This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0048-20210521
Directive 2009/48/EC of the European Parliament and of the Council of 18 June 2009 on the safety of toys (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02009L0048 — MT — 21.05.2021 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2009/48/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170 30.6.2009, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 64 |
7 |
3.3.2012 |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 681/2013 tas-17 ta’ Lulju 2013 |
L 195 |
16 |
18.7.2013 |
|
L 182 |
49 |
21.6.2014 |
||
L 183 |
49 |
24.6.2014 |
||
L 192 |
49 |
1.7.2014 |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2115 tat-23 ta' Novembru 2015 |
L 306 |
17 |
24.11.2015 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2116 tat-23 ta' Novembru 2015 |
L 306 |
20 |
24.11.2015 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2117 tat-23 ta' Novembru 2015 |
L 306 |
23 |
24.11.2015 |
|
L 110 |
6 |
27.4.2017 |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/774 tat-3 ta' Mejju 2017 |
L 115 |
47 |
4.5.2017 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/898 tal-24 ta' Mejju 2017 |
L 138 |
128 |
25.5.2017 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/725 tas-16 ta' Mejju 2018 |
L 122 |
29 |
17.5.2018 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1922 tat-18 ta’ Novembru 2019 |
L 298 |
5 |
19.11.2019 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1929 tad-19 ta’ Novembru 2019 |
L 299 |
51 |
20.11.2019 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2009/48/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2009
dwar is-sikurezza tal-ġugarelli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistipula regoli dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, u dwar il-moviment ħieles tagħhom fil-Komunità.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-prodotti elenkati fl-Anness I ma jitqisux bħala ġugarelli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn il-ġugarelli li ġejjin:
tagħmir tal-plejgrawnd intiż għal użu pubbliku;
magni tal-logħob awtomatiċi, kemm jekk imħaddma bil-flus u kemm jekk le, intiżi għall-użu pubbliku;
vetturi tal-logħob mgħammra b’magni tal-kombustjoni;
ferroviji tal-logħob li jaħdmu bl-istim; u
wdab u żbandoli.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
“isir disponibbli fis-suq” tfisser kull provvista ta’ ġugarell għal distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk le;
“tqegħid fis-suq” tfisser ġugarell isir disponibbli għall-ewwel darba mis-suq Komunitarju;
“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura ġugarell jew li tara li jkun iddisinjat u manifatturat ġugarell, u li tqiegħed dak il-ġugarell fis-suq taħt isimha jew bit-trademark tagħha;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifiċi;
“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, li tagħmel ġugarell minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;
“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, li tagħmel ġugarell disponibbli fis-suq;
“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentanti awtorizzat, l-importatur u d-distributur;
“standard armonizzat” tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE fuq il-bażi ta’ talba magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva;
“leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Komunità” tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti;
“akkreditament” għandha wkoll it-tifsira mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti speċifikati relatati ma’ ġugarell ġewx sodisfatti;
“korp tal-evalwazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ evalwazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, l-attestazzjoni u l-ispezzjoni;
“teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura ġugarell li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari.
“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li ġugarell fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;
“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jassiguraw il-konformità ta’ prodotti mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni u sabiex jassiguraw, fir-rigward ta’ prodotti, li dawn ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku;
“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-ġugarell ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;
“prodott funzjonali” tfisser prodott li jaħdem u jintuża fl-istess mod bħal prodott, appliance jew installazzjoni intiża għall-użu mill-adulti, u jista’ jkun mudell bi skala iżgħar ta’ prodott, appliance jew installazzjoni ta’ dan it-tip;
“ġugarell funzjonali” tfisser ġugarell li jaħdem u jintuża fl-istess mod bħal prodott, appliance jew installazzjoni intiża għall-użu mill-adulti, u jista’ jkun mudell bi skala iżgħar ta’ prodott, appliance jew installazzjoni ta’ dan it-tip;
“ġugarell għal ġo l-ilma” tfisser ġugarell maħsub għall-użu f’ilma baxx li hu kapaċi jġorr jew isostni tifel jew tifla fl-ilma;
“veloċità tad-disinn” tfisser il-veloċità potenzjali rappreżentattiva tat-tħaddim li tiġi ddeterminata mid-disinn tal-ġugarell;
“ġugarell ta’ attività” tfisser ġugarell għall-użu domestiku li l-istruttura tal-appoġġ tiegħu tibqa’ fil-post meta tkun qed issir l-attività u li hu maħsub biex tifel jew tifla jwettqu kwalunkwe waħda minn dawn l-attivitajiet: jiddendlu, jaqbżu, jitbandlu, jiżżerżqu, jitilgħu u jinżlu, jduru, jimxu fuq żaqqhom jew jitkaxkru, jew kwalunkwe kumbinazzjoni minnhom;
“ġugarell kimiku” tfisser ġugarell maħsub għall-ittrattar dirett ta’ sustanzi u taħlitiet kimiċi u għall-użu b’mod xieraq skont l-età taħt is-superviżjoni tal-adulti;
“logħba fuq bord li għandha x’taqsam max-xamm” tfisser ġugarell li l-għan tiegħu huwa li jassisti lit-tfal biex jitgħallmu jagħrfu l-irwejjaħ u t-togħmiet differenti;
“kitt kożmetiku” tfisser ġugarell li l-għan tiegħu huwa li jgħin lit-tfal jitgħallmu jagħmlu prodotti bħall-fwejjaħ, is-sapun, il-kremi, ix-xampujiet, is-sapun tal-banju, it-tleqqijiet, il-lipsticks, mejkapp ieħor, it-tooth-paste u l-conditioners;
“logħba tat-tegħim” tfisser logħba li l-iskop tagħha jkun li jippermetti lit-tfal li jagħmlu ħlewwiet jew ikel li jkun fih l-użu ta’ ingredjenti tal-ikel bħall-ħelu, il-likwidi, it-trab u l-aromi;
“ħsara” tfisser korriment fiżiku jew kwalunkwe ħsara oħra lis-saħħa, inkluża ħsara għas-saħħa fuq terminu ta’ żmien twil;
“periklu” tfisser sors potenzjali ta’ ħsara;
“riskju” tfisser ir-rata probabbli li jkun hemm periklu li jikkawża l-ħsara u l-grad ta’ severità tal-ħsara;
“maħsuba għall-użu minn” tfisser li ġenitur jew superviżur jista’ b’mod raġjonevoli jassumi li ġugarell kien maħsub għall-użu minn tfal tal-età msemmija.
KAPITOLU II
L-OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMICI
Artikolu 4
L-obbligi tal-manifatturi
Fejn ikun intwera li ġugarell ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli skont dik il-proċedura, il-manifatturi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE, kif imsemmi fl-Artikolu 15 u jwaħħlu l-marka CE kif inhu stipulat fl-Artikolu 17(1).
Fejn hu meqjus xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn ġugarell, il-manifatturi għandhom, jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet ta’ kampjun ta’ ġugarelli mqiegħda fis-suq, jinvestigaw u jekk ikun il-bżonn, iżommu reġistru ta’ tilwim, ta’ ġugarelli li mhumiex konformi kif ukoll ta’ ġbir lura ta’ ġugarelli u jżommu lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ bħal dak.
Artikolu 5
Rappreżentanti awtorizzati
Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-ħidmiet speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:
li jżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-ġugarell ikun tqiegħed fis-suq;
fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, li jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità ta’ ġugarell;
li jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex ikunu eliminati riskji ta’ ġugarelli koperti mill-mandat.
Artikolu 6
L-obbligi tal-importaturi
Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-ġugarell ikollu l-marka meħtieġa tal-konformità u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(5) u (6).
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li ġugarell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 u fl-Anness II, huwa m’għandux iqiegħed il-ġugarell fis-suq sakemm il-ġugarell ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta ġugarell jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.
Artikolu 7
Obbligi tad-Distributuri
Fejn distributur iqis jew għandu raġuni biex jemmen li ġugarell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 u fl-Anness II, huwa ma għandux iqiegħed il-ġugarell fis-suq sakemm il-ġugarell isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti. Barra minn hekk, fejn prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, dwar dan.
Artikolu 8
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri
Importatur jew distributur għandu jkun meqjus bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 4 fejn hu jqiegħed ġugarell fis-suq f’ismu jew bit-trademark tiegħu jew jimmodifika ġugarell li diġà tqiegħed fis-suq b’mod li tista’ tiġi effettwata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.
Artikolu 9
Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi
Operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:
kull operatur ekonomiku li jkun għamillhom provvista ta’ ġugarell;
kull operatur ekonomiku li lilu jkunu għamlu provvista ta’ ġugarell.
L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-ġugarell ikun tpoġġa fuq is-suq, fil-każ tal-manifattur, u għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-ġugarell, fil-każ ta’ operaturi ekonomiċi oħra.
KAPITOLU III
KONFORMITÀ TAL-GUGARELLI
Artikolu 10
Rekwiżiti tas-Sikurezza Essenzjali
Għandha titqies partikolarment l-abbiltà tal-utenti u, fejn ikun xieraq, tas-superviżuri tagħhom, b’mod partikolari, fil-każ ta’ ġugarelli li, ikunu maħsuba biex jintużaw minn tfal taħt it-tliet snin jew minn gruppi ta’ etajiet speċifikati oħra.
