This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008R1295-20120720
Commission Regulation (EC) No 1295/2008 of 18 December 2008 on the importation of hops from third countries (Codified version)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 ta’ 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi (Verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 ta’ 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi (Verżjoni kodifikata)
2008R1295 — MT — 20.07.2012 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1295/2008 ta’ 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi (ĠU L 340, 19.12.2008, p.45) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 267/2009 tal-1 ta’ April 2009 |
L 90 |
3 |
2.4.2009 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 117/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 |
L 38 |
33 |
11.2.2012 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 631/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 |
L 182 |
27 |
13.7.2012 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1295/2008
ta’ 18 ta’ Diċembru 2008
dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottobru 2007 li jistabilixxi l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikoli 192(2) u 195(2) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi li mhumiex membri ( 2 ) u ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-ekwivalenza maċ-ċertifikati ta’ attestazzjoni tal-Komunità li jakkumpanjaw il-ħops impurtat minn pajjiżi li mhumiex membri ( 3 ) ġew emendati kemm-il darba ( 4 ) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Regolamenti għandhom jiġu kkodifikati billi jinġabru f'kitba waħdanija. |
(2) |
L-Artikolu 158(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi biex il-ħops u l-prodotti tal-ħops minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiġu impurtati biss jekk l-istandards tal-kwalità tagħhom huma ta’ mill-inqas ekwivalenti għall-dawk i adottati għall-ħops u l-prodotti tal-ħops maħsuda fil-Komunità jew id-derivattivi tagħhom. Il-paragarafu 2 ta’ dan l-Artikolu jipprovdi b’dana kollu, li dawn il-prodotti jitqiesu li laħqu l-istandards imsemmija hawn fuq jekk ikollhom magħhom ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-oriġini u meqjus bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat meħtieġ għall-bejgħ tal-ħops u l-prodotti tal-ħops li ġejjin mill-Komunità. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1850/2006 tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-attestazzjoni tal-ħops u l-prodotti tal-ħops ( 5 ) jistabbilixxi ħtiġiet ta’ bejgħ stretti ħafna għall-prodotti tal-ħops, u taħlitiet b’mod partikulari. Bħalissa m’hemm l-ebda metodu effettiv ta’ kif ikunu ikkontrollati fuq il-fruntieri li dawn il-ħtiġiet jintlaħqu. L-unika sostituzzjoni possibbli biex dak il-kontroll iseħħ hija ħidma min-naħa tal-pajjiżi esportaturi biex ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ bejgħ tal-Komunità għal dawn il-prodotti. Huwa għalhekk meħtieġ li dawk il-prodotti jkollhom magħhom ċertifikat kif speċifikat fl-Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 12342/2007. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati r-regoli Komunitarji dwar ċertifikazzjoni ta’ ħops, l-Istati Membri għandhom jwettqu spezzjonijiet biex jivverifikaw jekk ħops humiex konformi malħtiġiet minimi għat-tqegħid fis-suq stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1850/2006. |
(5) |
Ċerti pajjiżi terzi aċċettaw li jkunu konformi mal-ħtiġiet preskritti għall-marketing tal-ħops u l-prodotti tal-ħops u awtorizzaw ċerti aġenziji biex joħorġu ċertifikati ta’ l-ekwivalenza. Dawn iċ-ċertifikati għandhom għalhekk ikunu meqjusa bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati tal-Komunità u l-prodotti koperti minnhom mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa. |
(6) |
Hija r-responsabbilità ta’ l-organizazzjoni interessata f’dawk il-pajjiżi li mhumiex membri li żżomm l-informażżjoni li tinsab fl-Anness I aġġornata u li żżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni billi tikkomunika lill-Kummisssjoni l-informazzjoni meħtieġa. |
(7) |
Sabiex il-kontroll mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkun aktar faċli, jeħtieġ li tkun preskritta l-forma u, fejn hemm bżonn, il-kontenut taċ–ċertifikat u r-regoli għall-użu tiegħu. |
(8) |
Sabiex ikunu meqjusa l-prattiċi tal-kummerċ, l-awtoritajiet kompetenti trid tingħatalhom is-setgħa, jekk xi kunsinna tinqasam, biex ikun ippreparaw taħt il-ħarsien tagħhom silta miċ-ċertifikat għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mill-qsim. |
(9) |
B’paragun mas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-Komunità, ċerti prodotti jridu jkunu eżentati minħabba l-użu tagħhom mit-turija taċ-ċertifikati maħsuba għalihom f’dan ir-Regolament. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dħul ħieles fiċ-ċirkolazzjoni tal-Komunità tal-prodotti mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiddependi milli jingħataw provi li l-ħtiġiet speċifikati fl-Artikolu 158(1) ta’ dak ir-Regolament ikunu ntlaħqu.
