Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R1126-20140101

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat- 3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1126/2014-01-01

2008R1126 — MT — 01.01.2014 — 012.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1126/2008

tat-3 ta' Novembru 2008

li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 320, 29.11.2008, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1260/2008 ta' l-10 ta' Diċembru 2008

  L 338

10

17.12.2008

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1261/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 338

17

17.12.2008

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1262/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 338

21

17.12.2008

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1263/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008

  L 338

25

17.12.2008

►M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1274/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008

  L 339

3

18.12.2008

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 53/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009

  L 17

23

22.1.2009

►M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 69/2009 tat-23 ta' Jannar 2009

  L 21

10

24.1.2009

►M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 70/2009 tat-23 ta' Jannar 2009

  L 21

16

24.1.2009

►M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 254/2009 tal-25 Marzu 2009

  L 80

5

26.3.2009

►M10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 460/2009 tal-4 ta’ Ġunju 2009

  L 139

6

5.6.2009

►M11

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2009 tat-3 ta’ Ġunju 2009

  L 149

6

12.6.2009

►M12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 495/2009 tat-3 ta’ Ġunju 2009

  L 149

22

12.6.2009

►M13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 636/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009

  L 191

5

23.7.2009

►M14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 824/2009 tad-9 ta’ Settembru 2009

  L 239

48

10.9.2009

►M15

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 839/2009 tal-15 ta’ Settembru 2009

  L 244

6

16.9.2009

►M16

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1136/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009

  L 311

6

26.11.2009

►M17

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1142/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009

  L 312

8

27.11.2009

►M18

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1164/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009

  L 314

15

1.12.2009

►M19

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1165/2009 tas-27 ta' Novembru 2009

  L 314

21

1.12.2009

►M20

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1171/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 314

43

1.12.2009

►M21

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1293/2009 tat-23 ta' Diċembru 2009

  L 347

23

24.12.2009

►M22

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 243/2010 tat-23 ta' Marzu 2010

  L 77

33

24.3.2010

►M23

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 244/2010 tat-23 ta' Marzu 2010

  L 77

42

24.3.2010

►M24

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 550/2010 tat-23 ta’ Ġunju 2010

  L 157

3

24.6.2010

►M25

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 574/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010

  L 166

6

1.7.2010

►M26

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 632/2010 tad-19 ta’ Lulju 2010

  L 186

1

20.7.2010

►M27

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 633/2010 tad-19 ta’ Lulju 2010

  L 186

10

20.7.2010

►M28

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 662/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010

  L 193

1

24.7.2010

►M29

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 149/2011 tat-18 ta’ Frar 2011

  L 46

1

19.2.2011

►M30

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1205/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011

  L 305

16

23.11.2011

►M31

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 475/2012 tal-5 ta’ Ġunju 2012

  L 146

1

6.6.2012

►M32

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1254/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012

  L 360

1

29.12.2012

►M33

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012

  L 360

78

29.12.2012

►M34

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1256/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012

  L 360

145

29.12.2012

►M35

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 183/2013 tal-4 ta’ Marzu 2013

  L 61

6

5.3.2013

►M36

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2013 tas-27 ta’ Marzu 2013

  L 90

78

28.3.2013

►M37

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 313/2013 tal-4 ta’ April 2013

  L 95

9

5.4.2013

►M38

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1174/2013 tal-20 ta’ Novembru 2013

  L 312

1

21.11.2013

►M39

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1374/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2013

  L 346

38

20.12.2013

►M40

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1375/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2013

  L 346

42

20.12.2013




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1126/2008

tat-3 ta' Novembru 2008

li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jeħtieġ li għal kull sena finanzjarja li tibda fi, jew wara l-ewwel ta' Jannar 2005, kumpanniji nnegozjati pubblikament regolati bil-liġi ta' Stat Membru għandhom taħt ċerti kondizzjonijiet jħejju l-kontijiet konsolidati tagħhom b'konformità ma' l-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif definit fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), ġew adottati ċerti ►M5  IFRSs ◄ internazzjonali tal-kontabilità li kienu fis-seħħ fl-14 ta' Settembru 2002. Il-Kummissjoni, wara li kkunsidrat il-parir mogħti mill-Grupp ta' Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (EFRAG), emendat dak ir-Regolament sabiex tinkludi l-istandards kollha ppreżentati mill-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) kif ukoll l-interpretazzjonijiet kollha ppreżentati mill-Kumitat ta' l-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) u li ġew adottati bi sħiħ sal-15 ta' Ottubru 2008, minbarra l-IAS 39 (relatat mar-rikonoxximent u l-kejl ta' strumenti finanzjarji), li minnhom tħallew barra partijiet limitati.

(3)

L-istandards internazzjonali differenti ġew adottati permezz ta' għadd ta' regolamenti ta' emenda. Dan jikkaġuna inċertezza legali u diffikultà fl-applikazzjoni korretta ta' standards internazzjonali tal-kontabilità fil-Komunità. Sabiex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kontabilità, huwa xieraq, għall-finijiet ta' ċarezza u trasparenza, li jiġu inkorporati f'test wieħed l-istandards li jinsabu bħalissa fir-regolament (KE) Nru 1725/2003 u l-atti li jemendawh.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-istandards internazzjonali tal-kontabilità, kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għandhom jiġu adottati kif deskritt f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 b'dan huwa revokat.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS 1

Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (rivedut fl-2007)

IAS 2

L-inventarji

IAS 7

Rapport tal-Flussi ta’ Flus

IAS 8

Politiki ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

IAS 10

Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar

IAS 11

Kuntratti ta' Kostruzzjoni

IAS 12

Taxxi fuq id-Dħul

IAS 16

Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

IAS 17

Kuntratti ta' Kiri

IAS 18

Dħul

IAS 19

Benefiċċji ta' l-Impjegati

IAS 20

Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika

IAS 21

L-effetti ta' Bidliet fir-Rati tal-Kambju

IAS 23

Kosti tas-Self (rivedut fl-2007)

IAS 24

IAS 24 Żvelar fuq Partijiet Relatati

IAS 26

Kontabilità u Rappurtar minn Pjani ta' Benefiċċji għall-Irtirar

IAS 27

Rapporti Finanzjarji Separati

IAS 28

Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti

IAS 29

Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

IAS 32

Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

IAS 33

Qligħ Sehem b'Sehem

IAS 34

Rappurtaġġ Finanzjaju Interim

IAS 36

Indeboliment ta' Assi

IAS 37

Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

IAS 38

Assi Intanġibbli

IAS 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl minbarra għal ċerti provvedimenti relatati ma' kontabilità għall-“hedging”

IAS 40

Proprjetà għall-Investiment

IAS 41

Agrikoltura

IFRS 1

Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ standards internazzjonali ta’ rappurtar finanzjarju

IFRS 2

Pagament ibbażat fuq l-Ishma

IFRS 3

Kombinamenti ta’ Negozji

IFRS 4

Kuntratti ta' l-Assigurazzjoni

IFRS 5

Assi Mhux KurrentiMmiżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx

IFRS 6

L-Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom

IFRS 7

Strumenti Finanzjarji: Żvelar

IFRS 8

Segmenti ta' l-Operat

IFRS 10

Rapporti Finanzjarji Konsolidati

IFRS 11

Arranġamenti Konġunti

IFRS 12

Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

IFRS 13

Kejl tal-valur ġust

IFRIC 1

Bidliet f'Obbligazzjonijiet Eżistenti ta' Dekumissjonament, Restawr u Obbligazzjonijiet Simili

IFRIC 2

Ishma ta' Membri f'Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili

IFRIC 4

Kif Tiddetermina jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera

IFRIC 5

Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonament, Restawr u Rijabilitazzjoni Ambjentali

IFRIC 6

Obbligazzjonijiet li jinħolqu mill-Parteċipazzjoni f'Suq Speċifiku — Skart ta' Tagħmir Elettroniku u Elettriku

IFRIC 7

Kif Tapplika l-Metodu tad-Dikjarazzjoni b'mod Ġdid taħt l-IAS 29 Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

IFRIC 9

Evalwazzjoni mill-Ġdid ta' Derivati Mdeffsa

IFRIC 10

Rappurtaġġ Finanzjarju Interim u Indeboliment

IFRIC 12

IFRIC Interpretazzjoni 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz

IFRIC 13

L-Interpretazzjoni IFRIC 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti

IFRIC 14

L-Interpretazzjoni ta' l-IFRIC 14 IAS 19 – Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, ir-Rekwiżiti ta’ Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni tagħhom

IFRIC 15

L-Interpretazzjoni 15 Ftehim għall-Kostruzzjoni ta' Proprjetà Immobbli

IFRIC 16

Interpretazzjoni IFRIC 16 Hedges fuq Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija

IFRIC 17

L-Interpretazzjoni IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien

IFRIC 18

Interpretazzjoni tal-IFRIC 18 Trasferimenti ta’ Assi mingħand il-Klijenti

IFRIC 19

L-interpretazzjoni 19 tal-IFRIC Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji

IFRIC 20

Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tal-Wiċċ

SIC-7

Introduzzjoni ta' l-Euro

SIC-10

Assistenza tal-Gvern — Ebda Relazzjoni Speċifika ma' Attivitajiet ta' Operat

SIC-15

Kiri Operattiv — Inċentivi

SIC-25

Taxxi fuq id-Dħul — Tibdil fl-Istat tat-Taxxa ta' Entità jew ta' l-Azzjonisti Tagħha

SIC-27

Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Transazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Kuntratt ta' Kiri

SIC-29

Żvelar — Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz

SIC-31

Dħul — Tranżazzjonijiet ta' Tpartit li Jinvolvu Servizzi ta' Riklamar

SIC-32

Assi Intanġibbli — Spejjeż tas-Siti fuq l-Internet

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

▼M5




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 1

Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

GĦAN

1 Dan l-Istandard jiddefinixxi l-bażi għall-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali, biex jassigura l-komparabilità kemm mar-rapporti finanzjarji ta’ perjodi preċedenti ta’ l-entità kif ukoll ma’ rapporti finanzjarji ta’ entitajiet oħra. Jiddefinixxi r-rekwiżiti ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji, linji gwida għall-istruttura tagħhom u r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tagħhom.

AMBITU

2 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali b'konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs).

3 IFRSs oħrajn jiddefinixxu r-rekwiżiti ta’ rikonoxximent, kejl u żvelar għal tranżazzjonijiet speċifiċi u avvenimenti oħrajn.

▼M32

4 Dan l-Istandard ma japplikax għall-istruttura u l-kontenut ta’ rapporti finanzjarji interim kondensati li jiġu ppreparati skont l-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim. Madankollu, il-paragrafi 15–35 japplikaw għal tali rapporti finanzjarji. Dan l-Istandard japplika b'mod ugwali għall-entitajiet kollha, inklużi dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji konsolidati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u dawk li jippreżentaw rapporti finanzjarji separati skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati.

▼M5

5 Dan l-Istandard juża terminoloġija li hi xierqa għal entitajiet li għandhom l-għan li jagħmlu l-profitt, inklużi entitajiet kummerċjali fis-settur pubbliku. Jekk entitajiet b’attivitajiet mhux għal profitt fis-settur privat jew fis-settur pubbliku jużaw dan l-Istandard, jista’ jkollhom jemendaw id-deskrizzjonijiet użati għal entrati f’linja partikolari fir-rapporti finanzjarji jew għar-rapporti finanzjarji nfushom.

6 B’mod simili, entitajiet li m’għandhomx ekwità kif definit fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (eż. xi fondi ta’ benefiċċju komuni) u entitajiet li l-kapital azzjonarju tagħhom mhuwiex ekwità (eż. xi entitajiet koperattivi) jista’ jkollhom jadattaw il-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-interessi tal-membri jew ta’ detenturi ta’ unitajiet.

DEFINIZZJONIJIET

7 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Rapporti finanzjarji għal skopijiet ġenerali (imsejħa “rapporti finanzjarji”) huma dawk li huma intenzjonati li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' utenti li mhumiex f'pożizzjoni li jeżiġu li entità tipprepara rapporti mfassla għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni partikulari tagħhom.

Imprattikabbli: L-applikazzjoni ta' rekwiżit hi imprattikabbli meta entità ma tkunx tista' tapplikah wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex tagħmel hekk.

Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs) huma Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a) Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju;

(b) Standards Internazzjonali tal-Kontabilità; u

(c) Interpretazzjonijiet żviluppati mill-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) jew dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).

Materjali: Omissjonijiet jew dikjarazzjonijiet żbaljati ta’ xi entrati huma materjali jekk huma jistgħu, individwalment jew kollettivament, jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji. Il-materjalità tiddependi mid-daqs u n-natura tal-omissjoni jew tad-dikjarazzjoni żbaljata kif meqjusa fiċ-ċirkustanzi li huma marbuta magħhom. Id-daqs jew in-natura tal-entrata, jew it-tnejn li huma flimkien, jistgħu jkunu l-fattur determinanti.

L-evalwazzjoni ta’ jekk omissjoni jew dikjarazzjoni żbaljata tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti, u għalhekk tkunx materjali, teħtieġ li jiġu kkonsidrati l-karatteristiċi ta’ dawk l-utenti. Il-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji jgħid fil-paragrafu 25 li “l-utenti huma preżunti li għandhom għarfien raġonevoli tal-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u tal-kontabilità u rieda li jistudjaw it-tagħrif b'diliġenza raġonevoli.” Għalhekk, l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra kif l-utenti b’dawn il-karatteristiċi jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jiġu influwenzati fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi.

►M31  In-noti jkun fihom informazzjoni barra dik ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, fir-rapport(i) tal-profitt jew it-telf (ir-rapport tal-introjtu) u l-introjtu komprensiv ieħor ◄ fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità u fir-rapport tal-flussi ta’ flus. In-noti jipprovdu deskrizzjonijiet narrativi jew diżaggregazzjonijiet ta’ entrati ppreżentati f’dawk ir-rapporti u informazzjoni dwar entrati li ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent f’dawk ir-rapporti.

Introjtu komprensiv ieħor huwa magħmul minn elementi ta' introjtu jew spiża (fosthom l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni) li mhumiex rikonoxxuti fi profitt jew telf kif meħtieġ jew permess minn IFRSs oħra.

Il-komponenti ta' introjtu komprensiv ieħor jinkludu:

(a) bidliet fis-surplus tar-rivalwazzjoni (ara IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u IAS 38 Assi Intanġibbli)

(b) kejl mill-ġdid tal-pjanijiet ta' benefiċċju definit (ara IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

▼M5

(c) qligħ jew telf li jirriżulta mal-qlib tar-rapporti finanzjarji ta' operazzjoni barranija (ara l-IAS 21 L-Effetti ta' Tibdil Fir-Rati tal-Kambju);

(d) qligħ u telf fuq il-kejl mill-ġdid ta' assi finanzjarji li huma lesti għall-bejgħ (ara l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl);

(e) il-porzjon effettiv ta' qligħ u telf fuq strumenti ta' hedging f'hedge għall-flussi ta’ flus (ara l-IAS 39).

Sidien huma detenturi ta' strumenti kklassifikati bħala ekwità.

Profitt jew telf hu t-total tad-dħul wara li jitnaqqsu l-ispejjeż, esklużi l-komponenti ta' dħul ieħor komplessiv.

Aġġustamenti tar-Riklassifikazzjoni huma ammonti riklassifikati bħala profitt jew telf fil-perjodu kurrenti li kienu rikonoxxuti bħala dħul ieħor komplessiv fil-perjodu kurrenti jew dawk ta' qabel.

Dħul totali komplessiv hu t-tibdil fil-ekwità matul perjodu li jirriżulta minn tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn, minbarra dak it-tibdil li jirriżulta minn tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien.

Id-dħul totali komplessiv jiġbor fih il-komponenti kollha ta' “profitt jew telf” u ta' “dħul ieħor komplessiv”.

8 Għalkemm dan l-Istandard juża t-termini “dħul ieħor komplessiv”, “profitt jew telf” u “dħul totali komplessiv”, entità tista' tuża termini oħrajn biex tiddeskrivi t-totali sakemm it-tifsira tkun ċara. Pereżempju, entità tista' tuża t-terminu “dħul nett” biex tiddeskrivi profitt jew telf.

▼M6

8A It-termini li ġejjin huma deskritti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u jintużaw f’din l-Istandard bit-tifsira speċifikata fl-IAS 32:

(a) strument finanzjarji puttable kklassifikat bħala strument azzjonarju (deskritt fil-paragrafi 16A u 16B tal-IAS 32)

(b) strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju (deskritt fil-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32)

▼M5

RAPPORTI FINANZJARJI

Għan tar-rapporti finanzjarji

9 Ir-rapporti finanzjarji huma rappreżentazzjoni strutturata tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati finanzjarji ta’ entità. L-għan tar-rapporti finanzjarji hu biex tingħata informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta' flus ta’ entità li tkun utli għal firxa wiesgħa ta’ utenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi tagħhom. Ir-rapporti finanzjarji juru wkoll ir-riżultati tal-amministrazzjoni tar-riżorsi li tħallew f’idejn il-maniġment. Biex jintlaħaq dan il-għan, ir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni dwar dawn l-elementi tal-entità:

(a) l-assi;

(b) l-obbligazzjonijiet;

(c) l-ekwità;

(d) id-dħul u l-ispejjeż, inklużi l-qligħ u t-telf;

(e) il-kontribuzzjonijiet mis-sidien, u d-distribuzzjonijiet lilhom, fil-kapaċità tagħhom bħala sidien; u

(f) il-flussi ta' flus.

Din l-informazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni oħra fin-noti, tgħin lil dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji biex jagħmlu previżjoni tal-flussi futuri tal-flus għall-entità, u b’mod partikolari, taż-żmien u ċ-ċertezza li dawn iseħħu.

Sett komplet ta' rapporti finanzjarji

▼M36

10   Sett komplet ta’ rapporti finanzjarji jkun fih:

(a)   rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fit-tmiem tal-perjodu;

(b)   rapport tal-profitt u t-telf (rapport tal-introjtu) u introjtu komprensiv ieħor għall-perjodu;

(c)   rapport tat-tibdil fl-ekwità għall-perjodu;

(d)   rapport tal-flussi ta’ flus għall-perjodu;

(e)   noti, li fihom sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni;

(ea)   informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu preċedenti kif speċifikat fil-paragrafi 38 u 38A; kif ukoll

(f)   rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti li fih entità tapplika xi politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv, jew tirrapporta mill-ġdid xi entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha b’mod retrospettiv, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha f’konformità mal-paragrafi 40A-40D.

Entità tista' tuża titli għar-rapporti differenti minn dawk li jintużaw f'dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista' tuża t-titlu “rapport tad-dħul komprensiv” minflok “rapport tal-profitt u t-telf u introjtu komprensiv ieħor”.

▼M31

10A Entità tista' tippreżenta rapport tal-profitt jew it-telf singolu u l-introjtu komprensiv ieħor, bil-profitt jew it-telf u introjtu komprensiv ieħor ippreżentati f'żewġ taqsimiet. It-taqsimiet għandhom jiġu ppreżentati flimkien, bit-taqsima tal-profitt jew it-telf ippreżentata l-ewwel, segwita direttament mit-taqsima tal-introjtu komprensiv ieħor. Entità tista' tippreżenta t-taqsima tal-profitt jew it-telf f'rapport tal-introjtu separat. F'dak il-każ, ir-rapport tal-profitt jew it-telf separat għandu jippreċedi immedjatament ir-rapport li jippreżenta l-introjtu komprensiv, li għandu jibda mill-profitt jew it-telf.

▼M5

11 Entità għandha tippreżenta bi prominenza ugwali r-rapporti finanzjarji kollha f’sett komplet ta' rapporti finanzjarji.

▼M31 —————

▼M5

13 Diversi entitajiet jippreżentaw, barra r-rapporti finanzjarji, analiżi finanzjarja mill-maniġment li tiddeskrivi u tispjega l-fatturi ewlenin tar-riżultati finanzjarji u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u tal-inċertezzi ewlenin li tkun qed tiffaċċja. Rapport bħal dan jista’ jinkludi analiżi ta’:

(a) il-fatturi prinċipali u l-influwenzi li jiddeterminaw ir-riżultati finanzjarji, inkluż it-tibdil fl-ambjent li fih topera l-entità, ir-reazzjoni tal-entità għal dak it-tibdil u għall-effetti tiegħu, u l-politika ta’ l-entità dwar l-investiment biex iżżomm u ssaħħaħ il-prestazzjoni finanzjarja, inkluża l-politika tagħha dwar id-dividendi;

(b) is-sorsi tal-entità għall-finanzjament u l-proporzjon li qed timmira għalih tal-obbligazzjonijiet fil-konfront tal-ekwità; u

(c) ir-riżorsi tal-entità mhux rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ b'konformità mal-IFRSs.

14 Ħafna entitajiet jippreżentaw ukoll, barra r-rapporti finanzjarji, rapporti u rendikonti bħal rapporti ambjentali u rapporti dwar il-valur miżjud, partikularment f’industriji fejn il-fatturi ambjentali huma sinifikanti jew fejn l-impjegati huma meqjusa bħala grupp ta’ utenti importanti. Rapporti u rendikonti ppreżentati barra r-rapporti finanzjarji huma barra l-ambitu tal-IFRSs.

Karatteristiċi ġenerali

Preżentazzjoni ġusta u konformità mal-IFRSs

15 Ir-rapporti finanzjarji għandhom jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta’ flus tal-entità. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ rappreżentazzjoni leali tal-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra skond id-definizzjonijiet u l-kriterji tar-rikonoxximent għall-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-ispejjeż imniżżla fil-Qafas. Hu mistenni li l-applikazzjoni tal-IFRSs, b'informazzjoni addizzjonali żvelata fejn meħtieġ, għandha tirriżulta f’rapporti finanzjarji li jagħtu preżentazzjoni ġusta.

16 Entità li r-rapporti finanzjarji tagħha huma konformi mal-IFRSs għandha tagħmel dikjarazzjoni espliċita u mingħajr riżervi dwar din il-konformità fin-noti. Entità m'għandhiex tiddeskrivi r-rapporti finanzjarji bħala li huma konformi mal-IFRSs sakemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti kollha ta’ l-IFRSs.

17 Fi kważi ċ-ċirkustanzi kollha, entità tikseb preżentazzjoni ġusta meta tkun konformi mal-IFRSs applikabbli. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ ukoll li entità:

(a) tagħżel u tapplika politika tal-kontabilità b'konformità mal-IAS 8 Politika dwar il-Kontabilità, Tibdil fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji. L-IAS 8 jippreżenta ġerarkija ta’ gwida awtoritattiva għall-maniġment biex jikkunsidraha fl-assenza ta’ IFRS li speċifikament japplika għal xi entrata.

(b) tippreżenta informazzjoni, inkluża l-politika tal-kontabilità, b’mod li tingħata informazzjoni rilevanti, affidabbli, komparabbli u li tinftiehem sew.

(c) tiżvela informazzjoni addizzjonali fejn il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta l-IFRSs mhijiex biżżejjed biex tippermetti lill-utenti li jifhmu l-impatt ta tranżazzjonijiet partikolari, jew ta avvenimenti u kundizzjonijiet oħrajn, fuq il-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati finanzjarji ta’ l-entità.

18 Entità ma tistax tirrettifika politika tal-kontabilità mhux xierqa billi tiżvela l-politika tal-kontabilità użata jew permezz ta’ noti jew materjal ta’ spjegazzjoni.

19 Fiċ-ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma’ rekwiżit ta’ IFRS tista’ tkun tant ta’ diżgwid li tmur kontra l-għan tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas, l-entità għandha tidderoga minn tali rekwiżit bil-mod kif stipulat fil-paragrafu 20 jekk il-qafas regolatorju rilevanti jitlob, jew jekk b'xi mod ieħor ma jipprojbixxix, tali deroga.

20 Meta entità ma tissodisfax rekwiżit ta' IFRS skond il-paragrafu 19, għandha tiżvela:

(a) li l-maniġment ikkonkluda li r-rapporti finanzjarji jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarj u l-flussi tal-flus tal-entità;

(b) li l-entità kienet konformi mal-IFRSs applikabbli, ħlief li dderogat minn rekwiżit partikolari biex tagħti preżentazzjoni ġusta;

(c) it-titlu tal-IFRS li minnu l-entità tkun idderogat, in-natura tad-deroga, inkluż it-trattament li l-IFRS ikun jeħtieġ, ir-raġuni għaliex it-trattament jista’ jkun tant ta’ diżgwid fiċ-ċirkustanzi li jkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas, u t-trattament adottat; u

(d) għal kull perjodu ppreżentat, l-effett finanzjarju ta’ dik id-deroga fuq kull entrata fir-rapporti finanzjarji li kieku kienet tiġi rrapportata b’mod konformi mar-rekwiżit.

21 Meta entità tkun idderogat minn rekwiżit ta’ IFRS f'perjodu preċedenti, u dik id-deroga taffettwa l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu kurrenti, għandha tiżvela l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 20(c) u (d).

22 Il-paragrafu 21 japplika, pereżempju, meta entità tkun idderogat f’xi perjodu preċedenti minn rekwiżit ta’ IFRS għall-kejl tal-assi jew l-obbligazzjonijiet u dik id-deroga tkun taffettwa l-kejl tat-tibdil fl-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu kurrenti.

23 F'ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma’ rekwiżit ta’ IFRS tista’ tkun tant ta’ diżgwid li tmur kontra l-għan tar-rapporti finanzjarji kif imniżżel fil-Qafas, iżda l-qafas regolatorju rilevanti ma jippermettix deroga mir-rekwiżit, l-entità għandha, sal-massimu possibbli, tnaqqas l-aspetti tal-konformità li huma meqjusa ta’ diżgwid billi tiżvela:

(a) it-titlu tal-IFRS rilevanti, in-natura tar-rekwiżit, u r-raġuni għaliex il-maniġment ikkonkluda li l-konformità ma’ dak ir-rekwiżit tista’ tkun tant ta’ diżgwid fiċ-ċirkustanzi li tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif stipulati fil-Qafas; u

(b) għal kull perjodu ppreżentat, l-aġġustamenti f’kull entrata fir-rapporti finanzjarji li l-maniġment ikkonkluda li huma meħtieġa biex tinkiseb preżentazzjoni ġusta.

24 Għall-iskop tal-paragrafi 19-23, entrata ta’ informazzjoni tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji meta din ma tirrappreżentax lealment it-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra li tgħid li tirrappreżenta, jew li jkun raġonevolment mistenni li tirrappreżenta, u konsegwentement, x'aktarx li tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi meħuda minn dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji. Meta jevalwa jekk il-konformità ma’ rekwiżit speċifiku ta’ IFRS tistax tkun tant ta’ diżgwid li tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas, il-maniġment għandu jikkunsidra:

(a) għaliex l-objettiv tar-rapporti finanzjarji ma jinkisibx fiċ-ċirkustanzi partikolari; u

(b) kif iċ-ċirkustanzi tal-entità huma differenti minn dawk ta’ entitajiet oħrajn li jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit. Jekk entitajiet oħrajn f’ċirkustanzi simili jikkonformaw ma’ dak ir-rekwiżit, ikun hemm preżunzjoni konfutabbli li l-konformità tal-entità ma’ dak ir-rekwiżit ma tkunx tant ta’ diżgwid li tkun konfliġġenti mal-għan tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas.

Negozju avvjat

25 Meta jħejji r-rapporti finanzjarji, il-maniġment għandu jevalwa l-kapaċità ta’ entità li tkompli bħala negozju avvjat. Entità għandha tipprepara rapporti finanzjarji fuq bażi ta' negozju avvjat ħlief jekk il-maniġment jew għandu l-intenzjoni li jillikwida l-entità jew li jwaqqaf in-negozju, jew m'għandu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel hekk. Fejn il-maniġment ikun konxju, meta jkun qed jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu, ta' inċertezzi materjali marbuta ma' avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubji sinifikanti fuq il-ħila tal-entità li tkompli bħala negozju avvjat, l-entità għandha tiżvela dawk l-inċertezzi. Meta entità ma tippreparax ir-rapporti finanzjarji fuq bażi ta' negozju avvjat, għandha tiżvela dak il-fatt, flimkien mal-bażi li fuqha ppreparat ir-rapporti finanzjarji u r-raġuni għaliex l-entità ma tkunx meqjusa bħala negozju avvjat.

26 Fl-evalwazzjoni ta’ jekk is-suppożizzjoni ta’ negozju avvjat hix xierqa, il-maniġment jikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-futur, li jkun tal-inqas, iżda mhux limitat għal, tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. Il-livell ta' konsiderazzjoni jiddependi fuq il-fatti f'kull każ. Meta entità jkollha storja ta’ operazzjonijiet li jkunu ħallew profitt u aċċess immedjat għal riżorsi finanzjarji, l-entità tista' tasal għal konklużjoni li l-kontabilità fuq il-bażi ta’ negozju avvjat hi adattata, mingħajr ma tidħol f’analiżi dettaljata. F’każijiet oħra, il-maniġment jista’ jkollu jikkunsidra medda wiesgħa ta' fatturi marbuta mal-profitabilità kurrenti u mistennija, l-iskedi ta’ ħlas lura ta’ djun u sorsi potenzjali ta’ sostituzzjoni tal-finanzjament qabel ma jkun jista’ jikkonvinċi ruħu li l-bażi tan-negozju avvjat hi xierqa.

Kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti

27 Entità għandha tħejji r-rapporti finanzjarji tagħha, ħlief għall-informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus, billi tuża kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti.

28 Meta tintuża l-kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti, entità tirrikonoxxi l-entrati bħala assi, obbligazzjonijiet, ekwità, dħul u spejjeż (l-elementi tar-rapporti finanzjarji) meta dawn jissodisfaw id-definizzjonijiet u l-kriterji tar-rikonoxximent għal dawk l-elementi li hemm fil-Qafas.

Materjalità u aggregazzjoni

29 Entità għandha tippreżenta separatament kull klassi materjali ta' entrati simili. Entità għandha tippreżenta separatament entrati ta' natura jew funzjoni mhux simili, ħlief jekk huma immaterjali.

30 Ir-rapporti finanzjarji jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ numru kbir ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra li jinġabru fi klassijiet skond in-natura jew il-funzjoni tagħhom. Il-fażi finali fil-proċess ta' aggregazzjoni u klassifikazzjoni hi l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fil-qosor u kklassifikata, li tifforma l-entrati linja b’linja fir-rapporti finanzjarji. Jekk entrata f’linja waħda ma tkunx individwalment materjali, din tkun aggregata ma’ entrati oħra jew f'dawk ir-rapporti jew fin-noti. Oġġett li mhuwiex materjali biżżejjed biex jiġġustifika preżentazzjoni separata f'dawk ir-rapporti jista' jiġġustifika preżentazzjoni separata fin-noti.

31 Entità m'għandhiex għalfejn tiżvela informazzjoni speċifika meħtieġa minn IFRS jekk din ma tkunx materjali.

Tpaċija

32 Entità m'għandhiex tpaċi assi u obbligazzjonijiet jew dħul u spejjeż, ħlief jekk meħtieġ jew permess minn IFRS.

33 Entità tirrapporta separatament sew assi u obbligazzjonijiet, kemm dħul u spejjeż. Meta ssir tpaċija fir-rapport tad-dħul komplessiv jew f’dak tal-pożizzjoni finanzjarja, jew fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), ħlief meta t-tpaċija tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor, din ittellef mill-kapaċità ta’ l-utenti kemm biex jifhmu t-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn li seħħew, kif ukoll biex jevalwaw il-flussi futuri tal-flus ta’ l-entità. Meta l-kejl tal-assi jsir nett minn provvedimenti ta’ valutazzjoni — pereżempju, provvedimenti għall-ħruġ mill-użu ta’ inventarji u provvedimenti għal ammonti dubbjużi ta’ djun riċevibbli – dan mhux meqjus bħala tpaċija.

34 L-IAS 18 Dħul jiddefinixxi d-dħul u jirrikjedi li entità tkejlu fil-valur ġust tal-korrispettiv riċevut jew riċevibbli, wara li tqis l-ammont ta’ kwalunkwe skonti kummerċjali jew roħs fuq il-kwantità permessi mill-entità. Matul il-kors tal-attivitajiet normali tagħha, entità tagħmel tranżazzjonijiet oħrajn li ma jiġġenerawx dħul iżda huma inċidentali għall-attivitajiet prinċipali ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul. Entità tippreżenta r-riżultati ta’ tranżazzjonijiet bħal dawn, meta din il-preżentazzjoni tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor, billi tnaqqas mid-dħul dawk l-ispejjeż marbuta mal-istess tranżazzjoni. Pereżempju:

(a) entità tippreżenta l-qligħ jew telf fuq id-disponiment ta’ assi mhux kurrenti, inklużi investimenti u assi operattivi, billi tnaqqas mir-rikavat tad-disponiment l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u l-ispejjeż relatati mal-bejgħ; u

(b) entità tista' tnaqqas l-ispejjeż marbuta ma’ provvediment li hu rikonoxxut taħt l-IAS 37 Provedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti u mħallas lura skond arranġament kuntrattwali ma’ terzi (pereżempju, ftehim ta’ garanzija ma’ fornitur), billi taqtgħu kontra l-ħlas lura relatat.

35 Barra minn dan, entità tippreżenta fuq bażi netta l-qligħ u t-telf li joriġina minn grupp ta’ tranżazzjonijiet simili, pereżempju, qligħ u telf mill-kambju jew qligħ u telf minn strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju. Madankollu, entità tippreżenta dan il-qligħ u telf separatament jekk ikun materjali.

Frekwenza tar-rappurtar

36 Entità għandha tippreżenta sett komplet ta' rapporti finanzjarji (inkluża informazzjoni komparattiva) mill-inqas darba f'sena. Meta entità tibdel it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar u tippreżenta rapporti finanzjarji għal perjodu itwal jew iqsar minn sena, l-entità għandha, barra li tiżvela l-perjodu kopert mir-rapporti finanzjarji, tiżvela wkoll:

(a) ir-raġuni għaliex intuża perjodu itwal jew iqsar; u

(b) il-fatt li l-ammonti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji mhumiex komparabbli għal kollox.

37 Normalment, entità tipprepara rapporti finanzjarji konsistentement għal perjodu ta' sena. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, xi entitajiet jippreferu jirrappurtaw, pereżempju, għal perjodu ta’ 52 gimgħa. Dan l-Istandard ma jipprekludix din il-prattika.

Informazzjoni komparattiva

▼M36

Informazzjoni komparattiva minima

38   Ħlief meta l-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu mod ieħor, entità għandha tippreżenta informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu ta' qabel għall-ammonti kollha rrappurtati fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu attwali. Entità għandha tinkludi informazzjoni komparattiva għall-informazzjoni narrattiva u deskrittiva meta din tkun rilevanti għall-fehim tar-rapporti finanzjarji tal-perjodu attwali.

▼M36

38A   Entità għandha tippreżenta, bħala minimu, żewġ rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tal-profitt jew telf u introjtu kumplessiv ieħor, żewġ rapporti separati tal-profitt jew it-telf (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi tal-flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità u noti relatati.

38B F’ċerti każijiet, l-informazzjoni narrattiva pprovduta fir-rapporti finanzjarji għall-perjodu/i preċedenti tibqa’ rilevanti fil-perjodu attwali. Pereżempju, entità tiddivulga fil-perjodu attwali d-dettalji ta' tilwima ġuridika, li r-riżultat tagħha kien inċert fi tmiem il-perjodu preċedenti u li għadha trid tiġi riżolta. L-utenti jistgħu jibbenefikaw mid-divulgazzjoni ta' informazzjoni li l-inċertezza kienet teżisti fi tmiem il-perjodu preċedenti u mid-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu matul dak il-perjodu biex tiġi riżolta dik l-inċertezza.

Informazzjoni komparattiva addizzjonali

38C Entità tista’ tippreżenta informazzjoni komparattiva minbarra r-rapporti finanzjarji komparattivi minimi meħtieġa mill-IFRSs, sakemm dik l-informazzjoni tkun imħejjija skont l-IFRSs. Din l-informazzjoni komparattiva tista’ tikkonsisti f’tip wieħed jew aktar ta’ rapporti msemmija fil-paragrafu 10, iżda ma għandhiex għalfejn tinkludi sett komplet ta' rapporti finanzjarji. Meta dan ikun il-każ, l-entità għandha tippreżenta informazzjoni relatata f’nota għal dawk ir-rapporti addizzjonali.

38D Pereżempju, entità tista' tippreżenta t-tielet rapport tal-profitt jew telf u introjtu kumplessiv ieħor (u għaldaqstant tippreżenta l-perjodu attwali, il-perjodu preċedenti u mill-perjodu komparattivi addizzjonali wieħed). Madankollu, l-entità mhix meħtieġa tippreżenta t-tielet rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, it-tielet rapport tal-flussi tal-flus jew it-tielet rapport tal-bidliet fl-ekwità (jiġifieri rapport finanzjarju komparattiv addizzjonali). L-entità hi meħtieġa tippreżenta, fin-noti għar-rapporti finanzjarji, l-informazzjoni komparattiva relatata mar-rapport addizzjonali tal-profitt jew it-telf u introjtu kumplessiv ieħor.

▼M36 —————

▼M36

Bidla fil-politika tal-kontabilità, rapporti mill-ġdid retrospettivi jew riklassifikazzjoni

40A   Entità għandha tippreżenta tielet rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti minbarra r-rapporti finanzjarji komparattivi minimi meħtieġa fil-paragrafu 38A jekk:

(a)  tapplika politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv, tagħmel rapporti mill-ġdid retrospettivi tal-entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha jew tikklassifika mill-ġdid entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha; kif ukoll

(b)  l-applikazzjoni retrospettiva, rapporti mill-ġdid retrospettivi jew ir-riklassifikazzjoni għandha effett materjali fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti.

40B Fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 40A, entità għandha tippreżenta tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja:

(a) fit-tmiem tal-perjodu attwali,

(b) fit-tmiem tal-perjodu preċedenti; kif ukoll

(c) fil-bidu tal-perjodu preċedenti.

40C Meta entità hija meħtieġa tippreżenta rapport addizzjonali tal-pożizzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 40A, trid tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 41-44 u l-IAS 8. Madankollu, ma għandhiex għalfejn tippreżenta n-noti relatati mar-rapport tal-ftuħ tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti.

40D Id-data ta’ dak ir-rapport tal-ftuħ tal-pożizzjoni finanzjarja għandha tkun fil-bidu tal-perjodu preċedenti irrispettivament minn jekk ir-rapporti finanzjarji ta’ entità jippreżentawx informazzjoni komparattiva għal perjodi preċedenti (kif permess fil-paragrafu 38C).

▼M36

41   Jekk entità tibdel il-preżentazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, hi għandha tirriklassifika ammonti komparattivi, sakemm ir-riklassifikazzjoni ma tkunx prattikabbli. Meta entità tirriklassifika ammonti komparattivi, għandha tiddivulga (inkluż fil-bidu tal-perjodu preċedenti):

(a)   in-natura tar-riklassifikazzjoni;

(b)   l-ammont ta’ kull entrata jew klassi ta’ entrati li huma rriklassifikati; kif ukoll

(c)   ir-raġuni għar-riklassifikazzjoni.

▼M5

42 Meta ma jkunx prattikabbli li ssir riklassifikazzjoni ta’ ammonti komparattivi, entità għandha tiżvela:

(a) ir-raġuni għaliex ma għamlitx riklassifikazzjoni tal-ammonti; u

(b) in-natura tal-aġġustamenti li kienu jsiru li kieku l-ammonti ġew irriklassifikati.

43 Il-preżentazzjoni aħjar ta’ informazzjoni komparattiva bejn perjodu u ieħor, tgħin lill-utenti biex jagħmlu deċiżjonijiet ekonomiċi, speċjalment billi tippermettilhom li jevalwaw ix-xejriet fl-informazzjoni finanzjarja għal skopijiet ta’ previżjoni. F’ċerti każijiet, mhux prattikabbli li l-informazzjoni komparattiva tkun irriklassifikata għal perjodu preċedenti partikulari biex tinkiseb komparabilità mal-perjodu kurrenti. Pereżempju, entità tista' ma tkunx ġabret id-data fil-perjodu/i preċedenti b’mod li jippermetti r-riklassifikazzjoni, u jista' ma jkunx prattikabbli li l-informazzjoni terġa’ tinħoloq.

44 L-IAS 8 jiddeskrivi l-aġġustamenti meħtieġa għall-informazzjoni komparattiva meta entità tibdel xi politika tal-kontabilità jew tikkoreġi xi żball.

Konsistenza tal-preżentazzjoni

45 Entità għandha żżomm il-preżentazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji minn perjodu għall-ieħor ħlief jekk:

(a) ikun evidenti, wara bidla sinifikanti fin-natura tal-operat tal-entità jew wara reviżjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha, li preżentazzjoni jew klassifikazzjoni oħra tkun aktar xierqa, fir-rigward tal-kriterji għall-għażla u l-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità fl-IAS 8; jew

(b) hemm IFRS li jeħtieġ bidla fil-preżentazzjoni.

46 Pereżempju, akkwiżizzjoni jew disponiment sinifikanti, jew reviżjoni tal-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji, jistgħu jissuġġerixxu li r-rapporti finanzjarji jeħtieġu li jkunu ppreżentati b’mod differenti. Entità tibdel il-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha biss jekk il-preżentazzjoni l-ġdida tipprovdi informazzjoni affidabbli u li hi aktar rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji, u jekk l-istruttura riveduta aktarx li ser titkompla, biex b'hekk il-komparabilità ma tkunx indebolita. Meta tagħmel tibdil bħal dan fil-preżentazzjoni, entità tirriklassifika l-informazzjoni komparattiva tagħha skond il-paragrafi 41 u 42.

STRUTTURA U KONTENUT

Introduzzjoni

47 Dan l-Istandard jirrikjedi li tkun żvelata informazzjoni partikulari fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew dak tad-dħul komplessiv, fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), jew fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità, u jirrikjedi li entrati oħrajn linja b’linja jkunu żvelati jew f'dawk ir-rapporti jew fin-noti. L-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta' Flus jiddeskrivi r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus.

48 Dan l-Istandard xi kultant juża t-terminu “żvelar” f'sens wiesa’, li jiġbor fih entrati ppreżentati fir-rapporti finanzjarji. L-iżvelar ta’ informazzjoni huwa meħtieġ ukoll minn IFRSs oħrajn. Ħlief jekk speċifikat bil-kontra x'imkien ieħor f'dan l-Istandard jew f'IFRS ieħor, dan l-iżvelar jista’ jsir fir-rapporti finanzjarji.

Identifikazzjoni tar-rapporti finanzjarji

49 Entità għandha tidentifika b'mod ċar ir-rapporti finanzjarji u tiddistingwihom minn informazzjoni oħra fl-istess dokument ippubblikat.

50 L-IFRSs japplikaw biss għar-rapporti finanzjarji, u mhux neċessarjament għal informazzjoni oħra ppreżentata f’rapport annwali, f'sottomissjoni regolatorja, jew f’dokument ieħor. Għalhekk, hu importanti li l-utenti jkunu jistgħu jiddistingwu l-informazzjoni li titħejja bl-użu tal-IFRSs minn informazzjoni oħra li tista’ tkun utli għall-utenti iżda li mhix is-suġġett ta’ dawk ir-rekwiżiti.

51 Entità għandha tidentifika b'mod ċar kull rapport finanzjarju u n-noti. Barra minn hekk, entità għandha turi b'mod prominenti l-informazzjoni mniżżla hawn taħt, u tirrepetiha meta jkun meħtieġ biex l-informazzjoni ppreżentata tkun tiftiehem:

(a) l-isem tal-entità li qed tirrapporta jew mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, u kull bidla f’dik l-informazzjoni mit-tmiem tal-perjodu preċedenti tar-rappurtar;

(b) jekk ir-rapporti finanzjarji humiex ta' entità individwali jew ta' grupp ta' entitajiet;

(c) id-data tat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar jew il-perjodu kopert mis-sett ta' rapporti finanzjarji jew in-noti;

(d) il-munita tal-preżentazzjoni, kif definita fl-IAS 21; u

(e) il-livell ta’ arrotondament użat fil-preżentazzjoni tal-ammonti fir-rapporti finanzjarji.

52 Entità tissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 51 billi tippreżenta intestaturi adattati għall-paġni, rapporti, noti, kolonni u affarijiet simili. Hemm bżonn ta' ġudizzju għaqli biex ikun determinat l-aħjar mod ta’ kif tiġi ppreżentata informazzjoni bħal din. Pereżempju, meta entità tippreżenta r-rapporti finanzjarji elettronikament, mhux dejjem jintużaw paġni separati; entità għalhekk tippreżenta l-entrati hawn fuq imsemmija biex tiżgura li l-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tista’ tinftiehem sew.

53 Entità ta’ spiss tagħmel ir-rapporti finanzjarji jinftiehmu aħjar billi tippreżenta l-informazzjoni f'unitajiet ta’ eluf jew miljuni tal-munita tal-preżentazzjoni. Dan hu aċċettabbli sakemm l-entità tirrapporta l-livell ta' arrotondament u ma tħallix barra informazzjoni materjali.

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

54 Bħala minimu, ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għandu jinkludi entrati linja b’linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:

(a) proprjetà, impjant u tagħmir;

(b) proprjetà ta’ investiment;

(c) assi intanġibbli;

(d) assi finanzjarji (esklużi l-ammonti murija taħt (e), (h) u (i));

(e) investimenti li l-kontabilità tagħhom issir skond il-metodu tal-ekwità;

(f) assi bijoloġiċi;

(g) inventarji;

(h) ammonti riċevibbli tan-negozju u ammonti riċevibbli oħrajn;

(i) flus u ekwivalenti ta’ flus;

(j) it-total ta' assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ u assi inklużi fi gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skond l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx;

(k) ammonti pagabbli tan-negozju u ammonti pagabbli oħrajn:

(l) provedimenti;

(m) obbligazzjonijiet finanzjarji (esklużi l-ammonti murija taħt (k) u (l));

(n) obbligazzjonijiet u assi għat-taxxa kurrenti, kif definiti fl-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul;

(o) obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u assi ta’ taxxa differita, kif definiti fl-IAS 12;

(p) obbligazzjonijiet inklużi fi gruppi ta’ disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skond l-IFRS 5;

(q)  ►M11  interess li ma jagħtix kontroll ◄ , ippreżentat fi ħdan l-ekwità; u

(r) kapital maħruġ u riżervi attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali,

55 Entità għandha tippreżenta entrati addizzjonali, intestaturi u sottototali fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti biex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

56 Meta entità tippreżenta assi kurrenti u mhux kurrenti, u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, m’għandhiex tikklassifika assi/obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita bħala assi/obbligazzjonijiet kurrenti.

57 Dan l-Istandard ma jistipulax l-ordni jew il-format li bihom entità tippreżenta l-entrati. Il-paragrafu 54 sempliċement jelenka entrati li huma differenti biżżejjed fin-natura jew fil-funzjoni li jiġġustifikaw preżentazzjoni separata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Barra minn dan:

(a) entrati huma inklużi f’linja għalihom meta d-daqs, in-natura jew il-funzjoni ta’ entrata jew tal-aggregazzjoni ta’ entrati simili huma tali li preżentazzjoni separata hi rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità; u

(b) id-deskrizzjonijiet użati u l-ordni tal-entrati jew ta’ aggregazzjoni ta’ entrati simili jistgħu jiġu emendati skond in-natura tal-entità u tat-tranżazzjonijiet tagħha, biex jipprovdu informazzjoni li hi rilevanti biex tiftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Pereżempju, istituzzjoni finanzjarja tista' temenda d-deskrizzjonijiet t'hawn fuq biex tipprovdi informazzjoni li hi rilevanti għall-operazzjonijiet ta' istituzzjoni finanzjarja.

58 Entità tiġġudika jekk tippreżentax entrati addizzjonali separatament fuq il-bażi ta' evalwazzjoni ta':

(a) in-natura u l-likwidità tal-assi;

(b) il-funzjoni tal-assi fi ħdan l-entità; u

(c) l-ammonti u n-natura tal-obbligazzjonijiet u ż-żmien li fih iseħħu.

59 L-użu ta’ bażi differenti għall-kejl ta’ klassijiet differenti ta’ assi jissuġġerixxi li n-natura u l-funzjoni tagħhom hi differenti, u għalhekk entità tippreżentahom bħala entrati f’linji separati. Pereżempju, klassijiet differenti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jistgħu jinżammu fil-kotba bil-valur ta’ kemm swew jew f'ammonti rivalutati b'konformità mal-IAS 16.

Distinzjoni bejn kurrenti u mhux kurrenti

60 Entità għandha tippreżenta l-assi kurrenti u mhux kurrenti, u l-obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja b'konformità mal-paragrafi 66-76 ħlief meta preżentazzjoni bbażata fuq il-likwidità tipprovdi informazzjoni affidabbli u iktar rilevanti. Meta tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, entità għandha tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha skond l-ordni tal-likwidità.

61 Irrispettivament mill-metodu ta' preżentazzjoni adottat, entità għandha tiżvela l-ammont mistenni li jkun irkuprat jew saldat wara iktar minn tnax-il xahar għal kull entrata linja b’linja ta’ assi u obbligazzjonijiet li tikkombina l-ammonti mistennija li jkunu rkuprati jew saldati kif ġej:

(a) mhux iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar, u

(b) iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

62 Meta entità tipprovdi prodotti u servizzi f’ċiklu operattiv li hu identifikabbli b’mod ċar, il-klassifikazzjoni separata ta’ assi u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tipprovdi tagħrif utli billi tagħmel distinzjoni bejn l-assi netti li jiċċirkolaw kontinwament bħala kapital li jdur u dawk użati f’operazzjonijiet fit-tul ta’ l-entità. Turi biċ-ċar ukoll liema huma dawk l-assi li huma mistennija li jkunu realizzati matul iċ-ċiklu operattiv kurrenti, u dawk l-obbligazzjonijiet li mistennija li jkunu saldati matul l-istess perjodu.

63 Għal xi entitajiet, bħal istituzzjonijiet finanzjarji, il-preżentazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet f’ordni tiela’ jew nieżla tal-likwidità, tipprovdi informazzjoni li hija affidabbli u iktar rilevanti milli hi l-preżentazzjoni kurrenti/mhux kurrenti minħabba li l-entità ma tkunx tipprovdi prodotti jew servizzi matul ċiklu operattiv li hu identifikabbli b’mod ċar.

64 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 60, entità għandha permess li tippreżenta x'uħud mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha billi tuża klassifikazzjoni kurrenti/mhux kurrenti u oħrajn f’ordni ta’ likwidità, meta dan jipprovdi informazzjoni affidabbli u iktar rilevanti. Il-bżonn ta’ bażi mħallta ta’ preżentazzjoni jista’ jinqala’ meta entità jkollha operazzjonijiet differenti.

65 Informazzjoni dwar id-dati mistennija tar-realizzazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet hi utli fl-evalwazzjoni tal-likwidità u tas-solvenza tal-entità. L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar ta’ Informazzjoni jirrikjedi l-iżvelar tad-dati tal-maturità ta’ assi finanzjarji u ta' obbligazzjonijiet finanzjarji. L-assi finanzjarji jinkludu ammonti riċevibbli tan-negozju u ammonti riċevibbli oħrajn, u l-obbligazzjonijiet finanzjarji jinkludu ammonti pagabbli tan-negozju u ammonti pagabbli oħrajn. Informazzjoni dwar id-data mistennija tal-irkuprar ta' assi mhux monetarji bħal ma huma inventarji, u d-data mistennija tas-saldu ta' obbligazzjonijiet bħal ma huma provedimenti, hi utli wkoll, sew jekk l-assi u l-obbligazzjonijiet ikunu kklassifikati bħala kurrenti kemm bħala mhux kurrenti. Pereżempju, entità tiżvela l-ammont ta’ inventarji li huma mistennija li jkunu rkuprati iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

Assi kurrenti

66 Entità għandha tikklassifika assi bħala kurrenti meta:

(a) tistenna li ser tirrealizza l-assi, jew għandha l-intenzjoni li tbigħu jew tikkonsmah, fiċ-ċiklu normali tal-operat tagħha;

(b) iżżomm l-assi primarjament bl-iskop li tinnegozjah;

(c) tistenna li tirrealizza l-assi fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar; jew

(d) l-assi hu flus kontanti jew assi ekwivalenti għal flus kontanti (kif definit fl-IAS 7), ħlief jekk l-assi jkun ristrett milli jkun skambjat jew użat biex tiġi saldata obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

Entità għandha tikklassifika l-assi l-oħrajn kollha bħala mhux kurrenti.

67 Dan l-Istandard juża t-terminu “mhux kurrenti” biex jinkludi assi tanġibbli, intanġibbli jew finanzjarji li n-natura tagħhom tkun fit-tul. Dan ma jipprojbixxix l-użu ta' deskrizzjonijiet alternattivi sakemm is-sinifikat ikun ċar.

▼M8

68 Iċ-ċiklu tal-operat ta' entità huwa ż-żmien mill-akkwist ta' assi għall-ipproċessar u r-realizzazzjoni tagħhom fi flus jew ekwivalenti ta' flus. Meta ċ-ċiklu normali tal-operat tal-entità ma jistax ikun identifikat sew, jitqies li huwa tnax-il xahar. Assi kurrenti jinkludu assi (bħal inventarji u debituri tan-negozju) li jinbiegħu, ikunu kkonsmati jew realizzati bħala parti miċ-ċiklu normali tal-operat anke jekk mhux mistennija li jkunu realizzati fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport. Assi kurrenti wkoll jinkludi assi li jinżammu l-aktar għal skop ta’ negozju (eżempji jinkludu xi assi finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39) u l-pożizzjoni kurrenti ta’ assi finanzjarji mhux kurrenti.