It-tikketti mwaħħlin skont l-Artikolu 11(2) u l-istruzzjonijiet dwar l-użu li jkun hemm mal-ġugarelli għandhom jattiraw l-attenzjoni tal-utenti jew tas-superviżuri tagħhom lejn ir-riskji u perikli inerenti ta’ ħsara involuti fl-użu tal-ġugarelli u l-modi kif jevitawhom.
Artikolu 11
Twissijiet
Fir-rigward tal-kategoriji ta’ ġugarelli elenkati fil-Parti B tal-Anness V, it-twissijiet stipulati hemm għandhom jintużaw. It-twissijiet stipulati f’punti minn 2 sa 10 tal-Parti B tal-Anness V għandhom jintużaw kif spjegat fihom stess.
Il-ġugarelli ma għandux ikollhom twissija speċifika waħda jew iktar minn dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V jekk dik it-twissija jikkontradixxi l-użu intenzjonat tal-ġugarell, kif determinat mill-funzjoni, dimensjoni u karatteristiċi tiegħu.
It-twissijiet għandhom ikunu preċeduti mill-kelma “Twissija” jew “Twissijiet”, skont il-każ.
Twissijiet, li jiddeterminaw id-deċiżjoni ta’ xiri ta’ ġugarell, bħal dawk li jispeċifikaw l-etajiet minimi u massimi għall-utenti u t-twissijiet applikabbli l-oħra stipulati f’Anness V, għandhom jidhru fuq il-pakkett li jasal għand il-konsumatur jew inkella jkunu jidhru b’mod ċar għal konsumatur qabel ix-xiri, inkluż meta x-xiri jsir on-line.
Artikolu 12
Ċaqliq ħieles
L-Istati Membri ma għandhomx iwaqqfu milli jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ġugarelli li jissodisfaw din id-Direttiva.
Artikolu 13
Preżunzjoni tal-konformità
Ġugarelli li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom stabbiliti fl-Artikolu 10 u l-Anness II.
Artikolu 14
Oġġezzjoni formali kontra standard armonizzat
Artikolu 15
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE
Artikolu 16
Prinċipji ġenerali tal-marka CE
Artikolu 17
Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE
Jekk il-marka CE ma tkunx tidher minn barra l-imballaġġ, għandha għallinqas titwaħħal fuq l-imballaġġ.
KAPITOLU IV
IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 18
Evalwazzjonijiet tas-sikurezza
Qabel ma jqiegħdu ġugarell fis-suq, il-manifatturi għandhom iwettqu analiżi tal-perikli fiżiċi, mekkaniċi, elettriċi, radjoattivi u dawk marbuta mal-fjammabbiltà u l-iġjene li l-ġugarell jista’ jippreżenta u jagħmlu valutazzjoni tal-espożizzjoni potenzjali għalihom.
Artikolu 19
Il-proċeduri applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità
Il-ġugarell għandu jintbagħat ukoll għal eżami tat-tip tal-KE kif imsemmi fl-Artikolu 20 flimkien mal-proċedura tal-konformità tat-tip stipulata fil-Modulu C tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE fil-każijiet li ġejjin:
meta ma jeżistux l-istandards armonizzati, li n-numru ta’ referenza tagħhom ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jkopru r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ sikurezza għall-ġugarell;
meta l-istandards armonizzati imsemmijin fil-punt (a) jeżistu iżda l-manifattur ma jkunx applikahom jew ikun applikahom biss parzjalment;
meta wieħed jew aktar mill-istandards armonizzati imsemmijin fil-punt (a) ikun ġie ppubblikat b’restrizzjoni;
meta l-manifattur iqis li l-natura, id-disinn, il-binja jew l-iskop tal-ġugarell jinneċessitaw verifika minn parti terza.
Artikolu 20
Eżami tat-tip tal-KE
L-eżami tat-tip tal-KE għandu jsir bil-mod speċifikat fil-paragrafu 2, it-tieni inċiż, tal-Modulu B.
Barra minn dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE għandu jiġi rivedut fi kwalunkwe żmien meta jkun hemm bżonn, partikolarment fil-każ ta’ modifika fil-proċess ta’ manifattura, fil-materji primi jew il-komponenti tal-ġugarell u, fi kwalunkwe każ, kull ħames snin.
Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE għandu jiġi rtirat jekk il-ġugarell ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness II.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati ma jagħtux ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE lil ġugarelli li lilhom jkun ġie miċħud jew irtirat ċertifikat.
Artikolu 21
Id-dokumentazzjoni teknika
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob id-dokumentazzjoni teknika jew traduzzjoni ta’ partijiet minnha minn manifattur, din tista’ tistabbilixxi data ta’ skadenza għal dan li għandha tkun ta’ 30 jum sakemm ma tkunx ġustifikata skadenza iqsar minħabba riskju serju u immedjat.
KAPITOLU V
NOTIFIKA TA’ KORPI TA’ L-EVALWAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 22
Notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jagħmlu xogħol ta’ terzi fl-evalwazzjoni tal-konformità taħt l-Artikolu 20.
Artikolu 23
Awtoritajiet ta’ notifika
Artikolu 24
Rekwiżiti fir-rigward ta’ awtoritajiet tan-notifika
Artikolu 25
Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri nazzjonali tagħhom għall-evalwazzjoni u n-notifika ta’ korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi notifikati, u dwar kull bdil li jkun hemm f’dik l-informazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament.
Artikolu 26
Rekwiżiti fir-rigward ta’ awtoritajiet tan-notifika
Korp li hu parti minn assoċjazzjoni tal-kummerċ jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-armar, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ ġugarelli li hu tevalwa, jista’, sakemm l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess ikunu murija, jkun ikkunsidrat bħala tali korp.
Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex jagħmlu xogħlijiet tal-evalwazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikollhom x’jaqsmu direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-istallazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-ġugarelli, jew jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu qed jagħmlu dawk l-attivitajiet. Huma m’għandhomx jieħdu sehem f’ebda attività li tista’ tkun f’konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew integrità tagħhom relattivament għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.
Korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-subappaltaturi tagħhom ma jippreġudikawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità tagħhom.
F’kull żmien u għal kull proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ ġugarelli li dwarhom ikun notifikat, korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-neċessitajiet li ġejjin:
persunal b’konoxxenza teknika u esperjenza suffiċjenti u adatta biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità;
deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li bi qbil magħhom titwettaq l-evalwazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Hu għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn ħidmiet li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;
proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jikkunsidraw id-daqs ta’ impriża, tas-settur li fiha topera, tal-istruttura tagħha, tal-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija konċernata tal-ġugarell u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.
Korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex jagħmel ix-xoghlijiet tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa.
Il-persunal responsabbli biex jagħmel l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu:
taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-evalwazzjoni tal-konformità skont l-ambitu rilevanti li għalih il-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;
tagħrif sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-evalwazzjonjiet li huwa jagħmel u awtorità adegwata li twettaq dawk l-evalwazzjonijiet;
tagħrif sewwa u għarfien tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli u tal-liġijiet Komunitarji rilevanti ta’ armonizzazzjoni u tar-regolamenti ta’implimentazzjoni tagħhom;
il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru.
Ir-rimunerazzjoni tal-ogħla uffiċjali tal-meniġment u tal-persunal ta’ korp tal-evalwazzjoni tal-konformità ma għandhiex tkun tiddependi mill-għadd ta’ evalwazzjonijiet li jkunu saru jew mir-riżultati ta’ dawk l-evalwazzjonijiet.
Artikolu 27
Preżunzjoni tal-konformità
Fejn korp tal-evalwazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti bl-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 28
Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati
Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jkollhom oġġezzjoni formali kontra l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 27, għandu japplika l-Artikolu 14.
Artikolu 29
Sussidjarji ta’ u subappalti minn korpi notifikati
Artikolu 30
Talba għal notifika
Artikolu 31
Proċedura tan-notifika
Korp tali biss għandu jitqies bħala korp notifikat għal-finijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 32
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi notifikati
Hija għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni wieħed anki fejn l-istess korp ikun notifikat skont diversi atti Komunitarji.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 33
Tibdil fin-notifika
Artikolu 34
Sfida għall-kompetenza ta’ korpi notifikati
Artikolu 35
Obbligi ta’ operazzjonijiet għal korpi notifikati
B’dan il-mod huma għandhom madankollu jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni rikjest biex il-ġugarell ikun konformi ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 36
Obbligu ta’ informazzjoni għall-korpi notifikati
Il-korpi notifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifika b’dan li ġej:
kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE;
kull ċirkostanza li taffettwa l-ambitu u l-kundizzjonijiet tan-notifika;
kull talba għal tagħrif li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità;
jekk issir talba, l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tal-konformità magħmulin skont l-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra magħmula, inklużi attivitajiet trans-konfinali u ta’ subappalt.
Artikolu 37
Skambji ta’ esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għal politika tan-notifiki.
