EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0669-20160701

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal- 24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/669/2016-07-01

2009R0669 — MT — 01.07.2016 — 028.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 194 25.7.2009, p. 11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010

  L 65

16

13.3.2010

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 878/2010 tas-6 ta’ Ottubru 2010

  L 264

1

7.10.2010

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1099/2010 tas-26 ta’ Novembru 2010

  L 312

9

27.11.2010

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 187/2011 tal-25 ta' Frar 2011

  L 53

45

26.2.2011

 M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 433/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011

  L 115

5

5.5.2011

 M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 799/2011 tad-9 ta’ Awwissu 2011

  L 205

15

10.8.2011

 M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1277/2011 tat-8 ta’ Diċembru 2011

  L 327

42

9.12.2011

 M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 294/2012 tat-3 ta’ April 2012

  L 98

7

4.4.2012

 M9

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 514/2012 tat-18 ta’ Ġunju 2012

  L 158

2

19.6.2012

 M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 889/2012 tas-27 ta’ Settembru 2012

  L 263

26

28.9.2012

 M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1235/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2012

  L 350

44

20.12.2012

 M12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 91/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013

  L 33

2

2.2.2013

 M13

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 270/2013 tal-21 ta’ Marzu 2013

  L 82

47

22.3.2013

 M14

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 618/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013

  L 175

34

27.6.2013

 M15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 925/2013 tal-25 ta’ Settembru 2013

  L 254

12

26.9.2013

 M16

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1355/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013

  L 341

35

18.12.2013

►M17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 323/2014 tat-28 ta' Marzu 2014

  L 95

12

29.3.2014

►M18

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 718/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014

  L 190

55

28.6.2014

 M19

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1021/2014 tas-26 ta' Settembru 2014

  L 283

32

27.9.2014

 M20

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1295/2014 tal-4 ta' Diċembru 2014

  L 349

33

5.12.2014

 M21

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/525 tas-27 ta' Marzu 2015

  L 84

23

28.3.2015

 M22

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/943 tat-18 ta' Ġunju 2015

  L 154

8

19.6.2015

 M23

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1012 tat-23 ta' Ġunju 2015

  L 162

26

27.6.2015

 M24

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1607 tal-24 ta' Settembru 2015

  L 249

7

25.9.2015

 M25

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2383 tas-17 ta' Diċembru 2015

  L 332

57

18.12.2015

 M26

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/24 tat-8 ta' Jannar 2016

  L 8

1

13.1.2016

 M27

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/166 tat-8 ta' Frar 2016

  L 32

143

9.2.2016

 M28

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/443 tat-23 ta' Marzu 2016

  L 78

51

24.3.2016

►M29

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1024 tal-24 ta' Ġunju 2016

  L 168

1

25.6.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli fir-rigward tal-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu, dwar l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Aġġornament tal-Anness I

Biex il-lista tal-Anness I tiġi kkompilata u emendata regolarment, irid jiġi kkunsidrat mill-inqas wieħed minn dwan is-sorsi ta’ tagħrif:

(a) id-dejta li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tal-RASFF;

(b) rapporti u informazzjoni li joħorġu mill-attivitajiet tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel;

(c) rapporti u informazzjoni mibgħuta minn pajjiżi terzi;

(d) informazzjoni li titpartat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurtà fl-Ikel;

(e) fejn hu xieraq, valutazzjonijiet xjentifiċi.

▼M29

Il-lista tal-Anness I għandha tiġi riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena.

▼B

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “dokument komuni tad-dħul (DKD)” ifisser dak id-dokument li għandu jimtela mill-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu/tagħha kif stipulat fl-Artikolu 6, li tiegħu hemm mudell fl-Anness II, u mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li tlestew il-kontrolli uffiċjali;

(b) “il-punt tad-dħul magħżul (PDM)” ifisser il-punt tad-dħul stipulat fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, f’wieħed mit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu; fil-każi ta’ konsenji li jaslu bil-baħar, li jitħattew bl-għan li jitgħabbew fuq vapur ieħor biex immorru f’port ieħor fi Stat Membru ieħor, il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port;

(c) “konsenja” tfisser kwantità ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti tal-għalf jew tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, tal-istess klassi jew deskrizzjoni, inkluża fl-istess dokument(i), mibgħuta bl-istess mezz tat-trasport u li toriġina mill-istess pajjiż terz jew parti mill-pajjiż.