▼M5

Obbligazzjonijiet kurrenti

▼M22

69   Entità għandha tikklassifika obbligazzjoni bħala kurrenti meta:

(a)   tkun mistennija li ssalda l-obbligazzjoni fiċ-ċiklu operattiv normali tagħha;

(b)   tkun qed iżżomm l-obbligazzjoni primarjament għall-iskop ta’ negozju;

(ċ)   l-obbligazzjoni tkun dovuta li tissalda fi żmien tnax-il xahar wara l-perijodu tar-rapportaġġ; jew

(d)   ma jkollhiex dritt bla kondizzjoni li tipposponi s-saldu tal-obbligazzjoni għal mill-anqas tnax-il xahar wara l-perijodu tar-rapportaġġ (ara l-paragrafu 73). It-termini ta’ obbligazzjoni li jistgħu, fuq l-għażla tal-kontroparti, jirriżultaw fis-saldu tagħha bil-ħruġ ta’ strumenti azzjonarji ma jaffettwawx il-klassifikazzjoni tagħha.

Entità għandha tikklassifika l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha bħala mhux kurrenti.

▼M5

70 Ċerti obbligazzjonijiet kurrenti, bħal kredituri kummerċjali u xi ammonti dovuti għall-kosti tal-impjegati jew kosti operattivi oħra, huma parti mill-kapital li jdur li jintuża fiċ-ċiklu operattiv normali tal-entità. Entità tikklassifika dawn l-entrati operattivi bħala obbligazzjonijiet kurrenti, anki jekk huma dovuti li jiġu saldati iktar minn tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar. L-istess ċiklu operattiv normali japplika għall-klassifikazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità. Meta ċ-ċiklu operattiv normali tal-entità ma jkunx identifikabbli b’mod ċar, is-suppożizzjoni hi li t-tul tiegħu hu ta' tnax-il xahar.

▼M8

71 Obbligazzjonijiet kurrenti oħrajn mhux saldati bħala parti miċ-ċiklu normali tal-operat, iżda huma dovuti għas-saldu fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport jew li jinżammu primarjament għan-negozju. Eżempji ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39, self kurrenti mill-bank u l-porzjoni kurrenti ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti, dividends pagabbli, taxi fuq id-dħul u kredituri oħrajn mhux tan-negozju. Obbligazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu ffinanzjar fuq bażi ta' perjodu twil (jiġifieri mhumiex parti mill-kapital li jdur użat fiċ-ċiklu normali tal-operat tal-entità) u li mhumiex dovuti għas-saldu fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport huma obbligazzjonijiet mhux kurrenti, suġġetti għall-paragrafi 74 u 75.

▼M5

72 Entità tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha bħala kurrenti meta dawn iridu jiġu saldati sa tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar, anki jekk:

(a) it-terminu oriġinali kien ta’ perjodu itwal minn tnax-il xahar; u

(b) ikun intlaħaq ftehim għal finanzjament mill-ġdid, jew biex il-ħlasijiet ikunu skedati mill-ġdid, fuq bażi fit-tul, wara l-perjodu tar-rappurtar u qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ.

73 Jekk entità tistenna, u għandha d-diskrezzjoni, li tiffinanzja mill-ġdid jew li tipposponi obbligu għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar taħt faċilità ta’ self eżistenti, din tikklassifika l-obbligu bħala mhux kurrenti, anki li kieku l-ħlas kien se jkun dovut f'perjodu iqsar. Madankollu, meta l-finanzjament mill-ġdid jew il-posponiment tal-obbligu ma jkunx fid-diskrezzjoni tal-entità (pereżempju, m’hemm l-ebda arranġament għal finanzjament mill-ġdid), l-entità ma tikkunsidrax il-potenzjal li tiffinanzja l-obbligu mill-ġdid u tikklassifika l-obbligu bħala kurrenti.

74 Meta entità tikser provediment ta’ arranġament ta' self fiss fit-tul matul jew qabel it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar bil-konsegwenza li l-obbligazzjoni tiġi pagabbli malli tintalab, l-entità tikklassifika l-obbligazzjoni bħala kurrenti, anki jekk min sellef ikun aċċetta, wara l-perjodu tar-rappurtar u qabel l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ tar-rapporti finanzjarji, li ma jitlobx ħlas bħala konsegwenza tal-ksur. Entità tikklassifika l-obbligazzjoni bħala kurrenti minħabba li, fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ma jkollhiex dritt mhux kondizzjonali li tipposponi s-saldu għal mill-inqas tnax-il xahar wara dik id-data.

75 Madankollu, entità tikklassifika l-obbigazzjoni bħala mhux kurrenti jekk minn sellef ikun aċċetta, sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, li jipprovdi perjodu ta’ grazzja li jintemm mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar, li fih l-entità tkun tista’ tirrettifika l-ksur u li matulu, min sellef ma jistax jitlob ħlas lura immedjat.

76 F'dak li jirrigwarda self fiss ikklassifikat bħala obbligazzjonijiet kurrenti, jekk dawn l-avvenimenti li ġejjin iseħħu bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar u d-data li fiha r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, dawk l-avvenimenti jkunu żvelati bħala avvenimenti li ma jirrikjedux aġġustament b'konformità mal-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar:

(a) finanzjament mill-ġdid fuq bażi fit-tul;

(b) rettifika tal-ksur ta’ arranġament ta’ self għat-tul; u

(c) l-għoti minn min sellef ta’ perjodu ta’ grazzja sabiex jiġi rettifikat il-ksur ta’ ftehim ta’ self fiss għat-tul, liema perjodu jintemm mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti

77 Entità għandha tiżvela, jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti, sottoklassifikazzjonijiet addizzjonali tal-entrati ppreżentati linja b’linja, ikklassifikati b’mod adattat għall-operazzjonijiet tal-entità.

78 Id-dettal ipprovdut fis-sottoklassifikazzjonijiet jiddependi mir-rekwiżiti tal-IFRSs u mid-daqs, in-natura u l-funzjoni tal-ammonti involuti. Entità tuża wkoll il-fatturi deskritti fil-paragrafu 58 biex tiddeċiedi l-bażi ta' sottoklassifikazzjoni. L-informazzjoni li għandha tkun żvelata tvarja għal kull entrata, pereżempju:

(a) entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir huma mifruda fi klassijiet b'konformità mal-IAS 16;

(b) l-ammonti riċevibbli huma mifruda minn xulxin f’ammonti riċevibbli minn klijenti kummerċjali, ammonti riċevibbli minn partijiet relatati, ħlasijiet bil-quddiem u ammonti oħra;

(c) l-inventarji huma mifruda minn xulxin, b'konformità mal-IAS 2 Inventarji, fi klassifikazzjonijiet bħal ma huma merkanzija, provvisti tal-produzzjoni, materjali, xogħol fl-idejn u prodotti lesti;

(d) il-provedimenti huma diżaggregati fi provedimenti għall-benefiċċji tal-impjegati u entrati oħra; u

(e) il-kapital u r-riżervi tal-ekwità huma mifruda minn xulxin fi klassijiet differenti bħal ma huma kapital imħallas, primjum fuq l-ishma u riżervi.

79 Entità għandha tirrapporta dawn li ġejjin, jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità, jew fin-noti:

(a) għal kull klassi ta’ kapital azzjonarju:

(i) in-numru ta’ ishma awtorizzati;

(ii) in-numru ta’ ishma maħruġa u mħallsa b'mod komplet, u dawk maħruġa iżda mhux imħallsa b'mod komplet;

(iii) valur pari kull sehem, jew li l-ishma m’għandhomx valur pari;

(iv) tqabbil bejn in-numru ta’ ishma pendenti fil-bidu u dawk fit-tmiem tal-perjodu;

(v) id-drittijiet, privileġġi u restrizzjonijiet marbuta ma’ dik il-klassi, inklużi r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjoni ta’ dividendi u l-ħlas lura ta’ kapital;

(vi) ishma fl-entità miżmuma mill-entità jew mill-kumpaniji sussidjarji jew assoċjati tagħha; u

(vii) ishma riżervati għall-ħruġ taħt opzjonijiet jew kuntratti għall-bejgħ ta’ ishma, inklużi t-termini u l-ammonti tagħhom; u

(b) deskrizzjoni tan-natura u l-iskop ta’ kull riżerva fi ħdan l-ekwità.

80 Entità mingħajr kapital azzjonarju, bħal soċjetà kummerċjali jew trust, għandha tiżvela informazzjoni ekwivalenti għal dik meħtieġa mill-paragrafu 79(a), li turi t-tibdil matul il-perjodu f’kull kategorija ta’ interess azzjonarju, u d-drittijiet, privileġġi u restrizzjonijiet marbuta ma’ kull kategorija ta’ interess azzjonarju.

▼M6

80A Jekk entità rriklassifikat

(a) strument finanzjarju puttable kklassifikat bħala strument azzjonarju, jew

(b) strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju

bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u ekwità, għandha tiżvela l-ammont irriklassifika li daħal fi jew ħareġ minn kull kategorija (obbligazzjonijiet finanzjarji jew ekwità), u ż-żmien u r-raġuni għal dik ir-riklassifika.

▼M31

Rapport tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor

▼M31 —————

▼M31

81A Ir-rapport tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor (ir-rapport tal-introjtu komprensiv) għandhom jippreżentaw, barra mit-taqsimiet tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor:

(a) il-profitt jew it-telf;

(b) it-total tal-introjtu komprensiv ieħor;

(c) l-introjtu komprensiv ieħor għall-perjodu, li jkun it-total tal-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor.

Jekk tippreżenta rapport tal-profitt jew it-telf separat, entità ma tippreżentax it-taqsima tal-profitt jew it-telf fir-rapport li jippreżenta l-introjtu komprensiv.

81B Entità għandha tippreżenta l-entrati li ġejjin, apparti mit-taqsimiet tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor, bħala allokazzjoni tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor għall-perjodu:

(a) il-profitt jew it-telf għall-perjodu attribwibbli għal:

(i) interessi nonkontrollanti, u

(ii) sidien tal-kumpanija prinċipali.

(b) l-introjtu komprensiv għall-perjodu attribwibbli għal:

(i) interessi nonkontrollanti, u

(ii) sidien tal-kumpanija prinċipali.

Jekk tippreżenta profitt jew telf f'rapport separat, entità għandha tippreżenta (a) f'dak ir-rapport.

▼M31

L-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fit-taqsima tal-profitt jew it-telf jew ir-rapport tal-profitt jew it-telf

82 Minn barra l-entrati rikjesti skont l-IFRS l-oħra, it-taqsima tal-profit jew telf jew ir-rapport tal-profitt jew it-telf għandu jinkludi entrati ta’ partita li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin għall-perjodu:

(a) id-dħul;

(b) il-kost tal-finanzjament;

(c) il-porzjon tal-profitt jew it-telf ta’ kumpaniji assoċjati u ta’ impriżi konġunti kkontabilizzati skont il-metodu tal-ekwità;

(d) l-ispiża tat-taxxa;

(e) [imħassar]

(ea) ammont singolu għat-total tal-operazzjonijiet mhux imkomplija (ara l-IFRS 5).

(f)–(i) [imħassar]

▼M31

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fit-taqsima tal-introjtu komprensiv ieħor

82A It-taqsima tal-introjtu komprensiv ieħor għandha tippreżenta l-entrati ta’ partita għall-ammonti tal-introjtu komprensiv ieħor fil-perjodu, ikklassifikati skont it-tip (inkluż is-sehem tal-introjtu komprensiv ieħor tal-assoċjati u tal-impriżi konġunti kkontabilizzat bl-użu tal-metodu tal-ekwità) u raggruppati f'dawk li, skont l-IFRS l-oħra:

(a) ma jkunux ser jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf; u

(b) ikunu ser jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf meta l-kondizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati.

▼M31 —————

▼M31

85 Entità għandha tippreżenta entrati ta’ partita, intestaturi u subtotali addizzjonali fir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor meta tali preżentazzjoni tkun relevanti biex tinftiehem il-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

86 Minħabba li l-effetti tal-attivitajiet, tranżazzjonijiet u avvenimenti oħra varji ta’ entità jvarjaw fil-frekwenza, fil-potenzjal għall-qligħ jew it-telf u fil-prevedibilità tagħhom, id-divulgazzjoni tal-komponenti tal-prestazzjoni finanzjarja tgħin biex l-utenti jifhmu l-prestazzjoni finanzjarja miksuba u biex isiru projezzjonijiet tal-prestazzjoni finanzjarja futura. Entità tinkludi entrati ta’ partita addizzjonali fir-rapport(i) tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor u temenda d-deskrizzjonijiet użati u l-ordni ta' entrati meta dan ikun neċessarju biex jiġu spjegati l-elementi tal-prestazzjoni finanzjarja. …

87 Entità ma għandha tippreżenta l-ebda entrata ta’ introjtu jew spiża bħala entrati straordinarji, fir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor jew fin-noti.

▼M5

Profitt jew telf għall-perjodu

88 Entità għandha tirrikonoxxi l-entrati kollha ta' dħul u spiża f'perjodu fi profitt jew telf ħlief jekk hemm IFRS li jirrikjedi jew jippermetti mod ieħor.

89 Ċerti IFRSs jispeċifikaw ċirkustanzi meta entità tirrikonoxxi entrati partikulari 'l barra mill-profitt jew telf fil-perjodu kurrenti. L-IAS 8 jispeċifika żewġ ċirkustanzi ta’ dan it-tip: il-korrezzjoni ta' żbalji u l-effett tat-tibdil fil-politika tal-kontabilità. IFRSs oħrajn jirrikjedu jew jippermettu komponenti ta' dħul ieħor komplessiv, li jissodisfaw id-definizzjoni ta' dħul jew spiża li hemm fil-Qafas li jkunu esklużi mill-profitt jew telf (ara l-paragrafu 7).

Dħul ieħor komplessiv għall-perjodu

▼M31

90 Entità għandha tiddivulga l-ammont ta' taxxa fuq l-introjtu relatat ma' kull entrata ta' introjtu komprensiv ieħor, inklużi aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni, jew fir-rapport tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor jew fin-noti.

91 Entità tista' tippreżenta entrati ta’ introjtu komprensiv ieħor jew:

(a) netti mill-effetti relatati tat-taxxa,

(b) jew qabel l-effetti relatati tat-taxxa b'ammont wieħed muri għall-ammont aggregat tat-taxxa fuq l-introjtu b'rabta ma' dawk l-entrati.

Jekk tagħżel l-alternattiva (b), l-entità għandha talloka t-taxxa bejn l-entrati li jistgħu jiġu riklassifikati sussegwentement għat-taqsima tal-profitt jew it-telf u dawk li mhux ser jiġu riklassifikali sussegwentement għat-taqsima tal-profitt jew it-telf.

▼M5

92 Entità għandha tiżvela l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni relatati ma' komponenti ta' dħul ieħor komplessiv.

93 IFRSs oħrajn jispeċifikaw jekk ammonti li qabel kienu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv ikunux irriklassifikati fi profitt jew telf, u meta. F'dan l-Istandard dawn ir-riklassifikazzjonijiet jissejħu aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni. Aġġustament tar-riklassifikazzjoni jiġi inkluż mal-komponent relatat tad-dħul ieħor komplessiv fil-perjodu li fih l-aġġustament ikun irriklassifikat fi profitt jew telf. Pereżempju, qligħ realizzat fuq id-disponiment ta' assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ huwa inkluż fil-profitt jew telf tal-perjodu kurrenti. Dawn l-ammonti setgħu kienu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv bħala qligħ mhux realizzat fil-perjodu kurrenti jew fil-perjodi ta' qabel. Dak il-qligħ mhux realizzat irid jitnaqqas mid-dħul ieħor komplessiv fil-perjodu li fih il-qligħ realizzat ikun irriklassifikat fi profitt jew telf biex ikun evitat li jkun inkluż darbtejn fid-dħul totali komplessiv.

▼M31

94 Entità tista' tippreżenta aġġustamenti ta' riklassifikazzjoni fir-rapport(i) tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor jew fin-noti. Entità li tkun qed tippreżenta l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni fin-noti, tippreżenta l-entrati tal-introjtu komprensiv ieħor wara kwalunkwe aġġustament tar-riklassifikazzjoni relatat.

▼M5

95 Aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni jinħolqu, pereżempju, mad-disponiment ta' operazzjoni barranija (ara l-IAS 21), mal-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarji li jkunu disponibbli għall-bejgħ (ara l-IAS 39) u meta tranżazzjoni mbassra li tkun hedged taffettwa l-profitt jew telf (ara l-paragrafu 100 tal-IAS 39 fir-rigward ta' hedges ta' flussi ta' flus).

▼M31

96 Aġġustamenti ta' riklassifikazzjoni ma jinħolqux bil-bidliet fis-surplus tar-rivalwazzjoni rikonoxxuti skont l-IAS 16 jew l-IAS 38 jew bil-kejl mill-ġdid ta' pjanijiet ta' benefiċċju definit rikonoxxut skont l-IAS 19. Dawn il-komponenti huma rikonoxxuti f'introjtu komperenżiv ieħor u mhumiex riklassifikat bħala profitt jew telf f'perjodu sussegwenti. Bidliet fis-surplus ta' revalwazzjoni jistgħu jiġu trasferiti fi qligħ imfaddal f'perjodi sussegwenti meta jintuża l-assi jew meta jiġi dirikonnoxxut (ara IAS 16 u IAS 38).

Informazzjoni li tiġi ppreżentata fir-rapport(i) tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor jew fin-noti.

▼M5

97 Meta entrati ta' dħul jew spiża huma materjali, entità għandha tiżvela n-natura u l-ammonti tagħhom separatament.

98 Ċirkostanzi li jistgħu jagħtu lok għall-iżvelar separat ta' entrati ta’ dħul jew spiża jinkludu:

(a) tniżżil tal-valur ta’ inventarji għall-valur nett li jġibu, jew ta’ proprjetà, impjant u tagħmir għall-ammont li jista’ jiġi rkuprat, kif ukoll it-treġġigħ lura ta’ tniżżil bħal dan;

(b) ristrutturar tal-attivitajiet ta’ entità u treġġigħ lura ta’ kwalunkwe provedimenti għall-ispejjeż tar-ristrutturar;

(c) disponimenti ta’ oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir;

(d) disponimenti ta’ investimenti;

(e) operazzjonijiet li ma tkomplewx;

(f) ftehim fuq tilwim legali; u

(g) treġġigħ lura ta’ provedimenti oħrajn.

99 Entità għandha tippreżenta analiżi ta’ l-ispejjeż rikonoxxuti fi profitt jew telf billi tuża sistema ta’ klassifikazzjoni bbażata jew fuq in-natura tagħhom jew fuq il-funzjoni tagħhom fl-entità, skond liema minnhom tipprovdi informazzjoni li hi l-aktar ta’ min joqgħod fuqha u l-aktar rilevanti.

▼M31

100 L-entitajiet huma mħeġġa jippreżentaw l-analiżi fil-paragrafi 99 fir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor.

▼M5

101 L-ispejjeż huma sottoklassfikati biex jenfasizzaw il-komponenti tar-rapporti finanzjarji li jistgħu jvarjaw f’termini ta’ frekwenza, potenzjal għall-qligħ jew telf u prevedibilità. Din l-analiżi tingħata f’waħda minn żewġ forom.

102 L-ewwel forma ta’ analiżi hi l-metodu tan-“natura tal-ispiża”. Entità tiġbor l-ispejjeż fi profitt jew telf skond in-natura tagħhom (pereżempju, deprezzament, xiri ta' materjali, spejjeż tat-trasport, benefiċċji tal-impjegati u spejjeż tar-reklamar), u ma tallokahomx mill-ġdid fost il-funzjonijiet fi ħdan l-entità. Dan il-metodu jista’ jkun sempliċi biex jiġi applikat għax m’hemm bżonn tal-ebda allokazzjoni ta’ spejjeż għal klassifikazzjonijiet funzjonali. Eżempju ta’ klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tan-natura tal-ispiża hu kif ġej:



Dħul

 

X

Dħul ieħor

 

X

Tibdil fl-inventarji ta’ prodotti lesti u xogħol fl-idejn

X

 

Materja prima u prodotti konsumabbli użati

X

 

Spiża tal-benefiċċji tal-impjegati

X

 

Spejjeż ta’ deprezzament jew ammortizzament

X

 

Spejjeż oħra

X

 

Spejjeż totali

 

(X)

Profitt qabel it-taxxa

 

X

103 It-tieni forma ta’ analiżi hi l-metodu tal-“funzjoni tal-ispiża” jew “kost tal-bejgħ” li jikklassifika l-ispejjeż skond il-funzjoni tagħhom bħala parti mill-kost tal-bejgħ jew, pereżempju, il-kosti tad-distribuzzjoni jew ta’ attivitajiet amministrattivi. Bħala minimu, entità tiżvela l-kost tal-bejgħ skond dan il-metodu b’mod separat minn kosti oħrajn. Dan il-metodu jista’ jipprovdi informazzjoni iktar rilevanti lill-utenti milli l-klassifikazzjoni tal-ispejjeż skond in-natura, iżda l-allokazzjoni ta’ spejjeż lill-funzjonijiet tista’ tkun teħtieġ allokazzjonijiet arbitrarji u tinvolvi eżerċizzju konsiderevoli ta’ ġudizzju għaqli. Eżempju ta’ klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tal-funzjoni tal-ispiża hu kif ġej:



Dħul

X

 

Kost tal-bejgħ

(X)

 

Profitt gross

X

 

Dħul ieħor

X

 

Spejjeż tad-distribuzzjoni

(X)

 

Spejjeż tal-amministrazzjoni

(X)

 

Spejjeż oħra

(X)

 

Profitt qabel it-taxxa

X

 

104 Entità li tikklassifika l-ispejjeż skond il-funzjoni għandha tiżvela informazzjoni addizzjonali dwar in-natura tal-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tad-deprezzament u l-amortizzament u spejjeż ta’ benefiċċji tal-impjegati.

105 L-għażla bejn il-metodu tal-funzjoni tal-ispiża u dak tan-natura tal-ispiża tiddependi fuq fatturi storiċi u tal-industrija u fuq in-natura tal-entità. Iż-żewġ metodi jipprovdu indikazzjoni ta’ dawk il-kosti li jistgħu jvarjaw, direttament jew indirettament, mal-livell tal-bejgħ jew tal-produzzjoni tal-entità. Minħabba li l-metodi ta’ preżentazzjoni t-tnejn għandhom mertu għal tipi differenti ta’ entitajiet, dan l-Istandard jitlob li l-maniġment jagħżel l-aktar preżentazzjoni rilevanti u ta’ min joqgħod fuqha. Madankollu, minħabba li informazzjoni dwar in-natura tal-ispejjeż hi utli fil-previżjoni ta’ flussi futuri ta' flus, hu meħtieġ li tkun żvelata informazzjoni addizzjonali meta tintuża l-klassifikazzjoni skond il-funzjoni tal-ispiża. Fil-paragrafu 104, “benefiċċji tal-impjegati” għandha l-istess sinifikat bħal dak fl-IAS 19.

Rapport tat-tibdil fl-ekwità

▼M29

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità

▼M29

106   Entità għandha tippreżenta dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità kif mitlub mill-paragrafu. Id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)   l-introjtu totali komprensiv għall-perjodu, li juri separatament l-ammonti totali attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi bla dritt ta’ kontroll;

(b)   għal kull komponent tal-ekwità, l-effetti ta’ applikazzjoni retrospettiva jew ridikjarazzjoni retrospettiva rikonoxxuta skont l-IAS 8; u

(c)   [imħassar]

(d)   għal kull komponent tal-ekwità, rikonċiljazzjoni bejn l-ammont miżmum fil-kotba fil-bidu u t-tmiem tal-perjodu, li tiddivulga bidliet li jirriżultaw minn:

(i)   profitt jew telf;

(ii)   introjtu komprensiv ieħor; u

(iii)   tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, li juru separatament il-kontribuzzjonijiet minn u d-distribuzzjonijiet lis-sidien u bidliet fl-interessi tas-sjieda li ma jwasslux għal telf tal-kontroll.

▼M29

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti

106A   Fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, entità għandha tippreżenta, għal kull komponent tal-ekwità, analiżi ta’ introjtu komprensiv ieħor skont l-oġġett (ara l-paragrafu 106(d)(ii)).

▼M29

107   Entità għandha tippreżenta, jew fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, l-ammonti ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammont relatat ta’ dividend għal kull sehem.

▼M5

108 Fil-paragrafu 106, il-komponenti tal-ekwità jinkludu, pereżempju, kull klassi ta' ekwità kkontribwita, il-bilanċ akkumulat ta' kull klassi ta' dħul ieħor komplessiv u l-qligħ imfaddal.

109 It-tibdil fl-ekwità ta' entità bejn il-bidu u t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar jirrifletti ż-żieda jew it-tnaqqis fl-assi netti tagħha matul il-perjodu. Ħlief għal tibdil li jirriżulta minn tranżazzjonijiet mas-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien (bħal ma huma kontribuzzjonijiet ta' ekwità, akkwisti mill-ġdid tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess, u dividendi) u spejjeż tat-tranżazzjoni li huma relatati direttament ma' tranżazzjonijiet bħal dawn, il-bidla totali fl-ekwità matul perjodu tirrappreżenta l-ammont totali ta' dħul u spiża, inkluż qligħ u telf, iġġenerat mill-attivitajiet tal-entità matul dak il-perjodu.

110 L-IAS 8 jirrikjedi aġġustamenti retrospettivi biex isir tibdil fil-politika tal-kontabilità, sakemm ikun prattikabbli, ħlief meta d-dispożizzjonijiet tranżitorji f'IFRS ieħor ikunu jitolbu mod ieħor. L-IAS 8 jirrikjedi wkoll illi dikjarazzjonijiet mill-ġdid biex jikkoreġu żbalji jsiru retrospettivament, sakemm ikun prattikabbli. Aġġustamenti retrospettivi u dikjarazzjonijiet mill-ġdid retrospettivi mhumiex tibdil fl-ekwità iżda huma aġġustamenti fil-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal, ħlief meta IFRS jitlob aġġustament retrospettiv ta' komponent ieħor tal-ekwità. Il-paragrafu 106(b) jirrikjedi li jkun żvelat fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità l-aġġustament totali għal kull komponent tal-ekwità li jirriżulta minn tibdil fil-politika tal-kontabilità u, separatament, minn korrezzjoni ta' żbalji. Dawn l-aġġustamenti jkunu żvelati għal kull perjodu ta' qabel u għall-bidu tal-perjodu.

Rapport tal-flussi ta’ flus

111 L-informazzjoni dwar il-flussi ta' flus tipprovdi lill-utenti tar-rapporti finanzjarji bażi biex jevalwaw il-kapaċità tal-entità li tigġenera l-flus u l-ekwivalenti ta’ flus, u l-bżonnijiet tal-entità biex tuża dawk il-flussi ta’ flus. L-IAS 7 jistipula r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni u l-iżvelar ta' informazzjoni dwar il-flussi ta’ flus.

Noti

Struttura

112 In-noti għandhom:

(a) jippreżentaw informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u tal-politika speċifiċa tal-kontabilità użata b'konformità mal-paragrafi 117-124;

(b) jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa mill-IFRSs li ma tkunx ippreżentata x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji; u

(c) jipprovdu informazzjoni li ma tkunx ippreżentata x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji, iżda li tkun rilevanti biex wieħed jifhem xi rapport minnhom.

113 Entità għandha, sa fejn ikun prattikabbli, tippreżenta n-noti b’mod sistematiku. Entità għandha timmarka kull entrata fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u tad-dħul komplessiv, fir-rapport separat tad-dħul (jekk ippreżentat), u fir-rapporti tat-tibdil fl-ekwità u tal-flussi ta' flus, b’referenza għal kwalunkwe informazzjoni relatata fin-noti.

114 Entità normalment tippreżenta noti fl-ordni li ġejja, biex tgħin lill-utenti jifhmu r-rapporti finanzjarji u biex iqabbluhom mar-rapporti finanzjarji ta' entitajiet oħrajn:

(a) rapport ta’ konformità mal-IFRSs (ara l-paragrafu 16);

(b) sommarju tal-politika sinifikanti li ġiet applikata fil-kontabilità (ara l-paragrafu 117);

(c) informazzjoni li ssaħħaħ l-entrati ppreżentati fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u tad-dħul komplessiv, fir-rapport separat tad-dħul (jekk ikun ippreżentat), u fir-rapporti tat-tibdil fl-ekwità u tal-flussi ta' flus, fl-ordni li fiha kull rapport u kull entrata linja b’linja jkunu ppreżentati; u

(d) informazzjoni oħra li tinkludi:

(i) l-obbligazzjonijiet kontinġenti (ara l-IAS 37) u impenji kuntrattwali mhux rikonoxxuti; u

(ii) informazzjoni mhux finanzjarja, eż. l-għanijiet u l-politika tal-immaniġġjar tar-riskju finanzjarju tal-entità (ara l-IFRS 7).

▼M31

115 F’ċerti ċirkustanzi, jista’ jkun neċessarju jew mixtieq li l-ordni tal-punti speċifiċi fin-noti tvarja. Pereżempju, entità tista' tikkombina informazzjoni dwar bidliet fil-valur ġust rikonoxxuti fil-profitt jew it-telf ma' informazzjoni fuq il-maturitiajiet ta’ strumenti finanzjarji, għalkemm id-divulgazzjonijiet tal-ewwel jirrigwardaw ir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor, u dawk tal-aħħar jirrigwardaw ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Madankollu, entità żżomm struttura sistematika għan-noti sakemm dan ikun prattikabbli.

▼M5

116 Entità tista' tippreżenta noti li jipprovdu informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u dwar il-politika speċifika tal-kontabilità bħala sezzjoni separata tar-rapporti finanzjarji.

L-iżvelar tal-politika tal-kontabilità

117 Entità għandha tiżvela fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità:

(a) il-bażi (jew bażijiet) ta’ kejl użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji; u

(b) il-politika l-oħra tal-kontabilità użata li hi rilevanti biex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji.

118 Hu importanti għal entità li tinforma lill-utenti dwar il-bażi jew bażijiet tal-kejl użati fir-rapporti finanzjarji (pereżempju, il-kost storiku, il-kost kurrenti, il-valur nett li jinġab, il-valur ġust jew l-ammont li jista’ jiġi rkuprat) minħabba li l-bażi li fuqha entità tħejji r-rapporti finanzjarji taffettwa b'mod sinifikanti l-analiżi tal-utenti. Meta entità tuża aktar minn bażi waħda ta’ kejl fir-rapporti finanzjarji, pereżempju, meta klassijiet partikolari ta’ assi huma vvalutati mill-ġdid, hu biżżejjed li tkun ipprovduta indikazzjoni tal-kategoriji tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għalihom kull bażi ta’ kejl tkun ġiet applikata.

119 Fid-deċiżjoni dwar jekk politika partikolari tal-kontabilità għandhiex tkun żvelata jew le, il-maniġment jikkunsidra jekk l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni jgħinx lill-utenti biex jifhmu kif it-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn huma riflessi fir-riżultati finanzjarji u fil-pożizzjoni finanzjarja li ġew irrappurtati. L-iżvelar tal-politika partikulari tal-kontabilità hi utli għall-utenti b’mod partikulari meta dik il-politika tintgħażel minn alternattivi permessi fl-IFRSs. ►M32  Eżempju hu divulgazzjoni ta' jekk entità tapplikax il-valur ġust jew mudell tal-kost lil-proprjetà għall-investiment tagħha (ara l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment). Xi IFRSs jeħtieġu speċifkament divulgazzjoni dwar politiki kontabilistiċi partikolari, inklużi għażliet magħmula mill-maniġment bejn il-politiki differenti li jippermettu. ◄ Pereżempju, l-IAS 16 jitlob l-iżvelar tal-bażi ta’ kejl użati fil-klassijiet tal-proprjetà, impjanti u tagħmir.

120 Kull entità għandha tikkunsidra n-natura tal-operazzjonijiet tagħha u l-politika li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jistennew li tkun żvelata għal dik it-tip ta’ entità. Pereżempju, l-utenti jistennew li entità soġġetta għal taxxa fuq id-dħul tirrapporta l-politika tal-kontabilità tagħha dwar it-taxxa fuq id-dħul, inkluża dik applikabbli għal obbligazzjonijiet u assi ta’ taxxa differita. Meta entità jkollha operazzjonijiet jew tranżazzjonijiet sinfikanti barra l-pajjiż f’muniti barranin, l-utenti jistennew li tiżvela l-politika tal-kontabilità għar-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf mill-kambju.

121 Politika tal-kontabilità tista’ tkun sinifikanti minħabba n-natura tal-operazzjonijiet tal-entità anki jekk l-ammonti għall-perjodi kurrenti u preċedenti mhumiex materjali. Hu xieraq ukoll li entità tiżvela kull politika sinifikanti tal-kontabilità li mhix meħtieġa speċifikament mill-IFRSs iżda li l-entità tagħżel u tapplika skond l-IAS 8.

122 Entità għandha tiżvela, fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u f’noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 125), li l-maniġment ikun għamel waqt il-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità, li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

123 Fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki kontabilistiċi tal-entità, il-maniġment jagħmel diversi ġudizzji għaqlin, apparti minn dawk li jinvolvu stimi, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-ammonti li huwa jirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, il-maniġment jagħmel ġudizzji għaqlin sabiex jistabilixxi:

(a) jekk assi finanzjarji humiex investimenti li jinżammu sal-maturità;

▼M32

(b) meta sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti kollha tal-pussess tal-assi finanzjarji u l-assi tal-kera jiġu ttrasferiti lil entitajiet oħra; u

(c) jekk, fis-sustanza, il-bejgħ partikolari ta' oġġetti jkunx arranġamenti ta' finanzjament u għalhekk ma jwassalx għal dħul.

(d)  [imħassar]

▼M5

124 Uħud mid-divulgazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 122 huma meħtieġa skont IFRSs oħra. Pereżempju l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra jeħtieġ li entità tiddivulga l-ġudizzji li għamlet fid-determinazzjoni ta’ jekk tikkontrollax entità oħra. ◄ L-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment jirrikjedi l-iżvelar tal-kriterji żviluppati mill-entità biex tagħmel distinzjoni bejn proprjetà għall-investiment u proprjetà okkupata mis-sid jew proprjetà miżmuma għall-bejgħ matul il-kors normali tan-negozju, meta l-klassifikazzjoni tal-proprjetà tkun diffiċli.

Sorsi ta’ inċertezza fl-istimi

125 Entità għandha tiżvela informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet li tagħmel dwar il-futur, u sorsi oħrajn ewlenin ta’ inċertezza fl-istimi fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, li għandhom riskju sinifikanti li jirriżultaw f'aġġustament materjali fl-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet fis-sena finanzjarja ta’ wara. Fir-rigward ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet, in-noti għandhom jinkludu dettalji dwar:

(a) in-natura tagħhom; u

(b) l-ammont tagħhom miżmum fil-kotba fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar.

126 Id-determinazzjoni tal-ammonti miżmuma fil-kotba ta’ xi assi u obbligazzjonijiet teħtieġ stima tal-effetti ta’ avvenimenti futuri inċerti fuq dawk l-assi u obbligazzjonijiet fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. Pereżempju, fl-assenza ta’ prezzijiet tas-suq osservati riċentement, ikun meħtieġ li jsiru stimi orjentati lejn il-futur biex jitkejjel l-ammont li jista’ jiġi rkuprat ta’ klassijiet ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, l-effett fuq l-inventarji ta’ teknoloġiji li jkunu qed joħorġu mill-użu, provedimenti suġġetti għar-riżultat futur ta’ kawżi li jinsabu pendenti, u obbligazzjonijiet fit-tul marbuta mal-benefiċċji tal-impjegati, bħal ma huma obbligazzjonijiet tal-pensjoni. Dawn l-istimi jinvolvu suppożizzjonijiet dwar affarijiet bħal ma huma l-aġġustament tar-riskju għall-flussi ta’ flus jew għar-rati ta’ skont, tibdil futur fis-salarji u tibdil futur fil-prezzijiet li jaffettwaw kosti oħra.

127 Is-suppożizzjonijiet u sorsi oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi żvelati skond il-paragrafu 125 huma marbuta mal-istimi li jeħtieġu l-aktar deċiżjonijiet diffiċli, suġġettivi u kumplessi min-naħa tal-maniġment. Hekk kif in-numru ta’ fatturi varjabbli u suppożizzjonijiet li jaffettwaw il-mod kif jistgħu jiġu riżolti l-inċertezzi fil-futur jiżdied, dawk id-deċiżjonijiet isiru aktar suġġettivi u kumplessi u l-potenzjal għall-aġġustament materjali konsegwenzjali fuq l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet normalment jiżdied proporzjalment.

▼M33

128 Id-divulgazzjoni fil-paragrafu 125 ma tkunx meħtieġa għal assi u obbligazzjonijiet b’riskju sinifikanti li l-ammonti riportati tagħhom jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss jekk, fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, jitkejlu skont il-valur ġust ibbażat fuq prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika. Valuri ġusti bħal dawn jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss iżda dawn il-bidliet ma jirriżultawx minn suppożizzjonijiet jew sorsi oħrajn ta’ inċertezza ta’ stima fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar.

▼M5

129 Entità tippreżenta l-informazzjoni żvelata skond il-paragrafu 125 b'tali mod li jgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jifhmu l-ġudizzji li jagħmel il-maniġment dwar il-futur u dwar sorsi oħrajn ta’ inċertezza fl-istimi. In-natura u l-firxa tal-informazzjoni pprovduta jvarjaw skond in-natura tas-suppożizzjoni u ċirkustanzi oħra. Eżempji tat-tipi ta’ informazzjoni li entità tiżvela huma:

(a) in-natura tas-suppożizzjoni jew ta’ inċertezza oħra fl-istimi;

(b) is-sensittività tal-ammonti miżmuma fil-kotba għall-metodi, suppożizzjonijiet u stimi li fuqhom sar il-kalkolu tagħhom, inklużi r-raġunijiet għas-sensittività;

(c) ir-riżoluzzjoni mistennija ta’ inċertezza u l-firxa ta’ riżultati li jistgħu jseħħu b'mod raġonevoli fil-kors tas-sena finanzjarja li jkun imiss fir-rigward tal-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet affettwati; u

(d) spjegazzjoni tat-tibdil li jkun sar fuq is-suppożizzjonijiet tal-passat li jirrigwardaw dawk l-assi u obbligazzjonijiet, jekk l-inċertezza tibqa’ ma tkunx riżolta.

130 Dan l-Istandard ma jitlobx li entità tiżvela informazzjoni jew tbassir mill-baġit tagħha meta tiżvela informazzjoni mitluba mill-paragrafu 125.

131 Xi drabi ma jkunx prattikabbli li jintwera kemm jista’ jkollhom effett suppożizzjoni jew sors ieħor ta’ inċertezza fl-istimi fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. F'każijiet bħal dawn, l-entità tiddikjara li hu possibbli b'mod raġonevoli, fuq il-bażi ta’ dak li hu magħruf, li dawk ir-riżultati fis-sena finanzjarja li jmiss li huma differenti mis-suppożizzjoni jistgħu jkunu jeħtieġu aġġustament materjali fl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew tal-obbligazzjoni affettwati. Fil-każijiet kollha, l-entità tiżvela n-natura u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni speċifiċi (jew tal-klassi tal-assi jew l-obbligazzjonijiet) affettwati mis-suppożizzjoni.

132 L-iżvelar fil-paragrafu 122 ta’ ġudizzji partikulari li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità, m’għandux x’jaqsam mal-iżvelar tas-sorsi ta’ inċertezza fl-istimi fil-paragrafu 125.

▼M33

133 IFRS oħrajn jeħtieġu d-divulgazzjoni ta’ xi wħud mis-suppożizzjonijiet li kieku jkunu meħtieġa skont il-paragrafu 125. Pereżempju, l-IAS 37 jeħtieġ id-divulgazzjoni, f’ċirkostanzi speċifiċi, ta’ suppożizzjonijiet maġġuri rigward avvenimenti futuri li jaffettwaw il-klassijiet ta’ provvedimenti. L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust jitlob id-divulgazzjoni ta’ suppożizzjonijiet sinifikanti (inklużi t-teknika/i ta’ valwazzjoni u l-inputs) li tuża l-entità meta tkejjel il-valuri ġusti ta’ assi u obbligazzjonijiet riportati skont il-valur ġust.

▼M5

Kapital

134 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw l-għanijiet, il-politika u l-proċessi tal-entità fl-immaniġġjar tal-kapital.

135 Biex tkun konformi mal-paragrafu 134, l-entità tiżvela dan li ġej:

(a) informazzjoni kwalitattiva dwar l-għanijiet, il-politika u l-proċessi tal-entità fl-immaniġġjar tal-kapital, li tinkludi:

(i) deskrizzjoni ta’ x'timmaniġġja bħala kapital;

(ii) meta entità hi suġġetta għal rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament, in-natura ta’ dawk ir-rekwiżiti u kif dawk ir-rekwiżiti huma inkorporati fl-immaniġġjar tal-kapital; u

(iii) kif qed tilħaq l-għanijiet tagħha fl-immaniġġjar tal-kapital.

(b) informazzjoni kwantitattiva fil-qosor dwar x'timmaniġġja bħala kapital. Xi entitajiet iqisu ċerti obbligazzjonijiet finanzjarji (eż. ċerti forom ta’ dejn subordinat) bħala parti mill-kapital. Entitajiet oħrajn iqisu l-kapital bħala li jeskludi ċerti komponenti ta’ ekwità (eż. komponenti li jirriżultaw minn hedges ta’ fluss ta’ flus).

(c) kwalunkwe tibdil f'(a) u (b) mill-perjodu ta’ qabel.

(d) jekk matul il-perjodu hija kkonformatx ma’ kwalunkwe rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament li għalihom hi soġġetta.

(e) meta l-entità ma tkunx konformi ma' tali rekwiżiti ta’ kapital imposti esternament, il-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas ta’ konformità.

L-entità tibbaża dan l-iżvelar fuq l-informazzjoni pprovduta internament lill-membri kruċjali tal-maniġment.

136 Entità tista' timmaniġġja l-kapital b'numru ta’ modi u tkun suġġetta għal numru ta’ rekwiżiti differenti dwar il-kapital. Pereżempju, konglomerat jista' jinkludi entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ assigurazzjoni u bankarji, u dawk l-entitajiet jistgħu joperaw f'diversi ġurisdizzjonijiet. Meta l-iżvelar aggregat tar-rekwiżiti tal-kapital u ta’ kif il-kapital hu mmaniġġjat ma jkunx ser jipprovdi informazzjoni utli, jew ikun ser jgħawweġ l-għarfien li l-utent tar-rapport finanzjarju jkollu tar-riżorsi kapitali tal-entità, l-entità għandha tiżvela informazzjoni separata għal kull rekwiżit ta’ kapital li għalih l-entità hi suġġetta.

▼M6

Strument finanzjarju puttable kklassifikat bħala ekwità

136A Dwar strumenti finanzjarji puttable kklassifikati bħala strumenti azzjonarji, entità għandha tiżvela (sakemm mhux żvelat x'imkien ieħor):

(a) sommarju ta’ dejta kwantitattiva dwar l-ammont ikklassifikat bħala ekwità;

(b) l-għanijiet, politiki u proċessi tagħha għall-ġestjoni ta’ obbligu tagħha li terġa’ tixtri jew tifdi l-istrumenti meta mitluba tagħmel dan mid-detenturi tal-istrumenti, inkluż kull tibdil mill-perjodu ta’ qabel;

(ċ) il-fluss mistenni tal-ħruġ tal-flus mal-fidi jew ix-xiri mill-ġdid ta’ dik il-klassi ta’ strumenti finanzjarji; u

(d) informazzjoni dwar kif il-fluss mistenni tal-ħruġ tal-flus mal-fidi jew ix-xiri mill-ġdid kien stabbilit.

▼M5

Żvelar ta’ informazzjoni oħra

137 Entità għandha tiżvela fin-noti:

(a) l-ammont ta’ dividendi proposti jew iddikjarati qabel ma r-rapporti finanzjarji kienu awtorizzati għall-ħruġ iżda mhux rikonoxxuti bħala distribuzzjoni lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammonti relatati għal kull sehem; u

(b) l-ammont ta’ dividendi privileġġati kumulattivi mhux rikonoxxuti.

▼M6

138 Entità għandha tiżvela dan li ġej, jekk mhux żvelat x’imkien ieħor fl-informazzjoni ppubblikata mar-rapporti finanzjarji:

(a) id-domiċilju u l-forma legali tal-entità, il-pajjiż fejn kienet iffurmata u l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat (jew il-post ewlieni tan-negozju, jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat);

(b) deskrizzjoni tan-natura tal-operazzjonijiet tal-entità u l-attivitajiet ewlenin tagħha;

(ċ) l-isem tal-kumpanija prinċipali u l-kumpanija prinċipali aħħarija tal-grupp; u

(d) Jekk hija entità b’ħajja limitata, informazzjoni dwar it-tul tal-ħajja tagħha.

▼M5

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew qabel. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perjodu iktar bikri, għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M11

139A L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 106. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emenda tkun applikata retrospettivament.

▼M6

139B  Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, emendat il-paragrafu 138 u daħħlet il-paragrafi 8A, 80A u 136A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel, għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati tal-IAS 32, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRIC 2 Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili fl-istess żmien.

▼M8

139C Il-paragrafi 68 u 71 kienu emendati mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M22

139D Il-paragrafu 69 ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M29

139F Il-paragrafi 106 u 107 ġew emendati u l-paragrafu 106A ġie miżjud mit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

▼M32

139H L-IFRS 10 u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4, 119, 123 u 124. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 12.

▼M33

139I L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 128 u 133. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

139J  Preżentazzjoni ta’ Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafi 7, 10, 82, 85–87, 90, 91, 94, 100 u 115, żied il-paragrafi 10A, 81A, 81B u 82A, u ħassar il-paragrafi 12, 81, 83 u 84. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2012 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu li jiġi qabel għandha tiddivulga dak il-fatt.

139K L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati (kif emendat f'Ġunju 2011) emenda d-definizzjoni ta' “introjtu komprensiv ieħor” fil-paragraf 7 u l-paragrafu 96. Entità għandha tapplika dawn l-amendi meta tapplika IAS 19 (kif emendat f'Ġunju 2011).

▼M36

139L  Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafi 10, 38 u 41, ħassar il-paragrafi 39 – 40 u żied il-paragrafi 38A – 38D u 40A – 40D. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M5

IRTIRAR TAL-IAS 1 (RIVEDUT 2003)

140 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji rivedut fl-2003, kif emendat fl-2005.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 2

INVENTARJI

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard hu li jistabbilixxi t-trattament tal-kontabilità għall-inventarji. Kwistjoni ewlenija fil-kontabilità għall-inventarji huwa l-ammont ta' kosti li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala assi u mtella' sakemm id-dħul relatat ikun rikonoxxut. Dan l-Istandard jipprovdi gwida dwar il-kalkolu tal-kost u r-rikonoxximent sussegwenti tagħhom bħala kost, li jinkludi kull tniżżil fil-valur nett li jinġieb. Dan jipprovdi wkoll gwida fuq il-formuli tal-kost li huma użati sabiex jiġu assenjati l-kosti għal inventarji.

AMBITU

2 Dan l-Istandard japplika għall-inventarji kollha, ħlief:

(a) xogħol li jkun jinsab għaddej li jiġi minn kuntratti ta' kostruzzjoni, li jinkludu kuntratti tas-servizz relatati direttament (ara l-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni);

(b) strumenti finanzjarji (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl); u

(c) assi bijoloġiċi relatati ma' attività agrikola u mal-prodott agrikolu fil-punt tal-ħsad (ara l-IAS 41 Agrikoltura).

3 Dan l-Istandard ma japplikax għall-kejl ta' inventarji miżmuma minn:

(a) produtturi ta' prodotti agrikoli u forestali, prodotti agrikoli wara l-ħsad, u minerali u prodotti minn minerali safejn dawn huma mkejla fil-valur nett li jinġieb b'mod konformi ma' prattiċi stabbiliti tajjeb f'dawk l-industriji. Meta dawn l-inventarji huma mkejla fil-valur nett li jinġieb, tibdiliet f'dak il-valur huma rikonoxxuti fil-profitt jew fit-telf fil-perijodu ta' bidla.

(b) kummerċjanti-sensara tal-prodotti kummerċjali li jkejlu l-inventarji fil-valur ġust, nieqes il-kosti tal-bejgħ. Meta dawn l-inventarji huma mkejla fil-valur ġust, nieqes il-kosti tal-bejgħ, tibdiliet fil-valur ġust, nieqes il-kosti tal-bejgħ, huma rikonoxxuti fil-profitt jew fit-telf fil-perijodu tal-bidla.

4 L-inventarji li għalihom saret referenza fil-paragrafu 3(a) huma mkejla fil-valur nett li jinġieb f'ċertu stadji tal-produzzjoni. Dan iseħħ, pereżempju, meta l-uċuħ tar-raba' jkunu ġew maħsuda jew minerali ġew estratti u l-bejgħ huwa żgurat taħt kuntratt bil-quddiem jew garanzija minn gvern, jew meta jeżisti suq attiv u jkun hemm riskju żgħir ħafna li ma jinbiegħx. Dawn l-inventarji huma esklużi biss mir-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-Istandard.

5 Kummerċjanti-sensara huma dawk li jixtru jew ibiegħu l-prodotti kummerċjali lil oħrajn jew f'isimhom. L-inventarji li għalihom saret referenza fil-paragrafu 3(b) huma prinċipalment akkwistati għal skop ta' bejgħ fil-futur qrib u li jiġi ġġenerat profitt mit-tibdiliet fil-prezz jew mill-marġni ta' kummerċjanti-sensara. Meta dawn l-inventarji jkunu mkejla fil-valur ġust mingħajr l-kosti tal-bejgħ, dawn jiġu esklużi biss mir-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-Istandard.

DEFINIZZJONIJIET

6 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Inventarji huma assi:

(a) miżmuma għal bejgħ matul il-kors normali tan-negozju;

(b) fil-proċess tal-produzzjoni ta' dan il-bejgħ; jew

(c) fl-għamla ta' materjali jew provvisti li għandhom jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni jew fil-għoti ta' servizzi.

Valur nett li jinġieb huwa l-prezz tal-bejgħ fil-kors normali tan-negozju, nieqsal-istima tal-kosti tat-tlestija, u l-istima tal-kosti meħtieġa biex isir il-bejgħ.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

7 Il-valur nett realizzabbli jirreferi għall-ammont nett li entità tistenna li ġġib mill-bejgħ tal-inventarju matul in-negozju normali. Il-valur ġust jirrifletti l-prezz li fih tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-istess inventarju fis-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għal dak l-inventarju isseħħ bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. Tal-ewwel huwa valur speċifiku għall-entità; l-ieħor ma jkunx. Il-valur nett realizzabbli għall-inventarju jista’ ma jkunx l-istess bħall-valur ġust nieqes il-kost tal-bejgħ.

▼B

8 L-inventarji jkopru oġġetti mixtrija u miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid li jinkludu, pereżempju, merkanzija mixtrija minn bejjiegħ bl-imnut u miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid, jew art u proprjetà miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid. Inventarji jkopru wkoll prodotti lesti, jew xogħol fl-idejn li qed jiġi prodott, mill-entità, u jinkludu materjali u provvisti li qed jistennew li jiġu użati fil-proċess tal-produzzjoni. Fil-każ ta' fornitur ta' servizz, inventarji jinkludu l-kosti tas-servizz, kif deskritt fil-paragrafu 19, li għalih l-entità għadha ma għarfitx id-dħul relatat (ara l-IAS 18 Dħul).

KEJL TA' INVENTARJI

9 L-inventarji ser jiġu mkejla fil-valur li hu l-inqas, bejn il-prezz tal-kost u l-valur nett li jinġieb.

Kost tal-inventarji

10 Il-kost tal-inventarji ser jinkludi l-kosti kollha ta' xiri, kosti tal-konverżjoni u kosti oħrajn li jsiru sabiex l-inventarji jitwasslu fil-lok u l-kondizzjoni attwali tagħhom.

Il-kosti tax-xiri

11 Il-kosti tax-xiri tal-inventarji jinkludu l-prezz tax-xiri, dazji ta' importazzjoni u taxxi oħrajn (barra dawk li sussegwentement jistgħu jiġu potenzjalment irkuprati mill-entità mill-awtoritajiet tat-taxxa), ġestjoni tal-ġarr u kosti oħrajn attribwiti għall-akkwist tal-prodotti lesti, materjali u servizzi. Skonti tan-negozju, roħs u entrati bħal dawn huma mnaqqsa sabiex jiġu stabbiliti l-kosti tax-xiri.

Kosti tal-konverżjoni

12 Il-kosti tal-konverżjoni ta' inventarji jinkludu kosti direttament relatati mal-unitajiet tal-produzzjoni, bħal xogħol dirett. Jinkludu wkoll allokazzjoni sistematika ta' spejjeż ġenerali tal-produzzjoni fissi u varjabbli li jsiru fil-konverżjoni ta' materjali fi prodotti lesti. Spejjeż ġenerali fissi tal-produzzjoni huma dawk il-kosti indiretti tal-produzzjoni li jibqgħu relativament kostanti minkejja l-volum tal-produzzjoni, bħal deprezzament u manutenzjoni ta' bini tal-fabbrika u tagħmir, u l-kosti tal-immaniġġar u l-amministrazzjoni tal-fabbrika. L-ispejjeż ġenerali varjabbli tal-produzzjoni huwa dawk il-kosti indiretti tal-produzzjoni li jvarjaw direttament jew kważi direttament, bil-volum tal-produzzjoni, bħal materjali indiretti u xogħol indirett.

