EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R1217-20230101

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (verżjoni kodifikata)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1217/2023-01-01

02009R1217 — MT — 01.01.2023 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M3  

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea ◄

(verżjoni kodifikata)

(ĠU L 328 15.12.2009, p. 27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 737/2011 tas-26 ta’ Lulju 2011

  L 195

42

27.7.2011

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M3

REGOLAMENT (UE) Nru 1318/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Ottubru 2013

  L 340

1

17.12.2013

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2278 tal-4 ta' Settembru 2017

  L 328

1

12.12.2017

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2497 tat-12 ta’ Ottubru 2022

  L 325

13

20.12.2022




▼B

►M3

 

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

 ◄

(verżjoni kodifikata)



KAPITOLU I

▼M3

ĦOLQIEN TA’ NETWERK KOMUNITARJU TA’ INFORMAZZJONI TAL-KONTABILITÀ AGRIKOLA

▼B

Artikolu 1

▼M3

1.  
Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet tal-politika agrikola komuni, huwa stabbilit netwerk tal-Unjoni għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kontabilità agrikola (“FADN” jew „in-netwerk ta’ informazzjoni”).

▼B

2.  

L-iskop tan-netwerk ta’ informazzjoni għandu jkun li tinġabar l-informazzjoni tal-kontabilità meħtieġa, b’mod partikolari:

(a) 

kalkolu annwali tad-dħul ta’ l-azjendi agrikoli li jaqaw fil-qasam ta’ l-istħarriġ kif imfisser fl-Artikolu 5; u

(b) 

analiżi kummerċjali ta’ l-azjendi agrikoli.

▼M3

3.  
L-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar id-dħul tal-azjendi agrikoli fl-Unjoni. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta.

▼B

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

►M3  “bidwi” ◄ operatur tfisser il-persuna fiżika responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ azjenda agrikola;

▼M3

(-b) 

“azjenda” tfisser negozju agrikolu, skont l-użu ġenerali fil-kuntest ta’ stħarriġiet u ċensimenti agrikoli tal-Unjoni;

(b) 

“kategorija tal-azjenda agrikola” tfisser grupp ta’ azjendi agrikoli li jappartjenu għall-istess kategoriji f’dak li għandu x’jaqsam mat-tip ta’ biedja u d-daqs ekonomiku kif imfissra fit-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi agrikoli;

▼B

(c) 

“azjenda li tibgħat prospett” tfisser kwalunkwe azjenda agrikola li tagħmel prospett għall-għanijiet tan-netwerk ta’ informazzjoni;

▼M3

(d) 

“taqsima tan-Netwerk ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola” jew “taqsima FADN” tfisser it-territorju ta’ Stat Membru, jew kwalunkwe parti minnu, delimitat bil-ħsieb tal-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet, (lista’ ta’ dawn it-taqsimiet hija mniżżla fl-Anness I);

▼B

(e) 

“informazzjoni tal-kontabilità” tfisser kwalunkwe informazzjoni ta’ natura teknika, finanzjarja jew ekonomika dwar azjenda agrikola miksuba minn kontijiet li jikkonsistu f’entrati li jsiru regolarment u sistematikament matul is-sena tal-kontabilità;

▼M3

(f) 

“produzzjoni standard” tfisser il-valur standard ta’ produzzjoni grossa.

▼M3

Artikolu 3

Sabiex jiġi żgurat li l-lista ta’ taqsimiet FADN tista’ tiġi aġġornata fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a li jemenda l-Anness I fir-rigward tal-lista ta’ taqsimiet FADN għal kull Stat Membru.

▼B



KAPITOLU II

▼M3

INFORMAZZJONI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DĦUL U L-ANALIŻI KUMMERĊJALI TA’ AZJENDI AGRIKOLI

Artikolu 4

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità bl-għan li jsir kalkolu annwali tad-dħul minn azjendi agrikoli u analiżi kummerċjali tagħhom.

Dik l-informazzjoni għandha tinġabar permezz ta’ stħarriġiet regolari u speċjali.