Artikolu 38
Koordinazzjoni ta’ korpi notifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu implimentati u jitħaddmu f’forma ta’ grupp jew gruppi settorjali ta’ korpi notifikati.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-korpi notifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak jew dawk il-grupp jew gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.
KAPITOLU VI
OBBLIGI U SETGHAT TAL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 39
Prinċipju ta’ prekawzjoni
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jieħdu miżuri kif stipulat f’din id-Direttiva, u b’mod partikulari dawk imsemmija fl-Artikolu 40, għandhom iqisu l-prinċipju ta’ prekawzjoni kif xieraq.
Artikolu 40
Obbligu ġenerali għall-organizzazzjoni tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu s-sorveljanza skont l-Artikoli 15 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-ġugarelli mqiegħda fis-suq. Barra minn dawn l-Artikoli, għandu japplika l-Artikolu 41 ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 41
Struzzjonijiet lill-korp notifikat
Artikolu 42
Proċeduri dwar ġugarelli li jkunu ta’ riskju fil-livell nazzjonali
Fejn, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-ġugarell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex il-ġugarell isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira l-ġugarell mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġjonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw b’dan lil korp notifikat relevanti.
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, b’dawk il-miżuri.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkollha d-dettalji disponibbli kollha, l-aktar dwar it-tagħrif neċessarju għall-identifikazzjoni tal-ġugarell mhux konformi, l-oriġini tal-ġugarell, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju li jkun hemm, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku relevanti. B’mod partikulari, l-awtoritajiet tas-sorvelja tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas tal-konformità jkunx dovut għal waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
il-ġugarell ma jissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew;
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati li l-Artikolu 13 jirreferi għalihom għaliex jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.
Artikolu 43
Proċedura ta’ salvagwardja Komunitarja
Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lil operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
Artikolu 44
Skambju ta’ informazzjoni – Sistema Komunitarja ta’ Informazzjoni Rapida
Jekk miżura msemmija fl-Artikolu 42(4) tkun tip ta’ miżura rikjesta skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li għandha tiġi notifikata mis-Sistema Komunitarja ta’ Skambji Rapidi ta’ Informazzjoni, ma jkunx meħtieġ li ssir notifika separata skont l-Artikolu 42(4) ta’ din id-Direttiva, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
in-notifika mis-Sistema Komunitarja ta’ Skambji Rapidi ta’ Informazzjoni tindika li n-notifika tal-miżura hija rikjesta wkoll minn din id-Direttiva;
l-evidenza ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 42(5) tkun mehmuża mis-Sistema Komunitarja ta’ Skambji Rapidi ta’ Informazzjoni.
Artikolu 45
Nuqqas ta’ konformità formali
Bla ħsara għall-Artikolu 42, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijet, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:
li l-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 16 jew 17;
li l-marka CE ma tkunx twaħħlet;
li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE ma tkunx saret;
li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE ma tkunx saret b’mod korrett;
li d-dokumentazzjoni teknika mhix disponibbli jew mhix kompleta.
KAPITOLU VII
IL-PROCEDURI TAL-KUMITAT
Artikolu 46
L-emendi u l-miżuri implimentattivi
Il-Kummissjoni tista’, għall-iskopijiet li tadattahom għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, temenda dawn li ġejjin:
Anness I;
il-Punti 11 u 13 tal-Parti III tal-Anness II;
l-Anness V.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 47(2).
Artikolu 47
Kumitat
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI SPEĊIFIĊI
Artikolu 48
Rappurtar
Sal-20 ta’ Lulju 2014 u kull ħames snin minn hemm il quddiem, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Dak ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni tal-qagħda li tirrigwarda s-sikurezza tal-ġugarelli u tal-effettività ta’ din id-Direttiva kif ukoll preżentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imwettqa minn dak l-Istat Membru.
Il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika sinteżi tar-rapporti nazzjonali.
Artikolu 49
Trasparenza u kunfidenzjalità
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jadottaw miżuri skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tat-trasparenza u l-kunfidenzjalità pprovduti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2001/95/KE.
Artikolu 50
Motivazzjoni tal-miżuri
Kull miżura meħuda skont din id-Direttiva li tipprojbixxi jew tillimita t-tqegħid fis-suq ta’ ġugarell, jew tirtira jew issejjaħ lura mis-suq ġugarell, għandha tindika r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata.
Miżura bħal din għandha tiġi nnotifikati mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata wkoll dwar ir-rimedji legali disponibbli fil-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u l-limiti ta’ żmien marbuta ma’ dawk ir-rimedji.
Artikolu 51
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-penali għall-operaturi ekonomiċi, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.
Il-pieni previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jiżdiedu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti preċedentement wettaq ksur simili ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli sal-20 ta’ Lulju 2011, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 52
Applikazzjoni tad-Direttivi 85/374/KEE u 2001/95/KE
Artikolu 53
Perjodi tranżitorji
Artikolu 54
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-20 ta’ Jannar 2011. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri b’effett mill-20 ta’ Lulju 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza tali meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 55
Revoka
Id-Direttiva 88/378/KEE, ħlief l-Artikolu 2(1) u t-taqsima 3 tal-Parti II tal-Anness II, hija revokata b’effett mill-20 ta’ Lulju 2011. L-Artikolu 2(1) u t-taqsima 3 tal-Parti II tal-Anness II, għandhom jiġu revokati b’effett mill-20 ta’ Lulju 2013.
Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 56
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 57
Indirizzi
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta’ prodotti li, b’mod partikolari, mhumiex meqjusa bħala ġugarelli fil-kuntest ta’ din id-direttiva
(kif imsemmija fl-Artikolu 2(1))
Oġġetti dekorattivi għall-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet
Prodotti għal kollezzjonisti, sakemm il-prodott jew l-imballaġġ tiegħu jkollu indikazzjoni viżibbli u leġġibbli li hu intiż għal kollezzjonisti ta’ 14-il sena jew iktar. Eżempji ta’ din il-kategorija huma:
mudelli dettaljati u bi skala preċiża,
kitts għall-armar ta’ mudelli bi skala preċiża,
pupi folkoristiċi u dekorattivi u oġġetti oħra simili,
mudelli storiċi ta’ ġugarelli; u
riproduzzjonijiet ta’ armi tan-nar ta’ veru,
Tagħmir tal-isport, inklużi roller skates, inline skates u skateboards intiżi għal tfal b’massa korporea ta’ iktar minn 20 kg
Roti li l-għoli massimu tas-sit ma jkunx aktar minn 435 mm, imkejjel bħala d-distanza vertikali mill-art sal-parti ta’ fuq tas-sit, bis-sit f’pożizzjoni orizzontali u s-sedil aġġustat għall-aktar pożizzjoni baxxa possibbli
Roti, skuters u mezzi oħra tat-trasport intiżi għall-isport jew li huma intiżi li jintużaw għall-ivvjaġġar fuq toroq pubbliċi jew mogħdijiet pubbliċi
Vetturi li jaħdmu bl-elettriku li huma intiżi għall-użu fl-ivvjaġġar fuq toroq pubbliċi, mogħdijiet pubbliċi, jew fuq il-bankini tagħhom
Tagħmir akkwatiku intiż biex jintuża fl-ilma fond u tagħmir għat-tagħlim tal-għawm mit-tfal, bħal swim seats u għajnuniet għall-għawm
Puzzles b’iktar minn 500 biċċa
Gannijiet u pistoli li jużaw il-gass ikkumpressat, bl-eċċezzjoni ta’ gannijiet tal-ilma u pistoli tal-ilma, u qwas (għall-vleġeġ) li jkunu itwal minn 120 ċm
Logħob tan-nar, inkluż percussion caps li mhux iddisinjati speċifikament bħala ġugarelli
Prodotti u logħob li jużaw missili bil-ponta, bħal settijiet tad-darts bil-ponot metalliċi
Prodotti edukattivi funzjonali, bħal fran tal-elettriku, ħadid tal-mogħdija jew prodotti funzjonali oħra mħaddma f’vultaġġ nominali ta’ iktar minn 24 volt u li jinbiegħu esklussivament għal skopijiet ta’ tagħlim taħt superviżjoni adulta
Prodotti intiżi għall-użu bi skopijiet edukattivi fl-iskejjel u f’kuntesti pedagoċiċi oħra taħt is-sorveljanza ta’ edukatur adult, bħal tagħmir tax-xjenza
Tagħmir elettroniku, bħal kompjuters personali u game consoles, użati għall-aċċess ta’ softwer interattiv u l-periferali assoċjati tagħhom, jekk it-tagħmr elettroniku jew il-periferali assoċjati ma jkunx imfassal b’mod speċifiku għat-tfal u mmirat għalihom u jkollu valur ta’ logħob fih innifsu, bħal kompjuters personali ddisinjati speċjalment, tastieri, joy sticks jew roti tas-sewqan għal użu għal-logħob elettroniku
Softwer interattiv, intiż għad-divertiment, bħal logħob tal-kompjuter u l-mezzi ta’ ħżin tagħhom, bħal CDs
Gażażi tat-trabi
Bozoz għat-tfal
Transformers elettriċi għall-ġugarelli
Aċċessorji tal-moda għat-tfal, li mhumiex maħsuba għall-użu fil-logħob
ANNESS II
REKWIŻITI ESSENZJALI TAS-SIKUREZZA
I. Il-Kwalitajiet fiżiċi u mekkaniċi
1. Ġugarelli u l-partijiet tagħhom u, fil-każ ta’ ġugarelli mwaħħla, il-partijiet li jitwaħħlu, għandu jkollhom is-saħħa mekkanika meħtieġa u, fejn jixraq, l-istabbiltà biex jifilħu għall-istress li jkunu esposti għalih waqt l-użu mingħajr ma jitkissru jew jitgħaffġu bir-riskju li joħolqu korriment fiżiku.