Artikolu 4

Rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin

Bla ħsara għall-Artikolu 19, il-punti tad-dħul magħżulin għandu jkollhom għad-dispożizzjoni mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) numru biżżejjed ta’ impjegati li għandhom il-kwalifiki xierqa u l-esperjenza biex iwettqu l-kontrolli preskritti fuq il-konsenji;

(b) faċilitajiet xierqa biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tagħmel il-kontrolli meħtieġa;

(c) istruzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni għall-analiżi u dwar kif il-kampjuni jintbagħtu għall-analiżi fil-laboratorju magħżul skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (“il-laboratorju magħżul”);

(d) faċilitajiet fejn il-konsenji (u l-konsejni fil-kontejners) jiġu maħżunin f’kundizzjonijiet xierqa waqt iż-żmien tad-detenzjoni, fejn xieraq, sakemm jistennew ir-riżultati tal-analiżi msemmija fil-punt (c), u numru biżżejjed ta’ kmamar għall-ħażna li jinkludu l-imħażen tal-friża, għall-każi fejn il-konsenja jkollha bżonn tinżamm f’ temperaturi kkontrollati;

(e) tagħmir għall-ħatt u l-istrumenti meħtieġa biex jittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(f) il-faċilitajiet biex, fejn hemm bżonn, il-ħatt u t-teħid tal-kampjuni għall-analiżi jsiru f’post kenni;

(g) laboratorju magħżul fejn issir l-analiżi msemmija fil-punt (c), f’post fejn il-kampjuni jkunu jistgħu jitwasslu f’qasir żmien.

Artikolu 5

Lista tal-punti tad-dħul magħżulin

L-Istati Membri għandhom iżommu fuq l-Internet, miftuħa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, lista aġġornata tal-punti tad-dħul magħżulin għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizzi tal-Internet ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni.

Fuq is-sit tal-Internet tagħha, il-Kummissjoni għandha turi l-ħoloq elettroniċi nazzjonali li jwasslu għal dawn il-listi, għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 6

Twissija bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji

L-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin tal-wasla mistennija tal-konsenja fil-punt tad-dħul magħżul u dwar in-natura tal-konsenja.

Għal dan il-għan iridu jimlew il-Parti I tad-dokument tad-dħul komuni u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel ma tasal il-konsenja.

Artikolu 7

Il-Lingwa tad-dokumenti komuni tad-dħul

Id-dokumenti komuni tad-dħul għandhom jinkitbu fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru fejn jinstab il-punt tad-dħul magħżul.

Madankollu, Stat Membru jista’ jaċċetta li d-dokumenti komuni tad-dħul ikunu miktubin b’lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità.

Artikolu 8

Livelli ogħla tal-kontrolli uffiċjali fil-punti tad-dħul magħżulin

1.  L-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul għandha, mingħajr dawmien żejjed, tagħmel dan li ġej:

(a) kontrolli tad-dokumentazzjoni ta’ kull konsenja fi żmien żewġt iġranet tax-xogħol minn meta jaslu fil-PDM, sakemm ma jinħolqux xi ċirkostanzi inevitabbli u eċċezzjonali.

(b) kontrolli fiżiċi u tal-identità, li jinkludu l-analiżi fil-laboratorju, bil-frekwenza stipulata fl-Anness I u b’mod li l-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jkunux jistgħu ibassru jekk xi konsenja hijiex se tiġi kkontrollata jew le; ir-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jeħtieġ li jkunu disponibbli kemm jista’ jkun malajr teknikament.

2.  Wara li jintemmu l-kontrolli stipulati fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) timla l-parti rilevanti tal-Parti II tad-dokument komuni tad-dħul; u l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jittimbra u jiffirma l-oriġinal tad-dokument;

(b) tagħmel u żżomm kopja tad-dokument komuni tad-dħul iffirmat u ttimbrat.

Il-kopja oriġinali tad-dokument komuni tad-dħul trid tmur mal-konsenja tul il-vjaġġ tagħha sakemm tasal fid-destinazzjoni msemmija fid-DKD.

L-awtorità kompetenti fil-PDM tista’ tawtorizza li l-konsenja tkompli fi triqitha sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi. Fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u għandhom isiru l-arranġamenti xierqa biex ikun żgurat li l-konsenja tibqa’ taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti u li ma tkunx tista’ titbagħbas bl-ebda mod sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi.

F’każijiet fejn il-konsenja tkun ittrasportata qabel ma jkunu jistgħu jinħarġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tad-DKD oriġinali għal dan l-għan.