2. Il-prova msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tingħata bil-produzzjoni taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ċertifikat ta’ ekwivalenza”.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “kunsinna” tfisser ammont ta’ prodott li jkollu l-istess karatteristiċi u jkun mibgħut mill-istess konsenjatur fl-istess żmien lill-istess xerrej.
Artikolu 3
Iċ-ċertifikati li jakkumpanjaw il-ħops u l-prodotti tal-ħops impurtati minn pajjiżi li m’humiex membri maħruġa minn aġenzija uffiċjali awtorizzata mil-pajjiż ta’ l-oriġini u li tidher fl-Anness għandha titqies bħala ċertifikat ta’ ekwivalenza.
L-Anness I għandu jiġi rivedut fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni kkomunikata mill-pajjiżi li mhumiex membri kkonċernati.
Artikolu 4
1. Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza għandu jkun imħejji għal kull kunsinna u għandu jikkonsisti minn oriġinal u żewġ kopji li jridu jsiru fuq il-formola li taqbel mal-mudell muri fl-Anness I t’hawnhekk skond l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness IV t’hawnhekk.
2. Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jkun validu biss jekk jimtela fil-ħin u jkun awtentikat minn waħda mill-awtoritajiet disposti fl-Anness I.
3. Iċ-ċertifikat li jkun awtentikat fil-ħin huwa wieħed li juri d-data u l-post tal-ħruġ u li jkun ġie ffirmat u għandu t-timbru ta’ l-awtorità li ħarġitu.
Artikolu 5
1. Kull unità tal-ippakkjar koperta minn ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jrid ikollha fuqha dawn id-dettalji li ġejjin b’waħda mil-lingwi uffiċċjali tal-Komunità:
(a) id-deskrizzjoni tal-prodott;
(b) il-varjetà jew il-varjetajiet;
(ċ) il-pajjiż ta’ l-oriġni,;
(d) il-marki u n-numri li jidhru fis-sezzjoni 9 taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt minnu.
2. Id-dettalji previsti fl-ewwel paragrafu jridu jidhru b’mod li jinqara, b’tipi li ma jitħassrux ta’ daqs egwali fuq in-naħa ta’ barra tal-pakkett.
Artikolu 6
1. F’każ li kunsinna koperta miċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza hi maqsuma u mibgħuta mill-ġdid qabel ma ssir iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tagħha, parti miċ-ċertifikat irid jissawwar għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mil-qsim.
Iċ-ċertifikat għandu jkun mibdul bin-numru meħtieġ ta’ estratti miċ-ċertifikat.
Kull estratt għandu jissawwar mill-parti konċernata f’oriġinal wieħed u żewġ kopji fuq formola li taqbel mal-mudell mogħti fl-Anness III ta’ dan u skond id-disposizzjonijiet disposti fl-Anness IV.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jiffirmaw kif meħtieġ l-oriġinal u ż-żewġ kopji taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, u jerġgħu jiffirmaw l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt.
Huma għandhom iżommu l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ ekwivalenza, jibagħtu ż-żewġ kopji lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006 u jibgħat lura l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt lill-persuna kkonċernata.
Artikolu 7
Meta jintemmu l-formalitajiet doganali meħtieġa għad-dħul f’ċirkolazzjoni fil-Komunità tal-prodott li għalih iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, l-estratt l-oriġinal u żewġ kopji jridu jingħataw lill-awtoritajiet doganali li jerġgħu jiffirmawhom, u jżommu l-oriġinal. L-awtoritajiet doganali jridu jgħaddu kopja waħda lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006, tal-Istat Membru li fih il-prodott ikun jista jidħol f’ċirkolazzjoni ħielsa. It-tieni kopja trid tasal lura għand l-importatur, li jrid iżommha għall-inqas għal tliet snin.
Artikolu 8
Jekk il-kunsinna terġa tinbiegħ jew tinqasam wara li tkun tpoġġiet fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, il-prodott irid ikun akkumpanjat b’fattura jew b’dokumenti kummerċjali oħra miġbuda mill-venditur, li jagħtu in-numru ta’ riferenza ta’ l-attestazzjoni ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt, flimkien ma’ l-isem ta’ l-awtorità li ħarġithom.
