This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009R0663-20181224
Regulation (EC) No 663/2009 of the European Parliament and of the Council of 13 July 2009 establishing a programme to aid economic recovery by granting Community financial assistance to projects in the field of energy
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
02009R0663 — MT — 24.12.2018 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 663/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 200 31.7.2009, p. 31) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 1233/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Diċembru 2010 |
L 346 |
5 |
30.12.2010 |
|
REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018 |
L 328 |
1 |
21.12.2018 |
REGOLAMENT (KE) Nru 663/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument finanzjarju, intitolat il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR), għall-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-Komunità li jikkontribwixxu, billi jagħtu stimolu finanzjarju, għall-irkupru tal-ekonomija, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sub-programmi sabiex imexxu ‘l quddiem dawk l-objettivi fl-oqsma ta’:
(a) l-infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku;
(b) l-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta; u
(c) il-qbid u l-ħżin tal-karbonju.
Dan ir-Regolament jidentifika proġetti li għandhom ikunu ffinanzjati taħt kull sub-programm u jistabbilixxi kriterji sabiex ikunu identifikati u implimentati azzjonijiet li jwettqu dawn il-proġetti.
Dan ir-Regolament jipprevedi l-ħolqien ta' faċilità finanzjarja (“il-faċilità”) li tappoġġa l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u inizjattivi tal-enerġija rinnovabbli.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “il-qbid u l-ħżin tal-karbonju” tfisser il-qbid tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) minn installazzjonijiet industrijali, il-ġarr tiegħu għal post fejn jinħażen u l-mod kif jiġi injettat f’formazzjoni ġeoloġika taħt l-art adatta għall-finijiet ta’ ħżin permanenti;
(b) “spejjeż eliġibbli” għandha l-istess tifsira kif hemm fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002;
(c) “infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku” tfisser:
(i) il-linji kollha ta’ vultaġġ għoli, minbarra dawk tan-netwerks ta’ distribuzzjoni, u tal-konnessjonijiet ta’ taħt il-baħar, kemm-il darba din l-infrastruttura tintuża għal trasmissjoni jew konnessjoni interreġjonali jew internazzjonali;
(ii) pajpijiet tal-gass bi pressjoni għolja, minbarra dawk tan-netwerks ta’ distribuzzjoni;
(iii) faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art li huma konnessi mal-pajpijiet tal-gass bi pressjoni għolja imsemmijin fil-punt (ii);
(iv) faċilitajiet li jirċievu, jaħżnu u jiggassifikaw mill-ġdid il-gass naturali likwefatt (LNG); u
(v) kull tagħmir jew installazzjoni meħtieġa biex l-infrastruttura imsemmija fil-punti (i), (ii), (iii) jew (iv) taħdem kif suppost, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, monitoraġġ u kontroll;
(d) “parti minn proġett” tfisser kwalunkwe attività li hija indipendenti finanzjarjament, teknikament jew fuq perijodu ta’ żmien u li tikkontribwixxi għat-tlestija tal-proġett;
(e) “fażi ta’ investiment” tfisser il-fażi ta’ proġett li fiha ssir il-kostruzzjoni u jsiru l-ispejjeż kapitali;
(f) “enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta” tfisser l-enerġija elettrika ġġenerata minn magni turbini li jaħdmu bir-riħ u li jinsabu fil-baħar, sew jekk qrib jew ‘il bogħod mix-xtajta;
(g) “fażi ta’ ppjanar” tfisser il-fażi ta’ proġett li tiġi qabel il-fażi tal-investiment, li fiha jsiru t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-proġett, u tinkludi, jekk ikun il-każ, il-valutazzjoni tal-fattibbiltà, studji preparatorji u tekniċi, l-ksib ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet u t-twettiq ta’ spejjeż kapitali.
Artikolu 3
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-EEPR għall-2009 u l-2010 għandu jkun ta’ EUR 3 980 000 000 , allokati kif ġej:
(a) proġetti għall-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku: EUR 2 365 000 000 ;
(b) proġetti għall-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta: EUR 565 000 000 ;
(c) proġetti għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju: EUR 1 050 000 000 .
2. L-impenji legali individwali fl-ambitu tal-Kapitolu II li jimplimentaw l-impenji baġitarji li saru fl-2009 u l-2010 għandhom isiru sal-31 ta' Diċembru 2010. L-impenji legali individwali skont il-Kapitolu IIa għandhom isiru sal-31 ta' Marzu 2011.
3. L-intermedjarji finanzjarji deskritti fl-Anness II għandhom jagħmlu ħilithom biex jallokaw il-fondi kollha mill-kontribut tal-Unjoni li jkunu disponibbli fil-faċilità lil proġetti ta' investiment u lil għajnuna teknika għal proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli sal-31 ta' Marzu 2014. L-ebda finanzjament mill-kontribut tal-Unjoni m’għandu jiġi allokat wara dik id-data. Il-finanzjament kollu mill-kontribut tal-Unjoni li l-intermedjarji finanzjarji ma jkunux allokaw sal-31 ta' Marzu 2014 għandu jerġa’ jiddaħħal lura fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-finanzjament mill-kontribut tal-Unjoni allokat lil proġetti ta' investiment għandu jibqa’ investit għal perjodu ta' żmien speċifiku li ma jistax imur lil hinn mill-31 ta' Marzu 2034. L-Unjoni għandha tkun intitolata għal dħul mill-investiment tagħha fil-faċilità matul ħajjet il-faċilità, bi proporzjon għall-kontribut tagħha lill-faċilità u skont id-drittijiet tagħha bħala azzjonist.