2. Truf, ponot ħerġin, ħbula, kejbils u qfieli aċċessibbli fuq il-ġugarelli għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod li r-riskji ta’ korriment fiżiku meta t-tfal jiġu f’kuntatt magħhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun.
3. Il-ġugarelli għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod li ma joħolqu l-ebda riskju jew inkella joħolqu l-inqas riskju possibbli inerenti mal-użu tagħhom li jista’ jinħoloq miċ-ċaqliq tal-partijiet tagħhom.
4.
Il-ġugarelli u l-partijiet tagħhom ma għandhomx jippreżentaw riskju ta’ strangolazzjoni.
Il-ġugarelli u l-partijiet tagħhom ma jistgħux jippreżentaw xi riskju ta’ asfissija billi jingħalaq il-fluss tal-arja bħala riżultat ta’ imblukkar estern tal-passaġġ tal-arja għall-ħalq jew għall-imnieħer.
Il-ġugarelli u l-partijiet tagħhom għandu jkollhom dimensjonijiet li ma joħolqu l-ebda riskju ta’ asfissija permezz tal-għeluq tal-fluss tal-arja bħala riżultat tal-imblukkar intern tal-passaġġ tal-arja minn oġġetti li jitqegħdu fil-ħalq jew fil-farinġi jew fuq id-daħla għall-passaġġi l-baxxi tal-arja.
Il-ġugarelli, li huma intiżi b’mod ċar biex jintużaw minn tfal taħt is-36 xahar, u l-partijiet komponenti tagħhom, u kull parti tal-ġugarelli li tinqala’, għandhom ikunu ta’ tali qisien li ma jkunux jistgħu jinbelgħu jew jidħlu mill-imnifsejn. Dan japplika wkoll għal ġugarelli oħra intiżi biex jitpoġġew fil-ħalq, u għall-partijiet komponenti tagħhom u kull parti minnhom li tinqala’.
L-imballaġġ li jkunu fih il-ġugarelli għall-bejgħ fil-ħwienet ma għandux jippreżenta riskju ta’ strangolazzjoni jew affissija kkawżat mill-imblukkar estern tal-passaġġ tal-arja mal-ħalq jew l-imnieħer.
Il-ġugarelli li jkunu ġo prodotti tal-ikel jew imħallta ma’ prodott tal-ikel għandu jkollhom l-imballaġġ tagħhom stess. Dan l-imballaġġ, kif jiġu fornut, għandu jkollu qisien li ma jippermettux li jinbelgħa u/jew li jidħol mill-imnifsejn.
L-imballaġġ tal-ġugarelli, hekk kif imniżżel fil-punti (e) u (f), li huwa sferiku, forma ta’ bajda jew ellissojdali, u kwalunkwe parti li tinqala’ ta’ dan l-imballaġġ jew ta’ imballaġġ ċilindriku tal-ġugarelli bit-truf imdawrin, għandu jkollu dimensjonijiet li ma jippermettux li huwa joħloq imblukkar tal-passaġġ tal-arja meta jitqiegħed fil-ħalq jew fil-farinġi jew meta jitpoġġa fuq id-daħla tal-passaġġi t’isfel tal-arja.
Ġugarelli marbuta sewwa ma’ prodott tal-ikel fil-waqt tal-konsum, b’tali mod li l-prodott tal-ikel ikun jeħtieġ jiġi kkunsmat qabel ma jkun hemm aċċess dirett għall-ġugarell, għandhom ikunu projbiti. Il-partijiet tal-ġugarelli li jkunu marbuta b’mod ieħor mal-ikel għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fil-punti (c) u(d).
5. Ġugarelli ta’ ġo l-ilma għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod li jnaqqsu kemm jista’ jkun, filwaqt li jqisu l-użu rakkomandat tal-ġugarell, kull riskju li l-ġugarell ma jżommx f’wiċċ l-ilma u li ma jibqax jiflaħ lit-tifel/tifla.
6. Ġugarelli li tista’ tidħol fihom u li għalhekk ikollhom spazju magħluq għal min jidħol fihom għandu jkollhom mezz minn fejn l-utenti intiżi jkunu jistgħu joħorġu malajr minn ġewwa.
7. Ġugarelli li jmexxu lil min jużahom għandhom, kemm jista’ jkun, ikun fihom sistema ta’ brejk adattata għat-tip ta’ ġugarell u li tiflaħ għall-enerġija kinetika ġenerata minnu. Sistema bħal din għandha tkun faċli biex min jużaha jħaddimha mingħajr periklu li jittajjar jew iweġġa’ l-utent u kif ukoll lil terzi persuni.
Il-veloċità massima tad-disinn ta’ ġugarelli li jistgħu jintrikbu u li jaħdmu bl-elettriku għandha tkun limitata biex jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment kemm jista’ jkun.
8. Il-forma u l-kompożizzjoni ta’ projettili u l-enerġija kinetika li jistgħu jiġġenernaw meta jiġu sparati minn ġugarell iddisinjat għal dak l-iskop għandhom ikunu tali li, meta tqis il-karatteristika tal-ġugarell, ma jkunx hemm riskju ta’ korriment fiżiku għal min jużah jew għal terzi persuni.
9. Il-ġugarelli għandhom ikunu prodotti b’tali mod li jiżguraw li:
it-temperatura massima u minima ta’ xi wiċċ aċċessibbli ma tikkaġunax korriment meta jintmess; u
likwidi u gassijiet li jkun hemm fil-ġugarell ma jilħqux temperaturi jew pressjonijiet li huma tali li l-ħruġ tagħhom mill-ġugarell, għajr għal raġunijiet essenzjali biex jaħdem sew il-ġugarell, jistgħu jikkaġunaw ħruq, tixwit jew korriment fiżiku ieħor.
10. Ġugarelli li huma ddisinjati biex jagħmlu l-ħsejjes għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b’tali mod f’termini ta’ valuri massimi għall-ħoss ta’ impuls u għall-ħoss kontinwu, li ħoss li joħroġ minnhom ma jagħmilx ħsara lis-smigħ tat-tfal.
11. Ġugarelli tal-attività għandhom ikunu prodotti b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta’ tgħaffiġ jew qbid ta’ partijiet tal-ġisem jew qbid ta’ ħwejjeġ u ta’ waqgħa, impatt u għarqa kemm jista’ jkun. B’mod partikolari, kull wiċċ ta’ ġugarell bħal dan li jkun aċċessibbli għal tifel jew tifla wieħed jew iktar sabiex jilgħabu fuqu għandu jkun iddisinjat sabiex ikun jiflaħ il-piż tagħhom.
II. Fjammabilità
1. Il-ġugarelli ma għandhomx ikollhom element perikoluż li jista’ jaqbad fl-ambjent tat-tfal. Għandhom ikunu magħmulin minn materjali li jissodisfaw waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ma jaqbdux jekk ikunu esposti direttament għal fjamma jew spark jew sors potenzjali ieħor tan-nar;
ma jeħdux in-nar faċilment (il-fjamma tintefa malli l-kawża tan-nar tispiċċa);
jekk jieħdu n-nar, jaqbdu bil-mod u jkollhom rata baxxa fit-tifrix tal-fjamma;
irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika tal-ġugarell, jiġu ddisinjati sabiex b’mod mekkaniku l-proċess ta’ kombustjoni jiġi ttardjat;
Materjal kombustibbli bħal dan ma għandux joħloq riskju li jqabbad materjal ieħor użat fil-ġugarell.
2. Ġugarelli li, minħabba raġunijiet essenzjali għat-tħaddim tagħhom, fihom sustanzi jew taħlitiet konformi mal-kriterji ta’ klassifikazzjoni mfissra fl-ewwel Taqsima tal-Appendiċi B, b’mod partikolari materjal u apparat għal esperimenti tal-kimika, armar ta’ mudelli, forom tal-plastik jew taċ-ċeramika, enamelling, fotografija jew attivitajiet simili, ma għandux ikun fihom sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jaqbdu f’każ ta’ telf ta’ komponenti volatili li ma jaqbdux.
3. Il-ġugarelli għajr percussion caps tal-logħob ma għandhomx ikunu esplussivi jew ikollhom elementi jew sustanzi li jistgħu jisplodu meta jintużaw kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2).