L-informazzjoni li ġejja, li tidher, skond il-każ, fiċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt, għandhom jidhru wkoll fid-dokoument kummerċjali jew il-kont:
(a) għall-ħops:
(i) id-deskrizzjoni tal-prodott,
(ii) il-piż gross,
(iii) il-post tal-produzzjoni,
(iv) is-sena ta’ ħsad,
(v) il-varjetà,
(vi) il-pajjiż ta’ l-oriġni,
(vii) il-marki u n-numri ta’ l-identifikazzjoni mogħtija fis-sezzjoni 9 taċ-ċertifikat;
(b) għall-prodotti magħmula mill-ħops, flimkien mad-dettalji msemmija taħt punt (a): il-post u d-data ta’ l-ipproċessar;
Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom regolarment iwettqu spezzjonijiet saltwarjament sabiex jivverifikaw jekk ħops li huma importati skond l-Artikolu 158 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 humiex konformi mal-ħtiġiet minimi ta’ tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006.
2. Huma għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni, kull sena sat-30 ta’ Ġunju, dwar il-frekwenza, it-tip u r-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet li jkunu saru matul is-sena qabel dik id-data. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru ta’ l-inqas 5 % tan-numru ta’ konsenji ta’ ħops li huma mistennija li jkunu importati minn pajjiż terz fl-Istat Membru in kwistjoni matul din is-sena.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jsibu li l-kampjuni eżaminati ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi tat-tpoġġija fis-suq imsemmija fil-paragrafu 1, il-konsennji korrispondenti ma jistgħux jiġu mpoġġija fuq is-suq tal-Komunità.
4. Jekk xi Stat Membru jiskopri li l-karatteristiċi ta’ xi prodott m’humiex konformi mad-dettalji mniżżla fl-attestazzjoni ta’ ekwivalenza li tkun mal-prodott għandu javża lill-Kummissjoni dwar dan.
Skond il-proċedura msemmija fl- Artikolu 195(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1234/2007, tista’ tittieħed deċiżjoni biex tiġi rtirata l-aġenzija li tkun ħarget l-attestazzjoni ta’ ekwivalenza għal dawn il-prodotti mil-lista disposta fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Bħala deroga minn dan ir-Regolament, la t-turija ta’ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) lanqas il-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, m’huma meħtieġa għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ħops u l-prodotti tal-ħops segwenti meta l-piż għal kull pakkett individwali ma jeċċedix il-1 kilogramm fil-każ tal-koni tal-ħops u t-trab tal-ħops u 300 gramm fil-każ ta’ l-estratti tal-ħops:
(a) pakketti żgħar għall-bejgħ lill-individwi privati għall-użu personali tagħhom;
(b) għal esperimenti xjentifiċi u tekniċi;
(ċ) għall-fieri koperti mill-ftehim doganali speċjali għall-fieri.
Id-deskrizzjoni, l-piż u l-użu aħħari tal-prodott irid jidher fuq il-pakkett.
Artikolu 11
Ir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 u (KEE) Nru 3077/78 huma mħassarin.
