EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009D0937-20170101

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu 2009/937/UE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/937/2017-01-01

02009D0937 — MT — 01.01.2017 — 010.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

2009/937/UE

▼B

(ĠU L 325 11.12.2009, p. 35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW 2010/594/UE tas-16 ta’ Settembru 2010

  L 263

12

6.10.2010

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/795/UE tal-14 ta’ Diċembru 2010

  L 338

47

22.12.2010

 M3

DEĊIZJONI TAL-KUNSILL 2011/900/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011

  L 346

17

30.12.2011

 M4

DEĊIZJONI TAL-KUNSILL 2013/37/UE tal-14 ta’ Jannar 2013

  L 16

16

19.1.2013

 M5

DEĊIZJONI TAL-KUNSILL 2013/345/UE tal-1 ta’ Lulju 2013

  L 183

11

2.7.2013

 M6

DEĊIZJONI TAL-KUNSILL 2013/746/UE tal-10 ta’ Diċembru 2013

  L 333

77

12.12.2013

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/692/UE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2014

  L 289

18

3.10.2014

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/900/UE tad-9 ta' Diċembru 2014

  L 358

25

13.12.2014

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/2393 tat-8 ta' Diċembru 2015

  L 332

133

18.12.2015

►M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/2353 tat-8 ta' Diċembru 2016

  L 348

27

21.12.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 055, 5.3.2010, p.  83 (2009/937/UE)

►C2

Rettifika, ĠU L 175, 10.7.2010, p.  38 (2009/937/UE)

►C3

Rettifika, ĠU L 044, 22.2.2017, p.  8 (2009/937/UE)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

2009/937/UE

▼B



Artikolu 1

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2006 għandhom jiġu sostitwiti mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness.

B’deroga mill-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, iċ-ċifri ta’ popolazzjonijiet inseriti minn din id-Deċiżjoni fl-Artikolu 1 tal-imsemmi Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 2

Konformement mal-Protokoll dwar l-irwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill hekk kif adottati minn din id-Deċiżjoni għandu japplika għall-abbozzi ta’ atti leġislattivi adottati u trasmessi lilhom mill-jum li fih jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS




REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUNSILL

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali avviż u post tal-laqgħat

1.  Il-Kunsill għandu jiltaqa’ meta jiġi msejjaħ mill-President tiegħu fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni ( 1 ).

2.  Seba’ xhur qabel il-bidu tas-semestru kkonċernat, għal kull konfigurazzjoni tal-Kunsill u wara l-konsultazzjonijiet adegwati, il-Presidenza għandha tgħarraf bid-dati li hija tipprevedi għal laqgħat li l-Kunsill se jkollu jagħmel sabiex iwettaq il-ħidma leġislattiva tiegħu jew jieħu deċiżjonijiet operattivi. Dawn id-dati għandhom jidhru f’dokument uniku li japplika għall-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill.

3.  Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. Matul ix-xhur ta’ April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jkollu l-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu ( 2 ).

F’ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-Kunsill jew il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper), filwaqt li jaġixxi unanimament, jista’ jiddeċiedi li laqgħa tal-Kunsill tinżamm x’imkien ieħor.

4. ( 3 )  Il-Presidenza tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin, għandha tiġi eżerċitata minn gruppi prestabbiliti ta’ tliet Stati Membri għal perijodu ta’ 18-il xahar. Dawn il-gruppi għandhom ikunu ffurmati fuq bażi ta’ rotazzjoni ndaqs bejn l-Istati Membri, li tieħu kont tad-diversità tagħhom u tal-bilanċ ġeografiku fi ħdan l-Unjoni.

Kull membru tal-grupp għandu jippresjedi f’rotazzjoni, għal perijodu ta’ sitt xhur, il-presidenza tal-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill, minbarra l-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin. Il-membri l-oħra tal-grupp għandhom jassistu lill-Presidenza fir-responsabbiltajiet tagħha kollha, abbażi ta’ programm komuni. Il-Membri tal-grupp jistgħu jiddeċiedu dwar arranġamenti alternattivi bejniethom.

5.  Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill jew il-Coreper skont ir-regoli ta’ proċedura attwali għandhom jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi, ħlief jekk il-Coreper jipprevedi arranġament ieħor għall-vot.

Fir-Regoli ta’ Proċedura attwali, ħlief għal dispożizzjoni speċifika, ir-referenzi għall-presidenza jew għall-president għandhom japplikaw għal kull persuna li tippresjedi l-presidenza ta’ waħda mill-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, jew fejn meħtieġ, ta’ waħda mill-korpi preparatorji tiegħu.

Artikolu 2

Konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, rwol tal-konfigurazzjoni tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġeneral u rwol tal-konfigurazzjoni tal-Kunsill tar-Relazzjonijiet Esterni u programmazzjoni

1.  Il-Kunsill jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti, skont is-suġġetti ttrattati. Il-lista tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, apparti dawk tal-Affarijiet Ġenerali u l-Affarijiet Barranin għandha tiġi adottata mill-Kunsill Ewropew li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata ( 4 ). Il-lista tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill tinsab fl-Anness I.

2.  Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali għandu jiżgura l-konsistenza fil-ħidma tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill. Huwa għandu jħejji l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u jiżgura s-segwitu tagħhom mal-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni ( 5 ). Huwa għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali tal-linji ta’ politika, il-kwistjonijiet istituzzjonali u amministrattivi, id-dokumenti orizzontali li jaffetwaw ħafna mil-linji ta’ politika tal-Unjoni, bħall-qafas finanzjarju pluriennali u t-tkabbir, kif ukoll kwalunkwe dokument mibgħut lilu mill-Kunsill Ewropew, rigward regoli operattivi għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

3.  L-arranġamenti ta’ tħejjija għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew huma previsti mill-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew, kif ġej:

a) Għall-finijiet tat-tħejjija prevista fl-Artikolu 2(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew, mill-anqas erba’ ġimgħat qabel kull laqgħa ordinarja tal-Kunsill Ewropew prevista fl-Artikolu 1(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill Ewropew, il-President tiegħu, f’koperazzjoni mill-qrib mal-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill u mal-President tal-Kummissjoni, għandu jippreżenta lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali abbozz ta’ aġenda annotata.

Il-kontributi minn konfigurazzjonijiet oħrajn tal-Kunsill għall-ħidma tal-Kunsill Ewropew għandhom jintbagħtu lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, f’koperazzjoni mill-qrib kif previst fl-ewwel subparagrafu, għandu jħejji abbozz ta’ linji gwida għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u, skont il-każ, l-abbozzi ta’ konklużjonijiet u l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew, li għandhom ikunu diskussi fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.

L-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali għandha ssir fil-ħamest ijiem li jippreċedu l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Fid-dawl ta’ dan l-aħħar dibattitu, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jistabbilixxi l-aġenda provviżorja.

b) Ħlief għal raġunijiet urġenti u imprevedibbli relatati, pereżempju, ma’ ġrajjiet kurrenti internazzjonali, l-ebda konfigurazzjoni oħra jew korp preparatorju ieħor tal-Kunsill ma jistgħu jiddiskutu suġġett ippreżentat lill-Kunsill Ewropew bejn il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, li fi tmiemha tkun stabbilita l-aġenda provviżorja tal-Kunsill Ewropew u l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

c) Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta l-aġenda tiegħu fil-bidu tal-laqgħa tiegħu.

Bħala regola ġenerali, il-punti fuq l-aġenda għandhom jiġu eżaminati qabel, konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

4.  Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jiżgura l-koerenza u l-kontinwità tal-ħidma tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill fil-qafas ta’ programmazzjoni pluriennali konformement mal-paragrafu 6 ( 6 ).

5.  Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin għandu jfassal l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea skont il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew u jiżgura li l-azzjoni esterna tal-Unjoni tkun konsistenti ( 7 ). Huwa għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-azzjoni esterna kollha tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-politika ta’ sigurtà u difiża komuni, il-politika kummerċjali komuni, kif ukoll il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin għandu jkun ippresjedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, li jista’, fejn meħtieġ, jiġi sostitwit mill-membru ta’ din il-konfigurazzjoni li tirrappreżenta l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill ( 8 ).

6.  Għal kull perijodu ta’ 18-il xahar, il-grupp stabbilit minn qabel ta’ tliet Stati Membri li jiżguraw il-presidenza tal-Kunsill waqt dan il-perijodu konformement mal-Artikolu 1(4), ifasslu abbozz ta’ programm ta’ attivitajiet tal-Kunsill għal dak il-perijodu. Dan l-abbozz għandu jiġi mfassal mal-president tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta’ din il-konfigurazzjoni waqt dan il-perijodu. Dan l-abbozz ta’ programm għandu jkun imfassal f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-President tal-Kunsill Ewropew u wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet adegwati. Huwa għandu jkun ippreżentat f’dokument uniku mhux aktar tard minn xahar qabel il-perijodu kkonċernat, bil-ħsieb li jkun approvat mill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali ( 9 ).

7.  Il-Presidenza li tkun qed tippresjedi waqt il-perijodu kkonċernat għandha tistabbilixxi, għal kull konfigurazzjoni tal-Kunsill u wara li tkun wettqet il-konsultazzjonijiet xierqa, aġendi provviżorji indikattivi għal-laqgħat tal-Kunsill skedati għall-perijodu ta’ sitt xhur li jmiss, li juru l-ħidma leġislattiva u d-diskussjonijiet operattivi previsti. Dawn l-aġendi provviżorji indikattivi għandhom ikunu stabbiliti tal-inqas ġimgħa qabel il-bidu tas-semestru kkonċernat, abbażi tal-programm ta’ 18-il xahar tal-Kunsill u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn għandhom jidhru f’dokument uniku li japplika għall-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill. Fejn meħtieġ, jistgħu jkunu previsti laqgħat oħrajn tal-Kunsill, addizzjonalment għal dawk li kienu diġà ppjanati.

Jekk waqt perijodu ta’ sitt xhur, kwalunkwe mil-laqgħat ippjanati waqt dak il-perijodu ma tkunx aktar ġustifikata, il-Presidenza m’għandhiex tlaqqagħha.

Artikolu 3 ( 10 )

Aġenda

1.  Billi jieħu kont tal-programm ta’ 18-il xahar tal-Kunsill, il-President għandu jfassal l-aġenda provviżorja għal kull laqgħa. L-aġenda għandha tintbagħat lill-membri l-oħrajn tal-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-inqas erbatax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Din għandha tintbagħat fl-istess ħin lill-Parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.