13 L-allokazzjoni ta' spejjeż ġenerali fissi tal-produzzjoni mal-kosti tal-konverżjoni hija bbażata fuq il-kapaċità normali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Il-kapaċità normali hija l-produzzjoni mistennija li trid tintlaħaq bħala medja matul numru ta' perijodi jew staġuni taħt ċirkustanzi normali, meta tieħu inkonsiderazzjoni t-telf fil-kapaċità li tirriżulta minn manutenzjoni ppjanata. Il-livell attwali tal-produzzjoni tista' tintuża jekk din tkun viċin il-kapaċità normali. L-ammont ta' kosti fissi allokati lil kull unità tal-produzzjoni ma tiżdiedx bħala konsegwenza tal-produzzjoni baxxa jew impjant wieqaf. L-ispejjeż ġenerali mhux allokati huma rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu li fih ikunu saru. F'perijodi tal-produzzjoni għolja b'mod anormali, l-ammont ta' spejjeż ġenerali fissi allokati lil kull unità tal-produzzjoni huma mnaqqsa sabiex l-inventarji ma jiġux imkejla aktar mill-kost. Spejjeż ġenerali amministrattivi varjabbli tal-produzzjoni huma allokati għal kull unità tal-produzzjoni fuq bażi tal-użu attwali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.

14 Proċess tal-produzzjoni jista' jirriżulta b'aktar minn prodott wieħed li qed jiġi prodott fl-istess ħin. Dan hu l-każ, pereżempju, meta jiġu prodotti xi prodotti konġunti jew meta jkun hemm prodott ewlieni u prodott sussidjarju. Meta l-kosti tal-konverżjoni ta' xi prodott mhumiex identifikabbli separatament, dawn jiġu allokati bejn il-prodotti fuq bażi razzjonali u konsistenti. L-allokazzjoni tista' tkun ibbażata, pereżempju, fuq il-valur ta' bejgħ relattiv ta' kull prodott jew fil-fażi tal-proċess tal-produzzjoni meta l-prodotti jiġu identifikati separatament, jew mat-tlestija tal-produzzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti sussidjarji, huma min-natura tagħhom stess, immaterjali. Meta dan ikun il-każ, dawn ta' spiss jiġu mkejla fil-valur nett li jinġieb u dan il-valur huwa mnaqqas mill-kosti tal-prodott ewlieni. Bħala riżultat ta' hekk, l-ammont miżmum fil-kotba tal-prodott ewlieni mhuwiex materjalment differenti mill-kost tiegħu.

Kosti oħrajn

15 Kosti oħrajn huma inklużi fil-kost ta' inventarji biss sakemm ikunu saru fil-proċess biex jitwasslu l-inventarji fil-lok u l-kondizzjoni attwali tagħhom. Pereżempju, jista' jkun xieraq li jiġu inklużi spejjeż ġenerali li mhumiex tal-produzzjoni jew l-kosti biex jiġu ddisinjati prodotti lill-klijenti speċifiċi fil-kost tal-inventarji.

16 Eżempji ta' kosti esklużi mill-kost ta' inventarji u rikonoxxuti bħala kosti fil-perijodu li jkunu seħħew huma:

(a) ammonti anormali ta' materjali moħlija, xogħol u kosti oħra tal-produzzjoni;

(b) kosti ta' ħażna, sakemm dawk l-kosti huma meħtieġa fil-proċess tal-produzzjoni qabel stadju tal-produzzjoni addizzjonali;

(c) spejjeż ġenerali amministrattivi li ma jkunux jikkontribwixxu sabiex jitwasslu l-inventarji fil-lok u fil-kondizzjoni attwali tagħhom; u

(d) kosti ta' bejgħ.

17 IAS 23 Kosti tas-Self jidentifikaw iċ-ċirkustanzi limitati meta l-kosti tas-self huma inklużi fil-kosti ta' inventarji.

18 Entità tista' tixtri inventarji fuq termini ta' sald differit. Meta l-arranġament effettivament jinkludi element finanzjarju, dak l-element, pereżempju, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri f'termini ta' kreditu normali u l-ammont imħallas, huwa rikonoxxut bħala spiża tal-imgħax matul il-perijodu ta' finanzjament.

Kost tal-Inventajru ta' min jipprovdi servizz

19 Sakemm il-fornituri tas-servizz għandhom inventarji, huma jkejluhom skont il-kosti tal-produzzjoni tagħhom. Dawn il-kosti jikkonsistu prinċipalment f'xogħol u kosti oħrajn ta' impjegati direttament impenjati biex jipprovdu s-servizz, li jinkludi impjegati li jwettqu superviżjoni, u spejjeż ġenerali li jistgħu jkunu attribwiti. Xogħol u kosti oħrajn relatati mal-bejgħ u impjegati amministrattivi ġenerali mhumiex inklużi iżda huma rikonoxxuti bħala kosti fil-perijodu li fih ikunu saru. Il-kost tal-inventajru ta' wieħed li jipprovdi servizz ma jinkludix marġni ta' profitt jew spejjeż ġenerali li ma jistgħux ikunu attribwiti li ta' spiss huma inklużi fil-prezzijiet mitlubin mill-fornituri tas-servizz.

Kost tal-prodott agrikolu maħsud minn assi bijoloġiċi

▼M8

20 Skont l-IAS 41 Agrikoltura inventarji li jinkludu prodotti agrikoli li entità ħasdet mill-assi bijoloġiċi tagħha jitgħandhom jitkejlu mar-rikonoxximent inizjali bil-valur ġust tagħhom bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ fil-punt tal-ħsad. Dan huwa l-kost tal-inventarji f’dik id-data għall-applikazzjoni ta’ dak l-Istandard.

▼B

Tekniċi għal kejl tal-kost

21 Tekniċi għal kejl tal-kost tal-inventarji, bħal metodu tal-kost standard jew il-metodu bl-imnut, jista' jiġi użat għal konvenjenza jekk ir-riżultati joqorbu lejn il-kost. Kosti standard jieħdu inkonsiderazzjoni livelli normali ta' materjali u provvisti, xogħol, effiċjenza u l-utilizzazzjoni tal-kapacità. Dawn huma riveduti regolarment u, jekk meħtieġ, jiġu riveduti fid-dawl ta' kondizzjonijiet attwali.

22 Il-metodu bl-imnut jintuża ta' spiss fl-industrija tal-imnut għal kejl ta' inventarji b'għadd kbir ta' oġġetti li jinbidlu ta' spiss b'marġni simili li għalihom mhux prattiku li jintużaw metodi tal-kost oħrajn. Il-prezz tal-inventajru huwa stabbilit billi tnaqqas il-valur tal-bejgħ tal-inventajru b'persentaġġ xieraq tal-marġni gross. Il-persentaġġ użat jieħu inkonsiderazzjoni inventajru li jkun ġie mnaqqas sa inqas mill-prezz oriġinali ta' bejgħ. Persentaġġ medju huwa ġeneralment għal kull dipartiment bl-imnut.

Formuli tal-kost

23 Il-kost ta' inventarji b'oġġetti li ġeneralment ma jinbidlux bejniethom u oġġetti jew servizzi prodotti u mwarrbin għal proġetti speċifiċi permezz ta' identifikazzjoni speċifika tal-kost individwali tagħhom.

24 L-identifikazzjoni speċifika tal-kosti tfisser li prezzijiet speċifiċi huma attribwiti għal oġġetti identifikati tal-inventajru. Dan hu t-trattament xieraq għal oġġetti li huma mwarrbin għal proġett speċifiku, minkejja jekk dawn humiex mixtrija jew prodotti. Madankollu, l-identifikazzjoni speċifika tal-kosti ma tkunx xierqa meta jkun hemm għadd kbir ta' oġġetti ta' inventajru li ġeneralment jistgħu jinbidlu bejniethom. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-metodu fejn jiġu magħżula l-oġġetti li jibqgħu fl-inventarji jista' jintuża biex jiġu akkwistati effetti determinati minn qabel fuq profitt jew telf.

25 lI-kost ta' inventarji, barra dawk koperti fil-paragrafu 23, ser jiġu assenjati skont min ikun l-ewwel tal-ewwel (first-in, first-out – FIFO) jew formola tal-kost medju ppiżat. Entità għandha tuża l-istess formula tal-kosti għal inventarji kollha li għandhom l-istess natura u użu għall-entità. Għal inventarji li huma ta' natura u użu differenti, jistgħu jkunu ġustifikati formuli differenti tal-kost.

26 Pereżempju, inventarji użati f'segment tal-operat partikulari jista' jkun ta' użu differenti għall-entità mill-istess tip ta' inventarji użati f'segment tal-operat ieħor. Madankollu, differenza fil-pożizzjoni ġeografika tal-inventarji (jew fir-regoli rispettivi tat-taxxa), weħida, mhix biżżejjed biex tiġġustifika l-użu ta' formuli tal-ikkostjar differenti.

27 Il-formula FIFO tassumi li l-oġġetti tal-inventajru li huma mixtrija jew prodotti l-ewwel, huma mibjugħa l-ewwel, u sussegwentement l-oġġetti li jibqgħu fl-inventajru fl-aħħar tal-perijodu huma dawk li nxtraw jew ġew prodotti l-aħħar. Taħt il-formola tal-kost medju ppiżat, il-prezz ta' kull oġġett huwa stabbilit mill-medja ppeżata ta' oġġetti simili fil-bidu ta' xi perijodu u l-prezz ta' oġġetti simili mixtrija jew prodotti waqt dak il-perijodu. Il-medja tista' tiġi kkalkulata fuq bażi perjodika, jew mal-wasla ta' kull merkanzija addizzjonali, skont iċ-ċirkustanzi tal-entità.

Valur nett li jinġieb

28 Il-kosti tal-inventarji ma jistgħux ikunu potenzjalment irkuprati jekk dawk l-inventarji tiġrilhom il-ħsara, jekk żmienhom għadda jew kważi għadda, jew jekk il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom naqsu. Il-kosti tal-inventarji jistgħu wkoll ma jkunux potenzjalment irkuprati jekk l-istima tal-kosti tat-tlestija jew l-istima tal-kosti li għad iridu jsiru biex isir il-bejgħ ikunu għolew. Il-prattika li l-inventarji jitniżżlu inqas mill-prezz tal-valur nett li jinġieb hi konsistenti mal-fehma li l-assi m'għandhomx jinżammu aktar mill-ammonti mistennija li ser jiġu realizzati mill-bejgħ jew mill-użu tagħhom.

29 L-inventarji huma normalment reġistrati bil-valur nett li jinġieb oġġett b'oġġett. F'ċerti ċirkostanzi, madankollu, jista' jkun xieraq li oġġetti simili jew relatati jitgħaqdu fi grupp wieħed. Dan jista' jkun il-każ għal oġġetti ta' inventajru relatati mal-istess linja tal-prodotti li jkollha miri jew użi finali simili, li jkunu prodotti u kummerċjalizzati fl-istess żona ġeografika, u li ma jistgħux jiġu evalwati b'mod prattiku separatament mill-oġġetti l-oħra f'dik il-linja tal-prodotti. Mhux xieraq li jinkitbu inventarji fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni ta' inventajru, pereżempju, prodotti lesti, jew l-inventarji kollha f'segment tal-operat partikulari. Fornituri tas-servizzi ġeneralment jakkumulaw l-ispejjeż fir-rigward ta' kull servizz li għalih jintalab prezz tal-bejgħ separat. Għalhekk, kull tali servizz qiegħed jiġi ttrattat bħala element separat.

30 Stimi ta' valur nett li jinġieb huma bbażati fuq l-aktar evidenza affidabbli disponibbli fil-ħin li fih jsiru l-istimi, tal-ammont li l-inventarji huma mistennija li jirrealizzaw. Dawn l-istimi jieħdu inkonsiderazzjoni t-tibdil fil-prezzijiet jew kosti direttament relatati ma' avvenimenti li jseħħu wara l-aħħar tal-perijodu sakemm dawn l-avvenimenti jikkonfermaw kondizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perijodu.

31 Stimi ta' valur nett li jinġieb jieħdu inkonsiderazzjoni wkoll l-iskop li għalih l-inventajru huwa miżmum fil-kotba. Pereżempju, il-valur nett li jinġieb tal-kwantità ta' inventajru miżmum fil-kotba sabiex jissodisfa kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizz fis-sod huwa bbażat fuq il-prezz tal-kuntratt. Jekk il-kuntratti tal-bejgħ huma għal inqas mill-kwantitajiet ta' inventajru miżmum fil-kotba, il-valur nett li jinġieb huwa bbażat fuq il-prezzijiet ġenerali tal-bejgħ. Provvedimenti jistgħu jirriżultaw minn kuntratti ta' bejgħ fis-sod li huma aktar mill-kwantitajiet tal-inventajru miżmuma jew minn kuntratti ta' xiri fis-sod. Dawn il-provvedimenti huma kkunsidrati taħt l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

32 Materjali u provvisti oħrajn miżmuma biex jintużaw fil-produzzjoni ta' inventarji ma jitniżżlux taħt il-kost jekk il-prodotti lesti li fihom ser ikunu inkorporati huma mistennija li jinbiegħu skont il-kost jew aktar mill-kost. Madankollu, meta tnaqqis fil-prezz ta' materjali jindika li l-kost tal-prodotti lesti huwa aktar mill-valur nett li jinġieb, il-materjali mniżżla sal-valur nett li jinġieb. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-kosti tas-sostituzzjoni ta' materjali jista' jkun l-aħjar kejl disponibbli tal-valur nett li jinġieb tagħhom.

33 Trid issir stima ġdida tal-valur nett li jinġab f'kull perijodu sussegwenti. Meta ċ-ċirkustanzi li qabel kienu kienu ġiegħlu l-inventarji biex jitniżżlu taħt il-prezz ma jibqgħux jeżistu, jew meta hemm xhieda ċara ta' żjieda fil-valur nett li jinġieb minħabba bidla fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi, l-ammont tat-tniżżil fil-valur huwa mreġġa' lura (i.e. it-treġġigħ lura hu ristrett għall-ammont oriġinali tat-tniżżil fil-valur) sabiex l-ammont ġdid miżmum fil-kotba huwa l-inqas, mill-kosti u mill-valur nett li jinġieb rivedut. Dan jiġri, pereżempju, meta oġġett ta' inventajru li hu miżmum fil-kotba fil-valur nett li jinġieb, minħabba li l-prezz tal-bejgħ ikun naqas, ikun għadu ma nbiegħx f'perijodu sussegwenti u l-prezz tal-bejgħ tiegħu jkun żdied.

RIKONOXXIMENT BĦALA SPIŻA

34 Meta l-inventarji huma mibjugħa, l-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk l-inventarji ser jiġi rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu li fih id-dħul relatat huwa rikonoxxut. L-ammont ta' kull tniżżil fil-valur ta' inventarji għal valur nett li jinġieb u t-telf kollu ta' inventarji ser jiġi rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu li fih it-tniżżil fil-valur jew it-telf iseħħu. L-ammont ta' kull treġġigħ lura f'kull tniżżil fil-valur ta' inventarji li tiġi minn żjieda fil-valur nett li jinġieb, ser jiġi rikonoxxut bħala tnaqqis fl-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu li fih iseħħ it-treġġigħ lura.

35 Xi inventarji jistgħu jiġu allokati f'kontijiet ta' assi oħrajn, pereżempju, inventajru użat bħala komponent ta' proprjetà mibnija mill-persuna stess, impjant jew tagħmir. Inventarji allokati f'assi ieħor b'dan il-mod huma rikonoxxuti bħala spiża waqt iż-żmien tal-utilità ta' dak l-assi.

ŻVELAR

36 Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiżvelaw:

(a) il-politika tal-kontabilità adottata fil-kejl ta' inventarji, li tinkludi l-formula tal-kost użata;

(b) l-ammont totali miżmum fil-kotba ta' inventarji u l-ammont miżmum fil-kotba fi klassifikazzjonijiet xierqa għall-entità;

(c) l-ammont miżmum fil-kotba ta' inventarji miżmuma fil-valur ġust, nieqes il-kosti biex tbiegħ;

(d) l-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża waqt il-perijodu;

(e) l-ammont ta' kull tniżżil fil-valur tal-inventarji rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu b'mod konformi mal-paragrafu 34;

(f) l-ammont ta' kull treġġigħ lura ta' kull tniżżil fil-valur li hu rikonoxxut bħala tnaqqis fl-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża f'dak il-perijodu, b'mod konformi mal-paragrafu 34;

(g) iċ-ċirkustanzi jew avvenimenti li jkunu wasslu għal treġġigħ lura ta' kitbiet ta' inventarji b'mod konformi mal-paragrafu 34; u

(h) l-ammonti miżmuma fil-kotba ta' inventarji mwiegħda bħala garanzija għall-obbligazzjonijiet.

37 Tagħrif dwar l-ammonti miżmuma fil-kotba fi klassifikazzjonijiet differenti ta' inventarji u kemm dawn il-bidliet ta' dawn l-assi huma utli għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji. Klassifikazzjonijiet komuni ta' inventarji huma merkanzija, provvisti tal-produzzjoni, materjali, xogħol fl-idejn u prodotti lesti. L-inventarji ta' fornitur ta' servizz jistgħu jiġu deskritti bħala xogħol fl-idejn.

38 L-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża waqt dak il-perijodu, li ta' spiss huwa riferut bħala l-kost tal-bejgħ, jikkonsisti minn dawk l-kosti li qabel kienu inklużi fil-kejl tal-inventajru u li issa ġew mibjugħa u minn spejjeż ġenerali tal-produzzjoni mhux allokati u minn kosti tal-produzzjoni ta' inventarji. Iċ-ċirkustanzi tal-entità jistgħu wkoll jiggarantixxu l-inklużjoni ta' ammonti oħrajn, bħal kosti tad-distribuzzjoni.

39 Xi entitajiet jadottaw format għal profitt jew telf li jirriżulta f'ammonti li jiġu żvelati, minbarra l-kost tal-inventarji rikonoxxuti bħala spiża matul il-perijodu. Taħt dan il-format, entità tippreżenta analiżi ta' ispejjeż billi tuża klassifikazzjoni bbażata skont in-natura tal-ispejjeż. F'dan il-każ, l-entità għandha tiżvela l-kosti rikonoxxuti għal materja prima u oġġetti konsumabbli, kosti ta' xogħol u kosti oħrajn flimkien mal-ammont tal-bidla netta f'inventarji għalI-perijodu.

DATA EFFETTIVA

40 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M33

40C L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fil-paragrafu 6 u emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼B

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

41 Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IAS 2 Inventarji (rivedut fl-1993).

42 Dan l-Istandard jissostitwixxi SIC1 KonsistenzaFormuli tal-Kost Differenti għal Inventarji.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 7

▼M5

Rapport tal-Flussi ta’ Flus ( 3 )

▼B

GĦAN

Informazzjoni dwar il-flussi ta' flus ta' entità hija utli għaliex tipprovdi lill-utenti ta' rapporti finanzjarji b'bażi biex tiġi analizzata l-kapaċità tal-entità biex tiġġenera l-flus u ekwivalenti ta' flus u l-bżonnijiet tal-entità li tuża dawk il-flussi ta' flus. Id-deċiżjonijiet ekonomiċi li jittieħdu mill-utenti jeħtieġu evalwazzjoni tal-abilità ta' entità li tiġġenera flus u ekwivalenti ta' flus u ż-żmien u ċ-ċertezza li dawn jiġu ġġenerati.

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jeħtieġ li tingħata informazzjoni dwar il-bidliet storiċi fil-flus u ekwivalenti ta' flus ta' entità permezz ta' rapport tal-flussi ta' flus li jikklassifika l-flussi ta' flus matul il-perijodu minn attivitajiet tal-operat, investiment u finanzjament.

AMBITU

1 Entità għandha tħejji rapport tal-fluss ta' flus skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard u għandha tippreżentah bħala parti integrali mir-rapporti finanzjarji tagħha għal kull perijodu li għalih jiġu ppreżentati r-rapporti finanzjarji.

2 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 7 Rapport dwar Bidliet fil-Pożizzjoni Finanzjarja, approvat f'Lulju 1977.

3 Utenti tar-rapporti finanzjarji tal-entità huma interessati f'kif l-entità tiġġenera u tuża l-flus u ekwivalenti ta' flus. Dan huwa l-każ irrispettivament min-natura tal-attivitajiet tal-entità u irrispettivament minn jekk il-flus jistgħux jitqiesu bħala l-prodott tal-entità, kif jista' jkun il-każ fir-rigward ta' istituzzjoni finanzjarja. Essenzjalment, l-entitajiet jeħtieġu l-flus għall-istess raġunijiet, ikunu kemm ikunu differenti l-attivitajiet li jipproduċu d-dħul prinċipali tagħhom. Huma jeħtieġu l-flus biex imexxu l-operazzjonijiet tagħhom, biex iħallsu l-obbligi tagħhom, u biex jipprovdu redditu lill-investituri tagħhom. Għaldaqstant, dan l-Istandard jeħtieġ li l-entitajiet kollha jippreżentaw rapport tal-fluss tal-flus.

BENEFIĊĊJI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-FLUSS TAL-FLUS

4 Rapport tal-fluss tal-flus, meta jintuża flimkien mal-bqija tar-rapporti finanzjarji, jipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-utenti jevalwaw il-bidliet fl-assi netti ta' entità, l-istruttura finanzjarja tagħha (inkluża l-likwidità u s-solvenza tagħha) u l-abilità tagħha li taffettwa l-ammonti u ż-żmien tal-flussi ta' flus sabiex taddatta għal ċirkostanzi u opportunitajiet li jinbidlu. L-informazzjoni dwar il-fluss tal-flus hija utli għall-valutazzjoni tal-abilità tal-entità li tiġġenera flus u ekwivalenti ta' flus u tipperemetti lill-utenti jiżviluppaw mudelli sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw u jqabblu l-valur attwali tal-flussi futuri tal-flus ta' entitajiet differenti. Dan itejjeb ukoll il-komparabilità tar-rapportaġġ tar-riżultati tal-operat minn entitajiet differenti peress li telimina l-effetti tal-użu ta' trattamenti differenti tal-kontabilità għall-istess tranżazzjonijiet u avvenimenti.

5 Informazzjoni storika dwar il-flussi ta' flus hija ta' spiss indikatur tal-ammont, iż-żmien u ċ-ċertezza ta' flussi futuri ta' flus. Hija utli wkoll biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni ta' valutazzjonijiet passati ta' flussi futuri ta' flus u biex tiġi eżaminata r-relazzjoni bejn il-profitabilità u l-fluss nett ta' flus u l-impatt ta' ċaqliq fil-prezzijiet.

DEFINIZZJONIJIET

6 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Flus tinkludi flus fl-idejn u depożiti ta' bla avviż.

Ekwivalenti ta' flus huma investimenti għal perijodu ta' żmien qasir, bi grad għoli ta' likwidità, li jistgħu jinqalbu faċilment għal ammonti ċerti ta' flus u li huma soġġetti għal riskju insinifikanti ta' bidliet fil-valur.

Flussi ta' flus huma flussi 'l ġewwa u flussi 'l barra ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus.

Attivitajiet tal-operat huma l-attivitajiet prinċipali li jrendu dħul għall-entità u attivitajiet oħrajn li m'humiex attivitajiet ta' investiment jew ta' finanzjament.

Attivitajiet ta' investiment huma l-akkwiżizzjoni u d-disponiment ta' assi fit-tul u investimenti oħrajn mhux inklużi f'ekwivalenti ta' flus.

Attivitajiet ta' finanzjament huma attivitajiet li jirriżultaw f'tibdil fid-daqs u fil-kompożizzjoni tal-ekwità kkontribwita u tas-self tal-entità.

Flus u ekwivalenti ta' flus

7 Ekwivalenti ta' flus jinżammu bl-iskop li jiġu ssodisfati impenji ta' żmien qasir fi flus aktar milli għal skopijiet ta' investiment jew għal skopijiet oħra. Sabiex investiment jikkwalifika bħala ekwivalenti ta' flus, dan għandu jkun konvertibbli faċilment għal ammont magħruf ta' flus u għandu jkun soġġett għal riskju insinifikanti ta' tibdil fil-valur. Għaldaqstant, investiment normalment jikkwalifika bħala ekwivalenti ta' flus biss meta jkollu maturità qasira ta', ngħidu aħna, tliet xhur jew inqas mid-data tal-akkwiżizzjoni. Investimenti f'ekwità huma esklużi mill-ekwivalenti ta' flus sakemm dawn ma jkunux, essenzjalment, ekwivalenti ta' flus, pereżempju fil-każ ta' ishma privileġġati akkwistati fi żmien perijodu qasir mill-maturità tagħhom u b'data ta' fidi speċifikata.

8 Self mill-banek huwa ġeneralment meqjus bħala attività finanzjarja. Madankollu, f'xi pajjiżi, self kurrenti bankarju li jkollu jintradd lura fuq talba, jifforma parti integrali mill-amministrazzjoni tal-flus ta' entità. F'dawn iċ-ċirkostanzi, is-self kurrenti bankarju huwa inkluż bħala komponent tal-flus u ekwivalenti ta' flus. Karatteristika ta' arranġamenti bankarji bħal dawn hija li l-bilanċ bankarju spiss ivarja bejn li jkun fil-pożittiv għal fin-negattiv.

9 Il-flussi ta' flus jeskludu movimenti bejn entrati li jikkostitwixxu flus jew ekwivalenti ta' flus minħabba li dawn il-komponenti huma parti mill-amministrazzjoni tal-flus ta' entità aktar milli parti mill-attivitajiet tagħha ta' operat, ta' investiment jew ta' finanzjament. L-amministrazzjoni tal-flus tinkludi l-investiment ta' eċċess ta' flus f'ekwivalenti ta' flus.

PREŻENTAZZJONI TA' RAPPORT TAL-FLUSS TA' FLUS

10 Ir-rapport tal-fluss ta' flus għandu jirrapporta flussi ta' flus matul il-perijodu, ikklassifikati taħt attivitajiet tal-operat, ta' investiment u ta' finanzjament.

11 Entità tippreżenta l-flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat, ta' investiment u ta' finanzjament b'mod li jkun l-aktar xieraq għan-negozju tagħha. Il-klassifikazzjoni skont l-attività tipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-utenti jivvalutaw l-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u fuq l-ammont ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus tagħha. Din l-informazzjoni tista' tintuża wkoll biex jiġu evalwati r-relazzjonijiet bejn dawk l-attivitajiet.

12 Tranżizzjoni waħda tista' tinkludi flussi ta' flus li huma kklassifikati b'mod differenti. Pereżempju, meta l-ħlas lura ta' self fi flus jinkludi kemm l-imgħax kif ukoll il-kapital, l-element tal-imgħax jista' jiġi kklassifikat bħala attività tal-operat waqt li l-element kapitali jiġi kklassifikat bħala attività ta' finanzjament.

Attivitajiet tal-operat

13 L-ammont ta' flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat huwa indikatur ewlieni ta' kemm l-operazzjonijiet tal-entità ġġeneraw biżżejjed flussi ta' flus biex jitħallas lura self, biex tinżamm il-kapaċità operattiva tal-entità, biex jitħallsu d-dividendi u biex isiru investimenti ġodda mingħajr ma tirrikorri għal sorsi esterni ta' finanzjament. Informazzjoni dwar il-komponenti speċifiċi ta' flussi operattivi storiċi ta' flus hija utli, flimkien ma' informazzjoni oħra, fit-tbassir ta' flussi operattivi futuri ta' flus.

14 Flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat huma derivati primarjament mill-attivitajiet prinċipali tal-entità li jipproduċu dħul. Għaldaqstant, dawn ġeneralment jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet u minn avvenimenti oħra li jidħlu fil-kalkolu tal-profitt jew telf. Eżempji ta' flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat huma:

(a) dħul ta' flus mill-bejgħ ta' prodotti u mill-għoti ta' servizzi;

(b) dħul ta' flus minn royalties, drittijiet oħra, kommissjonijiet u dħul ieħor;

(c) pagamenti fi flus lil fornituri għal prodotti u servizzi;

(d) pagamenti fi flus lil u f'isem impjegati;

(e) dħul fi flus u pagamenti fi flus ta' entità tal-assigurazzjoni għal primjums u klejms, annwalitajiet u benefiċċji oħra mill-poloz;

(f) pagamenti fi flus jew rifużjonijiet ta' taxxi fuq id-dħul sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu identifikati speċifikament ma' attivitajiet ta' finanzjament jew ta' investiment; u

(g) dħul u pagamenti fi flus minn kuntratti miżmuma għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju.

Xi tranżazzjonijiet, bħall-bejgħ ta’ oġġett ta’ impjant, tista’ twassal għal qligħ jew telf li huwa inkluż fil-profitt jew telf rikonoxxut. Il-flussi tal-flus dwar dawn it-tranżazzjonijiet huma flussi tal-flus minn attivitajiet tal-investiment. Madankollu, pagamenti tal-flus għall-manifattura jew l-akkwist ta’ assi miżmuma għall-kiri lil oħrajn u wara miżmuma għall-bejgħ kif deskritt fil-paragrafu 68A tal-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huma flussi tal-flus minn attivitajiet tal-operat. Ir-riċevuti tal-flus minn kirjiet u bejgħ ta’ wara tat-tali assi huma wkoll flussi tal-flus minn attivitajiet tal-operat.

15 Entità tista' żżomm titoli u self għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju, f'liema każ dawn huma simili għal stokk akkwistat speċifikament għal bejgħ mill-ġdid. Għalhekk, flussi ta' flus li jirriżultaw mix-xiri u mill-bejgħ ta' titoli miżmuma għal negozjar finanzjarju huma kklassifikati bħala attivitajiet tal-operat. Bl-istess mod, self ta' flus magħmul minn istituzzjonijiet finanzjarji huwa normalment ikklassifikat bħala attività tal-operat minħabba li dan għandu x'jaqsam mal-attività prinċipali li tipproduċi d-dħul ta' dik l-entità.

Attivitajiet ta' investiment

16 L-iżvelar separat ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ investiment huwa importanti minħabba li l-flussi ta’ flus jirrappreżentaw sa liema punt l-infiq ikun sar fuq riżorsi maħsubin sabiex jiġġeneraw introjtu u flussi ta’ flus fil-futur. Huma biss dawk in-nefqiet li jirriżultaw f’assi rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja li huma eliġibbli għal klassifikazzjoni bħala attivitajiet ta' investiment. Eżempji ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ investiment huma:

(a) pagamenti fi flus biex tinxtara proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra fit-tul. Dawn il-pagamenti jinkludu dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ispejjeż kapitalizzati tal-iżvilupp u ma' proprjetà, impjanti u tagħmir mibnija mill-entità;

(b) dħul fi flus mill-bejgħ ta' proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra fit-tul;

(c) pagamenti fi flus għax-xiri ta' strumenti azzjonarji jew ta' dejn ta' entitajiet oħra jew interessi f'impriżi konġunti (għajr pagamenti għal dawk l-istrumenti meqjusa bħala ekwivalenti ta' flus jew dawk miżmuma għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju);

(d) dħul fi flus minn bejgħ ta' strumenti azzjonarji jew ta' dejn ta' entitajiet oħra u interessi f'impriżi konġunti (għajr dħul għal dawk l-istrumenti meqjusa bħala ekwivalenti ta' flus u dawk miżmuma għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju);

(e) self ta' flus magħmul lil partijiet oħra (għajr self magħmul minn istituzzjoni finanzjarja);

(f) dħul fi flus minn ħlasijiet lura ta' self magħmul lil partijiet oħra (għajr self ta' istituzzjoni finanzjarja);

(g) pagamenti fi flus għal kuntratti ta' futures, kuntratti miftiehma bil-quddiem, kuntratti ta' opzjoni u kuntratti ta' tpartit finanzjarju għajr meta l-kuntratti jsiru għal għanijiet ta' negozju finanzjarju, jew meta l-pagamenti jkunu kklassifikati bħala attivitajiet ta' finanzjament; u

(h) dħul fi flus minn kuntratti ta' futures, kuntratti miftiehma bil-quddiem, kuntratti ta' opzjoni u kuntratti ta' tpartit finanzjarju għajr meta l-kuntratti jsiru għal għanijiet ta' negozju finanzjarju, jew meta d-dħul ikun ikklassifikat bħala attivitajiet ta' finanzjament.

Meta kuntratt jiġi kklassifikat bħala hedge ta' pożizzjoni identifikabbli, il-flussi ta' flus tal-kuntratt huma kklassifikati bl-istess mod bħall-flussi ta' flus tal-pożizzjoni li tkun qegħda tiġi hedged.

Attivitajiet ta' finanzjament

17 L-iżvelar separat ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huwa importanti minħabba li huwa utli għat-tbassir ta' talbiet għal flussi futuri ta' flus minn fornituri ta' kapital għall-entità. Eżempji ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huma:

(a) dħul fi flus mill-ħruġ ta' ishma jew ta' strumenti azzjonarji oħra;

(b) pagamenti fi flus lil sidien għall-akkwist jew tifdija tal-ishma tal-entità;

(c) dħul minn ħruġ ta' debentures, self, noti, bonds, ipoteki u self ieħor fuq perijodu ta' żmien qasir jew fit-tul;

(d) pagamenti lura fi flus ta' ammonti mislufa; u

(e) pagamenti fi flus minn kerrej għat-tnaqqis tal-obbligazzjoni pendenti relatata ma' kiri finanzjarju.

RAPPORTAĠĠ TA' FLUSSI TA' FLUS MINN ATTIVITAJIET TAL-OPERAT

18 Entità għandha tirrapporta flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat billi tuża jew:

(a) il-metodu dirett, li bih jiġu żvelati klassijiet maġġuri ta' dħul gross ta' flus u pagamenti gross ta' flus; jew

(b) il-metodu indirett, fejn il-profitt jew it-telf jiġi aġġustat għall-effetti ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus, għal differimenti jew akkumulazzjonijiet ta' dħul jew pagamenti fi flus mill-operat tal-passat jew tal-futur, u oġġetti ta' introjtu jew spejjeż assoċjati ma' flussi ta' flus ta' investiment jew ta' finanzjament.

19 L-entitajiet huma mħeġġa jirrapportaw flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat permezz tal-metodu dirett. Il-metodu dirett jipprovdi informazzjoni li tista' tkun utli biex jiġu stmati l-flussi futuri ta' flus u li m'hijiex disponibbli taħt il-metodu indirett. Taħt il-metodu dirett, informazzjoni dwar klassijiet maġġuri ta' dħul gross ta' flus u pagamenti gross fi flus tista' tinkiseb jew:

(a) mir-rekords tal-kontabilità tal-entità; jew

(b) billi jiġu aġġustati l-bejgħ, il-kost tal-bejgħ (fil-każ ta' istituzzjoni finanzjarja, mgħax u introjtu simili u spejjeż ta' imgħax u drittijiet simili) u entrati oħra fir-rapport tal-introjtu għal:

(i) bidliet matul il-perijodu fl-inventarji u fil-kredituri u debituri;

(ii) oġġetti oħra mhux flus; u

(iii) oġġetti oħra li għalihom l-effetti fuq il-flus huma ta' flussi ta' flus ta' investiment jew ta' finanzjament.

20 Skont il-metodu indirett, il-fluss nett ta' flus minn attivitajiet tal-operat huwa stabbilit billi jiġi aġġustat il-profitt u t-telf għall-effetti ta':

(a) bidliet matul il-perijodu fl-inventarji u fil-kredituri u debituri tal-operat;

(b) oġġetti mhux flus bħal diprezzament, provvedimenti, taxxi differiti, qligħ u telf f'munita barranija mhux realizzati, profitti mhux imqassma ta' kumpanniji assoċjati, u ►M11  interessi li ma jagħtux kontroll ◄ ; u

(c) l-oġġetti l-oħrajn kollha li għalihom, l-effetti fi flus huma ta' flussi ta' flus ta' investiment jew ta' finanzjament.

Inkella, il-fluss nett ta' flus minn attivitajiet tal-operat jista' jkun ippreżentat skont il-metodu indirett billi juri d-dħul u l-ispejjeż li jidhru fir-rapport tal-introjtu u l-bidliet matul il-perijodu fl-inventarji u fil-kredituri u debituri mill-operat.

RAPPORTAĠĠ TA' FLUSSI TA' FLUS MINN ATTIVITAJIET TA' INVESTIMENT U TA' FINANZJAMENT

21 Entità għandha tiżvela separatament il-kategoriji maġġuri ta' dħul gross fi flus u ta' pagamenti grossi fi flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament, għajr sal-punt li l-flussi ta' flus deskritti fil-paragrafi 22 u 24 jiġu rrapportati fuq bażi netta.

RAPPORTAĠĠ TA' FLUSSI TA' FLUS FUQ BAŻI NETTA

22 Flussi ta' flus li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-operat, ta' investiment jew ta' finanzjament li ġejjin jistgħu jiġu rrappurtati fuq bażi netta:

(a) dħul u pagamenti fi flus f'isem klijenti meta l-flussi ta' flus jirriflettu l-attivitajiet tal-klijent aktar milli dawk tal-entità; u

(b) dħul u pagamenti fi flus għal oġġetti fejn il-fatturat ikun rapidu, li l-ammonti jkunu kbar, u l-maturitajiet ikunu qosra.

23 Eżempji ta' dħul u pagamenti fi flus li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 22(a) huma:

(a) l-aċċettazzjoni u l-ħlas lura ta' depożiti ta' bla avviż ta' bank;

(b) fondi miżmuma għall-klijenti minn entità ta' investiment; u

(c) kirjiet miġbura f'isem, u mħallsa lil, sidien ta' propjetajiet.

Eżempji ta' dħul u pagamenti fi flus li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 22(b) huma s-self għal, u l-ħlas lura ta':

(a) l-ammonti tal-kapital li għandhom x'jaqsmu ma' klijenti ta' karti ta' kreditu;

(b) ix-x-xiri u l-bejgħ ta' investimenti; u

(c) kull self ieħor fuq perijodu ta' żmien qasir, pereżempju, dawk li għandhom perijodu ta' maturità ta' tliet xhur jew inqas.

24 Flussi ta' flus li jirriżultaw minn kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin ta' istituzzjoni finanzjarja jistgħu jiġu rrappurtati fuq bażi netta:

(a) dħul u pagamenti ta' flus għall-aċċettazzjoni u l-ħlas lura ta' depożiti b'data ta' maturità fissa;

(b) it-tqegħid ta' depożiti għand u l-ġbid lura ta' depożiti mingħand istituzzjonijiet finanzjarji oħra; u

(c) self fi flus lill-klijenti u l-ħlas lura ta' dak is-self.

FLUSSI TA' FLUS F'MUNITA BARRANIJA

25 Flussi tal-flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'munita barranija għandhom jiġu reġistrati fil-munita funzjonali tal-entità billi tiġi applikata għall-ammont fil-munita barranija r-rata tal-kambju bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-data tal-fluss tal-flus.

26 Il-fluss tal-flus ta' kumpanija sussidjarja barranija għandu jinqaleb bir-rati tal-kambju bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-dati tal-fluss tal-flus.

27 Flussi ta' flus denominati f'munita barranija huma rrappurtati b'mod konsistenti mal-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju. Dan jippermetti l-użu ta' rata ta' kambju li tkun qrib ir-rata attwali. Pereżempju, rata ta' kambju medja peżata għal perijodu tista' tintuża għar-reġistrazzjoni ta' tranżazzjonijiet f'muniti barranin jew fil-qlib tal-flussi ta' flus ta' kumpanija sussidjarja barranija. Madankollu, l-IAS 21 ma jippermettix l-użu tar-rata tal-kambju ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ meta jiġu maqluba l-flussi ta' flus ta' kumpanija sussidjarja barranija.

28 Qligħ u telf mhux realizzati li jirriżultaw minn bidliet fir-rati tal-kambju f'munita barranija mhumiex flussi ta' flus. Madankollu, l-effett tal-bidliet fir-rati tal-kambju fuq flus u ekwivalenti ta' flus miżmumin jew dovuti f'munita barranija huwa rrappurtat fir-rapport tal-fluss ta' flus sabiex jiġu rikonċiljati l-flus u l-ekwivalenti ta' flus fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu. Dan l-ammont huwa ppreżentat separatament minn flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat, investiment u finanzjament u jinkludi d-differenzi, jekk ikun hemm, li kieku dawk il-flussi ta' flus ġew irrappurtati bir-rati tal-kambju ta' tmiem il-perijodu.

29 [Imħassra]

30 [Imħassra]

MGĦAX U DIVIDENDI

31 Flussi ta' flus minn imgħax u dividendi rċevuti u mħallsa għandhom jiġu żvelati separatament. Kull waħda għandha tiġi kklassifikata b'mod konsistenti minn perijodu għal perijodu bħala attività jew tal-operat, jew ta' investiment jew ta' finanzjament.

▼M1

32 L-ammont totali ta' mgħax imħallas matul perjodu għandu jidher fid-dikjarazzjoni tal-likwidità, sew jekk kien rikonoxxut bħala spiża fid-dikjarazzjoni tad-dħul kemm ikkapitalizzat b'konformità mal-IAS 23 Il-Kosti tas-Self.

▼B

33 Imgħax imħallas u mgħax u dividendi riċevuti huma normalment ikklassifikati bħala flussi ta' flus tal-operat għal istituzzjoni finanzjarja. Madankollu, ma hemm ebda konsensus fuq il-klassifikazzjoni ta' dawn il-flussi ta' flus għal entitajiet oħrajn. Mgħax imħallas u mgħax u dividendi riċevuti jistgħu jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus tal-operat minħabba li jidħlu fil-kalkolu tal-profitt jew telf. Alternattivament, l-imgħax imħallas u l-imgħax u d-dividendi riċevuti jistgħu jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus ta' finanzjament jew ta' investiment rispettivament, minħabba li huma kosti għall-ksib ta' riżorsi finanzjarji jew ta' redditi fuq l-investimenti.

34 Dividendi mħallsa jistgħu jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus ta' finanzjament minħabba li huma kost għall-ksib ta' riżorsi finanzjarji. Alternattivament, id-dividendi mħallsa jistgħu jiġu kklassifikati bħala komponent ta' flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat sabiex l-utenti jiġu megħjuna biex jistabbilixxu l-abilità ta' entità li tħallas dividendi minn flussi ta' flus tal-operat.

TAXXI FUQ ID-DĦUL

35 Flussi ta' flus li jirriżultaw minn taxxi fuq dħul għandhom jiġu żvelati separatament u għandhom jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu identifikati speċifikament ma' attivitajiet ta' finanzjament jew ta' investiment.

36 Taxxi fuq id-dħul huma imponibbli fuq tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal flussi ta' flus li huma kklassifikati bħala attivitajiet tal-operat, investiment jew ta' finanzjament f'rapport tal-fluss ta' flus. Filwaqt li l-ispiża tat-taxxa tista' tkun identifikabbli minnufih ma' attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament, il-flussi ta' flus tat-taxxa relatati ħafna drabi ma jistgħux jiġu identifikati u jistgħu jirriżultaw f'perijodu differenti mill-flussi ta' flus tat-transazzjoni bażika. Għalhekk, taxxi mħallsa huma normalment ikklassifikati bħala flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat. Madankollu, meta l-fluss tal-flus tat-taxxa jkun jista' jiġi identifikat b'mod prattikabbli ma' xi tranżazzjoni individwali li tagħti lok għal flussi ta' flus li huma kklassifikati bħala attivitajiet ta' investiment jew ta' finanzjament, il-fluss ta' flus tat-taxxa huwa kklassifikat bħala attività ta' investiment jew finanzjament kif xieraq. Meta l-flussi ta' flus tat-taxxa jiġu allokati fuq aktar minn klassi ta' attività waħda, jiġi żvelat l-ammont totali ta' taxxi mħallsa.

INVESTIMENTI F'SUSSIDJARJI, ASSOĊJATI U IMPRIŻI KONĠUNTI

▼M32

37 Meta jittieħed kont tal-investiment f’kumpanija assoċjata, impriża konġunta jew sussidarja li tittieħed kont tagħha permezz tal-użu tal-metodu tal-ekwità jew tal-kost, investitur jirristrinġi r-rapportar tiegħu fir-rapport tal-flussi tal-flus għall-flussi tal-flus bejn dan stess u l-entità li fiha jsir investiment, pereżempju, għal dividendi u avvanzi.

38 Entità li tirrapporta l-interess tagħha f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-metodu tal-ekwità għandha tinkludi fir-rapport tal-flussi tal-flus tagħha l-flussi tal-flus fir-rigward tal-investimenti tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, u distribuzzjonijiet u pagamenti jew irċevuti oħra bejnha u l-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta.

▼M11

TIBDIL F’INTERESSI PROPRJETARJI F’SUSSIDJARJI U F’NEGOZJI OĦRA

39 Il-flussi tal-flus aggregati li jirriżultaw mill-kisba jew mit-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra għandhom ikunu ppreżentati separatament u kklassifikati bħala attivitajiet ta’ investiment.

40 Entità għandha tiżvela, b’mod aggregat, fir-rigward sew tal-kisba kemm tat-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra matul il-perjodu, kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a) il-kumpens totali mħallas jew irċevut;

(b) il-porzjon tal-kumpens li jikkonsisti fi flus u f’ekwivalenti ta’ flus;

(ċ) l-ammont ta’ flus u ta’ ekwivalenti ta’ flus fis-sussidjarji jew fin-negozji l-oħra li fuqhom jinkiseb jew jintilef il-kontroll; u

(d) l-ammonti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, minbarra flus jew ekwivalenti ta’ flus, fis-sussidjarji jew fin-negozji l-oħra, li fuqhom jinkiseb jew jintilef il-kontroll, miġbura fil-qosor għal kull kategorija prinċipali.

▼M38

40A Entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, ma għandhiex għalfejn tapplika l-paragrafi 40(c) jew 40(d) għal investiment f’sussidjarja li huwa meħtieġ jitkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu.

▼M11

41 Il-preżentazzjoni separata bħala entrati individwali linja b’linja tal-effetti li l-kisba jew it-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra jkollhom fuq il-flussi tal-flus, flimkien mal-iżvelar separat tal-ammonti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li jiġu akkwistati jew li jsir disponiment minnhom, tgħin biex tiddistingwi dawk il-flussi ta’ flus mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn attivitajiet oħra ta’ operat, ta’ investiment u ta’ finanzjament. L-effetti fuq il-flussi ta’ flus ikkawżati mit-telf ta’ kontroll ma jitnaqqsux minn dawk ikkawżati mill-kisba tal-kontroll.

42 L-ammont aggregat tal-flus imħallsa jew irċevuti bħala kumpens biex jinkiseb jew jintilef il-kontroll ta’ sussidjarji jew ta’ negozji oħra huwa rrappurtat fir-rapport tal-flussi tal-flus wara li jitnaqqsu l-flus u l-ekwivalenti ta’ flus li jkunu akkwistati jew li jsir disponiment minnhom bħala parti minn tali tanżazzjonijiet, avvenimenti jew bidliet fiċ-ċirkostanzi.

▼M38

42A Flussi ta’ flus li jirriżultaw minn bidliet f’interessi ta' sjieda f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll għandhom jiġu kklassifikati bħala flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament, sakemm is-sussidjarja mhijiex ta' entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10, u tkun meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu.

42B Tibdil fl-interessi ta' sjieda f'sussidjarja li ma jirriżultax f'telf ta' kontroll, bħall-akkwist jew il-bejgħ suċċessiv minn kumpanija prinċipali tal-istrumenti tal-ekwità tas-sussidjarja, jiġi kkontabilizzat bħala tranżazzjonijiet ta' ekwità (ara l-IFRS 10, sakemm is-sussidjarja ma tkux ta' entità tal-investiment u tkun meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu. Għaldaqstant, il-flussi ta’ flus li jirriżultaw jiġu kklassifikati bl-istess mod bħal tranżazzjonijiet oħra mas-sidien deskritti fil-paragrafu 17.

▼B

TRANŻAZZJONIJIET MHUX FI FLUS

43 Tranżazzjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament li ma jeħtiġux l-użu ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus għandhom ikunu esklużi minn rapport ta' fluss tal-flus. Tranżazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu żvelati x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji b'mod li jipprovdi l-informazzjoni kollha relevanti dwar dawn l-attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament.

44 Ħafna attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament m'għandhomx impatt dirett fuq il-flussi ta' flus attwali għalkemm jaffettwaw l-istruttura kapitali u tal-assi ta' entità. L-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus mir-rapport tal-flussi ta' flus hija konsistenti mal-għan tar-rapport tal-flussi ta' flus minħabba li dawn l-entrati ma jinvolvux flussi ta' flus fil-perijodu kurrenti. Eżempji ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus huma:

(a) l-akkwiżizzjoni ta' assi jew billi jiġu assunti direttament obbligazzjonijiet relatati jew permezz ta' kiri finanzjarju;

(b) l-akkwiżizzjoni ta' entità permezz ta' ħruġ ta' ishma; u

(c) il-qlib ta' dejn f'ishma.

KOMPONENTI TA' FLUS U EKWIVALENTI TA' FLUS

45 Entità għandha tiżvela l-komponenti ta' flus u ekwivalenti ta' flus u għandha tippreżenta rikonċiljazzjoni tal-ammonti fir-rapport tal-flussi ta' flus tagħha mal-entrati ekwivalenti rrappurtati ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

46 Minħabba l-varjetà ta' prattiċi ta' ġestjoni ta' flus u ta' arranġamenti bankarji madwar id-dinja u sabiex tikkonforma mal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji, entità tiżvela l-politika li hija tadotta biex tistabbilixxi l-kompożizzjoni ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus.

47 L-effett ta' kull bidla fil-politika għall-istabbiliment ta' komponenti ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus, pereżempju, bidla fil-klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji li qabel kienu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-portafoll ta' investiment tal-entità, huwa rrappurtat skont l-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

ŻVELAR IEĦOR

48 Entità għandha tiddikjara, flimkien ma' kommentarju mill-maniġment, l-ammont tal-bilanċi sinjifikanti ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus miżmuma mill-entità li ma humiex disponibbli sabiex jintużaw mill-grupp.

49 Jeżistu diversi ċirkostanzi li fihom il-bilanċi fi flus u ekwivalenti ta' flus miżmumin minn entità m'humiex disponibbli sabiex jintużaw mill-grupp. Eżempji jinkludu l-bilanċi ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus miżmumin minn sussidjarja li topera f'pajjiż fejn japplikaw kontrolli tal-kambju jew restrizzjonijiet legali oħra meta l-bilanċi ma jkunux disponibbli għal użu ġenerali mill-entità prinċipali jew minn sussidjarji oħrajn.

50 Informazzjoni addizzjonali tista' tkun relevanti għall-utenti biex jifhmu l-pożizzjoni finanzjarja u l-likwidità ta' entità. L-iżvelar ta' din l-informazzjoni, flimkien ma' kummentarju mill-maniġment, huma mħeġġa u jistgħu jinkludu:

(a) l-ammont ta' faċilitajiet ta' self mhux użati li jistgħu jkunu disponibbli għal attivitajiet futuri tal-operat u biex jiġu saldati impenji kapitali, b'indikazzjoni ta' kull restrizzjoni li jista' jkun hemm fuq l-użu ta' dawn il-faċilitajiet;

▼M32 —————

▼B

(c) l-ammont aggregat ta' flussi ta' flus li jirrappreżentaw żjidiet fil-kapaċità operattiva b'mod separat minn dawk tal-flussi ta' flus li huma meħtieġa sabiex tinżamm il-kapaċità operattiva; u

(d) l-ammont ta' flussi ta' flus li joriġina mill-attivitajiet tal-operat, ta' investiment jew ta' finanzjament ta' kull segment soġġett għar-rappurtaġġ (ara l-IFRS 8 Segmenti tal-Operat).

51 L-iżvelar separat tal-flussi ta' flus li jirrappreżentaw żjidiet fil-kapaċità tal-operat u fil-flussi ta' flus li huma meħtieġa sabiex tinżamm il-kapaċità operattiva hija utli sabiex l-utent ikun jista' jistabbilixxi jekk l-entità hijiex qegħda tinvesti b'mod adegwat fiż-żamma tal-kapaċità operattiva tagħha. Entità li ma tinvestix b'mod adegwat fiż-żamma tal-kapaċità operattiva tagħha tista' tippreġudika l-profitabilità futura minħabba likwidità kurrenti u distribuzzjonijiet lis-sidien.

52 L-iżvelar ta' flussi ta' flus segmentali jippermetti lill-utenti jifhmu aħjar ir-relazzjoni bejn il-flussi ta' flus tan-negozju b'mod sħiħ u dawk tal-partijiet komponenti tiegħu u d-disponibbiltà u l-varjabilità tal-flussi ta' flus segmentali.

DATA EFFETTIVA

53 Dan l-Istandard jidħol fis-seħħ għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1994 jew wara.

▼M11

54 L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafi 39-42 u żied il-paragrafi 42A u 42B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emendi għandhom jiġu applikati retrospettivament.

▼M8

55 Il-paragrafu 14 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika l-paragrafi 68A tal-IAS 16.

▼M22

56 Il-paragrafu 16 ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M32

57 L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 37, 38 u 42B u ħassru l-paragrafu 50(b). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M38

58  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 42A u 42B u żiedu l-paragrafu 40A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 8

Politiki ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard hu li jistipula l-kriterji għall-għażla u l-bidla tal-politika tal-kontabilità, flimkien ma' trattament fil-kontijiet u żvelar ta' bidliet fil-politika tal-kontabilità, bidliet fl-istimi tal-Kontabilità u korrezzjoni ta' żbalji. L-Istandard huwa intiż biex ir-rapporti finanzjarji ta' entità jsiru aktar rilevanti u ta' fiduċja, u biex tissaħħaħ il-komparabilità ta' dawk ir-rapporti finanzjarji matul iż-żmien u mar-rapporti finanzjarji ta' entitajiet oħra.

