This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009R1215-20201222
Council Regulation (EC) No 1215/2009 of 30 November 2009 introducing exceptional trade measures for countries and territories participating in or linked to the European Union’s Stabilisation and Association process (codified version)
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (verżjoni kodifikata)
No longer in force
)
02009R1215 — MT — 22.12.2020 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (ĠU L 328 15.12.2009, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 1336/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2011 |
L 347 |
1 |
30.12.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1202/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Novembru 2013 |
L 321 |
1 |
30.11.2013 |
|
REGOLAMENT (UE) 2015/2423 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2015 |
L 341 |
18 |
24.12.2015 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1464 tat-2 ta' Ġunju 2017 |
L 209 |
1 |
12.8.2017 |
|
Regolament (UE) 2020/2172 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 |
L 432 |
7 |
21.12.2020 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1215/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009
li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu
(verżjoni kodifikata)
Artikolu 1
Arranġamenti preferenzjali
Artikolu 2
Kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali
L-eliġibbiltà għall-arranġamenti preferenzjali introdotti permezz tal-Artikolu 1 għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet segwenti:
il-konformità mad-definizzjoni ta’ “prodotti oriġinarji” prevista fit-Titolu II, Kapitolu 1, Taqsima 2, Subtaqsimiet 4 u 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 ( 2 ), u fit-Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2, Subtaqsimiet 10 u 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 ( 3 );
l-astensjoni tal-partijiet benefiċjarji milli jintroduċu dazji ġodda u imposti li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għall-importazzjoni li joriġinaw mill-Unjoni, milli jżidu livelli eżistenti ta’ dazji jew imposti jew milli jintroduċu xi restrizzjonijiet oħra mit-30 ta’ Settembru 2000;
l-involviment tal-partijiet benefiċjarji f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ frodi; u
l-astensjoni tal-partijiet benefiċjarji mill-involviment fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ewlenin tax-xogħol, tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.
Fil-każ ta’ nonkonformità mal-ewwel subparagrafu, il-Kunsill jista’ jieħu l-miżuri xierqa permezz ta’ vot b’maġġoranza kwalifikata, abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni.
Fil-każ ta’ nonkonformità ta’ parti benefiċjarja mal-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 jew mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, l-eliġibbiltà tal-parti benefiċjarja kkonċernata għall-benefiċċji skont dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).
Artikolu 3
Prodotti agrikoli — kwoti tariffarji
▼M6 —————
▼M1 —————
▼M6 —————
Artikolu 5
Amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji
Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni f’konformità mat-Titolu II, Kapitolu 1, Taqsima 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Il-komunikazzjoni għal dak il-għan bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha ssir, sa fejn hu possibbli, permezz ta’ konnessjoni telematika.
Artikolu 6
Aċċess għal kwoti tariffarji
Kull Stat Membru għandu jassigura li importaturi jkollhom aċċess ugwali u mhux interrott għal kwoti tariffarji għat-tul ta’ perjodu sakemm il-bilanċ tal-volum tal-kwota rilevanti jippermetti.
Artikolu 7
Konferiment ta’ setgħat
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7a dwar:
emendi u aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Annessi I u II wara li saru l-emendi għall-Kodiċi ta’ Nomenklatura Magħquda u s-suddiviżjonijiet tat-TARIC;
aġġustamenti neċessarji wara l-għoti ta’ preferenzi kummerċjali skont arranġamenti oħra bejn l-Unjoni u l-partijiet benefiċjarji;
sospensjoni, totali jew parzjali, tal-eliġibbiltà ta’ parti kkonċernata għall-benefiċċji skont dan ir-Regolament, fil-każ tan-nonkonformità ta’ dik il-parti benefiċjarja mal- punt (d) tal-Artikolu 2(1).
Artikolu 7a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 8
Proċedura ta’ kumitat
▼M6 —————
Artikolu 9
Koperazzjoni
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw strettament sabiex jassiguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(1).
