This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010D0573-20110321
Council Decision 2010/573/CFSP of 27 September 2010 concerning restrictive measures against the leadership of the Transnistrian region of the Republic of Moldova
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas- 27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas- 27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
2010D0573 — MT — 21.03.2011 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/573/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 253, 28.9.2010, p.54) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 76 |
62 |
22.3.2011 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/573/PESK
tas-27 ta’ Settembru 2010
li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova ( 1 ). Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/105/PESK ( 2 ), dawk il-miżuri restrittivi kienu estiżi sas-27 ta' Frar 2011 iżda l-applikazzjoni tagħhom kienet sospiża sat-30 ta' Settembru 2010. |
(2) |
Abbażi ta' eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sat-30 ta' Settembru 2011. |
(3) |
Madankollu, sabiex jitħeġġeġ il-progress fil-kisba ta' ftehim politiku għall-konflitt Transnistrijan, fl-indirizzar tal-problemi pendenti tal-iskejjel li jgħallmu bil-kitba Latina u fir-restawr tal-libertà ta' moviment tal-persuni, il-miżuri restrittivi għandhom ikunu sospiżi sal-31 ta' Marzu 2011. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi, b'mod partikolari fl-oqsma msemmija hawn fuq. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li japplika mill-ġdid jew ineħħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fi kwalunkwe ħin. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu fit-territorji tagħhom tal-persuni li huma responsabbli:
(i) għall-prevenzjoni tal-progress lejn il-wasla għal soluzzjoni politika tal-konflitt Transnistrijan fir-Repubblika tal-Moldova, kif elenkat fl-Anness I;
(ii) għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ intimidazzjoni u għeluq kontra l-iskejjel Moldavi li jħaddnu l-alfabet Ruman fir-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika Moldava, kif elenkati fl-Anness II.
2. Il-paragrafu 1 mhux ser jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.
3. Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru huwa marbut b'obbligu taliġi internazzjonali, jiġifieri:
(i) bħala pajjiż ospitanti għal organizzjoni internazzjonali intergovernattiva;
(ii) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali mlaqqa' minn, jew taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti; jew
(iii) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;
jew
(iv) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
4. Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat fuq raġunijiet ta’ ħtieġa urġenti umanitarja, jew fuq raġunijiet ta’ attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Moldova.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru tal-Kunsill wieħed jew aktar iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness I u II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u lill-persuni konċernati minnha.
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għal-listi li jinsabu fl-Anness I u l-Anness II kif meħtieġ minn żviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Moldova.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/105/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2012. Hija għandha tkun riveduta kontinwament. Hija tista’ tiġġedded, jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
3. Il-miżuri restrittivi previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sospiżi sat-30 ta’ Settembru 2011. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri restrittivi.
ANNESS I
Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(i)
1. SMIRNOV, Igor Nikolayevich, “President”, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530.
2. SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u “President tal-Kumitat Doganali tal-Istat”, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novava Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016.
3. SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u “Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali”, “Membru tas-Sovjet Suprem”, imwieled fit-8 ta' Awwissu 1967 f'Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 60No190737.
4. LITSKAI, Valery Anatolyevich, dak li qabel kien “Ministru għall-Affarijiet Barranin”, imwieled fit-13 ta’ Frar 1949 fi Tver, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51No0076099, maħruġ fid-9 ta’ Awwissu 2000.
5. KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, “Ministru tad-Difiża”, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa.
6. ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat”, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu.
7. KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, “Viċi-President”, imwieled fl-24 ta Ottubru 1958 fi Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu.
8. BALALA, Viktor Alekseyevich, dak li qabel kien “Ministru tal-Ġustizzj”, imwieled fl-1961 f'Vinnitsa, l-Ukraina.
9. GUDYMO, Oleg Andreyevich, “Membru tas-Sovjet Suprem”, “President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem”, dak li qabel kien “Viċi-Ministru għas-Sigurtà”, imwieled fil-11 ta' Settembru 1944 f'Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094.
10. KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, “Ministru tal-Affarijiet Interni”, imwieled fl-14 ta' April 1970, Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.
11. ATAMANIUK, Vladimir, “Deputat Ministru tad-Difiża”.
ANNESS II
Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(ii)
1. MAZUR, Igor Leonidovich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova.
2. PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51No0527002, maħruġ milll-Ambaxxata Russa f’Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001.
3. CHERBULENKO, Alla Viktorovna, “Deputat Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat ta’ Rybnitsa”, responsabbli għal affarijiet ta’ edukazzjoni.
4. KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova.
5. KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa.
( 1 ) ĠU L 51, 26.2.2008, p. 23.
( 2 ) ĠU L 46, 23.2.2010, p. 3.