This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009A0630(01)-20211101
Agreement between the European Union and Antigua and Barbuda on the short-stay visa waiver
Consolidated text: Ftehim bejn il-Unjoni Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir
Ftehim bejn il-Unjoni Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/478/2021-11-01
02009A0630(01) — MT — 01.11.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
FTEHIM bejn il- ►M1 Unjoni ◄ Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 169 30.6.2009, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 18 |
4 |
21.1.2019 |
FTEHIM
bejn il- ►M1 Unjoni ◄ Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir
IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità” u
L-ANTIGWA U BARBUDA minn hawn ‘il quddiem konġuntement imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”;
BIL-ĦSIEB li jiġu żviluppati ulterjormant relazzjonijiet ta’ ħbiberija bejn il-partijiet Kontraenti u bix-xewqa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul u soġġorn għal perjodu qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom,
WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viżi fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa ( 1 ), inter alia billi jittrasferixxi sitt pajjiżi terzi, inkluż l-Antigwa u Barbuda fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża għal soġġorni qosra fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE),
FILWAQT LI HUMA KONXJI li l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1932/2006 jistipula li għal dawn is-sitt pajjiżi, l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mill-Komunità Ewropea mal-pajjiżi in kwistjoni,
FILWAQT LI JAGĦRFU li ċ-ċittadini ta’ bosta Stati Membri huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża meta jivvjaġġaw lejn l-Antigwa u Barbuda għal perjodu ta’ mhux aktar minn 6 xhur, filwaqt li dawk ta’ Stati Membri oħra jeħtieġu l-viża,
FILWAQT LI JIXTIEQU li jitħares il-prinċipju ta’ trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE,
WARA LI JIKKUNSIDRAW li l-persuni li jivvjaġġaw bi skop ta’ attività bi ħlas matul is-soġġorn qasir tagħhom mhumiex koperti b’dan il-ftehim u għalhekk għal din il-kategorija r-regoli relevanti tal-Komunità u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali tal-Antigwa u Barbuda dwar l-obbligu jew l-eżenzjoni tal-viża u dwar l-aċċess għal impjieg jibqgħu japplikaw,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għan
Dan il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tal-Antigwa u Barbuda jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta’ ►M1 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum ◄ .
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
“L-Istati Membri” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda;
“ċittadin tal-Unjoni Ewropea” għandha tfisser ċittadin ta’ Stat Membru kif deskritt fil-punt (a);
“ċittadin tal-Antigwa u Barbuda” għandha tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza tal-Antigwa u Barbuda;
“iż-żona ta’ Schengen” għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li jinkludu t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta’ Schengen fl-intier tiegħu.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Iċ-ċittadini tal-Antigwa u Barbuda li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku jew tas-servizz/uffiċjali, li hu validu u maħruġ mill-Antigwa u Barbuda, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ soġġorn kif definit fl-Artikolu 4 (2).
Għal din il-kategorija ta’ persuni, kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi b’mod individwali li jimponi l-ħtieġa tal-viża fuq iċ-ċittadini tal-Antigwa u Barbuda jew li jirtirha skont l-Artikolu 4 (3) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001.
Għal din il-kategorija ta’ persuni, l-Antigwa u Barbuda tista’ tiddeċiedi dwar il-ħtieġa tal-viża jew l-eżenzjoni tal-viża għaċ-ċittadini ta’ kull Stat Membru b’mod individwali skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
Artikolu 4
Tul tas-soġġorn
Iċ-ċittadini ta' Antigua u Barbuda jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, irrispettivament mill-perijodu tas-soġġorn kkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.
Artikolu 5
Applikazzjoni territorjali
Artikolu 6
Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim
Il-Kumitat għandu jkollu, inter alia, dawn il-kompiti:
jossorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;
jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;
isolvi disputi naxxenti mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 7
Relazzjoni bejn dan il-Ftehim u ftehimiet bilaterali eżistenti għall-eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u l-Antigwa u Barbuda
Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u l-Antigwa u Barbuda, safejn id-dispożizzjonijiet tagħhom ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet finali
Magħmul fi Brussell, duplikatament, fit-28 ta’ Mejju 2009 fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana u Ungeriża, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Антигуа и Барбуда
Por Antigua y Barbuda
Za Antiguu a Barbudu
For Antigua and Barbuda
Für Antigua und Barbuda
Antigua ja Barbuda nimel
Για την Αντίγκουα και Μπαρμπούντα
For Antigua and Barbuda
Pour Antigua-et-Barbuda
Per Antigua e Barbuda
Antigvas un Barbudas vārdā
Antigvos ir Barbudos vardu
Antigua és Barbuda részéről
Għal Antigwa u Barbuda
Voor Antigua en Barbuda
W imieniu Antigui i Barbudy
Por Antígua e Barbuda
Pentru Antigua și Barbuda
Za Antiguu a Barbudu
Za Antigvo in Barbudo
Antigua ja Barbudan puolesta
För Antigua och Barbuda
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD L-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN
Il-Partijiet Kontraenti jinnotaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta’ Mejju 1999 u tas-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.
F’ċirkostanzi bħal dawn hu mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa, u l-awtoritajiet tal-Antigwa u Barbuda, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, bla dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir f’termini simili bħal dan il-Ftehim.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA’ PERSUNI LI JIVVJAĠĠAW GĦAL SKOP TA’ ATTIVITÀ BI ĦLAS SKONT L-ARTIKOLU 3(2) TA’ DAN IL-FTEHIM
Filwaqt li jixtiequ li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għal dan il-għan, il-kategorija ta’ persuni li jkunu se jagħmlu attività bi ħlas tkopri l-persuni li jidħlu bi skop li jkollhom impjieg bi qliegħ/attività b’remunerazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bħala ħaddiem jew fornitur ta’ xi servizz.
Din il-kategorija ma għandiex tkopri:
L-implimentazzjoni ta’ din id-Dikjarazzjoni għandha tkun issorveljata mill-Kumitat Konġunt li għandu r-responsabbiltà skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-ftehim, li fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti jista’ jipproponi modifiki meta jikkunsidra li dan ikun neċessarju.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPREATZZJONI TAL-PERJODU TA’ TLIET XHUR MATUL PERJODU TA’ SITT XHUR WARA D-DATA TAL-EWWEL DĦUL KIF STABBILIT FL-ARTIKOLU 4 TA’ DAN IL-FTEHIM
Il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li l-perjodu massimu ta’ tliet xhur matul perjodu ta’ sitt xhur wara d-data tal-ewwel dħul fit-territorju tal-Antigwa u Barbuda jew fiż-żona ta’ Schengen kif prevista mill-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim ifisser jew żjara kontinwa jew bosta żjarat konsekuttivi, li t-tul ta’ żmien tagħhom ma jistax jeċċedi tliet xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ sitt xhur b’kollox.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INFORMAZZJONI TAĊ-ĊITTADINI DWAR IL-FTEHIM TAL-EŻENZJONI TAL-VIŻA
Filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-Antigwa u Barbuda, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw id-disseminazzjoni totali ta’ informazzjoni dwar il-kontenut u tal-konsegwenzi tal-eżenzjoni tal-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fil-pajjiż.
( 1 ) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23.