Referenzi għar-Regolamenti li ġew imħassara għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
AĠENZIJI AWTORIZZATI BIEX JOĦORĠU L-ATTESTAZZJONIJIET GĦAL
Koni tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: ex12 10
Trab tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: ex12 10
Linef u estratti tal-ħops bil-kodiċi tan-NM: 1302 13 00
Pajjiż tal-oriġini |
Aġenziji awtorizzati |
Indirizz |
Kodiċi |
Telefown |
Feks |
Indirizz elettroniku (fakultattiv) |
(AR) L-Arġentina |
Coordinación Regional Temática de Protección Vegetal (CRTPV). Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (SENASA) Centro Regional Patagonia Norte |
Calle 9 de Julio 933.General Roca, Provincia de Río Negro,Cod 8334 |
(54-298) |
44 28 594 44 32 190 |
44 28 594 44 32 190 |
groca@senasa.gov.ar cpaulovich@senasa.gov.ar jesparza@senasa.gov.ar |
Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (SENASA) |
Av. Pasco Colon 367Ciudad Aut. de Buenos Aires,C1063ACD |
(54-11) |
41 21 50 00 |
41 21 50 00 |
webmaster@senasa.gob.ar cdei@senasa.gob.ar |
|
(AU) L-Awstralja |
Quarantine Tasmania Quarantine Centre |
163-169 Main Road,Moonah, 7009Tasmania,Australia |
(61-3) |
62 33 33 52 |
62 34 67 85 |
|
(CA) Il-Kanada |
Plant Protection Division, Animal and Plant Health Directorate, Food Production and Inspection Branch, Agriculture and Agri-food Canada |
Floor 2, West Wing 59,Camelot DriveNapean, Ontario,K1A OY9 |
(1-613) |
952 80 00 |
991 56 12 |
|
(CH) L-Isvizzera |
Labor Veritas |
Engimattstrasse 11Postfach 353CH-8027 Zürich |
(41-44) |
283 29 30 |
201 42 49 |
admin@laborveritas.ch |
(CN) Iċ-Ċina |
Tianjin Airport Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
No. 33 Youyi Road,Hexi DistrictTianjin 300201 |
(86-22) |
28 13 40 78 |
28 13 40 78 |
ciqtj2002@163.com |
Tianjin Economic and Technical Development Zone Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
No. 8, Zhaofaxincun2nd Avenue, TEDATianjin 300457 |
(86-22) |
662 98-343 |
662 98-245 |
zhujw@tjciq.gov.cn |
|
Inner Mongolia Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
No. 12 Erdos Street,Saihan District, Huhhot CityInner Mongolia 010020 |
(86-471) |
434-1943 |
434-2163 |
zhaoxb@nmciq.gov.cn |
|
Xinjiang Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
No. 116 North Nanhu RoadUrumqi CityXinjiang 830063 |
(86-991) |
464-0057 |
464-0050 |
xjciq_jw@xjciq.gov.cn |
|
(NZ) In-New Zealand |
Ministry of Agriculture and Forestry |
P.O. Box 2526Wellington 6140 |
(64-4) |
894-0100 |
894 0720 |
|
(HR) Il-Kroazja |
Križevci College of Agriculture |
Milislava Demerca 1,HR-48260 Križevci |
(385-48) |
279 198 |
682 790 |
ssrecec@vguk.hr |
(RS) Is-Serbja |
Institut za ratarstvo i povrtarstvo/ Institute of Field and Vegetable Crops |
21000 Novi SadMaksima Gorkog 30. |
(381-21) |
780 365 Linja ċentrali: 4898 100 |
780 198 |
institut@ifvcns.ns.ac.rs |
(UA) l-Ukraina |
Productional-Technical Centre (PTZ) Ukrhmel |
Hlebnaja 27262028 Zhitomir |
(380) |
37 21 11 |
36 73 31 |
|
(US) L-Istati Uniti |
Washington Department of Agriculture State Chemical and Hop Lab |
21 N. 1st Ave. Suite 106Yakima, WA 98902 |
(1-509) |
225 76 26 |
454 76 99 |
|
Idaho Department of Agriculture Division of Plant Industries Hop Inspection Lab |
2270 Old Penitentiary RoadP.O. Box 790Boise, ID 83701 |
(1-208) |
332 86 20 |
334 22 83 |
||
Oregon Department of Agriculture Commodity Inspection Division |
635 Capital Street NESalem, OR 97310-2532 |
(1-503) |
986 46 20 |
986 47 37 |
||
California Department of Food and Agriculture (CDFA-CAC) Division of Inspection Services Analytical Chemistry Laboratory |
3292 Meadowview RoadSacramento, CA 95832 |
(1-916) |
445 00 29 jew 262 14 34 |
262 15 72 |
||
USDA, GIPSA, FGIS |
1100 NW Naito ParkwayPortland, OR 97209-2818 |
(1-503) |
326 78 87 |
326 78 96 |
||
USDA, GIPSA, TSD, Tech Service Division, Technical Testing Laboratory |
10383 Nth Ambassador DriveKansas City, MO 64153-1394 |
(1-816) |
891 04 01 |
891 04 78 |
||
(ZA) L-Afrika t’Isfel |
CSIR Food Science and Technology |
PO Box 3950001 Pretoria |
(27-12) |
841 31 72 |
841 35 94 |
|
(ZW) Iż-Żimbabwe |
Standards Association of Zimbabwe (SAZ) |
Northend Close,Northridge ParkBorrowdale,P.O. Box 2259 Harare |
(263-4) |
88 20 17, 88 20 21, 88 55 11 |
88 20 20 |
info@saz.org.zw saz.org.zw |
ANNESS II
FORMULA TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ EKWIVALENZA
ANNESS III
FORMULA TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ EKWIVALENZA
ANNESS IV
REGOLI LI JIRREGOLAW IL-FORMOLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 u 6
I. IL-KARTA
Il-karta li trid tintuża’ hi karta bajda li tiżen mill-inqas 40 g/m2.