KAPITOLU II
SUB-PROGRAMMI
TAQSIMA 1
Proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku
Artikolu 4
Objettivi
Il-Komunità għandha tippromwovi proġetti għall-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku li għandhom l-ogħla valur miżjud min-naħa tal-Komunità u li jikkontribwixxu għall-objettivi li ġejjin:
(a) sigurtà u diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, ir-rotot u l-provvisti;
(b) l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tan-netwerk u l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, b’mod partikolari, fir-rigward tal-partijiet transkonfinali;
(c) l-iżvilupp tan-netwerk biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jitnaqqas l-iżolament tar-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti fil-Komunità;
(d) il-konnessjoni u integrazzjoni ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli; u
(e) is-sikurezza, affidabiltà u interoperabiltà tan-netwerks interkonnessi ta’ enerġija, inkluża l-ħila li jitużaw flussi multidirezzjonali tal-gass, fejn ikun meħtieġ.
Artikolu 5
Prijoritajiet
L-EEPR għandu jservi sabiex jadatta u jiżviluppa b’urġenza n-netwerks tal-enerġija ta’ importanza partikolari għall-Komunità li jappoġġjaw il-ħidma tas-suq intern tal-enerġija u, b’mod partikolari, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni, is-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista u sabiex jingħelbu d-diffikultajiet ambjentali, tekniċi u finanzjarji. Jeħtieġ appoġġ speċjali min-naħa tal-Komunità sabiex ikunu żviluppati netwerks ta’ enerġija b’mod aktar intensiv u sabiex tkun aċċellerata l-kostruzzjoni tagħhom, speċjalment fejn id-diversità tar-rotot u s-sorsi tal-provvista tkun baxxa.
Artikolu 6
Għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja
1. L-għajnuna finanzjarja taħt l-EEPR (l-għajnuna EEPR) għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku għandha tingħata għal azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti A tal-Anness jew partijiet minn tali proġetti, u li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti sabiex tidentifika l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tivvaluta l-konformità ta’ dawk il-proposti mal-kriterji ta’ eliġibbiltà mniżżla fl-Artikolu 7 u l-kriterji tal-għażla u tal-għotjiet imniżżla fl-Artikolu 8.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 7
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss jekk jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti A tal-Anness, ma jaqbżux l-ammonti massimi f’għajnuna EEPR stabbiliti fih u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 8.
2. Il-proposti jistgħu jitressqu:
(a) minn Stat Membru wieħed jew aktar, li jaġixxu b’mod konġunt;
(b) bi qbil bejn l-Istati Membri kollha li għandhom x’jaqsmu b’mod dirett mal-proġett ikkonċernat:
(i) minn impriża waħda jew iktar, kemm pubbliċi jew privati, jew korpi li jaġixxu b’mod konġunt;
(ii) minn organizzazzjoni internazzjonali waħda jew iktar li jaġixxu b’mod konġunt; jew
(iii) minn impriza konġunta.
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 8
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ;
(b) is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-azzjoni.
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, u li tirriżulta f’infiq kapitali sostanzjali sal-aħħar tal-2010;
(b) il-miżura li biha n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi qiegħed idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni;
(c) il-miżura li biha l-għajnuna EEPR ser tistimola l-finanzi pubbliċi u privati;
(d) l-impatti soċjo-ekonomiċi;
(e) l-impatti ambjentali;
(f) il-kontribut għall-kontinwità u l-interoperabbiltà tan-netwerk tal-enerġija, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tiegħu;
(g) il-kontribut għat-titjib fil-kwalità tas-servizz, is-sikurezza u s-sigurtà;
(h) il-kontribut għall-ħolqien ta’ suq integrat tajjeb tal-enerġija.
Artikolu 9
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi għal infiq relatat mal-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett, magħmul mill-benefiċjarji jew minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġett.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex teċċedi l-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Artikolu 10
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li ser jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna li għandu jingħatalhom mill-EEPR. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tal-proposti.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni.
Artikolu 11
Responsabbiltajiet finanzjarji tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-monitoraġġ tekniku u l-kontroll finanzjarju tal-proġetti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u għandhom jiċċertifikaw l-ammont u l-konformità tan-nefqa mġarrba fir-rigward ta’ proġetti jew partijiet ta’ proġetti ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni waqt il-kontrolli fuq il-post.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 u, b’mod partikolari, għandhom jagħtu deskrizzjoni tas-sistemi ta’ kontroll, ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ stabbiliti biex jiżguraw li l-proġetti jitlestew b’suċċess.
TAQSIMA 2
Proġetti ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta
Artikolu 12
L-għoti ta’ għajnuna EEPR
1. L-għajnuna EEPR għall-proġetti tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta għandha tingħata wara li ssir sejħa għal proposti limitata għall-azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti biex jiġu identifikati l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tivvaluta l-konformità ta’ dawn il-proposti mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 13 u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 13
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss f’każ li dawn jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness, ma jaqbżux l-ammont massimu f’għajnuna EEPR hemm stabbiliti u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 14. Dawk il-proġetti għandhom jitmexxew minn impriża kummerċjali.
2. Il-proposti jistgħu jitressqu minn impriża waħda jew iktar, li jaġixxu b’mod konġunt.
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 14
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ;
(b) is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-proġett.