Artikolu 10
Sospensjoni temporanja
Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni amministrattiva kif meħtieġa għall-verifika tal-evidenza tal-oriġini, jew li hemm żieda enormi fl-esportazzjoni ġewwa l-Unjoni li taqbeż il-livell tal-kapaċità normali ta’ produzzjoni u ta’ esportazzjoni, jew nuqqas ta’ konformità mal-punt (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 2(1) min-naħa tal-partijiet benefiċjarji, hija tista’ tieħu miżuri biex tissospendi totalment jew parzjalment l-arranġamenti previsti f’dan ir-Regolament għal perijodu ta’ tliet xhur, dment li l-ewwel tkun:
infurmat lill-Kumitat ta’ Implimentazzjoni għall-Balkani tal-Punent;
appellat lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni li jkunu meħtieġa sabiex jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u/jew sabiex jiżguraw konformità mill-partijiet benefiċjarji mal-Artikolu 2(1);
ippubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tiddikjara li jeżistu dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali u/jew il-konformità mal-Artikolu 2(1) mill-parti benefiċjarja kkonċernata li jistgħu jitfgħu dubju fuq id-dritt tagħha li tibqa’ tgawdi mill-benefiċċji mogħtija minn dan ir-Regolament.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).
▼M1 —————
Artikolu 11
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 huwa b’dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LI JIKKONĊERNA L-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-formulazzjoni użata għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha biss valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun determinata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, flimkien.
Nru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Volum tal-kwota fis-sena (1) |
Partijiet benefiċjarji |
Rata ta’ dazju |
09.1530 |
ex 2204 21 94 ex 2204 21 95 ex 2204 21 96 ex 2204 21 97 ex 2204 21 98 ex 2204 22 93 ex 2204 22 94 ex 2204 22 95 ex 2204 29 93 ex 2204 29 94 ex 2204 29 95 |
Inbid ta’ għeneb frisk, b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux aktar minn 15 % vol, għajr l-inbid spumanti |
30 000 hl |
Albanija (2), Bożnija-Ħerzegovina (3), Kosovo (4), Montenegro (5), Maċedonja ta’ Fuq (6), Serbja (7). |
Eżenzjoni |
(1)
Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjoni li toriġina mill-partijiet benefiċjarji.
(2)
L-aċċess għall-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina mill-Albanija jingħata bil-kondizzjoni li l-ewwel tiġi eżawrita l-kwota tariffarja individwali stipulata fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Albanija. Dik il-kwota individwali hija miftuħa skont l-ordni Nri 09.1512 u 09.1513.
(3)
L-aċċess għall-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina mill-Bożnija-Ħerzegovina jingħata bil-kondizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Bożnija-Ħerzegovina. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nri 09.1528 u 09.1529.
(4)
L-aċċess għall-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina mill-Kosovo jingħata bil-kondizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Kosovo. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nri 09.1570 u 09.1572.
(5)
L-aċċess għall-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina mill-Montenegro, sakemm jikkonċerna l-prodotti tal-kodiċi NM 2204 21, jingħata bil-kondizzjoni li l-ewwel tiġi eżawrita l-kwota tariffarja individwali stipulata fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Dik il-kwota tariffarja individwali hija miftuħa skont l-ordni Nru 09.1514.
(6)
L-aċċess għall-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina mill-Maċedonja ta’ Fuq jingħata bil-kondizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Maċedonja ta’ Fuq. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nri 09.1558 u 09.1559.
(7)
L-aċċess għall-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina mis-Serbja jingħata bil-kondizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mas-Serbja. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nri 09.1526 u 09.1527. |
▼M6 —————
ANNESS III
Ir-Regolament imħassar
flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2563/2000 (ĠU L 295, 23.11.2000, p. 1) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2487/2001 (ĠU L 335, 19.12.2001, p. 9) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2003 (ĠU L 86, 3.4.2003, p. 18) |
l-Artikolu 1 biss |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 1) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 6) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1946/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 1) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 1) |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2008 (ĠU L 122, 8.5.2008, p. 7) |
|
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 2007/2000 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2) |
Artikoli 2 |
Artikoli 2 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 4(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 3(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
Artikolu 7 |
Artikolu 5 |
Artikolu 8 |
Artikolu 6 |
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
Artikolu 10 |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
— |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 17 |
Artikolu 12 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
( *1 ) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
( 1 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 4 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
( 5 ) ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.