2 Rekwiżiti ta' żvelar ta' informazzjoni dwar politika tal-kontabilità, ħlief dawk dwar il-bidliet fil-politika tal-kontabilità, huma stipulati fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji.

AMBITU

3 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fl-għażla u l-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità, u fil-konsiderazzjoni tal-bidliet fil-politika tal-kontabilità, bidliet fl-istimi tal-kontabilità u korrezzjonijiet ta' żbalji fil-perijodu ta' qabel.

4 L-effetti għat-taxxa tal-korrezzjonijiet ta' żbalji tal-perijodu ta' qabel u tibdiliet retrospettivi magħmula biex ikunu applikati bidliet fil-politika tal-kontabilità huma kkunsidrati u żvelati b'konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul.

DEFINIZZJONIJIET

5 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Politika tal-kontabilità hija prinċipji, bażijiet, konvenzjonijiet, regoli u prattiċi speċifiċi applikati minn entità fil-preparazzjoni u preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji.

Bidla fl-istima tal-kontabilità hi bidla fl-ammont miżmum fil-kotba ta' xi assi jew ta' obbligazzjoni, jew l-ammont ta' konsum perjodiku ta' xi assi, li jirriżulta mill-istima tal-istat preżenti ta' assi u obbligazzjonijiet, u l-benefiċċji u obbligazzjonijiet futuri mistennija, li huma marbuta magħhom. Bidliet fl-istimi tal-kontabilità jirriżultaw minn tagħrif jew żviluppi ġodda, u, għalhekk, mhumiex korrezzjonijiet ta' żbalji.

L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) huma Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord Internazzjonali għall-Istandards tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a) Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju;

(b) Standards Internazzjonali tal-Kontabilità; u

(c) Interpretazzjonijiet ►M5  żviluppati ◄ mill-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) jew dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).

Ommissjonijiet materjali jew dikjarazzjonijiet żbaljati ta' xi entrati huma materjali, jekk huma jistgħu, individwalment jew kollettivament, iħallu effett fuq id-deċiżjonijiet ekonomiċi ►M5  li l-utenti jagħmlu ◄ fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji. Il-materjalità tiddependi mid-daqs u natura tal-omissjoni jew tar-rapport żbaljat kif iġġudikat fiċ-ċirkustanzi li huma marbuta magħha. Id-daqs jew natura tal-entrata, jew it-tnejn li huma, jistgħu jkunu fattur determinanti.

Żbalji f'perijodi ta' qabel huma ommissjonijiet minn, u dikjarazzjonijiet żbaljati f'rapporti finanzjarji f'perijodu preċedenti wieħed jew aktar li rriżultaw minn nuqqas tal-użu, jew użu ħażin, ta' informazzjoni affidabbli, li:

(a) kienet disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dawk il-perijodi kienu awtorizzati għall-ħruġ; u

(b) kien mistenni, b'mod raġonevoli, li dawn inkisbu u kienu kkunsidrati fit-tħejjija u l-eżentar ta' dawk ir-rapporti finanzjarji.

Żbalji bħal dawn jinkludu l-effetti ta' żbalji matematiċi, żbalji fl-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità, żvisti jew interpretazzjoni ħażina ta' xi fatti, u frodi.

Applikazzjoni retrospettiva hi l-applikazzjoni ta' politika ġdida tal-kontabilità għal tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra daqs li kieku dik il-politika dejjem kienet applikata.

Dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva hi korrezzjoni tar-rikonoxximent, kejl u informazzjoni pprovduta dwar ammont ta' elementi fl-iżvelar ta' rapporti finanzjarji daqs li kieku żball f'perijodu ta' qabel qatt ma seħħ.

Imprattikabbli L-applikazzjoni ta' rekwiżit hi imprattikabbli meta entità ma tkunx tista' tapplikah wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex tagħmel hekk. Għal perijodu partikulari preċedenti, huwa impratikabbli li tapplika bidla f'politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv jew tagħmel dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva biex tikkorreġi żball jekk:

(a) l-effetti ta' applikazzjoni retrospettiva jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva m'humiex determinabbli;

(b) l-applikazzjoni retrospettiva jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva teħtieġ suppożizzjonijiet dwar x'setgħa kien il-ħsieb tal-maniġment f'dak il-perijodu; jew

(c) l-applikazzjoni retrospettiva jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva tkun teħtieġ stimi sinifikanti tal-ammonti u jkun impossibli li tiddistingwi b'mod oġġettiv tagħrif dwar dawk l-istimi li:

(i) jipprovdu evidenza ta' ċirkustanzi li eżistew fid-data(i) li fihom l-ammonti jridu jiġu rikonoxxuti, imkejla jew żvelati; u

(ii) kienet tkun disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dak il-perijodu preċedenti kienu awtorizzati għall-ħruġ

minn informazzjoni oħra.

Applikazzjoni prospettiva ta' bidla fil-politika tal-kontabilità u r-rikonoxximent tal-effett tal-bidla fuq stima tal-kontabilità, rispettivament, huma:

(a) applikazzjoni ta' politika ġdida tal-kontabilità fuq tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra li jseħħu wara d-data li fiha jkun hemm bdil fil-politika; u

(b) ir-rikonoxximent tal-effett tal-bidla fuq l-istima tal-kontabilità fil-perijodi preżenti u futuri affettwati mill-bidla.

6 Li tanalizza jekk omissjoni jew rapport żbaljat jistax jinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti, u għalhekk ikun materjali, jeħtieġ il-konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta' dawk l-utenti. Il-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji jgħid fil-paragrafu 25 li “hemm is-suppożizzjoni li l-utenti għandhom għarfien raġonevoli tal-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u tal-kontabilità u rieda li jistudjaw it-tagħrif b'diligenza raġonevoli.” Għalhekk, l-analiżi għandha tikkunsidra l-fatt kif l-utenti b'dawn l-attribwiti jkunu mistennija li jiġu influwenzati b'mod raġonevoli fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi.

POLITIKA TA' KONTABILITÀ

Għażla u applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità

▼M8

7 Meta IFRS speċifikament tapplika għal tranżazzjoni, avveniment jew kundizzjoni oħra, il-politika jew politiki ta’ kontabilità applikati għal dak l-affari tkun stabbilita bl-applikazzjoni tal-IFRS.

▼B

8 IFRSs jistipulaw politika tal-kontabilità li l-IASB ikkonkluda li jirriżultaw f'rapporti finanzjarji li huma rilevanti u jagħtu informazzjoni affidabbli dwar tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħrajn li japplikaw għalihom. Din il-politika m'għandhiex għalfejn tiġu applikata meta l-effett tal-applikazzjoni tagħha jkun immaterjali. Madankollu, mhux xieraq li jsir, jew li ma jkunx korrett, tbegħid immaterjali minn IFRSs biex tinkiseb preżentazzjoni partikulari tal-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji jew likwidità ta' entità.

▼M8

9 L-IFRSs huma akkumpanjati bi gwida biex tassisti l-entitajiet fl-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. Din il-gwida kollha tiddikjara jekk hijiex parti integrali mill-IFRSs. Gwida li hija parti integrali mill-IFRSs hija mandatarja. Gwida li m’hijiex parti integrali tal-IFRSs ma tinkludix ħtiġiet għar-rapporti finanzjarji.

▼B

10 Fin-nuqqas ta' ►M5  IFRS ◄ li tapplika speċifikament għat-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kondizzjoni oħra, il-maniġment għandu juża l-ġudizzju għaqli tiegħu fl-iżvilupp u applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità li tirriżulta f'informazzjoni li hi:

(a) rilevanti għall-bżonnijiet tal-utenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi; u

(b) affidabbli, fis-sens li fir-rapport finanzjarju:

(i) jirrappreżentaw b'mod leali, riżultati finanzjarji, il-prestazzjoni finanzjarja u l-fluss tal-flus tal-entità;

(ii) jirriflettu s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra u mhux biss il-forma legali;

(iii) huma newtrali, i.e. ma fihomx xaqlib;

(iv) huma prudenti; u

(v) huma kompluti fl-aspetti materjali kollha.

▼M8

11 Biex isir il-ġudizzju għaqli deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment għandu jirreferu għal, u jikkunsidra l-applikabilità ta’, l-għejun li ġej f’ordni li jinżel:

(a) il-ħtiġijiet fl-IFRSs li jittrattaw kwistjonijiet simili u relatati; u

(b) id-definizzjonijiet, kriterji tar-rikonoxximent u l-kunċetti tal-kejl għall-assi, obbligazzjonijiet, dħul u spejjeż taħt il-Qafas.

▼B

12 Meta jsir il-ġudizzju għaqli deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment jista' jikkunsidra wkoll l-aktar stqarrijiet riċenti ta' istituzzjonijiet oħra li jistabbilixxu l-Istandards li jużaw qafas kunċettwali simili biex jiżviluppaw standards tal-kontabilità, litteratura tal-kontabilità oħra u prattiċi industrijali aċċettati, sakemm dawn ma jkunux f'kunflitt mas-sorsi fil-paragrafu 11.

Konsistenza fil-politika tal-kontabilità

13 Entità għandha tagħżel u tapplika l-politika tal-kontabilità tagħha b'mod konsistenti mat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra simili, sakemm xi ►M5  IFRS ◄ speċifikament jitlob jew jippermetti kategorizzazzjoni ta' entrati li għalihom tista' tkun adattata politika differenti. Jekk ►M5  IFRSs ◄ ikunu jeħtieġu jew jippermettu kategorizzazzjoni simili, politika tal-kontabilità xierqa għandha tintgħażel u tiġi applikata b'mod konsistenti f'kull kategorija.

Bidliet fil-politika ta' kontabilità

14 Entità għandha tibdel politika tal-kontabilità biss jekk il-bidla:

(a) hi meħtieġa minn ►M5  IFRS; jew ◄

(b) ir-riżultati fir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra dwar il-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji jew fluss tal-flus tal-entità.

15 Dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu jistgħu jqabblu r-rapport finanzjarji ta' entità fuq tul ta' żmien biex jidentifikaw it-tendenza fil-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji u l-fluss tal-flus. Għalhekk, l-istess politika tal-kontabilità hija applikata f'kull perijodu u minn perijodu għall-ieħor sakemm bidla fil-politika tal-kontabilità ma tissodisfax waħda mill-kriterji fil-paragrafu 14.

16 Dawn li ġejjin m'humiex bidliet fil-politika tal-kontabilità:

(a) l-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità għat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra li huma differenti fis-sustanza minn dawk li seħħew qabel; u

(b) l-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità għal tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra li ma seħħewx qabel jew li kienu immaterjali.

17 L-applikazzjoni inizjali ta' politika biex jingħata valur mill-ġdid lill-assi b'konformità mal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir jew l-IAS 38 Assi Intanġibbli hi bidla f'politika tal-kontabilità li trid tiġi ttrattata bħala rivalutazzjoni b'konformità mal-IAS 16 jew l-IAS 38, aktar milli skont dan l-Istandard.

18 Il-paragrafi 19–31 ma japplikawx għall-bidla f'politika tal-kontabilità deskritta fil-paragrafu 17

Applikazzjoni tal-bidliet fil-politika tal-kontabilità

19 Bla ħsara għall-paragrafu 23:

(a) entità għandha tirrapporta bidla fil-politika tal-kontabilità li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' ►M5  IFRS ◄ skont provvedimenti tranżizzjonali speċifiċi, jekk jeżistu, f'dik ►M5  l-IFRS; u ◄

(b) meta entità tibdel politika tal-kontabilità fuq l-applikazzjoni inizjali ta' ►M5  IFRS ◄ li ma tinkludix provvedimenti tranżizzjonali speċifiċi applikabbli għal dik il-bidla, jew li tibdel politika tal-kontabilità b'mod volontarju, għandha tapplika l-bidla b'mod retrospettiv.

20 Għall-iskop ta' dan l-Istandard, applikazzjoni bikrija ta' ►M5  IFRS ◄ mhix bidla volontarja fil-politika tal-kontabilità.

21 Fin-nuqqas ta' ►M5  IFRS ◄ li speċifikament tapplika għal tranżazzjoni, avveniment jew kondizzjoni, il-maniġment jista’, b'konformità mal-paragrafu 12, japplika politika tal-kontabilità minn fost l-aktar stqarrijiet riċenti ta' organi oħra li jistipulaw l-Istandards li jużaw qafas konċettwali simili biex jiżviluppaw standards tal-kontabilità. Jekk, wara emenda ta' stqarrija bħal din, l-entità tagħżel li tibdel politika tal-kontabilità, dik il-bidla għandha tkun irrappurtata u tiġi ddikjarata bħala bidla volontarja fil-politika tal-kontabilità.

Applikazzjoni retrospettiva.

22 Bla ħsara għall-paragrafu 23, meta bidla fil-politika tal-kontabilità tkun applikata b'mod retrospettiv skont il-paragrafu 19(a) jew (b), l-entità għandha taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ ta' kull komponent ta' ekwità affettwat għall-aktar perijodu viċin preċedenti ppreżentat u l-ammonti komparattivi l-oħra li kienu ddikjarati qabel ippreżentati daqs li kieku l-politika tal-kontabilità l-ġdida dejjem kienet ġiet applikata.

Limitazzjonijiet fuq applikazzjoni retrospettiva

23 Meta applikazzjoni retrospettiva hi meħtieġa mill-paragrafu 19(a) jew (b), bidla fil-politika tal-kontabilità għandha tkun applikata b'mod retrospettiv ħlief fil-każ li ma jkunx prattikabbli li jkunu ddeterminati jew l-effetti speċifiċi għall-perijodu jew l-effett kumulattiv ta' din il-bidla.

24 Meta mhux prattikabbli li jkunu ddeterminati l-effetti fuq perijodu speċifiku ta' bidla ta' politika fil-kontabilità dwar informazzjoni komparattiva għal perijodu wieħed jew aktar ippreżentati, l-entità għandha tapplika l-politika tal-kontabilità ġdida fuq l-ammonti rikonoxxuti tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif kienu fil-bidu tal-aktar perijodu bikri li għalih hu prattikabbli li ssir applikazzjoni retrospettiva, li jista' jkun il-perijodu kurrenti, u tagħmel l-aġġustamenti li jikkorrispondu għall-bilanċ tal-ftuħ ta' kull komponent ta' ekwità ta' dak il-perijodu li kien affettwat.

25 Meta ma jkunx prattikabbli li jkun iddeterminat l-effett kumulattiv, fil-bidu tal-perijodu preżenti, għall-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità fuq il-perijodi preċedenti kollha, l-entità għandha temenda l-informazzjoni komparattiva biex tapplika l-politika tal-kontabilità ġdida b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija li tkun prattikabbli.

26 Meta entità tapplika politika tal-kontabilità ġdida b'mod retrospettiv, din tiġi applikata għall-informazzjoni komparattiva għall-perijodi preċedenti li jmorru lura kemm jista' jkun sakemm ikun prattikabbli. Applikazzjoni retrospettiva għall-perijodu preċedenti mhix prattikabbli sakemm ma jkunx prattikabbli li jkun iddeterminat l-effett kumulattiv fuq l-ammonti fil-karti tal-bilanċ kemm tal-ftuħ u tal-għeluq għal dak il-perijodu. L-ammont tal-aġġustament li jirriżulta relatat ma' perijodi ppreżentati qabel dawk fir-rapport finanzjarju jsir lill-bilanċ tal-ftuħ ta' kull komponent ta' ekwità affettwat tal-aktar perijodu preċedenti bikri ppreżentat. Ġeneralment, l-aġġustament jsir fuq il-qligħ imfaddal. Madankollu, l-aġġustament jista' jsir fuq komponent ieħor ta' ekwità (pereżempju, biex ikun konformi ma' ►M5  IFRS). ◄ Kull informazzjoni oħra dwar perijodu preċedenti, bħal sommarji storiċi ta' tagħrif finanzjarju, jiġi aġġustat ukoll lura kemm jista' jkun sakemm hu prattikabbli.

27 Meta mhux prattikabbli għal entità li tapplika politika tal-kontabilità ġdida b'mod retrospettiv, minħabba li ma tistax tiddetermina l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni tal-politika għall-perijodi preċedenti kollha, l-entità, b'konformità mal-paragrafu 25, tapplika l-politika l-ġdida b'mod prospettiv mill-bidu tal-aktar perijodu bikri prattikabbli. Għalhekk hi ma tagħtix kas tal-porzjon tal-aġġustament kumulattiv lil assi, obbligazzjonijiet u ekwità li jkunu saru qabel dik id-data. Il-bdil ta' politika tal-kontabilità hu permess anki jekk ma jkunx prattikabbli li tapplika l-politika b'mod prospettiv għall-ebda perijodu preċedenti. Il-paragrafi 50–53 jipprovdu gwida dwar meta ma jkunx prattikabbli li tapplika politika tal-kontabilità ġdida fuq perijodu preċedenti wieħed jew aktar.

Żvelar

28 Meta applikazzjoni inizjali ta' ►M5  IFRS ◄ ikollha effett fuq il-perijodu preżenti jew perijodu preċedenti, kieku jkollha effett bħal dan ħlief li ma jkunx prattikabbli biex ikun iddeterminat l-ammont tal-aġġustament, jew li jista' jkollha effett fuq perijodi futuri, entità għandha tiddikjara:

(a) it-titlu ►M5  tal-IFRS; ◄

(b) meta jkun applikabbli, li l-bidla fil-politika tal-kontabilità saret skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tagħha;

(c) in-natura tal-bidla fil-politika tal-kontabilità;

(d) meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji;

(e) meta jkun applikabbli, id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jista' jkollhom effett fuq perijodi futuri;

(f) għall-perijodu preżenti u għal kull perijodu preċedenti ppreżentat, sakemm ikun prattikabbli, l-ammont tal-aġġustament:

(i) għal kull entrata f'linja fir-rapport finanzjarju affettwata; u

(ii) jekk l-IAS 33 Qligħ sehem b'sehem japplika għall-entità, għall-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem;

(g) l-ammont tal-aġġustament relatat mal-perijodi qabel dawk ippreżentati, sakemm ikun prattikabbli; u

(h) jekk l-applikazzjoni retrospettiva meħtieġa mill-paragrafu 19(a) jew (b) mhix prattikabbli għall-perijodu preċedenti partikulari, jew għall-perijodi ta' qabel dawk li fihom kienet ippreżentata, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta' dik il-kondizzjoni u deskrizzjoni ta' kif u minn meta kienet applikata l-bidla fil-politika tal-kontabilità.

Rapporti finanzjarji ta' perijodi sussegwenti m'hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-dikjarazzjonijiet.

29 Meta bidla volontarja fil-politika tal-kontabilità jkollha effett fuq il-perijodu preżenti jew perijodu preċedenti, kieku jkollha effett bħal dan ħlief li ma jkunx prattikabbli biex ikun iddeterminat l-ammont tal-aġġustament, jew li jista' jkollha effett fuq perijodi futuri, entità għandha tiżvela:

(a) in-natura tal-bidla fil-politika tal-kontabilità;

(b) ir-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tal-politika l-ġdida ta' kontabilità tipprovdi informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti;

(c) għall-perijodu preżenti u għal kull perijodu preċedenti ppreżentat, sakemm ikun prattikabbli, l-ammont tal-aġġustament:

(i) għal kull entrata f'linja fir-rapport finanzjarju affettwat; u

(ii) jekk l-IAS 33 japplika għall-entità, għall-qligħ bażiku u dilwit sehem b'sehem;

(d) l-ammont tal-aġġustament relatat mal-perijodi qabel dawk ippreżentati, sakemm ikun prattikabbli; u

(e) jekk l-applikazzjoni retrospettiva ma tkunx prattikabbli għal perijodu preċedenti partikulari, jew għall-perijodi ta' qabel dawk ippreżentati, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta' dik il-kondizzjoni u deskrizzjoni ta' kif u minn meta kienet applikata l-bidla fil-politika tal-kontabilità.

Rapporti finanzjarji ta' perijodi sussegwenti m'hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-dikjarazzjonijiet.

30 Meta entità ma tkunx applikat ►M5  IFRS ◄ ġdida li kienet inħarġet iżda għadha ma daħlitx fis-seħħ, l-entità għandha tiżvela:

(a) dan il-fatt; u

(b) informazzjoni magħrufa jew li tista' tkun raġonevolment stmata li hi rilevanti biex tevalwa l-impatt possibbli tal-applikazzjoni ta' Standard ġdid jew Interpretazzjoni ġdida fuq ir-rapporti finanzjarji ta' entità fil-perijodu tal-applikazzjoni inizjali.

31 B'konformità mal-paragrafu 30, entità tikkunsidra li tiddikjara:

(a) it-titlu ►M5  ta' IFRSs ġodda; ◄

(b) in-natura tal-bidla jew bidliet imminenti fil-politika tal-kontabilità;

(c) id-data sa meta hi meħtieġa l-applikazzjoni ta' ►M5  IFRS; ◄

(d) id-data meta qed tippjana li tapplika ►M5  l-IFRS ◄ inizjalment; u

(e) jew:

(i) diskussjoni tal-impatt li l-applikazzjoni inizjali ta' ►M5  IFRS ◄ mistenni li jħalli fuq ir-rapport finanzjarju ta' entità; jew

(ii) jekk dak l-impatt mhux magħruf jew mhux raġonevolment stmat, dikjarazzjoni li tispjega dan il-fatt.

BIDLIET FL-ISTIMI TAL-KONTABILITÀ

32 Bħala riżultat ta' inċertezzi inerenti f'attivitajiet kummerċjali, ħafna entrati elenkati fir-rapporti finanzjarji ma jistgħux jitkejlu bi preċiżjoni iżda jistgħu jiġu stmati biss. L-istima tinvolvi ġudizzji għaqlin bbażati fuq l-aktar informazzjoni riċenti u affidabbli. Pereżempju, jistgħu jkunu meħtieġa stimi ta':

(a) djun irrekuperabbli;

(b) inventarju li jiġi obsolet;

(c) il-valur ġust ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji;

(d) il-ħajjiet utli ta', jew il-format mistenni fil-konsum ta' benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu f'assi li jistgħu jiddiprezzaw; u

(e) obbligazzjonijiet ta' garanziji.

33 L-użu ta' stimi raġonevoli huwa parti essenzjali tal-preparazzjoni ta' rapporti finanzjarji u ma jnaqqasx l-affidibilità tagħhom.

34 Stima tista' tkun teħtieġ reviżjoni jekk iseħħu bidliet fiċ-ċirkustanzi li fuqhom l-istima kienet ibbażata jew bħala riżultat ta' informazzjoni ġdida jew aktar esperjenza. Min-natura tagħha, reviżjoni ta' stima ma tirrelatax ma' perijodu preċedenti u mhix korrezzjoni ta' żball.

35 Bidla fuq bażi ta' kejl hi applikata bħala bidla fil-politika tal-kontabilità, u mhix bidla fl-istima tal-kontabilità. Meta hu diffiċli biex tagħraf bidla fil-politika tal-kontabilità minn bidla fi stima tal-kontabilità, il-bidla titqies bħala bidla fl-istima tal-kontabilità.

36 L-effett tal-bidla fi stima tal-kontabilità, ħlief bidla li għaliha japplika l-paragrafu 37, għandu jkun rikonoxxut b'mod prospettiv billi jkun inkluż fil-profitt u t-telf:

(a) fil-perijodu tal-bidla, jekk l-aġġustament jaffettwa dak il-perijodu biss; jew

(b) fil-perijodu tal-bidla u perijodi futuri, jekk l-aġġustament jaffettwahom it-tnejn.

37 Sakemm bidla fi stima tal-kontabilità tagħti lok għal bidliet fl-assi u fl-obbligazzjonijiet, jew hi relatata ma' entrata ta' ekwità, din għandha tiġi rikonoxxuta billi jiġi aġġustat l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi, obbligazzjoni jew valur entrati relatati fil-perijodu tal-bidla.

38 Rikonoxximent prospettiv tal-effett tal-bidla fi stima tal-kontabilità tfisser li l-bidla hi applikata għat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra mid-data tal-bidla fl-istima. Bidla fl-istima tal-kontabilità tista' taffettwa biss il-profitt u t-telf tal-perijodu preżenti, jew il-profitt u telf kemm fuq il-perijodu preżenti kif ukoll fuq dawk futuri. Pereżempju, bidla fl-istima tal-ammont ta' djun irrekuperabbli taffettwa biss il-profitt u t-telf tal-perijodu preżenti u għalhekk tiġi rikonoxxuta fil-perijodu preżenti. Madankollu, bidla fiż-żmien tal-utilità ta', jew il-format mistenni tal-konsum ta' benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu f'assi deprezzabbli taffettwa l-ispiża ta' deprezzament għal perijodu kurrenti u kull perijodu futur matul iż-żmien tal-utilità tal-assi. Fiż-żewġ każijiet, l-effett tal-bidla relatat mal-perijodu preżenti hu rikonoxut bħala introjtu jew spiża fil-perijodu preżenti. L-effett, jekk hemm, fuq perijodi futuri hu rikonoxxut bħala introjtu jew spejjeż f'dawk il-perijodi futuri.

Żvelar

39 Entità għandha tiżvela n-natura u l-ammont ta' bidla fi stima tal-kontabilità li għandha effett fuq il-perijodu preżenti jew li mistennija tħalli effett fuq perijodi futuri, ħlief għal żvelar tal-effett fuq perijodi futuri meta ma jkunx prattikabbli li jkun stmat dak l-effett.

40 Jekk l-ammont tal-effett f'perijodi futuri ma jkunx żvelat minħabba li ma jkunx prattikabbli li ssir stima, l-entità għandha tiżvela dan.

ŻBALJI

41 Jistgħu jseħħu żbalji dwar ir-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni jew żvelar ta' elementi ta' rapporti finanzjarji. Ir-rapporti finanzjarji mhumiex konformi mal-IFRSs jekk fihom żbalji materjali jew żbalji immaterjali magħmula intenzjonalment biex tinkiseb preżentazzjoni partikulari tal-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji jew fluss tal-flus ta' entità. Żbalji potenzjali fil-perijodu preżenti li jinkixfu f'dak il-perijodu jiġu kkoreġguti qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ. Madankollu, xi kultant żbalji materjali ma jinkixfux qabel ma jasal perijodu sussegwenti, u dawn l-iżbalji minn perijodu ta' qabel jiġu kkoreġuti fl-informazzjoni komparattiva ppreżentata fir-rapporti finanzjarji għal dak il-perijodu sussegwenti (ara l-paragrafi 42–47).

42 Skont il-paragrafu 43, entità għandha tikkoreġi żbalji materjali ta' perijodu ta' qabel b'mod retrospettiv fl-ewwel sett ta' rapporti finanzjarji awtorizzati għall-ħruġ wara li jkunu nkixfu billi:

(a) terġa' tiddikjara l-ammonti komparattivi għall-perijodu/i preċedenti ppreżentat li fih/om seħħ l-iżball; jew

(b) jekk l-iżball seħħ qabel l-aktar perijodu bikri preċedenti ppreżentat, billi tiddikjara mill-ġdid il-bilanċ tal-ftuħ tal-assi, obbligazzjonijiet u ekwità għall-aktar perijodu bikri preċedenti ppreżentat.

Limitazzjonijiet fuq dikjarazzjonijiet mill-ġdid retrospettivi

43 Żball f'perijodu ta' qabel għandu jkun ikkoreġut b'dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva ħlief meta ma jkunx prattikabbli li jkunu ddeterminati jew l-effetti fuq perijodu speċifiku jew l-effett kumulattiv tal-iżball.

44 Meta ma jkunx prattikkabli li jkunu ddeterminati l-effetti fuq perijodu speċifiku ta' żball fuq l-informazzjoni komparattiva għal perijodu preċedenti wieħed ippreżentat jew aktar, l-entità għandha terġa' tiddikjara l-bilanċ tal-ftuħ tal-assi, obbligazzjonijiet u ekwità għall-aktar perijodu bikri li għalih hu prattikabbli li ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva (li jista' jkun il-perijodu preżenti).

45 Meta ma jkunx prattikabbli li jkun iddeterminat l-effett kumulattiv, fil-bidu tal-perijodu preżenti, ta' żball fuq il-perijodi preċedenti kollha, l-entità għandha tiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva biex tikkoreġi l-iżball b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija li hi prattikabbli.

46 Il-korrezzjoni ta' żball ta' perijodu ta' qabel hi eskluża mill-profitt jew telf għall-perijodu li fih instab l-iżball. Kull informazzjoni ppreżentata dwar perijodu preċedenti, inklużi sommarji storiċi ta' tagħrif finanzjarju, għandha tkun iddikjarata mill-ġdid lura fiż-żmien kemm jista' jkun sakemm hu prattikabbli.

47 Meta mhux prattikabbli li jkun iddeterminat l-ammont ta' żball (eż. żball fl-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità) għall-perijodi preċedenti kollha, l-entità, b'konformità mal-paragrafu 45, tiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli. Għalhekk hi ma tagħtix kas tal-porzjon tad-dikjarazzjoni b'mod ġdid kumulattiva ta' assi, obbligazzjonijiet u ekwità li jkunu saru qabel dik id-data. Il-paragrafi 50–53 jipprovdu gwida dwar meta ma jkunx prattikabli li jkun ikkoreġut żball għall-perijodu preċedenti wieħed jew aktar.

48 Korrezzjonijiet ta' żbalji huma distinti minn bidliet fl-istimi tal-kontabilità. Stimi tal-kontabilità min-natura tagħhom stess huma approssimazzjonijiet u jistgħu jkunu jeħtieġu reviżjoni kif issir magħrufa informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, il-qligħ u t-telf rikonoxxut mir-riżultat ta' kontinġenza mhuwiex korrezzjoni ta' żball.

Żvelar ta' żbalji f'perijodi ta' qabel

49 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 42, entità għandha tiżvela:

(a) in-natura tal-iżball fil-perijodu ta' qabel;

(b) għal kull perijodu preċedenti ppreżentat, sakemm dan ikun prattikabbli, l-ammont tal-korrezzjoni:

(i) għal kull entrata f'linja fir-rapport finanzjarju affettwata; u

(ii) jekk l-IAS 33 japplika għall-entità, għall-profitt bażiku u dilwit sehem b'sehem;

(c) l-ammont tal-korrezzjoni fil-bidu tal-aktar perijodu preċedenti bikri ppreżentat; u

(d) jekk mhux prattikabbli li ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid b'mod retrospettiv għall-perijodu partikulari preċedenti, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta' dik il-kondizzjoni u deskrizzjoni ta' kif u meta l-iżball kien korrett.

Rapporti finanzjarji ta' perijodi sussegwenti m'hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-dikjarazzjonijiet.

IMPRATTIKABILITÀ RELATATA MA' APPLIKAZZJONI RETROSPETTIVA U DIKJARAZZONI MILL-ĠDID RETROSPETTIVA

50 F'xi ċirkustanzi, ma jkunx prattikabbli li tkun emendata informazzjoni komparattiva għal perijodu preċedenti wieħed jew aktar biex tinkiseb komparabilità mal-perijodu preżenti. Pereżempju, jista' jkun li t-tagħrif ma jkunx inġabar fil-perijodu/i preċedenti, b'mod li jippermetti jew applikazzjoni retrospettiva ta' politika tal-kontabilità ġdida (inkluża, għall-fini tal-paragrafi 51-53, l-applikazzjoni prospettiva tagħha għal perijodi preċedenti) jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva biex tikkoreġi żball f'perijodu ta' qabel, u jista' ma jkunx prattikabbli li terġa' tinħoloq l-informazzjoni.

51 Ta’ spiss ikun hemm bżonn li jsiru stimi fl-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità ta' elementi ta' rapporti finanzjarji magħrufa jew żvelati b'relazzjoni ma' tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra. L-istima hi minnha nnifsha suġġettiva, u l-istimi jistgħu jkunu żviluppati wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ L-iżvilupp ta' stimi hu potenzjalment aktar diffiċli meta tiġi applikata politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv jew meta ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva biex tikkoreġi żball li sar f'perijodu ta' qabel, minħabba l-perijodu itwal ta' żmien li jista' jkun għadda minn meta għaddiet it-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kondizzjoni affettwata. Madankollu, l-objettiv ta' stimi relatati ma' perijodu preċedenti jibqa' l-istess bħal stimi magħmula għall-perijodu preċedenti, partikularment, għall-istima biex tirrifletti ċ-ċirkustanzi li eżistew meta seħħet it-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kondizzjoni oħra.

▼M33

52 Għalhekk, meta wieħed japplika politika kontabilistika ġdida retrospettivamet jew jikkoreġi żball ta’ perjodu preċedenti, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni li

(a) tipprovdi evidenza ta’ ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data/i li fiha seħħet it-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kundizzjoni, u

(b) tkun disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dak il-perjodu preċedenti kienu awtorizzati għall-ħruġ

u informazzjoni oħra. Għal ċerti tipi ta’ stimi (eż. kejl tal-valur ġust li juża inputs sinifikanti mhux osservabbli), ma jkunx prattiku li ssir distinzjoni bejn dawn it-tipi ta’ informazzjoni. Meta l-applikazzjoni retrospettiva jew ir-ridikjarazzjoni retrospettiva titlob li ssir stima sinifikanti li għaliha jkun impossibbli li ssir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni, ma jkunx prattiku li tiġi applikata l-politika kontabilistika ġdida jew li jitranġa l-iżball tal-perjodu preċedenti retrospettivamet.

▼B

53 M'għandux jintuża għaqal b'lura fl-applikazzjoni ta' politika ġdida tal-kontabilità, jew korrezzjoni ta' ammonti għall-perijodu preċedenti, kemm meta jsiru suppożizzjonijiet dwar x'kienu se jkunu l-intenzjonijiet tal-maniġment f'perijodu preċedenti u kemm fl-istima tal-ammonti rikonoxxuti, imkejla jew żvelati f'perijodu preċedenti. Pereżempju, meta entità tikkoreġi żball ta' perijodu ta' qabel fil-kejl ta' assi finanzjarji li kienu preċedentement ikklassifikati bħala investimenti miżmula sal-maturità b'konformità mal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, dan ma jbiddilx il-bażi tal-kejl tagħhom għal dak il-perijodu jekk il-maniġment ikun iddeċieda wara li ma jżommhomx sal-maturità. Ma' dan, meta entità tikkoreġi żball f'perijodu ta' qabel fil-kalkolazzjoni tal-obbligazzjonijiet tagħha għal- leave tal-mard akkumulat mill-impjegati tagħha b'konformità mal-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, din ma tagħtix kas tal-informazzjoni dwar staġun ta' influwenza serju b'mod mhux tas-soltu matul il-perijodu li jmiss li sar disponibbli wara li r-rapporti finanzjarji għall-perijodu preċedenti kienu awtorizzati għall-ħruġ. Il-fatt li stimi sinifikattivi huma ta' spiss meħtieġa meta ssir emenda ta' informazzjoni komparattiva ppreżentata għall-perijodi preċedenti ma timpedixxix l-aġġustament jew il-korrezzjoni affidabbli tal-informazzjoni komparattiva.

DATA EFFETTIVA

54 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew f l-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M33

54C L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 52. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼B

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

55 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 8 Profitt jew telf Nett għall-Perijodu, Żbalji Fundamentali u Bidliet fit-Tipi ta' Politika tal-Kontabilità, rivedut fl-1993.

56 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) is-SIC2 Konsistenza — Kapitalizzazzjoni ta' Kosti tas-Self; u

(b) is-SIC18 Konsistenza — Metodi Alternattivi.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 10

▼M5

Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtar

▼B

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jiġi stabbilit:

(a) meta entità għandha taġġusta r-rapporti finanzjarji tagħha għal avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar; ◄ u

(b) l-iżvelar li entità għandha tagħti dwar id-data meta r-rapporti finanzjarji jkunu ġew awtorizzati għal ħruġ u dwar avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

L-Istandard jeħtieġ ukoll li entità m'għandhiex tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha fuq bażi ta' negozju avvjat jekk l-avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jindikaw li l-preżunzjoni tan-negozju avvjat mhix xierqa.

AMBITU

2 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità għal avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ u l-iżvelar tagħhom.

DEFINIZZJONIJIET

3 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ huma dawk l-avvenimenti, favorevoli jew mhux favorevoli, li jseħħu bejn ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rapppurtar ◄ u d-data ta' meta r-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ. Żewġ tipi ta' avvenimenti jistgħu jiġu identifikati:

(a) dawk li jipprovdu evidenza tal-kondizzjonijiet li eżistew ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ (avvenimenti ta' aġġustament wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar); u ◄

(b) dawk li huma indikattivi tal-kondizzjonijiet li seħħew wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ (avvenimenti li ma jaġġustawx wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar). ◄

4 Il-proċess involut fl-awtorizzazzjoni tar-rapporti finanzjarji għal ħruġ ser ivarjaw skont l-istruttura maniġerjali, rekwiżiti statutorji u proċeduri segwiti fil-preparazzjoni u t-tlestija tar-rapporti finanzjarji.

5 F'xi każijiet, entità hija meħtieġa li tissottometti r-rapporti finanzjarji lill-azzjonisti tagħha għall-approvazzjoni wara li r-rapporti finanzjarji jkunu nħarġu. F'dawn il-każijiet, ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati biex joħorġu fid-data tal-ħruġ, mhux fid-data meta l-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji.

Eżempju

Il-maniġment ta' entità jlesti l-abbozz tar-rapporti finanzjarji għas-sena sal-31 ta' Diċembru 20X1 fit-28 ta' Frar 20X2. Fit-18 ta' Marzu 20X2, il-bord tad-diretturi jirrevedi r-rapporti finanzjarji u jawtorizzahom għal ħruġ. L-entità tiddikjara l-profitt tagħha u informazzjoni finanzjarja oħra magħżula fid-19 ta' Marzu 20X2. Ir-rapporti finanzjarji jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-azzjonisti u oħrajn fl-1 ta' April 20X2. L-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji fil-laqgħa annwali tagħhom fil-15 ta' Mejju 20X2 u r-rapporti finanzjarji approvati mbagħad jiġu ppreżentati lill-awtorità regolatorja fis-17 ta' Mejju 20X2.

Ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ fit-18 ta' Marzu 20X2 (data tal-awtorizzazzjoni mill-bord għal ħruġ).

6 F'ċertu każijiet, il-maniġment tal-entità jkun meħtieġ li jibgħat ir-rapporti finanzjarji tagħha lil bord ta' sorveljanza (magħmul biss minn persuni li mhumiex eżekuttivi) għall-approvazzjoni. F'dawn il-każijiet, ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ meta l-maniġment jawtorizzahom għal ħruġ lill-bord ta' sorveljanza.

Eżempju

Fit-18 ta' Marzu 20X2, il-maniġment ta' entità jawtorizza rapporti finanzjarji għal ħruġ lil bord ta' sorveljanza tagħha. Il-bord ta' sorveljanza huwa magħmul biss minn persuni li m'humiex eżekuttivi u jistgħu jinkludu rappreżentanti ta' impjegati u interessi barranin oħrajn. Il-bord ta' sorveljanza japprova r-rapporti finanzjarji fis-26 ta' Marzu 20X2. Ir-rapporti finanzjarji jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-azzjonisti u oħrajn fl-1 ta' April 20X2. L-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji fil-laqgħa annwali tagħhom fil-15 ta' Mejju 20X2 u r-rapporti finanzjarji approvati mbagħad jiġu ppreżentati lill-awtorità regolatorja fis-17 ta' Mejju 20X2.

Ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ fit-18 ta' Marzu 20X2 (data tal-awtorizzazzjoni mill-maniġment għal ħruġ lill-bord tas-sorveljanza).

7 Avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jinkludu dawk l-avvenimenti kollha sad-data meta r-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għall-ħruġ, anke jekk dawk l-avvenimenti jseħħu wara t-tħabbira pubblika tal-profitti jew ta' tagħrif finanzjarju magħżul ieħor.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Avvenimenti ta' aġġustament wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄

8 Entità għandha taġġusta l-ammonti rikkonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-avvenimenti ta' aġġustament wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

9 Dawn li ġejjin huma eżempji ta' avvenimenti li jirrikjedu aġġustament wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ li jeħtieġu entità biex taġġusta l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew sabiex tirrikonoxxi entrati li qabel ma kinux rikonoxxuti:

(a) is-sald wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ ta' kawża fil-qorti li jikkonferma li l-entità kellha obbligazzjoni preżenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ L-entità taġġusta kull provvediment rikonoxxut minn qabel relatata ma' din il-kawża fil-qorti b'mod konformi mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jew tirrikonoxxi provvediment ġdid. L-entità ma tiżvelax biss obbligazzjoni kontinġenti minħabba li s-sald jipprovdi xhieda addizzjonali li tkun trid tiġi kkunsidrata b'mod konformi mal-paragrafu 16 tal-IAS 37.

(b) ir-riċeviment ta' tagħrif wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ li jindika li assi kien indebolit ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ jew li l-ammont ta' telf minħabba l-indeboliment rikonoxxut qabel għal dak l-assi jeħtieġ li jiġi aġġustat. Pereżempju:

(i) il-falliment ta' klijent li jseħħ wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ ġeneralment jikkonferma li telf kien jeżisti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ ma' debitur tan-negozju u li l-entità teħtieġ li taġġusta l-ammont tal-ammont miżmum fil-kotba ma' debituri tan-negozju; u

(ii) il-bejgħ ta' inventarji wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jista' jagħti evidenza dwar il-valur li jinġieb nett tagħhom ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

(c) id-determinazzjoni wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ tal-kost tal-assi mixtrija, jew ir-rikavat tal-assi mibjugħa, qabel ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

(d) id-determinazzjoni wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ tal-ammont ta' qsim fil-profitti jew pagamenti bonus, jekk l-entità għandha obbligazzjoni legali attwali jew kostruttiva ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ sabiex tagħmel dawn il-pagamenti bħala riżultat tal-avvenimenti qabel dik id-data (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati).

(e) l-iskoperta ta' frodi jew żbalji li juru li r-rapporti finanzjarji mhumiex korretti.

Avvenimenti li ma jaġġustawx wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄

10 Entità m'għandhiex taġġusta l-ammonti rikkonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-avvenimenti li ma jaġġustawx wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

11 Eżempju ta’ avveniment li ma jaġġustax wara l-perjodu tar-rapportar huwa tnaqqis skont il-valur ġust ta’ investimenti bejn tmiem il-perjodu tar-rapportar u d-data meta r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ. It-tnaqqis skont il-valur ġust normalment ma jkunx relatat mal-kundizzjoni tal-investimenti fi tmiem il-perjodu tar-rapportar, iżda jirrifletti ċ-ċirkostanzi li jkunu rriżultaw sussegwentement. ◄ Għalhekk, entità ma taġġustax l-ammonti rikkonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha għall-investimenti. Hekk ukoll, l-entità ma taġġornax l-ammonti żvelati għall-investimenti kif inhuma ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ għalkemm tista' tkun meħtieġa li tagħmel aktar żvelar taħt il-paragrafu 21.

Dividendi

12 Jekk entità tiddikjara dividendi għal detenturi ta' strumenti azzjonarji (kif definiti f'IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni) wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ l-entità m'għandhiex tirrikonoxxi dawk id-dividendi bħala obbligazzjoni ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

▼M17

13 Jekk jiġu ddikjarati dividendi wara l-perijodu tar-rapportaġġ iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-ħruġ, id-dividendi mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fit-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ għaliex ma tkun teżisti ebda obbligazzjoni f’dak iż-żmien. Dawk id-dividendi huma żvelati fin-noti skont l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji.

▼B

NEGOZJU AVVJAT

14 Entità m'għandhiex tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha fuq bażi ta' negozju avvjat jekk il-maniġment jiiddetermina wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jew li għandu ħsieb jillikwida l-entità jew li jieqaf jinnegozja, jew li m'għandux alternattiva realistika ħlief li jagħmel hekk.

15 Id-deterjorament fir-riżultati ta' ħidma u fil-pożizzjoni finanzjarja wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jista' jindika l-bżonn biex jiġi kkunsidrat jekk is-suppożizzjoni tan-negozju avvjat għadhiex adatta. Jekk is-suppożizzjoni tan-negozju avvjat m'għadhiex aktar adatta, l-effett tant jinxtered li dan l-Istandard ikun jeħtieġ bidla fundamentali abbażi tal-kontabilità, aktar milli aġġustament fuq l-ammonti rikonoxxuti fil-bażi oriġinali tal-kontabilità.

16 L-IAS 1 jispeċifika l-iżvelar meħtieġ jekk:

(a) ir-rapporti finanzjarji mhumiex ippreparati fuq bażi ta' negozju avvjat; jew

(b) il-maniġment huwa konxju ta' inċertezzi materjali relatati ma' każijiet jew kondizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-entità bħala negozju avvjat. L-avvenimenti jew kondizzjonijiet li jeħtieġu żvelar jistgħu jseħħu wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

ŻVELAR

Data tal-awtorizzazzjoni għal ħruġ

17 Entità għandha tiżvela d-data ta' meta r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għal ħruġ u min ta dik l-awtorizzazzjoni. Jekk is-sidien tal-entità jew oħrajn għandhom is-setgħa li jemendaw ir-rapporti finanzjarji wara l-ħruġ, l-entità għandha tiżvela dak il-fatt.

18 Huwa importanti għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji li jkunu jafu meta r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għall-ħruġ, minħabba li r-rapporti finanzjarji ma jirriflettux avvenimenti wara dik id-data.

Aġġornament ta' żvelar dwar kondizzjonijiet ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄

19 Jekk entità tirċievi tagħrif dwar ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ dwar kondizzjonijiet li eżistew ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ din għandha taġġorna l-iżvelar li jirrelata ma' dawk il-kondizzjonijiet, fid-dawl tat-tagħrif il-ġdid.

20 F'xi każijiet, entità jkollha bżonn taġġorna l-iżvelar dwar ir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex tirrifletti l-informazzjoni li tkun waslet wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ anke meta l-informazzjoni ma taffettwax l-ammonti li hi tirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji tagħha. Eżempju wieħed tal-ħtieġa fl-aġġornament tal-iżvelar hu meta evidenza ssir disponibbli wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ dwar obbligazzjoni kontinġenti li kien jeżisti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Barra milli għandha tikkonsidra jekk għandhiex tirrikonoxxi jew tibdel dispożizzjoni taħt l-IAS 37, kull entità għandha taġġorna l-iżvelar dwar l-obbligazzjoni kontinġenti tagħha fid-dawl ta' dik l-evidenza

Avvenimenti li ma jaġġustawx wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄

21 Jekk avvenimenti li ma jaġġustawx wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ ikunu materjali, in-nuqqas ta' żvelar jista' jinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi ►M5  li l-utenti jagħmlu ◄ fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji. Għalhekk, entità għandha tiżvela dan li gej għal kull kategorija materjali ta' kull avveniment li ma jaġġustax wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar: ◄

(a) in-natura tal-avveniment; u

(b) stima tal-effett finanzjarju fuqha, jew dikjarazzjoni li stima bħal din ma tistax issir.

22 Dawn li ġejjin huma eżempji ta' avvenimenti li ma jaġġustawx wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ li ġeneralment kienu jirriżultaw fi żvelar:

(a) kombinament ta' negozju maġġur wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ (l-IAS 3 Kombinamenti ta' Negozji jkunu jeħtieġu żvelar speċifiku f'dawn il-każijiet) jew id-disponiment ta' sussidjarju maġġur;

(b) tħabbir ta' pjan biex ma titkompliex operazzjoni;

(c) xirjiet maġġuri ta' assi, klassifikazzjoni ta' assi bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, disponimenti oħrajn ta' assi, jew esproprjazzjoni ta' assi maġġuri mill-gvern;

(d) il-qerda ta' impjant tal-produzzjoni magguri b'nirien wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar; ◄

(e) it-tħabbir, jew il-bidu tal-implimentazzjoni ta', ristrutturar maġġuri (ara l-IAS 37);

(f) tranżazzjonijiet ta' ishma ordinarji maġġuri u tranżazzjonijiet ta' ishma ordinarji potenzjali wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ (l-IAS 33 Qligħ Sehem b'Sehem ikun jeħtieġ li entità tiżvela deskrizzjoni ta' tranżazzjonijiet bħal dawn, barra meta dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu ħruġ kapitali jew bonus, qsim ta' ishma jew qsim ta' ishma mreġġa' lura li lkoll huma meħtieġa li jiġu aġġustati taħt l-IAS 33);

(g) bidliet kbar anormali wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ fil-prezzijiet tal-assi u fir-rati tal-kambju barranin;

(h) bidliet fir-rati tat-taxxa jew fil-liġijiet tat-taxxa ddekretati jew imħabbra wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ li għandhom effett sinifikanti fuq assi tat-taxxa attwali u differiti u obbligazzjonijiet (ara l-IAS 12 Taxxi tad-Dħul);

(i) li tidħol għal impenji sinifikanti jew obbligazzjonijiet kontinġenti, pereżempju, li toħroġ garanziji sinifikanti; u

(j) il-bidu ta' litigazzjoni maġġuri li sseħħ biss minħabba avvenimenti li ġraw wara l-għeluq tas-sena finanzjarja.

DATA EFFETTIVA

23 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M33

23A L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 11. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 10 (RIVEDUT FL-1999)

24 Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IAS Avvenimenti Wara ►M5  t-Tmiem tal-Perjodu tar-Rappurtar ◄ (rivedut fl-1999).




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 11

Kuntratti ta' Kostruzzjoni

GĦAN

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament fil-kontabilità ta' dħul u spejjeż assoċjati ma' kuntratti tal-kostruzzjoni. Minħabba n-natura tal-attività mwettqa f’kuntratti tal-kostruzzjoni, id-data meta wieħed jidħol għall-attività tal-kuntratt u d-data meta titlesta l-attività normalment jaqgħu f’perijodi differenti ta' kontabilità. Għaldaqstant, il-kwistjoni ewlenija fil-kontabilità għal kuntratti tal-kostruzzjoni hija l-allokazzjoni tad-dħul mill-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt għall-perijodi tal-kontabilità meta jitwettaq ix-xogħol tal-kostruzzjoni. Dan l-Istandard juża l-kriterji ta' rikonoxximent stabbiliti fil-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji sabiex jiġi ddeterminat meta d-dħul mill-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt għandhom jiġu rikonoxxuti bħala dħul u spejjeż fir-rapport tal-introjtu. Dan jipprovdi wkoll gwida prattika dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.

AMBITU

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għall-kontabilità ta' kuntratti tal-kostruzzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-kuntratturi.

2 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 11 Kontabilità għal Kuntratti ta' Kostruzzjoni approvat fl-1978.

DEFINIZZJONIJIET

3 It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Kuntratt ta' kostruzzjoni huwa kuntratt innegozjat speċifikament għall-kostruzzjoni ta' assi jew taħlita ta' assi li huma relatati mill-qrib bejniethom jew interdipendenti għal dak li jirrigwarda d-disinn, it-teknoloġija u l-funzjoni tagħhom jew l-iskop jew użu aħħari tagħhom.

Kuntratt bi prezz fiss huwa kuntratt tal-kostruzzjoni fejn il-kuntrattur jaċċetta prezz fiss ta' kuntratt, jew rata fissa għal kull unità ta' produzzjoni, li f’xi każijiet huwa soġġett għal klawsoli ta' eskalazzjoni tal-kosti.

Kuntratt ta' kost b'żjieda huwa kuntratt ta' kostruzzjoni fejn il-kuntrattur jingħata rimbors għal kosti permissibbli jew definiti b'xi mod ieħor, b'żjieda ta' perċentwal fuq dawk il-kosti jew ta' ħlas fiss.

4 Kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jiġi innegozjat għall-kostruzzjoni ta' assi wieħed bħal pont, bini, diega, pipeline, triq, bastiment jew mina. Kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jittratta wkoll dwar il-kostruzzjoni ta' numru ta' assi li huma relatati mill-qrib jew interdipendenti f’dak li jirrigwarda d-disinn, it-teknoloġija u l-funzjoni tagħhom jew l-iskop jew użu aħħari tagħhom; eżempji ta' dawn it-tipi ta' kuntratti jinkludu dawk għall-kostruzzjoni ta' raffineriji u impjanti jew tagħmir kumpless ieħor.

5 Għall-finijiet ta' dan l-Istandard, kuntratti ta' kostruzzjoni jinkludu:

(a) kuntratti għall-forniment ta' servizzi li huma relatati direttament mal-kostruzzjoni tal-assi, bħal pereżempju, dawk għas-servizzi ta' managers tal-proġetti u periti; u

(b) kuntratti għall-qerda jew ir-restawr ta' assi, u r-restawr tal-ambjent wara l-qerda tal-assi.

6 Il-kuntratti ta' kostruzzjoni huma fformulati b'diversi modi li, għall-finijiet ta' dan l-Istandard, huma kklassifikati bħala kuntratti bi prezz fiss u kuntratti ta' kost b'żjieda. Xi kuntratti ta' kostruzzjoni jistgħu jinkludu karatteristiċi kemm ta' kuntratt bi prezz fiss kemm ta' kuntratt ta' kost b'żjieda, pereżempju fil-każ ta' kuntratt ta' kost b'żjieda bi prezz massimu miftiehem. F’dawk iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ li kuntrattur jikkunsidra l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafi 23 u 24 sabiex jiddetermina meta għandu jirrikonoxxi dħul u spejjeż ta' kuntratt.