II. DAQS
Id-daqs huwa ta’ 210 × 297mm.
III. LINGWI
A. Iċ-ċertifikat tal-ekwivalenza għandu jkun stampat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; dan jista’ jkun stampata ukoll bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tal-ħruġ.
B. L-estratt miċ-ċertifikat tal-ekwivalenza għandu jkun stampat f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità nnominata mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istat Membru li joħroġhom.
IV. MILI TAL-FORMOLI
A. Il-formoli għandhom jimtlew bit-typing jew bl-idejn; fil-każ tal-aħħar, iridu jimtlew bil-linka b’mod li jinqara u bl-ittri ċari kbar.
B. Kull formola hi individwalizzata b’numru mogħti mill-awtorità li toħroġhom, dan in-numru jkun l-istess għall-oriġinal u ż-żewġ kopji tiegħu.
Ċ. Fil-każ taċ-ċertifikat ta’ ekwivalenza u partijiet minnu:
1. is-sezzjoni 5 ma tridx timtela għall-prodotti tal-ħops magħmula mit-taħlitiet ta’ ħops;
2. is-sezzjonijiet 7 u 8 għandhom jimtlew għall-prodotti kollha magħmula mill-ħops;
3. id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a) “ħops mhux ippreparat”: jiġifieri ħops li għadda biss minn tnixxif u ppakkjar preliminari,
(b) “ħops ippreparat”: jiġifieri ħops li għadda minn tnixxif u ppakkjar finali,
(ċ) “trab tal-ħops” (li għandu jinkludi gerbubi tal-ħops u trab tal-ħops imqawwi),
(d) “estratt tal-ħops isomerizzat”: jiġifieri estratt li fih l-aċidi alpha jkunu ġew isomerizzati kważi totalment,
(e) “estratti tal-ħops”: jiġifieri estratti l-oħrajn apparti milli l-estratt isomerizzat tal-ħops,
(f) “prodotti tal-ħops imħallta”: jiġifieri taħlita tal-prodotti msemmija taħt (ċ), (d) u (e) hawn fuq, esklużi l-ħops;
4. id-deskrizzjoni “ħops mhux preparat” jew “ħops ippreparat” għandhom ikun segwit bil-kliem “mingħajr żerriegħa” jekk il-kontenut taż-żerriegħa huwa inqas minn 2 % tal-piż tal-ħops, u bil-kelma “biż-żerriegħa” fil-każi l-oħrajn;
5. fil-każi meta l-prodotti magħmula mill-ħops huma miksuba minn ħops ta’ varjetajiet differenti u/jew postijiet differenti ta’ produzzjoni, dawn il-varjetajiet u/jew il-postijiet ta’ produzzjoni differenti għandhom jissemmew fis-sezzjoni 9, flimkien mal-persentaġġ bil-piż ta’ kull varjeta minn kull żona tal-produzzjoni li tikkontribwixxi għat-taħlita.