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, u li tirriżulta f’infiq kapitali sostanzjali sa tmiem l-2010;
(b) il-miżura ta’ kemm in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi qiegħed idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni;
(c) il-miżura li biha l-proġett itejjeb jew iżid l-iskala ta’ installazzjonijiet u infrastrutturi li diġà bdew jinbnew, jew li jinsabu fil-fażi ta’ ppjanar;
(d) il-miżura il biha l-proġett jinkludi l-bini ta’ installazzjonijiet u infrastrutturi ta’ daqs sħiħ u ta’ skala industrijali, u jindirizza, b’mod partikolari, il-kwistjonijiet li ġejjin:
(i) l-ibbilanċjar tal-varjabbiltà tal-elettriku ġġenerat mill-enerġija tar-riħ permezz ta’ sistemi integrattivi;
(ii) l-eżistenza ta’ sistemi ta’ ħżin fuq skala kbira;
(iii) il-ġestjoni ta’ impjanti tal-enerġija mir-riħ bħala impjanti virtwali li jipproduċu l-enerġija (iktar minn 1 GW);
(iv) l-eżistenza ta’ turbini li jinsabu aktar lil hinn mix-xtajta jew f’ ilmijiet iktar fondi (minn 20 sa 50 m) milli hu standard bħalissa;
(v) disinji ġodda tas-sub-strutturi; jew
(vi) proċessi ta’ mmuntar, installazzjoni, tħaddim u żarmar u ttestjar ta’ dawn il-proċessi fi proġetti ta’ daqs reali;
(e) il-fatturi innovattivi tal-proġett u l-miżura li biha tintwera l-implimentazzjoni ta’ dawn il-fatturi;
(f) l-impatt tal-proġett u l-kontribut tiegħu lis-sistema Komunitarja ta’ distribuzzjoni tal-enerġija ġġenerata mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, inkluż il-potenzjal ta’ replikazzjoni tiegħu;
(g) l-impenn muri mill-benefiċjarji li jqassmu r-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi li jkunu saru mill-proġett lil operaturi oħrajn Ewropej b’mod kompatibbli mal-liġi Komunitarja u b’mod partikolari mal-objettivi u l-istrutturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija.
Artikolu 15
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi għal infiq relatat mal-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex teċċedi l-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Artikolu 16
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl- Artikolu 12(1), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna li għandu jingħatalhom. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tal-proposti.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta’ għoti.
TAQSIMA 3
Proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju
Artikolu 17
L-għoti ta’ għajnuna EEPR
1. L-għajnuna EEPR għall-proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju għandha tingħata lill-azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti C tal-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti biex jiġu identifikatil-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandha tivvaluta l-konformità tal-proposti mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 19.
3. F’każ li diversi proposti li joħroġu minn proġetti mwettqa fl-istess Stat Membru huma konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-Kummissjoni għandha tagħżel għall-għajnuna EEPR, abbażi tal-kriterji tal-għoti fl-Artikolu 19(2), mhux iktar minn proposta waħda għal kull Stat Membru fost dawk il-proposti.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 18
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss jekk dawn jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti C tal-Anness u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 19 u l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-proġetti juru li huma għandhom il-ħila li jaqbdu tal-anqas 80 % tas-CO2 f’installazzjonijiet industrijali u li jittrasportaw u li jaħżnu b’mod ġeoloġiku dan is-CO2 b’mod sikur taħt l-art;
(b) f’installazzjonijiet tal-enerġija, il-qbid tas-CO2 jintwera f’installazzjoni b’kapaċità elettrika ta’ mill-anqas 250 MW jew l-ekwivalenti;
(c) il-promoturi tal-proġett jagħmlu dikjarazzjoni li torbot li tgħid li l-għarfien ġeneriku li joħroġ mill-impjant virtwali jsir disponibbli għas-settur industrijali iktar wiesa’ u għall-Kummissjoni sabiex jikkontribwixxi għall-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija.
2. Il-proposti jistgħu jitressqu minn impriża waħda jew iktar, li jaġixxu b’mod konġunt.
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 19
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ;
(b) il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, li jinkludi l-esplorazzjoni u l-iżvilupp ta’ għażliet ta’ ħżin, u li tirriżulta f’infiq sostanzjali relatat mal-investiment għall-proġett sa tmiem l-2010;
(c) is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-proġett;
(d) l-identifikazzjoni tal-permessi kollha neċessarji għall-ħolqien u l-tħaddim tal-proġett fis-sit(i) propost(i) u l-eżistenza ta’ strateġija li tassigura dawk il-permessi.
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) il-miżura li biha n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni;
(b) il-finanzjament mitlub għal kull tunnellata ta’ CO2 li għandu jkun imnaqqas fl-ewwel ħames snin tal-proġett;
(c) il-kumplessità tal-proġett u l-livell ta’ innovazzjoni tal-installazzjoni ġenerali li tinkludi attivitajiet ta’ riċerka oħra li huma relatati u l-impenn li jintwera mill-benefiċjarji sabiex iqassmu r-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi li jkunu saru mill-proġett lil operaturi Ewropej oħra b’mod kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u b’mod partikolari mal-miri u l-istrutturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija;
(d) is-solidità u l-adegwatezza tal-pjan ta’ ġestjoni li jinkludi, fir-rigward tal-informazzjoni u d-data xjentifika, tal-informazzjoni u d-data tal-inġinerija, u tal-informazzjoni u d-data teknika, turija li l-kunċett propost ikun lest biex jinkiseb it-tħaddim tal-proġett sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 20
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi biss għal dak l-infiq relatat ma’ proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett li jkun attribwibbli għall-qbid, it-trasport u l-ħżin tal-karbonju, waqt li tqis il-benefiċċji tat-tħaddim possibbli.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli għall-investiment.