2.  L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom saret talba għal inklużjoni fl-aġenda, flimkien ma’ kwalunkwe dokumenti marbutin magħhom, u tkun ġiet irċevuta mis-Segretarjat Ġenerali minn membru tal-Kunsill jew mill-Kummissjoni tal-anqas sittax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja għandha tindika wkoll permezz ta’ asterisk il-punti li dwarhom il-Presidenza, membru tal-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu vot. Tali indikazzjoni għandha ssir ladarba jkun hemm konformità mal-ħtiġiet proċedurali kollha previsti mit-Trattati.

3.  Fil-każ li jkun japplika l-perijodu ta’ tmien ġimgħat previst bil-protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, il-punti relatati mal-adozzjoni ta’ att leġislattiv jew pożizzjoni fl-ewwel qari fil-qafas ta’ proċedura leġislattiva komuni għandhom jitpoġġew fuq l-aġenda provviżorja għal deċiżjoni sakemm dan il-perijodu ta’ tmien ġimgħat ikun għadda.

Il-Kunsill jista’ jidderoga mill-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-ewwel subparagrafu fejn l-inklużjoni ta’ punt hija suġġetta għall-eċċezzjoni għal raġunijiet ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni konformement mal-arranġament għall-vot għall-adozzjoni tal-att jew tal-pożizzjoni kkonċernata.

Ħlief f’każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet adatti, għandu jgħaddi perijodu ta’ għaxar t’ijiem bejn meta jitpoġġa abbozz ta’ att leġislattiv fuq l-aġenda provviżorja tal-Kunsill u l-adozzjoni ta’ pożizzjoni. ( 11 )

4.  Jistgħu jitpoġġew fuq dik l-aġenda biss il-punti li dwarhom intbagħtu d-dokumenti lill-membri tal-Kunsill u lill-Kummissjoni l-aktar tard sad-data li fiha l-aġenda provviżorja ntbagħtet.

5.  Is-Segretarjat Ġenerali għandu jittrasmetti lill-membri tal-Kunsill u lill-Kummissjoni rikjesti għall-inklużjoni ta’ punti fl-aġenda u dokumenti li dwarhom il-limiti ta’ ħin speċifikati hawn fuq ma kinux irrispettati.

Jekk, sa tmiem il-ġimgħa li tippreċedi l-ġimgħa qabel il-laqgħa tal-Kunsill, il-Coreper ma jkunx temm l-eżami tiegħu tal-abbozzi tal-atti leġislattivi, il-Presidenza għandha, sakemm konsiderazzjonijiet ta’ urġenza ma jitolbux mod ieħor u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, tneħħihom mill-aġenda provviżorja.

6.  L-aġenda provviżorja għandha tinqasam f’żewġ partijiet, iddedikati rispettivament għad-deliberazzjonijiet dwar l-atti leġislattivi u l-attivitajiet mhux leġislattivi. L-ewwel parti għandha tkun intitolata “Deliberazzjonijiet leġislattivi” u t-tieni “Attivitajiet mhux leġislattivi.”

Il-punti inklużi fuq kull waħda minn dawn iż-żewġ partijiet tal-aġenda provviżorja għandhom ikunu maqsuma f’punti A u punti B. Punti li fuqhom approvazzjoni mill-Kunsill tkun possibbli mingħajr diskussjoni għandhom ikunu inklużi f’Parti A, iżda din ma teskludix il-possibbiltà ta’ xi membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni milli jesprimi opinjoni fiż-żmien tal-approvazzjoni ta’ dawn il-punti u milli jkollu d-dikjarazzjonijiet inklużi fil-minuti.

7.  L-aġenda għandha tkun adotta mill-Kunsill fil-bidu ta’ kull laqgħa. L-inklużjoni fl-aġenda ta’ punt barra minn dawk li jidhru fuq l-aġenda provviżorja għandha teħtieġ unanimità fil-Kunsill. Punti mdaħħlin b’dan il-mod jistgħu jitpoġġew għall-vot jekk ikun hemm konformità mal-ħtiġiet proċedurali kollha previsti fit-Trattati.

8.  Madankollu, punt “A” għandu jitneħħa mill-aġenda, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, jekk pożizzjoni dwar punt “A” tista’ twassal għal diskussjoni ulterjuri tiegħu jew jekk membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jitlob dan.

9.  Kwalunkwe talba għall-inklużjoni ta’ punt ta’ “affarijiet oħrajn” għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta’ spjega.

Artikolu 4

Rappreżentanza ta’ membru tal-Kunsill

Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 dwar id-delega ta’ drittijiet tal-vot, membru tal-Kunsill li huwa miżmum milli jattendi laqgħa jista’ jirranġa sabiex ikun rappreżentat.

Artikolu 5

Laqgħat

1.  Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta’ att leġislattiv ( 12 ). Fil-każijiet l-oħrajn, il-laqgħat tal-Kunsill m’għandhomx ikunu pubbliċi ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8.

2.  Il-Kummissjoni għandha tkun mistiedna tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill. L-istess jgħodd għall-Bank Ċentrali Ewropew f’każijiet fejn huwa jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ inizjattiva. Il-Kunsill jista’, madankollu, jiddeċiedi li jiddelibera mingħajr il-preżenza tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew.

3.  Il-membri tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali li jassistuhom. L-ismijiet u l-funzjonijiet ta’ dawk l-uffiċjali għandhom ikunu notifikati bil-quddiem lis-Segretarjat Ġenerali. In-numru massimu ta’ persuni għal kull delegazzjoni fil-kamra tal-laqgħat tal-Kunsill fl-istess ħin, inklużi membri tal-Kunsill, jista’ jkun stabbilit mill-Kunsill.

4.  Dħul għal laqgħat tal-Kunsill għandu jkun suġġett għall-produzzjoni ta’ permess mogħti mis-Segretarjat Ġenerali.

Artikolu 6

Segretezza professjonali u produzzjon ta’ dokumenti fi proċedimenti legali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 8 u 9 u għad-dispożizzjonijiet dwar aċċess pubbliku għal dokumenti, id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali, jekk il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor.

2.  Il-Kunsill jew il-Coreper jista’ jawtorizza l-produzzjoni għal użu ta’ proċedimenti legali ta’ kopja ta’ jew estratt minn dokumenti tal-Kunsill li kienu għadhom ma nħarġux għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar aċċess pubbliku ta’ dokumenti.

Artikolu 7

Proċedura leġislattiva u pubbliċità

1.  Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta’ att leġislattiv. Għal dan il-għan, l-aġenda tiegħu għandha parti “Deliberazzjonijiet leġislattivi”.

2.  Id-dokumenti ppreżentati lill-Kunsill li huma nnumerati f’punt tal-aġenda tiegħu fil-parti “Deliberazzjonijiet leġislattivi” tal-aġenda tiegħu huma magħmulin pubbliċi, l-istess bħall-partijiet tal-minuti tal-Kunsill li jikkonċernaw din il-parti tal-aġenda.

3.  Il-ftuħ għall-pubbliku tal-laqgħat tal-Kunsill dwar il-parti “Deliberazzjonijiet leġislattivi” tal-aġenda tiegħu għandu jsir permezz ta’ trasmissjoni pubblika b’mezzi awdjoviżivi, b’ mod partikolari f’kamra overflow u permezz ta’ xandir fil-lingwi uffiċjali kollha ta’l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ video-streaming. Verżjoni rrekordjata għandha tibqa’ disponibbli tal-inqas għal xahar fuq is-sit tal-Internet tal-Kunsill. Ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jkun indikat b’mezzi viżivi.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu jinforma lill-pubbliku minn qabel bid-dati u l-ħin approssimattiv li fihom se jsiru t-tali trasmissjonijiet awdjoviżivi u għandu jieħu l-miżuri prattiċi kollha sabiex jiżgura l-implimentazzjoni tajba ta’ dan l-Artikolu.

4.  Ir-riżultati tal-voti u l-ispjegazzjonijiet ta’ voti minn membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom fuq il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni stabbilit bil-proċedura leġislattiva ordinarja, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f’dawk il-minuti marbutin mal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

5.  Fejn ikunu preżentati proposti jew inizjattivi legali lill-Kunsill, huwa għandu joqgħod lura milli jadotta atti li mhumiex previsti mit-Trattati, bħal riżoluzzjonijiet, konklużjonijiet jew dikjarazzjonijiet barra minn dawk mehmużin mal-adozzjoni tal-att u li huma maħsuba sabiex jidaħħlu fil-minuti tal-Kunsill.

Artikolu 8

Każijiet oħrajn ta’ deliberazzjonijiet tal-Kunsill miftuħin għall-pubbliku u dibattiti pubbliċi

1.  Meta tkun ippreżentata lill-Kunsill proposta mhux leġislattiva dwar l-adozzjoni ta’ regoli li jorbtu legalment fi jew għall-Istati Membri, permezz ta’ regolamenti, direttivi jew deċiżjonijiet, abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, bl-eċċezzjoni ta’ diskussjonijiet li jwasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri interni, atti amministrattivi jew baġitarji, atti dwar relazzjonijiet interistituzzjonali jew internazzjonali jew atti li ma jorbtux (bħal konklużjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew riżoluzzjonijiet), l-ewwel deliberazzjoni tal-Kunsill dwar proposti leġislattivi ġodda importanti għandha tkunu miftuħa għall-pubbliku. Il-Presidenza għandha tidentifika liema proposti ġodda huma importanti u l-Kunsill jew il-Coreper jista’ jiddeċiedi mod ieħor, fejn adatt.

Il-Presidenza tista’ tiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li d-deliberazzjonijiet sussegwenti tal-Kunsill dwar waħda mill-proposti previsti fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm il-Kunsill jew il-Coreper ma jiddeċidix mod ieħor.

2.  Fuq deċiżjoni meħuda mill-Kunsill jew mill-Coreper, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jwettaq dibattiti pubbliċi dwar kwistjonijiet importanti li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha.

Għandu jkun f’idejn il-Presidenza, kwalunkwe membru tal-Kunsill, jew il-Kummissjoni li jipproponu kwistjonijiet jew suġġetti speċifiċi għal tali dibattiti, billi jikkunsidraw l-importanza tal-kwistjoni u l-interess tagħha għaċ-ċittadini.

3.  Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali għandu jkollu dibattitu pubbliku ta’ orjentazzjoni dwar il-programm ta’ 18-il xahar tal-Kunsill. Id-dibattiti ta’ orjentazzjoni f’konfigurazzjonijiet oħrajn tal-Kunsill dwar il-prijoritajiet tagħhom għandhom ukoll isiru fil-pubbliku. Il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta’ ħames snin tagħha, tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u tal-istrateġija ta’ politika annwali tagħha, kif ukoll id-dibattitu li jirriżulta fil-Kunsill, għandhom ikunu pubbliċi.