IKKUMBINAR U SEGMENTAR TA' KUNTRATTI TA' KOSTRUZZJONI

7 Ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard huma normalment applikati separatament għal kull kuntratt tal-kostruzzjoni. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, huwa neċessarju li l-Istandard jiġi applikat separatament għal komponenti identifikabbli ta' kuntratt wieħed jew għal grupp ta' kuntratti flimkien sabiex tiġi riflessa s-sustanza ta' kuntratt jew ta' grupp ta' kuntratti.

8 Meta kuntratt ikopri numru ta' assi, il-kostruzzjoni ta' kull assi għandha tiġi ttrattata bħala kuntratt separat ta' kostruzzjoni meta:

(a) proposti separati jkunu ġew sottomessi għal kull assi;

(b) kull assi kien soġġett għal negozjar separat u l-kuntrattur u l-klijent kienu f’pożizzjoni fejn setgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw dik il-parti tal-kuntratt relatata ma' kull assi; u

(c) il-kosti u d-dħul ta' kull assi jistgħu jiġu identifikati.

9 Grupp ta' kuntratti, kemm jekk ma' klijent wieħed jew ma' bosta klijenti, għandu jiġi ttrattat bħala kuntratt ta' kostruzzjoni wieħed meta:

(a) il-grupp ta' kuntratti jkun innegozjat bħala pakkett wieħed;

(b) il-kuntratti jkunu tant interkonnessi mill-qrib li jkunu, effettivament, parti minn proġett wieħed b'marġni ta' profitt totali; u

(c) il-kuntratti jiġu mwettqa simultanjament jew f’sekwenza kontinwa.

10 Kuntratt jista' jipprovdi għall-kostruzzjoni ta' assi addizzjonali fuq l-għażla tal-klijent jew jista' jiġi emendat biex jinkludi l-kostruzzjoni ta' assi addizzjonali. Il-kostruzzjoni tal-assi addizzjonali għandha tiġi ttrattata bħala kuntratt separat ta' kostruzzjoni meta:

(a) l-assi jkun ivarja b'mod sinifikanti fid-disinn, it-teknoloġija jew il-funzjoni minn dak jew dawk koperti mill-kuntratt oriġinali; jew

(b) il-prezz tal-assi jkun innegozjat mingħajr ma jitqies il-prezz tal-kuntratt oriġinali.

DĦUL MILL-KUNTRATT

11 Id-dħul mill-kuntratt għandu jinkludi:

(a) l-ammont inizjali ta' dħul miftiehem fil-kuntratt; u

(b) varjazzjonijiet fix-xogħol taħt il-kuntratt, klejms u ħlasijiet ta' inċentiv:

(i) safejn ikun probabbli li dawn ser jirriżultaw fi dħul; u

(ii) ikunu jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli.

12 Id-dħul mill-kuntratt jiġi mkejjel skont il-valur ġust tal-korrispettiv riċevut jew riċevibbli. Il-kejl tad-dħul mill-kuntratt huwa affettwat minn varjetà ta' inċertezzi li jiddependu mill-eżitu ta' avvenimenti futuri. L-istimi spiss ikunu jeħtieġu li jiġu rriveduti hekk kif iseħħu l-avvenimenti u jiġu riżolti l-inċertezzi. Għalhekk, l-ammont tad-dħul mill-kuntratt jista' jiżdied jew jonqos bejn perijodu u ieħor. Pereżempju:

(a) kuntrattur u klijent jistgħu jaqblu dwar varjazzjonijiet jew klejms li jżidu jew inaqqsu d-dħul mill-kuntratt f’perijodu li jiġi wara dak li fih ikun ġie miftiehem inizjalment il-kuntratt;

(b) l-ammont tad-dħul miftiehem f’kuntratt bi prezz fiss jista' jiżdied b'riżultat ta' klawsoli ta' eskalazzjoni tal-kost;

(c) l-ammont ta' dħul mill-kuntratt jista' jonqos b'riżultat ta' penali li jiskattaw minħabba dewmien ikkawżat mill-kuntrattur fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt; jew

(d) meta kuntratt bi prezz fiss jinvolvi prezz fiss għal kull unità ta' produzzjoni, id-dħul mill-kuntratt jiżdied hekk kif in-numru ta' unitajiet jiżdied.

13 Varjazzjoni hija struzzjoni mill-klijent għal bidla fil-firxa tax-xogħol li għandu jitwettaq skont il-kuntratt. Varjazzjoni tista' twassal għal żieda jew tnaqqis fid-dħul mill-kuntratt. Eżempji ta' varjazzjonijiet huma bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew id-disinn tal-assi u bidliet fit-tul taż-żmien tal-kuntratt. Varjazzjoni hija inkluża fid-dħul mill-kuntratt meta:

(a) ikun probabbli li l-klijent ser japprova l-varjazzjoni u l-ammont tad-dħul li jirriżulta mill-varjazzjoni; u

(b) l-ammont tad-dħul ikun jista' jitkejjel b'mod affidabbli.

14 Klejm hija ammont li l-kuntrattur ifittex li jiġbor mingħand il-klijent jew parti oħra bħala rimbors għal spejjeż mhux inklużi fil-prezz tal-kuntratt. Klejm tista' tirriżulta minn, pereżempju, dewmien ikkawżat mill-klijent, żbalji fl-ispeċifikazzjonijiet jew fid-disinn, u varjazzjonijiet ikkontestati fix-xogħol tal-kuntratt. Il-kejl tal-ammonti ta' dħul li jirriżultaw minn klejms huwa soġġett għal livell għoli ta' inċertezza u spiss jiddependi mill-eżitu ta' negozjati. Għaldaqstant, il-klejms huma inklużi fid-dħul mill-kuntratt biss meta:

(a) in-negozjati jkunu laħqu stadju avvanzat u jkun probabbli li l-klijent ser jaċċetta l-klejm; u

(b) l-ammont li probabbilment ikun ser jiġi aċċettat mill-klijent ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

15 Ħlasijiet ta' inċentiv huma ammonti addizzjonali mħallsa lill-kuntrattur jekk l-istandards speċifikati tal-prestazzjoni jintlaħqu jew jinqabżu. Pereżempju, kuntratt jista' jippermetti ħlas ta' inċentiv lill-kuntrattur jekk il-kuntratt jitlesta kmieni. Ħlasijiet ta' inċentiv huma inklużi fid-dħul mill-kuntratt meta:

(a) il-kuntratt ikun avvanzat biżżejjed tant li jkun probabbli li l-istandards speċifikati tat-twettiq ikunu ser jintlaħqu jew jinqabżu; u

(b) l-ammont tal-ħlas ta' inċentiv ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

KOSTI TAL-KUNTRATT

16 Il-kosti tal-kuntratt għandhom jinkludu:

(a) kosti li huma relatati direttament mal-kuntratt speċifiku;

(b) kosti li huma attribwibbli għal attività tal-kuntratt b'mod ġenerali u li jistgħu jiġu allokati għall-kuntratt; u

(c) kosti oħrajn li huma imponibbli speċifikament lill-klijent skont it-termini tal-kuntratt.

17 Kosti li huma relatati direttament ma' kuntratt speċifiku jinkludu;

(a) spejjeż ta' xogħol fuq is-sit, inkluża s-superviżjoni fuq is-sit;

(b) il-kosti ta' materjali użati fil-kostruzzjoni;

(c) diprezzament ta' impjanti u tagħmir użati għall-kuntratt;

(d) kosti ta' ċaqliq ta' impjanti, tagħmir u materjali lejn u mis-sit tal-kuntratt;

(e) kosti għall-kiri ta' impjanti u tagħmir;

(f) kosti għad-disinn u assistenza teknika li huma direttament relatati mal-kuntratt;

(g) l-ispejjeż stmati ta' xogħol ta' rettifikazzjoni u garanzija, inklużi spejjeż mistennija ta' garanzija; u

(h) klejms minn terzi persuni.

Dawn l-ispejjeż jistgħu jitnaqssu b'kull introjtu inċidentali li ma jkunx inkluż fid-dħul mill-kuntratt, bħal per eżempju introjtu mill-bejgħ ta' materjali żejda u d-disponiment tal-impjant u t-tagħmir fit-tmiem tal-kuntratt.

18 Il-kosti li jistgħu jkunu attribwibbli għal attività fuq kuntratti in ġenerali, u li jistgħu jkunu allokati għal kuntratti speċifiċi jinkludu:

(a) assigurazzjoni;

(b) il-kosti ta' disinn u assistenza teknika li m'humiex direttament relatati ma' kuntratt speċifiku; u

(c) spejjeż ġenerali tal-kostruzzjoni.

Dawk il-kosti jiġu allokati permezz ta' metodi li huma sistematiċi u razzjonali u huma applikati b'mod konsistenti għall-kosti kollha li jkollhom karatteristiċi simili. L-allokazzjoni hija bbażata fuq il-livell normali tal-attività ta' kostruzzjoni. L-ispejjeż ġenerali tal-kostruzzjoni jinkludu kosti bħat-tħejjija u l-ipproċessar tal-pagi tal-personal tal-kostruzzjoni. ►M1  Il-kosti li jistgħu jkunu attribwibbli għal attività fuq kuntratti in ġenerali, u li jistgħu jkunu allokati għal kuntratti speċifiċi, jinkludu wkoll il-kosti tas-self. ◄

19 Il-kosti li huma speċifikament imponibbli lill-klijent skont it-termini tal-kuntratt jistgħu jinkludu xi kosti ta' amministrazzjoni ġenerali u kosti tal-iżvilupp li għalihom ikun speċifikat rimbors skont it-termini tal-kuntratt.

20 Il-kosti li ma jistgħux jiġu attribwiti għal attività ta' kuntratt jew li ma jistġħux jiġu allokati għal xi kuntratt huma esklużi mill-kosti ta' kuntratt ta' kostruzzjoni. Dawn il-kosti jinkludu:

(a) kosti ta' amministrazzjoni ġenerali li għalihom ma jkunx speċifikat rimbors fil-kuntratt;

(b) kosti ta' bejgħ;

(c) kosti ta' riċerka u żvilupp li għalihom ma jkunx speċifikat rimbors fil-kuntratt; u

(d) diprezzament ta' impjant u tagħmir inattiv li ma jintużax f’kuntratt partikolari.

21 Il-kosti tal-kuntratt jinkludu l-kosti attribwibbli għall-kuntratt għall-perijodu mid-data minn meta jiġi konkluż kuntratt sat-tlestija finali tal-kuntratt. Madankollu, kosti li jkunu relatati direttament ma' kuntratt u li jintefqu għall-konklużjoni tal-kuntratt huma wkoll inklużi bħala parti mill-kosti tal-kuntratt jekk jistgħu jiġu identifikati separatament u mkejla b'mod affidabbli u jkun probabbli li l-kuntratt ser jinkiseb. Meta l-kosti li jintefqu għall-konklużjoni ta' kuntratt jiġu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu meta jintefqu, dawn ma jiġux inklużi fil-kosti tal-kuntratt meta l-kuntratt jinkiseb f’perijodu sussegwenti.

RIKONOXXIMENT TA' DĦUL U SPEJJEŻ TAL-KUNTRATT

22 Meta l-eżitu ta' kuntratt ta' kostruzzjoni jkun jista' jiġi stmat b'mod affidabbli, id-dħul mill-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt assoċjati mal-kuntratt ta' kostruzzjoni għandhom jiġu rikonoxxuti bħala dħul u spejjeż rispettivament b'referenza għall-istadju tat-tlestija tal-attività tal-kuntratt ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Telf mistenni fuq il-kuntratt ta' kostruzzjoni għandu jiġi rikonoxxut immedjatament bħala spiża skont il-paragrafu 36.

23 Fil-każ ta' kuntratt bi prezz fiss, l-eżitu ta' kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jiġi stmat b'mod affidabbli meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfati:

(a) id-dħul totali mill-kuntratt ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli;

(b) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-kuntratt ser jgħaddu għal fuq l-entità;

(c) kemm il-kosti tal-kuntratt biex jitlesta l-kuntratt kif ukoll l-istadju tat-tlestija tal-kuntratt ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli; u

(d) il-kosti tal-kuntratt attribwibbli għall-kuntratt jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar u mkejla b'mod affidabbli sabiex b'hekk il-kosti tal-kuntratt li jkunu attwalment intefqu jkunu jistgħu jiġu mqabbla ma' stimi preċedenti.

24 Fil-każ ta' kuntratt ta' kost b'żjieda, l-eżitu ta' kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jiġi stmat b'mod affidabbli meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfati:

(a) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-kuntratt ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) il-kosti tal-kuntratt attribwibbli għall-kuntratt, kemm jekk ikunu rimborsabbli speċifikament jew le, ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar u mkejla b'mod affidabbli.

25 Ir-rikonoxximent tad-dħul u l-spejjeż b'referenza għall-istadju ta' tlestija ta' kuntratt spiss jissejjaħ il-metodu tal-perċentwal komplut. Skont dan il-metodu, id-dħul mill-kuntratt jiġi mqabbel mal-kosti tal-kuntratt li jintefqu biex jintlaħaq dak l-istadju ta' tlestija, u dan jirriżulta fir-rapportaġġ tad-dħul, spejjeż u profitt li jistgħu jiġu attribwiti għall-proporzjon ta' xogħol lest. Dan il-metodu jipprovdi informazzjoni utli dwar il-livelli milħuqa fl-attività u t-twettiq tal-kuntratt matul perijodu.

26 Taħt il-metodu tal-perċentwal komplut, id-dħul mill-kuntratt jiġi rikonoxxut bħala dħul fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ fil-perijodi tal-kontabilità li fihom ikun sar ix-xogħol. Il-kosti tal-kuntratt huma normalment rikonoxxuti bħala spiża fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ fil-perijodi tal-kontabilità li fihom isir ix-xogħol relatat. Madankollu, kull eċċess mistenni fil-kosti totali tal-kuntratt fuq id-dħul totali ta' dak il-kuntratt huwa rikonoxxut bħala spiża immedjatament skont il-paragrafu 36.

27 Kuntratt jista' jkun nefaq kosti tal-kuntratt li jkunu relatati ma' attività futura fuq il-kuntratt. Dawk il-kosti tal-kuntratt huma rikonoxxuti bħala assi kemm-il darba jkun probabbli li jistgħu jiġu rkuprati. Dawk il-kosti jirrappreżentaw ammont dovut mill-klijent u spiss huma kklassifikati bħala xogħol fl-idejn.

28 L-eżitu ta' kuntratt tal-kostruzzjoni jista' jiġi stmat b'mod affidabbli biss meta jkun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-kuntratt ser jgħaddu għal fuq l-entità; Madankollu, meta tqum inċertezza dwar jekk jistax jinġabar ammont diġà inkluż fid-dħul tal-kuntratt, u li jkun diġà rikonoxxut fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ , l-ammont li ma jistax jinġabar jew l-ammont li fir-rigward tiegħu l-irkupru ma jkunx għadu probabbli għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża u mhux bħala aġġustament tal-ammont tad-dħul mill-kuntratt.

29 Entità ġeneralment tkun tista' tagħmel stimi affidabbli wara li tkun ikkonkludiet kuntratt li jistabbilixxi:

(a) id-drittijiet enforzabbli ta' kull parti fir-rigward tal-assi li għandu jinbena;

(b) il-korrispettiv li għandu jgħaddi bejniethom; u

(c) il-mod u t-termini tas-saldu.

Normalment ikun neċessarju wkoll għall-entità li jkollha sistema effettiva interna ta' estimi u rapportaġġ finanzarju. L-entità tanalizza u, fejn ikun meħtieġ, tirrevedi l-estimi tad-dħul tal-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt hekk kif il-kuntratt jipprogressa. Il-bżonn għal dawn ir-reviżjonijiet ma jfissirx neċessarjament li l-eżitu tal-kuntratt ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli.

30 L-istadju tat-tlestija ta' kuntratt jista' jiġi ddeterminat b'varjetà ta' modi. L-entità tuża l-metodu li jkejjel b'mod affidabbli x-xogħol imwettaq. Skont in-natura tal-kuntratt, il-metodi jistgħu jinkludu:

(a) il-proporzjon li jirrappreżentaw il-kosti tal-kuntratt minfuqa għax-xogħol imwettaq meta mqabbla mal-istima tal-kosti totali tal-kuntratt;

(b)  surveys tax-xogħol imwettaq; jew

(c) tlestija ta' proporzjon fiżiku tax-xogħol tal-kuntratt.

Ħlasijiet għal xogħol mibdi u ħlasijiet bil-quddiem riċevuti mingħand klijenti ġeneralment ma jirriflettux ix-xogħol imwettaq.

31 Meta l-istadju ta' tlestija jkun iddeterminat b'referenza għall-kosti tal-kuntratt li jkunu ntefqu sa dik id-data, dawk l-kosti tal-kuntratt biss li jirriflettu x-xogħol imwettaq għandhom jiġu inklużi fil-kosti li jkunu ntefqu sa dik id-data. Eżempji ta' kosti tal-kuntratt li huma esklużi huma:

(a) kosti tal-kuntratt li huma relatati ma' attività futura fuq il-kuntratt, bħall-ispejjeż ta' materjali li jkunu ġew ikkunsinnati lil sit ta' kuntratt jew merfugħa għal użu f’kuntratt iżda li jkunu għadhom ma ġewx installati, użati jew applikati matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ħlief jekk il-materjali jkunu saru speċifikament għall-kuntratt; u

(b) ħlasijiet li jsiru lil sottokuntratturi bil-quddiem qabel ma jsir ix-xogħol taħt is-sottokuntratt.

32 Meta l-eżitu ta' kuntratt tal-kostruzzjoni ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli:

(a) id-dħul għandu jiġi rikonoxxut biss sal-limitu tal-kosti tal-kuntratt li jintefqu u li jkun probabbli li jkunu jistgħu jiġu rkuprati; u

(b) il-kosti tal-kuntratt għandhom ikunu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu li fih ikunu ntefqu.

Telf mistenni fuq il-kuntratt ta' kostruzzjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża immedjatament skont il-paragrafu 36.

33 Matul l-istadji bikrin ta' kuntratt, spiss ikun il-każ li l-eżitu tal-kuntratt ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli. Madankollu, jista' jkun probabbli li l-entità tirkupra l-kosti tal-kuntratt li tkun nefqet. Għalhekk, id-dħul mill-kuntratt għandu jiġi rikonoxxut biss sal-limitu tal-kosti li jintefqu li jkunu mistennija li jkunu rkuprabbli. Billi l-eżitu ta' kuntratt tal-kostruzzjoni ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli, ebda profitt m'huwa rikonoxxut. Madankollu, għalkemm l-eżitu ta' kuntratt ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli, jista' jkun probabbli li l-kosti totali tal-kuntratt jaqbżu d-dħul totali tal-kuntratt. F’dawk il-każijiet, kull eċċess mistenni fil-kosti totali tal-kuntratt fuq id-dħul totali ta' dak il-kuntratt huwa rikonoxxut bħala spiża immedjatament skont il-paragrafu 36.

34 Kosti tal-kuntratt li ma jkollhomx probabbiltà li jiġu rkuprati huma rikonoxxuti bħala spiża immedjatament. Eżempji ta' ċirkustanzi fejn jista' ma jkunx probabbli li jiġu rkuprati l-kosti ta' kuntratt li jkunu ntefqu u fejn jista' jkun meħtieġ li l-kosti ta' kuntratt jiġu rikonoxxuti bħala spiża immedjatament jinkludu kuntratti:

(a) li m'humiex għal kollox infurzabbli, jiġifieri meta jkun hemm dubju serju dwar il-validità tagħhom;

(b) li t-tlestija tagħhom tkun soġġetta għall-eżitu ta' litigazzjoni jew leġiżlazzjoni pendenti;

(c) li jkunu relatati ma' proprjetajiet li aktarx ser ikunu kkundannati jew esproprjati;

(d) fejn il-klijent ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu; jew

(e) meta l-kuntrattur ma jkunx jista' jlesti l-kuntratt jew inkella ma jistax jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-kuntratt.

35 Meta l-inċertezzi li ma jkunux ippermettew li l-eżitu tal-kuntratt jiġi stmat b'mod affidabbli ma jkunux għadhom jeżistu, id-dħul u l-ispejjeż assoċjati mal-kuntratt ta' kostruzzjoni għandhom jiġu rikonoxxuti skont il-paragrafu 22 u mhux skont il-paragrafu 32.

RIKONOXXIMENT TA' TELF MISTENNI

36 Meta jkun probabbli li l-kosti totali tal-kuntratt ser jaqbżu d-dħul totali tal-kuntratt, it-telf mistenni għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża immedjatament.

37 L-ammont ta' dak it-telf għandu jiġi ddeterminat irrispettivament minn:

(a) jekk ix-xogħol ikunx beda fuq il-kuntratt;

(b) l-istadju tat-tlestija tal-attività tal-kuntratt; jew

(c) l-ammont ta' profitti li jkunu mistennija fuq kuntratti oħra li ma jkunux ittrattati bħala kuntratt ta' kostruzzjoni wieħed skont il-paragrafu 9.

BIDLIET FL-ISTIMI

38 Il-metodu tal-perċentwal komplut huwa applikat fuq bażi kumulattiva f’kull perijodu tal-kontabilità għall-istimi kurrenti tad-dħul mill-kuntratt u tal-kosti tal-kuntratt. Għalhekk, l-effett ta' bidla fl-istima tad-dħul minn kuntratt jew ta' kosti ta' kuntratt, jew l-effett ta' bidla fl-istima tal-eżitu ta' kuntratt, għandhom jiġu kontabilizzati bħala bidla fl-istima tal-kontabilità (ara l-IAS 8 Politika tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji). L-istimi mibdula jintużaw fid-determinazzjoni tal-ammont tad-dħul u l-ispejjeż rikonoxxuti fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ fil-perijodu li fih issir il-bidla u f’perijodi sussegwenti.

ŻVELAR

39 Entità għandha tiżvela:

(a) l-ammont ta' dħul mill-kuntratt rikonoxxut bħala dħul waqt il-perijodu;

(b) il-metodi użati biex jiġi ddeterminat id-dħul mill-kuntratt rikonoxxut fil-perijodu; u

(c) il-metodi użati biex jiġi ddeterminat l-istadju tat-tlestija ta' kuntratti li jkunu jinsabu għaddejjin.

40 Entità għandha tiżvela dan kollu li ġej għal kuntratti li jkunu jinsabu għaddejjin ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar: ◄

(a) l-ammont aggregat tal-kosti li jintefqu u l-profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut) sa dik id-data;

(b) l-ammont ta' ħlasijiet bil-quddiem riċevuti u:

(c) it-total ta' ammonti miżmuma;

41 L-ammonti miżmuma huma fatturi mal-progress tax-xogħol li ma jitħallsux sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt għall-ħlas ta' dawk l-ammonti jew sakemm jiġu rrettifikati d-difetti. Fatturi mal-progress tax-xogħol huma ammonti fatturati għal xogħol li jkun sar fuq kuntratt kemm jekk ikunu tħallsu u kemm jekk ma jkunux tħallsu mill-klijent. Ħlasijiet bil-quddiem huma ammonti riċevuti mill-kuntrattur qabel ma jsir ix-xogħol relatat.

42 Entità għandha tippreżenta:

(a) l-ammont gross dovut mingħand klijenti għax-xogħol tal-kuntratt bħala assi; u

(b) l-ammont gross dovut lil klijenti għax-xogħol tal-kuntratt bħala obbligazzjoni.

43 L-ammont gross dovut mingħand klijenti għax-xogħol tal-kuntratt huwa l-ammont nett ta’;

(a) il-kosti li jintefqu flimkien mal-profitti rikonoxxuti; wara li jitnaqqsu

(b) is-somma tat-telf rikonoxxut u fatturi mal-progress tax-xogħol

għall-kuntratti kollha li jkunu fl-idejn li għalihom is-somma tal-ispejjeż li jintefqu u tal-profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut) jeċċedu l-fatturi mal-progress tax-xogħol.

44 L-ammont gross dovut lill-klijenti għax-xogħol tal-kuntratt huwa l-ammont nett ta’:

(a) il-kosti li jintefqu flimkien mal-profitti rikonoxxuti; wara li jitnaqqsu

(b) is-somma tat-telf rikonoxxut u fatturi mal-progress tax-xogħol

għall-kuntratti kollha li jkunu jinsabu għaddejjin li għalihom il-kontijiet tal-progress jeċċedu l-ispejjeż li jintefqu flimkien mal-profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut).

45 Entità tiżvela kull obbligu kontinġenti u assi kontinġenti skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. Obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti jistgħu jirriżultaw minn elementi bħal kosti ta' garanziji, klejms, penali u telf possibbli.

DATA EFFETTIVA

46 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1995 jew wara.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 12

Taxxi fuq id-Dħul

GĦAN

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi t-trattament fil-kontijiet għal taxxi fuq id-dħul. Il-kwistjoni prinċipali fil-kontabilità għal taxxi fuq id-dħul hija kif għandhom jitqiesu l-konsegwenzi għat-taxxa attwali u futuri ta’:

(a) l-irkupru futur (saldu) tal-ammont miżmum fil-kotba fil-kotba ta’ assi (obbligazzjonijiet) li huma rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-entità; u

(b) tranżazzjonijiet u avvenimenti oħra tal-perijodu attwali li huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-entità.

Huwa inerenti fir-rikonoxximent ta’ assi jew obbligazzjoni li l-entità li tirrapporta tkun tistenna li tirkupra jew li ssaldi l-ammont miżmum fil-kotba fil-kotba ta’ dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni. Jekk ikun probabbli li l-irkupru jew is-saldu ta’ dak l-ammont miżmum fil-kotba ser jagħmel il-pagamenti futuri ta’ taxxa akbar (iżgħar) milli kienu jkunu li kieku dak l-irkupru jew saldu ma kellhom ebda konsegwenza tat-taxxa, dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita (assi ta’ taxxa differita), b’ċerti eċċezzjonijiet limitati.

Dan l-Istandard jirrikjedi li entità tirrapporta l-konsegwenzi tat-taxxa ta' tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn bl-istess mod li tirrapporta t-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti l-oħrajn infushom. ►M5  Għal tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti ‘il barra mill-profitt jew telf (jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fl-ekwità), kwalunkwe effetti marbuta mat-taxxa huma wkoll rikonoxxuti ‘il barra mill-qligħ jew telf (jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fl-ekwità, rispettivament). ◄ Għal tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti direttament f'ekwità, l-effetti kollha relatati tat-taxxa huma rikonoxxuti wkoll f'ekwità. ►M12  Bl-istess mod, ir-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita f’kombinament ta’ negozji jaffettwa l-ammont ta’ avvjament li oriġina f’dak il-kombinament ta’ negozji jew l-ammont tal-qligħ rikonoxxut mix-xiri bl-irħis. ◄

Dan l-istandard jittratta wkoll ir-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn telf mhux użat għal skop ta’ taxxa jew minn krediti mhux użati tat-taxxa, il-preżentazzjoni tat-taxxi fuq id-dħul fir-rapporti finanzjarji u l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar it-taxxi fuq id-dħul.

AMBITU

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità għal taxxi fuq id-dħul.

2 Għall-għanijiet ta’ dan l-Istandard, it-taxxi fuq id-dħul jinkludu t-taxxi domestiċi u barranin kollha li huma bbażati fuq profitti taxxabbli. Taxxi fuq id-dħul jinkludu wkoll taxxi, bħal taxxi miżmuma minn ras il-għajn (withholding), li huma pagabbli minn kumpanija sussidjarja, assoċjata jew ►M32  arranġament konġunt ◄ , fuq distribuzzjonijiet lill-entità li tirrapporta.

3 [Imħassra]

4 Dan l-Istandard ma jindirizzax il-metodi ta’ kontabilità għal għotjiet pubbliċi (ara l-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika) jew krediti ta’ taxxa fuq l-investiment. Madankollu, dan l-Istandard jindirizza l-kontabilità għal differenzi temporanji li jistgħu jinħolqu minn tali għotjiet jew krediti tat-taxxa fuq investimenti.

DEFINIZZJONIJIET

5 It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Profitt tal-kontabilità huwa l-profitt jew telf għal perijodu qabel it-tnaqqis tal-ispiża tat-taxxa.

Profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) huwa l-profitt (telf) għal perijodu, stabbilit skont ir-regoli ffissati mill-awtoritajiet tat-taxxa, li għalih isiru pagabbli (rikuprabbli) t-taxxi fuq id-dħul.

Spiża (dħul) għat-taxxa hija (huwa) l-ammont aggregat inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew tat-telf għall-perijodu fir-rigward ta’ taxxa kurrenti u taxxa differita.

Taxxa kurrenti hija l-ammont ta’ taxxi fuq id-dħul pagabbli (rikuprabbli) fir-rigward tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) għal perijodu.

Obbligazzjonijiet ta taxxa differita huma l-ammonti ta’ taxxi fuq id-dħul pagabbli f’perijodi futuri fir-rigward tad-differenzi temporanji taxxabbli.

Assi ta taxxa differita huma l-ammonti ta’ taxxi fuq id-dħul rikuprabbli f’perijodi futuri fir-rigward ta’:

(a) differenzi temporanji deduċibbli;

(b) il-ġarr għas-snin ta’ wara ta’ telf mhux użat għat-taxxa; u

(ċ) il-ġarr għas-snin ta’ wara ta’ krediti ta’ taxxa mhux użati.

Differenzi temporanji huma differenzi bejn l-ammont ta’ assi jew obbligazzjonijiet miżmum ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ u l-bażi ta’ taxxa tiegħu. Differenzi temporanji jistgħu jkunu jew:

(a)  differenzi temporanji taxxabbli, li huma differenzi temporanji li jirriżultaw f’ammonti taxxabbli fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) ta’ perijodi futuri meta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat; jew

(b)  differenzi temporanji deduċibbli, li huma differenzi temporanji li jirriżultaw f’ammonti li jitnaqqsu fil-kalkolu ta’ profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) ta’ perijodi futuri meta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat.

Il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni hija l-ammont attribwit għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni għal għanijiet ta’ taxxa.

6 L-ispiża tat-taxxa (dħul tat-taxxa) tinkludi (jinkludi) l-ispiża tat-taxxa kurrenti (dħul mit-taxxa kurrenti) u l-ispiża tat-taxxa differita (dħul minn taxxa differita).

Bażi għat-taxxa

7 Il-bażi għat-taxxa ta’ assi hija l-ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa kontra kull benefiċċju ekonomiku taxxabbli li jasal għand entità meta tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi. Jekk dawk il-benefiċċji ekonomiċi ma jkunux taxxabbli, il-bażi għat-taxxa tal-assi tkun ugwali għall-ammont miżmum fil-kotba.

Eżempji

1 Magna tiswa 100. Għal għanijiet ta’ taxxa, diġà tnaqqas deprezzament ta’ 30 fil-perijodi kurrenti u preċedenti u l-bqija tal-kost ikun deduċibbli f’perijodi futuri, jew bħala deprezzament jew permezz ta’ tnaqqis mad-disponiment. Id-dħul iġġenerat permezz tal-użu tal-magna huwa taxxabbli, kull qligħ mad-disponiment tal-magna jkun taxxabbli u kull telf mad-disponiment ikun deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-magna hija 70.

2 L-imgħax riċevibbli għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Id-dħul relatat mill-imgħax jiġi ntaxxat fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-imgħax riċevibbli hija żero.

3 Ir-riċevibbli kummerċjali għandhom ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Id-dħul relatat diġà ġie inkluż fil-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa). Il-bażi għat-taxxa tar-riċevibbli kummerċjali huwa 100.

4 Id-dividendi riċevibbli minn sussidjarja għandhom ammont miżmum fil-kotba ta' 100. Id-dividendi mhumiex taxxabbli. Fis-sustanza, l-ammont miżmum fil-kotba kollu tal-assi huwa deduċibbli kontra l-benefiċċji ekonomiċi. Konsegwentament, il-bażi għat-taxxa tad-dividendi riċevibbli hija ta’ 100 ( 4 ).

5 Self riċevibbli għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Il-ħlas lura tas-self m’ hu ser ikollu ebda konsegwenzi għat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tas-self hija ta 100.

8 Il-bażi għat-taxxa ta’ obbligazzjoni hija l-ammont miżmum tagħha, nieqes kull ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa fir-rigward ta’ dik l-obbligazzjoni f’perijodi futuri. Fil-każ ta’ dħul li jiġi rċevut bil-quddiem, il-bażi għat-taxxa tal-obbligazzjoni li tirriżulta hija l-ammont miżmum fil-kotba tagħha, wara li jitnaqqas kull ammont tad-dħul li ma jkunx taxxabbli f’perijodi futuri.

Eżempji

1 L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu spejjeż dovuti b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. L-ispiża relatata titnaqqas għal għanijiet ta’ taxxa fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-ispejjeż dovuti hija żero.

2 L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu dħul mill-imgħax riċevut bil-quddiem, b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Id-dħul relatat mill-imgħax kien intaxxat fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-imgħax riċevut bil-quddiem hija żero.

3 L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu spejjeż dovuti b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. L-ispiża relatata diġà tnaqqset għal għanijiet ta’ taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-ispejjeż dovuti hija ta 100.

4 L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu multi u penali dovuti b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Il-multi u l-penali m’humiex deduċibbli għall-għanijiet ta’ taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-multi u l-penali dovuti hija ta 100 ( 5 ).

5 Self pagabbli għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Il-ħlas lura tas-self ma jkollu ebda konsegwenzi għat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tas-self hija ta 100.

9 Xi entrati għandhom bażi għat-taxxa iżda m’humiex rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄ Pereżempju, il-kosti tar-riċerka huma rikonoxxuti bħala spejjeż fil-kalkolu tal-profitt tal-kontabilità fil-perijodu li fih jintefqu iżda jistgħu ma jkunux permessi bħala tnaqqis fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) ħlief f’perijodu aktar tard. Id-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-kosti tar-riċerka, jiġifieri l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis f’perijodi futuri, u l-ammont miżmum ta’ żero hija differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’taxxa differita.

▼M33

10 Fejn il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni ma tkunx ċara minnufih, huwa utli li jiġi kkunsidrat il-prinċipju fundamentali li fuqu huwa bbażat dan l-Istandard: li entità għandha, b’ċerti eċċezzjonijiet limitati tirrikonoxxi obbligazzjoni (assi) ta’ taxxa differita kull meta l-irkupru jew is-saldu tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi jew obbligazzjoni jrendi l-pagamenti futuri tat-taxxa akbar (iżgħar) milli kienu jkunu kieku tali rkupru jew saldu ma kellu jkollu ebda konsegwenzi fiskali. L-eżempju C li jsegwi l-paragrafu 51A juri ċirkustanzi fejn jista’ jkun utli li jiġi kkunsidrat dan il-prinċipju fundamentali, pereżempju, meta l-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni tkun tiddependi fuq il-mod mistenni li jsir l-irkupru jew is-saldu.

▼B

11 F’rapporti finanzjarji kkonsolidati, id-differenzi temporanji huma stabbiliti billi jitqabblu l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati mal-bażi għat-taxxa xierqa. Il-bażi għat-taxxa hija stabbilita b’referenza għal prospett tat-taxxa kkonsolidat f’dawk il-ġurisdizzjonijiet li fihom jintbagħat dan il-prospett. F’ġurisdizzjonijiet oħrajn, il-bażi għat-taxxa hija stabbilita b’referenza għall-prospetti tat-taxxa ta’ kull entità fil-grupp.

RIKONOXXIMENT TAL-OBBLIGAZZJONIJIET TA’ TAXXA KURRENTI U TAL-ASSI TA’ TAXXA KURRENTI

12 It-taxxa kurrenti għal perijodi kurrenti u preċedenti għandha, sal-ammont mhux imħallas, tkun rikonoxxuta bħala obbligazzjoni. Jekk l-ammont diġà mħallas fir-rigward tal-perijodi kurrenti u preċedenti jaqbeż l-ammont dovut għal dawk il-perijodi, l-eċċess ikun rikonoxxut bħala assi.

13 Il-benefiċċju relatat ma’ telf għat-taxxa li jista’ jinġarr lura biex tiġi rkuprata taxxa kurrenti ta’ perijodu preċedenti għandu jkun rikonoxxut bħala assi.

14 Meta telf għat-taxxa jintuża biex tkun irkuprata taxxa kurrenti ta’ perijodu preċedenti, entità tirrikonoxxi l-benefiċċju bħala assi fil-perijodu li fih iseħħ it-telf għat-taxxa minħabba li jkun probabbli li l-benefiċċju jgħaddi lill-entità u li l-benefiċċju jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

RIKONOXXIMENT TAL-OBBLIGAZZJONIJIET TA’ TAXXA DIFFERITA U TAL-ASSI TA’ TAXXA DIFFERITA

DIFFERENZI TEMPORANJI TAXXABBLI

15 Għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni ta' taxxa differita għad-differenzi temporanji taxxabbli kollha, ħlief sal-punt li l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita toriġina minn:

(a) ir-rikonoxximent inizjali ta’ avvjament; jew

(b) ir-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni fi tranżazzjoni li:

(i) mhix kombinament ta’ negozji; u

(ii) fiż-żmien tat-tranżazzjoni, la taffettwa l-profitt tal-kontabilità lanqas il-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa).

Madankollu, għal differenzi temporanji taxxabbli assoċjati ma’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u assoċjati, u f’interessi ►M32  f'arranġamenti konġunti, ◄ għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni skont il-paragrafu 39.

16 Huwa inerenti fir-rikonoxximent ta’ assi li l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu jiġi rkuprat fil-forma ta’ benefiċċji ekonomiċi li jgħaddu għall-entità f’perijodi futuri. Meta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jaqbeż il-bażi għat-taxxa tiegħu, l-ammont ta’ benefiċċji ekonomiċi taxxabbli jaqbeż l-ammont li jkun permess bħala tnaqqis għal għanijiet ta’ taxxa. Din id-differenza hija differenza temporanja taxxabbli u l-obbligu li jitħallsu t-taxxi riżultanti fuq id-dħul f’perijodi futuri huwa obbligazzjoni ta’ taxxa differita. Hekk kif l-entità tirkupra l-ammont miżmum tal-assi, id-differenza temporanja taxxabbli tinqaleb u l-entità jkollha profitt taxxabbli. Dan jagħmilha probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi jgħaddu mill-entità fil-forma ta’ pagamenti tat-taxxa. Għalhekk, dan l-Istandard jeħtieġ ir-rikonoxximent tal-obbligazzjonijiet kollha ta’ taxxa differita, għajr f’ċerti ċirkostanzi deskritti fil-paragrafi 15 u 39.

Eżempju

Assi li sewa 150 għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Id-deprezzament kumulattiv għal għanijiet ta’ taxxa huwa 90 u r-rata tat-taxxa hija 25 %.

Il-bażi għat-taxxa tal-assi hija ta’ 60 (kost ta’ 150 wara li jitnaqqas id-deprezzament tat-taxxa kumulattiv ta’ 90). Biex tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba ta’ 100, l-entità trid taqla’ dħul taxxabbli ta’ 100, iżda tkun tista’ tnaqqas biss id-deprezzament tat-taxxa ta’ 60. Konsegwentement, l-entità tħallas taxxi fuq id-dħul ta’ 10 (40 bil-25 %) meta tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi. Id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta’ 100 u l-bażi għat-taxxa ta’ 60 hija differenza temporanja tat-taxxa ta’ 40. Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 10 (40 bil-25 %) li jirrappreżenta t-taxxi fuq id-dħul li tkun se tħallas meta tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi.

17 Jirriżultaw xi differenzi temporanji meta d-dħul jew l-ispiża jkunu inklużi fil-profitt tal-kontabilità f’perijodu wieħed iżda jkunu inklużi fi profitt taxxabbli f’perijodu differenti. Tali differenzi temporanji huma spiss deskritti bħala differenzi taż-żmien. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ differenzi temporanji ta’ dan it-tip li huma differenzi temporanji taxxabbli u li għalhekk jirriżultaw f’obbligazzjoni ta’ taxxa differita:

(a) dħul mill-imgħax huwa inkluż fil-profitt tal-kontabilità fuq bażi ta’ proporzjon ta’ żmien iżda jista’, f’xi ġurisdizzjonijiet, ikun inkluż fi profitt taxxabbli meta jinġabru l-flus. Il-bażi għat-taxxa ta’ kull ammont riċevibbli rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ fir-rigward ta’ tali dħul huwa żero minħabba li d-dħul ma jaffettwax il-profitt taxxabbli qabel ma jinġabru l-flus;

(b) id-deprezzament użat fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) jista’ jkun differenti minn dak użat fil-kalkolu tal-profitt tal-kontabilità. Id-differenza temporanja hija d-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u l-bażi għat-taxxa tiegħu li hija l-kost oriġinali tal-assi nieqes it-tnaqqis kollu fir-rigward ta’ dak l-assi li l-awtoritajiet tat-tassazzjoni jippermettu fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli tal-perijodi kurrenti u preċedenti. Differenza temporanja taxxabbli toħroġ, u tirriżulta f’obbligazzjoni ta’ taxxa differita, meta d-deprezzament tat-taxxa jkun aċċellerat (jekk id-deprezzament tat-taxxa jkun inqas rapidu mid-deprezzament tal-kontabilità, ikun hemm differenza temporanja deduċibbli, u tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita); u

(ċ) spejjeż ta’ żvilupp jistgħu jiġu kkapitalizzati u amortizzati fuq perijodi futuri fil-kalkolu tal-profitt tal-kontabilità iżda mnaqqsin fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli fil-perijodu li fih jintefqu. Tali spejjeż ta’ żvilupp għandhom bażi għat-taxxa ta’ żero minħabba li diġà jkunu tnaqqsu mill-profitt taxxabbli. Id-differenza temporanja hija d-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-ispejjeż ta’ żvilupp u l-bażi għat-taxxa tagħhom ta’ zero.

18 Differenzi temporanji jinħolqu wkoll meta:

▼M12

(a) l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li jkunu identifikabbli f’kombinament ta’ negozji huma rikonoxxuti skont il-valuri ġusti tagħhom skont l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, iżda l-ebda aġġustament ekwivalenti ma jsir għal għanijiet ta’ taxxa (ara l-paragrafu 19);

▼B

(b) l-assi huma rivalutati u ma jsir l-ebda aġġustament ekwivalenti għal għanijiet ta’ taxxa (ara l-paragrafu 20);

(ċ) jinħoloq avvjament f’kombinament ta’ negozji (ara l-paragrafu 21);

(d) il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni fuq rikonoxximent inizjali hija differenti mill-ammont miżmum fil-kotba inizjali tagħha, eżempju meta entità tibbenefika minn għotjiet tal-gvern mhux taxxabbli relatati mal-assi (ara l-paragrafi 22 u 33); jew

(e) l-ammont miżmum fil-kotba ta’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u assoċjati jew f’interessi ►M32  f'arranġamenti konġunti ◄ jsir differenti mill-bażi għat-taxxa tal-investiment jew tal-interess (ara l-paragrafi 38-45).

Kombinamenti ta' negozji

19  ►M12  B’ċerti eċċezzjonijiet limitati, l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li huma identifikabbli f’kombinament ta’ negozji huma rikonoxxuti bil-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. ◄ Differenzi temporanji jinħolqu meta l-bażi għat-taxxa tal-assi akkwistati identifikabbli u l-obbligazzjonijiet li wieħed jieħu fuqu ma jkunux affettwati mill-kombinament tan-negozji jew ikunu affettwati b’mod differenti. Pereżempju, meta l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi hu miżjud għall-valur ġust iżda l-bażi għat-taxxa tal-assi tibqa’ skont kemm kien il-kost għas-sid preċedenti, dan jirriżulta f’differenza taxxabbli temporanja li twassal għal obbligazzjoni ta' taxxa differita. L-obbligazzjoni ta' taxxa differita li tirriżulta taffettwa l-avvjament (ara l-paragrafu 66).

Assi miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust

20 L-IFRSs jippermettu jew jeħtieġu li ċerti assi jiġu miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust jew jiġu rivalutati (ara, pereżempju, l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, l-IAS 38 Assi Intanġibbli, l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment). F’xi ġurisdizzjonijiet, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b’mod ġdid ta’ assi skont il-valur ġust taffettwa l-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) għall-perijodu kurrenti. Bħala riżultat, il-bażi għat-taxxa tal-assi hija aġġustata u ma tinħoloq ebda differenza temporanja. F’ġurisdizzjonijiet oħra, ir-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b’mod ġdid ta’ assi ma taffettwax il-profitt taxxabbli fil-perijodu tar-rivalutazzjoni jew dikjarazzjoni b’mod ġdid u, konsegwentement, il-bażi għat-taxxa tal-assi mhijiex aġġustata. Madankollu, l-irkupru futur tal-ammont miżmum jirriżulta fi fluss taxxabbli ta’ benefiċċji ekonomiċi għall-entità u l-ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa jkun differenti mill-ammont ta’ dawk il-benefiċċji ekonomiċi. Id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi rivalutat u l-bażi għat-taxxa tiegħu hija differenza temporanja u tagħti lok għal obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita. Dan huwa minnu anki jekk:

(a) l-entità ma għandhiex il-ħsieb li tiddisponi mill-assi. F’każi bħal dawn, l-ammont miżmum fil-kotba rivalutat tal-assi jkun irkuprat permezz tal-użu u dan jiġġenera dħul taxxabbli li jaqbeż id-deprezzament li jkun ammissibbli għal għanijiet ta’ taxxa f’perijodi futuri; jew

(b) taxxa fuq qligħ kapitali hija differita jekk ir-rikavat mid-disponiment tal-assi jiġi investit f’assi simili. F’każijiet bħal dawn, it-taxxa fl-aħħar mill-aħħar issir pagabbli mal-bejgħ jew l-użu tal-assi simili.

Avvjament

21 L-avvjament li joriġina minn kombinament ta’ negozji huwa mkejjel bħala l-eċċess ta’ (a) fuq (b) hawn isfel:

(a) it-total ta’:

(i) il-ħlas ittrasferit imkejjel skont l-IFRS 3, li ġeneralment jeħtieġ il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni;

(ii) l-ammont ta’ kwalunkwe interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit rikonoxxut skont l-IFRS 3; u

(iii) f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess azzjonarju li l-akkwirent kellu qabel fl-akkwiżit.

(b) in-nett tal-ammonti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li huma identifikabbli, imkejla skont l-IFRS 3.

Ħafna awtoritajiet tat-taxxa ma jippermettux li t-tnaqqis fl-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament jgħodd bħala spiża deduċibbli fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli. Barra minn hekk, f’dawn il-ġurisdizzjonijiet, il-kost tal-avvjament ta’ spiss ma jkunx deduċibbli meta sussidjarja tiddisponi min-negozju bażiku tagħha. F’dawn il-ġurisdizzjonijiet, l-avvjament għandu bażi għat-taxxa ta’ żero. Kull differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament u l-bażi għat-taxxa tiegħu ta’ żero hi differenza temporanja taxxabbli. Madankollu, dan l-Istandard ma jippermettix ir-rikonoxximent tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita li tirrriżulta minħabba li l-avvjament hu mkejjel bħala residwu u r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jżid l-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament.

▼M12

21A Tnaqqis sussegwenti f’obbligazzjoni ta’ taxxa differita li mhix rikonoxxuta minħabba li toriġina mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament huma meqjusa wkoll bħala li joriġinaw mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament u għalhekk mhumiex rikonoxxuti taħt il-paragrafu 15(a). Pereżempju, jekk f’kombinament ta’ negozji entità tirrikonoxxi avvjament ta’ CU100 li jkollu bażi tat-taxxa ta’ żero, il-paragrafu 15(a) jipprojbixxi lill-entità milli tirrikonoxxi l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirrriżulta. Jekk, sussegwentament, l-entità tirrikonoxxi telf ta’ indeboliment ta’ CU20 għal dak l-avvjament, l-ammont ta’ differenza temporanja taxxabbli relatat mal-avvjament jonqos minn CU100 għal CU80, u dan jirriżulta fi tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjoni ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuta. Dak it-tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjoni ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuta hu meqjus ukoll bħala li hu marbut mar-rikonoxximent inizjali tal-avvjament u għalhekk hu pprojbit milli jkun rikonoxxut taħt il-paragrafu 15(a).

21B Obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita għal differenzi temporanji taxxabbli marbuta mal-avvjament huma, madankollu, rikonoxxuti sal-punt li ma joriġinawx mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament. Pereżempju, jekk f’kombinament ta’ negozji entità tirrikonoxxi avvjament ta’ CU100 li huwa deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa b’rata ta’ 20 fil-mija fis-sena, li jibda mis-sena tal-akkwiżizzjoni, il-bażi tat-taxxa tal-avvjament hu ta’ CU100 fuq ir-rikonoxximent inizjali u ta’ CU80 fit-tmiem tas-sena tal-akkwiżizzjoni. Jekk l-ammont tal-avvjament miżmum fil-kotba fit-tmiem tas-sena tal-akkwiżizzjoni jibqa’ mhux mibdul, jiġifieri CU100, fl-aħħar ta’ dik is-sena tirriżulta differenza temporanja taxxabbli ta’ CU20. Minħabba li d-differenza temporanja taxxabbli mhix marbuta mar-rikonoxximent inizjali tal-avvjament, l-obbligazzjoni ta' taxxa differita li tirrriżulta hi rikonoxxuta

▼B

Għarfien inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni

22 Tista’ tinħoloq differenza temporanja mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni, pereżempju jekk parti mill-kost jew il-kost kollu ta’ assi ma jkunx deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa. Il-metodu tal-kontabilità għal tali differenza temporanja jiddependi fuq in-natura tat-tranżazzjoni li tkun wasslet għar-rikonoxximent inizjali tal-assi jew l-obbligazzjoni:

(a) f’kombinament ta’ negozji, entità tirrikonoxxi kwalunkwe obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita u dan jaffettwa l-ammont ta’ avvjament jew qligħ minn xiri bl-irħis li hija tirrikonoxxi (ara l-paragrafu 19);

▼B

(b) jekk it-tranżazzjoni taffettwa jew il-profitt tal-kontabilità jew il-profitt taxxabbli, entità tirrikonoxxi kull obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita u tirrikonoxxi l-ispiża jew dħul ta’ taxxa differita riżultanti fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ (ara l-paragrafu 59);

(ċ) jekk it-tranżazzjoni m’hijiex kombinament ta’ negozji, u la taffettwa l-profitt tal-kontabilità u lanqas il-profitt taxxabbli, entità, fin-nuqqas tal-eżenzjoni pprovduta mill-paragrafi 15 u 24, tirrikonoxxi l-obbligazzjoni jew l-assi tat-taxxa differita li tirriżulta u taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni bl-istess ammont. Aġġustamenti bħal dawn jagħmlu r-rapporti finanzjarji inqas trasparenti. Għalhekk, dan l-istandard ma jippermettix li entità tirrikonoxxu l-obbligazzjoni jew l-assi tat-taxxa differita li tirriżulta, la fuq ir-rikonoxximent inizjali u lanqas sussegwentement (ara l-eżempju hawn taħt). Barra minn hekk, entità ma tirrikonoxxix bidliet sussegwenti fil-obbligazzjoni jew fl-assi tat-taxxa differita mhux rikonoxxuta hekk kif l-assi jiġi deprezzat.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 22(c)

Entità għandha l-ħsieb li tuża assi li jiswa 1 000 tul iż-żmien tal-utilità tiegħu ta’ ħames snin u mbagħad tiddisponi minnu għal valur residwu ta’ żero. Ir-rata tat-taxxa hija 40 %. Id-deprezzament tal-assi m’huwiex deduċibbli għall-għanijiet ta’ taxxa. Mad-disponiment, kull qligħ kapitali ma jkunx taxxabbli u kull telf kapitali ma jkunx deduċibbli.

Hekk kif tkun qed tirkupra l-ammont miżmum tal-assi, l-entità tiggwadanja dħul taxxabbli ta’ 1 000 u tħallas taxxa ta’ 400. L-entità ma tirrikonoxxix l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita riżultanti ta’ 400 minħabba li din tirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-assi.

Fis-sena ta’ wara, l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jkun ta’ 800. Jekk ikollha dħul taxxabbli ta’ 800, l-entità tħallas taxxa ta’ 320. L-entità ma tirrikonoxxix l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 320 minħabba li din tirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-assi.

23 Skont l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni l-emittent ta’ strument finanzjarju kompost (eżempju, bond konvertibbli) jikklassifika l-komponenti passiv tal-istrument bħala obbligazzjoni u l-komponent tal-l-ekwità bħala l-ekwità. F’xi ġurisdizzjonijiet, il-bażi għat-taxxa tal-komponent tal-obbligazzjoni mar-rikoxximent inizjali hija ugwali għall-ammont miżmum fil-kotba inizjali tas-somma tal-komponenti tal-obbligazzjoni u l-l-ekwità. Id-differenza temporanja taxxabbli tirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-komponent tal-l-ekwità separatament mill-komponent tal-obbligazzjoni. Għalhekk, l-eċċezzjoni stabbilita fil-paragrafu 15(b) ma tapplikax. Għaldaqstant, entità tirrikonoxxi l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita riżultanti. ►M5  B'konformità mal-paragrafu 61A, it-taxxa differita hija ddebitata direttament għall-ammont miżmum fil-kotba tal-komponent tal-ekwità. B'konformità mal-paragrafu 58, tibdil sussegwenti fl-obbligazzjoni tat-taxxa differita hu rikonoxxut fi profitt jew telf bħala spiża (dħul) tat-taxxa differita. ◄

Differenzi temporanji deduċibbli

24 Assi ta’ taxxa differita għandu jkun rikonoxxut għad-differenzi temporanji kollha deduċibbli sal-punt fejn hu probabbli li ser ikun hemm profitt taxxabbli li kontrih tista’ tintuża d-differenza temporanja deduċibbli, ħlief jekk l-assi tat-taxxa differita joriġina mir-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni fi tranżazzjoni li:

(a) mhix kombinament ta’ negozji; u

(b) fiż-żmien tat-tranżazzjoni, la taffettwa l-profitt tal-kontabilità lanqas il-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa).