Artikolu 21
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li ser jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna EEPR li għandu jingħatalhom. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta’ għoti.
KAPITOLU IIa
FAĊILITÀ FINANZJARJA
Artikolu 21a
Fondi li ma jistgħux ikunu impenjati taħt il-Kapitolu II
1. Fondi li skont l-Artikolu 3(2) ma jistgħux ikunu soġġetti għal impenji legali individwali taħt il-Kapitolu II għal ammont ta' EUR 146 344 644,50 għandhom ikunu allokati għall-faċilità msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 1, għall-finijiet tal-iżvilupp ta' strumenti adegwati ta' finanzjament f’kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji, b’tali mod li proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u proġetti għall-isfruttament tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija jingħataw stimolu maġġuri.
2. Il-faċilità għandha tkun implimentata skont l-Anness II. L-Artikolu 23(1) ma għandux japplika għall-faċilità.
3. L-espożizzjoni tal-Unjoni għall-faċilità, inklużi ħlasijiet ta' ġestjoni u spejjeż eliġibbli oħra, għandha tkun limitata għall-ammont tal-kontribut tal-Unjoni għall-faċilità speċifikat fil-paragrafu 1, u ma għandu jkun hemm l-ebda responsabbiltà ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
▼M1 —————
Artikolu 23
Arranġamenti ta’ programmazzjoni u implimentazzjoni
1. Is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu mnedija direttament mill-Kummissjoni abbażi tad-disponibbiltajiet baġitarji msemmijin fl-Artikolu 3(1) u tal-kriterji ta’ eliġibbiltà, għażla u għoti stabbiliti fil-Kapitolu II.
2. L-għajnuna EEPR għandha tkopri biss infiq relatat ma' proġetti li saru mill-benefiċjarji u, f’dawk li huma proġetti taħt l-Artikolu 9, ukoll minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta' proġett. L-infiq magħmul skont il-Kapitolu II jista’ jkun eliġibbli mit-13 ta' Lulju 2009.
2a. L-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Kapitolu IIa għandha tkopri l-infiq relatat mal-proġetti ta' investiment u mal-għajnuna teknika għal proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli magħmul mill-benefiċjarji deskritti fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness II. Tali infiq jista’ jkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2011.
3. Il-VAT m’għandiex tkun spiża eliġibbli, ħlief il-VAT mhux rimborsabbli.
4. Proġetti u azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jitwettqu f’konformità mal-liġi Komunitarja u għandhom iqisu l-politika Komunitarja rilevanti, b’mod partikolari dawk dwar il-kompetizzjoni inkluż ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-istat, il-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli u l-akkwist pubbliku.
Artikolu 24
Responsabbiltajiet ġenerali tal-Istati Membri
Fl-ambitu tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isforzi kollha sabiex jimplimentaw il-proġetti li jirċievu l-għajnuna EEPR, partikolarment permezz ta’ proċeduri effiċjenti ta’ amministrazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni, ta’ ħruġ ta’ liċenzji u ta’ ċertifikazzjoni.
Artikolu 25
Ħarsien tal-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu mingħajr jedd u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.
2. Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati minn dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe nuqqas fil-qadi ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur eknomiku li għandhom jew ikollhom l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, permezz ta’ element ta’ spiża mingħajr ġustifikazzjoni.
3. Il-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, għandhom jipprevedu, b’mod partikolari, is-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha u l-verifiki mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż, jekk ikunu meħtieġa, verifiki fuq il-post.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI U FINALI
Artikolu 26
Kumitati
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitati li ġejjin:
(a) għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ( 1 );
(b) għall-proġetti tal-enerġija ġġenerata mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad- 19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) ( 2 );
(c) għall-proġetti dwar il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2006/971/KE.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
Artikolu 27
Evalwazzjoni
▼M2 —————
1a. Sat-30 ta' Ġunju 2013 il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu dwar il-miżuri meħuda skont il-Kapitolu IIa b’attenzjoni partikolari għal:
(a) il-kosteffikaċja, l-effett ta' lieva u ta' addizzjonalità murija mill-faċilità;
(b) evidenza ta' ġestjoni finanzjarja soda;
(c) sa liema punt il-faċilità tkun laħqet il-miri stipulati f’dan ir-Regolament;
(d) sa liema punt ikun jeħtieġ li jissokta l-appoġġ taħt il-faċilità għal proġetti relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u mal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
Ir-rapport ta' valutazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, u b’mod partikolari jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont il-Kapitolu IIa tkun pożittiva, minn proposta leġislattiva għall-issuktar tal-faċilità.
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru benefiċjarju biex jipprovdi evalwazzjoni speċifika tal-proġetti ffinanzjati taħt it-Taqsima I tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament jew, fejn xieraq, li jagħtiha l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa biex twettaq evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti.