4.  Minn meta tintbagħat l-aġenda provviżorja skont l-Artikolu 3,

a) dawk il-punti fuq l-aġenda tal-Kunsill li huma miftuħin għall-pubbliku skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu mmarkati bil-kliem “deliberazzjoni pubblika”;

b) dawk il-punti fuq l-aġenda tal-Kunsill li huma miftuħin għall-pubbliku skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mmarkati bil-kliem “dibattitu pubbliku”.

Il-ftuħ għall-pubbliku tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill u tad-dibattiti pubbliċi skont dan l-Artikolu għandu jsir permezz ta’ trasmissjoni pubblika bħal dik prevista fl-Artikolu 7(3).

Artikolu 9

Rendiment pubbliku tal-votazzjonijiet, ta’ spjegazzjonijiet ta’ voti u ta’ minuti f’każijiet oħrajn

1.  Meta l-Kunsill jadotta atti mhux leġislattivi msemmija fl-Artikolu 8(1), ir-riżultati ta’ voti u spjegazzjonijiet għal voti minn membri tal-Kunsill, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f’dawk il-minuti marbutin mal-adozzjoni ta’ tali atti, għandhom isiru pubbliċi.

2.  Barra minn hekk, ir-riżultati tal-voti għandhom isiru pubbliċi:

a) meta l-Kunsill jaġixxi skont it-Titolu V tat-TUE, b’deċiżjoni unanima tal-Kunsill jew tal-Coreper meħuda fuq talba ta’ wieħed mill-membri tagħhom;

b) f’każijiet oħrajn, b’deċiżjoni tal-Kunsill jew tal-Coreper meħuda fuq talba ta’ wieħed mill-membri tagħhom.

Meta r-riżultati ta’ vot fil-Kunsill ikunu pubblikati skont il-punti a) u b) tal-ewwel subparagrafu, l-ispjegazzjonijiet ta’ voti magħmula meta ttieħed il-vot għandha wkoll tkun pubblikata wara t-talba tal-membri kkonċernati tal-Kunsill, bl-attenzjoni dovuta għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, iċ-ċertezza legali u l-interessi tal-Kunsill.

Id-dikjarazzjonijiet imdaħħlin fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f’dawk il-minuti marbutin mal-adozzjoni tal-atti msemmijin fil-punti a) u b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu pubblikati b’deċiżjoni tal-Kunsill jew tal-Coreper meħuda fuq talba ta’ wieħed mill-membri tagħhom.

3.  Ħlief f’każijiet fejn id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill huma miftuħin għall-pubbliku skont l-Artikoli 7 u 8, il-voti m’għandhomx ikunu pubblikati fil-każ ta’ diskussjonijiet li jwasslu għal voti indikattivi jew l-adozzjoni ta’ atti preparatorji.

Artikolu 10

Aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill huma mniżżlin fl-Anness II.

Artikolu 11

Arranġamenti dwar il-vot u l-quorum

1.  Il-Kunsill għandu jivvota fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu.

Il-President għandu, barra minn hekk, ikun mitlub jiftaħ proċedura ta’ votazzjoni fuq l-inizjattiva ta’ membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jekk jiddeċiedu hekk maġġoranza tal-membri tal-Kunsill.

2.  Il-membri tal-Kunsill għandhom jivvotaw fl-ordni tal-Istati Membri stabbilita konformement mal-lista ta’ presidenzi suċċessivi billi jibdew mill-membru li, skont dik l-ordni, isegwi l-membru li għandu l-kariga ta’ President.

3.  Meta jittieħed vot, kull membru tal-Kunsill jista’ jaġixxi wkoll f’isem ta’ mhux iżjed minn membru wieħed ieħor ( 13 ).

4.  Il-preżenza ta’ maġġoranza tal-membri tal-Kunsill li huma, skont it-Trattat, intitolati għal vot hija meħtieġa sabiex tippermetti lill-Kunsill li jivvota. Meta jittieħed il-vot, il-President, assistit mis-Segretarjat Ġenerali, għandu jiċċekkja li hemm kworum.

▼M7

5.  Meta deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni jew, fejn mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-votazzjoni, tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, u l-għadd minimu ta' membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-popolazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stabbiliti fl-Anness III. Dawn iċ-ċifri għandhom ukoll japplikaw bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 fejn, skont l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, membru tal-Kunsill jitlob li att jiġi adottat skont il-maġġoranza kwalifikata kif definit fil-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu u membru tal-Kunsill jitlob li jiġi verifikat li l-Istati Membri li jiffurmaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni.

▼M7

6.  B'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu, skont id-data disponibbli lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel, jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Anness III. Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼B

Artikolu 12

Proċedura ordinarja bil-miktub u proċedura ta’ silenzju

1.  L-atti tal-Kunsill dwar xi kwistjoni urġenti jistgħu jiġu adottati b’vot bil-miktub fejn il-Kunsill jew il-Coreper jiddeċiedu b’mod unanimu li jużaw dik il-proċedura. F’ċirkostanzi speċjali, il-President jista’ jipproponi wkoll l-użu ta’ dik il-proċedura; f’każ bħal dan, fejn il-membri kollha tal-Kunsill jaqblu ma’ dik il-proċedura, jistgħu jintużaw voti bil-miktub.

Fil-każ fejn il-vot bil-miktub huwa dwar kwistjoni li l-Kummissjoni ressqet quddiem il-Kunsill, għandu jkun meħtieġ qbil min-naħa tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-proċedura bil-miktub.

Għandu jiġi mfassal kull xahar mis-Segretarjat Ġenerali sommarju tal-atti adottati bil-proċedura bil-miktub. Dan is-sommarju għandu jkun fih id-dikjarazzjonijiet possibbli maħsuba sabiex jiddaħħlu fil-minuti tal-Kunsill. Il-partijiet ta’ dan is-sommarju li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ atti leġislattivi għandhom ikunu pubblikati.

2.  Fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, il-Kunsill jista’ jaġixxi permezz ta’ proċedura bil-miktub simplifikata msejħa “proċedura ta’ silenzju”:

a) bil-għan tal-adozzjoni tat-test ta’ tweġiba għal mistoqsija bil-miktub jew, skont ma jkun il-każ, għal mistoqsija orali preżentata lill-Kunsill minn Membru tal-Parlament Ewropew, wara li l-abbozz tat-tweġiba jkun ġie eżaminat mill-Coreper ( 14 );

b) bil-għan tal-ħatra tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, u s-supplenti tagħhom, wara li l-abbozz tad-deċiżjoni jkun ġie eżaminat mill-Coreper;

c) bil-għan ta’ deċiżjoni dwar konsultazzjoni ta’ istituzzjonijiet jew korpi oħra kull meta tali konsultazzjoni tkun meħtieġa mit-Trattati;

d) bil-għan tal-implimentazzjoni ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni permezz tan-network “COREU” (“proċedura ta’ silenzju (COREU)”) ( 15 ).

F’dak il-każ, it-test rilevanti għandu jiġi meqjus bħala adottat fi tmiem il-perijodu stabbilit mill-Presidenza skont l-urġenza tal-kwistjoni, ħlief fejn membru tal-Kunsill joġġezzjona.

3.  Is-Segretarjat Ġenerali għandu jistabbilixxi li l-proċeduri bil-miktub ġew mitmuma.

Artikolu 13

Minuti

1.  Il-minuti ta’ kull laqgħa għandhom jitfasslu u, meta jkunu approvati, għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarju-Ġenerali. Huwa jista’ jiddelega s-setgħa tiegħu li jiffirma lid-Diretturi-Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali.

Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fuq l-aġenda:

 id-dokumenti preżentati lill-Kunsill,

 id-deċiżjonijiet meħuda jew il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kunsill,

 id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Kunsill u dawk li d-dħul tagħhom ġie mitlub minn membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.

2.  L-abbozz tal-minuti għandu jitfassal mis-Segretarjat Ġenerali fi żmien ħmistax-il jum u preżentat lill-Kunsill jew lill-Coreper għall-approvazzjoni.

3.  Qabel tali approvazzjoni, kwalunkwe membru tal-Kunsill, jew il-Kummissjoni, jistgħu jitolbu li jiddaħħlu aktar dettalji fil-minuti dwar kwalunkwe punt fuq l-aġenda. Dawn it-talbiet jistgħu jsiru lill-Coreper.

4.  Il-minuti tal-partijiet “Deliberazzjonijiet leġislattivi” tal-laqgħat tal-Kunsill għandhom ikunu ppreżentati direttament lill-Parlamenti nazzjonali wara li jkunu ġew approvati, fl-istess ħin li jiġu ppreżentati lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

Artikolu 14

Deliberazzjonijiet u deċiżjonijiet abbażi ta’ dokumenti u abbozzi mfassla fil-lingwi previsti mir-regoli fis-seħħ dwar il-lingwa

1.  Ħlief fejn il-Kunsill, b’mod unanimu u minħabba raġunijiet ta’ urġenza, jiddeċiedi mod ieħor, il-Kunsill għandu jiddelibera u jieħu deċiżjonijiet biss abbażi ta’ dokumenti u abbozzi mfassla fil-lingwi speċifikati fir-regoli fis-seħħ li jirregolaw il-lingwi.

2.  Kwalunkwe membru tal-Kunsill jista’ jopponi diskussjoni jekk it-testijiet ta’ kwalunkwe emenda proposta ma jkunux imfassla f’waħda mil-lingwi msemmija fil-paragrafu 1 li hu jagħżel.

Artikolu 15

Iffirmar tal-atti

It-test tal-atti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill konformement mal-proċedura leġislattiva ordinarja, kif ukoll dak tal-atti adottati mill-Kunsill, għandhom jiġu ffirmati mill-President-in-Kariga fil-ħin tal-adozzjoni tagħhom u mis-Segretarju-Ġenerali. Is-Segretarju-Ġenerali jista’ jiddelega s-setgħa tiegħu li jiffirma lid-Diretturi-Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali.

Artikolu 16 ( 16 )

Nuqqas tal-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni fil-vot

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, se jittieħed kont dovut, skont l-Anness IV, ta’ każijiet li fihom, taħt it-Trattati, membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jistgħux jieħdu sehem fil-vot.