Madankollu, għal differenzi temporanji deduċibbli assoċjati ma’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u assoċjati, u f’interessi ►M32  f'arranġamenti konġunti, ◄ għandu jiġi rikonoxxut assi ta’ taxxa differita skont il-paragrafu 44.

25 Huwa inerenti fir-rikonoxximent ta’ obbligazzjoni li l-ammont miżmum fil-kotba jissalda f’perijodi futuri permezz ta’ ħruġ mill-entità ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi. Meta riżorsi jgħaddu ’l barra mill-entità, parti mill-ammonti tagħhom jew l-ammonti kollha jistgħu jkunu deduċibbli fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli ta’ perijodu aktar tard mill-perijodu li fih tkun rikonoxxuta l-obbligazzjoni. F’każijiet bħal dawn, teżisti differenza temporanja bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni u l-bażi għat-taxxa tagħha. B’hekk, jirriżulta assi ta’ taxxa differita fir-rigward tat-taxxi fuq id-dħul li jkunu rikuprabbli fil-perijodi futuri meta dik il-parti tal-obbligazzjoni tkun permessa bħala tnaqqis fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli. Bl-istess mod, jekk l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi jkun inqas mill-bażi għat-taxxa tiegħu, id-differenza tagħti lok għal assi ta’ taxxa differita fir-rigward tat-taxxi fuq id-dħul li jkunu rikuprabbli f’perijodi futuri.

Eżempju

Entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ 100 għal kosti dovuti għall-garanzija ta’ prodotti. Għal għanijiet ta’ taxxa, il-kosti ta’ garanzija tal-prodotti ma jkunux deduċibbli sakemm l-entità tħallas il-talbiet. Ir-rata tat-taxxa hija ta’ 25 %.

Il-bażi għat-taxxa tal-obbligazzjoni hija żero (ammont miżmum fil-kotba ta’ 100, nieqes l-ammont li jitnaqqas għal għanijiet ta’ taxxa fir-rigward ta’ dik l-obbligazzjoni f’perijodi futuri). Meta jsir saldu tal-obbligazzjoni għall-ammont miżmum fil-kotba tagħha, l-entità tnaqqas il-profitt taxxabbli futur tagħha b’ammont ta’ 100 u, konsegwentement, tnaqqas il-pagamenti tat-taxxa futuri tagħha b’25 (100 b’25 %). Id-differenza bejn l-ammont miżmum ta’ 100 u l-bażi għat-taxxa ta’ żero hija differenza temporanja deduċibbli ta’ 100. Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 25 (100 b’25 %), kemm-il darba jkun probabbli li l-entità tagħmel profitt taxxabbli biżżejjed f’perijodi futuri biex tibbenifika minn tnaqqis fil-pagamenti tat-taxxa.

26 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ differenzi temporanji deduċibbli li jirriżultaw f’assi ta’ taxxa differita:

(a) il-kosti tal-benefiċċji tal-irtirar jistgħu jitnaqqsu fil-kalkolu ta’ profitt tal-kontabilità fl-istess żmien li s-servizz huwa pprovdut mill-impjegat, iżda mnaqqas fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli jew meta jitħallsu l-kontribuzzjonijiet għal fond mill-entità jew meta l-benefiċċji tal-irtirar jitħallsu mill-entità. Teżisti differenza temporanja bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni u l-bażi għat-taxxa tagħha; il-bażi għat-taxxa tal-obbligazzjoni hija normalment żero. Tali differenza temporanja deduċibbli tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita hekk kif il-benefiċċji ekonomiċi jgħaddu għall-entità fil-forma ta’ tnaqqis minn profitti taxxabbli meta jitħallsu l-kontribuzzjonijiet jew il-benefiċċji tal-irtirar.

(b) il-kosti tar-riċerka huma rikonoxxuti bħala spiża fil-kalkolu tal-profitt tal-kontabilità fil-perijodu li fih jiġu mġarrba iżda jistgħu ma jkunux ammessi bħala tnaqqis fil-kalkolu tal-profitti taxxabbli (telf għat-taxxa) sa perijodu aktar tard. Id-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-kosti tar-riċerka, jiġifieri l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis f’perijodi futuri, u l-ammont miżmum fil-kotba ta’ żero hija differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita;

▼M12

(ċ) b’ċerti eċċezzjonijiet limitati, entità tirrikonoxxi l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li huma identifikabbli f’kombinament ta’ negozji skont il-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. Meta obbligazzjoni merfugħa hi rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni iżda l-kosti relatati ma jkunux imnaqqsa fid-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli sa perijodu aktar tard, tinħoloq differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’ taxxa differita. Assi ta’ taxxa differita jinħoloq ukoll meta l-valur ġust ta’ assi identifikabbli akkwistat hu inqas mill-bażi tat-taxxa tiegħu. Fiż-żewġ każijiet, l-assi ta’ taxxa differita li jirrriżulta jaffettwa l-avvjament (ara l-paragrafu 66); u

▼B

(d) ċerti assi jistgħu jinżammu skont il-valur ġust, jew jistgħu jiġu rivalutati, mingħajr ma jsir aġġustament ekwivalenti għal għanijiet ta’ taxxa (ara l-paragrafu 20); Differenza temporanja deduċibbli tinħoloq jekk il-bażi għat-taxxa tal-assi taqbeż l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu (ara l-paragrafu 20).

27 It-treġġigħ lura ta’ differenzi temporanji deduċibbli jirriżulta fi tnaqqis fil-kalkolu tal-profitti taxxabbli ta’ perijodi futuri. Madankollu, benefiċċji ekonomiċi fil-forma ta’ tnaqqis fil-pagamenti tat-taxxa jgħaddu għall-entità biss jekk tiggwadanja biżżejjed profitti taxxabbli biex tkun tista’ ssir tpaċija tad-deduzzjonijiet kontrihom. Għalhekk, entità tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita biss meta jkun probabbli li jkun hemm profitti taxxabbli biex id-differenzi temporanji deduċibbli jkunu jistgħu jintużaw kontrihom.

28 Huwa probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli li d-differenzi temporanji deduċibbli jkunu jistgħu jintużaw kontrih meta jkun hemm biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli, li għandhom x’jaqsmu mal-istess awtorità ta’ tassazzjoni u l-istess entità taxxabbli, li jkunu mistennija li jitreġġgħu lura:

(a) fl-istess perijodu tat-treġġigħ lura mistenni tad-differenza temporanja deduċibbli; jew

(b) fil-perijodi li fihom telf għat-taxxa li jinħoloq mill-assi ta’ taxxa differita jista’ jinġarr lura jew ’il quddiem.

F’tali ċirkostanzi, l-assi ta’ taxxa differita huwa rikonoxxut fil-perijodu li fih jinħolqu d-differenzi temporanji deduċibbli.

29 Meta ma jkunx hemm biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli li għandhom x’jaqsmu mal-istess awtorità ta’ tassazzjoni u l-mal-istess entità taxxabbli, l-assi ta’ taxxa differita huwa rikonoxxut sal-punt li:

(a) ikun probabbli li l-entità jkollha biżżejjed profitt taxxabbli li jkollu x’jaqsam mal-istess awtorità tat-tassazzjoni u mal-istess entità taxxabbli fl-istess perijodu tat-treġġigħ lura tad-differenza temporanja taxxabbli (jew fil-perijodi li fihom telf għat-taxxa li jinħoloq mill-assi ta’ taxxa differita jista’ jinġarr lura jew ’il quddiem). Fl-evalwazzjoni ta’ jekk ikun ser ikollha biżżejjed profitt taxxabbli fil-perijodi futuri, entità tinjora l-ammonti taxxabbli li jirriżultaw minn differenzi temporanji deduċibbli li huma mistennija li joriġinaw f’perijodi futuri, minħabba li l-assi ta’ taxxa differita li jirriżulta minn dawn id-differenzi temporanji deduċibbli jkun jeħtieġ huwa stess li jkun hemm profitt taxxabbli futur sabiex ikun jista’ jintuża; jew

(b) ikunu disponibbli opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa għall-entità li joħolqu profitt taxxabbli f’perijodi xierqa.

30 Opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa huma azzjonijiet li l-entità tieħu sabiex toħloq jew iżżid id-dħul taxxabbli f’perijodu partikolari qabel jiskadi telf għat-taxxa jew ġarr ’il quddiem ta’ kreditu ta’ taxxa. Eżempju, f’xi ġurisdizzjonijiet, il-profitt taxxabbli jista’ jinħoloq jew jiżdied billi:

(a) jintgħażel li d-dħul mill-imgħax jiġi ntaxxat fuq bażi ta’ meta jkun riċevut jew riċevibbli;

(b) it-talba għal ċerti deduzzjonijiet minn profitt taxxabbli jiġi ddifferit;

(ċ) jinbigħu, u forsi jinkrew lura, assi li jkunu apprezzaw fil-prezz iżda li għalihom il-bażi għat-taxxa ma tkunx ġiet aġġustata sabiex tirrifletti tali apprezzament; u

(d) jinbiegħ assi li jiġġenera dħul mhux taxxabbli (bħal, f’xi ġurisdizzjonijiet, bond tal-gvern) sabiex jinxtara investiment ieħor li jiġġenera dħul taxxabbli.

Fejn opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa jrendu profitt taxxabbli minn perijodu aktar tard għal perijodu aktar bikri, l-użu ta’ telf għat-taxxa jew ta’ ġarr ’il quddiem ta’ kreditu tat-taxxa jiddependi fuq l-eżistenza ta’ profitt taxxabbli futur minn sorsi għajr differenzi temporanji li joriġinaw fil-futur.

31 Meta entità jkollha storja ta’ telf reċenti, l-entità tikkunsidra l-gwida fil-paragrafi 35 u 36.

32 [Imħassra]

▼M12

Avvjament

32A Jekk l-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament li joriġina f’kombinament ta’ negozji jkun inqas mill-bażi tat-taxxa tiegħu, id-differenza tagħti lok għal assi ta’ taxxa differita. L-assi ta’ taxxa differita li joriġina mir-rikonoxximent inizjali ta’ avvjament għandu jiġi rikonoxxut bħala parti mill-kontabilità għal kombinament ta’ negozji sal-punt fejn ikun probabbli li profitt taxxabbli ser ikun disponibbli li kontrih tista’ tintuża d-differenza temporanja deduċibbli.

▼B

Rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni

33 Każ wieħed meta jirriżulta assi ta’ taxxa differita mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi huwa meta għotja tal-gvern mhux taxxabbli relatata ma’ assi titnaqqas fil-kalkolu tal-ammont miżmum tal-assi iżda, għal għanijiet ta’ taxxa, ma titnaqqasx mill-ammont deprezzabbli tal-assi (fi kliem ieħor il-bażi għat-taxxa tagħha); l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi huwa inqas mill-bażi għat-taxxa tiegħu u dan jagħti lok għal differenza temporanja deduċibbli. Għotjiet tal-gvern jistgħu jiġu stabbiliti wkoll bħala dħul differit, f’liema każ id-differenza bejn id-dħul differit u l-bażi għat-taxxa tiegħu ta’ żero tkun differenza temporanja deduċibbli. Ikun liema jkun il-metodu ta’ preżentazzjoni li tadotta entità, l-entità ma tirrikonoxxix l-assi ta’ taxxa differita riżultanti, għar-raġuni mogħtija fil-paragrafu 22.

Telf għat-taxxa mhux użat u krediti ta’ taxxa mhux użati

34 Assi ta’ taxxa differita għandu jkun rikonoxxut għall-ġarr ’il quddiem ta’ telf għat-taxxa mhux użat u ta’ krediti ta’ taxxa mhux użati sal-punt li jkun probabbli li l-profitt taxxabbli futur ikun disponibbli biex it-telf għat-taxxa mhux użat u l-krediti ta’ taxxa mhux użati jkunu jistgħu jintużaw kontrihom.

35 Il-kriterji għar-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw mill-ġarr ’il quddiem ta’ telf għat-taxxa u ta’ krediti ta’ taxxa mhux użati huma l-istess kriterji li japplikaw għar-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji deduċibbli. Madankollu, l-eżistenza ta’ telf għat-taxxa mhux użat hija evidenza qawwija li jista’ jkun li ma jkunx hemm profitt taxxabbli fil-futur. Għaldaqstant, meta entità jkollha storja ta’ telf reċenti, l-entità tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita li jirriżulta minn telf għat-taxxa jew krediti ta’ taxxa mhux użati biss sal-punt li l-entità jkollha differenzi temporanji taxxabbli biżżejjed jew tkun teżisti evidenza konvinċenti oħra li se jkun hemm profitt taxxabbli suffiċjenti biex it-telf għat-taxxa jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati jistgħu jintużaw kontrih mill-entità. F’tali ċirkostanzi, il-paragrafu 82 jeħtieġ l-iżvelar tal-ammont tal-assi ta’ taxxa differita u tan-natura tal-evidenza li tappoġġa r-rikonoxximent tiegħu.

36 Entità tikkunsidra l-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-probabbiltà li jkun hemm profitt taxxabbli li kontrih jista’ jintuża t-telf għat-taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati:

(a) jekk l-entità għandhiex biżżejjed differenzi temporanji taxxabbli li għandhom x’jaqsmu mal-istess awtorità ta’ tassazzjoni u l-istess entità taxxabbli, li jirriżultaw f’ammonti taxxabbli li kontrihom it-telf għat-taxxa jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati jistgħu jintużaw qabel jiskadu;

(b) jekk huwiex probabbli li l-entità jkollha profitti taxxabbli qabel jiskadu t-telf għat-taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati;

(ċ) jekk it-telf għat-taxxa mhux użat jirriżultax minn kawżi identifikabbli li mhumiex probabbli li jerġgħu jseħħu; u

(d) jekk hemmx disponibbli opportunitajiet ta’ ppjanar tat-taxxa (ara l-paragrafu 30) għall-entità li joħolqu profitt taxxabbli fil-perijodu li fih jistgħu jintużaw it-telf għat-taxxa jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati.

Sal-punt li ma jkunx probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli li kontrih it-telf għat-taxxa mhux użat jew il-krediti ta’ taxxa mhux użati jistgħu jintużaw, l-assi ta’ taxxa differita mhuwiex rikonoxxut.

Rivalutazzjoni ta’ assi ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti

37  ►M5  Fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar, ◄ , entità tirrivaluta l-assi ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti. L-entità tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita li ma jkunx ġie rikonoxxut qabel sal-punt li jkun sar probabbli li profitt taxxabbli futur jippermetti li jkun irkuprat dak l-assi ta’ taxxa differita. Pereżempju, titjib fil-kundizzjonijiet tan-negozju jistgħu jagħmluha aktar probabbli li l-entità tkun tista’ tiġġenera profitt taxxabbli suffiċjenti fil-futur biex l-assi ta’ taxxa differita jissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafi 24 jew 34. Eżempju ieħor huwa meta entità tirrivaluta l-assi ta’ taxxa differita fid-data ta’ kombinament ta’ negozji jew sussegwentement (ara l-paragrafi 67 u 68).

Investimenti f’sussidjarji, fergħat u assoċjati u interessi ►M32  f'arranġamenti konġunti ◄

38 Differenzi temporanji jirriżultaw meta l-ammont miżmum fil-kotba ta’ investimenti f’sussidjarji, fergħat u assoċjati jew ta’ interessi ►M32  f'arranġamenti konġunti ◄ (jiġifieri s-sehem li l-entità prinċipali jew l-investitur għandhom fl-assi netti tas-sussidjarja, fergħa, assoċjata jew entità li fiha qed isir l-investiment, inkluż l-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament) isir differenti mill-bażi għat-taxxa (li spiss huwa l-kost) tal-investiment jew l-interess. Tali differenzi jistgħu jinħolqu f’numru ta’ ċirkostanzi differenti, pereżempju:

(a) l-eżistenza ta’ profitti mhux imqassmin ta’ sussidjarji, fergħat, assoċjati jew ►M32  arranġamenti konġunti ◄ ;

(b) tibdil fir-rati tal-kambju meta entità prinċipali u s-sussidjarja tagħha jkunu bbażati f’pajjiżi differenti; u

(ċ) tnaqqis fl-ammont miżmum fil-kotba ta’ investiment f’kumpanija assoċjata għall-ammont rikuprabbli tiegħu.

F’rapporti finanzjarji konsolidati, id-differenza temporanja tista’ tkun differenti mid-differenza temporanja assoċjata ma’ dak l-investiment fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità prinċipali jekk l-entità prinċipali żżomm dak l-investiment fir-rapporti finanzjarji separati tagħha skont il-kost jew skont l-ammont rivalutat tiegħu.

39   Entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni differita ta’ taxxa għad-differenzi kollha taxxabbli temporanji assoċjati ma’ investimenti f'sussidjarji, fergħat u kumpaniji assoċjati, u interessi f'arranġamenti konġunti, minbarra sal-punt li ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)   il-kumpanija prinċipali, l-investitur, l-imprenditur konġunt jew l-operatur konġunt jista’ jikkontrolla ż-żmien tal-irtirar tad-differenza temporanja; u

▼B

(b) huwa probabbli li d-differenza temporanja ma titreġġax lura fil-futur qarib.

40 Ladarba entità prinċipali tikkontrolla l-politika tad-dividendi tas-sussidjarja tagħha, hija kapaċi tikkontrolla ż-żmien tat-treġġigħ lura ta’ differenzi temporanji assoċjati ma’ dak l-investiment (inkluż d-differenzi temporanji li jirriżultaw mhux biss minn profitti mhux distribwiti iżda wkoll minn kull differenza fil-qlib tal-kambju). Barra minn hekk, spiss ikun imprattikabbli li jiġi stabbilit l-ammont ta’ taxxi fuq id-dħul li jkun pagabbli meta d-differenza temporanja titreġġa’ lura. Għalhekk, meta l-entità prinċipali tkun stabbiliet li dawk il-profitti mhux ser jitqassmu fil-futur qarib, l-entità prinċipali ma tirrikonoxxix obbligazzjoni ta’ taxxa differita. L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw għal investimenti f’fergħat.

41 L-assi u l-obbligazzjonijiet mhux monetarji ta' entità huma mkejla fil-munita funzjonali tagħha (ara l-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju). Jekk il-profitt taxxabbli jew it-telf għat-taxxa tal-entità (u, għalhekk, il-bażi għat-taxxa tal-assi u l-obbligazzjonijiet mhux monetarji tagħha) jiġu stabbiliti f'munita differenti, bidliet fir-rata tal-kambju jikkawżaw differenzi temporanji li jirriżultaw f'obbligazzjoni ta’ taxxa differita rikonoxxuta jew (soġġett għall-paragrafu 24) f’assi ta’ taxxa differita rikonoxxuta. It-taxxa differita li tirriżulta hija debitata jew kreditata fil-profitt jew telf (ara l-paragrafu 58).

42 Investitur f’kumpanija assoċjata ma jikkontrollax dik l-entità u ġeneralment ma jkunx f’qagħda li jiddetermina l-politika tad-dividendi tagħha. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ ftehim li jitlob li l-profitti tal-kumpanija assoċjata ma jiġux iddistribwiti fil-futur previst, investitur jirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita li jirriżulta minn differenzi temporanji taxxabbli assoċjati mal-investiment tiegħu fil-kumpanija assoċjata. F’xi każijiet, investitur ma jkunx jista’ jiddetermina l-ammont ta’ taxxa li jkollu jitħallas jekk jirkupra l-kost tal-investiment tiegħu f’kumpanija assoċjata, iżda jista’ jiddetermina li dan l-ammont ser jilħaq jew jeċċedi ammont minimu. F’każijiet bħal dawn, l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita titkejjel skont dan l-ammont.

▼M32

43 L-arranġament bejn il-partijiet ta’ arranġament konġunt ġeneralment jittratta d-distribuzzjoni tal-profitti u jidentifika jekk deċiżjonijiet dwar tali kwistjonijiet jirrikjedux il-kunsens tal-partijiet kollha jew ta’ grupp tal-partijiet. Meta l-imprenditur konġunt jew l-operatur konġunt jistgħu jikkontrollaw il-ħin tad-distribuzzjoni tas-sehem tagħhom tal-profitti tal-arranġament konġunt u jkun probabbli li s-sehem tagħhom tal-profitti ma jiġix distribwit fil-futur prevedibbli, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita ma tiġix rikonoxxuta.

▼B

44 Entità għandha tirrikonoxxi assi ta’ taxxa differita għad-differenzi temporanji kollha deduċibbli li jirriżultaw minn investimenti f’sussidjarji, fergħat u assoċjati, u minn interessi ►M32  f'arranġamenti konġunt, ◄ sal-punt li, u sal-punt biss li, ikun probabbli li:

(a) id-differenza temporanja titreġġa’ lura fil-futur previst; u

(b) ikun disponibbli profitt taxxabbli li kontrih tista’ tiġi utilizzata d-differenza temporanja.

45 Meta entità tiddeċiedi jekk assi ta’ taxxa differita huwiex rikonoxxut għal differenzi temporanji deduċibbli assoċjati mal-investimenti tagħha fis-sussidjarji, fergħat u assoċjati, u fl-interessi tagħha ►M32  f'arranġament konġunt, ◄ l-entità tikkunsidra l-gwida stabbilita fil-paragrafi 28 sa 31.

KEJL

46 Obbligazzjonijiet (assi) ta’ taxxa kurrenti għall-perijodi kurrenti u ta’ qabel għandhom jitkejlu skont l-ammont mistenni li jiġi mħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa (rikuprat minnhom), bl-użu tar-rati tat-taxxa (u tal-liġijiet tat-taxxa) li jkunu ġew ippromulgati, jew ippromulgati b’mod sostantiv, ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

47 Assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita għandhom jitkejlu bir-rati tat-taxxa li huma mistennija li japplikaw għall-perijodu meta l-assi jiġi realizzat jew meta l-obbligazzjoni tissalda, fuq il-bażi ta’ rati tat-taxxa (u tal-liġijiet tat-taxxa) li jkunu ġew ippromulgati, jew ippromulgati b’mod sostantiv, ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

48 Assi u obbligazzjonijiet kurrenti u differiti ġeneralment jitkejlu bl-użu tar-rati tat-taxxa (u l-liġijiet tat-taxxa) li jkunu ġew ippromulgati. Madankollu, f’xi ġurisdizzjonijiet, it-tħabbir tar-rati tax-taxxi (u tal-liġijiet tat-taxxi) mill-gvern għandu l-effett sostantiv ta’ promulgazzjoni attwali, li tista’ ssegwi t-tħabbir b’perijodu ta’ bosta xhur. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-taxxa jitkejlu bl-użu tar-rata tat-taxxa mħabbra (u tal-liġijiet tat-taxxa mħabbra).

49 Meta japplikaw rati differenti ta’ taxxa għal livelli differenti ta’ dħul taxxabbli, l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jitkejlu bl-użu tar-rati medji li huma mistennija li japplikaw għall-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) tal-perijodi li fihom id-differenzi temporanji huma mistennija li jitreġgħu lura.

50 [Imħassra]

51 Il-kejl ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u ta’ assi ta’ taxxa differita għandhom jirriflettu l-konsegwenzi tat-taxxa li jsegwu mill-mod kif l-entità tistenna, ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ li tirkupra jew li ssalda l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħha.

▼M33

51A F’xi ġuriżdizzjonijiet, il-mod li bih entità tirkupra (ssalda) l-ammont miżmum fil-kotba ta’ xi assi (obbligazzjoni) jista’ jaffettwa waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) ir-rata ta’ taxxa applikabbli meta l-entità tirkupra (ssalda) l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi (obbligazzjoni); kif ukoll

(b) il-bażi għat-taxxa tal-assi (obbligazzjoni).

F’dawn il-każijiet, l-entità tkejjel l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u l-assi ta’ taxxa differita billi tuża r-rata tat-taxxa u l-bażi għat-taxxa li huma konsistenti mal-mod mistenni li jsir l-irkupru jew is-saldu.

Eżempju A

Oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100 u bażi għat-taxxa ta’ 60. Tapplika rata ta’ taxxa ta’ 20 % jekk l-oġġett jinbiegħ u tapplika rata ta’ taxxa ta’ 30 % għal introjtu ieħor.

L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 8 (40 bl-20 %) jekk tistenna li tbigħ l-oġġett mingħajr aktar użu u obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 12 (40 bit-30 %) jekk tistenna li żżomm l-oġġett u li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu permezz tal-użu.

Eżempju B

Oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir b’kost ta’ 100 u b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 80 huwa rivalutat għal 150. Ma jsir l-ebda aġġustament ekwivalenti għal skopijiet ta’ taxxa. Id-deprezzament kumulattiv għal skopijiet ta’ taxxa huwa 30 u r-rata tat-taxxa hija 30 %. Jekk l-oġġett jinbiegħ għal aktar mill-kost, id-deprezzament kumulattiv relatat mat-taxxa ta’ 30 jiddaħħal fl-introjtu taxxabbli iżda r-rikavat mill-bejgħ li jeċċedi l-kost ma jkunx taxxabbli.

Il-bażi għat-taxxa tal-oġġett hija 70 u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 80. Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba billi tuża l-oġġetti, din trid tiġġenera introjtu taxxabbli ta’ 150, iżda tkun tista’ tnaqqas biss deprezzament ta’ 70. Abbażi ta’ dan, hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 24 (80 bit-30 %). Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba billi tbigħ immedjatament l-oġġett għal rikavat ta’ 150, l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita tinħadem kif ġej:



 

Differenza temporanja taxxabbli

Rata tat-taxxa

Obbligazzjoni ta’ taxxa differita

Deprezzament kumulattiv għat-taxxa

30

30 %

9

Rikavati li jaqbżu l-kost oriġinali

50

żero

Total

80

 

9

(nota: skont il-paragrafu 61A, it-taxxa differita addizzjonali li tirriżulta mir-rivalwazzjoni tiġi rrikonoxxuta f'introjtu komprenżiv ieħor)

▼M33

Eżempju C

Il-fatti huma bħal fl-eżempju B, ħlief li jekk l-oġġett jinbiegħ għal aktar mill-kost, id-deprezzament kumulattiv għat-taxxa jiddaħħal fl-introjtu taxxabbli (intaxxat bit-30 %) u r-rikavat mill-bejgħ jiġi ntaxxat bl-40 %, wara li jitnaqqas il-kost aġġustat għall-inflazzjoni ta’ 110.

Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba bl-użu tal-oġġett, din għandha tiġġenera introjtu taxxabbli ta’ 150, iżda tkun tista’ tnaqqas biss deprezzament ta’ 70. Fuq din il-bażi, il-bażi għat-taxxa hija ta’ 70, hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 80 u hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 24 (80 bit-30 %), bħal fl-eżempju B.

Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba billi tbigħ immedjatament l-oġġett għal rikavat ta’ 150, l-entità tkun tista’ tnaqqas il-kost indiċjat ta’ 110. Ir-rikavat nett ta’ 40 jiġi ntaxxat bl-40 %. Barra minn dan, id-deprezzament kumulattiv għat-taxxa ta’ 30 jiddaħħal f'introjtu taxxabbli u jiġi ntaxxat bit-30 %. Fuq din il-bażi, il-bażi għat-taxxa hija ta’ 80 (110 nieqes 30), hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 70 u hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 25 (40 bl-40 % u 30 bit-30 %). Jekk il-bażi għat-taxxa ma toħroġx b’mod ċar mal-ewwel f’dan l-eżempju, ikun ta’ għajnuna jekk wieħed iqis il-prinċipju fundamentali stabbilit fil-paragrafu 10.

(nota: skont il-paragrafu 61A, it-taxxa differita addizzjonali li tirriżulta mir-rivalwazzjoni tiġi rrikonoxxuta f'introjtu komprenżiv ieħor)

51B Jekk obbligazzjoni ta’ taxxa differita jew assi ta’ taxxa differita jirriżulta minn assi li mhuwiex deprezzabbli mkejjel skont il-mudell ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16, il-kejl tal-obbligazzjoni tat-taxxa differita jew tal-assi tat-taxxi differita għandhom jirriflettu l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi li mhuwiex deprezzabbli peremzz ta’ bejgħ, irrispettivament mill-bażi tal-kejl tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ dak l-assi. Għaldaqstant, jekk il-liġi tat-taxxa tispeċifika rata ta’ taxxa applikabbli għall-ammont taxxabbli derivat mill-bejgħ ta’ assi li tkun differenti mir-rata ta’ taxxa applikabbli għall-ammont taxxabbli derivat mill-użu ta’ assi, tiġi applikata l-ewwel rata meta titkejjel l-obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita relatata ma’ assi li mhuwiex deprezzabbli.

51C Jekk obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita tirriżulta minn proprjetà għall-investiment li titkejjel permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40, ikun hemm suppożizzjoni konfutabbli li l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà tal-investiment se jiġi rkuprat mill-bejgħ. Skont dan, sakemm is-suppożizzjoni ma tiġix kkonfutata, il-kejl tal-obbligazzjoni tat-taxxa differita jew tal-assi tat-taxxi differita għandu jirrifletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru kollu tal-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà tal-investiment mill-bejgħ. Din is-suppożizzjoni tiġi kkonfutata jekk il-proprjetà tal-investiment tkun deprezzabbli u tinżamm f'mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jkun li jiġu kkunsmati l-benefiċċji ekonomiċi kollha li jkunu jinsabu fil-proprjetà tal-investiment matul iż-żmien, minflok mill-bejgħ. Jekk is-supożizzjoni tiġi kkonfutata, għandhom jiġi segwiti r-rekwiżiti tal-paragrafu 51 u 51A.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 51C

Proprjetà tal-investiment għandha kost ta’ 100 u valur ġust ta’ 150. Titkejjel permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40. Hija magħmula minn art b'kost ta’ 40 u valur ġust ta’ 60 u minn bini b'kost ta’ 60 u valur ġust ta’ 90. L-art għandha ħajja utli bla limitu.

Id-deprezzament kumulattiv tal-bini għall-iskopijiet ta’ taxxa huwa 30. Tibdiliet l ma jseħħux fil-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment ma jaffettwawx il-profitt taxxabbli. Jekk il-proprjetà tal-investiment tinbiegħ għal aktar mill-kost, ir-rivers tad-deprezzament kumulattiv tat-taxxa ta’ 30 jiddaħħal fil-profitt taxxabbli u jkun intaxxat b'rata ordinarja ta’ 30 %. Għar-rikavat mill-bejgħ ogħla mill-kost, il-liġi tat-taxxa tispeċifika rati tat-taxxa ta’ 25 % għall-assi miżmuma għal anqas minn sentejn u ta’ 20 % għal assi miżmuma għal sentejn jew aktar.

Peress li l-proprjetà tal-investiment titkejjel bil-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40, teżisti suppożizzjoni konfutabbli li l-entità ser tirkupra l-ammont kollu miżmum fil-kotba tal-proprjetà tal-investiment mill-bejgħ. Jekk din is-suppożizzjoni ma tiġix ikkonfutata, it-taxxa differita tirrifletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru kollu tal-ammont miżmum fil-kotba permezz tal-bejgħ, anki jekk l-entità tistenna li ddaħħal introjtu mill-kiri tal-proprjetà qabel il-bejgħ.

Il-bażi tat-taxxa tal-art jekk tinbiegħ hija 40 u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 20 (60-40). Il-bażi tat-taxxa tal-bini jekk jinbiegħ hija 30 (90-30) u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 60 (90-30). Bħala riżultat, id-differenza temporanja taxxabbli totali marbuta mal-proprejtà tal-investiment hija 80 (20+60).

Skont il-paragrafu 47, ir-rata tat-taxxa hija r-rata li hija mistennija tapplika għall-perjodu meta titneħħa l-proprjetà tal-investiment. Għalhekk, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita li tirriżulta tinħadem kif ġej, jekk l-entità tistenna li tbigħ il-proprjetà wara li żżommha għal aktar minn sentejn:



 

Differenza Temporanja Taxxabbli

Rata tat-Taxxa

Obbligazzjoni ta’ Taxxa Differita

Deprezzament kumulattiv għat-taxxa

30

30 %

9

Rikavati li jaqbżu l-kost oriġinali

50

20 %

10

Total

80

 

19

Jekk l-entità tistenna li tbigħ il-proprjetà wara li żżommha għal anqas minn sentejn, il-komputazzjoni ta’ hawn fuq tiġi emendata b'tali mod li tapplika rata ta’ taxxa ta’ 25 %, minflok 20 %, għar-rikavat li jaqbeż il-kost.

Jekk, minflok, l-entità żżomm il-bini skont mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jkun li jiġu kkunsmati sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha li jkunu jinsabu fil-bini matul iż-żmien, minflok mill-bejgħ, din is-suppożizzjoni tiġi kkonfutat għall-bini. Madankollu, l-art mhijex deprezzabbli. Għalhekk is-suppożizzjoni tal-irkupru mill-bejgħ ma tiġix ikkonfutata għall-art. Isegwi li l-obbligazzjoni tat-taxxa differita tkun tirriffletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru tal-ammont miżmum fil-kotba tal-bini mill-użu u l-ammont miżmum fil-kotba tal-art mill-bejgħ.

Il-bażi tat-taxxa tal-bini jekk jintuża hija 30 (60-30) u hemm differenza taxxabbli temporanja ta’ 60 (90-30), li tirriżulta f'obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 18 (60 b'30 %).

Il-bażi tat-taxxa tal-art jekk tinbiegħ hija 40 u hemm differenza taxxabbli temporanja ta’ 20 (60-40), li tirriżulta f'obbligazzjoni tat-taxxa differita ta’ 4 (20 b'20 %).

Bħala riżultat, jekk is-suppożizzjoni tal-irkupru mill-bejgħ tiġi kkonfutata għall-bini, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita marbuta mal-proprejtà tal-investiment hija 22 (18 + 4).

51D Is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 51C tapplika wkoll meta obbligazzjoni ta’ taxxa differita jew assi ta’ taxxa differita jirriżulta mill-kejl tal-proprjetà tal-investiment f'kombinazzjoni ta’ negozju jekk l-entità ser tuża l-mudell tal-valur ġust meta sussegwentament tkejjel dik il-proprjetà tal-investiment.

51E Il-paragrafi 51B–51D ma jibdlux ir-rekwiżiti li jiġu applikati l-prinċipji fil-paragrafi 24–33 (differenzi temporanji deduċibbli) u l-paragrafi 34–36 (telf ta’ taxxa mhux użat u krediti ta’ taxxa mhux użati) ta’ dan l-Istandard meta jiġu rrikonoxxuti u jitkejlu l-assi tat-taxxa differiti.

▼B

52A F’xi ġurisdizzjonijiet, it-taxxi tad-dħul jitħallsu b’rata ogħla jew anqas jekk parti mill-profitt nett jew il-profitt nett kollu jew il-profitt imfaddal jitħallas bħala dividend lill-azzjonisti tal-entità. F’xi ġurisdizzjonijiet oħra, it-taxxi tad-dħul jistgħu jkunu rifondibbli jew pagabbli jekk parti mill-profitt nett jew il-profitt nett kollu jew il-profitt imfaddal jitħallas bħala dividend lill-azzjonisti tal-entità. F’dawn iċ-ċirkostanzi, assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jitkejlu bir-rata ta’ taxxa applikabbli għal profitti mhux distribwiti.

52B Fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 52A, il-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa huma rikonoxxuti meta tiġi rikonoxxuta l-obbligazzjoni li jitħallas id-dividend. Il-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa huma marbuta direttament aktar ma’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti passati milli mad-distribuzzjonijiet lis-sidien. Għalhekk, il-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf għall-perijodu kif mitlub bil-paragrafi 58, ħlief sal-punt li l-konsegwenzi tad-dividendi fuq it-taxxa jirriżultaw miċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 58(a) u (b).

Eżempju li jispjega l-paragrafi 52A u 52B

L-eżempju li ġej jittratta l-kejl ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti u differita għal entità f’ġurisdizzjoni fejn it-taxxi tad-dħul jitħallsu b’rata ogħla fuq profitti mhux distribwiti (50 %) b’ammont li jkun rifondibbli meta l-profitti jkunu ddistribwiti. Ir-rata tat-taxxa fuq profitti ddistribwiti hija ta’ 35 %. ►M5  Fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ il-31 ta’ Diċembru 20X1, l-entità ma tirrikonoxxix obbligazzjoni għal dividendi proposti jew iddikjarati wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtat. ◄ B’hekk, ma jiġu rikonoxxuti l-ebda dividendi fis-sena 20X1. Id-dħul taxxabbli għall-20X1 huwa ta’ 100 000. Id-differenza temporanja netta taxxabbli għas-sena 20X1 hija ta’ 40 000.

L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa kurrenti u spiża ta’ taxxa tad-dħul kurrenti ta’ 50 000. Ma jiġi rikonoxxut l-ebda assi għall-ammont li huwa potenzjalment rikuprabbli b’riżultat ta’ dividendi futuri. L-entità tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni ta’ taxxa differita u spiża ta’ taxxa differita ta’ 20 000 (40 000 bil-50 %) li jirrappreżentaw it-taxxi fuq id-dħul li l-entità tħallas meta tirkupra jew issalda l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha bbażati fuq ir-rata tat-taxxa applikabbli għal profitti mhux distribwiti.

Sussegwentement, fil-15 ta’ Marzu 20X2, l-entità tirrikonoxxi dividendi ta’ 10 000 minn profitti operattivi ta’ qabel bħala obbligazzjoni.

Fil-15 ta’ Marzu 20X2, l-entità tirrikonoxxi l-irkupru tat-taxxi fuq id-dħul ta’ 1 500 (15 % tad-dividendi rikonoxxuti bħala obbligazzjoni) bħala assi ta’ taxxa kurrenti u bħala tnaqqis fl-ispiża tat-taxxa tad-dħul kurrenti għall-20X2.

53 Assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita m’għandhomx jiġu skontati

54 Il-kalkolu affidabbli ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita fuq bażi skontata jeħtieġ skedar iddettaljat taż-żmien tat-treġġigħ lura ta’ kull differenza temporanja. F’ħafna każijiet, dan l-iskedar m’huwiex prattiku jew kumpless ħafna. Għalhekk, ma jkunx xieraq li wieħed jeżiġi l-iskontar ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita. Li wieħed jippermetti, iżda ma jeżiġix, li jsir l-iskontar jirriżulta f’assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li ma jkunux komparabbli bejn l-entitajiet. Għalhekk, dan l-Istandard ma jeżiġix, u lanqas jippermetti, li jsir skontar ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita.

55 Differenzi temporanji huma ddeterminati b’referenza għall-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi jew obbligazzjoni. Dan japplika anke meta dak l-ammont miżmum fil-kotba nnifsu huwa ddeterminat fuq bażi skontata, pereżempju fil-każ tal-obbligi tal-benefiċċji tal-irtirar (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati).

56 L-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi ta’ taxxa differita għandu jiġi rivedut ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar. ◄ Entità għandha tnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi ta’ taxxa differita sal-punt li ma jkunx aktar probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli suffiċjenti li jippermetti li l-benefiċċju ta’ dak l-assi ta’ taxxa differita, kollu kemm hu jew parti minnu, jiġi utilizzat. Kull tnaqqis bħal dan għandu jitreġġa’ lura sal-punt li jsir probabbli li jkun hemm profitt taxxabbli suffiċjenti disponibbli.

RIKONOXXIMENT TA’ TAXXA KURRENTI U DIFFERITA

57 Il-kontabilità għall-effetti tat-taxxa kurrenti u dik differita ta’ xi tranżazzjoni jew avveniment ieħor hija konsistenti mal-kontabilità għat-tranżazzjoni jew l-avveniment innifsu. Il-paragrafi 58 sa 68C jimplimentaw dan il-prinċipju.

▼M5

Entrati rikonoxxuti fi profitt jew telf

58 Taxxa kurrenti u differita għandha tiġi rrikonoxxuta bħala dħul jew nefqa u inkluża fl-introjtu għall-perjodu, sakemm it-taxxa ma tirriżultax minn:

(a) tranżazzjoni jew avveniment li hu rikonoxxut, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, ‘il barra minn profitt jew telf, jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament f’ekwità (ara l-paragrafi 61A sa 65);

▼M38

(b) kombinament ta’ negozji (minbarra l-akkwiżizzjoni minn entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, ta' sussidjarja li hija meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu) (ara l-paragrafi 66 sa 68).

▼B

59 Il-biċċa l-kbira tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u assi ta’ taxxa differita jinqalgħu meta d-dħul jew l-ispiża jiddaħħlu fil-profitt tal-kontabilità f’perijodu wieħed, iżda jiġu inklużi fil-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) f’perijodu differenti. It-taxxa differita riżultanti hija rikonoxxuta fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf. ◄ Eżempji ta’ dan huma meta:

(a) id-dħul mill-imgħax, minn royalties jew dividendi jiġi rċevut b’lura u jiddaħħal fil-profitt tal-kontabilità fuq bażi ta’ time apportionment skont l-IAS 18 Dħul, iżda huwa inkluż fil-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) fuq bażi tal-ħlas; u

(b) il-kosti ta’ assi intanġibbli jkunu ġew ikkapitalizzati skont l-IAS 38 u jkunu qegħdin jiġu amortizzati fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf, ◄ iżda jkunu ġew imnaqqsa għal għanijiet ta’ taxxa meta jkunu ġew imġarrba.

60 L-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jista’ jinbidel minkejja li ma jkun hemm l-ebda tibdil fl-ammont tad-differenzi temporanji relatati. Dan jista’ jirriżulta, pereżempju, minn:

(a) tibdil fir-rati tat-taxxa jew fil-liġijiet tat-taxxa;

(b) valutazzjoni mill-ġdid ta’ kemm l-assi ta’ taxxa differita jkunu jistgħu jiġu rikuprati; jew

(ċ) tibdil fil-mod mistenni li bih jiġi rikuprat xi assi.

It-taxxa differita riżultanti hija rikonoxxuta fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ , ħlief sal-punt li din tirrigwarda entrati ►M5  preċedentement rikonoxxuti 'l barra minn profitt jew telf ◄ (ara l-paragrafu 63).

▼M5

Entrati rikonoxxuti 'l barra minn profitt jew telf

▼M5 —————

▼M5

61A Taxxa kurrenti u taxxa differita għandhom ikunu rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf jekk it-taxxa tirrigwarda entrati li jkunu rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, ‘il barra minn profitt jew telf. Għalhekk, taxxa kurrenti u taxxa differita li jirrigwardaw entrati li jkunu rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti:

(a) fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv (ara l-paragrafu 62).

(b) direttament fl-ekwità, għandhom ikunu rikonoxxuti direttament fl-ekwità (ara l-paragrafu 62A).

▼M5

62 L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju jeħtieġu jew jippermettu li ċerti entrati jkunu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv. Eżempji ta’ entrati bħal dawn huma:

(a) bidla fl-ammont miżmum fil-kotba li jirriżulta mir-rivalutazzjoni ta’ proprjetà, impjant u tagħmir (ara l-IAS 16); u

(b) [imħassar];

(c) differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji ta’ operazzjoni barranija (ara l-IAS 21).

(d) [imħassar];

▼M5

62A L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju jeħtieġu jew jippermettu li ċerti entrati jkunu kkreditati jew iddebitati direttament fl-ekwità. Eżempji ta’ entrati bħal dawn huma:

(a) aġġustament fil-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal li jirriżulta jew minn bidla fil-politika tal-kontabilità li tkun applikata b'mod retrospettiv jew minn korrezzjoni ta’ żball (ara l-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Tibdil fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji); u

(b) ammonti li jirriżultaw mar-rikonoxximent inizjali ta’ komponent tal-ekwità fi strument finanzjarju kompost (ara l-paragrafu 23).

63 F'ċirkustanzi eċċezzjonali jista' jkun diffiċli biex wieħed jiddetermina l-ammont ta’ taxxa kurrenti u taxxa differita li tirrigwarda entrati rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf (jew fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fl-ekwità). Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, meta:

(a) ikun hemm rati gradwati ta’ taxxa tad-dħul u jkun impossibbli li tiġi stabbilita r-rata li biha jkun ġie intaxxat komponent speċifiku ta’ profitt taxxabbli (telf għat-taxxa);

(b) bidla fir-rata tat-taxxa jew f’regoli oħra tat-taxxa taffettwa assi jew obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirrigwarda (totalment jew parzjalment) ►M5  oġġett li qabel kien rikonoxxut ‘il barra minn profitt jew telf; jew ◄

(ċ) entità tiddetermina li assi ta’ taxxa differita għandu jiġi rikonoxxut, jew m’għandux jiġi rikonoxxut aktar b’mod sħiħ, ►M5  u l-assi ta’ taxxa differita jirrigwarda (kollu jew parti minnu) entrata li qabel kienet rikonoxxuta ‘l barra minn profitt jew telf. ◄

F'każijiet bħal dawn, it-taxxa kurrenti u t-taxxa differita relatati ma' entrati li jkunu rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf ikunu bbażati fuq allokazzjoni raġonevoli pro rata tat-taxxa kurrenti u t-taxxa differita tal-entità fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa kkonċernata, jew fuq metodu ieħor li jwassal għal allokazzjoni iktar adattata fiċ-ċirkustanzi.

64 L-IAS 16 ma jispeċifikax jekk entità għandhiex tittrasferixxi kull sena mill-bilanċ favorevoli ta’ rivalutazzjoni għall-profitt imfaddal, ammont ekwivalenti għad-differenza bejn id-deprezzament jew l-ammortizzament ta’ assi rivalutat u d-deprezzament jew l-amortizzament ibbażati fuq il-kost ta’ dak l-assi. Jekk entità tagħmel dak it-trasferiment, l-ammont ittrasferit huwa nett minn kull taxxa differita relatata. Japplikaw kunsiderazzjonijiet simili għal trasferimenti magħmula fuq disponiment ta’ proprjetà, impjanti jew tagħmir.

65 Meta assi jiġi rivalutat għal għanijiet ta’ taxxa u dik ir-rivalutazzjoni hija relatata ma’ rivalutazzjoni kontabilistika ta’ perijodu preċedenti, jew ma’ xi waħda li hija mistennija li ssir f’perijodu futur, l-effetti tat-taxxa kemm tar-rivalutazzjoni tal-assi kif ukoll tal-aġġustament tal-bażi għat-taxxa huma ►M5  rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv ◄ fil-perijodi li fihom iseħħu. Madankollu, jekk ir-rivalutazzjoni għal għanijiet ta’ taxxa m’hijiex relatata ma’ rivalutazzjoni kontabilistika ta’ perijodu ta’ qabel, jew ma’ waħda li hija mistennija li ssir f’perijodu futur, l-effetti tat-taxxa tal-aġġustament tal-bażi għat-taxxa huma rikonoxxuti fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ .

65A Meta entità tħallas dividendi lill-azzjonisti tagħha, tista’ tintalab tħallas porzjon minnhom lill-awtoritajiet tat-taxxa f’isem l-azzjonisti. F’ħafna ġurisdizzjonijiet, dan l-ammont jissejjaħ taxxa minn ras il-għajn. Dan l-ammont imħallas jew li jrid jitħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa jiġi ddebitat lill-l-ekwità bħala parti mid-dividendi.

Taxxa differita li tinħoloq minn kombinament ta' negozji

▼M12

66 Kif spjegat fil-paragrafi 19 u 26(c), differenzi temporanji jistgħu joriġinaw f’kombinament ta’ negozji. B’konformità mal-IFRS 3 entità tirrikonoxxi kwalunkwe assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw (sal-punt fejn dawn jissodisfaw il-kriterji ta’ rikonoxximent fil-paragrafu 24) jew obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita bħala assi u obbligazzjonijiet identifikabbli fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għaldaqstant, dawk l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jaffettwaw l-ammont ta’ avvjament jew il-qligħ mix-xiri bl-irħis li l-entità tirrikonoxxi. Madankollu, b’konformità mal-paragrafu 15(a), entità ma tirrikonoxxix obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li joriġinaw mir-rikonoxximent inizjali tal-avvjament.

67 Bħala riżultat ta’ kombinament ta’ negozji, il-probabbiltà li jiġi rrealizzat assi ta’ taxxa differita ta’ qabel l-akkwiżizzjoni tal-akkwirent tista’ tinbidel. Akkwirent jista’ jikkunsidra li jkun probabbli li jkun ser jirkupra l-assi ta’ taxxa differita tiegħu stess li ma kienx rikonoxxut qabel il-kombinament tan-negozji. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jkun jista’ jagħmel użu mill-benefiċċju tat-telf għat-taxxa tiegħu mhux użat billi japplikah kontra l-profitt taxxabbli futur tal-akkwiżit. Alternattivament, bħala riżultat tal-kombinament ta’ negozji jista’ ma jkunx aktar probabbli li l-profitt futur taxxabbli jkun ser jippermetti li l-assi ta’ taxxa differita jiġi rkuprat. F’każijiet bħal dawn, l-akkwirent jirrikonoxxi bidla fl-assi ta’ taxxa differita fil-perijodu tal-kombinament ta’ negozji, iżda ma jinkludihiex bħala parti mill-kontabilità għall-kombinament ta’ negozji. Għalhekk, l-akkwirent ma jikkunsidrahiex meta jkejjel l-avvjament jew il-qligħ mix-xiri bl-irħis li jirrikonoxxi fil-kombinament ta’ negozji.

68 Il-benefiċċju potenzjali tal-ammonti mgħoddija ‘l quddiem minn telf għat-taxxa tad-dħul min-naħa ta’ akkwiżit jew ta’ assi oħra ta’ taxxa differita jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji għal rikonoxximent separat meta tkun saret il-kontabilità oriġinali tal-kombinament ta’ negozji iżda jista’ jiġi rrealizzat sussegwentement.

Entità għandha tirrikonoxxi benefiċċji akkwistati ta’ taxxa differita li hija tirrealizza wara l-kombinament ta’ negozji, skont kif ġej:

(a) Benefiċċji akkwistati ta’ taxxa differita rikonoxxuti waqt il-perijodu tal-kejl li jirriżultaw minn informazzjoni ġdida dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni għandhom jiġu applikati biex jitnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba ta’ kwalunkwe avvjament relatat ma’ dik l-akkwiżizzjoni. Jekk l-ammont miżmum ta’ dak l-avvjament fil-kotba jkun żero, kwalunkwe benefiċċji ta’ taxxa differita rimanenti għandhom jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf.

(b) Kwalunkwe benefiċċji oħra akkwistati ta’ taxxa differita għandhom jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf (jew jekk dan l-Istandard ikun hekk jeħtieġ, barra l-profitt jew telf).

Taxxa kurrenti u differita li tirriżulta minn tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma

68A F'ċerti ġurisdizzjonijiet ta' taxxa, entità tirċievi tnaqqis fit-taxxa (i.e. ammont li jista' jitnaqqas meta jiġi stabbilit il-profitt taxxabbli) li għandu x'jaqsam mar-rimunerazzjoni mħallsa f'ishma, opzjonijiet fuq l-ishma jew strumenti azzjonarji oħra tal-entità. L-ammont ta' dak it-tnaqqis fit-taxxa jista' jkun differenti mill-ispiża tar-rimunerazzjoni kumulattiva relatata, u jista' jseħħ f'perijodu bażi tal-kontijiet aktar tard. Pereżempju, f'ċerti ġurisdizzjonijiet, entità tista' tirrikonoxxi spiża għall-konsum ta’ servizzi tal-impjegati rċevuti bħala korrispettiv għall-opzjonijiet mogħtija fuq l-ishma, skont l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, u ma tirċevix tnaqqis fit-taxxa sakemm l-opzjonijiet fuq l-ishma ma jiġux eżerċitati, bil-kejl tat-tnaqqis fit-taxxa bbażat fuq il-prezz tal-ishma tal-entità fid-data tal-eżerċizzju.

68B Bħal fil-każ tal-ispejjeż tar-riċerka diskussi fil-paragrafi 9 u 26(b) ta' dan l-Istandard, id-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tas-servizzi tal-impjegati rċevuti sa dik id-data (li huwa l-ammont li l-awtoritajiet tat-tassazzjoni jippermettu bħala tnaqqis fil-perijodi futuri), u l-ammont miżmum fil-kotba ta' żero, hija differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f'assi ta’ taxxa differita. Jekk l-ammont li l-awtoritajiet tat-tassazzjoni jippermettu bħala tnaqqis fil-perijodi futuri mhuwiex magħruf fit-tmiem tal-perijodu, dan għandu jiġi stmat, fuq bażi ta’ informazzjoni disponibbli fit-tmiem tal-perijodu. Pereżempju, jekk l-ammont li l-awtoritajiet tat-tassazzjoni jippermettu bħala tnaqqis f'perijodi futuri jkun dipendenti fuq il-prezz tal-ishma tal-entità f'data futura, il-kejl tad-differenza temporanja deduċibbli għandu jkun ibbażat fuq il-prezz tal-ishma tal-entità fit-tmiem tal-perijodu.

