EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0452-20221220

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/452/2022-12-20

02010D0452 — MT — 20.12.2022 — 012.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/452/PESK

tat-12 ta’ Awwissu 2010

dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

(ĠU L 213 13.8.2010, p. 43)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/536/PESK tat-12 ta’ Settembru 2011

  L 236

7

13.9.2011

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/503/PESK tat-13 ta’ Settembru 2012

  L 249

13

14.9.2012

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/446/PESK tas-6 ta’ Settembru 2013

  L 240

21

7.9.2013

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/915/PESK tas-16 ta' Diċembru 2014

  L 360

56

17.12.2014

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2008 tal-10 ta' Novembru 2015

  L 294

69

11.11.2015

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016

  L 337

15

13.12.2016

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2263 tas-7 ta' Diċembru 2017

  L 324

51

8.12.2017

►M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1884 tat-3 ta' Diċembru 2018

  L 308

41

4.12.2018

►M9

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1990 tat-3 ta’ Diċembru 2020

  L 411

1

7.12.2020

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1970 tas-17 ta’ Ottubru 2022

  L 270

93

18.10.2022

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2318 tal-25 ta’ Novembru 2022

  L 307

133

28.11.2022

►M12

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2507 tad-19 ta’ Diċembru 2022

  L 325

110

20.12.2022




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/452/PESK

tat-12 ta’ Awwissu 2010

dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia



Artikolu 1

Il-Missjoni

1.  
Il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (minn issa “EUMM Georgia” jew il-“Missjoni”), stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK, ser tiġi estiża mill-15 ta’ Settembru 2010 sal-14 ta’ Settembru 2011.
2.  
EUMM Georgia għandha topera konformement mal-mandat tal-missjoni stabbilit fl-Artikolu 2 u għandha twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

Mandat tal-missjoni

1.  
L-EUMM Georgia għandha tipprovdi monitoraġġ ċivili tal-azzjonijiet tal-Partijiet, inkluża l-konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti u miżuri implimentattivi sussegwenti fuq bażi ġenerali fil-Ġeorġja kollha, b’ħidma kollaborattiva mill-qrib mal-imsieħba, partikolarment in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), u konsistentement ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni, sabiex tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni, in-normalizzazzjoni u l-bini ta’ fiduċja waqt li tikkontribwixxi wkoll għall-formazzjoni tal-politika Ewropea b’appoġġ għal soluzzjoni politika dewwiema fil-Ġeorġja.
2.  

L-objettivi partikolari tal-Missjoni għandhom ikunu:

(a) 

li tikkontribwixxi għall-istabbiltà fit-tul fil-Ġeorġja kollha u fir-reġjun ta’ madwarha;

(b) 

fuq perijodu qasir, l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni b’anqas riskju ta’ bidu mill-ġdid ta’ ostilitajiet, f’konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti u mal-miżuri implimentattivi sussegwenti.

Artikolu 3

Kompiti tal-missjoni

Bil-għan li twettaq il-Missjoni, il-kompiti tal-EUMM Ġeorġja ser ikunu:

1. 

Stabbilizzazzjoni:

Tissorvelja, tanalizza u tirraporta dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni, iċċentrat fuq il-konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti, inkluż l-irtirar ta’ truppi, u fuq il-libertà tal-moviment u azzjonijiet minn sakkeġġatturi, kif ukoll fuq vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani u d-dritt umanitarju internazzjonali.

2. 

Normalizzazzjoni:

Tissorvelja, tanalizza u tirraporta dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-proċess ta’ normalizzazzjoni tal-governanza ċivili, b’attenzjoni speċjali għall-istat tad-dritt, għal strutturi effikaċi tar-rinfurzar tal-liġi u għal sitwazzjoni adegwata ta’ ordni pubbliku. Il-Missjoni għandha tissorvelja wkoll is-sigurtà tal-konnessjonijiet tat-trasport, ta’ infrastrutturi tal-enerġija u ta’ utilitajiet, kif ukoll l-aspetti ta’ politika u sigurtà tar-ritorn tal-persuni internament spostati u tar-refuġjati.

3. 

Bini ta’ fiduċja:

Tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ tensjonijiet permezz tal-kuntatti, għall-faċilitazzjoni ta’ kuntatti bejn il-partijiet u għal miżuri oħrajn ta’ bini ta’ fiduċja.

4. 

Tikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-politika Ewropea u għall-involviment futur tal-Unjoni.