Artikolu 17

Pubblikazzjoni ta’ atti fil-Ġurnal Uffiċjali

1.  Dawn li ġejjin għandhom jiġu pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ġurnal Uffiċjali”) fuq talba tas-Segretarju-Ġenerali:

a) l-atti msemmija fl-Artikolu 297(1) u (2), l-ewwel subparagrafu, tat-TFUE;

b) il-pożizzjonijiet fl-ewwel qari adottati mill-Kunsill skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, kif ukoll il-memorandum ta’ spjegazzjoni tagħhom;

c) l-inizjattivi ppreżentati lill-Kunsill skont l-Artikolu 76 tat-TFUE għall-adozzjoni ta’ att leġislattiv;

d) il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni.

Għandha ssir referenza fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta’ tali ftehimiet;

e) il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, ħlief jekk il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor abbażi tal-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ( 17 ).

Għandha ssir referenza fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta’ ftehimiet pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

2.  Ħlief jekk il-Kunsill jew il-Coreper jiddeċiedu mod ieħor, dawn li ġejjin għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarju-Ġenerali:

a) l-inizjattivi ppreżentati lill-Kunsill skont l-Artikolu 76 tat-TFUE fil-każijiet li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1, punt c);

b) id-direttivi u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 297(2), it-tielet subparagrafu, tat-TFUE, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, bl-eċċezzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

3.  Il-Kunsill jew il-Coreper għandu jiddeċiedi, b’mod unanimu u fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk għandux ikun hemm pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fuq talba tas-Segretarju-Ġenerali, tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tat-TUE.

4.  Il-Kunsill jew il-Coreper għandu jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ u b’kont meħud ta’ pubblikazzjoni possibbli tal-att bażiku, jekk dawn li ġejjin għandhomx jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fuq talba tas-Segretarju-Ġenerali:

a) id-deċiżjonijiet li jimplimentaw id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tat-TUE;

b) id-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 31(2), it-tieni u t-tielet inċiż tat-TUE;

c) l-atti l-oħra tal-Kunsill, bħall-konklużjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet.

5.  Fil-każ fejn ftehim konkluż bejn l-Unjoni jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u Stat wieħed jew aktar jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistabbilixxi korp mogħti setgħat ta’ deċiżjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, meta tali ftehim ikun konkluż, jekk deċiżjonijiet meħuda minn dak il-korp għandhomx ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 18

Notifika ta’ atti

1.  Id-direttivi u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 297(2), it-tielet subparagrafu tat-TFUE għandhom ikunu notifikati lid-destinatarji tagħhom mis-Segretarju-Ġenerali jew Direttur-Ġenerali li jaġixxi f’ismu.

2.  Meta ma jkunux pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, l-atti li ġejjin għandhom ikunu notifikati lid-destinatarji tagħhom mis-Segretarju-Ġenerali jew Direttur-Ġenerali li jaġixxi f’ismu:

a) rakkomandazzjonijiet;

b) id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tat-TUE.

3.  Is-Segretarju-Ġenerali jew Direttur-Ġenerali, li jaġixxi f’ismu, għandu jibgħat lill-Gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni kopji awtentiċi ta’ direttivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 297(2), it-tielet subparagrafu tat-TFUE, kif ukoll ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.

Artikolu 19 ( 18 )

Coreper, kumitati u gruppi ta’ ħidma

1.  Il-Coreper għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma tal-Kunsill u sabiex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu mill-Kunsill. Huwa għandu fi kwalunkwe każ ( 19 ) jiżgura l-konsistenza tal-politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jara li l-prinċipji u r-regoli li ġejjin ikunu osservati:

a) il-prinċipji ta’ legalità, sussidjarjetà, proporzjonalità u l-għoti ta’ raġunijiet għal atti;

b) regoli li jistabbilixxu s-setgħat ta’ istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni;

c) dispożizzjonijiet baġitarji;

d) regoli dwar proċedura, trasparenza u l-kwalità tal-abbozzar.

2.  Il-punti kollha fuq l-aġenda għal laqgħat tal-Kunsill għandhom jiġu eżaminati minn qabel mill-Coreper ħlief jekk dan tal-aħħar jiddeċiedi mod ieħor. Il-Coreper għandu jagħmel ħiltu sabiex jilħaq ftehim fil-livell tiegħu li għandu jiġi preżentat lill-Kunsill għal adozzjoni. Huwa għandu jiżgura preżentazzjoni adegwata tal-kwistjonijiet lill-Kunsill u, fejn ikun il-każ, għandu jippreżenta linji gwida, possibbiltajiet jew soluzzjonijiet suġġeriti. Fil-każ ta’ emerġenza, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu, jista’ jiddeċiedi li jsolvi l-kwistjoni mingħajr ►C2  eżami ◄ preċedenti.

3.  Jistgħu jiġu stabbiliti kumitati jew gruppi ta’ ħidma mill-Coreper, jew bl-approvazzjoni tiegħu, bil-għan li titwettaq ċerta ħidma ta’ tħejjija jew studji definiti minn qabel.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu jaġġorna l-lista ta’ korpi ta’ tħejjija u jagħmilha pubblika. Il-kumitati u l-gruppi ta’ ħidma biss fuq din il-lista jistgħu jiltaqgħu bħala gruppi ta’ tħejjija tal-Kunsill.

4.  Il-Coreper għandu jkun presjedut, skont il-punti fuq l-aġenda, mir-Rappreżentant Permanenti jew id-Deputat Rappreżentant Permanenti tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.

Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa presjedut minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Il-korpi preparatorji oħra tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin, għandhom ikunu presjeduti minn delegat tal-Istat Membru responsabbli għall-presidenza tal-konfigurazzjoni rilevanti, dment li l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor fejn jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Il-lista msemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, telenka wkoll dawk il-korpi preparatorji li dwarhom il-Kunsill iddeċieda, konformement mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tal-eżerċizzju tal-presidenza tal-Kunsill, għal tip ieħor ta’ presidenza.

5.  Għat-tħejjija ta’ laqgħat ta’ konfigurazzjonijiet tal-Kunsill li jiltaqgħu darba kull sitt xhur, meta jsiru fl-ewwel nofs ta’ dan il-perijodu, il-laqgħat tal-kumitati minbarra tal-Coreper u dawk ta’ gruppi ta’ ħidma li jsiru matul is-sitt xhur ta’ qabel għandhom ikunu presjeduti minn delegat tal-Istat Membru li jkun imissu jippresjedi l-laqgħat imsemmija tal-Kunsill.

6.  Ħlief għall-każijiet meta japplika tip ieħor ta’ presidenza, meta fajl ikun se jiġi essenzjalment ittrattat matul perijodu ta’ sitt xhur, delegat tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza matul dak il-perijodu ta’ sitt xhur jista’, matul il-perijodu ta’ sitt xhur preċedenti, jippresjedi laqgħat ta’ kumitati, minbarra Coreper, u gruppi ta’ ħidma meta jiddiskutu dak il-fajl. L-implimentazzjoni prattika ta’ dan il-paragrafu għandha tkun is-suġġett ta’ ftehim bejn iż-żewġ Presidenzi kkonċernati.

Fil-każ speċifiku ►C2  tal-eżami ◄ tal-baġit tal-Unjoni għal sena finanzjajra partikolari, laqgħat tal-korpi ta’ tħejjija tal-Kunsill, minbarra l-Coreper, li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-punti fuq l-aġenda tal-Kunsill ►C2  tal-eżami ◄ tal-baġit għandhom ikunu presjeduti minn delegat tal-Istat Membru li jkun se jkollu l-Presidenza tal-Kunsill matul it-tieni perijodu ta’ sitt xhur tas-sena qabel is-sena finanzjarja in kwistjoni. L-istess għandu japplika, bil-qbil tal-Presidenza l-oħra, għall-presidenza ta’ laqgħat tal-Kunsill meta l-punti baġitarji msemmija jkunu diskussi. Il-Presidenzi kkonċernati għandhom jikkonsultaw dwar l-arranġamenti prattiċi.

7.  Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija hawn taħt, il-Coreper jista’ jadotta d-deċiżjonijiet ta’ proċedura li ġejjin, dment li l-punti relatati magħhom ikunu ġew inklużi fuq l-aġenda provviżorja tiegħu tal-inqas tlett’ijiem ta’ ħidma qabel il-laqgħa. Għandha tkun meħtieġa unanimità min-naħa ta’ Coreper għal kwalunkwe deroga minn dak il-perijodu ( 20 ):

a) deċiżjoni li ssir laqgħa tal-Kunsill f’post li mhux Brussell jew il-Lussemburgu (Artikolu 1(3));

b) awtorizzazzjoni li tiġi prodotta kopja ta’ jew estratt minn dokument tal-Kunsill għall-użu fi proċedimenti legali (Artikolu 6(2));

c) deċiżjoni li jitwettaq dibattitu pubbliku fil-Kunsill jew li deliberazzjoni partikolari tal-Kunsill ma ssirx fil-pubbliku (Artikolu 8(1), (2) u (3));

d) deċiżjoni li r-riżultati ta’ votazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet mdaħħla fil-minuti tal-Kunsill isiru pubbliċi fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2);

e) deċiżjoni dwar l-użu tal-proċedura bil-miktub (Artikolu 12(1));

f) approvazzjoni jew emenda tal-minuti tal-Kunsill (Artikolu 13(2) u (3));

g) deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni jew le ta’ test jew ta’ att fil-Ġurnal Uffiċjali (Artikolu 17(2), (3) u (4));

h) deċiżjoni dwar il-konsultazzjoni ta’ istituzzjoni jew korp kull fejn tali konsultazzjoni ma tkunx meħtieġa mit-Trattati;

i) deċiżjoni li tistabbilixxi jew testendi l-limitu ta’ żmien għall-konsultazzjoni ta’ istituzzjoni jew korp;

j) deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 294(14) tat-TFUE;

k) approvazzjoni tal-formulazzjoni tal-ittra li għandha tiġi mibgħuta lil istituzzjoni jew korp.

Artikolu 20

Il-Presidenza u t-tmexxija korretta tad-diskussjonijiet

1.  Il-Presidenza għandha tkun responsabbli mill-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura u sabiex tiżgura li d-diskussjonijiet jitwettqu korrettament. B’mod partikolari, il-Presidenza għandha tiżgura li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness V dwar il-metodi ta’ ħidma tal-Kunsill.