▼M2 —————
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
►M1 ANNESS I ◄
PROĠETTI ELIĠIBBLI
A. Proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku
1. Interkonnetturi tal-gass
Proġett |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Kuritur tan-Nofsinhar tal-Gass |
||
NABUCCO |
l-Awstrija, l-Ungerija, il-Bulgarija, il-Ġermanja, ir-Rumanija |
200 |
ITGI – Poseidon |
l-Italja, il-Greċja |
100 |
Interkonnessjoni Baltika |
||
Pajp Skanled/Baltiku |
Il-Polonja, id-Danimarka, l-Iżvezja |
150 |
Netwerk LNG |
||
Terminal tal-Gass Naturali Likwefatt fuq ix-xtajta Pollakka fil-port ta’ Świnoujście |
il-Polonja |
80 |
Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk |
||
Interkonnettur Slovakkja-Ungerija (Vel’ký Krtíš – Vecsés) |
is-Slovakkja, l-Ungerija |
30 |
Sistema tat-trażmissjoni tal-gass fis-Slovenja bejn il-fruntiera Awstrijaka u Ljubljana (eskluża l-medda Rogatec-Kidričevo) |
is-Slovenja |
40 |
Interkonnessjoni Bulgarija-Greċja (Stara Zagora - Dimitrovgrad-Komotini) |
il-Bulgarija, il-Greċja |
45 |
Interkonnettur tal-gass Rumanija-Ungerija |
ir-Rumanija, l-Ungerija |
30 |
Espansjoni tal-Kapaċità tal-Ħżin tal-Gass fiċ-ċentru Ċek |
ir-Repubblika Ċeka |
35 |
Infrastruttura u tagħmir biex jippermetti l-fluss tal-gass fid-direzzjoni opposta f’każ ta’ taqlib fil-provvista fit-terminu qasir ta’ żmien |
l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja |
80 |
Interkonnessjoni Slovakkja - Polonja |
is-Slovakkja, il-Polonja |
20 |
Interkonnessjoni Ungerija - Kroazja |
l-Ungerija |
20 |
Interkonnessjoni Bulgarija - Rumanija |
il-Bulgarija, ir-Rumanija |
10 |
Il-Mediterran |
||
Tisħiħ tan-netwerk tal-gass FR fuq l-assi Afrika- Spanja-Franza |
Franza |
200 |
GALSI (Gazoduc Algérie-Italie) |
l-Italja |
120 |
Interkonnessjoni tal-Gass Western Axis Larrau Branch |
Spanja |
45 |
Żona tal-Baħar tat-Tramuntana |
||
Pajp Ġermanja-Belġju-Renju Unit |
Il-Belġju |
35 |
Il-konnessjoni Franza-Belġju |
Franza, il-Belġju |
200 |
TOTAL |
|
1 440 |
2. Interkonnetturi tal-elettriku
Proġett |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Interkonnessjoni Baltika |
||
Estlink-2 |
l-Estonja, il-Finlandja |
100 |
Interkonnessjoni Svezja-Stati Baltiċi, u t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni fl-Istati Baltiċi |
L-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja |
175 |
Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk |
||
Halle/Saale – Schweinfurt |
Il-Ġermanja |
100 |
Wien-Győr |
l-Awstrija, l-Ungerija |
20 |
Mediterran |
||
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni Portugall-Spanja |
Il-Portugall |
50 |
Interkonnessjoni Franza-Spanja (Baixas - Sta Llogaia) |
Franza, Spanja |
225 |
Kejbil sottomarin 380 kV AC ġdid bejn Sqallija u l-Italja kontinentali (Sorgente - Rizziconi) |
l-Italja |
110 |
Żona tal-Baħar tat-Tramuntana |
||
Interkonnettur (Meath-Deeside) ta’ 500 MV Irlanda-Wales |
l-Irlanda, ir-Renju Unit |
110 |
Interkonnettur tal-elettriku Malta-Italja |
Malta/l-Italja |
20 |
TOTAL |
|
910 |
3. Proġetti għall-gżejjer iż-żgħar
Inizjattivi għal gżejjer żgħar iżolati |
Ċipru |
10 |
Malta |
5 |
|
TOTAL |
|
15 |
B. Proġetti ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta
Proġett |
Kapaċità |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
1. Integrazzjoni tal-grilja tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta |
|||
1.1. Baltiku - Kriegers Flak I, II, III Bini fuq proġetti li qed jiġu żviluppati. Finanzjament immirat biex tiġi ggarantita l-ispiża żejda biex tiżgura soluzzjoni konġunta ta’ interkonnessjoni. |
1,5 GW |
Id-Danimarka, l-Iżvezja, il-Ġermanja, il-Polonja |
150 |
1.2. Żona tal-Baħar tat-Tramuntana Żvilupp modulari taż-żona ‘il barra mix-xtajta, il-wiri ta’ impjant virtwali tal-enerġija ‘il barra mix-xtajta u l-integrazzjoni fis-sistem tal-grilja fuq l-art. |
1 GW |
Ir-Renju Unit, Olanda, il-Ġermanja, l-Irlanda, id-Danimarka, il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu |
165 |
2. Turbini ġodda, strutturi u komponenti, ottimizzazzjoni tal-kapaċijiet tal-produzzjoni |
|||
2.1. Borkum West II- Bard 1 - Nordsee Ost - Global Tech I Ġenerazzjoni ġdida ta’ turbini ta’ daqs multi-megawatt (5-7 MW) u strutturi innovattivi, li jinstabu ‘il bogħod mix-xtut (sa 100 km) fl-ilmijiet fondi (sa 40 m) |
1,6 GW |
Il-Ġermanja |
200 |
2.2. Farm tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta ta’ Aberdeen (Ċentru Ewropew tal-ittestjar) Bini fuq proġett li bħalissa qed jiġi żviluppat - Ittestjar ta’ turbini multi-MW. Żvilupp ta’ strutturi innovattivi u sottostrutturi inkluż l-ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tat-tagħmir tal-produzzjoni tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta. Żieda fil-qies ta’ 100 MW tista’ tiġi ppjanata. |
0,25 GW |
Ir-Renju Unit |
40 |
2.3. Thornton Bank Bini fuq proġett li bħalissa qed jiġi żviluppat. Tagħlim mill-proġett Downvind (ikkofinanzjat permezz tal-FP6). Tkabbir tal-installazzjonijiet tat-turbini Downvind (qies ta’ 5 MW) fl-ilmijiet fondi (sa 30 m) b’impatt viżiv baxx (sa 30 km). |
90 MW |
Il-Belġju |
10 |
TOTAL |
|
|
565 |
C. Proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju
Isem il-proġett/Post |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Karburant |
Kapaċità |
Teknika tal-qbid |
Kunċett tal-ħżin |
|
Huerth |
Ġermanja |
180 |
Faħam |
450 MW |
IGCC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Jaenschwalde |
|
|
Faħam |
500 MW |
Ossikarburanti |
Meded taż-żejt/gass |
Eemshaven |
Olanda |
180 |
Faħam |
1 200 MW |
IGCC |
Meded taż-żejt/gass |
Rotterdam |
Faħam |
1 080 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Rotterdam |
Faħam |
800 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Belchatów |
Polonja |
180 |
Faħam |
858 MW |
PC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Compostella |
Spanja |
180 |
Faħam |
500 MW |
Ossikarburanti |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Kingsnorth |
Renju Unit |
180 |
Faħam |
800 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
Longannet |
Faħam |
3 390 MW |
PC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
||
Tilbury |
Faħam |
1 600 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Hatfield (Yorkshire) |
Faħam |
900 MW |
IGCC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Porto Tolle |
Italja |
100 |
Faħam |
660 MW |
PC |
|
Proġett ta’ qbid tal-karbonju industrijali |
||||||
Florange |
Franza |
50 |
Trasport ta’ CO2 mill-impjant industrijali (impjant tal-azzar) għal faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art (ilma ta’ ġol-blat mielaħ) |
|||
TOTAL |
1 050 |
ANNESS II
FAĊILITÀ FINANZJARJA
A. Implimentazzjoni ta' faċilità finanzjarja għal proġetti ta' enerġija sostenibbli
1. Ambitu tal-faċilità
Il-faċilità finanzjarja (“il-faċilità”) għandha tintuża għall-iżvilupp ta' proġetti ta' ffrankar ta' enerġija, ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ta' enerġija rinnovabbli u għandha tiffaċilita l-finanzjament ta' investimenti f’dawk l-oqsma minn awtoritajiet pubbliċi, lokali, reġjonali u, f’każijiet debitament ġustifikati, nazzjonali. Il-faċilità għandha tkun implimentata skont id-dispożizzjonijiet dwar id-delega ta' kompiti ta' eżekuzzjoni baġitarja stipulati fir-Regolament Finazjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu.
Il-faċilità għandha tintuża għal proġetti ta' enerġija sostenibbli, b’mod partikolari f’kuntest urban. Dan għandu jinkludi, b’mod partikolari, proġetti rigward:
(a) proġetti għall-binjiet pubbliċi u privati li jinkorporaw soluzzjonijiet għall-enerġija rinnovabbli u/jew għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija inklużi dawk ibbażati fuq l-użu tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT);
(b) investimenti fil-produzzjoni kkumbinata ta' sħana u elettriku (CHP), inkluża l-mikrokoġenerazzjoni, u netwerks ta' sħana/tkessiħ distrettwali, b’mod partikolari minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;
(c) sorsi ta' enerġija rinnovabbli diċentralizzati installati fil-lokal u l-integrazzjoni tagħhom fi grids tal-elettriku;
(d) mikroġenerazzjoni minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;
(e) trasport urban nadif bħala appoġġ għal iktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-integrazzjoni tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b’enfasi fuq it-trasport pubbliku, vetturi elettrifikati u tal-idroġenu u tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta' serra;
(f) infrastruttura lokali, inkluż dawl effiċjenti fuq barra tal-infrastruttura pubblika bħal dawl fit-toroq, soluzzjonijiet għall-ħżin tal-elettriku, meters intelliġenti u grids intelliġenti, li jagħmlu użu sħiħ mill-ICT;
(g) teknoloġiji tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli b’potenzjal mil-lat tal-innovazzjoni u minn dak ekonomiku bl-użu tal-aqwa proċeduri disponibbli.
Il-faċilità tista’ wkoll tintuża biex tipprovdi inċentivi u għajnuna teknika kif ukoll tqajjem għarfien fost l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex tiżgura li l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni jintużaw bl-aqwa mod, b’mod partikolari, fl-oqsma tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-titjib tal-enerġija rinnovabbli fid-djar u f’tipi ta' binjiet oħra. Il-faċilità għandha ssostni proġetti ta' vijabbiltà ekonomika u finanzjarja ppruvata, biex iroddu lura l-investimenti allokati mill-faċilità u biex jattiraw l-investimenti pubbliċi u privati. B’hekk, il-faċilità tista’, inter alia, tinkludi l-provvista u l-allokazzjonijiet kapitali għal self, garanziji, ekwità u prodotti finanzjarji oħra. Barra minn hekk, sa 15 % mill-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 21a jista’ jintuża għall-għoti ta' għajnuna teknika lil awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali dwar l-istabbiliment ta' proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-fażi inizjali tal-implimentazzjoni ta' teknoloġiji relatati magħhom.
2. Sinerġiji
Fl-għoti ta' għajnuna finanzjarja jew teknika, għandha tingħata attenzjoni ukoll lis-sinerġiji ma' riżorsi finanzjarji oħrajn disponibbli fl-Istati Membri, bħall-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u l-faċilità ELENA, sabiex jiġi evitat it-tirkib fuq strumenti finanzjarji oħrajn.
3. Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-faċilità għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi, preferibbilment fil-livell lokali u reġjonali, u entitajiet pubbliċi jew privati li jaġixxu f’isem dawk l-awtoritajiet pubbliċi.
B. Kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji
1. Għażla u rekwiżiti ġenerali, inkluż l-ispejjeż
Il-faċilità għandha tiġi stabbilita b’kooperazzjoni ma' intermedjarju finanzjarju wieħed jew aktar, u għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni minn investituri xierqa. L-għażla tal-intermedjarji finanzjarji għandha ssir abbażi tal-kapaċità ppruvata tagħhom fl-użu tal-finanzjament bl-iktar mod effiċjenti u effikaċi, skont ir-regoli u l-kriterji stipulati f’dan l-Anness.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ammont totali tal-ispejjeż ġenerali relatati mal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' din il-faċilità, inklużi l-ħlasijiet tal-ġestjoni u spejjeż oħra eliġibbli fatturati mill-intermedjarji finanzjarji, jibqa’ limitat kemm jista’ jkun, fi qbil mal-aqwa prattika għal strumenti simili u bis-salvagwardja tal-kwalità rekwiżita għall-faċilità.
Il-kontribut tal-Unjoni għall-faċilità għandha tkun implimentata mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament Finanzjarju.
L-intermedjarji finanzjarji għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti dwar id-delega tal-kompiti ta' eżekuzzjoni baġitarja stipulati fir-Regolament Finazjarju u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward ta' regoli ta' akkwist, kontroll intern, kontabbiltà u verifika esterna. L-ebda finanzjament ieħor għajr għall-ħlasijiet ta' ġestjoni jew spejjeż marbuta mal-istabbiliment tal-faċilità ma għandu jkun disponibbli għal dawk l-intermedjarji finanzjarji.
It-termini u l-kondizzjonijiet dettaljati dwar l-istabbiliment u l-kondizzjonijiet ta' qafas tal-faċilità, inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll, għandhom ikunu stipulati fi ftehim(iet) bejn il-Kummissjoni u l-intermedjarji finanzjarji.
2. Disponibbiltà tal-informazzjoni
Il-faċilità għandha tagħmel disponibbli online l-informazzjoni kollha dwar il-ġestjoni tal-programmi li tkun rilevanti għall-partijiet interessati. Dan għandu jinkludi, notevolment, proċeduri ta' applikazzjoni, informazzjoni dwar l-aqwa prattiki u deskrizzjoni fil-qosor tal-proġetti u r-rapporti.
C. Kondizzjonijiet ta' finanzjament u kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla
1. Ambitu tal-finanzjament
Skont dan l-Anness, il-faċilità għandha tkun limitata għall-finanzjament ta’:
(a) proġetti ta' investiment li għandhom impatt rapidu, miżurabbli u sostanzjali, fuq l-irkupru ekonomiku fi ħdan l-UE, iktar sigurtà tal-enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass b’effett ta' serra; u
(b) għajnuna teknika għal proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli.
2. Fatturi li għandu jittieħed kont tagħhom
F’dak li jirrigwarda l-għażla tal-proġetti, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-bilanċ ġeografiku.
F’dak li jirrigwarda l-finanzjament ta' proġetti ta' investiment, għandha tingħata attenzjoni xierqa sabiex jinkiseb fattur sinifikanti ta' lieva bejn l-investiment totali u l-finanzjament tal-UE sabiex jinġemgħu investimenti sinifikanti fl-Unjoni. Madankollu, l-effett ta' lieva għal proġetti individwali tal-investiment jista’ jvarja, skont għadd ta' fatturi bħad-daqs u t-tip reali ta' proġett u skont kondizzjonijiet lokali inklużi d-daqs u l-kapaċitajiet finanzjarji tal-benefiċjarju.
3. Kondizzjonijiet għall-aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għall-finanzjament taħt il-faċilità
L-awtoritajiet pubbliċi li japplikaw għal finanzjament għal proġetti ta' investiment jew ta' għajnuna teknika għal proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) li jkunu impenjaw irwieħhom, jew ikunu fil-proċess li jimpenjaw irwieħhom, fuq livell politiku sabiex itaffu t-tibdil fil-klima, inklużi, fejn adatt, miri konkreti, pereżempju rigward żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u/jew l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;
(b) li jkunu jew qed jaħdmu biex jiżviluppaw strateġiji multiannwali sabiex itaffu t-tibdil fil-klima u, fejn adatt, sabiex jilħqu l-miri tagħhom, jew inkella jkunu qed jieħdu sehem fi strateġija multiannwali fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali biex itaffu t-tibdil fil-klima;
(c) li jaċċettaw li jkunu pubblikament responsabbli għall-progress fl-istrateġija ġenerali tagħhom.
4. Eliġibbiltà u kriterji tal-għażla għall-proġetti ta' investiment iffinanzjati taħt il-faċilità
Proġetti ta' investiment finanzjati skont il-faċilità għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla li ġejjin:
(a) l-istabbiltà u l-adegwatezza teknika tal-approċċ;
(b) l-istabbiltà u l-kosteffikaċja tal-finanzjament għall-fażi kollha tal-investiment tal-azzjoni;
(c) il-bilanċ ġeografiku tal-proġetti kollha koperti b’dan ir-Rgolament;
(d) il-maturità, definita bħala l-ilħiq tal-istadju ta' investiment, u t-tiġrib ta' nefqa kapitali sostanzjali mill-iktar fis possibbli;
(e) sa liema punt in-nuqqas ta' aċċess għall-finanzi idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni;
(f) sa liema punt il-finanzjament mill-faċilità se jistimula l-finanzi pubbliċi u privati;
(g) l-impatti soċjo-ekonomiċi kkwantifikati;
(h) l-impatti ambjentali kkwantifikati.