Artikolu 9

Ċirkostanzi Partikolari

1.  Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti punti tad-dħul magħżula li jridu jaħdmu f’sitwazzjonijiet diffiċli għal raġunijiet ġeografiċi, ikunu jistgħu jagħmlu l-kontrolli fiżiċi fl-istabbiliment ta’ operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel, sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-effiċjenza tal-kontrolli li jitwettqu fil-PDM ma tkunx affettwata ħażin;

(b) l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 skont ir-rilevanza u li huwa approvat għal dan l-għan mill-Istat Membru;

(c) ikun hemm arranġamenti xierqa li jiggarantixxu li l-konsenja, mill-mument li tasal, tibqa’ l-ħin kollu taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti tal-PDM u li ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod tul iż-żmien tal-kontrolli kollha.

2.  B’deroga mill-Artikolu 8(1), f’ċirkostanzi eċċezzjonali, id-deċiżjoni li prodott ġdid ikun elenkat fl-Anness I tista’ tistipula li l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tal-konsenja tkun tista’ tagħmel il-kontrolli fiżiċi, kif indikat fid-DKD fuq il-post tal-istabbiliment tal-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jekk ikun xieraq u jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 (b) u (c), sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk, meta jsiru t-testijiet ta’ kampjuni fil-PDM ikun hemm riskju kbir li l-ikel jiġi kkontaminat jew li l-prodott ikun imħassar b’mod inaċċettabbli minħabba li l-prodott jitħassar malajr jew minħabba li l-pakketti jkunu ta’ ċerta kwalità;

(b) isiru arranġamenti xierqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-PDM u l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-kontrolli fiżiċi biex jaċċertaw li:

(i) il-konsenja ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod waqt il-kontrolli kollha;

(ii) jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 15.

Artikolu 10

Ir-Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Ladarba, fejn hu meħtieġ li jsiru l-kontrolli, dawn ikunu saru kollha b’konformità mal-Artikolu 8(1) u r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jkunu magħrufa u jkunu pożittivi, ir-rilaxx tal-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument komuni tad-dħul jew l-ekwivalent tiegħu elettroniku, minn għand l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, lill-awtoritajiet tad-dwana, mimli, kif meħtieġ, mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

L-Obbligi tal-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel

F’każi fejn il-karatteristiċi speċjali tal-konsenja jitolbu din il-ħtieġa, l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew rappreżentant tiegħu, għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti:

(a) ir-riżorsi umani u l-loġistika biex il-konsenja tinħatt biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli uffiċjali;

(b) it-tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni għall-analiżi fejn jirrigwarda t-trasport speċjali u/jew formoli tal-ippakkjar speċifiċi, meta dan it-teħid ta’ kampjuni ma jkunx jista’ jsir b’mod ġenerali bit-tagħmir standardizzat.

Artikolu 12

It-taqsim tal-konsenji

Il-konsenji m’ għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu saru l-kontrolli uffiċjali fuq livell ogħla, u jkun imtela d-dokument komuni tad-dħul mill-awtorità kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.

Fil-każ li wara dan il-konsenja tinqasam, kopja awtentika tad-dokument komuni tad-dħul trid tintbaghat ma’ kull parti tal-konsenja sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 13

Nuqqas ta’ konformità

Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta’ konformità, l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jimla l-Parti III tad-dokument komuni tad-dħul u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 14

Miżati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir tal-miżati li jirriżultaw minħabba l-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali stipulat f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u l-kriterji stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.  Il-miżati msemmijin fil-paragrafu 1 iridu jitħallsu mill-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel li huma risponsabbli għall-konsenja, jew mir-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 15

Rapporti lill-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar il-konsenji lill-Kummissjoni bi skop li ssir evalwazzjoni kontinwa tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I.

▼M29

Huma għandhom jissottomettu rapport darbtejn fis-sena sa tmiem ix-xahar ta' wara kull semestru.

▼B

2.  Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dettalji ta’ kull konsenja, li jinkludu:

(i) id-daqs fir-rigward tal-piż nett tal-konsenja;

(ii) isem il-pajjiż tal-oriġini ta’ kull konsenja;

(b) in-numru ta’ konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(c) ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 8(1);

3.  Il-Kummissjoni għandha tiġbor ir-rapporti li tirċievi skont il-paragrafu 2 u tpoġġihom għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 16

Emenda għad-Deċiżjoni 2006/504/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE hija emendata skont dan li ġej:

(1) fl-Artikolu 1, is-subparagrafi (a) (iii), (iv) u (v) għandhom jitħassru,

(2) fl-Artikolu 5, l-paragrafu 2 (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) kull konsenja ta’ ħwejjeġ tal-ikel mill-Brażil”,

(3) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

Artikolu 17

Revoka tad-Deċiżjoni 2005/402/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE hija rrevokata.