Sabiex jiżgura li d-diskussjonijiet jitwettqu sew, hija tista’ wkoll, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, tieħu kwalunkwe miżura adatta meħtieġa għall-kisba tal-aħjar użu possibbli tal-ħin disponibbli matul il-laqgħat u b’mod partikolari:

a) tirrestrinġi n-numru għal kull delegazzjoni preżenti fil-kamra tal-laqgħat għad-diskussjoni ta’ punt partikolari u tiddeċiedi jekk tawtorizzax il-ftuħ ta’ kamra tas-smigħ;

b) tistabbilixxi l-ordni li fiha jinbdew il-punti u tiddetermina t-tul ta’ żmien għad-diskussjoni tagħhom;

c) torganizza l-ħin allokat għad-diskussjoni ta’ punt partikolari, b’mod partikolari billi tillimita l-ħin li matulu l-parteċipanti jistgħu jitkellmu u tiddetermina l-ordni li fiha jistgħu jitkellmu;

d) titlob lid-delegazzjonijiet jippreżentaw bil-miktub il-proposti tagħhom għal emenda ta’ test li jkun qed jiġi diskuss qabel data partikolari, flimkien ma’ spjegazzjoni qasira jekk ikun il-każ;

e) titlob lid-delegazzjoni li jkollhom pożizzjonijiet identiċi jew simili dwar punt jew test partikolari, jew parti minnhom, jagħżlu wieħed minnhom sabiex jesprimu l-pożizzjoni kondiviża tagħhom fil-laqgħa jew bil-miktub qabel il-laqgħa.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(4) sa (6) u għas-setgħat tagħha u għar-responsabbiltà politika ġenerali tagħha, il-Presidenza ta’ kull sitt xhur għandha tkun assistita fir-responsabbiltajiet tagħha kollha, abbażi tal-programm ta’ 18-il xahar jew skont arranġamenti oħra miftiehma bejniethom, mill-membri l-oħra tal-gruppi stabbiliti minn qabel ta’ tliet Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4). Din għandha tkun assistita wkoll, skont il-każ, mir-rappreżentant tal-Istat Membru li ser jippresjedi l-presidenza li jmiss. Fuq it-talba tal-Presidenza u filwaqt li jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħha, dan tal-aħħar, jew membru tal-grupp imsemmi, għandu jissostitwiha kif u meta meħtieġ, għandu jieħu min idejha, fejn meħtieġ, ċerti kompiti u għandu jiżgura l-kontinwità tal-proċedimenti tal-Kunsill.

Artikolu 21 ( 21 ) ( 22 )

Rapporti tal-kumitati u l-gruppi ta’ ħidma

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-Presidenza għandha torganizza l-laqgħat tad-diversi kumitati u gruppi ta’ ħidma sabiex hekk ir-rapporti tagħhom ikunu disponibbli qabel il-laqgħat tal-Coreper li fihom ikunu eżaminati.

Ħlief jekk konsiderazzjonijiet ta’ urġenza jitolbu mod ieħor, il-Presidenza għandha tipposponi għal laqgħa sussegwenti tal-Coreper kwalunkwe punt relatat ma’ atti leġislattivi dwar liema l-kumitat jew il-grupp ta’ ħidma ma jkunx temm id-diskussjonijiet tiegħu tal-inqas ħamest ijiem qabel il-laqgħat tal-Coreper.

Artikolu 22

Kwalità tal-abbozzar ( 23 )

Sabiex jgħin lill-Kunsill fil-kompitu tiegħu fl-iżgurar tal-kwalità tal-abbozzar tal-atti leġislattivi li jadotta, is-Servizz Legali għandu jkun responsabbli għall-kontroll tal-kwalità tal-abbozzar ta’ proposti u abbozzi ta’ atti fl-istadju adegwat, kif ukoll li jressaq suġġerimenti ta’ abbozzar għall-attenzjoni tal-Kunsill u l-korpi tiegħu skont il-Ftehim Interisituzzjonali tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja ( 24 ).

Matul il-proċess leġislattiv kollu, dawk li jippreżentaw testi b’konnessjoni mal-proċedimenti tal-Kunsill għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-kwalità tal-abbozzar.

Artikolu 23

Is-Segretarju-Ġenerali u s-Segretarjat Ġenerali

1.  Il-Kunsill għandu jkun assistit minn Segretarjat Ġenerali, taħt ir-responsabbiltà ta’ Segretarju-Ġenerali. Is-Segretarju Ġenerali għandu jinħatar mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

2.  Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali ( 25 ).

Taħt l-awtorità tiegħu, is-Segretarju-Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura l-ħidma tajba tas-Segretarjat Ġenerali.

3.  Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun involut mill-qrib u kontinwament fl-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iżgurar tal-koerenza tal-ħidma tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ 18-il xahar tiegħu. Taħt ir-responsabbiltà u l-gwida tal-Presidenza, huwa għandu jgħin lil din tal-aħħar fit-tiftix ta’ soluzzjonijiet.

4.  Is-Segretarju-Ġenerali għandu jippreżenta lill-Kunsill abbozz tal-estimi tan-nefqa tal-Kunsill kmieni biżżejjed sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien stabbiliti mid-dispożizzjonijiet finanzjarji jkunu rispettati.

5.  Is-Segretarju-Ġenerali għandu responsabbiltà sħiħa għall-amministrazzjoni tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-Taqsima II – Kunsill Ewropew u Kunsill – tal-baġit u għandu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li jkunu amministrati tajjeb. Huwa għandu jimplimenta l-approprjazzjonijiet in kwistjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 24

Sigurtà

Ir-regoli dwar is-sigurtà għandhom ikunu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 25

Doveri bħala depożitarju ta’ ftehim

Fil-każ li s-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ikun magħżul bħala d-depożitarju ta’ ftehim konkluż bejn l-Unjoni jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u Stat wieħed jew aktar jew organizzazzjonijiet internazzjonali, l-atti ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni ta’ dawk il-ftehim għandhom ikunu ddepożitati fis-sede tal-Kunsill.

F’każijiet bħal dawn, is-Segretarju-Ġenerali għandu jwettaq id-doveri ta’ depożitarju u għandu jiżgura wkoll li d-dati tad-dħul fis-seħħ ta’ tali ftehim ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 26

Rappreżentanza quddiem il-Parlament Ewropew

Ir-rappreżentanza tal-Kunsill quddiem il-Parlament Ewropew u l-kumitati tiegħu hija r-responsabbiltà tal-Presidenza, jew bil-qbil ta’ din tal-aħħar, ta’ membru tal-grupp stabbilit minn qabel tat-tliet Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4), tal-Presidenza li jkun imiss jew tas-Segretarju-Ġenerali. Il-Kunsill jista’ jkun rappreżentat ukoll quddiem il-kumitati tal-Parlament Ewropew minn uffiċjali anzjani tas-Segretarjat Ġenerali, li jaġixxu fuq istruzzjonijiet mill-Presidenza.

Fil-każ tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, ir-rappreżentanza tal-Kunsill quddiem il-Parlament Ewropew u l-kumitati tiegħu hija r-responsabbiltà tal-president tiegħu. Huwa jista’, jekk meħtieġ, jiġi sostitwit mill-membru ta’ din il-konfigurazzjoni li tirrappreżenta l-Istat Membru li jkollu l-presidenza ta’ kull sitt xhur tal-Kunsill. Fuq mandat tal-president tiegħu, il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin jista’ wkoll jkun rappreżentat quddiem il-kumitati tal-Parlament Ewropew minn uffiċjali anzjani tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jew, skont il-każ, tas-Segretarjat Ġenerali.

Il-Kunsill jista’ jippreżenta wkoll l-opinjonijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub.

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet dwar il-forma tal-atti

Id-dispożizzjonijiet dwar il-forma tal-atti huma stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 28

Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill

Il-korrispondenza mibgħuta lill-Kunsill għandha tiġi indirizzata lill-President, fis-sede tal-Kunsill, kif ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Rue de la Loi, 175

B-1048 Brussels




ANNESS I

Lista ta' konfigurazzjonijiet tal-Kunsill

1. Affarijiet Ġenerali ( 26 );

2. Affarijiet Barranin ( 27 );

3. Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji ( 28 );

4. Ġustizzja u Affarijiet Interni ( 29 );

5. Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur;

6. Kompetittività (suq intern, industrija, riċerka u spazju) ◄  ( 30 );

7. Trasport, Telekomunikazzjonijiet u Enerġija;

8. Agrikoltura u Sajd;

9. Ambjent;

10. Edukazzjoni, żgħażagħ, kultura u sport ◄  ( 31 ).

Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-mod li bih ikun rappreżentat fil-Kunsill skont l-Artikolu 16(2) tat-TUE.

Diversi Ministri jistgħu jipparteċipaw bħala membri sħaħ tal-istess konfigurazzjoni tal-Kunsill, bl-aġenda u l-organizzazzjoni ta' proċedimenti tiġi aġġustata kif meħtieġ ( 32 ).




ANNESS II

Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha aċċess għal dokumenti tal-Kunsill suġġett għall-prinċipji, il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Konsultazzjoni rigward dokumenti ta’ partijiet terzi

1.  Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u sakemm ma jkunx ċar, wara l-eżami tad-dokument fid-dawl tal-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li m'għandux jiġi żvelat, il-parti terza kkonċernata għandha tiġi kkonsultata jekk:

a) id-dokument huwa dokument sensittiv kif definit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

b) id-dokument joriġina minn Stat Membru u:

 ġie ppreżentat lill-Kunsill qabel it-3 ta’ Diċembru 2001, jew

 l-Istat Membru kkonċernat talab li ma jkunx żvelat mingħajr il-qbil tiegħu minn qabel.

2.  Fil-każijiet l-oħra kollha, fejn il-Kunsill jirċievi applikazzjoni għal dokument tiegħu mingħand parti terza, is-Segretarjat Ġenerali, għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jikkonsulta lill-parti terza kkonċernata sakemm ma jkunx ċar, wara l-eżami tad-dokument fid-dawl tal-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li hu għandu jew m'għandux jiġi żvelat.

3.  Il-parti terza għandha tiġi kkonsultata bil-miktub (inkluż bil-posta elettronika) u tingħata limitu ta’ żmien raġonevoli sabiex twieġeb, b'kont meħud tal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-parti terza għandha tintalab tagħti l-opinjoni tagħha bil-miktub.

4.  Fejn id-dokument ma jaqax taħt il-paragrafu 1(a) jew (b) u s-Segretarjat Ġenerali, fid-dawl tal-opinjoni negattiva tal-parti terza, ma jkunx sodisfatt li l-Artikolu 4(1) jew (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huwa applikabbli, il-Kunsill għandu jieħu l-kwistjoni f'idejh.