4. Ġugarelli u, b’mod partikulari, logħbiet u ġugarelli kimiċi, ma għandux ikun fihom sustanzi jew taħlitiet:
li, meta jitħalltu flimkien, jistgħu jisplodu minħabba reazzjoni kimika jew minħabba t-tisħin;
li jistgħu jisplodu meta jitħalltu ma’ sustanzi ossidanti; jew
li jkun fihom komponenti volatili li jaqbdu fl-arja u li jistgħu jiffurmaw taħlita ta’ fwar/arja li taqbad jew tkun splussiva.
III. Kwalitajiet kimiċi
1. Il-ġugarelli għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati b’tali mod b’tali mod li ma jkunx hemm riskji ta’ effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem minħabba espożizzjoni għal sustanzi jew taħlitiet kimiċi li l-ġugarelli jkunu magħmula minnhom jew ikunu fihom, meta l-ġugarelli jintużaw kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2).
Il-ġugarelli għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità marbuta ma’ ċerti kategoriji ta’ prodotti jew ta’ restrizzjonijiet għal ċerti sustanzi u taħlitiet.
2. Ġugarelli li huma nnifishom huma sustanzi jew taħlitiet għandhom jikkonformaw ukoll mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi ( 1 ), ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi ( 2 ) u r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( 3 ), skont kif applikabbli, dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ ċerti sustanzi u taħlitiet.
3. Mingħajr ħsara għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1, is-sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategorija 1 A, 1B jew 2 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 m’għandhomx jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli.
4. B’deroga mill-punt 3, sustanzi jew taħlitiet klasifikati bħala CMR tal-kategoriji mniżżla fit-Taqsima 3 tal-Appendiċi B jistgħu jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli sakemm tiġi sodisfatta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
dawn is-sustanzi u taħlitiet jinsabu f’konċentrazzjonijiet individwali li jkunu daqs jew iżgħar mill-konċentrazzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-atti legali Komunitarji msemmija fit-Taqsima 2 tal-Appendiċi B għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi;
dawn is-sustanzi u taħlitiet mhumiex aċċessibbli għat-tfal fl-ebda forma, inkluż permezz tan-nifs, meta l-ġugarell jintuża kif specifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2);
deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3) tkun ittieħdet biex is-sustanza jew taħlita u l-użu tagħha, u s-sustanza jew taħlita u l-użi permessi tagħha jkunu ġew elenkati fl-Appendiċi A.
Dik id-deċiżjoni tista’ tittieħed jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
l-użu tas-sustanza jew taħlita jkun ġie evalwat mill-Kumitat Xjentifiku rilevanti u nstab li ma fihx perikolu, partikolarment fid-dawl tal-espożizzjoni;
ma hemmx sustanzi jew taħlitiet alternattivi xierqa disponibbli, kif dokumentati f’analiżi tal-alternattivi, u
is-sustanza jew taħlita mhijiex projbita għal użi f’artikli tal-konsumaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
l-Kummissjoni għandha tqabbad lill-Kumitat Xjentifiku biex jevalwa mill-ġdid dawk is-sustanzi jew it-taħlitiet hekk kif jinqala’ tħassib dwar is-sikurezza tagħhom u għallinqas darba kull ħames snin mid-data li fiha tkun ittieħdet deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3).
5. ►C1 B’deroga mill-punt 3, sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala CMR tal-kategoriji mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Appendiċi B jistgħu jintużaw fil-ġugarelli, ġo komponenti ta’ ġugarelli jew ġo partijiet distinti mikro-strutturalment tal-ġugarelli sakemm tiġi sodisfatta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: ◄
dawn is-sustanzi u taħlitiet jinsabu f’konċentrazzjonijiet individwali li jkunu daqs jew iżgħar mill-konċentrazzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-atti legali Komunitarji msemmija fit-Taqsima 2 tal-Appendiċi B għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi; jew
dawn is-sustanzi u taħlitiet mhumiex aċċessibbli għat-tfal fl-ebda forma, inkluż permezz tan-nifs, meta l-ġugarell jintuża kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2); jew
deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3) tkun ittieħdet biex tippermetti li s-sustanza jew taħlita u l-użu tagħha, u s-sustanza jew taħlita u l-użi permessi tagħha jkunu ġew elenkati fl-Appendiċi A.
Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
l-użu tas-sustanza jew taħlita jkun ġie evalwat mill-Kumitat Xjentifiku rilevanti u nstab li ma fihx perikolu, partikolarment fid-dawl tal-espożizzjoni; u
is-sustanza jew it-taħlita mhumiex projbiti għal użi f’artikli tal-konsumatrui skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
l-Kummissjoni għandha tqabbad lill-Kumitat Xjentifiku biex jevalwa mill-ġdid dawk is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet hekk kif jinqala’ tħassib dwar is-sikurezza tagħhom u għallinqas darba kull ħames snin mid-data li fiha tkun ittieħdet deċiżjoni skont l-Artikolu 46(3).
6. Il-Punti 3, 4 u 5 m’għandhomx japplikawx għan-nikel fl-azzar li ma jissaddadx.
7. Il-Punti 3, 4 u 5 ma għandhomx japplikawx għal materjali li jkunu konformi mal-valuri ta’ limitu speċifiċi imniżżla fl-Appendiċi C, jew, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jitniżżlu, iżda mhux iktar mill-20 ta’ Lulju 2017, għal materjali koperti minn u li jkunu konformi ma’ dispożizzjonijiet għal materjali li jidħlu f’kuntatt mal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u l-miżuri speċifiċi relatati għal materjali partikolari.
8. Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-punti 3 u 4, in-nitrosamini u s-sustanzi nitrosabbli għandhom ikunu pprojbiti għall-użu fil-ġugarelli maħsuba għall-użu mit-tfal ta’ taħt is-36 xahar jew f’ġugarelli oħra maħsuba biex jitqegħdu fil-ħalq, jekk il-migrazzjoni tas-sustanzi tkun daqs jew ogħla minn 0,05 mg/kg għan-nitrosamini u 1 mg/kg għas-sustanzi nitrosabbli.
9. Il-Kummissjoni għandha b’mod sistematiku u regolari tevalwa jekk hemmx sustanzi perikolużi fil-materjali fil-ġugarelli. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom iqisu r-rapporti ta’ entitajiet ta’ kontroll tas-suq u t-tħassib espress mill-Istati Membri u minn dawk interessati.
10. Kożmetiċi tal-logħob, bħall-kożmetiċi tal-logħob għall-pupi, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u t-tikkettar stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi ( 4 ).
11. Il-ġugarelli ma għandux ikun fihom dawn il-fwejjaħ allerġeniċi li ġejjin:
Nru |
Isem il-fwieħa allerġenika |
Numru CAS |
(1) |
Żejt tal-Alanroot (Inula helenium) |
97676-35-2 |
(2) |
Allylisothiocyanate |
57-06-7 |
(3) |
Benzyl cyanide |
140-29-4 |
(4) |
4 tert-Butylphenol |
98-54-4 |
(5) |
Żejt tal-Chenopodium |
8006-99-3 |
(6) |
Cyclamen alcohol |
4756-19-8 |
(7) |
Diethyl maleate |
141-05-9 |
(8) |
Dihydrocoumarin |
119-84-6 |
(9) |
2,4-Dihydroxy-3-methylbenzaldehyde |
6248-20-0 |
(10) |
3,7-Dimethyl-2-octen-1-ol (6,7-Dihydrogeraniol) |
40607-48-5 |
(11) |
4,6-Dimethyl-8-tert-butylcoumarin |
17874-34-9 |
(12) |
Dimethyl citraconate |
617-54-9 |
(13) |
7,11-Dimethyl-4,6,10-dodecatrien-3-one |
26651-96-7 |
(14) |
6,10-Dimethyl-3,5,9-undecatrien-2-one |
141-10-6 |
(15) |
Diphenylamine |
122-39-4 |
(16) |
Ethyl acrylate |
140-88-5 |
(17) |
Weraq tat-tin, frisk u preparazzjonijiet |
68916-52-9 |
(18) |
trans-2-Heptenal |
18829-55-5 |
(19) |
trans-2-Hexenal diethyl acetal |
67746-30-9 |
(20) |
trans-2-Hexenal dimethyl acetal |
18318-83-7 |
(21) |
Hydroabietyl alcohol |
13393-93-6 |
(22) |
4-Ethoxy-phenol |
622-62-8 |
(23) |
6-lsopropyl-2-decahydronaphthalenol |
34131-99-2 |
(24) |
7-Methoxycoumarin |
531-59-9 |
(25) |
4-Methoxyphenol |
150-76-5 |
(26) |
4-(p-Methoxyphenyl)-3-butene-2-one |
943-88-4 |
(27) |
1-(p-Methoxyphenyl)-1-penten-3-one |
104-27-8 |
(28) |
Methyl trans-2-butenoate |
623-43-8 |
(29) |
6-Methylcoumarin |
92-48-8 |
(30) |
7-Methylcoumarin |
2445-83-2 |
(31) |
5-Methyl-2,3-hexanedione |
13706-86-0 |
(32) |
Żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke) |
8023-88-9 |
(33) |
7-Ethoxy-4-methylcoumarin |
08.05.87 |
(34) |
Hexahydrocoumarin |
700-82-3 |
(35) |
Balsam tal-Peru, mhux raffinat (Tnixxija ta’ Myroxylonpereirae pereirae (Royle) Klotzsch) |
8007-00-9 |
(36) |
2-Pentylidene-cyclohexanone |
25677-40-1 |
(37) |
3,6,10-Trimethyl-3,5,9-undecatrien-2-one |
1117-41-5 |
(38) |
Żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth) |
02.12.24 |
(39) |
Musk ambrette (4-tert-Butyl-3-methoxy-2,6-dinitrotoluene) |
83-66-9 |
(40) |
4-Phenyl-3-buten-2-one |
122-57-6 |
(41) |
Amyl cinnamal |
122-40-7 |
(42) |
Amylcinnamyl alcohol |
101-85-9 |
(43) |
Benzyl alcohol |
100-51-6 |
(44) |
Benzyl salicylate |
118-58-1 |
(45) |
Cinnamyl alcohol |
104-54-1 |
(46) |
Cinnamal |
104-55-2 |
(47) |
Citral |
5392-40-5 |
(48) |
Coumarin |
91-64-5 |
(49) |
Eugenol |
97-53-0 |
(50) |
Geraniol |
106-24-1 |
(51) |
Hydroxy-citronellal |
107-75-5 |
(52) |
Hydroxy-methylpentylcyclohexenecarboxaldehyde |
31906-04-4 |
(53) |
Isoeugenol |
97-54-1 |
(54) |
Estratti tal-Oakmoss |
90028-68-5 |
(55) |
Estratti tat-Treemoss |
90028-67-4 |
Madankollu, il-preżenza ta’ traċċi ta’ dawn il-fwejjaħ għandha tkun permessa bil-kundizzjoni li din il-preżenza ma tkunx tista’ tiġi evitata fuq livell tekniku taħt prassi ta’ manifattura tajba u ma tkunx aktar minn 100 mg/kg.