Artikolu 18

Applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Jannar 2010.

▼M1

Artikolu 19

Miżuri tranżitorji

▼M18

1.  Għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jekk punt tad-dħul magħżul ma jkunx mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità, kif stipulat fl-Artikolu 8(1)(b), dawn il-kontrolli jistgħu jsiru f'punt ta' kontroll ieħor fl-istess Stat Membru, li jkun awtorizzat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti, qabel ma l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, sakemm dan il-punt ta' kontroll jissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 4.

▼M1

2.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika fuq il-websajt tagħhom, lista tal-punti ta’ kontroll awtorizzati skont il-paragrafu 1.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M29




ANNESS I

Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali soġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul



Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Subdiviżjoni TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

—  Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—  ex 0708 20 00 ;

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2) (3)

50

ex 0710 22 00

10

—  Brunġiel

—  0709 30 00 ;

 

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

(Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2) (4)

50

Brassica oleracea

(Brassika oħra li tittiekel, “Brokkoli Ċiniż”) (5)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)

50

Te, kemm jekk imħawwar jew le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2) (6)

10

—  Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—  ex 0708 20 00 ;

10

Ir-Repubblika Dominicana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2) (7)

20

ex 0710 22 00

10

—  Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

—  0709 60 10 ;

 

0710 80 51

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

—  ex 0709 60 99 ;

20

ex 0710 80 59

20

Frawli

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

0810 10 00

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2) (8)

10

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

—  0709 60 10 ;

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2) (9)

10

0710 80 51

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

—  ex 0709 60 99 ;

20

ex 0710 80 59

20

—  Karawett bil-qoxra

—  1202 41 00

 

Il-Gambja (GM)

Aflatossini

50

—  Karawett bla qoxra

—  1202 42 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

—  Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

—  2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

—  Ġellewż bil-qoxra

—  0802 21 00

 

Il-Georgia (GE)

Aflatossini

20

—  Ġellewż bla qoxra

—  0802 22 00

(Ikel)

 

Żejt tal-palm

(Ikel)

1511 10 90 ;

 

Il-Ghana (GH)

Żebgħat tas-Suda (10)

50

1511 90 11 ;

 

ex 1511 90 19 ;

90

1511 90 99

 

Żerriegħa tal-ġulġlien

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (11)

20

Enzimi; enzimi ppreparati

(Għalf u ikel)

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi (2) (12)

10

—  Karawett bil-qoxra

—  1202 41 00

 

Il-Madagaskar (MG)

Aflatossini

50

—  Karawett bla qoxra

—  1202 42 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

—  Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

—  2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Lampun

(Ikel — iffriżat)

0811 20 31 ;

 

Is-Serbja (RS)

Norovajrus

10

ex 0811 20 11 ;

10

ex 0811 20 19

10

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom

ex 1207 70 00 ;

10

Sierra Leone (SL)

Aflatossini

50

ex 1106 30 90 ;

30

ex 2008 99 99

50

(Ikel)

 

 

—  Karawett bil-qoxra

—  1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

—  Karawett bla qoxra

—  1202 42 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

—  Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

—  2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2) (13)

10

—  Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—  ex 0708 20 00 ;

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2) (14)

20

ex 0710 22 00

10

—  Brunġiel

—  0709 30 00 ;

 

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

—  Berquq imnixxef

—  0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (15)

10

—  Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

—  2008 50 61

(Ikel)

 

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

(Ikel — frisk, imkessaħ jew imnixxef)

0805 50 10

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)

10

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2) (16)

10

0710 80 51

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Weraq tad-dielja

(Ikel)

ex 2008 99 99

11; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2) (17)

50

—  Pistaċċi bil-qoxra

—  0802 51 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

20

—  Pistaċċi bla qoxra

—  0802 52 00

(Ikel)

 

—  Berquq imnixxef

—  0813 10 00

 

L-Użbekistan (UZ)

Sulfiti (15)

50

—  Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

—  2008 50 61

(Ikel)

 

—  Weraq tal-kosbor

—  ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2) (18)

50

—  Ħabaq u ħabaq sagru

—  ex 1211 90 86 ;

20

ex 2008 99 99

75

—  Nagħniegħ

—  ex 1211 90 86 ;

30

ex 2008 99 99

70

—  Tursin

—  ex 0709 99 90

40

(Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

 

 

—  Okra

—  ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2) (18)

50

—  Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

—  ex 0709 60 99

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

—  Pitaħaja (frott tad-dragun)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

—  ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2) (18)

20

(1)   Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.

