of Moldova
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas- 27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas- 27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
2010D0573 — MT — 28.09.2012 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/573/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 253, 28.9.2010, p.54) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 76 |
62 |
22.3.2011 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/641/PESK tad-29 ta’ Settembru 2011 |
L 254 |
18 |
30.9.2011 |
|
L 87 |
92 |
24.3.2012 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/527/PESK tas-27 ta’ Settembru 2012 |
L 263 |
44 |
28.9.2012 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/573/PESK
tas-27 ta’ Settembru 2010
li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova ( 1 ). Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/105/PESK ( 2 ), dawk il-miżuri restrittivi kienu estiżi sas-27 ta' Frar 2011 iżda l-applikazzjoni tagħhom kienet sospiża sat-30 ta' Settembru 2010. |
(2) |
Abbażi ta' eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sat-30 ta' Settembru 2011. |
(3) |
Madankollu, sabiex jitħeġġeġ il-progress fil-kisba ta' ftehim politiku għall-konflitt Transnistrijan, fl-indirizzar tal-problemi pendenti tal-iskejjel li jgħallmu bil-kitba Latina u fir-restawr tal-libertà ta' moviment tal-persuni, il-miżuri restrittivi għandhom ikunu sospiżi sal-31 ta' Marzu 2011. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi, b'mod partikolari fl-oqsma msemmija hawn fuq. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li japplika mill-ġdid jew ineħħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fi kwalunkwe ħin. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom tal-persuni li huma responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ intimidazzjoni u l-għeluq tal-iskejjel Moldavi li jgħallmu bl-alfabett Latin fir-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika tal-Moldava, kif elenkati fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 mhux ser jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.
3. Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru huwa marbut b'obbligu taliġi internazzjonali, jiġifieri:
(i) bħala pajjiż ospitanti għal organizzjoni internazzjonali intergovernattiva;
(ii) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali mlaqqa' minn, jew taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti; jew
(iii) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;
jew
(iv) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
4. Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat fuq raġunijiet ta’ ħtieġa urġenti umanitarja, jew fuq raġunijiet ta’ attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Moldova.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru tal-Kunsill wieħed jew aktar iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tiegħu lill-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u lill-persuni konċernati minnha.
Artikolu 2
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-listi li jinsabu fl-Anness kif meħtieġ minn żviluppi rilevanti fir-Repubblika tal-Moldova.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/105/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2013. Hija għandha tkun riveduta b’mod kontinwu. Hija tista tiġi mġedda jew emendata, kif adegwat, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
▼M4 —————
ANNESS
Persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)
…
( 1 ) ĠU L 51, 26.2.2008, p. 23.
( 2 ) ĠU L 46, 23.2.2010, p. 3.