Barra minn hekk, l-ismijiet tal-fwejjaħ allerġeniċi li ġejjin għandhom jiġu elenkati fuq il-ġugarell, fuq tikketta mwaħħla, fuq l-imballaġġ jew f’fuljett li jakkompanja l-ġugarell, jekk jiżdiedu ma’ ġugarell, bħala tali, f’konċentrazzjonijiet li jisbqu l-100 mg/kg fil-ġugarell jew il-komponenti tiegħu:
Nru |
Isem il-fwieħa allerġenika |
Numru CAS |
(1) |
Anisyl alcohol |
105-13-5 |
(2) |
Benzyl benzoate |
120-51-4 |
(3) |
Benzyl cinnamate |
103-41-3 |
(4) |
Citronellol |
106-22-9 |
(5) |
Farnesol |
4602-84-0 |
(6) |
Hexyl cinnamaldehyde |
101-86-0 |
(7) |
Lilial |
80-54-6 |
(8) |
d-Limonene |
5989-27-5 |
(9) |
Linalool |
78-70-6 |
(10) |
Methyl heptine carbonate |
111-12-6 |
(11) |
3-methyl-4-(2,6,6-trimethyl-2-cyclohexen-1-yl)-3-buten-2-one |
127-51-5 |
12. L-użu tal-fwejjaħ inklużi fil-punti 41 sa 55 tal-lista inkluża fl-ewwel paragrafu tal-punt 11 kif ukoll tal-fwejjaħ inklużi fil-punti 1 sa 11 tal-lista inkluża fit-tielet paragrafu ta’ dak il-punt għandu jkun permessi f’logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, fil-kitts kożmetiċi u f’logħbiet marbuta mat-tegħim, sakemm:
dawk il-fwejjaħ ikunu ttikkettati b’mod ċar fuq l-imballaġġ, u sakemm l-imballaġġ ikun fih it-twissija stabbilita fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness V;
jekk ikun applikabbli, il-prodotti li jsiru mit-tfal skont l-istruzzjonijiet ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 76/768/KEE; u
jekk ikun applikabbli, dawk il-fwejjaħ ikunu konformi mal-leġislazzjoni rilevanti dwar l-ikel.
Tali logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, kitts kożmetiċi u logħbiet marbuta mat-tegħim m’għandhomx jintużaw mit-tfal li ta’ taħt is-36 xahar u għandhom ikunu konformi mal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness V.
13. Mingħajr ħsara għall-punti 3, 4 u 5, il-limiti migratorji li ġejjin, minn ġugarelli jew komponenti ta’ ġugarelli ma għandhomx jinqabżu:
Elementi |
mg/kg f’materjal tal-ġugarell niexef, fraġli, flessibbli jew f’għamla ta’ trab |
mg/kg f’materjal tal-ġugarell likwidu jew li jwaħħal |
mg/kg f’materjal tal-ġugarell li jkun inbarax minn fuqu |
Aluminju |
2 250 |
560 |
28 130 |
Antimonju |
45 |
11,3 |
560 |
Arseniku |
3,8 |
0,9 |
47 |
Barju |
1 500 |
375 |
18 750 |
Boron |
1 200 |
300 |
15 000 |
Kadmju |
1,3 |
0,3 |
17 |
Kromju (III) |
37,5 |
9,4 |
460 |
Kromju (VI) |
0,02 |
0,005 |
0,053 |
Kobalt |
10,5 |
2,6 |
130 |
Ram |
622,5 |
156 |
7 700 |
Ċomb |
2,0 |
0,5 |
23 |
Manganiż |
1 200 |
300 |
15 000 |
Merkurju |
7,5 |
1,9 |
94 |
Nikil |
75 |
18,8 |
930 |
Selenju |
37,5 |
9,4 |
460 |
Stronzju |
4 500 |
1 125 |
56 000 |
Landa |
15 000 |
3 750 |
180 000 |
Landa organika |
0,9 |
0,2 |
12 |
Żingu |
3 750 |
938 |
46 000 |
Dawn il-valuri ta’ limitu ma għandhomx japplikawx għal ġugarelli jew komponenti ta’ ġugarelli li, minħabba l-aċċessibilità, il-funzjoni, il-volum jew il-massa tagħhom, jeskludu b’mod ovvju kwalunkwe periklu li t-tfal issoffuhom, jibilgħuhom jew ikollhom kuntatt fit-tul mal-ġilda tagħhom meta jużawhom kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2).
IV. Kwalitajiet elettriċi
1. Il-ġugarelli ma għandhomx jaħdmu b’elettrikuta’ vultaġġ nominali li jisboq l-24 volt ta’ kurrent dirett (DC) jew il-vultaġġ ta’ kurrent alternanti (AC) ekwivalenti, u l-partijiet aċċessibbli tagħhom ma għandhomx jisbqu l-24 volt DC jew il-vultaġġ AC ekwivalenti.
Il-vultaġġi interni ma għandhomx jisbqu l-24 volt DC jew il-vultaġġ AC ekwivalenti sakemm ma jkunx żgurat li t-taħlita tal-vultaġġ u l-kurrent iġġenerata ma twassalx għal xi riskju jew xokk elettriku li jagħmel il-ħsara, anki meta l-ġugarell ikun inkiser.
2. Partijiet minn ġugarelli li huma marbuta ma’, jew għandhom ċans li jiġu f’kuntatt ma’, sors ta’ elettriku li kapaċi joħloq xokk, flimkien mal-kejbils jew kondutturi oħra li minnhom jgħaddi l-elettriku lejn dawk il-partijiet, għandhom ikunu iżolati sew u protetti mekkanikament biex iħarsu mir-riskju ta’ xokk bħal dan.
3. Il-ġugarelli elettriċi għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li jiżguraw li t-temperaturi massimi milħuqa mill-uċuh kollha direttament aċċessibbli ma jkunux tali li jikkaġunaw ħruq meta jintmessu.
4. F’kundizzjonijiet prevedibbli ta’ ħsara, il-ġugarelli għandhom jipprovdu protezzjoni mill-perikli elettriċi li jirriżultaw mis-sors tal-enerġija elettrika.
5. Il-ġugarelli elettriċi għandhom jipprovdu ħarsien adegwat mir-riskju tan-nar.
6. Il-ġugarelli elettriċi għandhom jitfasslu u jiġu manifatturati f’tali mod li l-kampi elettriċi, manjetiċi u elettromanjetiċi u radjazzjonijiet oħra maħluqa mit-tagħmir, ikunu limitati sal-punt meħtieġ għat-tħaddim tal-ġugarell, u għandhom jaħdmu f’livell sikur f’konformità mal-aħħar avvanzi tat-teknoloġija rikonoxxuti fuq livell ġenerali, u b’kunsiderazzjoni tal-miżuri Komunitarji speċifiċi.
7. Ġugarelli li għandhom sistema ta’ kontroll elettronika għandhom jitfasslu u jiġu mmanifatturati b’tali mod li l-ġugarell jaħdem mingħajr periklu anki meta s-sistema elettronika tibda taħdem ħażin jew tieqaf taħdem minħabba falliment fis-sistema nnifisha jew minħabba fattur estern.
8. Il-ġugarelli għandhom jitfasslu u manifatturati b’tali mod li ma jippreżentaw ebda periklu għas-saħħa jew riskju ta’ korriment lill-għajnejn jew il-ġilda minn lejżers, diodes li jitfgħu d-dawl jew kwalunkwe tip ieħor ta’ radjazzjoni.