▼M12

Artikolu 3a

L-EUMM Georgia għandha tiskjera tim fl-Armenja sabiex jissaħħaħ l-għarfien tal-Unjoni dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà, bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-ippjanar u t-tħejjija ta' missjoni ċivili possibbli tal-PSDK fl-Armenja.

Dan il-kompitu għandu jintemm meta l-Kunsill jiddeċiedi hekk.

▼B

Artikolu 4

Struttura tal-Missjoni

1.  

L-EUMM Georgia għandha tkun strutturata kif ġej:

(a) 

Kwartier Ġenerali (KĠ). Il-KĠ għandu jikkonsisti mill-Uffiċċju tal-Kap tal-Missjoni u tal-Persunal tal-KĠ, li jkun jipprovdi l-funzjonijiet neċessarji kollha ta’ kmand u kontroll u appoġġ għall-missjoni. Il-KĠ għandu jkun fi Tbilisi.

(b) 

Uffiċċji Lokali. Uffiċċji Lokali distribwiti ġeografikament ser iwettqu kompiti ta’ monitoraġġ u jipprovdu funzjonijiet meħtieġa ta’ appoġġ għall-missjoni.

(c) 

Element ta’ Appoġġ. L-Element ta’ Appoġġ għandu jkun stabbilit fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi Brussell.

2.  
L-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal iżjed arranġamenti dettaljati fil-Pjan Operattiv (OPLAN).

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.  
Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUMM Georgia.
2.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUMM Georgia fil-livell strateġiku.
3.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih pariri u appoġġ tekniku.
4.  
Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat mittenti jew tal-istituzzjoni tal-UE kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, gruppi u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
5.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.
6.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-Missjoni fil-livell operattiv fuq il-post.

▼M3

1a.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista’ jiddelega kompiti ta’ ġestjoni fi kwistjonijiet ta’ persunal u finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.

▼B

2.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik mill-assi, mir-riżorsi u mill-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-Missjoni.
3.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-Missjoni, inkluż f’dan il-każ l-element ta’ appoġġ fi Brussell, għat-twettiq effikaċi ta’ EUMM Georgia fuq il-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

▼M3 —————

▼B

5.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali, jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni, konċernata.
6.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUMM Georgia fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adatta tal-Missjoni.
7.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, adegwatament, ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.

Artikolu 7

Persunal

1.  
L-EUMM Georgia għandha tikkonsisti primarjament f’persunal sekondat mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni għandu jerfa’ l-ispejjeż ta’ kwalunkwe persunal sekondat minnu, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances, minbarra allowances tal-ġurnata applikabbli kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.
2.  
Il-Missjoni għandha wkoll tirrekluta persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali fuq bażi kuntrattwali jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti, kif meħtieġ.

▼M4

3.  
Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta' sigurtà speċifiċi għall-missjoni u l-pjan ta' sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika ta' sigurtà fuq il-post tal-Unjoni. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal hu fdat biha hu u jwettaq il-kompiti tiegħu, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ).

▼B

Artikolu 8

Status tal-Missjoni u tal-persunal

1.  
L-istatus tal-Missjoni u tal-persunal tagħha, inklużi meta adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-Missjoni, għandhom jiġu miftiehma konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat.
2.  
L-Istat jew l-istituzzjoni tal-Unjoni li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli sabiex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-Unjoni in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli għall-bidu ta’ kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.

▼M3

3.  
Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn l-EUMM Georgia u l-membru tal-persunal ikkonċernat.

▼B

Artikolu 9

Linja ta’ kmand

1.  
L-EUMM Georgia għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi.
2.  
Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUMM Georgia.
3.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EUMM Georgia fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.
4.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.
5.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUMM Georgia fil-livell operattiv fuq il-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

Artikolu 10

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.  
Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tat-TPUE, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati l-Kunċett tal-operazzjonijiet (CONOPS) u l-OPLAN. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-Missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.
2.  
Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3.  
Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u mill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, jistgħu jiġu mistiedna Stati terzi sabiex jikkontribwixxu għall-Missjoni, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta’ sussistenza ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-Georġja, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-Missjoni, kif meħtieġ.
2.  
L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-Missjoni għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ ġestjoni ta’ kuljum tal-Missjoni bħall-Istati Membri.
3.  
Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.
4.  
L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn strumenti ta’ ftehim konklużi konformement mal-Artikolu 37 tat-Trattat u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-Missjoni.