(2)   Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS)(il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(3)   Ir-residwi tal-Klorbufam.

(4)   Ir-residwi tal-Fentoat.

(5)   Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, “kejl Ċiniż”, “Jie Lan”.

(6)   Ir-residwi tat-Trifluralin.

(7)   Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

(8)   Ir-residwi tal-Eżaflumuron, tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), tal-Fentoat u tat-Tijofanat metil.

(9)   Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.

(10)   Għall-fini ta' dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).

(11)   Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(12)   Ir-residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.

(13)   Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.

(14)   Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.

(15)   Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(16)   Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat metil.

(17)   Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metrafenon.

(18)   Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.

▼M17




ANNESS II

DOKUMENT KOMUNI TAD-DĦUL (DKD)

image

image

image

Noti biex iservu ta’ gwida għad-DKD

Ġenerali: Imla d-dokument komuni tad-dħul b’ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti.

Parti I    Din il-Parti trid timtela mill-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

Kaxxa I.1. Il-konsenjatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li qed tibgħat il-konsenja. Huwa rakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.

Kaxxa I.2. Informazzjoni relatata man-numru ta’ referenza tad-DKD li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul deżinjat (PDD). L-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel għandu jindika l-punt tad-dħul deżinjat fejn għandha tasal il-konsenja.

Kaxxa I.3. Id-destinatarju: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li lilha hija indirizzata l-konsenja. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.4. Il-persuna responsabbli għall-konsenja: il-persuna (l-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni f’ismu) li tkun inkarigata mill-konsenja meta din tiġi ppreżentata fil-PDD u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet neċessarji lill-awtorità kompetenti fil-PDD f’isem l-importatur. Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.

Kaxxa I.5. Il-pajjiż tal-oriġini: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn qed toriġina, titkabbar, tinħasad jew tiġi prodotta il-komodità.

Kaxxa I.6. Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-konsenja fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni.

Kaxxa I.7. Importatur: l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.8. Il-post tad-destinazzjoni: indirizz tal-konsenja fl-Unjoni. Huwa rrakkomandat li tingħata informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.9. Wasla fil-PDD: daħħal id-data ta’ meta hu mistenni li tasal il-konsenja fil-PDD.

Kaxxa I.10. Id-dokumenti: daħħal id-data tal-ħruġ u n-numru ta’ dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-konsenja, kif xieraq.

Kaxxa I.11. Agħti d-dettalji kollha tal-mezz tat-trasport għall-wasla tal-konsenja: għall-inġenji tal-ajru agħti n-numru tat-titjira; għall-bastimenti l-isem tal-vapur; għall-vetturi tat-triq in-numru tar-reġistrazzjoni fin-numru tat-trejler, jekk xieraq, għall-ferroviji l-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun.

Referenzi dokumentati: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza ta' kargu jew in-numru kummerċjali għall-ferrovija jew għall-vettura tat-triq.

Kaxxa I.12. Deskrizzjoni tal-komodità: agħti deskrizzjoni dettaljata tal-komodità (inkluż għall-għalf, it-tip ta’ għalf).

Kaxxa I.13. Kodiċi tal-komodità: uża l-kodiċi li jidentifika l-komodità kif elenkata fl-Anness I (inkluża s-suddiviżjoni TARIC, jekk applikabbli).

Kaxxa I.14. Piż gross: piż kumplessiv f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

Piż nett: il-piż tal-prodott innifsu f’kg, mingħajr l-imballaġġ. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti nfushom mingħajr kontenituri immedjati jew bla ebda imballaġġ.

Kaxxa I.15. In-numru tal-pakketti.

Kaxxa I.16. Temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna.

Kaxxa I.17. Tip ta’ pakketti: identifika t-tip ta’ imballaġġ tal-prodotti.

Kaxxa I.18. Komodità maħsuba għal: immarka l-kaxxa xierqa skont, jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr klassifikazzjoni minn qabel jew trattament fiżiku ieħor (f’dan il-każ immarka “għall-konsum mill-bniedem”) jew huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f’dan il-każ immarka “għall-aktar ipproċessar”), jew jekk hu maħsub bħala “għalf” (f’dan il-każ immarka “għalf”).

