EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0248-20100501

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ April 2010 li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (2010/248/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/248/2010-05-01

2010D0248 — MT — 01.05.2010 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2010/248/UE)

(ĠU L 110, 1.5.2010, p.31)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2011

  L 59

41

4.3.2011




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2010/248/UE)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE ( 1 ) u l-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE ( 2 ) jipprevedu li l-allowances ta’ kuljum u ta’ kull xahar għandhom jiġu aġġustati kull sena, mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Fit-23 ta’ Diċembru 2009 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom ( 3 ), li japplika aġġustament ta’ 1,85 %,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

▼M1

1.  Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE, l-ammonti EUR 30,75 u EUR 122,97 għandhom jinbidlu b'EUR 31,89 u EUR 127,52 rispettivament.

2.  Fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE t-tabella għandha tinbidel b'dan li ġej:



“Distanza bejn il-post ta’ oriġini u l-post tal-issekondar

(f'km)

Ammont f'EUR

0 - 150

0,00

> 150

81,96

> 300

145,72

> 500

236,81

> 800

382,54

> 1 300

601,13

> 2 000

719,55”

3.  Fl-Artikolu 15(4) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammont EUR 30,75 għandu jinbidel b'EUR 31,89..

▼B

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-adozzjoni tagħha.



( 1 ) ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72.

( 2 ) ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.

( 3 ) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 10.

Top