▼B

Artikolu 5

▼M3

1.  
Il-qasam tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandu jkopri l-azjendi agrikoli li għandhom daqs ekonomiku ekwivalenti għal jew ikbar mil-livell limitu espress f’euro li jikkorrispondi għal wieħed mil-limiti iktar baxxi tal-klassijiet ta’ daqs ekonomiku tat-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi agrikoli definiti fl-Artikolu 5b.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 19a, li jistabbilixxu r-regoli għall-istabbiliment tal-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).

▼B

2.  

Biex tikkwalifika bħala azjenda li tibgħat prospett, azjenda agrikola għandha:

(a) 

jkollha daqs ekonomiku ugwali għal, jew akbar minn, limitu li jrid jiġi stabbilit skond il-paragrafu 1;

(b) 

tinħadem minn bidwi li jżomm il-kontijiet jew li jkun dispost u kapaċi jżomm il-kontijiet agrikoli u li jkun dispost li jippermetti li l-informazzjoni dwar il-kontabilità mil-ażjenda tiegħu tkun disponibbli għall-Kummissjoni;

▼M3

(c) 

tkun rappreżentattiva, flimkien mal-azjendi l-oħra u fil-livell ta’ kull taqsima FADN, tal-qasam tal-istħarriġ.

▼M3 —————

▼M3

Artikolu 5a

1.  
Kull Stat Membru għandu jfassal pjan għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li jiżgura li jinkiseb kampjun rappreżentattiv tal-kontabilità tal-qasam tal-istħarriġ.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a, li jistabbilixxu r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom ifasslu dawn il-pjanijiet. Tali regoli għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet:

— 
jitfasslu abbażi tal-iktar informazzjoni statistika reċenti,
— 
jiġu ppreżentati skont it-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi agrikoli; agrikoli, u
— 
jispeċifikaw, b’mod partikolari, id-distribuzzjoni ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet skont il-kategorija tal-azjenda u r-regoli dettaljati għall-għażla tagħhom.
2.  
F’konformità mar-regoli adottati skont il-paragrafu 1, u abbażi tal-informazzjoni li rċeviet mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu n-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru u għal kull taqsima FADN. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).
3.  
Id-differenza bejn in-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu għal kull taqsima FADN u n-numru stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 2 jista’ jvarja b’mhux aktar minn 20 % f’direzzjoni jew oħra, dment li jiġi rispettat in-numru totali tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet tal-Istat Membru kkonċernat.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u jaġġornaw mudelli u metodi marbuta mal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).

Artikolu 5b

1.  
L-azjendi agrikoli għandhom jiġu kklassifikati b’mod uniformi skont it-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi agrikoli (“it-tipoloġija”), skont it-tip ta’ biedja, id-daqs ekonomiku u l-importanza ta’ attivitajiet oħra ta’ profitt marbuta direttament magħhom.

It-tipoloġija għandha tintuża b’mod partikolari għall-preżentazzjoni, skont it-tip ta’ biedja u l-klassi tad-daqs ekonomiku, tal-informazzjoni miġbura permezz tal-istħarriġiet tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli u l-FADN.

2.  
It-“tip ta’ biedja” ta’ azjenda għandu jiġi determinat mill-kontribut relattiv tal-produzzjoni standard tal-karatteristiċi differenti ta’ dik l-azjenda għall-produzzjoni standard totali tal-azjenda.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 19a, li jistabbilixxu l-perijodu ta’ referenza għall-produzzjoni standard.

3.  
L-azjendi għandhom jiġu klassifikati skont numru limitat ta’ tipi ta’ biedja. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ġenerali ta’ biedja. Skont l-ammont ta’ dettall meħtieġ, it-tipi ġenerali ta’ biedja għandhom jinqasmu f’tipi prinċipali ta’ biedja.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a rigward id-determinazzjoni tat-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja.

Il-korrispondenza bejn it-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja u t-tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet fil-biedja li jikkorrispondu għal tipi prinċipali ta’ biedja għandhom jiġu speċifikati.