Jekk il-Kunsill jaħseb li jirrilaxxa d-dokument, il-parti terza għandha tiġi infurmata immedjatament bil-miktub bil-ħsieb tal-Kunsill li jirrilaxxa d-dokument wara perijodu ta’ żmien ta’ mhux anqas minn għaxart ijiem tax-xogħol. Fl-istess waqt, għandha tinġibed l-attenzjoni tal-parti terza għall-Artikolu 279 tat-TFUE.

Artikolu 3

Talbiet għal konsultazzjoni li jaslu minn istituzzjonijiet oħra jew minn Stati Membri

Talbiet għal konsultazzjonijiet mal-Kunsill magħmula minn istituzzjoni jew Stat Membru ieħor li jikkonċernaw applikazzjoni għal dokument tal-Kunsill għandhom jintbagħtu permezz tal-posta elettronika lil access@consilium.europa.eu jew bil-fax fuq: +32(0)2 281 63 61.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f'isem il-Kunsill mill-ewwel, waqt li jieħu kont ta’ kwalunkwe limitu ta’ żmien meħtieġ sabiex tittieħed deċiżjoni mill-istituzzjoni jew l-Istat Membru konċernat, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol.

Artikolu 4

Dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri

Kwalunkwe talba minn Stat Membru taħt l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha ssir bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali.

Artikolu 5

Talbiet ippreżentati mill-Istati Membri

Meta Stat Membru jippreżenta talba lill-Kunsill, din għandha tiġi ttrattata skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Anness. Fil-każ ta’ rifjut sħiħ jew parzjali tal-aċċess, l-applikant għandu jkun infurmat li kwalunkwe applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi indirizzata direttament lill-Kunsill.

Artikolu 6

Indirizz għal applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għal aċċess għal dokument għandhom jiġu indirizzati bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, rue de la Loi 175, B-1048 Brussell, permezz tal-posta elettronika lil access@consilium.europa.eu jew bil-fax fuq: +32(0)2 281 63 61.

Artikolu 7

Proċessar ta’ applikazzjonijiet inizjali

Suġġett għall-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kwalunkwe applikazzjoni għal aċċess għal dokument tal-Kunsill għandha tiġi ttrattata mis-Segretarjat Ġenerali.

Artikolu 8

Proċessar ta’ applikazzjonijiet konfermatorji

Suġġett għall-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kwalunkwe applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi deċiża mill-Kunsill.

Artikolu 9

Ħlasijiet

Il-ħlasijiet sabiex jiġu prodotti u sabiex jintbagħtu kopji ta’ dokumenti tal-Kunsill għandhom jiġu stabbiliti mis-Segretarju Ġenerali.

Artikolu 10

Reġistru pubbliku ta’ dokumenti tal-Kunsill

1.  Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun responsabbli sabiex jipprovdi aċċess pubbliku għar-reġistru ta’ dokumenti tal-Kunsill.

2.  Minbarra r-referenzi għad-dokumenti, għandu jkun indikat fir-reġistru liema dokumenti mfassla wara l- 1 ta’ Lulju 2000 diġà ġew rilaxxati lill-pubbliku. Suġġett għar-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data ( 33 ), u l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-kontenut tagħhom għandu jkun disponibbli fuq l-Internet.

Artikolu 11

Dokumenti direttament aċċessibbli għall-pubbliku

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika għad-dokumenti kollha tal-Kunsill, sakemm huma ma jkunux klassifikati u mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni bil-miktub skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2.  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu:

 “ċirkolazzjoni” għandha tfisser distribuzzjoni tal-verżjoni finali ta’ dokument lill-membri tal-Kunsill, ir-rappreżentanti jew id-delegati tagħhom;

 “dokument leġislattiv” għandha tfisser kwalunkwe dokument li jikkonċerna l-eżami u l-adozzjoni ta’ att leġislattiv.

3.  Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel id-dokumenti li ġejjin disponibbli għall-pubbliku hekk kif huma jiġu ċċirkolati:

a) dokumenti li l-awtur tagħhom la huwa l-Kunsill u lanqas Stat Membru, li saru pubbliċi mill-awtur tagħhom jew bl-approvazzjoni tiegħu;

b) l-aġenda provviżorja għal laqgħat tal-Kunsill fid-diversi konfigurazzjonijiet tiegħu;

c) kwalunkwe test adottat mill-Kunsill u li għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

4.  Sakemm ikun ċar li huma mhumiex koperti minn xi waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, is-Segretarjat Ġenerali jista’ wkoll jagħmel id-dokumenti li ġejjin disponibbli lill-pubbliku hekk kif huma jkunu ġew iċċirkolati:

a) aġenda provviżorja ta’ kumitati u gruppi ta’ ħidma;

b) dokumenti oħra, bħal noti ta’ informazzjoni, rapporti, rapporti ta’ progress u rapporti dwar l-istat ta’ diskussjonijiet fil-Kunsill jew wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu li ma jirriflettux pożizzjonijiet individwali ta’ delegazzjonijiet, esklużi opinjonijiet u kontribuzzjonijiet tas-Servizz Legali.

►C3  5.  Addizzjonalment għad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4, is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku, hekk kif huma jiġu ċċirkolati, id-dokumenti leġislattivi u d-dokumenti oħrajn li ġejjin:

a) noti ta' trasmissjoni u kopji ta' ittri ◄ li jikkonċernaw atti leġislattivi u atti msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regoli ta’ Proċedura indirizzati lill-Kunsill minn istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni Ewropea jew, suġġett għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, minn Stat Membru;

b) dokumenti preżentati lill-Kunsill li huma elenkati taħt punt fuq l-aġenda tiegħu li jinsabu fil-parti “Deliberazzjonijiet leġislattivi” jew immarkati bil-kliem “deliberazzjoni pubblika” jew “dibattitu pubbliku” skont l-Artikolu 8 tar-Regolamenti ta’ Proċedura;

c) noti preżentati lill-Coreper u/jew lill-Kunsill għal approvazzjoni (noti ta’ punt “I/A” u “A”) dwar abbozzi ta’ atti leġislattivi u ta’ atti msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, kif ukoll l-abbozz ta’ atti leġislattivi u ta’ atti memmija fl-Artikolu 8(1), ta’ dawk ir-regoli li jirreferu għalihom;

d) atti adottati mill-Kunsill waqt il-proċedura leġislattiva ordinarja jew speċjali u testi konġunti approvati mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura leġislattiva ordinarja.

6.  Wara l-adozzjoni ta’ wieħed mill-atti imsemmija fil-paragrafu 5(d) jew l-adozzjoni finali tal-att konċernat, is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel disponibbli lill-pubbliku kwalunkwe dokumenti li jirrelataw ma’ dan l-att li tfasslu qabel wieħed minn tali atti u li m'huma koperti bl-ebda eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, bħal noti ta’ informazzjoni, rapporti, rapporti ta’ progress u rapporti dwar l-istat ta’ diskussjonijiet fil-Kunsill jew f'wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu (“riżultati ta’ proċedimenti”), esklużi l-opinjonijiet u l-kontributi tas-Servizz Legali.

Fuq talba ta’ Stat Membru, dokumenti li huma koperti bl-ewwel subparagrafu u li jirriflettu l-pożizzjoni individwali tad-delegazzjoni ta’ dak l-Istat Membru fil-Kunsill m'għandhomx isiru disponibbli għall-pubbliku.

▼M10




ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) tat-TUE u tal-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE, kif ukoll, sal-31 ta' Marzu 2017, tal-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru relattivament għall-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017, għandhom ikunu kif ġej:



Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwal tal-popolazzjoni tal-Unjoni

Ġermanja

82 064 489

16,06 %

Franza

66 661 621

13,05 %

Renju Unit

65 341 183

12,79 %

Italja

61 302 519

12,00 %

Spanja

46 438 422

9,09 %

Polonja

37 967 209

7,43 %

Rumanija

19 759 968

3,87 %

Netherlands

17 235 349

3,37 %

Belġju

11 289 853

2,21 %

Greċja

10 793 526

2,11 %

Repubblika Ċeka

10 445 783

2,04 %

Portugall

10 341 330

2,02 %

Ungerija

9 998 000

1,96 %

Żvezja

9 830 485

1,92 %

Awstrija

8 711 500

1,71 %

Bulgarija

7 153 784

1,40 %

Danimarka

5 700 917

1,12 %

Finlandja

5 465 408

1,07 %

Slovakkja

5 407 910

1,06 %

Irlanda

4 664 156

0,91 %

Kroazja

4 190 669

0,82 %

Litwanja

2 888 558

0,57 %

Slovenja

2 064 188

0,40 %

Latvja

1 968 957

0,39 %

Estonja

1 315 944

0,26 %

Ċipru

848 319

0,17 %

Lussemburgu

576 249

0,11 %

Malta

434 403

0,09 %

UE(28)

510 860 699

 

Livell limitu (62 %)

316 733 634

 

Livell limitu (65 %)

332 059 455

 

▼B




ANNESS IV

imsemmija fl-Artikolu 16

1. Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dawn ir-Regoli ta' Proċedura u għal deċiżjonijiet li fir-rigward tagħhom, taħt it-Trattati, membri tal-Kunsill jew tal-Coreper ma jistgħux jipparteċipaw fil-votazzjoni, m'għandux jittieħed kont ta' voti minn tali membri:

a) l-Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu (iż-żamma ta' laqgħa tal-Kunsill f'post li mhux Brussell jew il-Lussemburgu);

b) l-Artikolu 3(7) (l-inklużjoni fl-aġenda punt apparti dawk li jidhru fuq l-aġenda provviżorja);

c) l-Artikolu 3(8) (iż-żamma bħala punt “B” fuq l-aġenda punt “A” li kieku kellu jitneħħa mill-aġenda);

d) l-Artikolu 5(3), għal dak li jirrigwarda l-preżenza tal-Bank Ċentrali Ewropew biss (deliberazzjoni mingħajr il-preżenza tal-Bank Ċentrali Ewropew);

e) l-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punt b), u t-tieni u t-tielet subparagrafi (dwar ir-rendiment pubbliku tar-riżultati tal-votazzjonijiet, ta’ spjegazzjonijiet tal-voti, ta’ dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u ta’ punti f’dawk il-minuti relatati ma' każijiet oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1);

f) l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu (il-ftuħ ta’ proċedura ta' votazzjoni);

g) l-Artikolu 12(1) (l-użu tal-proċedura bil-miktub);

h) l-Artikolu 14(1) (id-deċiżjoni sabiex issir deliberazzjoni u sabiex jittieħdu deċiżjonijiet eċċezzjonalment abbażi ta' dokumenti u abbozzi li ma tfasslux fil-lingwi kollha) ( 34 );

i) l-Artikolu 17(2), punta) (in-non-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' inizjattiva ppreżentata minn Stat Membru skont l-Artikolu 76 tat-TFUE);

j) l-Artikolu 17(2) puntb) (in-non-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' ċerti direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet);

k) l-Artikolu 17(5) (jekk deċiżjonijiet meħuda minn korp stabbilit taħt xi ftehim internazzjonali għandhomx jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).