▼M38

68C Kif ġie osservat fil-paragrafu 68A, l-ammont ta’ tnaqqis għat-taxxa (jew tnaqqis għat-taxxa smat għall-futur, imkejjel skont il-paragrafu 68B) jista’ jkun differenti min-nefqa relatata kumulattiva mar-remunerazzjoni. Il-paragrafu 58 tal-Istandard jirrikjedi li t-taxxa kurrenti u differita għandha tiġi rrikonoxxuta bħala dħul jew nefqa u inkluża fl-introjtu għall-perjodu, sakemm it-taxxa ma tirriżultax minn (a) tranżazzjoni jew avveniment li huma rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, 'il barra mill-introjtu, jew (b) kombinament ta’ negozji (minbarra l-akkwiżizzjoni minn entità tal-investiment ta’ sussidjarja li hija meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu). Jekk l-ammont ta’ tnaqqis fit-taxxa (jew tnaqqis fit-taxxa smat għall-futur) jaqbeż l-ammont tan-nefqa kumulattiva relatata mar-remunerazzjoni, dan jindika li t-tnaqqis tat-taxxa mhuwiex relatat biss man-nefqa tar-remunerazzjoni iżda wkoll ma’ xi entrata ta' ekwità. F’din is-sitwazzjoni, l-eċċess tat-taxxa kurrenti jew differita assoċjata għandu jkun rikonoxxut direttament f'ekwità.

▼B

PREŻENTAZZJONI

Assi ta’ taxxa u obbligazzjonijiet ta’ taxxa

69 [Imħassra]

70 [Imħassra]

Tpaċija

71 Entità għandha tpaċi l-assi tat-taxxa kurrenti u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti jekk, u biss jekk, l-entità:

(a) għandha dritt infurzabbli legalment li tpaċi l-ammonti rikonoxxuti; u

(b) jkollha l-intenzjoni li ssalda fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni simultanjament.

72 Għalkemm l-assi u l-obbligazzjonii ta’ taxxa kurrenti jiġu rikonoxxuti u mkejla separatament dawn jiġu paċuti fuq ►M5  ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ skont kriterji simili għal dawk stabbiliti għall-istrumenti finanzjarji f’IAS 32. Entità normalment ikollha dritt infurzabbli legalment li tpaċi assi ta’ taxxa kurrenti ma’ obbligazzjoni ta’ taxxa kurrenti meta dawn jirreferu għal taxxi fuq id-dħul miġbura mill-istess awtorità tat-tassazzjoni u l-awtorità tat-tassazzjoni tippermetti li l-entità tagħmel jew li tirċievi pagament wieħed nett.

73 Fir-rapporti finanzjarji konsolidati, assi ta’ taxxa kurrenti ta’ entità waħda fi grupp jiġi paċut ma‘ obbligazzjoni ta’ taxxa kurrenti ta’ entità oħra fil-grupp jekk, u biss jekk, l-entitajiet konċernati għandhom dritt inforzabbli legalment li jagħmlu jew li jirċievu pagament wieħed nett u l-entitajiet għandhom l-intenzjoni li jagħmlu jew li jirċievu dan il-pagament nett jew li jirkupraw l-assi u li jsaldu l-obbligazzjoni fl-istess ħin.

74 Entità tpaċi l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita jekk, u biss jekk:

(a) l-entità għandha dritt infurzabbli legalment li tpaċi l-assi ta’ taxxa kurrenti kontra l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa kurrenti; u

(b) l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq id-dħul miġbura mill-istess awtorità tat-tassazzjoni fuq jew:

(i) l-istess entità taxxabbli; jew

(ii) entitajiet taxxabbli differenti li qegħdin jaħsbu jew li jsaldu l-obbligazzjonijiet u l-assi ta’ taxxa kurrenti fuq bażi netta, jew li jirrealizzaw l-assi u li jsaldu l-obbligazzjonijiet simultanjament, f’kull perijodu futur li fih ammonti sinifikanti ta’ obbligazzjonijiet jew assi ta’ taxxa differita huma mistennija li jiġu saldati jew rikuprati.

75 Sabiex tkun evitata l-ħtieġa għall-ippjanar dettaljat taż-żmien tar-riverżjoni ta’ kull differenza temporanja, dan l-Istandard jirrikjedi li entità tpaċi assi ta’ taxxa differita ma’ obbligazzjoni ta’ taxxa differita tal-istess entità taxxabbli jekk, u biss jekk, dawn ikunu relatati ma’ taxxi fuq id-dħul miġbura mill-istess awtorità tat-tassazzjoni u l-entità għandha dritt infurzabbli legalment li tpaċi l-assi ta’ taxxa kurrenti kontra l-obbligazzjonjiet ta’ taxxa kurrenti.

76 F’ċirkostanzi rari, entità jista’ jkollha dritt infurzabbli legalment ta’ tpaċija, u intenzjoni li ssaldi b’mod nett, għal ċerti perijodi iżda mhux għal oħrajn. F’dawn iċ-ċirkostanzi rari, jista’ jkun neċessarju ppjanar dettaljat sabiex jiġi stabbilit, b’mod affidabbli, jekk l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ entità taxxabbli waħda huwiex ser jirriżulta fi ħlasijiet miżjuda ta' taxxa fl-istess perijodu li fih assi ta’ taxxa differita ta’ entità taxxabbli oħra jirriżulta fi ħlasijiet imnaqqsa minn dik it-tieni entità taxxabbli.

L-ispiża għat-taxxa

L-ispiża (id-dħul) għat-taxxa relatata mal-profitt jew telf minn attività ordinarja

▼M31

77 L-ispiża (introjtu) tat-taxxa marbuta mal-profitt jew it-telf mill-attivitajiet ordinarji għandha tkun ippreżentata bħala parti mir-rapport(i) tal-profitti jew telf u tal-introjtu komprensiv ieħor.

▼M31 —————

▼B

Differenzi tal-kambju fuq obbligazzjonijiet jew assi ta’ taxxa barranija differita

78 IAS 21 jirrikjedi li ċerti differenzi tal-kambju jiġu rikonoxxuti bħala dħul jew spiża iżda ma jispeċifikax fejn dawn id-differenzi għandhom jiġu ppreżentati fir-rapport tad-dħul. Għalhekk, meta differenzi tal-kambju fuq obbligazzjonijiet jew assi ta’ taxxa barranija differita jiġu rikonoxxuti fid-rapport tad-dħul, dawn id-differenzi jistgħu jiġu kklassifikati bħala spiża (dħul) ta’ taxxa differita jekk dik il-preżentazzjoni tiġi kkunsidrata li tkun l-aktar waħda utli għall-utenti tar-rapporti finanzjarji.

ŻVELAR

79 Il-komponenti ewlenin tal-ispiża (id-dħul) tat-taxxa għandhom jiġu żvelati separatament

80 Il-komponenti tal-ispiża (id-dħul) tat-taxxa jistgħu jinkludu:

(a) l-ispiża (id-dħul) tat-taxxa kurrenti;

(b) kull aġġustament rikonoxxut fil-perijodu għat-taxxa kurrenti tal-perijodi preċedenti;

(ċ) l-ammont tal-ispiża (id-dħul) ta’ taxxa differita relatat mal-oriġinar u r-riverżjoni ta’ differenzi termporanji;

(d) l-ammont tal-ispiża (id-dħul) ta’ taxxa differita relatat ma’ bidliet fir-rati tat-taxxa jew l-impożizzjoni ta’ taxxi ġodda;

(e) l-ammont tal-benefiċċju li jirriżulta minn telf għat-taxxa li qabel ma kienx rikonoxxut, jew minn kreditu tat-taxxa jew differenza temporanja ta’ perijodu preċedenti, li jintuża sabiex inaqqas l-ispiża tat-taxxa kurrenti;

(f) l-ammont tal-benefiċċju minn telf għat-taxxa li qabel ma kienx rikonoxxut, jew minn kreditu tat-taxxa jew differenza temporanja ta’ perijodu preċedenti, li jintuża sabiex inaqqas l-ispiża tat-taxxa differita;

(ġ) l-ispiża tat-taxxa differita li tirriżulta mit-tniżżil, jew riverżjoni ta’ tniżżil preċedenti, ta’ assi ta’ taxxa differita f’konformità mal-paragrafu 56; u

(h) l-ammont ta’ spiża (dħul) ta’ taxxa relatat ma’ dawk il-bidliet fil-politika tal-kontabilità u żbalji li huma inklużi fil-profitt u t-telf b'konformità mal-IAS 8, minħabba li dawn ma jistgħux jiġu kontabilizzati b’mod retrospettiv.

▼M5

81 Dawn li ġejjin għandhom ikunu wkoll iddikjarati separatament:

(a) l-ammonti komplessivi ta’ taxxa kurrenti u differita li jirreferu għal entrati li huma ddebitati jew ikkreditati direttament f’ekwità (ara l-paragrafu 62A);

(ab) l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jirreferi għal kull komponent ta’ dħul ieħor komplessiv (ara l-paragrafu 62 u l-IAS 1 (kif rivedut fl-2007));

(b) [imħassar];

▼B

(ċ) spjegazzjoni tal-relazzjoni bejn l-ispiża (id-dħul) tat-taxxa u l-profitt tal-kontabilità f’waħda mill-forom, jew fiż-żewġ forom, li ġejjin:

(i) rikonċiljazzjoni numerika bejn l-ispiża (id-dħul) tat-taxxa u l-prodott tal-profitt tal-kontabilità mmultiplikat bir-rata(i) tat-taxxa applikabbli, bi żvelar ukoll tal-bażi li fuqha r-rata(i) applikabbli tat-taxxa hija (huma) kkalkulata(i); jew

(ii) rikonċiljazzjoni numerika bejn ir-rata medja effettiva tat-taxxa u r-rata applikabbli tat-taxxa, bi żvelar ukoll tal-bażi li fuqha r-rata applikabbli tat-taxxa tiġi kkalkulata;

(d) spjegazzjoni tal-bidliet fir-rata(i) applikabbli tat-taxxa meta mqabbla mal-perijodu ta’ kontabilità preċedenti;

(e) l-ammont (u d-data tal-iskadenza, jekk ikun hemm) tad-differenzi temporanji deduċibbli, telf għat-taxxa mhux użat, u krediti tat-taxxa mhux użati li għalihom ma huwa rikonoxxut l-ebda assi ta’ taxxa differita ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja; ◄

(f) l-ammont aggregat tad-differenzi temporanji assoċjati ma’ investimenti f‘sussidjarji, fergħat u assoċjati u f’interessi ►M32  f'arranġament konġunt, ◄ li għalihom ma ġewx rikonoxxuti obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita (ara l-paragrafu 39);

(ġ) għar-rigward ta’ kull tip ta’ differenza temporanja, u għar-rigward ta’ kull tip ta’ telf għat-taxxa mhux użat u krediti tat-taxxa mhux użati:

(i) l-ammont ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ għal kull perijodu ppreżentat;

(ii) l-ammont tad-dħul jew spiża ta’ taxxa differita rikonoxxuti fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ , jekk dan ma jidhirx b’mod ċar mill-bidliet fl-ammonti rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja; ◄

▼M12

(h)   għar-rigward ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx, l-ispiża tat-taxxa li għandha x’taqsam ma’:

(i)   il-qligħ jew telf malli l-operazzjonijiet ma jitkomplewx; u

(ii)   il-profitt jew telf għall-perijodu mill-attivitajiet ordinarji tal-operazzjoni li ma tkomplietx, flimkien mal-ammonti li jikkorrispondu għal kull perijodu preċedenti ppreżentat;

(i)   l-ammont tal-konsegwenzi għat-taxxa fuq id-dħul tad-dividendi lill-azzjonisti tal-entità li ġew proposti jew iddikjarati qabel ma r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għall-ħruġ, iżda li mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fir-rapporti finanzjarji.

(j)   jekk kombinament ta’ negozji li fih l-entità tkun l-akkwirent jikkawża bidla fl-ammont rikonoxxut għall-assi ta’ taxxa differita tagħha ta’ qabel l-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 67), l-ammont ta’ dik il-bidla; u

(k)   jekk il-benefiċċji ta’ taxxa differita akkwistati f’kombinament ta’ negozji mhumiex rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni iżda huma rikonoxxuti wara d-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 68), deskrizzjoni tal-avveniment jew tal-bidla fiċ-ċirkustanzi li kkawżat ir-rikonoxximent tal-benefiċċji tat-taxxa differita.

▼B

82 Entità għandha tiżvela l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita u n-natura tal-provi li jappoġġaw ir-rikonoxximent tagħha, meta:

(a) l-użu tal-assi ta’ taxxa differita jiddependi fuq il-profitti futuri taxxabbli li jeċċedu l-profitti li jirriżultaw mir-riverżjoni ta’ differenzi temporanji taxxabbli eżistenti; u

(b) l-entità sofriet telf fil-perijodu kurrenti jew f’dak preċedenti fil-ġurisdizzjoni tat-tassazzjoni li magħha għandu x’jaqsam dak l-assi tat-taxxa differita.

82A Fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 52A, entità għandha tiżvela n-natura tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa tad-dħul li jistgħu jirriżultaw mill-ħlas tad-dividendi lill-azzjonisti tagħha. Minbarra dan, l-entità għandha tiżvela l-ammonti tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa tad-dħul li jistgħu jiġu determinati b’mod prattiku u jekk kienx hemm xi konsegwenzi potenzjali tat-taxxa tad-dħul li ma jistgħux jiġu determinati b’mod prattiku.

83 [Imħassra]

84 Id-dikjarazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafu 81(c) jippermettu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji sabiex jifhmu jekk ir-relazzjoni bejn l-ispiża (id-dħul) tat-taxxa u l-profitt tal-kontabilità hijiex barra minn-normal u sabiex jifhmu l-fatturi sinjifikanti li jistgħu jaffettwaw dik ir-relazzjoni fil-futur. Ir-relazzjoni bejn l-ispiża (id-dħul) tat-taxxa u l-profitt tal-kontabilità tista’ tiġi affettwata minn fatturi bħal dħul li hu eżenti mit-tassazzjoni, spejjeż li mhumiex deduċibbli fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa), l-effett tat-telf għat-taxxa u l-effett tar-rati tat-taxxa barranija.

85 Meta tiġi spjegata r-relazzjoni bejn l-ispiża (id-dħul) tat-taxxa u l-profitt tal-kontabilità, entità tuża’ rata applikabbli ta’ taxxa li tipprovdi l-informazzjoni l-aktar siewja għall-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha. Spiss, ir-rata l-aktar siewja hija r-rata domestika tat-taxxa fil-pajjiż li fih l-entità hija domiċiljata, u fejn ir-rata applikata għat-taxxi nazzjonali tiġi aggregata mar-rati applikati għal xi taxxa lokali li tkun ikkalkolata fuq livelli sostanzjalment simili ta’ profitt taxxabbli (telf għat-taxxa). Madankollu, għal entità li topera f’diversi ġurisdizzjonijiet, jista’ jkun aktar siewi li jiġu aggregati r-rikonċiljazzjonijiet separati ppreparati bl-użu tar-rata domestika f’kull ġurisdizzjoni individwali. L-eżempju li ġej juri kif l-għażla tar-rata applikabbli tat-taxxa taffettwa l-preżentazzjoni tar-rikonċiljazzjoni numerika.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 85

Fl-19X2, entità għandha profitt tal-kontabilità fil-ġurisdizzjoni tagħha stess (pajjiż A) ta’ 1 500 (19X1: 2 000) u f’pajjiż B ta’ 1 500 (19X1: 500). Ir-rata tat-taxxa hija ta’ 30 % fil-pajjiż A u 20 % fil-pajjiż B. Fil-pajjiż A, spejjeż ta’ 100 (19X1: 200) mhumiex deduċibbli għall-għanijiet tat-taxxa.



Dan li ġej huwa eżempju ta’ rikonċiljazzjoni tar-rata tat-taxxa domestika.

 

19X1

 

19X2

Il-profitt tal-kontabilità

2 500

 

3 000

Taxxa bir-rata domestika ta’ 30 %

750

 

900

L-effett għat-taxxa ta’ spejjeż li ma jitnaqqsux għall-għanijiet tat-taxxa

60

 

30

Effett tar-rati tat-taxxa aktar baxxi fil-pajjiż B

(50)

 

(150)

L-ispiża tat-taxxa

760

 

780



Dan li ġej huwa eżempju ta’ rikonċiljazzjoni mħejjija billi jiġu aggregati rikonċiljazzjonijiet separati għal kull ġurisdizzjoni nazzjonali. Skont dan il-metodu, l-effett tad-differenzi bejn ir-rata tat-taxxa domestika tal-entità li tirrapporta u r-rata tat-taxxa domestika f’ġurisdizzjonijiet oħra ma tidhirx bħala entrata separata fir-rikonċiljazzjoni. Entità jista’ jkollha bżonn tiddiskuti l-effett ta’ bidliet sinjifikanti fir-rati tat-taxxa, jew fit-taħlita ta’ profitti magħmula f’ġurisdizzjonijiet differenti, sabiex jiġu spjegati bidliet fir-rata(i) applikabbli tat-taxxa, kif meħtieġ mill-paragrafu 81(d).

Il-profitt tal-kontabilità

2 500

 

3 000

Taxxa bir-rati domestiċi applikabbli għall-profitti fil-pajjiż konċernat

700

 

750

L-effett għat-taxxa ta’ spejjeż li ma jitnaqqsux għall-għanijiet tat-taxxa

60

 

30

L-ispiża tat-taxxa

760

 

780

86 Ir-rata medja effettiva tat-taxxa hija l-ispiża (id-dħul) tat-taxxa diviża bil-profitt skont il-l-kontabilità.

87 Spiss ma jkunx prattiku li jiġi kkalkolat l-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti li jirriżultaw minn investimenti fis-sussidjarji, fergħat u assoċjati u minn interessi ►M32  f'arranġamenti konġunti ◄ (ara l-paragrafu 39). Għalhekk, dan l-Istandard jirrikjedi li entità tiddikjara l-ammont aggregat tad-differenzi temporanji sottostanti iżda ma jirrikjedix id-dikjarazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta‘ taxxa differita. Madankollu, meta jkun prattiku, l-entitajiet huma mħeġġa jiddikjaraw l-ammonti tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti peress li l-utenti tar-rapporti finanzjarji jistgħu jsibu din l-informazzjoni utli.

87A Il-paragrafu 82A jirrikjedi li entità tiżvela n-natura tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq id-dħul li jirriżultaw mill-ħlas tad-dividendi lill-azzjonisti tagħha. Entità tiżvela l-fatturi importanti tas-sistemi tat-taxxa fuq id-dħul u l-fatturi li jaffettwaw l-ammont tal-konsegwenzi potenzjali tad-dividendi għat-taxxa fuq id-dħul.

87B Xi drabi ma jkunx prattiku li jiġi kkalkolat l-ammont totali tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq id-dħul li jirriżulta mill-ħlas tad-dividendi lill-azzjonisti. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta entità jkollha għadd kbir ta’ sussidjarji barranin. Madankollu, anke f’dawn iċ-ċirkostanzi, xi porzjonijiet tal-ammont totali jistgħu jiġu ddeterminati faċilment. Pereżempju, fi grupp konsolidat, il-kumpannija prinċipali u wħud mis-sussidjarji tagħha jistgħu jkunu ħallsu taxxi fuq id-dħul b’rata ogħla fuq il-profitti mhux imqassma u jkunu konxji tal-ammont li jkollu jiġi rifondut fuq il-ħlas tad-dividenti futuri lill-azzjonisti mill-profitt konsolidat imfaddal. F’dan il-każ, dak l-ammont rifondibbli għandu jiġi ddikjarat. Jekk ikun applikabbli, l-entità tiżvela wkoll li hemm konsegwenzi potenzjali addizzjonali għat-taxxa tad-dħul li prattikament ma jistgħux jiġu ddeterminati. Fir-rapporti finanzjarji separati, jekk ikun hemm, tal-kumpanija prinċipali, l-iżvelar tal-konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq id-dħul jirreferi għall-profitt imfaddal għall-kumpanija prinċipali.

87C Entità li tkun meħtieġa tipprovdi l-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 82A tista’ wkoll tkun meħtieġa tipprovdi żvelar relatat mad-differenzi temporanji assoċjati mal-investimenti fis-sussidjarji, fergħat u assoċjati jew f’interessi ►M32  f'arranġament konġunt. ◄ F’każijiet bħal dawn, entità tikkunsidra dan meta tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont il-paragrafu 82A. Pereżempju, entità tista’ tkun meħtieġa li tiżvela l-ammont aggregat tad-differenzi temporanji assoċjati mal-investimenti f’sussidjarji li għalihom ma jkunu ġew rikonoxxuti l-ebda obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita (ara l-paragrafu 81(f)). Jekk ma jkunx prattiku li jiġu kkalkolati l-ammonti ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti (ara l-paragrafu 87) jista’ jkun hemm ammont ta’ konsegwenzi potenzjali għat-taxxa fuq id-dħul ta’ dividendi, li prattikament ma jistgħux jiġu stabbiliti, relatati ma’ dawn is-sussidjarji.

88 Entità tiżvela kull obbligazzjoni kontinġenti u assi kontingenti relatati mat-taxxa f’konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. Obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti jistgħu jirriżultaw, pereżempju, minn konflitti mhux solvuti mal-awtoritajiet tat-taxxa. B’mod simili, meta jsiru jew jiġu mħabbra bidliet fir-rati tat-taxxa jew fil-liġijiet tat-taxxa wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ entità tiżvela xi effett sinjifikanti ta’ dawk il-bidliet fuq l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-taxxa kurrenti u differiti (ara l-IAS 10 Dak li Ġara Wara l-Għeluq tas-Sena Finanzjarja).

DATA EFFETTIVA

89 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 1998 jew wara, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 91. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 1998, l-entità għandha tiżvela l-fatt li hija applikat dan l-Istandard minflok l-IAS 12 Kontabilità għat-Taxxi fuq id-Dħul, approvat fl-1979.

90 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 12 Kontabilità għat-Taxxi fuq id-Dħul, approvat fl-1979.

91 Il-paragrafi 52A, 52B, 65A, 81(i), 82A, 87A, 87B, 87C u t-tħassir tal-paragrafi 3 u 50 isiru operattivi għar-rapporti finanzjarji annwali ( 6 ) li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2001 jew wara. Hija mħeġġa adozzjoni aktar bikrija. Jekk l-adozzjoni aktar bikrija taffettwa r-rapporti finanzjarji, entità għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M5

92 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 23, 52, 58, 60, 62, 63, 65, 68C, 77 u 81, ħassar il-paragrafu 61 u żied il-paragrafi 61A, 62A u 77A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M12

93  Il-paragrafu 68 għandu jiġi applikat prospettivament mid-data effettiva tal-IFRS 3 (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) għar-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji.

94 Għalhekk, l-entitajiet m’għandhomx jaġġustaw il-kontabilità għal kombinamenti ta’ negozji preċedenti jekk il-benefiċċji tat-taxxa ma kinux issodisfaw il-kriterji għal rikonoxximent separat fid-data tal-akkwiżizzjoni u jkunu rikonoxxuti wara d-data tal-akkwiżizzjoni, ħlief jekk il-benefiċċji jkunu rikonoxxuti waqt il-perijodu ta’ kejl u jirriżultaw minn informazzjoni ġdida dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Benefiċċji oħra ta’ taxxa rikonoxxuti għandhom jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf (jew, jekk dan l-Istandard ikun hekk jeħtieġ, barra l-profitt jew telf).

95  L-IFRS 3 (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafi 21 u 67 u żied il-paragrafi 32 A u 81(j) u (k). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri.

▼M33

98 Il-paragraph 52 ġie rrinumerat 51A, il-paragrafu 10 u l-eżempji li jsegwu l-paragrafu 51A ġew emendati, u l-paragrafi 51B u 51C u l-eżempju sussegwenti u l-paragrafi 51D, 51E u 99 żdiedu bit-Taxxa Differita: Irkupru tal-Assi Sottostanti, maħruġ f'Diċembru 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara. Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu abkar, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M32

98A L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f'Mejju 2011, il-paragrafi emendati 2, 15, 18(e), 24, 38, 39, 43–45, 81(f), 87 u 87C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 11.

▼M31

98B  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 77 u ħassar il-paragrafu 77A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼M38

98C  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 58 u 68C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼M33

IRTIRAR TAL-SIC -21

99 L-emendi li saru mit-Taxxa Differita: Irkupru tal-Assi Sottostanti, maħruġ f'Diċembru 2010, jieħu post l-Interpretazzjoni 21 tas-SIC Taxxi fuq l-introjtu—Irkuprar ta’ Assi Rivalutati Mhux Deprezzabbli.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 16

Proprjetà, Impjant u Tagħmir

GĦAN

1 L-objettiv ta' dan l-Istandard hu li jippreskrivi t-trattament fil-kontijiet għall-proprjetà, impjant u tagħmir biex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar l-investiment ta' entità fil-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir tagħha u l-bidliet f'dan l-investiment. Il-kwistjonjiet ewlenin fil-kontabilità għall-proprjetà, impjant u tagħmir huma r-rikonoxximent tal-assi, il-kalkolu tal-ammonti miżmuma fil-kotba u tad-debiti ta' deprezzament u telf ta' indeboliment li għandhom jiġu rikonoxxuti b'relazzjoni magħhom.

AMBITU

2 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità ta' proprjetà, impjant u tagħmir ħlief meta xi Standard ieħor ikun jeħtieġ jew jippermetti trattament fil-kontijiet differenti.

3 Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) proprjetà, impjant u tagħmir ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li ma Tkomplewx;

(b) assi bijoloġiċi relatati ma' attività agrikola (ara l-IAS 41 Agrikoltura);

(c) ir-rikonoxximent u l-kejl ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni (ara l-IFRS 6 L-Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni tagħhom); jew

(d) drittijiet minerali u riżervi minerali bħal żejt, gass naturali u riżorsi simili li ma jiġġeddux.

Madankollu, dan l-Istandard japplika għal proprjetà, impjant u tagħmir użati biex jiġu żviluppati jew mantnuti l-assi deskritti f'(b)–(d).

4 Standards oħrajn jistgħu jeħtieġu r-rikonoxximent ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir ibbażat fuq metodu differenti minn dak ta' dan l-Istandard. Pereżempju, l-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri jeħtieġ li entità tevalwa r-rikonoxximent tagħha ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir mikrija fuq il-bażi tat-trasferiment ta' riskji u benefiċċji. Madankollu, f'każijiet bħal dawn, aspetti oħra tat-trattament fil-kontijiet għal dawn l-assi, inkluż id-deprezzament, huma preskritti minn dan l-Istandard.

▼M8

5 Entità li tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà tal-investiment skont l-IAS 40 Proprjetà tal-Investiment għandha tuża l-mudell tal-kost f’dan l-Istandard.

▼B

DEFINIZZJONIJIET

6 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Ammont miżmum fil-kotba hu l-ammont li bih assi jiġi rikonoxxut wara li jitnaqqsu kull deprezzament akkumulat u telf ta' indeboliment akkumulat.

Kost hu l-ammont ta' flus kontanti jew ekwivalenti ta' flus imħallas jew il-valur ġust ta' korrispettiv ieħor mogħti biex jiġi akkwistat assi fil-ħin tal-akkwiżizzjoni jew tal-kostruzzjoni tiegħu jew, fejn applikabbli, l-ammont attribwit għal dak l-assi meta fil-bidu jkun ġie rikonoxxut skont ir-rekwiżiti speċifiċi tal-IFRSs oħra, eż. l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma.

Ammont deprezzabbli hu l-kost ta' assi, jew ammont ieħor sostitwit għall-kost, wara li jitnaqqas il-valur residwu tiegħu.

Deprezzament hu l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi matul il-ħajja tal-utilità tiegħu.

Valur speċifiku għall-entità hu l-valur preżenti tal-flussi ta' flus li entità tistenna li ser jirriżulta mill-użu kontinwu ta' assi u mid-disponiment tiegħu fit-tmiem il-ħajja tal-utilità tiegħu jew li tistenna li ser iġġarrab meta tħallas xi obbligu.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Telf ta' indeboliment hu l-ammont li bih l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi jaqbeż l-ammont tiegħu li jista' jiġi rikuprat.

Proprjetà, impjant u tagħmir huma oġġetti tanġibbli li:

(a) jinżammu għal użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta' oġġetti jew servizzi, jew għal kiri lil ħaddieħor, jew għal skopijiet amministrattivi; u

(b) huma mistennija li jintużaw matul aktar minn perijodu wieħed.

Ammont li Jista’ Jkun Irkuprat huwa l-ogħla bejn il-valur ġust tal-assi biex jinbiegħu u l-valur tiegħu fl-użu.

II-valur residwu ta' assi hu l-ammont stmat li entità tista' tikseb fil-preżent mid-disponiment tal-assi, wara li tnaqqas il-kosti stmati tad-disponiment, li kieku l-assi kien diġà tal-età u fil-kondizzjoni mistennija fit-tmiem tal-ħajja tal-utilità tiegħu.

Il-ħajja tal-utilità hi:

(a) il-perijodu li matulu assi hu mistenni li jkun disponibbli għall-użu minn entità; jew

(b) in-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili li huma mistennija li ser jinkisbu mill-assi minn entità.

RIKONOXXIMENT

7 Il-kost ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir għandha tkun rikonoxxuta bħala assi jekk, u biss jekk:

(a) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma assoċjati mal-oġġett ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) il-kost tal-assi jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

▼M36

8 Oġġetti bħal spare parts, tagħmir stand-by u t-tagħmir tal-manutenzjoni, huma rikonoxxuti skont dan l-IFRS meta dawn jissodisfaw id-definizzjoni ta’ proprjetà, impjant u tagħmir. Inkella, dawn l-oġġetti huma kklassifikati bħala inventarju.

▼B

9 Dan l-Istandard ma jippreskrivix l-unità ta' kejl għar-rikonoxximent, jiġifieri dak li jikkostitwixxi oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir. Għalhekk, ġudizzju għaqli hu meħtieġ meta jiġu applikati l-kriterji tar-rikonoxximent għaċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' entità. Jista' jkun f'waqtu li tgħaqqad flimkien entrati li huma individwalment insinifikanti, bħal forom, għodod u kuluri, u li jiġu applikati l-kriterji għall-valur totali.

10 Entità tevalwa taħt dan il-prinċipju ta' rikonoxximent, il-proprjetà, l-impjant u t-tagħmir kollu tagħha, fil-ħin meta jsiru l-kosti għalihom. Dawn il-kosti jinkludu spejjeż li jsiru fil-bidu biex jiġi akkwistat jew mibni oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir u l-kosti li jsiru sussegwentement biex tiżdied, jew tinbidel parti minnha, jew issir manutenzjoni fuqha.

Spejjeż inizjali

11 Entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir jistgħu jiġu akkwistati għal raġunijiet ta' sigurtà jew ambjentali. L-akkwiżizzjoni ta' proprjetà, impjant u tagħmir ta' din ix-xorta, għalkemm ma jnaqqasx direttament il-benefiċċji ekonomiċi futuri ta' xi oġġett partikulari eżistenti ta' proprjetà, impjant u tagħmir, jista' jkun neċessarju biex entità tikseb il-benefiċċji ekonomiċi futuri mill-assi l-oħrajn tagħha. Dawn l-entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala assi minħabba li jippermettu li entità tikseb benefiċċji ekonomiċi futuri minn assi relatati li jmorru lil hinn minn dak li seta' jinkiseb li kieku ma ġewx akkwistati dawk l-entrati. Pereżempju, manifattur kimiku jista' jinstalla proċessi tal-immaniġġar ta' sustanzi kimiċi ġodda biex jikkonforma mar-rekwiżiti ambjentali għall-produzzjoni u l-ħżin ta' sustanzi kimiċi perikolużi; titjib relatat fl-impjant hu rikonoxxut bħala assi għax mingħajru l-entità ma tkunx tista' timmanifattura u tbigħ il-kimiċi. Madankollu, l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi bħal dan u assi relatati jiġi rivedut għall-indeboliment skont l-IAS 36 Indeboliment ta' Assi.

Spejjeż Sussegwenti

12 Taħt il-prinċipju tar-rikonoxximent f'paragrafu 7, entità ma tirrikonoxxix fl-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà, impjant u tagħmir il-kosti tal-manutenzjoni ta' kuljum ta' dan l-oġġett. Minflok, dawn il-kosti huma rikonoxxuti bħala profitt jew telf. Il-kosti tal-manutenzjoni ta' kuljum huma primarjament l-ispiża ta' xogħol u oġġetti li jiġu kkonsmati, u jistgħu jinkludu l-ispiża ta' partijiet żgħar. L-iskop ta' dan l-infiq hu spiss deskritt bħala għal “tiswijiet u manutenzjoni” tal-oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir.

13 Partijiet minn xi entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir jistgħu jeħtieġu sostituzzjoni f'intervalli regolari. Pereżempju, forġa tista' teħtieġ linjament mill-ġdid wara numru ta' sigħat ta' użu speċifikat, jew l-intern tal-ajruplani bħas-sedili u l-kċejjen jistgħu jeħtieġu sostituzzjoni bosta drabi matul il-ħajja tal-ajruplan. Entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir jistgħu jiġu akkwistati wkoll biex issir sostituzzjoni li hi meħtieġa anqas spiss, bħas-sostituzzjoni tal-ħitan interni ta' bini, jew biex issir sostituzzjoni ta' darba biss. Taħt il-prinċipju ta' rikonoxximent f'paragrafu 7, entità tirrikonoxxi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir, l-ispiża tas-sostituzzjoni ta' parti minn oġġett meta ssir l-ispiża jekk il-kriterji ta' rikonoxximent jiġu sodisfatti. L-ammont miżmum fil-kotba ta' dawn il-partijiet li huma sostitwiti jiġu mhux rikonoxxuti skont il-provvedimenti dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 67–72).

14 Kondizzjoni biex jitkompla t-tħaddim ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir (pereżempju, ajruplan) tista' tkun it-twettiq ta' spezzjonijiet regolari maġġuri għal difetti mingħajr ma jingħata kas jekk partijiet tal-oġġett jiġux sostitwiti. Meta titwettaq kull spezzjoni maġġuri, l-ispiża tagħha tiġi rikonoxxuta fl-ammont miżmum fil-kotba tal-oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir bħala sostituzzjoni jekk il-kriterji ta' rikonoxximent jiġu sodisfatti. Kull ammont miżmum fil-kotba li jibqa' tal-ispiża tal-ispezzjoni preċedenti (li għandha tiġi distinta mill-partijiet fiżiċi) m'għandu jiġi rikonoxxut. Dan iseħħ irrispettivament minn jekk l-ispiża tal-ispezzjoni preċedenti kinitx identifikata fit-tranżazzjoni li fiha l-oġġett ġie akkwistat jew mibni. Jekk ikun meħtieġ, l-ispiża stmata ta' spezzjoni simili futura tista' tintuża bħala indikazzjoni ta' x'kienet l-ispiża ta' komponent eżistenti ta' spezzjoni meta l-oġġett ġie akkwistat jew mibni.

KEJL MAR-RIKONOXXIMENT

15 Oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir li tikkwalifika għal rikonoxximent bħala assi għandha tiġi mkejjla fil-kost tagħha.

Elementi ta' kost

16 Il-kost ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jinkludi:

(a) il-prezz tax-xiri tiegħu, inklużi d-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi tax-xiri li ma jistgħux jiġu rimborżati, wara li jitnaqqsu l-iskonti u r-rifużjonijiet tal-kummerċ.

(b) kull spejjeż direttament attribwibbli biex l-assi jinġieb fil-post u għall-kondizzjoni neċessarja biex ikun jista' jopera bil-mod intiż mill-maniġment.

(c) l-istima inizjali tal-kosti taż-żarmar u t-tneħħija tal-oġġett u biex jiġi rrestawrat is-sit fejn ikun jinsab, li hu obbligu li jmiss lill-entità jew meta takkwista l-oġġett jew minħabba li tkun użat l-oġġett matul perijodu partikulari għal skopijiet oħrajn milli biex tipproduċi inventarji matul dak il-perijodu.

17 Eżempji ta' kosti direttament attribwibbli huma:

(a) il-kosti tal-benefiċċji tal-impjegati (kif definiti f'IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati) li jirriżultaw direttament mill-kostruzzjoni jew mill-akkwiżizzjoni ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir;

(b) spejjeż tat-tħejjija tas-sit;

(c) spejjeż inizjali ta' kunsinna u ġarr;

(d) spejjeż ta' installazzjoni u muntaġġ;

(e) spejjeż tal-ittestjar ta' jekk assi huwiex jaħdem sew, wara li jitnaqqas id-dħul nett mill-bejgħ ta' xi entrati magħmula waqt li l-assi jinġab f'dak il-lok u l-kondizzjoni (bħal kampjuni magħmula waqt li jkun qed jiġi ttestjat it-tagħmir); u

(f) drittijiet professjonali.

18 Entità tapplika l-IAS 2 Inventarji għall-kosti tal-obbligi ta' żarmar, tneħħija u restawr tas-sit fejn ikun tinsab l-oġġett li jkollhom isiru matul perijodu partikulari bħala konsegwenza tal-użu tal-oġġett għall-produzzjoni ta' inventarji matul dak il-perijodu. L-obbligi għal spejjeż li jitniżżlu fil-kontijiet skont l-IAS 2 jew l-IAS 16 huma rikonoxxuti u mkejla skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

19 Eżempji ta' spejjeż li mhumiex spejjeż ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir huma:

(a) il-kosti tal-ftuħ ta' faċilità ġdida;

(b) il-kosti tal-introduzzjoni ta' prodott jew servizz ġdid (inklużi l-kosti tar-reklamar u ta' attivitajiet promozzjonali);

(c) il-kosti tat-tmexxija ta' negozju f'lok ġdid jew ma' klassi ġdida ta' konsumatur (inklużi l-kosti tat-taħriġ tal-persunal); u

(d) il-kosti tal-amministrazzjoni u spejjeż ġenerali oħrajn.

20 Ir-rikonoxximent tal-kosti fl-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jieqaf meta l-oġġett tkun fil-lok u fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun jista' jitħaddem bil-mod intiż mill-maniġment. Għaldaqstant, il-kosti li jsiru fl-użu jew l-użu mill-ġdid ta' entrati mhumiex inklużi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' dik l-oġġett. Pereżempju, il-kosti li ġejjin mhumiex inklużi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir:

(a) il-kosti li jsiru waqt li oġġett li jkun jista' jitħaddem bil-mod intiż mill-maniġment ikun għad irid tibda jintuża jew ikun qed jiġi mħaddem inqas mill-kapaċità sħiħa tiegħu;

(b) telf inizjali mill-operat, bħal dawk li jsiru sakemm id-domanda għall-produzzjoni tal-oġġett titla' bil-mod il-mod; u

(c) il-kosti tar-rilokazzjoni jew tar-riorganizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' entità kollha jew parti minnha.

21 Xi operazzjonijiet iseħħu f'konnessjoni mal-kostruzzjoni jew żvilupp ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir, iżda li ma jkunux meħtieġa biex l-oġġett jinġab fil-lok u fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun tista' titħaddem bil-mod intiż mill-maniġment. Dawn l-operazzjonijiet inċidentali jistgħu jseħħu qabel jew matul l-attivitajiet ta' kostruzzjoni jew żvilupp. Pereżempju, introjtu jista' jinkiseb billi jintuża sit ta' kostruzzjoni bħala parkeġġ għall-karrozzi sakemm tibda l-kostruzzjoni. Minħabba li l-operazzjonijiet inċidentali mhumiex meħtieġa biex oġġett jinġieb fil-lok u fil-kondizzjoni meħtieġa biex tkun tista' titħaddem bil-mod intiż mill-maniġment, l-introjtu u l-kosti relatati ta' operazzjonijiet inċidentali huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf u inklużi fil-klassifikazzjonijiet rispettivi tagħhom ta' introjtu u spejjeż.

22 Il-kost ta' assi mibni mill-entità nnifisha jiġi stabbilit permezz tal-istess prinċipji bħal dawk għal assi akkwistat. Jekk entità tpoġġi assi simili għall-bejgħ fil-kors normali tan-negozju, il-kost tal-assi normalment ikun l-istess bħall-kost tal-kostruzzjoni ta' assi għall-bejgħ (ara l-IAS 2). Għalhekk, kull profitti intern jiġi eliminat biex wieħed jasal għal dawn il-kosti. Bl-istess mod, il-kost ta' ammonti mhux normali ta' materjal moħli, xogħol, jew rizorsi oħrajn użati fil-bini ta' assi mhix inkluża fl-ispiża tal-assi. l-IAS 23 Kosti tas-Self jistabbilixxi kriterji għar-rikonoxximent ta' interess bħala komponent tal-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir mibnija mill-entità nnifisha.

Kejl tal-kost

▼M1

23 L-ispiża ta' oġġett ta' proprjetà, impjant jew tagħmir hi l-ekwivalenti tal-prezz fi flus fid-data tar-rikonoxximent. Jekk il-ħlas ikun differit lil hemm mit-termini normali tal-kreditu, id-differenza bejn l-ekwivalenti tal-prezz fi flus u l-ħlas totali tkun rikonoxxuta bħala mgħax fuq il-perjodu tal-kreditu sakemm dan l-imgħax ma jkunx ikkapitalizzat b'konformità mal-IAS 23.

▼B

24 Oġġett wieħed jew aktar ta' proprjetà, impjant u tagħmir jista' jiġi akkwistat permezz ta' iskambju ta' assi jew assi mhux monetarji, jew taħlita ta' assi monetarji u mhux monetarji. Id-diskussjoni li ġejja tirreferi sempliċement għall-iskambju ta' assi mhux monetarju għal ieħor, iżda tapplika wkoll għall-iskambji kollha deskritti fis-sentenza preċedenti. Il-kost ta' oġġett bħal dan ta' proprjetà, impjant u tagħmir jiġi mkejjel bil-valur ġust ħlief jekk (a) it-tranżazzjoni ta' skambju ma jkollhiex sustanza kummerċjali jew (b) la l-valur ġust tal-assi riċevut lanqas ta' dak mogħti ma jkun jista' jitkejjel b'mod affidabbli. L-oġġett akkwistat jitkejjel b'dan il-mod anke jekk entità ma tistax ma tirrikonoxxix immedjatament l-assi mogħti. Jekk l-oġġett akkwistat ma jitkejjilx b'valur ġust, il-kost tiegħu jitkejjel bl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi mogħti.

25 Entità tistabbilixxi jekk tranżazzjoni ta' skambju għandhiex sustanza kummerċjali billi tikkunsidra kemm il-flussi ta' flus futuri tagħha huma mistennija li jinbidlu minħabba t-tranżazzjoni. Tranżazzjoni ta' skambju għandha sustanza kummerċjali jekk:

(a) il-konfigurazzjoni (riskju, żmien u ammont) tal-fluss ta' flus tal-assi riċevut tkun differenti mill-konfigurazzjoni tal-flussi ta' flus tal-assi trasferit, jew

(b) il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mill-bidliet fit-tranżazzjoni jinbidel minħabba l-iskambju, u

(c) id-differenza f'(a) jew (b) tkun sinifikanti meta mqabbla mal-valur ġust tal-assi skambjati.

Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni ta' skambju jkollhiex sustanza kummerċjali, il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni għandu jirrifletti l-flussi ta' flus wara t-taxxa. Ir-riżultat ta' dawn l-analiżi jista' jkun ċar mingħajr ma entità jkollha twettaq kalkoli dettaljati.

▼M33

26 Il-valur ġust ta’ assi jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista' tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust kemm tal-assi riċevut jew tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost tal-assi riċevut sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti.

▼B

27 Il-kost ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir miżmuma minn kerrej taħt kuntratt ta' kiri finanzjarju jiġi ddeterminat skont l-IAS 17.

28 L-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jista' jitnaqqas minn għotjiet tal-gvern skont l-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet tal-Gvern u Żvelar tal-Għajnuna tal-Gvern.

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

29 Entità għandha tagħżel jew il-mudell tal-kost f'paragrafu 30 jew il-mudell ta' rivalutazzjoni f'paragrafu 31 bħala l-politika tal-kontabilità tagħha u għandha tapplika dik il-politika għal klassi sħiħa ta' proprjetà, impjant u tagħmir.

Mudell tal-Kost

30 Wara r-rikonoxximent bħala assi, oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir għandu jiġi rikonoxxut bl-ispiża tiegħu wara li jitnaqqsu kull deprezzament akkumulat u telf ta' indeboliment akkumulati.

Mudell ta' Rivalutazzjoni

31 Wara r-rikonoxximent bħala assi, oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir li l-valur ġust tagħha jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli għandu jiġi rikonoxxut b'valur stmat mill-ġdid, li jkun il-valur ġust tiegħu fid-data tar-rivalutazzjoni wara li jitnaqqsu kull deprezzament akkumulat sussegwentement u telf ta' indeboliment akkumulati sussegwentement. Rivalutazzjonijiet għandhom isiru b'regolarità suffiċjenti li tiżgura li l-ammont miżmum fil-kotba ma jkunx ivarja materjalment minn dak li jiġi stabbilit jekk jintuża l-valur ġust ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtat. ◄

▼M33 —————

▼B

34 Il-frekwenza tar-rivalutazzjonijiet tiddependi fuq il-bidliet fil-valuri ġusti tal-entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir li jkunu qed jiġu stmati mill-ġdid. Meta l-valur ġust ta' assi stmat mill-ġdid jkun ivarja materjalment mill-ammont rikonoxxut tiegħu, tkun meħtieġa rivalutazzjoni ġdida. Xi entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir jgħaddu minn bidliet sinifikanti u volatili fil-valur ġust, b'hekk li tkun meħtieġa rivalutazzjoni kull sena. Dawn ir-rivalutazzjonijiet ta' spiss mhumiex meħtieġa għal entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir b'bidliet insinifikanti biss fil-valur ġust. Minflok, jista' jkun meħtieġ li l-oġġett jiġi stmat mill-ġdid biss kull tlieta jew ħames snin.

35 Meta oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jiġi rivalwat, kwalunkwe deprezzament akkumulat fid-data tar-rivalwazzjoni jiġi ttrattat f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) irridikjarat b’mod proporzjonat mal-bidla fl-ammont riportat gross tal-assi b’mod li l-ammont riportat tal-assi wara r-rivalwazzjoni jkun daqs l-ammont rivalwat tiegħu.

Dan il-metodu jintuża spiss meta assi jiġi rivalwat permezz tal-applikazzjoni ta’ indiċi biex ikun jista’ jiġi stabilit il-prezz ta’ sostituzzjoni tiegħu (ara l-IFRS 13).

▼B

(b) eliminat kontra l-ammont miżmum fil-kotba gross tal-assi u l-ammont nett iddikjarat mill-ġdid għall-ammont stmat mill-ġdid tal-assi. Dan il-metodu spiss jintuża għall-bini.

L-ammont tal-aġġustament li jinħoloq mad-dikjarazzjoni b'mod ġdid jew l-eliminazzjoni tad-deprezzament akkumulat, ikun jifforma parti miż-żjieda jew tnaqqis fl-ammont miżmum fil-kotba li jitniżżel fil-kontijiet skont il-paragrafi 39 u 40.

36 Jekk oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jiġi stmat mill-ġdid, il-klassi kollha ta' proprjetà, impjant u tagħmir li taħtha jaqa' l-assi għandha tiġi stmata mill-ġdid.

37 Klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir hi grupp ta' assi ta' natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta' entità. Dawn li ġejjin huma eżempji ta' klassijiet separati:

(a) art;

(b) art u bini;

(c) makkinarju;

(d) vapuri;

(e) ajruplani;

(f) vetturi bil-mutur;

(g) għamara u tagħmir fiss; u

(h) tagħmir tal-uffiċċju.

38 L-entrati fi klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir huma stmati mill-ġdid fl-istess ħin biex tiġi evitata rivalutazzjoni selettiva ta' assi u r-rappurtaġġ ta' ammonti fir-rapporti finanzjarji li jkunu taħlita ta' spejjeż u valuri f'dati differenti. Madankollu, klassi ta' assi tista' tiġi stmata mill-ġdid fuq bażi rolling kemm-il darba r-rivalutazzjoni tal-klassi ta' assi titlesta fi żmien qasir u kemm-il darba r-rivalutazzjonijiet jinżammu aġġornati.

39 Jekk l-ammont ta’ assi kif miżmum fil-kotba jiżdied b'riżultat ta’ rivalutazzjoni, iż-żieda għandha tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u akkumulata fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni. ◄ Madankollu, iż-żjieda għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew f'telf sal-punt li din tagħmel inverżjoni tat-tnaqqis fir-rivalutazzjoni tal-istess assi rikonoxxut qabel fi profitt jew f'telf.

40 Jekk l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi jitnaqqas b'riżultat ta' rivalutazzjoni, it-tnaqqis għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, it-tnaqqis għandu jiġi ddebitat direttament għal l-ekwità taħt l-intestatura ta' bilanċ fuq rivalutazzjoni safejn ikun jeżisti xi bilanċ ta' kreditu fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni b'konnessjoni ma' dak l-assi.

41 Il-bilanċ fuq rivalutazzjoni inkluż fil-l-ekwità b'konnessjoni mal-oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jista' jiġi ttrasferit direttament għal qligħ imfaddal meta l-assi ma jibqax rikonoxxut. Dan jista' jinvolvi t-trasferiment tal-bilanċ favorevoli kollu meta l-assi jiġi rtirat jew meta jsir id-disponiment tiegħu. ►M5  Madankollu, it-tnaqqis għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv sal-punt ta’ kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu li jkun hemm fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni fir-rigward ta’ dak l-assi. It-tnaqqis rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv inaqqas l-ammont akkumulat fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni. ◄

42 L-effetti tat-taxxi fuq id-dħul, jekk ikun hemm, li jirriżultaw mir-rivalutazzjoni ta' proprjetà, impjant u tagħmir huma rikonoxxuti u żvelati b'konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul.

Deprezzament

43 Kull parti ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir bi spiża li tkun sinifikanti b'relazzjoni mal-ispiża totali tal-oġġett għandha tiġi deprezzata separatament.

▼M12

44 Entità talloka l-ammont rikonoxxut fil-bidu b’konnessjoni ma’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir għall-partijiet sinifikanti tiegħu u tiddeprezza separatament kull waħda minn dawn il-partijiet. Pereżempju, jista’ jkun f’waqtu li jsir deprezzament separat tal-korp tal-ajruplan u tal-magni tiegħu, sew jekk hu proprjetà tal-entità kemm jekk suġġett għal kiri finanzjarju. Bl-istess mod, jekk entità takkwista proprjetà, impjanti u tagħmir soġġetti għal kiri operattiv fejn hija tkun sid il-kera, jista’ jkun xieraq li jiġu diprezzati separatament ammonti riflessi fil-kost ta’ dak l-oġġett li jkunu attribwibbli għal termini ta’ kiri favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq.

▼B

45 Parti sinifikanti ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir jista' jkollha ħajja tal-utilità u metodu ta' deprezzament li jkunu l-istess bħall-ħajja tal-utilità u l-metodu ta' deprezzament ta' parti sinifikanti oħra ta' dak l-istess oġġett. Dawn il-partijiet jistgħu jiġu aggruppati biex jiġi stabbilit id-debitu tad-deprezzament.

46 Safejn entità tagħmel deprezzament separat ta' xi partijiet ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir, tagħmel ukoll deprezzament separat għall-bqija tal-oġġett. Il-bqija jikkonsisti fil-partijiet tal-oġġett li individwalment ma jkunux sinifikanti. Jekk entità jkollha aspettattivi li jvarjaw għal dawn il-partijiet, jistgħu jkunu meħtieġa mezzi tekniċi ta' approssimazzjoni biex isir deprezzament tal-bqija b'mod li jirrappreżenta b'mod affidabbli l-format tal-konsum u/jew il-ħajja tal-utilità tal-partijiet tiegħu.

47 Entità tista' tagħżel li tagħmel deprezzament separat tal-partijiet ta' oġġett li ma jkollhomx spiża li tkun sinifikanti b'relazzjoni mal-ispiża totali tal-oġġett.

48 Id-debitu ta' deprezzament għal kull perijodu għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf ħlief jekk jiġi inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi ieħor.

49 Id-debitu tad-deprezzament għal perijodu normalment jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf. Madankollu, xi kultant, il-benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu jinsabu f'assi jiġu assorbiti fil-produzzjoni ta' assi oħrajn. F'dan il-każ, id-debitu tad-deprezzament jikkostitwixxi parti tal-ispiża tal-assi l-ieħor u jiġi inkluż fl-ammont rikonoxxut tiegħu. Pereżempju, id-deprezzament ta' impjant u tagħmir tal-manifattura hu inkluż fil-kosti tal-konverżjoni ta' inventarji (ara l-IAS 2). Bl-istess mod, id-deprezzament ta' proprjetà, impjant u tagħmir użati għal attivitajiet ta' żvilupp jistgħu jiġu inklużi fl-ispiża ta' assi intanġibbli rikonoxxut skont l-IAS 38 Assi Intanġibbli.

Ammont deprezzabbli u perijodu ta' deprezzament

50 L-ammont deprezzabbli ta' assi għandu jiġi allokat fuq bażi sistematika matul il-ħajja tal-utilità.

51 Il-valur residwu u l-ħajja tal-utilità ta' assi għandhom jiġu riveduti ta' mill-inqas fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja u, jekk l-aspettattivi jvarjaw mill-estimi preċedenti, il-bidla(iet) għandha titniżżel fil-kontijiet bħala bidla fl-istima tal-kontabilità skont l-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

52 Id-deprezzament hu rikonoxxut anki jekk il-valur ġust tal-assi jaqbeż l-ammont rikonoxxut tiegħu, saemm il-valur residwu tal-assi ma jaqbiżx l-ammont rikonoxxut tiegħu. It-tiswija u l-manutenzjoni ta' assi ma jinnegawx il-ħtieġa li jsirlu deprezzament.