ANNESS V
Regolamenti mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħhom
Ir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 tal-Kummissjoni (ĠU L 367, 28.12.1978, p. 17) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 1465/79 tal-Kummissjoni (ĠU L 177, 14.7.1979, p. 35) |
l-Artikolu 2 biss u li tikkonċerna r-referenzi magħmula fl-Artikolu 3 fir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 |
Ir-Regolament (KEE) Nru 4060/88 tal-Kummissjoni (ĠU L 356, 24.12.1988, p. 42) |
l-Artikolu 1 biss |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2264/91 tal-Kummissjoni (ĠU L 208, 30.7.1991, p. 20) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2940/92 tal-Kummissjoni (ĠU L 294, 10.10.1992, p. 8) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 717/93 tal-Kummissjoni (ĠU L 74, 27.3.1993, p. 45) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2918/93 tal-Kummissjoni (ĠU L 264, 23.10.1993, p. 37) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3077/78 tal-Kummissjoni (ĠU L 367, 28.12.1978, p. 28) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 673/79 tal-Kummissjoni (ĠU L 85, 5.4.1979, p. 25) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 1105/79 tal-Kummissjoni (ĠU L 138, 6.6.1979, p. 9) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 1466/79 tal Kummissjoni (ĠU L 177, 14.7.1979, p. 37) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3042/79 tal-Kummissjoni (ĠU L 343, 31.12.1979, p. 5) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3093/81 tal-Kummissjoni (ĠU L 310, 30.10.1981, p. 17) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 541/85 tal-Kummissjoni (ĠU L 62, 1.3.1985, p. 57) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3261/85 tal-Kummissjoni (ĠU L 311, 22.11.1985, p. 20) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3589/85 tal-Kummissjoni (ĠU L 343, 20.12.1985, p. 19) |
l-Artikolu 1(2) biss |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1835/87 tal-Kummissjoni (ĠU L 174, 1.7.1987, p. 14) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3975/88 tal-Kummissjoni (ĠU L 351, 21.12.1988, p. 23) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 4060/88 tal-Kummissjoni (ĠU L 356, 24.12.1988, p. 42) |
l-Artikolu 2 biss |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2835/90 tal-Kummissjoni (ĠU L 268, 29.9.1990, p. 88) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2238/91 tal-Kummissjoni (ĠU L 204, 27.7.1991, p. 13) |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2915/93 tal-Kummissjoni (ĠU L 264, 23.10.1993, p. 29) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 812/94 tal-Kummissjoni (ĠU L 94, 13.4.1994, p. 4) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1757/94 tal-Kummissjoni (ĠU L 183, 19.7.1994, p. 11) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 201/95 tal-Kummissjoni (ĠU L 24, 1.2.1995, p. 121) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 972/95 tal-Kummissjoni (ĠU L 97, 29.4.1995, p. 62) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2132/95 tal-Kummissjoni (ĠU L 214, 8.9.1995, p. 7) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 539/98 tal-Kummissjoni (ĠU L 70, 10.3.1998, p. 3) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 81/2005 tal-Kummissjoni (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 52) |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 495/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 6) |
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 3076/78 |
Regolament (KEE) Nru 3077/78 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(1) u (2) |
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 1, l-ewwel frażi |
Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 1, it-tieni frażi |
Artikolu 3, it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 3(1), frażi tal-bidu |
Artikolu 5(1), frażi tal-bidu |
|
Artikolu 3(1), l-ewwel sar-raba' inċiż |
Artikolu 5(1)(a) sa (d) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 4 |
— |
|
Artikolu 5(1), l-ewwel frażi |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 5(1), it-tieni frażi |
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 5(1), it-tielet frażi |
Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 5(2), l-ewwel frażi |
Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 5(2), it-tieni frażi |
Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi u punt 1 |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu |
|
Artikolu 7, punt 1(a), kliem introduttorju |
Artikolu 8, it-tieni paragrafu punt (a), kliem introduttorju |
|
Artikolu 7, punt 1(a), l-ewwel inċiż |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(i) |
|
Artikolu 7, punt 1(a), it-tieni inċiż |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(ii) |
|
Artikolu 7, punt 1(a), it-tielet inċiż |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(iii) |
|
Artikolu 7, punt 1(a), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(iv) |
|
Artikolu 7, punt 1(a), il-ħames inċiż |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) |
|
Artikolu 7, punt 1(a), is-sitt inċiż |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(vi) |
|
Artikolu 7, punt 1(a), is-seba’ inċiż |
Artikolu 8, it-tieni subparagarfu, punt (a)(vii) |
|
Artikolu 7, punt 1(b) |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (b) |
|
Artikolu 7, punt (2) |
— |
|
Artikolu 7a, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi |
Artikolu 9(1) |
|
Artikolu 7a, l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet frażi |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 7a, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(3) |
|
Artikolu 7a, it-tielet subparagrafu. l-ewwel frażi |
Artikolu 9(4), l-ewwel subpargrafu |
|
Artiokolu 7a, it-tielet subparagrafu, it-tieni frażi |
Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
— |
|
— |
— |
Artikolu 11 |
— |
— |
Artikolu 12 |
Anness |
Anness I |
|
Anness I |
Anness II |
|
Anness II |
Anness III |
|
Anness III |
— |
|
Anness IV |
Anness IV |
|
— |
— |
Anness V |
— |
— |
Anness VI |
( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 2 ) ĠU L 367, 28.12.1978, p. 17.
( 3 ) ĠU L 367, 28.12.1978, p. 28.
( 4 ) Ara l-Anness V.
( 5 ) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 72.