5. Eliġibbiltà u kriterji tal-għażla għall-proġetti ta' għajnuna teknika finanzjati taħt il-faċilità
Il-proġetti ta' għajnuna teknika finanzjati taħt il-faċilità għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla msemmija fil-punt 4 (a), (c), (e), (f) u (g).
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni tissottolinja li l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli huma prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE, kemm għal raġunijiet ambjentali kif ukoll għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista. F'dan ir-rigward, ir-Regolament ser jikkontribwixxi għal dawn il-prijoritajiet billi jagħti appoġġ sostanzjali għal proġetti ta' enerġija ġġenerata mir-riħ lil hinn mill-kosta.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar id-diversi inizjattivi ġodda l-oħra li jappoġġaw l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, issuġġeriti mill-Kummissjoni partikolarment fil-Pjan ta' Rkupru Ewropew tagħha, li kien endorsjat mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008. Dawn jinkludu:
Modifika tar-Regolament tal-FEŻR sabiex ikunu permessi sa EUR 8 biljun f'investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli fis-settur tad-djar fl-Istati Membri kollha.
Sħubija pubblika-privata dwar l-inizjattiva “Bini Ewropej b'effiċjenza fl-enerġija” sabiex ikunu promossi teknoloġiji favur l-ambjent u l-iżvilupp ta' sistemi u materjali b'effiċjenza fl-enerġija f'bini ġodda jew restawrati. Għal din l-azzjoni huma stmati EUR 1 biljun: EUR 500 miljun mill-baġit EC FP7 matul is-snin mill-2010 sal-2013 u EUR 500 miljun mill-industrija.
L-inizjattiva KE-BEI “Inizjattiva tal-UE għall-Finanzjament ta' Enerġija Sostenibbli”. Hija mmirata sabiex tippermetti investimenti għal proġetti ta' effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli f'ambjenti urbani. Il-Kummissjoni tiffinanzja faċilità għall-assistenza teknika mill-programm Ewropew tal-Enerġija Intelliġenti (allokazzjoni annwali ta' 15-il miljun EUR għall-2009). Din il-faċilità, amministrata mill-BEI, ser tiffaċilita l-aċċess għal self tal-BEI b'effetti ta' lieva sostanzjali.
Il-ħolqien minn investituri istituzzjonali tal-UE - immexxija mill-BEI - ta' fond ta' ishma orjentat lejn is-suq, imsejjaħ Marguerite: il-Fond Ewropew tal-2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura. Dan il-Fond jinvesti fl-oqsma tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima (TEN-E, il-produzzjoni ta' enerġija sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji l-ġodda, l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, is-sigurtà tal-provvista, kif ukoll infrastruttura ambjentali). Il-Kummissjoni tappoġġa dan l-approċċ.
Barra dan, qabel it-tmiem ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tippreżenta r-reviżjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija kif mitluba mill-Kunsill (Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2009) u mill-Parlament (Riżoluzzjoni tal-PE P6_TA(2009)0064).
Hemm qbil fost l-esperti li l-effiċjenza fl-enerġija hija l-aktar għażla rħisa disponibbli sabiex jitnaqqsu l-emmissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Sa Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tipprovdi analiżi dettaljata tal-ostakli għal żieda fl-investimenti tal-effiċjenza fl-enerġija. B'mod partikolari hija ser teżamina jekk hemmx ħtieġa għal inċentivi finanazjarji aktar fil-forma ta' self b'interessi baxxi u/jew għotjiet, kif jista' jintuża l-baġit Ewropew għal dan il-għan, u, jekk addatt, il-Kummissjoni ser tinkludi, fost l-oħrajn, fondi addizzjonali għal finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija fl-istrument il-ġdid tas-Sigurtà u l-Infrastruttura tal-Enerġija tal-UE, li ser ikun ippreżentat fl-2010.
Matul l-eżami tal-pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija, il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni partikolari lid-dimensjoni tal-viċinat tal-effiċjenza fl-enerġija. Ser tanalizza kif tista' tagħti inċentivi finanzjarji u regolatorji lil pajjiżi tal-viċinat sabiex iħaffu l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza fl-enerġija.
Jekk il-Kummissjoni, meta fl-2010 tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament konformement mal-Artikolu 28 tiegħu, tiskopri li ma jkunx possibbli li sa tmiem l-2010 tiġi allokata parti mill-fondi previsti għall-proġetti elenkati fl-anness għar-Regolament, il-Kummissjoni ser tipproponi, jekk ikun adatt u b'mod ġeografikament bilanċjat, emenda għar-Regolament li tippermetti l-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, b'żieda mal-inizjattivi msemmija hawn fuq, inkluż kriterji ta' eliġibbiltà simili għal dawk applikabbli għall-proġetti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Dikjarazzjoni mill-Portugall
Il-Portugall qed jivvota favur, għalkemm fil-fehma tiegħu, f'reviżjoni tal-programm taħt l-Artikolu 28, għandha tiġi kkunsidrata l-inklużjoni ta' proġetti dwar l-enerġija li tiġġedded u dwar l-effiċjenza fl-enerġija, b'mod partikolari fil-qasam tal-mikroġenerazzjoni u tan-netwerks u l-arloġġi intelliġenti, li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 4(a) u (b) tar-Regolament.
( 1 ) ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.
( 2 ) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.