9. It-transformer elettriku għal ġugarell ma għandux ikun parti integrali tal-ġugarell.
V. L-Iġjene
1. Il-ġugarelli għandhom ikunu ddisinjati u manifatturati b’tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene u l-indafa ħalli jevitaw kull riskju ta’ infezzjoni, mard jew kontaminazzjoni.
2. Ġugarell maħsub għall-użu minn tfal taħt it-tliet snin għandu jkun iddisinjat u manifatturat b’tali mod li jkun jista’ jitnaddaf. Ġugarell tad-drapp, għal dan il-għan, għandu jkun jista’ jinħasel, ħlief jekk ikun fiħ mekkaniżmu li jista’ jiġrilu l-ħsara jekk jinħasel billi jiddaħħal fl-ilma. Il-ġugarell għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza wkoll wara li jitnaddaf skont dan il-punt u l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
VI. Radjoattività
Il-ġugarelli għandhom jikkonformaw mal-miżuri kollha rilevanti adottati skont il-Kapitolu III tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Atomika Ewropea.
Appendiċi A
Lista ta' sustanzi CMR u l-użijiet permessi tagħhom skont il-punti 4, 5 u 6, tal-Parti III
Sustanza |
Klassifikazzjoni |
Użu Permess |
Nikil |
CMR 2 |
F'ġugarelli u f'komponenti tal-ġugarelli magħmula mill-azzar inossidabbli. F'komponenti tal-ġugarelli maħsuba għal kurrent elettriku. |
Appendiċi B
KLASSIFIKAZZJONI TA’ SUSTANZI U TAĦLITIET
Bħala riżultat taż-żmien magħżul għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fl-Unjoni Ewropea, hemm modi ekwivalenti ta’ kif issir referenza għal klassifikazzjoni partikulari li għandhom jintużaw f’waqtiet differenti.
1. Kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet għall-għanijiet tal-punt 2 tal-Parti II
A. Kriterji li għandhom jiġu applikati mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015:
Sustanzi
s-sustanza tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji li ġejjin imniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
klassi ta’ periklu 4.1;
klassi ta’ periklu 5.1.
Taħlitiet
It-taħlita hija perikoluża fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 67/548/KEE;
B. Kriterji li għandhom jiġu applikati mill-1 ta’ Ġunju 2015:
s-sustanza jew taħlita tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji li ġejjin imniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
klassijiet ta’ periklu 2.1 sa 2.4, 2.6 u 2.7, 2.8 tipi A u B, 2.9, 2.10, 2.12, 2.13 kategoriji 1 u 2, 2.14 kategoriji 1 u 2, 2.15 tipi A sa F;
klassijiet ta’ periklu 3.1 sa 3.6, 3.7 effetti negattivi fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità jew fuq l-iżvilupp, 3.8 effetti oħra barra effetti narkotiċi, 3.9 u 3.10;
klassi ta’ periklu 4.1;
klassi ta’ periklu 5.1.
2. Attijiet legali Komunitarji li jirregolaw l-użu ta’ ċerti sustanzi għall-għanijiet tal-punti 4(a) u 5(a) tal-Parti III
Mill-20 ta’ lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, il-konċentrazzjonijiet rilevanti għall-klassifikazzjoni ta’ taħlitiet li jkun fihom is-sustanzi għandhom ikunu dawk stabbiliti skont id-Direttiva 1999/45/KE.
Mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-konċentrazzjonijiet rilevanti għall-klassifikazzjoni ta’ taħlitiet li jkun fihom is-sustanzi għandhom ikunu dawk stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
3. Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni għall-għanijiet tal-punt 4 tal-Parti III
Sustanzi
Il-punt 4 tal-Parti III jikkonċerna sustanzi kklassifikati bħala CMR kategorija 1 A u 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Taħlitiet
Mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, il-punt 4 tal-Parti III ikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 1 u 2 skont id-Direttiva 1999/45/KE u id-Direttiva 67/548/KEE kif ikun applikabbli.
Mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-punt 4 tal-Parti III jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 1 A u 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
4. Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni għall-għanijiet tal-punt 5 tal-Parti III
Sustanzi
Il-punt 5 tal-Parti III jikkonċerna sustanzi kklassifikati bħala CMR kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Taħlitiet
Mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, il-punt 5 tal-Parti III jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 3 skont id-Direttiva 1999/45/KE u id-Direttiva 67/548/KEE kif ikun applikabbli.
Mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-punt 5 tal-Parti III jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
5. Kategoriji ta’ sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 46(3)
Sustanzi
L-Artikolu 46(3) jikkonċerna sustanzi kklassifikati bħala CMR kategorija 1 A, 1B u 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Taħlitiet
Mill-20 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Mejju 2015, l-Artikolu 46(3) jikkonċerna taħlitiet ikklassifikati bħala CMR kategorija 1, 2 u 3 skont id-Direttiva 1999/45/KE u id-Direttiva 67/548/KEE kif ikun applikabbli.
Mill-1 ta’ Ġunju 2015, l-Artikolu 46(3) jikkonċerna taħlitiet klassifikati bħala CMR kategorija 1 A, 1B u 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Appendiċi C
Valuri ta' limitu speċifiku għall-kimiċi użati f'ġugarelli intiżi għall-użu mit-tfal ta' taħt is-36 xahar jew f'ġugarelli oħra li jitqiegħdu fil-ħalq, adottati skont l-Artikolu 46(2)
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Il-valur tal-limitu |
TCEP |
115-96-8 |
5 mg/kg (limitu tal-kontenut) |
TCPP |
13674-84-5 |
5 mg/kg (limitu tal-kontenut) |
TDCP |
13674-87-8 |
5 mg/kg (limitu tal-kontenut) |
Bisfenol A |
80-05-7 |
0,04 mg/l (limitu ta' migrazzjoni) skont il-metodi stabbiliti f'EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005 |
Formammid |
75-12-7 |
20 μg/m3 (il-limitu ta' emissjoni) wara massimu ta' 28 jum minn meta jibda l-ittestjar tal-emissjonijiet tal-materjali tal-ġugarelli bil-fowm li fihom aktar minn 200 mg/kg (limitu bbażat fuq il-kontenut) |
1,2-benżisotijażol-3(2H)-on |
2634-33-5 |
5 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli, skont il-metodi stabbiliti f'EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005 |
Massa ta' reazzjoni ta': 5-kloro-2-metil-4-isotijażolin-3-on (Nru KE 247-500-7) u 2-metil-2H-isotijażol-3-on [Nru KE 220-239-6] (3:1) |
55965-84-9 |
1 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli |
5-Kloro-2-metil-isotijażolin-3(2H)-on |
26172-55-4 |
0,75 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli |
2-metilisotijażolin-3(2H)-on |
2682-20-4 |
0,25 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli |
Il-fenol |
108-95-2 |
5 mg/l (limitu tal-migrazzjoni) f'materjali polimeriċi skont il-metodi stabbiliti f'EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005. 10 mg/kg (limitu tal-kontenut) bħala preservattiv skont il-metodi stabbiliti fl-istandards EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005. |
Formaldeid |
50-00-0 |
1,5 mg/l (limitu tal-migrazzjoni) f’materjal polimeriku tal-ġugarelli 0,1 ml/m 3 (il-limitu ta’ emissjoni) f’materjal tal-injam illegat bir-reżina 30 mg/kg (limitu tal-kontenut) fil-materjal tessili tal-ġugarelli 30 mg/kg (limitu tal-kontenut) fil-materjal tal-ġilda tal-ġugarelli 30 mg/kg (limitu tal-kontenut) fil-materjal tal-karti tal-ġugarelli 10 mg/kg (limitu tal-kontenut) fil-materjal b’bażi ta’ ilma tal-ġugarelli. |
ANNESS III
ID-DIKJARAZZJONI KE TAL-KONFORMITÀ
1. Nru … (identifikazzjoni unika tal-ġugarell(i))
2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:
3. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità qed tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur:
4. L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-ġugarell li tippermetti t-traċċabilità). Għandha tinkludi xbieha bil-kulur ta’ ċarezza suffiċjenti biex ikun jista’ jiġi identifikat il-ġugarell.
5. L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt fil-punt 4 huwa f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Komunità:
6. Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li b’relazzjoni għalihom qed tiġi ddikjarata l-konformità:
7. Fejn ikun applikabbli il-korp notifikat … (isem, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat:
8. Informazzjoni addizzjonali:
Iffirmata għal u f’isem:
(post u data tal-ħruġ)
(isem, kariga) (firma)
ANNESS IV
DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA
Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 21 għandu jkun fiha, partikolarment, skont kif rilevanti għall-evalwazzjoni:
deskrizzjoni dettaljata tad-disinn u l-manifattura, inkluża lista ta’ komponenti u materjali użati fil-ġugarell kif ukoll id-dokumenti tad-dejta dwar is-sikurezza marbuta mal-kimiċi użati, li jridu jiġu miksuba mill-fornituri tal-kimiċi;
l-evalwazzjoni(jiet) tas-sikurezza mwettqa skont l-Artikolu 18;
deskrizzjoni tal-proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità segwita;
kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE;
l-indirizzi tal-postijiet tal-manifattura u l-ħżin;
kopji tad-dokumenti li l-manifattur ikun ta lill-korp notifikat, jekk kien il-każ;
rapporti tat-testijiet u deskrizzjoni tal-mezzi li bihom il-manifattur żgura l-konformità tal-produzzjoni mal-istandards armonizzati, jekk il-manifattur segwa l-proċedura ta’ kontroll intern tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2); u
kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE, deskrizzjoni tal-mezzi li bihom il-manifattur ikun żgura l-konformità tal-produzzjoni mat-tip tal-prodott kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE, u kopji tad-dokumenti li l-manifattur bagħat lill-korp notifikat, jekk il-manifattur issottometta l-ġugarell għal eżami tat-tip tal-KE u segwa l-proċedura tal-konformità tat-tip imsemmija fl-Artikolu 19(3).