2. Membru tal-Kunsill jew tal-Coreper ma jistax jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'konnessjoni ma' deċiżjonijiet li fir-rigward tagħhom, taħt it-Trattati, huwa ma jistax jipparteċipa fil-votazzjoni:

a) l-Artikolu 3(8) (possibbiltà ta' membru tal-Kunsill li jitlob l-irtirar ta' punt “A” mill-aġenda);

b) l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu (possibbiltà ta' membru tal-Kunsill li jitlob il-ftuħ ta' proċedura ta' votazzjoni);

c) l-Artikolu 11(3) (possibbiltà ta' membru tal-Kunsill li jaġixxi f'isem ieħor waqt il-votazzjoni);

d) l-Artikolu 14(2) (possibbiltà għal kwalunkwe membru tal-Kunsill li jopponi diskussjoni jekk it-testi ta' kwalunkwe emendi ma jkunux tfasslu fil-lingwa li hu jew hi jkun speċifika).




ANNESS V

Metodi ta’ ħidma tal-Kunsill

Tħejjija tal-laqgħat

1. Il-Presidenza għandha tiżgura li fajl jiġi preżentat biss lill-Coreper minn grupp ta' ħidma jew minn kumitat meta jkun hemm prospett raġonevoli ta' progress jew kjarifika ta' pożizzjonijiet li jkunu qed jintlaħqu f'dak il-livell. Viċi-versa, fajls jistgħu jerġgħu jiġu riferuti biss lil grupp ta' ħidma jew lil kumitat meta meħtieġ, u fi kwalunkwe każ bil-ħsieb li jiġu indirizzati problemi preċiżi u definiti sew.

2. Il-Presidenza għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tavvanza l-ħidma bejn il-laqgħat. Hi tista', pereżempju, bil-qbil tal-grupp ta' ħidma jew kumitat, twettaq bl-iżjed mod effiċjenti l-konsultazzjonijiet meħtieġa dwar problemi speċifiċi bil-ħsieb li tirrapporta lura lill-grupp ta' ħidma jew kumitat konċernat is-soluzzjonijiet possibbli. Hi tista' wkoll twettaq konsultazzjonijiet bil-miktub billi titlob lid-delegazzjonijiet jirreaġixxu b'forma miktuba għal proposta qabel il-laqgħa li jkun imiss tal-grupp ta' ħidma jew kumitat.

3. Kull fejn ikun il-każ, id-delegazzjonijiet għandhom jistabbilixxu bil-quddiem bil-miktub il-pożizzjonijiet li wisq probabbli jkunu se jieħdu fil-laqgħa li jkun imiss. Meta dan jinkludi proposti sabiex jiġi emendat test, id-delegazzjonijiet għandhom jissuġġerixxu l-formulazzjoni speċifika. Kull fejn possibbli, il-kontribut bil-miktub għandu jiġi preżentat konġuntement minn delegazzjonijiet li jħaddnu pożizzjonijiet identiċi.

4. Il-Coreper għandu jevita milli jerġa' jagħmel xogħol li jkun ġa sar fit-tħejjija tal-proċedimenti tiegħu. Dan għandu japplika b'mod partikolari għal punti “I”, għal informazzjoni dwar l-organizzazzjoni u l-ordni tal-ħidma tiegħu u għal informazzjoni fuq l-aġenda u l-organizzazzjoni ta' laqgħat futuri tal-Kunsill. Kull fejn ikun possibbli, id-delegazzjonijiet għandhom iqajmu punti dwar Affarijiet Oħra fil-qafas tat-tħejjija tal-ħidma tal-Coreper aktar milli lill-Coreper innifsu.

5. Il-Presidenza għandha tinforma lid-delegazzjonijiet malajr kemm jista' jkun meta l-proċedimenti tal-Coreper ikunu qed jitħejjew dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tippermetti tħejjija ddettaljata tal-proċedimenti tal-Coreper, inkluż informazzjoni dwar dak li l-Presidenza tistenna li tilħaq mid-diskussjoni dwar kull punt tal-aġenda. Viċi versa, il-Presidenza għandha, jekk ikun il-każ, tinkoraġġixxi lid-delegazzjonijiet jikkomunikaw lil delegazzjonijiet oħra, meta l-proċedimenti tal-Coreper ikun qed jitħejjew, informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet li jkunu se jieħdu fil-Coreper. F'dan il-kuntest il-Presidenza għandha tiffinalizza l-aġenda tal-Coreper. Il-Presidenza tista' tlaqqa' b'mod iżjed frekwenti l-gruppi li jħejju l-proċedimenti tal-Coreper, meta ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk.

Kondotta tal-laqgħat

6. L-ebda punt mhu se jitpoġġa fuq l-aġenda tal-Kunsill sempliċiment għal preżentazzjoni mill-Kummissjoni jew minn membru tal-Kunsill, ħlief fejn hu ppjanat dibattitu dwar inizjattivi maġġuri ġodda.

7. Il-Presidenza għandha toqgħod lura milli tpoġġi fuq l-aġenda tal-Coreper punti għal informazzjoni biss. Tali informazzjoni, pereżempju dwar ir-riżultat ta' laqgħat f'forum ieħor jew ma' Stat Terz jew istituzzjoni oħra, kwistjonijiet ta' proċedura u organizzazzjoni, eċċ, għandhom minflok jiġu trasmessi lil delegazzjonijiet meta l-proċedimenti tal-Coreper ikunu qed jitħejjew, kull meta jkun possibbli f'forma miktuba, u m'għandhomx jiġu ripetuti fil-Coreper.

8. Fil-bidu ta' laqgħa, il-Presidenza għandha tagħti kwalunkwe informazzjoni meħtieġa fir-rigward ta' kif għandha tiġi ttrattata l-laqgħa u b'mod partikolari tindika t-tul ta' ħin li għandha f'moħħha tiddedika għal kull punt. Għandha toqgħod lura milli tagħmel introduzzjonijiet twal u tevita r-ripetizzjoni ta' informazzjoni li hi diġà magħrufa mid-delegazzjonijiet.

9. Fil-bidu ta' diskussjoni dwar punt sostantiv, il-Presidenza għandha, skont it-tip ta' diskussjoni li jkun hemm bżonn, tindika lid-delegazzjonijiet it-tul massimu tal-interventi tagħhom dwar dak il-punt. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-interventi m'għandhomx jaqbżu ż-żewġ minuti.

10. Sessjonijiet ta' laqgħat kompleti għandhom, fil-prinċipju, jiġu pprojbiti; jistgħu jintużaw biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali fuq kwistjonijiet speċifiċi, b'limitu ta' żmien għall-interventi stabbilit mill-Presidenza.

11. Il-Presidenza għandha tagħti kemm tista' attenzjoni lid-diskussjonijiet, b'mod partikolari billi titlob lid-delegazzjonijiet jirreaġixxu għal testi ta' kompromess jew proposti speċifiċi.

12. Matul u fi tmiem il-laqgħat il-Presidenza għandha żżomm lura milli tagħmel sommarji twal tad-diskussjonijiet u għandha tirrestrinġi ruħha billi tislet konklużjoni qasira tar-riżultati (sustanza u/jew proċedura) milħuqa.

13. Id-delegazzjonijiet għandhom jevitaw li jirrepetu punti magħmula minn kelliema preċendenti. L-interventi tagħhom ikunu qosra, sostantivi u dritt għall-punt.

14. Delegazzjonijiet li jaħsbuha l-istess huma mħeġġa jikkonsultaw bil-ħsieb li kelliem wieħed jagħmel preżentazzjoni ta' pożizzjoni komuni dwar punt speċifiku.

15. Meta jkunu qed jiddiskutu testi, id-delegazzjonijiet għandhom jagħmlu proposti konkreti ta' abbozzar, bil-miktub, iżjed milli sempliċiment jesprimu n-nuqqas ta' qbil tagħhom ma' proposta partikolari.

16. Ħlief jekk indikat mod ieħor mill-Presidenza, id-delegazzjonijiet għandhom joqogħdu lura milli jindirizzaw il-laqgħa meta jkunu jaqblu ma' proposta partikolari; f'dan il-każ is-silenzju jiġi kkunsidrat bħala qbil fil-prinċipju.




ANNESS VI

Dispożizzjonijiet dwar il-forma tal-atti

A.   Forom ta’ Regolamenti

1. Ir-Regolamenti adottati konġuntement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kunsill għandhom jinkludu:

a) fit-titolu tagħhom il-kelma “Regolament”, segwita min-numru serjali, id-data tal-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni tas-suġġett; Fil-każ ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 291(2) tat-TFUE, ir-Regolament għandu jindika fit-titolu “Regolament ta’ Implimentazzjoni”;

b) il-kliem “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea” jew “Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea”, skont il-każ;

c) indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li taħthom huwa adottat ir-Regolament, ippreċeduta bil-kliem “Wara li kkunsidra(w)”;

d) kunsiderazzjoni li tinkludi referenza għal proposti preżentati u għal opinjonijiet miksuba u konsultazzjonijiet miżmuma;

e) dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament, ippreċeduta mill-kelma “Billi:”, bil-premessi jkunu nnumerati;

f) il-kliem “adottaw dan ir-Regolament” jew “adotta dan ir-Regolament”, skont il-każ, segwit mit-termini normattivi tar-Regolament.

2. Ir-Regolamenti għandhom jinqasmu f’Artikoli u, skont il-każ, miġbura f’kapitoli u taqsimiet.

3. L-Artikolu finali ta’ Regolament għandu jiffissa d-data tad-dħul fis-seħħ, fejn dik id-data tkun qabel jew wara l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni.

4. L-Artikolu finali ta’ Regolament għandu jkun segwit bi:

a)

 

i) il-kliem: “Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha”,

jew

ii) il-kliem: “Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati”, fil-każijiet kollha fejn att mhuwiex applikabbli għal, jew fi, l-Istati Membri kollha ( 35 )

b) il-kliem “Magħmul fi …”, segwit mid-data li fiha r-Regolament ġie adottat,

u

c) fil-każ ta’:

i) Regolament adottat konġuntement mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-formola:

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

segwit bl-isem tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President-fil-Kariga tal-Kunsill fiż-żmien meta r-Regolament jiġi adottat;

ii) Regolament tal-Kunsill, il-formola:

Għall-Kunsill

Il-President

segwit bl-isem tal-President fil-Kariga tal-Kunsill fiż-żmien meta r-Regolament jiġi adottat.