4.  
Id-daqs ekonomiku tal-azjenda għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-produzzjoni standard totali tal-azjenda.
5.  
L-importanza tal-attivitajiet ta’ qligħ relatati direttament mal-azjenda għajr l-attivitajiet agrikoli tal-azjenda għandha tkun iddeterminata abbażi tal-kontribut ta’ dawk l-attivitajiet ta’ qligħ għall-produzzjoni tal-azjenda.
6.  
Il-produzzjoni standard u l-informazzjoni għad-determinazzjoni tagħhom għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-aġenzija ta’ kollegament magħżula minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 7 jew mill-korp li lilu ġiet delegata din il-funzjoni.
7.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:

— 
il-metodi għall-kalkolu ta’ tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja msemmija fil-paragrafu 3 u biex l-azjenda tiġi assenjata tip prinċipali ta’ biedja,
— 
il-metodu għall-kalkolu tad-daqs ekonomiku tal-azjenda,
— 
il-klassijiet ta’ daqs ekonomiku għall-azjendi, kif imsemmi fil-paragrafu 1,
— 
il-metodi għall-kalkolu tal-produzzjoni tal-azjenda, u għall-istima tal-kontribut ta’ attivitajiet oħra ta’ qligħ għal dik il-produzzjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 5,
— 
il-metodi ta’ kalkolu biex tiġi determinata l-produzzjoni standard ta’ kull karatteristika msemmija fil-paragrafu 2, il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni korrispondenti u l-mezzi u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tal-produzzjoni standard lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 6.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).

▼B

Artikolu 6

1.  
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kumitat nazzjonali għan-netwerk ta’ informazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Nazzjonali”. ►M2   Il-Kroazja għandha tistabbilixxi Kumitat Nazzjonali sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sitt xahar wara d-data tal-adeżjoni. ◄

▼M3

2.  
Il-Kumitat Nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet. Għal dan l-għan, l-obbligi tiegħu għandhom, b’mod partikolari, jinkludu l-approvazzjoni tal-pjan għall-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet.

▼B

3.  
Il-president tal-Kumitat Nazzjonali għandu jiġi maħtur mill-Istat Membru minn fost il-membri ta’ dan il-Kumitat.

Il-Kumitat Nazzjonali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod unanimu. Fil-każ li ma tinkisibx l-unanimità, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn awtorità maħtura mill-Istat Membru.

▼M3

4.  
L-Istati Membri li jkollhom diversi taqsimiet FADN jistgħu, għal kull taqsima FADN taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jistabbilixxu kumitat reġjonali għan-netwerk ta’ informazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Reġjonali”).

▼B

Il-Kumitat Reġjonali għandu, b’mod partikolari, ikollu d-dmir li jikkoopera ma’ l-aġenzija ta’ kollegament msemmija fl-Artikolu 7 fl-għazla ta’ l-azjendi li jibagħtu prospett.

▼M3

5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).

Artikolu 7

1.  

Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija ta’ kollegament li l-kompiti tagħha għandhom ikunu:

(a) 

li tinforma lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji ta’ kontabilità dwar il-qafas regolatorju applikabbli u biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tagħhom;

(b) 

li tfassal il-pjan għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet u mbagħad tippreżentah lill-Kumitat Nazzjonali għall-approvazzjoni tiegħu, u wara tgħaddih lill-Kummissjoni;

(c) 

li tikkompila:

(i) 

il-lista tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet;

(ii) 

fejn applikabbli, il-lista tal-uffiċċji tal-kontabilità li jkunu disposti u kapaċi li jimlew id-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjendi agrikoli;

(d) 

tgħaqqad flimkien id-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjendi agrikoli mibgħuta mill-uffiċċji tal-kontabilità;

(e) 

li tivverifika li d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjendi agrikoli ġew kkompletati debitament;

(f) 

li tressaq id-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-azjenda agrikola kkompletati debitament lill-Kummissjoni fil-format mitlub u fil-limitu ta’ żmien stabbilit;

(g) 

li tittrasmetti t-talbiet għat-tagħrif previst fl-Artikolu 17 lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali u lill-uffiċċji tal-kontabilità u twassal it-tweġibiet rilevanti lill-Kummissjoni.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).

▼B

Artikolu 8

1.  
Kull azjenda li tibgħat prospett għandha tkun soġġetta għal prospett ta’ ażjenda agrikola individwali u anonimu.

▼M3

2.  

