EUR-Lex Prieiga prie Europos Sąjungos teisės

Grįžti į „EUR-Lex“ pradžios puslapį

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 02009R0124-20200427

Konsoliduotas tekstas: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/124/2020-04-27

02009R0124 — MT — 27.04.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 124/2009

tal-10 ta' Frar 2009

li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 040 11.2.2009, p. 7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 610/2012 tad-9 ta’ Lulju 2012

  L 178

1

10.7.2012

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/499 tas-3 ta' April 2020.

  L 109

1

7.4.2020




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 124/2009

tal-10 ta' Frar 2009

li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

1.  Il-prodotti tal-ikel elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq meta dawn ikun fihom kontaminant elenkat fl-Anness f’livell li huwa ogħla mil-livelli massimi stipulati fl-Anness.

Fil-każ li jinstab residwu sinifikanti taħt il-livell massimu stipulat fl-Anness, hu xieraq li l-awtorità kompetenti twettaq investigazzjonijiet biex tikkonferma li r-residwu huwa preżenti bħala konsegwenza tat-trażmissjoni inevitabbli fl-għalf u mhux bħala konsegwenza ta’ amministrazzjoni illegali tal-koċċidijostati jew istomonostati.

Il-prodotti tal-ikel li jikkonformaw mal-livelli massimi stipulati fl-Anness m'għandhomx jitħalltu mal-prodotti tal-ikel li jirriżultaw ogħla minn dawn il-livelli.

2.  Meta jiġu applikati l-livelli massimi stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-prodotti tal-ikel li huma mnixxfa, mħallta, ipproċessati jew komposti minn iktar minn ingredjent wieħed, għandhom jiġu meħuda inkonsiderazzjoni l-bidliet fil-konċentrazzjoni tal-kontaminant ikkawżat minn tnixxif, taħlit jew ipproċessar, kif ukoll il-proporzjon relattiv tal-ingredjenti fil-prodott.

3.  Il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet u l-LMR stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u l-LMR stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Livelli massimi fl-oġġetti tal-ikel

Sustanza

Prodotti tal-ikel

Kontenut massimu f’μg/kg (ppb) piż meta mxarrba

▼M1

1.  Sodju lasaloċidu

Ikel li joriġina mill-annimali minn speċi tal-annimali għajr tjur u bovini:

 

—  ħalib;

1

—  fwied;

50

—  kliewi;

20

—  ikel ieħor.

5

▼B

2.  Narasin

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin:

 

—  bajd;

2

—  ħalib;

1

—  fwied;

50

—  ikel ieħor.

5

3.  Salinomycin sodium

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin jew fniek għat-tismin:

 

—  bajd;

3

—  fwied;

5

—  ikel ieħor.

2

4.  Monensin sodium

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, dundjani u bovini (inklużi baqar tal-ħalib):

 

—  fwied;

8

—  ikel ieħor.

2

5.  Semduramicin

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin:

2

▼M1

6.  Maduramiċina

Ikel li joriġina mill-annimali minn speċi tal-annimali għajr tiġieġ għat-tismin u dundjani.

 

—  bajd;

12

—  ikel ieħor.

2

▼B

7.  Robenidine

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, dundjani u fniek għat-tismin u t-trobbija:

 

—  bajd;

25

—  fwied, kliewi, ġilda u xaħam;

50

—  ikel ieħor.

5

8.  Decoquinate

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, bovini u ovini, apparti l-annimali li jagħtu l-ħalib.

20

9.  Halofuginone

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, dundjani u bovini, apparti l-baqar tal-ħalib:

 

—  bajd;

6

—  fwied u kliewi;

30

—  ħalib;

1

—  ikel ieħor.

3

▼M1

10.  Nikarbażin

(residwu: 4,4'-dinitrocarbanilide (DNC))

Ikel li joriġina mill-annimali minn speċi ta' annimali għajr tiġieġ għat-tismin:

 

—  bajd;

300

—  ħalib;

5

—  fwied;

300

—  kliewi;

100

—  ikel ieħor.

50

11.  Diklażuril

Ikel li joriġina mill-annimali minn speċi ta' annimali għajr tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, fargħuna, fniek għat-tismin u t-trobbija, annimali li jixtarru u porċini:

 

—  bajd;

2

—  fwied u kliewi;

40

—  ikel ieħor.

5

Į viršų