ANNESS V
TWISSIJIET
(kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11)
PARTI A
TWISSIJIET ĠENERALI
Il-limitazzjonijiet tal-utent imsemmijin fl-Artikolu 11(1) għandhom jinkludu għallinqas l-età minima jew massima tal-utent u, fejn ikun il-każ, l-abbiltajiet tal-utenti, il-piż massimu jew minimu tal-utenti, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ġugarell jintuża biss taħt superviżjoni adulta.
PARTI B
TWISSIJIET SPEĊIFIĊI U INDIKAZZJONIJIET TA’ PREKAWZJONIJIET LI GĦANDHOM JITTIEĦDU META JINTUŻAW ĊERTI KATEGORIJI TA’ ĠUGARELLI
1. Ġugarelli mhux maħsuba għall-użu minn tfal taħt it-tliet snin
Ġugarelli li jistgħu jkunu perikolużi għal tfal taħt it-tliet snin għandu jkollhom twissija bħal: “Mhux adattat għal tfal taħt is-36 xahar” jew “Mhux adattat għal tfal taħt it-tliet snin” jew twissija fil-forma tal-istampa li ġejja:
Dawn it-twissijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn indikazzjoni qasira, li tista’ tidher fl-istruzzjonijiet għall-użu, tal-periklu speċifiku li jitlob din il-prekawzjoni.
Dan il-punt ma għandux japplika għal ġugarelli li, minħabba l-funzjoni, id-daqsijiet, il-karatteristiċi jew il-kwalitajiet, jew minħabba raġunijiet oħra validi, huma biċ-ċar mhux tajbin għal tfal taħt it-tliet snin.
2. Ġugarelli ta’ attività
Ġugarelli ta’ attività għandu jkollhom it-twissija li ġejja:
“Għal użu domestiku biss”.
Ġugarelli ta’ attività marbuta ma’ travu trasversali kif ukoll ġugarelli oħra ta’ attività, fejn xieraq, għandu jkollhom magħhom l-istruzzjonijiet li jiġbdu l-attenzjoni lejn il-ħtieġa biex regolarment isiru spezzjonijiet u manutenzjoni tal-partijiet prinċipali (molol, twaħħil, irbit, eċċ.), u jindikaw li, jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux, il-ġugarell jista’ jikkawża waqgħa jew qlib ta’ taħt fuq.
L-istruzzjonijiet għandhom jingħataw ukoll biex il-ġugarell jintrama sew, u jindikaw dawk il-partijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu jekk jitwaħħlu ħażin. Għandha tingħata informazzjoni speċifika dwar wiċċ xieraq li fuqu għandu jitqiegħed il-ġugarell.
3. Ġugarelli funzjonali
Ġugarelli ta’ attività għandu jkollhom it-twissija li ġejja:
“Għandu jintuża biss taħt is-superviżjoni diretta ta’ adult”.
Barra minn hekk, dawn il-ġugarelli għandhom ikollhom struzzjonijiet li jgħidu kif jaħdem il-ġugarell kif ukoll il-prekawzjonijiet li għandu jieħu min jużah, bit-twissija li jekk ma jitteħdux dawn il-prekawzjonijiet, min jużah ikun espost għal perikli - li għandhom ikunu speċifikati - normalment assoċjati mal-apparat jew il-prodott li tiegħu l-ġugarell ikun mudell skalat jew imitazzjoni. Għandu jkun indikat ukoll li l-ġugarell għandu jinżamm ‘il bogħod minn tfal ta’ taħt ċerta età - li għandha tkun speċifikata mill-manifattur.
4. Ġugarelli kimiċi
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ ċerti sustanzi jew taħlitiet, l-istruzzjonijet dwar l-użu ta’ ġugarelli li fihom sustanzi jew taħlitiet li jkunu inerentement perikolużi għandhom ikollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu minn min jużahom biex jevita l-perikli marbuta magħhom, li għandhom ikunu speċifikati b’mod konċiż skont it-tip ta’ ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta’ inċidenti serji kkawżati mill-użu ta’ dan it-tip ta’ ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jkun indikat ukoll li l-ġugarell għandu jinżamm ‘il bogħod minn tfal ta’ taħt ċerta età - li għandha tkun speċifikata mill-manifattur.
Barra l-istruzzjonijiet li għalihom hemm provdut fl-ewwel subparagrafu, il-ġugarelli kimiċi għandhom ikollhom fuqhom it-twissija li ġejja fuq l-imballaġġ tagħhom:
“Mhux adattat għal tfal taħt ( *1 ) snin. Għall-użu taħt superviżjoni ta’ adult”
Partikolarment, dawn li ġejjin jitqiesu bħala ġugarelli kimiċi: settijiet tal-kimika, embedding sets tal-plastik, workshops żgħar għaċ-ċeramika, l-enamelling jew il-fotografija u ġugarelli simili li jwasslu għal reazzjoni kimika jew alterazzjoni simili tas-sustanzi waqt l-użu.
5. Skates, roller skates, online skates, skateboards, skuters u roti tal-logħob għat-tfal
Fejn dawn il-ġugarelli jitqiegħdu għall-bejgħ bħala ġugarelli għandhom ikollhom fuqhom it-twissija:
“Għandu jintlibes tagħmir protettiv. Ma għandux jintuża fit-traffiku”.
(Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom ikun fihom tfakkira li l-ġugarell għandu jintuża b’kawtela, minħabba li jeħtieġ ħila kbira, biex ikunu evitati waqgħat jew ħabtiet li jikkaġunaw weġgħat lil min jużah jew lil terzi persuni. Għandha tingħata wkoll indikazzjoni dwar it-tagħmir protettiv rakkomandat (elmi, ingwanti, pads għall-irkobbtejn, pads għal minkbejn, eċċ.).
6. Ġugarelli tal-ilma
Il-ġugarelli tal-ilma għandhom iġorru t-twissija li ġejja:
“Biex jintuża’ biss f’ilma fejn lit-tifel/tifla jkun jilħaqlu/jilħqilha u taħt superviżjoni ta’ adult”.
7. Ġugarelli fl-ikel
Il-ġugarelli li jkunu ġo l-ikel jew imħallta mal-ikel għandhom iġorru t-twissija li ġejja:
“Ġugarell ġewwa. Hija rakkomandata s-superviżjoni ta’ adult”.
8. Imitazzjonijiet ta’ maskri u elmi protettivi
L-imitazzjonijiet ta’ maskri u elmi protettivi għandu jkollhom it-twissija li ġejja:
“Dan il-ġugarell ma jagħtix protezzjoni”.
9. Ġugarelli maħsuba biex jiddendlu min-naħa għall-oħra ta’ benniena, kott jew pram permezz ta’ spag, ħbula, lastku jew ċineg
Ġugarelli maħsuba biex jiddendlu min-naħa għall-oħra ta’ benniena, kott jew pram permezz ta’ spag, ħbula, lasktu jew ċineg għandu jkollhom it-twissija li ġejja fuq l-imballaġġ tal-konsumatur, li għandha tkun immarkata b’mod permanenti fuq il-ġugarell:
“Sabiex it-tfal ma jweġgħux minħabba tħabbil, warrab dan il-ġugarell meta t-tifel jibda jipprova jitla fuq idejh u fuq irkupptejh f’pożizzjoni mbajja.”
10. L-imballaġġ għall-fwejjaħ li jinsabu f’logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, f’kitts kożmetiċi u f’logħbiet marbuta mat-tegħim
L-imballaġġ għall-fwejjaħ li jinsabu f’logħbiet fuq bord li għandhom x’jaqsmu max-xamm, f’kitts kożmetiċi u f’logħbiet marbuta mat-tegħim li jkun fihom il-fwejjaħ inklużi fil-punti 39 sa 55 tal-lista inkluża fl-ewwel paragrafu tal-punt 11 tal-Parti III tal-Anness II kif ukoll tal-fwejjaħ inklużi fil-punti 1 sa 11 tal-lista inkluża fit-tielet paragrafu ta’ dak il-punt għandu jkollhom it-twissija li ġejja:
“Fih fwejjaħ li jistgħu jikkawżaw allerġiji”.
( 1 ) ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.
( 2 ) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
( 3 ) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
( 4 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.
( *1 ) Age to be specified by the manufacturer.