L-informazzjoni tal-kontabbiltà pprovduta permezz ta’ kull dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola kkompletata debitament, għandha tkun tali li jkun possibbli:

— 
li tiġi karatterizzata l-azjenda li tippreżenta l-kontijiet b’referenza għall-elementi prinċipali tal-fatturi tal-produzzjoni tagħha,
— 
li issir valutazzjoni tad-dħul tal-azjenda fid-diversi forom tagħha,
— 
li tiġi vverifikata l-veraċità tat-tagħrif mogħti permezz ta’ kontrolli fuq il-post.
3.  
L-informazzjoni fuq id-dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola għandha tkun marbuta ma’ azjenda agrikola waħda u ma’ sena ta’ kontabilità waħda ta’ 12-il xahar konsekuttiv, u għandha tikkonċerna esklussivament dik l-azjenda agrikola. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għall-attivitajiet agrikoli tal-azjenda nnifisha u attivitajiet oħra ta’ qligħ marbuta direttament mal-azjenda. M’għandu jittieħed kont ta’ ebda informazzjoni marbuta ma’ kwalunkwe attività mhux agrikola tal-bidwi jew tal-familja tiegħu, jew ma’ xi pensjoni, wirt, kontijiet bankarji privati, proprjetà minbarra l-azjenda agrikola, tassazzjoni personali jew assigurazzjoni privata, waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19a, rigward id-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tinġabar u r-regoli ġenerali għall-ġbir tal-informazzjoni.

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tal-kontabilità miġbura permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola hija komparabbli, irrispettivament mill-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet mistħarrġa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-forma u t-tqassim tal-kontijiet tal-azjenda agrikola u l-metodi u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).

▼M3 —————

▼B



KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 16

1.  
Għandu jkun ipprojbit l-użu għal skop ta’ tassazzjoni ta’ kull informazzjoni dwar il-kontabilità individwali jew dwar dettalji individwali oħra miksuba fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew li tiġi żvelata jew tintuża din l-informazzjoni għal skopijiet oħra għajr dawk previsti fl-Artikolu 1.
2.  
Huwa pprojbit għal kwalunkwe persuna li qiegħda tipparteċipa jew li tkun ipparteċipat fin-netwerk ta’ informazzjoni li tiżvela xi informazzjoni individwali tal-kontabilità jew xi dettalji individwali oħra meta din l-informazzjoni tkun inkisbet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha jew inkella b’mod inċidentali għal dan l-eżerċizzju.
3.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippenalizzaw il-ksur tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.

Artikolu 17

1.  
Il-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali, l-aġenzija ta’ kollegament u l-uffiċċji tal-kontabilità għandhom ikunu marbuta, fil-qofol ta’ l-oqsma tar-reponsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din ta’ l-aħħar tista’ titlob minnhom rigward it-twettiq tad-doveri tagħhom skond dan ir-Regolament.

Dawn it-talbiet għal informazzjoni li jsiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitat Reġjonali jew lill-uffiċċji tal-kontabilità u t-tweġibiet relevanti għandhom jitwasslu bil-kitba permezz ta’ l-aġenzija ta’ kollegament.

2.  
Fil-każ li l-informazzjoni mogħtija tkun inadegwata jew jekk din l-informazzjoni tonqos li tasal fi żmien tajjeb, il-Kummissjoni tista’, bil-kollaborazzjoni ta’ l-aġenzija ta’ kollegament, tibgħat esperti biex jaħdmu fuq il-post.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 19

1.  

Approprjazzjonijiet li għandhom ikunu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fit-taqsima tal-Kummissjoni, għandhom ikopru:

▼M3

(a) 

tariffa standard pagabbli lill-Istati Membri għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola kkompletati debitament sad-data tal-iskadenza stipulata san-numru massimu ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet kif stipulat skont l-Artikolu 5a(2). Fejn in-numru totali ta’ dikjarazzjonijiet tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola kkompletati debitament u ppreżentati fir-rigward ta’ taqsima FADN jew Stat Membru jkun inqas minn 80 % tan-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet stabbilit għal dik it-taqsima FADN jew għal dak l-Istat Membru kkonċernat, għandha tiġi applikata tariffa daqs 80 % tat-tariffa standard għal kull dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola minn dik it-taqsima FADN jew mill-Istat Membru;

▼B

(b) 

l-ispejjeż kollha tas-sistemi kompjuterizzati operati mill-Kummissjoni għar-riċeviment, il-verifika, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ informazzjoni tal-kontabilità fornita mill-Istati Membri.