Kaxxa I.19. Niżżel in-numri kollha ta’ identifikazzjoni u tas-siġill tal-kontenitur fejn rilevanti.

Kaxxa I.20. Trasferiment lejn punt ta’ kontroll: Matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), il-PDD għandu jimmarka din il-kaxxa biex jippermetti t-trasferiment lejn punt ta’ kontroll ieħor.

Kaxxa I.21. Mhux applikabbli.

Kaxxa I.22. Għall-importazzjoni: din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata jekk il-konsenja tkun maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (Artikolu 8).

Kaxxa I.23. Mhux applikabbli.

Kaxxa I.24. Immarka l-mezz ta’ trasport adegwat.

Parti II    Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa II.1. Uża l-istess numru ta’ referenza li jidher fil-Kaxxa I.2.

Kaxxa II.2. Għall-użu tas-servizzi tad-dwana, jekk ikun meħtieġ.

Kaxxa II.3. Verifika tad-dokumenti: trid timtela għall-konsenji kollha.

Kaxxa II.4. L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika jekk il-konsenja ntgħażlitx għall-kontrolli fiżiċi, li matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1) jistgħu jsiru f’punt ta’ kontroll differenti.

Kaxxa II.5. L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), wara verifika sodisfaċenti tad-dokumenti, lejn liema punt ta’ kontroll tista’ tiġi ttrasportata l-konsenja sabiex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità.

L-awtorità kompetenti tal-PDD għandha tindika wkoll jekk il-konsenja tkunx awtorizzata għat-trasport ulterjuri previst fl-Artikolu 8. It-trasport ulterjuri jista' jiġi awtorizzat biss jekk il-kontrolli tal-identità jkunu twettqu fil-PDD u jekk ir-riżultat tagħhom ikun sodisfaċenti. Il-Kaxxa II.11 għandha għalhekk timtela fl-istess waqt meta jiġi awtorizzat it-trasport ulterjuri, filwaqt li l-Kaxxa II.12 għandha timtela ladarba jkunu disponibbli r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju.

Kaxxa II.6. Indika b'mod ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tiġi rrifjutata minħabba r-riżultat mhux sodisfaċenti tal-verifiki tad-dokumenti. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” u “Użu għal skop ieħor” irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.7.

Kaxxa II.7. Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew l-isem tal-vapur u tal-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ kontroll ulterjuri tal-konsenja, pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II.8. Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDD hawnhekk.

Kaxxa II.9. Firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD.

Kaxxa II.10. Mhux applikabbli.

Kaxxa II.11. L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tal-kontrolli tal-identità hawnhekk.

Kaxxa II.12. L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi hawnhekk.

Kaxxa II.13. L-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika r-riżultati tat-test tal-laboratorju hawnhekk. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih sar it-test tal-laboratorju.

Kaxxa II.14. Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li jridu jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera fi ħdan l-Unjoni.

Kaxxa II.15. Mhux applikabbli.

Kaxxa II.16. Indika b'mod ċ-ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tiġi rrifjutata minħabba r-riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli fiżiċi jew tal-identità. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” u “Użu għal skop ieħor” irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.18.

Kaxxa II.17. Ir-raġunijiet għar-rifjut: uża, kif xieraq, biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa t-tajba.

Kaxxa II.18. Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ kontroll ulterjuri tal-konsenja, pereżempju, għall-Kaxxa II.16, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II.19. Imla din il-kaxxa meta jinkiser is-siġill irreġistrat oriġinarjament malli jinfetaħ il-kontenitur. Trid tinżamm lista konsolidata tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop.

Kaxxa II.20. Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDD hawnhekk jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Kaxxa II.21. Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Parti III    Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa III.1. Dettalji dwar id-dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika l-mezz tat-trasport użat, id-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż ta’ destinazzjoni u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid malli jsiru magħrufa.

Kaxxa III.2. Is-segwitu: indika l-Unità tal-Awtorità Kompetenti Lokali responsabbli, kif xieraq, għas-sorveljanza f’każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor” tal-konsenja. Dik l-awtorità għandha tirrapporta r-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza tal-konsenja f’din il-kaxxa.

Kaxxa III.3. Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDD jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-uffiċjal responsabbli għall-punt tal-kontroll, f’każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”. Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti lokali f’każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.



( 1 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 3 ) ĠU L 135, 28.5.2005, p. 34.

( 4 ) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21.

Top