▼M2

Artikolu 12

Sigurtà

1.  
Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta’ miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom għall-EUMM Georgia konformement mal-Artikoli 5 u 9.
2.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal stazzjonat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u mad-dokumenti li jappoġġawha.
3.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
4.  
Il-persunal tal-EUMM Georgia għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda xogħlu, konformement mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.

▼M4

5.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

▼B

Artikolu 13

Kapaċità tal-Għassa

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUMM Georgia.

▼M3

Artikolu 13a

Arranġamenti legali

L-EUMM Georgia għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tidħol f’kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li tikseb u tiddisponi minn beni u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.

▼M3

Artikolu 14

Arranġamenti finanzjarji

1.  
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2010 u l-14 ta’ Settembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 26 600 000 .

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2011 u l-14 ta’ Settembru 2012 għandu jkun ta’ EUR 23 900 000 .

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2012 u l-14 ta’ Settembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 20 900 000 .

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Settembru 2013 u l-14 ta’ Diċembru 2014 għandu jkun ta’ EUR 26 650 000 .

▼M4

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2014 u l-14 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 18 300 000

▼M5

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2015 u l-14 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 640 000 .

▼M6

L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2016 u l-14 ta' Diċembru 2017 għandu jkun ta' EUR 18 000 000 .

▼M7

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUMM Georgia għall-perijodu mill-15 ta' Diċembru 2017 sal-14 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 19 970 000,00 .

▼M8

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2018 u l-14 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 38 200 000 .

▼M9

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Diċembru 2020 u l-14 ta’ Diċembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 44 823 402,79

▼M11

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Diċembru 2022 u l-14 ta’ Diċembru 2024 għandu jkun ta’ EUR 47 141 684,02 .

▼M5

2.  
In-nefqa kollha għandha tkun amministrata skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist minn EUMM Georgia għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija minn EUMM Georgia.

▼M3

4.  
L-EUMM Georgia għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Missjoni għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni
5.  
L-EUMM Georgia għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mit-twettiq tal-mandat li jibda mill-15 ta’ Settembru 2013, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe pretensjoni marbuta ma’ mġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha għandu jerfa’ r-responsabbiltà.
6.  
L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-linja tal-kmand kif prevista fl-Artikoli 5, 6 u 9, u l-ħtiġijiet operattivi tal-EUMM Georgia, inklużi l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.
7.  
In-nefqa għandha tkun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

▼M4

Artikolu 14a

Ċellula ta' Proġetti

1.  
L-EUMM Georgia għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti. L-EUMM Georgia għandha, kif meħtieġ, tiffaċilita u tipprovdi konsulenza dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-EUMM Georgia u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.
2.  

Soġġett għall-paragrafu 3, l-EUMM Georgia għandha tkun awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terzi sabiex timplimenta proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw azzjonijiet oħra tal-EUMM Georgia b'mod konsistenti, jekk dawk il-proġetti jkunu:

(a) 

provduti fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew

(b) 

integrati matul il-mandat permezz ta' emenda fid-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

L-EUMM Georgia għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, billi tkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-EUMM Georgia fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati li jikkontribwixxu ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet mill-EUMM Georgia fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.  
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati terzi liċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni tal-KPS.

▼B

Artikolu 15

Koordinazzjoni

1.  
Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Unjoni sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-Ġeorġja.
2.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri rilevanti.
3.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mal-atturi internazzjonali l-oħra preżenti fil-pajjiż.

▼M2

Artikolu 16

Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

▼M4

1.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif xieraq u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, l-informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti sal-livell ta' “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.
2.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU u lill-OSKE, f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni l-informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti sal-livell ta' “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u tal-OSKE għal dik il-fini.
3.  
Fl-eventwalità ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, il-Kap tal-Missjoni għandu jawtorizza wkoll li jirrilaxxa lill-Istat Ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti sal-livell ta' “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u tal-OSKE għal dik il-fini.

▼M2

4.  
Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux ikklassifikat tal-UE relatat mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ( 2 ).
5.  
Ir-RGħ jista’ jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafi 2 u 3, lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

Artikolu 17

Reviżjoni tal-Missjoni

Għandha tiġi ppreżentata lill-KPS reviżjoni tal-Missjoni kull sitt xhur, abbażi ta’ rapport mill-Kap tal-Missjoni u mis-SEAE.

▼B

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ u tul ta’ żmien

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

▼M11

Hija għandha tiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2024.



( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

( 2 ) Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

Top