L-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) jinkludu, fejn xieraq, l-ispejjeż għat-tixrid tar-riżultati ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-ispejjeż ta’ studji fi, u żviluppi ta’, aspetti oħra tan-netwerk ta’ informazzjoni.

▼M3

2.  
L-ispejjeż rigward l-istabbiliment u l-ħidma tal-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali u l-aġenziji ta’ kollegamemt ma għandhomx jiġu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

▼M3

3.  
Il-Kummissjoni għandha, tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu proċeduri dettaljati fir-rigward tat-tariffa standard imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).

Artikolu 19a

1.  
Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is- setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5a(1), l-Artikolu 5b(2) u (3) u l-Artikolu 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-20 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tkun estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux it-tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5a(1), l-Artikolu 5b(2) u (3) u l-Artikolu 8(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati diġà fis-seħħ.
4.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 3, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5a(1), l-Artikolu 5b(2) u (3) u l-Artikolu 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 19b

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imsejjaħ “Il-Kumitat għan-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola”. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 1 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 20

Ir-Regolament (KEE) Nru 79/65/KEE huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

▼M3

Lista tat-taqsimiet FADN imsemmija fl-Artikolu 2(d)

▼B

ll-Belġju

1. Vlaanderen

2. Bruxelles-Brussel

3. Wallonie

Il-Bulgarija

1. Северозападен (Severozapaden)

2. Северен централен (Severen tsentralen)

3. Североизточен (Severoiztochen)

4. Югозападен (Yugozapaden)

5. Южен централен (Yuzhen tsentralen)

6. Югоизточен (Yugoiztochen)

Madankollu, il-Bulgarija tista' tikkostitwixxi taqsima waħda sal-31 Diċembru 2009

Ir-Repubblika Ċeka

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Id-Danimarka

Tikkostitwixxi taqsima waħda

▼M4

Il-Ġermanja

1. 

Schleswig-Holstein/Hamburg

2. 

Is-Sassonja t'Isfel

3. 

Bremen

4. 

Nordrhein-Westfalen

5. 

Hessen

6. 

Rheinland-Pfalz

7. 

Baden-Württemberg

8. 

Il-Bavarja

9. 

Saarland

10. 

Berlin

11. 

Brandenburg

12. 

Mecklenburg-Vorpommern

13. 

Is-Sassonja

14. 

Is-Sassonja Anhalt:

15. 

Thüringen

▼B

L-Estonja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

L-Irlanda

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Greċja

1. Μακεδονία–Θράκη

2. Ήπειρος–Πελοπόννησος–Νήσοι Ιονίου

3. Θεσσαλία

4. Στερεά Ελλάς–Νήσοι Αιγαίου–Κρήτη

Spanja

1. Galicia

2. Asturias

3. Cantabria

4. País Vasco

5. Navarra

6. La Rioja

7. Aragón

8. Cataluña

9. Baleares

10. Castilla-León

11. Madrid

12. Castilla-La Mancha

13. Comunidad Valenciana

14. Murcia

15. Extremadura

16. Andalucía

17. Canarias

▼M5

Franza

1. 

Île de France

2. 

Champagne-Ardenne

3. 

Picardie

4. 

Haute-Normandie

5. 

Centre

6. 

Basse-Normandie

7. 

Bourgogne

8. 

Nord-Pas de Calais

9. 

Lorraine

10. 

Alsace

11. 

Franche-Comté

12. 

Pays de la Loire

13. 

Bretagne

14. 

Poitou-Charentes

15. 

Aquitaine

16. 

Midi-Pyrénées

17. 

Limousin

18. 

Rhône-Alpes

19. 

Auvergne

20. 

Languedoc-Roussillon

21. 

Provence-Alpes-Côte d’Azur

22. 

Corse

23. 

Antilles françaises

24. 

La Réunion

▼M2

Il-Kroazja

1. 

Kontinentalna Hrvatska

2. 