B.   Forom ta’ Direttivi, Deċiżjonijiet, Rakkomandazzjonijiet u Opinjonijiet:

1. Id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet adottati konġuntement mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u Direttivi u Deċiżjonijiet tal-Kunsill, għandhom jinkludu fit-titoli tagħhom il-kelma “Direttiva” jew “Deċiżjoni”;

Fil-każ ta’ Direttiva jew Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 291(2) tat-TFUE, din għandha tinkludi fit-titolu “Direttiva ta’ Implimentazzjoni” jew “Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni”;

2. Ir-Rakkomandazzjonijiet u l-Opinjonijiet maħruġa mill-Kunsill għandhom jinkludu fit-titoli tagħhom il-kelma “Rakkomandazzjoni” jew “Opinjoni”;

3. Id-dispożizzjonijiet relatati ma’ Regolamenti stabbiliti fil-punti A hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis, suġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, għal Direttivi u Deċiżjonijiet.

C.   Forom ta’ deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 tat-TUE

Dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jindikaw fit-titoli tagħhom l-intestaturi: “Deċiżjoni tal-Kunsill”, numru serjali (sena/numru/PESK), id-data tal-adozzjoni u indikazzjoni tas-suġġett tagħhom.



( 1 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 237 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “TFUE”).

( 2 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-punt b) tal-Artikolu uniku tal-Protokoll dwar l-istabbiliment tas-sedi tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organizzazzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni Ewropea annessi għat-Trattati.

( 3 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ 1 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50).

( 4 ) Dawn iż-żewġ sentenzi jirriproduċu, u jadattaw, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “TUE”) u l-punt a) tal-Artikolu 236 tat-TFUE.

( 5 ) Dawn iż-żewġ sentenzi jirriproduċu t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(6), tat-TUE

( 6 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3 tal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ 1 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill.

( 7 ) Din is-sentenza tirriproduċi t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16 (6) tat-TUE.

( 8 ) Ara d-dikjarazzjoni a) ta’ hawn taħt:

a) Fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5):

“Meta l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin jissejjaħ sabiex jiġu ttrattati kwistjonijiet ta' politika kummerċjali komuni, il-President tiegħu ser jitlob sabiex jiġi sostitwit bil-presidenza ta' sitt xhur kif previst bl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu.”

( 9 ) Ara d-dikjarazzjoni b) ta’ hawn taħt:

(b) Fir-rigward tal-Artikolu 2(6):

“Il-programm ta' 18-il xahar jinkludi parti introduttorja ġenerali li tistabbilixxi l-programm fil-kuntest tal-orjentazzjonijiet strateġiċi għall-perijodu fit-tul tal-Unjoni. It-tliet Presidenzi responsabbli għall-preparazzjoni tal-abbozz tal-programm ta' 18-il xahar se jikkonsultaw mat-tliet Presidenzi sussegwenti, bħala parti mill-‘konsultazzjonijiet adatti’ imsemmija fit-tielet sentenza tal-paragrafu 6. L-abbozz ta' programm ta' 18-il xahar għandu jqis ukoll, fost l-oħrajn, il-punti rilevanti li joħorġu mid-djalogu dwar il-prijoritajiet politiċi annwali, mibdi fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.”

( 10 ) Ara d-dikarazzjonijiet c) u d) ta’ hawn taħt:

c) Fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (2):

“Il-President se jipprova jiżgura li, fil-prinċipju, l-aġenda provviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill li tittratta l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u kwalunkwe dokumenti marbutin mal-punti involuti, jaslu għand il-membri tal-Kunsill tal-inqas wieħed u għoxrin ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa.”

d) Fir-rigward tal-Artikoli 1 u 3:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(2) tat-Trattat UE, li jispeċifika li laqgħa straordinarja tal-Kunsill tista' titlaqqa' fi żmien qasir f'każijiet li jeħtieġu deċiżjoni rapida, il-Kunsill huwa konxju tal-ħtieġa li materji relatati mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni jkunu trattati b'ħeffa u b'effiċjenza. L-arranġamenti fl-Artikolu 3 m'għandhomx iżommu milli tintlaqa' din il-ħtieġa.”

( 11 ) Dan is-subparagrafu jirriproduċi l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

( 12 ) Din is-sentenza tirriproduċi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(8) tat-Trattat UE.

( 13 ) Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 239 tat-TFUE.

( 14 ) Ara d-dikjarazzjoni e) ta’ hawn taħt:

e) Fir-rigward tal-Artikolu 12(2), punti a), b) u c):

“Skont il-prattika regolari tal-Kunsill, il-limitu ta' żmien stipulat normalment ikun ta' tlett ijiem ta' ħidma”;

( 15 ) Ara d-dikjarazzjoni f) ta’ hawn taħt:

f) Fir-rigward tal-Artikolu 12(2)(d):

“Il-Kunsill jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-network COREU għandu jintuża skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1995 (dok. 7896/95) dwar il-metodi ta' ħidma tal-Kunsill.”

( 16 ) Ara d-dikjarazzjoni g) ta’ hawn taħt:

g) Fir-rigward tal-Artikolu 16 u l-Anness IV:

“Il-Kunsill jaqbel li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 u l-Anness IV japplikaw għal atti fir-rigward ta' liema xi membri tal-Kunsill, taħt it-Trattati, ma għandhomx dritt jivvutaw għall-adozzjoni tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tat-Trattat UE mhix koperta minn dawk id-dispożizzjonijiet.”

( 17 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

( 18 ) Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kif stabbiliti fl-Artikolu 134 tat-TFUE u għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill eżistenti dwaru (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 109, ►C1  u ĠU L 5, 9.1.1999, p. 71). ◄

( 19 ) Ara d-dikjarazzjoni h) ta’ hawn taħt:

h) Fir-rigward tal-Artikolu 19(1):

“Il-Coreper għandu jiżgura l-konsistenza u l-osservanza tal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li s-suġġett tagħhom ikun trattat f'fora oħra.”

( 20 ) Ara d-dikjarazzjoni i) ta’ hawn taħt:

i) Fir-rigward tal-Artikolu 19(7):

“Jekk membru tal-Kunsill jikkunsidra li abbozz ta' deċiżjoni ta' proċedura preżentat lill-Coreper għal adozzjoni skont l-Artikolu 19(7) iqajjem kwistjoni ta' sustanza, l-abbozz ta' deċiżjoni għandu jiġi preżentat lill-Kunsill.”

( 21 ) Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kif stabbiliti fl-Artikolu 114 tat-TFUE u għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill eżistenti dwaru (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 109, u ĠU L 5, 9.1.1999, p. 71).

( 22 ) Ara d-dikjarazzjoni j) ta’ hawn taħt:

j) Fir-rigward tal-Artikolu 21:

“Rapporti mill-gruppi ta' ħidma u kwalunkwe dokument ieħor użat bħala l-bażi għad-diskussjonijiet tal-Coreper għandhom jiġu mibgħuta lid-delegazzjonijiet minn qabel sabiex ikollhom ħin biżżejjed ►C2  għall-eżami ◄ tagħhom.”

( 23 ) Ara d-dikjarazzjoni k) ta’ hawn taħt:

k) Fir-rigward tal-Artikolu 22:

“Is-Servizz Legali tal-Kunsill ġie mogħti wkoll istruzzjonijiet sabiex jipprovdi assistenza lill- Istati Membri responabbli għal inizjattiva fis-sens tal-Artikolu 76, punt b), tat-TFUE bil-għan, inter alia, tal-kontroll tal-kwalità tal-abbozzar ta' tali inizjattivi jekk dik l-assistenza tkun mitluba mill-Istat Membru kkonċernat.”

Ara d-dikjarazzjoni l) ta’ hawn taħt:

►C2

 

l) Fir-rigward tal-Artikolu 22:

“Il-membri tal-Kunsill għandhom jikkumentaw dwar proposti għal kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi fi żmien tletin jum ta’ xogħol miċ-ċirkolazzjoni ta' tali proposti mis-Segretarjat Ġenerali. Il-membri tal-Kunsill għandhom jiżguraw li dawk id-dispożizzjonijiet ta' proposta għall-formulazzjoni mill-ġdid ta' testi leġislattivi li jkunu ttieħdu mill-att preċedenti mingħajr emenda sostantiva jkunu eżaminati skont il-prinċipji stabbiliti għall-eżami ta' proposti ta' kodifikazzjoni.”

 ◄

( 24 ) ĠU C 73, 17.3.1999, p. 1.

( 25 ) Il-paragrafi 1 u 2, l-ewwel subparagrafu, jirriproduċu l-Artikolu 240(2) tat-TFUE.

( 26 Din il-formazzjoni hija istitwita mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16(6) tat-TUE.

( 27 Din il-formazzjoni hija istitwita mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 16(6) tat-TUE.

( 28 ) Inkluż il-baġit.

( 29 ) Inkluża l-protezzjoni ċivili.

( 30 ) Inkluż it-turiżmu.

( 31 ) Inklużi affarijiet awdjoviżivi.

( 32 ) Ara d-dikjarazzjoni m) ta' hawn taħt:

m) Fir-rigward tal-Anness I, it-tieni paragrafu:

“Il-Presidenza se torganizza l-aġendi tal-Kunsill billi tiġbor flimkien punti ta' aġenda relatati, sabiex tiffaċilita l-attendenza mir-rappreżentanti nazzjonali rilevanti, b'mod partikolari fejn konfigurazzjoni partikolari tal-Kunsill tkun se tittratta ma' settijiet ta' suġġetti li jiddistingwu ruħhom b'mod ċar.”

( 33 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 34 ) Ara d-dikjarazzjoni n) ta' hawn taħt:

n) Fir-rigward tal-Anness IV, il-paragrafu 1(h):

“Il-Kunsill jikkonferma li l-prattika preżenti li permezz tagħha t-testi li jservu bħala bażi għad-deliberazzjonijiet tagħha huma mfassla fil-lingwi kollha ser tkompli tapplika.”

( 35 ) Ara d-dikjarazzjoni o) ta’ hawn taħt:

o) Fir-rigward tal-Anness VI, il-paragrafu A.4 (a) (ii):

“Il-Kunsill jixtieq ifakkar li, fil-każijiet previsti fit-Trattati fejn att mhuwiex applikabbli għal jew fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-applikazzjoni territorjali tiegħu fir-raġunijiet mogħtija għal u fil-kontenut tal-att konċernat.”

Top