Jadranska Hrvatska

Madankollu, il-Kroazja tista’ tikkostitwixxi taqsima waħda għat-tliet snin wara l-adeżjoni.

▼B

L-Italja

1. Piemonte

2. Valle d'Aosta

3. Lombardia

4. Alto Adige

5. Trentino

6. Veneto

7. Friuli — Venezia Giulia

8. Liguria

9. Emilia — Romagna

10. Toscana

11. Umbria

12. Marche

13. Lazio

14. Abruzzi

15. Molise

16. Campania

17. Puglia

18. Basilicata

19. Calabria

20. Sicilia

21. Sardegna

Ċipru

Jikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Latvja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Litwanja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Lussemburgu

Jikkostitwixxi taqsima waħda

▼M1

L-Ungerija

1. Észak-Magyarország

2. Dunántúl

3. Alföld

▼B

Malta

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Tikkostitwixxi taqsima waħda

L-Awstrija

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Polonja

1. Pomorze et Mazury

2. Wielkopolska et Śląsk

3. Mazowsze et Podlasie

4. Małopolska et Pogórze

Il-Portugall

1. Norte e Centro

2. Ribatejo-Oeste

3. Alentejo e Algarve

4. Açores e Madeira

Ir-Rumanija

1. Nord-Est

2. Sud-Est

3. Sud-Muntenia

4. Sud-Vest-Oltenia

5. Vest

6. Nord-Vest

7. Centru

8. București-Ilfov

Is-Slovenja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Is-Slovakkja

Tikkostitwixxi taqsima waħda

Il-Finlandja

1. Etelä-Suomi

2. Sisä-Suomi

3. Pohjanmaa

4. Pohjois-Suomi

L-Isvezja

1. Il-Pjanuri ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali

2. Iż-żoni afforestati u ż-żoni mħallta agrikoli u bil-foresti ta' l-Isvezja tan-Nofs in-Nhar u dik Ċentrali

3. Iż-żona ta' l-Isvezja tat-Tramuntana

▼M5 —————

▼B




ANNESS II



Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE

(ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1972, Anness I, Punt II.A.4 u l-Anness II, Punt II.D.1

(ĠU L 73, 27.3.1972, p. 59 u p. 125)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2835/72

(ĠU L 298, 31.12.1972, p. 47)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2910/73

(ĠU L 299, 27.10.1973, p. 1)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1979, Anness I, Punti II.A u II.G.

(ĠU L 291, 19.11.1979, p. 64 u p. 87)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2143/81

(ĠU L 210, 30.7.1981, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3644/85

(ĠU L 348, 24.12.1985, p. 4)

 

Att ta' Adeżjoni tal-1985, Anness I, Punt XIV.(i)

ĠU L 302, 15.11.1985, p. 235)

 

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3768/85

(ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8)

punt (2) biss ta’ l-Anness

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/90

(ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23)

Anness XVI biss

Att ta' Adeżjoni tal-1994, Punt V.A.I

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 117)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2801/95

(ĠU L 291, 6.12.1995, p. 3)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/97

(ĠU L 174, 2.7.1997, p. 7)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

punt (1) biss ta’ l-Anness II

Att ta' Adeżjoni tal-2003, Anness I, Punt 6.A.1

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 346)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2059/2003

(ĠU L 308, 25.11.2003, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004

(ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

Il-punt 1 biss tat-Taqsima A tal-Kapitolu 5 tal-Anness

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1469/2007

(ĠU L 329, 14.12.2007, p. 5)

 




ANNESS III



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament Nru 79/65/EEC

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 2a

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 6(1)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(b)(i)

Artikolu 6(1)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 7(1)(b)(ii)

Artikolu 6(1)(c), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(c)(i)

Artikolu 6(1)(c), it-tieni inċiż

Artikolu 7(1)(c)(ii)

Artikolu 6(1)(e),(f), u (g)

Artikolu 7(1)(e), (f) u (g)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 18(1), (2) u (3)

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 18(4) u (5)

Artikolu 21, l-ewwel u t-tieni paragrafi

Artikolu 18(6)

Artikolu 21, it-tielet paragrafu

Artikolu 22

Artikolu 19

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 21

Anness

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Top