53 L-ammont deprezzabbli ta' assi jiġi stabbilit wara li jitnaqqas il-valur residwu tiegħu. Fil-prattika, il-valur residwu ta' assi hu spiss insinifikanti u għaldaqstant immaterjali fil-kalkolu tal-ammont deprezzabbli.

54 Il-valur residwu ta' assi jista' jiżdied għal ammont ugwali jew akbar mill-ammont rikonoxxut tal-assi. Jekk jagħmel hekk, id-debitu ta' deprezzament tal-assi jkun żero ħlief jekk u sakemm il-valur residwu tiegħu sussegwentement jonqos għal ammont taħt l-ammont rikonoxxut tal-assi.

55 Id-deprezzament ta' assi jibda meta jkun disponibbli għall-użu, jiġifieri meta jkun fil-lok u fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun jista' jitħaddem bil-mod intiż mill-maniġment. Id-deprezzament ta' assi jieqaf fid-data meta l-assi jiġi kklassifikat bħala li hu miżmum għall-bejgħ ((jew inkluż fi grupp tad-disponiment li hu kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5, jew id-data meta l-assi jiġi de-rikonoxxut. Għaldaqstant, id-deprezzament ma jieqafx meta l-assi ma jibqax jintuża jew meta jiġi rtirat mill-użu attiv ħlief jekk l-assi jkun ġie deprezzat għal kollox. Madankollu, skont metodi ta' użu ta' deprezzament d-debitu ta' deprezzament jista' jkun żero meta ma jkun hemm ebda produzzjoni.

56 Il-benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu jinsabu f'assi huma kkunsmati minn entità prinċipalment bl-użu tiegħu. Madankollu, fatturi oħrajn, bħal meta joħrog mill-użu teknikament jew kummerċjalment u t-tqagħbir waqt li assi ma jkunx qed jintuża, spiss iwasslu għal tnaqqis fil-benefiċċji ekonomiċi li setgħu jinkisbu mill-assi. Minħabba f'hekk, jitqiesu l-fatturi kollha li ġejjin biex tiġi stabbilita l-ħajja tal-utilità ta' assi:

(a) l-użu mistenni tal-assi. L-użu jiġi stmat b'referenza għall-kapaċità mistennija tal-assi jew il-produzzjoni fiżika tiegħu.

(b) it-tqagħbir bl-użu fiżiku mistenni, li jiddependi fuq fatturi operattivi bħan-numru ta' xiftijiet li fihom l-assi jkun ser jintuża u l-programm ta' tiswija u manutenzjoni, u l-kura u l-manutenzjoni tal-assi waqt li ma jkunx qed jintuża.

(c) meta joħrog mill-użu teknikament jew kummerċjalment minħabba bidliet jew titjib fil-produzzjoni, jew minħabba bidla fid-domanda tas-suq għall-produzzjoni jew servizz mogħtija mill-assi.

(d) limiti legali jew oħrajn simili fl-użu tal-assi, bħad-dati ta' skadenza tal-kirjiet relatati.

57 Il-ħajja tal-utilità ta' assi hija ddefinita f'termini tal-utilità mistennija tal-assi għall-entità. Il-politika ta' maniġġar tal-assi adottata mill-entità tista' tinvolvi d-disponiment ta' assi wara żmien speċifikat jew wara l-konsum ta' proporzjon speċifikat tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi. Għaldaqstant, il-ħajja tal-utilità tal-assi tista' tkun iqsar mill-ħajja ekonomika tiegħu. L-istima tal-ħajja tal-utilità tal-assi hi kwistjoni ta' ġudizzju għaqli bbażata fuq l-esperjenza tal-entità b'assi simili.

58 Art u bini huma assi separabbli u jitniżżlu fil-kontijiet separatament, anki meta jiġu akkwistati flimkien. B'xi ftit eċċezzjonijiet, bħal barrieri u siti użati għal landfill, l-art għandha ħajja tal-utilità mhux limitat u għalhekk ma tiġix deprezzata. Il-bini għandu ħajja limitata tal-utilità u għalhekk hu assi li jista' jiddeprezza. Żjieda fil-valur tal-art li fuqha jkun jinsab bini ma taffettwax il-kalkolu tal-ammont deprezzabbli tal-bini.

59 Jekk l-ispiża ta' art tinkludi l-kosti tal-ħatt, it-tneħħija u r-restawr tas-sit, dak il-porzjon tal-assi ta' art jiġi deprezzat matul il-perijodu ta' benefiċċji miksuba minħabba n-nefqa ta' dawk il-kosti. F'xi każijiet, l-art innifisha jista' jkollha ħajja limitata tal-utilità, f'liema każ tiġi ddeprezzata b'mod li jirrifletti l-benefiċċji li jridu jinkisbu minnha.

Metodu ta' deprezzament

60 Il-metodu ta' deprezzament użat għandu jirrefletti l-mod ta' kif il-benefiċċji ekonomiċi futuri tal-assi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità.

61 Il-metodu ta' deprezzament applikat għal assi għandu jiġi rivedut ta' mill-inqas fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja u, jekk kien hemm bidla sinifikanti fit-tendenza mistennija ta' konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi, il-metodu għandu jinbidel biex jirrifletti t-tendenza mibdula. Din il-bidla għandha titniżżel fil-kontijiet bħala bidla fl-istima tal-kontabilità skont l-IAS 8.

62 Jistgħu jintużaw varjetà ta' metodi ta' deprezzament biex jiġi allokat l-ammont deprezzabbli ta' assi fuq bażi sistematika matul il-ħajja tal-utilità. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu tal-linja dritta, il-metodu ta' bilanċ ridott u l-metodu ta' unitajiet ta' produzzjoni. Id-deprezzament tal-linja dritta jirriżulta f'debitu kostanti matul il-ħajja tal-utilità jekk il-valur residwu tal-assi ma jinbidilx. Il-metodu ta' bilanċ ridott jirriżulta f'debitu li jonqos matul il-ħajja tal-utilità. Il-metodu ta' unitajiet ta' produzzjoni jwassal għal debitu bbażat fuq l-użu jew il-produzzjoni mistennija. L-entità tagħżel il-metodu li jirrifletti l-aktar mill-qrib il-format mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi. Dak il-metodu jiġi applikat b'mod konsistenti minn perijodu għal perijodu ħlief jekk ikun hemm bidla fil-format mistenni tal-konsum ta' dawn il-benefiċċji ekonomiċi futuri.

Indeboliment

63 Biex jiġi stabbilit jekk oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir tkunx indebolita, entità tapplika l-IAS 36 Indeboliment ta' Assi. Dak l-Istandard jispjega kif entità tirrevedi l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi tagħha, kif hi tistabbilixxi l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi, u meta hi tirrikonoxxi, jew taqleb ir-rikonoxximent ta', telf ta' indeboliment.

64 [Imħassra]

Kumpens għal indeboliment

65 Kumpens minn partijiet terzi għal entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir li jkunu ġew indeboliti, mitlufa jew mogħtija għandhom jiġu inklużi fil-profitt jew telf meta l-kumpens isir riċevibbli.

66 Indebolimenti jew telf ta' entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir, klejms relatati għal jew ħlasijiet ta' kumpens minn partijiet terzi u kull xiri sussegwenti jew kostruzzjoni ta' assi ta' sostituzzjoni huma avvenimenti ekonomiċi separati u jitniżżlu fil-kontijiet separatament biex jaqraw kif ġej:

(a) indebolimenti ta' entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir huma rikonoxxuti skont l-IAS 36;

(b) irtirar tar-rikonoxximent ta' entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir irtirati jew ittrasferiti jiġi stabbilit skont dan l-Istandard;

(c) kumpens minn partijiet terzi għal entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir li jkunu ġew indeboliti, mitlufa jew mogħtija hu inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew telf meta jsir riċevibbli; u

(d) l-ispiża ta' entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir irrestawrati, mixtrija jew mibnija bħala sostituzzjonijiet tiġi stabbilita skont dan l-Istandard.

IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT

67 Għandu jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir:

(a) mad-disponiment; jew

(b) meta l-ebda benefiċċji ekonomiċi futuri ma jkunu mistennija mill-użu jew mid-disponiment tiegħu.

68 Il-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir għandhom jiġu inklużi fil-profitt jew telf meta l-oġġett ma jkunx rikonoxxut (ħlief jekk l-IAS 17 ikun jeħtieġ mod ieħor mal-bejgħ u kiri lura). Il-qligħ m'għandux jiġi kklassifikat bħala dħul.

▼M8

68A Madankollu, entità li, matul il-kors tal-attivitajiet ordinarji tagħha, b’mod ta’ rutina jbiegħu oġġetti ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li żammet għall-kiri lil oħrajn għandha tittrasferi t-tali assi għal inventarji bl-ammont miżmum fil-kotba tagħhom meta jieqfu jkunu għall-kiri u jsiru miżmuma għall-bejgħ. Id-dħul mill-bejgħ tat-tali assi għandu jkun rikonoxxut bħala dħul skont l-IAS 18 Dħul. L-IFRS 5 ma tapplikax meta l-assi li jinżammu għall-bejgħ matul il-kors ordinarji tan-negozju jkunu ttrasferiti għal inventarji.

▼M8

69 Id-disponiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jista’ jseħħ f’varjetà ta’ modi (eż. bil-bejgħ, bid-dħul f’-kuntratt ta’ kera finanzjarja jew b’donazzjoni. Fl-istabbiliment tad-data tad-disponiment ta’ oġġett, entità għandha tapplika l-kriterji taħt l-IAS 18 għar-rikonoxximent tad-dħul mill-bejgħ tal-oġġetti. L-IAS 17 tapplika għad-disponiment bil-bejgħ u kiri lura.

▼B

70 Jekk, skont il-prinċipju tar-rikonoxximent f'paragrafu 7, entità tirrikonoxxi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir, l-ispiża ta' sostituzzjoni għal parti tal-oġġett, mbagħad ma tirrikonoxxix l-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita irrispettivament minn jekk il-parti sostitwita kinetx ġiet deprezzata separatament. Jekk ma jkunx prattikabbli għal entità li tistabbilixxi l-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita, hi tista' tuża l-kost tas-sostituzzjoni bħala indikazzjoni ta' x'kienet il-kost tal-parti ssostitwita fil-ħin meta din tkun ġiet akkwistata jew mibnija.

71 Il-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir għandu jiġi stabbilit bħala d-differenza bejn l-ammont nett rikavat minn disponiment, jekk ikun hemm, u l-ammont miżmum fil-kotba tal-oġġett.

72 Il-korrispettiv riċevibbli mad-disponiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir hu rikonoxxut inizjalment skont il-valur ġust tiegħu. Jekk il-ħlas għall-oġġett jiġi differit, il-korrispettiv riċevut jiġi rikonoxxut fil-bidu bl-ekwivalenti fil-prezz fi flus. Id-differenza bejn l-ammont nominali tal-korrispettiv u l-prezz fi flus ekwivalenti hi rikonoxxuta bħala dħul ta' interessi skont l-IAS 18 li jirrifletti r-rendita effettiva fuq l-ammont riċevibbli.

ŻVELAR

73 Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiżvelaw, għal kull klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir:

(a) il-bażi tal-kejl użata għall-kalkolu tal-ammont gross miżmum fil-kotba;

(b) il-metodi ta' deprezzament użati;

(c) iż-żminijiet ta' utilità jew ir-rati ta' deprezzament użati;

(d) l-ammont gross miżmum fil-kotba u d-deprezzament akkumulat (miżjud bit-telf ta' indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu; u

(e) tqabbil tal-ammont miżmum fil-kotba fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu li juri:

(i) żjidiet;

(ii) assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 u disponimenti oħrajn;

(iii) akkwisti permezz ta' kombinamenti ta' negozji;

(iv) żjidiet jew tnaqqis li jirriżultaw minn rivalutazzjonijiet taħt il-paragrafi 31, 39 u 40 u minn telf ta' indeboliment rikonoxxuti ►M5  jew imreġġa' lura fi dħul ieħor komplessiv ◄ skont l-IAS 36;

(v) telf ta' indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew telf skont l-IAS 36;

(vi) telf ta' indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew telf skont l-IAS 36;

(vii) deprezzament;

(viii) id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji mill-munita funzjonali għal munita ta' preżentazzjoni differenti, inkluż l-qlib ta' operazzjoni barranija fil-munita ta' preżentazzjoni tal-entità li tirrapporta; u

(ix) bidliet oħrajn.

74 Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiżvelaw ukoll:

(a) l-eżistenza u l-ammonti ta' restrizzjonijiet fuq titolu, u proprjetà, impjant u tagħmir mogħtija bħala garanzija għall-obbligi;

(b) l-ammont ta' nfiq rikonoxxuti fl-ammont miżmum fil-kotba ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir matul iż-żmien tal-kostruzzjoni tiegħu;

(c) l-ammont ta' impenji kuntrattwali għall-akkwiżizzjoni ta' proprjetà, impjant u tagħmir; u

(d) jekk ma jkunx żvelat separatament ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu, l-ammont ta' kumpens minn partijiet terzi għal entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir li kienu indeboliti, mitlufa jew mogħtija li hu inkluż mal-profitt jew telf.

75 L-għażla tal-metodu ta' deprezzament u l-istima tal-ħajja tal-utilità ta' assi huma kwistjonijiet ta' ġudizzju għaqli. Għalhekk, l-iżvelar tal-metodi adottati u ż-żminijiet ta' użu stmati jew ir-rati ta' deprezzament jipprovdu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji b'informazzjoni li tippermettilhom li jirrevedu l-politika magħżula mill-maniġment u tippermetti li jsiru paraguni ma' entitajiet oħrajn. Għal raġunijiet simili, hu meħtieġ li jiġi żvelat:

(a) id-deprezzament, kemm jekk rikonoxxut fil-profitt jew telf jew bħala parti mill-ispiża ta' assi oħrajn, matul perijodu; u

(b) deprezzament akkumulat fit-tmiem tal-perijodu.

76 Skont l-IAS 8 entità tiżvela n-natura u l-effett ta' bidla fl-istima tal-kontabilità li kellha effett fil-perijodu kurrenti jew li hi mistennija li jkollha effett fil-perijodi sussegwenti. Għall-proprjetà, impjant u tagħmir, dan l-iżvelar jista' jirriżulta minn bidliet fl-istimi b'konnessjoni ma':

(a) valuri residwi;

(b) il-kosti stmati tal-ħatt, tat-tneħħija jew tar-restawr ta' entrati ta' proprjetà, impjant u tagħmir;

(c) żminijiet ta' utilità; u

(d) metodi ta' deprezzament.

77  Jekk oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jiġu ddikjarati fl-ammonti rivalwati, dan li ġej għandu jkun iddivulgat flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-IFRS 13:

(a) id-data effettiva tar-rivalutazzjoni;

(b) jekk kienx involut stimatur indipendenti;

▼M33

(c)  [imħassar]

(d)  [imħassar]

▼B

(e) għal kull klassi stmata mill-ġdid ta' proprjetà, impjant u tagħmir, l-ammont miżmum fil-kotba li kien jiġi rikonoxxut li kieku l-assi kienu rikonoxxuti taħt il-mudell tal-kost; u

(f) il-bilanċ fuq rivalutazzjoni, li jindika l-bidla għall-perijodu u kull restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjoni tal-bilanċ lill-azzjonisti.

78 Skont l-IAS 36 entità tiżvela informazzjoni dwar proprjetà, impjant u tagħmir indeboliti flimkien mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 73(e)(iv)-(vi).

79 L-utenti ta' rapporti finanzjarji jistgħu jsibu wkoll l-informazzjoni li ġejja rilevanti għall-ħtiġijiet tagħhom:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà, impjant u tagħmir li temporanjament ma jkunux qed jintużaw;

(b) l-ammont miżmum fil-kotba gross ta' kull proprjetà, impjant u tagħmir deprezzati għal kollox li jkunu għadhom jintużaw;

(c) l-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà, impjant u tagħmir irtirat mill-użu attiv u mhux ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5; u

(d) meta jintuża l-mudell tal-kost, il-valur ġust ta' proprjetà, impjant u tagħmir meta dan ikun materjalment differenti mill-ammont rikonoxxut.

Għalhekk, l-entitajiet huma mħeġġa li jiżvelaw dawn l-ammonti.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

80 Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 24–26 dwar il-kejl inizjali ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir akkwistat fi tranżazzjoni ta' skambju ta' assi għandhom jiġu applikati prospettivament biss għal tranżazzjonijiet futuri.

DATA EFFETTIVA

81 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

81A Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafu 3 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 6 għal perijodu aktar bikri, din l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perijodu aktar bikri.

▼M5

81B L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 39, 40 u 73(e)(iv). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M12

81C L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 44. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu iktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati wkoll għal dak il-perijodu iktar bikri.

▼M8

81D Il-paragrafi 6 u 69 kienu emendati u l-paragrafu 68A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi relatati tal-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus.

81E Il-paragrafu 5 kien emendat bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa jekk entità tapplika wkoll l-emendi għall-paragrafi 8, 9, 22, 48, 53, 53A, 54, 57 u 85B tal-IAS 40 fl-istess waqt. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M33

81F L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 6, emenda l-paragrafi 26, 35 u 77 u ħassar il-paragrafi 32 u 33. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M36

81G  Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 8. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼B

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

82 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir (rivedut fl-1998).

83 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) is-SIC6 Kosti tal-Modifika ta' Softwer Eżistenti;

(b) is-SIC14 Proprjetà, Impjant u TagħmirKumpens għall-Indeboliment jew Telf ta' Entrati; u

(c) is-SIC23 Proprjetà, Impjant u Tagħmir — Spezzjoni Maġġuri jew Spejjeż taż-Żarmar.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 17

Kuntratti ta' Kiri

GĦAN

1 L-objettiv ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi, għall-kerrejja u għas-sidien, il-politika tal-kontabilità u l-iżvelar xierqa li għandhom japplikaw għall-kuntratti ta' kiri.

AMBITU

2 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għall-kontabilità ta' kull xorta ta' kiri minbarra:

(a) kiri għat-tiftix jew l-użu ta' minerali, żejt, gass naturali u riżorsi simili li ma jirriġenerawx ruħhom; u

(b) ftehim tal-liċenzja għal affarijiet bħal films, reġistrazzjonijiet vidjo, drammi, manuskritti, privattivi u drittijiet tal-awtur.

Madanakollu, dan l-Istandard m'għandux jintuża bħala l-bażi tal-kejl ta':

(a) proprjetà miżmuma minn kerreja li titniżżel fil-kontijiet bħala proprjetà ta' investiment (ara l-IAS 40 Proprjetà ta' Investiment);

(b) proprjetà ta' investiment ipprovduta mis-sidien taħt kirjiet operattivi (ara l-IAS 40);

(ċ) assi bioloġiċi miżmuma minn kerrej taħt kirjiet finanzjarji (ara l-IAS 41 Agrikoltura); jew

(d) assi bijoloġiċi pprovduti minn sidien taħt kirjiet operattivi (ara l-IAS 41).

3 Dan l-Istandard japplika għal kull ftehim li jittrasferixxi d-dritt li jintużaw assi anki jekk jistgħu jkunu meħtieġa servizzi sostanzjali mis-sid f'rabta mal-operat jew mal-manutenzjoni ta' dawn l-assi. Dan l-Istandard ma japplikax għal dawk il-ftehim li huma kuntratti għal servizzi li ma jittrasferixxux d-dritt li jintużaw l-assi bejn parti kontraenti u l-oħra.

DEFINIZZJONIJIET

4 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Kuntratt ta' kiri huwa ftehim li permezz tiegħu s-sid jagħti lill-kerrej bi ħlas jew b'serje ta' pagamenti, id-dritt li juża assi għal perijodu ta' żmien miftiehem.

Kiri finanzjarju huwa kiri li sostanzjalment jittrasferixxi r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess ta' assi. It-titolu jista' jew ma jistax jiġi eventwalment trasferit.

Kiri operattiv hu kiri minbarra kiri finanzjarju.

Kiri li ma jistax jiġi kkanċellat huwa kiri li jista' jiġi kkanċellat biss:

(a) malli sseħħ xi kontinġenza remota;

(b) bil-permess tas-sid;

(ċ) jekk il-kerrej jidħol f'kuntratt ta' kiri ġdid għall-istess assi jew wieħed ekwivalenti mal-istess sid; jew

(d) mal-ħlas mill-kerrej ta' ammont addizzjonali li, mal-bidu tal-kuntratt ta' kiri, it-tkomplija tal-kirja hi waħda raġonevolment ċerta.

Il-bidu tal-kiri huwa jew id-data tal-ftehim tal-kiri jew id-data tal-impenn tal-partijiet għad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-kuntratt tal-kiri, skont liema tiġi l-ewwel. Sa minn din id-data:

(a) il-kuntratt tal-kiri jiġi kklassifikat bħala kiri operattiv jew kiri finanzjarju; u

(b) fil-każ ta' kiri finanzjarju, l-ammonti li għandhom jiġu rikonoxxuti fil-bidu tal-perijodu tal-kuntratt tal-kiri jiġu stabbiliti.

Il-bidu tal-perijodu tal-kuntratt tal-kiri huwa d-data minn meta l-kerrej huwa intitolat li jeżerċita d-dritt tiegħu li juża l-assi mikri. Huwa d-data tar-rikonoxximent inizjali tal-kiri (jiġifieri r-rikonoxximent tal-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu jew l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kuntratt tal-kiri, skont il-każ).

Il-perijodu tal-kuntratt tal-kiri huwa l-perijodu li ma jistax jiġi kkanċellat li għalih il-kerrej ikun intrabat li jikri l-assi flimkien ma' kondizzjonijiet oħrajn li għalihom il-kerrej ikollu l-għażla li jkompli jikri l-assi, b'aktar ħlas jew mingħajr, meta fil-bidu tal-kiri jkun raġonevolment ċert li l-kerrej ser jeżerċita l-għażla.

Il-ħlasijiet minimi tal-kuntratt tal-kiri huma l-ħlasijiet matul il-perijodu tal-kuntratt tal-kiri li l-kerrej huwa meħtieġ jew jista' jiġi mġiegħel iħallas, li teskludi r-renta li tista' tinqala', kosti għal servizzi u taxxi li jridu jitħallsu jew jiġu rimborsati lis-sid, flimkien ma'

(a) għal kerrej, kull ammont garantit mill-kerrej jew minn parti relatata mal-kerrej; jew

(b) għas-sid, kull valur ta' residwu garantit lis-sid minn:

(i) il-kerrej;

(ii) parti relatata mal-kerrej; jew

(iii) parti terza mhux relatata mas-sid li tkun finanzjarjament kapaċi twettaq l-obbligazzjonijiet taħt il-garanzija.

Madanakollu, jekk il-kerrej ikollu l-għażla li jixtri l-assi bi prezz li jkun mistenni li ser ikun aktar baxx mill-valur ġust tant li, fid-data meta l-għażla tkun tista' tiġi eżerċitata, jkun hemm ċertezza raġonevoli fil-bidu tal-kiri li l-għażla ser tiġi eżerċitata, il-ħlasijiet minimi tal-kirja jikkonsistu fil-ħlasijiet pagabbli fuq il-medda tal-perijodu tal-kuntratt tal-kiri sad-data mistennija tal-eżerċizzju ta' din l-għażla ta' xiri flimkien mal-ħlas meħtieġ biex tiġi eżerċitata.

Valur ġust huwa l-ammont li għalih jista' jiġi skambjat assi, jew li għalih tista' tiġi mħallsa obbligazzjoni, bejn partijiet infurmati u li għandhom ir-rieda fi tranżazzjoni distakkata.

Il-ħajja ekonomika hi jew:

(a) il-perijodu li matulu l-assi huwa mistenni li jista' jintuża ekonomikament minn utent wieħed jew aktar; jew

(b) in-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili li jistgħu jinkisbu mill-assi minn utent wieħed jew aktar.

Iż-żmien tal-utilità huwa l-perijodu rimanenti stmat, mil-bidu tal-perijodu tal-kuntratt tal-kiri, mingħajr limitazzjoni tal-perijodu tal-kuntratt tal-kiri, li matulu l-benefiċċji ekonomiċi li jinsabu fil-assi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità

Il-valur residwu garantit huwa:

(a) għal kerrej, dik il-parti tal-valur residwu li hi garantita mill-kerrej jew minn parti relatata mal-kerrej (l-ammont tal-garanzija huwa l-ammont massimu li jista', f'kull każ, isir pagabbli); u

(b) għas-sid, dik il-parti tal-valur residwu li hi garantita mill-kerrej jew minn parti terza mhux relatata mas-sid li hi finanzjarjament kapaċi twettaq l-obbligazzjonijiet taħt il-garanzija

Valur residwu mhux garantit huwa dak il-porzjon tal-valur residwu tal-assi mikri, li t-twettiq tiegħu mhuwiex żgurat mis-sid jew huwa garantit biss minn parti relatata mas-sid.

Kosti diretti inizjali huma kosti inkrementali li huma direttament attribwibbli għall-innegozzjar u l-arranġament ta' kuntratt ta' kiri, ħlief għal dawk il-kosti li jsiru mis-sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti.

Investiment gross fil-kuntratt tal-kiri huwa t-total ta':

(a) il-ħlasijiet minimi tal-kuntratt ta' kiri li jirċievi s-sid taħt kiri finanzjarju, u

(b) kull valur residwu mhux garantit li jakkumula favur is-sid.

Investiment nett fil-kuntratt ta' kiri huwa l-investiment gross fil-kuntratt ta' kiri skontat bir-rata ta' interessi implċita fil-kuntratt ta' kiri.

Introjtu finanzjarju mhux maqlugħ huwa d-differenza bejn:

(a) l-investiment gross fil-kuntratt ta' kiri, u

(b) l-investiment nett fil-kuntratt ta' kiri.

Ir-rata ta' interessi impliċita fil-kuntratt ta' kiri hi r-rata ta' skont li, fil-bidu tal-kuntratt ta' kiri, tikkawża li l-valur tat-total preżenti ta' (a) il-ħlasijiet minimi tal-kuntratt ta' kiri u (b) il-valur residwu mhux garantit ikunu ugwali għat-total ta' (i) il-valur ġust tal-assi mikri u (ii) l-kosti kollha diretti inizjali tas-sid.

Ir-rata ta' interessi fuq is-self li tiżdied hi r-rata ta' interessi li l-kerrej ikollu jħallas fuq kuntratt ta' kiri simili jew, jekk din ma tkunx tista' tiġi stabbilita, ir-rata li, fil-bidu tal-kuntratt ta' kiri, il-kerrej ikollu jħallas sabiex jissellef għal perijodu simili, u b'garanzija simili, il-fondi meħtieġa għax-xiri tal-assi.

Renta li tista' tinqala' hi dak il-porzjon tal-ħlasijiet tal-kuntratt ta' kiri li mhuwiex iffissat bħala ammont iżda li huwa bbażat fuq l-ammont futur ta' fattur li jinbidel iżda mhux bil-mogħdija taż-żmien (eż. perċentwal ta' bejgħ fil-futur, ammont ta' użu fil-futur, indiċi ta' prezzijiet fil-futur, rati ta' interessi tas-suq fil-futur).

5 Ftehim jew impenn ta' kiri jista' jinkludi dispożizzjoni sabiex jiġu aġġustati l-ħlasijiet tal-kiri għal bidliet fil-prezz tal-kostruzzjoni jew tal-akkwist tal-proprjetà mikrija jew għal bidliet f'xi kejl ieħor ta' kost jew valur, bħal livelli ġenerali ta' prezzijiet, jew fil-kosti tas-sid fl-iffinanzjar tal-kiri, matul il-perijodu bejn il-bidu tal-kuntratt ta' kiri u l-bidu tal-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri. Jekk ikun il-każ, l-effett ta' dawn il-bidliet għandu jitqies li jkun seħħ fil-bidu tal-kuntratt ta' kiri għall-iskopijiet ta' dan l-Istandard.

6 Id-definizzjoni ta' kuntratt ta' kiri tinkludi kuntratti għall-kiri ta' assi li jinkludu dispożizzjoni li jagħtu lill-kerrej l-għażla li jakkwista t-titolu fuq l-assi malli jiġu mwettqa l-kondizzjonijiet miftehma. Dawn il-kuntratti huma xi kultant imsejħa kuntratti ta' xiri bi ħlas bin-nifs.

▼M33

6A L-IAS 17 juża t-terminu “valur ġust” b’mod differenti f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. Għalhekk, meta tapplika l-IAS 17 entità għandha tkejjel il-valur ġust skont l-IAS 17, mhux skont l-IFRS 13.

▼B

KLASSIFIKAZZJONI TA' KUNTRATTI TA' KIRI

7 Il-klassifikazzjoni ta' kuntratti ta' kiri adottati f'dan l-Istandard hi bbażata fuq il-grad ta' kemm ir-riskji u benefiċċji huma relatati mal-pussess ta' assi mikri jaqgħu fuq is-sid jew fuq il-kerrej. Ir-riskji jinkludu l-possibilitajiet ta' telf minn nuqqas ta' użu jew minħabba l-iżvilupp ta' teknoloġiji li jikkawżaw li ma jibqax jintuża, u varjazzjonjiet fir-redditu minħabba bidla fil-kondizzjonijiet ekonomiċi. Il-gwandanji jistgħu jkunu rrappreżentati mill-aspettattiva ta' operat profittabbli matul il-ħajja ekonomika tal-assi u qligħ mill-apprezzament fil-valur jew konverżjoni tal-valur residwu.

8 Kuntratt ta' kiri huwa kklassifikat bħala kiri finanzjarju jekk jittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-jedd tal-proprjetà. Kuntratt ta' kiri huwa kklassifikat bħala kiri operattiv jekk ma jittrasferixxix b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess.

9 Minħabba li t-tranżazzjoni bejn sid u kerrej hi bbażata fuq ftehim ta' kiri bejniethom, huwa xieraq li jintużaw definizzjonijiet konsistenti. L-applikazzjoni ta' dawn id-definizzjonijiet għal ċirkustanzi differenti tas-sid u tal-kerrej tista' twassal biex l-istess kirja tiġi kklassifikata b'mod differenti minnhom. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ jekk sid igawdi minn garanzija ta' valur residwu mogħtija minn parti mhux relatata mal-kerrej.

10 Jekk kirja tkun kiri finanzjarju jew jekk kiri operattiv, jiddependi fuq is-sustanza tat-tranżazzjoni u mhux fuq il-forma tal-kuntratt ( 7 ). Eżempji ta' sitwazzjonijiet li individwalment jew f'kombinazzjoni normalment iwasslu biex kuntratt ta' kiri jiġi kklassifikat bħala kiri finanzjarju huma:

(a) il-kuntratt ta' kiri jittrasferixxi l-jedd ta' proprjetà tal-assi lill-kerrej sat-tmiem tal-perijodu tal-kuntratt ta' kiri;

(b) il-kerrej ikollu l-għażla li jixtri l-assi bi prezz li huwa mistenni li jkun aktar baxx mill-valur ġust tant li, fid-data meta l-għażla tkun tista' tiġi eżerċitata, jkun hemm ċertezza raġonevoli fil-bidu tal-kiri li l-għażla ser tiġi eżerċitata.

(ċ) il-perijodu tal-kiri jkun għall-biċċa l-kbira tal-ħajja ekonomika tal-assi anki jekk it-titolu ma jiġix trasferit;

(d) fil-bidu tal-kuntratt ta' kiri l-valur preżenti tal-ħlasijiet minimi tal-kiri jammontaw għal ta' mill-inqas sostanzjalment il-valur ġust kollu tal-assi mikri; u

(e) l-assi mikrijin huma ta' natura tant speċjalizzata li l-kerrej biss jista' jużahom mingħajr modifiki sostanzjali.

11 Indikaturi ta' sitwazzjonijiet li individwalment jew flimkien jistgħu jwasslu wkoll biex kuntratt ta' kiri jiġi kklassifikat bħala kiri finanzjarju huma:

(a) jekk il-kerrej jista' jtemm il-kirja, it-telf tas-sid relatati mat-terminazzjoni jagħmel tajjeb għalihom il-kerrej;

(b) il-qligħ u t-telf mill-varjazzjoni fil-valur ġust tal-akkumulazzjoni ta' residwu favur il-kerrej (pereżempju, fil-forma ta' rifużjoni tal-kera li tkun daqs il-biċċa l-kbira tal-qligħ mill-bejgħ fit-tmiem tal-kirja); u

(ċ) il-kerrej ikollu l-kapaċità li jkompli l-kirja għal perijodu sekondarju b'kera li tkun sostanzjalment aktar baxxa mill-kera fis-suq.

12 L-eżempji u l-indikaturi fil-paragrafi 10 u 11 mhumiex dejjem konklużivi. Jekk ikun ċar minn karatteristiċi oħrajn li l-kirja ma' tittrasferixxix b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess, il-kirja tiġi kklassifikata bħala kiri operattiv. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ jekk il-jedd ta' proprjetà tal-assi jittrasferixxi fit-tmiem tal-kirja għal ħlas varjabbli ugwali għall-valur ġust tagħha f'dak iż-żmien, jew jekk ikun hemm renta li tista' tinqala', li minħabba fiha l-kerrej ma jkollux sostanzjalment dawn ir-riskji u l-benefiċċji kollha.

13 Il-klassifikazzjoni ssir fil-bidu tal-kuntratt ta' kiri. Jekk f'xi ħin il-kerrej u s-sid jiftiehmu li jibdlu d-dispożizzjonijiet tal-kirja, ħlief billi jġeddu l-kirja, b'mod li kieku kien jirriżulta fi klassifikazzjoni differenti tal-kirja taħt il-kriterji fil-paragrafi 7–12 jekk it-termini mibdula kienu effettivi fil-bidu tal-kirja, il-ftehim rivedut jitqies bħala ftehim ġdid għall-perijodu tiegħu. Madanakollu, bidliet fl-istimi (pereżempju, bidliet fl-istimi tal-ħajja ekonomika jew tal-valur residwu tal-proprjetà mikrija), jew bidliet fiċ-ċirkustanzi (pereżempju, inadempjenza tal-kerrej), ma jagħtux lok għal klassifikazzjoni ġdida tal-kirja għall-iskopijiet tal-kontabilità.

▼M22 —————

▼M22

15A Meta kuntratt ta’ kiri jkun jinkludi elementi kemm ta’ art kif ukoll ta’ bini, entità għandha tevalwa l-klassifikazzjoni ta’ kull element bħala kiri finanzjarju jew kiri operattiv separatament skont il-paragrafi 7-13. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk l-element ta’ art huwiex kiri operattiv jew finanzjarju, konsiderazzjoni importanti hija li l-art normalment għandha ħajja ekonomika indefinita.

▼B

16 Kull meta jkun neċessarju sabiex tiġi kklassifikata u titniżżel fil-kontijiet kirja ta' art u bini, il-ħlasijiet minimi tal-kuntratt ta' kiri (inklużi kull ħlasijiet bil-quddiem f'forma ta' lump-sum) jiġu allokati bejn l-elementi tal-art u tal-bini b'mod proporzjonat mal-valuri ġusti relattivi tal-interessi tal-kirja fl-element tal-art u tal-bini fil-bidu tal-kuntratt ta' kiri. Jekk il-ħlasijiet tal-kuntratt ta' kiri ma jistgħux jiġu allokati b'mod affidabbli bejn dawn iż-żewġ elementi, il-kirja kollha tiġi kklassifikata bħala kirja finanzjarja, ħlief jekk ikun ċar li ż-żewġ elementi huma kirjiet operattivi, f'liema każ il-kirja kollha tiġi kklassifikata bħala kiri operattiv.

17 Għal kirja ta' art u bini li fiha l-ammont li inizjalment ikun rikonoxxut għall-element tal-art, skont il-paragrafu 20, ikun immaterjali, l-art u l-bini jistgħu jitqiesu bħala unità waħda għall-iskop tal-klassifikazzjoni tal-kuntratt ta' kiri u kklassifikata bħala kirjiet finanzjarji jew ta' kiri operattiv skont il-paragrafi 7-13. F'dak il-każ, il-ħajja ekonomika tal-bini titqies bħala l-ħajja ekonomika tal-assi kollu mikri.

18 Kejl separat tal-elementi tal-art u tal-bini mhuwiex meħtieġ meta l-interess tal-kerrej kemm fl-art u fil-bini mhuwiex meħtieġ meta l-interess tal-kerrej kemm fl-art u fil-bini jiġi kklassifikat bħala proprjetà ta' investiment skont l-IAS 40 u l-mudell tal-valur ġust jiġi adottat. Huma meħtieġa kalkoli dettaljati għal din l-istima biss jekk il-klassifikazzjoni ta' element wieħed jew tat-tnejn tkun fil-bqija waħda inċerta.

19 Skont l-IAS 40, huwa possibbli li kerrej jikklassifika interess fi proprjetà miżmuma taħt kiri operattiv bħala proprjetà ta' investiment. Jekk isir hekk, l-interess tal-proprjetà jitniżżel fil-kontijiet daqs li kieku kien kiri finanzjarju u, barra minn hekk, il-mudell ta' valur ġust jintuża għall-assi rikonoxxut. Il-kerrej għandu jkompli jniżżel il-kirja fil-kontijiet bħala kiri finanzjarju, anki jekk xi avveniment sussegwenti jbiddel in-natura tal-interess tal-kerrej fil-proprjetà b'tali mod li ma tibqax tiġi kklassifikata bħala proprjetà ta' investiment. Dan ikun il-każ jekk, pereżempju, il-kerrej:

(a) jokkupa l-proprjetà, li mbagħad tiġi ttrasferita lis-sid tal-proprjetà okkupata b'kost li hu stmat li hu l-istess daqs il-valur ġust tagħha fid-data tal-bidla tal-uzu; jew

(b) jagħmel sollokazzjoni li sostanzjalment tittrasferixxi r-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-jedd ta' proprjetà tal-interess lil parti terza mhux relatata. Din is-sollokazzjoni titniżżel fil-kontijiet mill-kerrej bħala kiri finanzjarju lill-parti terza, għalkemm tista' titniżżel fil-kontijiet bħala kiri operattiv mill-parti terza.

KUNTRATTI TA' KIRI FIR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-KERREJJA

Kiri finanzjarju

Rikonoxximent inizjali

20 Fil-bidu tal-perijodu tal-kuntratt ta' kiri, il-kerrejja għandhom jirrikonoxxu kirjiet finanzjarji bħala assi u obbligazzjonijiet fil-karti ta' bilanċ tagħhom f'ammonti ugwali għall-valur ġust tal-proprjetà mikrija jew, jekk aktar baxx, il-valur preżenti tal-ħlasijiet minimi tal-kuntratt ta' kiri, kull wieħed stabbilit fil-bidu tal-kuntratt ta' kiri. Ir-rata ta' skont li għandha tintuża fil-kalkolu tal-valur preżenti tal-ħlasijiet minimi tal-kuntratt ta' kiri hi r-rata ta' interessi impliċita fil-kirja, jekk din tkun tista' tiġi stabbilita b'mod prattiku; jekk le, għandha tintuża r-rata ta' self li tiżdied tal-kerrej. Il-kosti diretti inizjali kollha tal-kerrej huma miżjuda mal-ammont rikonoxxut bħala assi.

21 It-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti oħrajn jitniżżlu fil-kontijiet u jiġu ppreżentati skont is-sustanza tagħhom u r-realtà finanzjarja u mhux biss il-forma legali. Għalkemm il-forma legali ta' kuntratt ta' kiri hi li l-kerrej ma jista' jakkwista l-ebda titolu legali fuq l-assi mikri, fil-każ ta' kirjiet finanzjarji s-sustanza u r-realtà finanzjarja huma tali li l-kerrej jakkwista l-benefiċċji ekonomiċi tal-użu tal-assi mikri għall-biċċa l-kbira tal-ħajja ekonomika tiegħu u min-naħa tiegħu jidħol f'obbligu li jħallas għal dak id-dritt ammont li joqrob, fil-bidu tal-kirja, il-valur ġust tal-assi u l-ħlas finanzjarju relatat.

22 Jekk dawn it-tranżazzjonijiet ta' kiri ma jkunux riflessi ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-kerrej, ir-riżorsi ekonomiċi u l-livell ta' obbligazzjonijiet ta' entità jkunu sottodikjarati, b'hekk li jiġu mfixkla l-proporzjonijiet finanzjarji. Għalhekk, huwa xieraq li kiri finanzjarju jiġi rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-kerrej kemm bħala assi kif ukoll bħala obbligu sabiex jitħallsu ħlasijiet ta' kera futuri. Fil-bidu tal-perijodu tal-kuntratt ta' kiri, l-assi u l-obbligazzjoni għall-ħlasijiet futuri ta' kera huma rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ bl-istess ammonti ħlief għal xi kosti diretti inizjali tal-kerrej li huma miżjuda mal-ammont rikonoxxut bħala assi.

23 Mhuwiex xieraq li l-obbligazzjonijiet għal assi mikrija jiġu ppreżentati fir-rapporti finanzjarji bħala tnaqqis mill-assi mikrija. Jekk għall-preżentazzjoni ta' obbligazzjonijiet ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ issir distinzjoni bejn obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, l-istess distinzjoni ssir għall-obbligazzjonijiet tal-kirja.

24 Kosti diretti inizjali spiss jintefqu fir-rigward ta' attivitajiet ta' kiri speċfiċi, bħall-innegozjar u l-konklużjoni ta' kuntratti ta' kiri. Il-kosti identifikati bħala direttament attribwibbli għall-attivitajiet mwettqa mill-kerrej għal kiri finanzjarju hu miżjud mal-ammont magħruf bħala assi.

Kejl sussegwenti

25 Ħlasijiet minimi tal-kuntratt ta' kiri għandhom jiġu mqassma bejn il-ħlas finanzjarju u t-tnaqqis tal-obbligazzjoni pendenti. Il-ħlas finanzjarju għandu jiġi allokat għal kull perijodu matul il-perijodu tal-kirja sabiex tinħoloq rata perjodika kostanti ta' interess fuq il-bilanċ tal-obbligazzjoni li jkun fadal. Renti li jistgħu jinqalgħu għandhom jitniżżlu bħala spejjeż fil-perijodu meta jsiru.

26 Fil-prattika, meta jalloka l-ħlas finanzjarju għal perijodi matul il-perijodu tal-kuntratt ta' kiri, il-kerrej jista' juża xi forma ta' approssimazzjoni sabiex jissimplifika l-kalkolu.

27 Kiri finanzjarju jagħti lok għal spiża ta' deprezzament għal assi li jistgħu jiddeprezzaw kif ukoll spiża finanzjarja għal kull perijodu bażi tal-kontijiet. Il-politika ta' deprezzament għal assi mikrija soġġetti għal deprezzament għandha tkun konsistenti ma' dik għal assi li jistgħu jiddeprezzaw li fuqhom hemm jedd ta' proprjetà, u d-deprezzament rikonoxxut għandu jiġi kkalkulat skont l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli. Jekk ma jkun hemm l-ebda ċertezza raġonevoli li l-kerrej sejjer jikseb il-jedd ta' proprjetà sat-tmiem tal-perijodu tal-kuntratt ta' kiri, l-assi jiġi deprezzat għal kollox matul il-perijodu tal-kuntratt tal-kiri jew iż-żmien tal-utilità, skont liema jkun l-iqsar.

28 L-ammont li jiġi deprezzat ta' assi mikri huwa allokat għal kull perijodu bażi tal-kontijiet matul il-perijodu tal-użu mistenni fuq bażi sistematika konsistenti mal-politika ta' deprezzament li l-kerrej jadotta għall-assi li jistgħu jiddeprezzaw li fuqhom ikollu jedd ta' proprjetà. Jekk ikun hemm ċertezza raġonevoli li l-kerrej sejjer jikseb il-jedd ta' proprjetà sat-tmiem tal-perijodu tal-kuntratt ta' kiri, il-perijodu ta' użu mistenni jkun iż-żmien tal-utilità tal-assi; inkella l-assi jiġi deprezzat matul il-perijodu tal-kuntratt tal-kiri jew iż-żmien tal-utilità, skont liema jkun l-iqsar.

29 It-total tal-ispiża tad-deprezzament tal-assi u l-ispiża finanzjarja għall-perijodu rari jkun l-istess bħal ħlasijiet tal-kirja pagabbli għall-perijodu, u mhuwiex għaldaqstant xieraq li l-ħlasijiet tal-kiri pagabbli jiġu rikonoxxuti b'mod sempliċi bħala spiża. Għaldaqstant, l-assi u l-obbligazzjoni relatata mhumiex aktarx li jkunu ugwali fl-ammont wara l-bidu tal-perijodu taż-żmien tal-kuntratt ta' kiri.

30 Sabiex jiġi stabbilit jekk assi mikri jkunx ġie indebolit, entità tapplika l-IAS 36 Indeboliment ta' Assi.

31 Il-kerrejja għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ISRF 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, jagħmlu l-iżvelar segwenti għal kirjiet operattivi:

(a) għal kull klassi ta' assi, l-ammont miżmum fil-kotba nett ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

(b) tqabbil bejn it-total ta' ħlasijiet tal-kiri minimi fil-futur ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ u l-valur preżenti tagħhom. Barra minn hekk, entità għandha tiżvela t-total ta' ħlasijiet minimi ta' kera fil-futur ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ u l-valur preżenti tagħhom, għal kull wieħed mill-perijodi li ġejjin:

(i) mhux iktar tard minn sena;

(ii) iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn ħames snin;

(iii) aktar tard minn ħames snin.

(ċ) renti li jistgħu jinqalgħu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu.

(d) it-total ta' ħlasijiet tal-kiri minimi fil-futur mistennija li jitħallsu taħt sollokazzjonijiet mhux kanċellabbli ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

(e) deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti materjali tal-kuntratt ta' kiri tal-kerrej, inklużi, iżda mhux biss, dawn li ġejjin:

(i) il-bażi li fuqha tiġi stabbilita r-renta li tista' tinqala' pagabbli;

(ii) l-eżistenza u t-termini ta' għażliet ta' tiġdid jew xiri u l-klawsoli ta' eskalazzjoni; u

(iii) restrizzjonijiet imposti minn kuntratti ta' kiri, bħal dawk dwar dividendi, dejn addizzjonali, u kiri ulterjuri.

32 Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' żvelar skont l-IAS 16, l-IAS 36, l-IAS 38, l-IAS 40 u l-IAS 41 japplikaw għall-kerrejja għal assi mikrija taħt kirjiet finanzjarji.

Kirjiet operattivi

33 Il-ħlasijiet ta' kiri taħt kiri operattiv għandhom ikunu rikonoxxuti bħala spiża fuq bażi ta' linja dritta matul il-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri ħlief jekk bażi sistematika oħra tkun aktar rappreżentattiva tax-xejra taż-żmien tal-benefiċċju tal-utent ( 8 ).

34 Għal kiri operattiv, il-ħlasijiet tal-kiri (esklużi l-kosti għal servizzi bħal assigurazzjoni u l-manutenzjoni) huma rikonoxxuti bħala spiża fuq bażi ta' linja dritta ħlief jekk xi bażi sistematika oħra tkun rappreżentattiva tax-xejra taż-żmien tal-benefiċċju tal-utent, anki jekk il-ħlasijiet ma jkunux fuq dik il-bażi.

35 Il-kerrejja għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-IFRS 7, jagħmlu l-iżvelar li ġej għal kirjiet operattivi:

(a) it-total ta' ħlasijiet minimi ta' kiri tal-futur taħt kirjiet operattivi mhux kanċellabbli għal kull wieħed mill-perijodi li ġejjin:

(i) mhux iktar tard minn sena;

(ii) iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn ħames snin;

(iii) aktar tard minn ħames snin.

(b) it-total ta' ħlasijiet tal-kiri minimi fil-futur mistennija li jitħallsu taħt sollokazzjonijiet mhux kanċellabbli ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

(ċ) ħlasijiet ta' kiri u sollokazzjoni rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu, b'ammonti separati għal ħlasijiet minimi ta' kiri, renta li tista' tinqala', u ħlasijiet ta' sollokazzjoni.

(d) deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti materjali tal-kuntratt ta' kiri tal-kerrej, inklużi, iżda mhux biss, dawn li ġejjin:

(i) il-bażi li fuqha tiġi stabbilita r-renta li tista' tinqala' pagabbli;

(ii) l-eżistenza u t-termini ta' għażliet ta' tiġdid jew xiri u l-klawsoli ta' eskalazzjoni; u

(iii) restrizzjonijiet imposti minn kuntratti ta' kiri, bħal dawk dwar dividendi, dejn addizzjonali, u kiri ulterjuri.

KUNTRATTI TA' KIRI FIR-RAPPORTI FINANZJARJI TAS-SIDIEN

Kirjiet finanzjarji

Rikonoxximent inizjali

36 Is-sidien għandhom jirrikonoxxu assi miżmuma taħt kirjiet finanzjarji fil-karti tal-bilanċ tagħhom u jippreżentawhom bħala riċevibbli f'ammont ugwali għall-investiment nett fil-kirja.

37 Taħt kiri finanzjarju sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha relatati mal-pussess jiġu ttrasferiti minn sid, u għalhekk il-ħlas tal-kiri riċevibbli huwa trattat minn sid bħala ħlas lura tal-prinċipal u l-introjtu finanzjarju sabiex jiġu rimborsati u s-sid jiġi ppremjat għall-investiment u s-servizzi tiegħu.

38 Il-kosti diretti inizjali spiss isiru mis-sidien u jinkludu ammonti bħal ħlas ta' kummissjonijiet, drittijiet legali u kosti interni li jiżdiedu u li huma direttament attribwibbli għall-innegozjar u l-arranġament ta' kirja. Dawn jeskludu spejjeż amministrattivi ġenerali bħal dawk li jsiru mit-tim tal-bejgħ u tal-marketing. Għal kirjiet finanzjarji minbarra dawk li jinvolvu s-sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti, il-kosti diretti inizjali huma inklużi fil-kejl inizjali tal-kiri finanzjarju inizjali riċevibbli u jnaqqsu l-ammont ta' introjtu rikonoxxut matul il-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri. Ir-rata ta' interessi impliċita fil-kirja hi definita b'tali mod li l-kosti diretti inizjali huma inklużi awtomatikament fil-kiri finanzjarju riċevibbli; m'hemm l-ebda bżonn li dawn jiġu miżjuda separatament. Il-kosti li jintefqu mis-sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti b'konnessjoni man-negozjar jew l-arranġament ta' kirja huma esklużi mid-definizzjoni ta' kosti diretti inizjali. Minħabba f'hekk, huma esklużi mill-investiment nett fil-kirja u huma rikonoxxuti bħala spiża meta l-profitt tal-bejgħ jiġi rikonoxxut, li għal kiri finanzjarju normalment ikun fil-bidu tal-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri.

Kejl sussegwenti

39 Ir-rikonoxximent tal-introjtu finanzjarju għandu jkun ibbażat fuq metodu li jirrifletti rata kostanti perjodika ta' redditu fuq l-investiment nett ta' sid fil-kiri finanzjarju.

40 Is-sid jimmira li jalloka l-introjtu finanzjarju matul il-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri fuq bażi sistematika u razzjonali. Din l-allokazzjoni tal-introjtu hi bbażata fuq metodu li jirrifletti rata kostanti perjodika ta' redditu fuq l-investiment nett tas-sid fil-kiri finanzjarju. Ħlasijiet tal-kiri relatati mal-perijodu, esklużi l-kosti għal servizzi, huma applikati kontra l-investiment gross fil-kirja sabiex jitnaqqas kemm il-prinċipal kif ukoll l-introjtu finanzjarju li ma jkunx inqala’.

41 Il-valuri residwi mhux garantiti stmati li jintużaw fil-kalkolu tal-investiment gross tas-sid fil-kirja jiġu riveduti regolarment. Jekk kien hemm tnaqqis fil-valur residwu mhux garantit stmat, l-allokazzjoni tal-introjtu matul il-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri tiġi riveduta u kull tnaqqis realtat mal-ammonti akkumulati jiġi rikonoxxut immedjatament.

41A Assi taħt kiri finanzjarju li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew inkluż fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ), b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżjuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx għandu jiġi rrappurtat b'konformità ma' dak l-IFRS.

42 Is-sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti għandhom jirrikonoxxu l-profitt jew it-telf tal-bejgħ fil-perijodu, skont il-politika segwita mill-entità għal bejgħ dirett. Jekk jiġu kkwotati rati ta' interessi li jkunu baxxi b'mod artifiċjali, il-profitt tal-bejgħ għandu jkun ristrett għal dak li kien japplika li kieku kella tiġi imposta rata ta' interessi tas-suq. Il-kosti li jintefqu mis-sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti f'konnessjoni man-negozjar jew l-arranġament ta' kirja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spiża meta l-profitt tal-bejgħ ikun rikonoxxut.

43 Il-manifatturi jew negozjanti spiss joffru lill-klijenti l-għażla li jew jixtru jew jikru assi. Kiri finanzjarju ta' assi mis-sid li jkun manifattur jew negozjant jagħti lok għal żewġ tipi ta' introjtu:

(a) profitt jew telf ekwivalenti għall-profitt jew telf li jirriżulta minn bejgħ dirett tal-assi li jkun qed jiġi mikri, bi prezzijiet normali tal-bejgħ, li jirriflettu kull volum applikabbli jew skontijiet tal-kummerċ; u

(b) introjtu finanzjarju matul il-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri.

44 Id-dħul mil-bejgħ rikonoxxut fil-bidu tal-perijodu ta' żmien tal-kiri minn sid li jkun manifattur jew negozjant huwa l-valur ġust tal-assi, jew, jekk aktar baxx, il-valur preżenti tal-ħlasijiet minimi tal-kiri li jakkumulaw favur is-sid, ikkalkulati skont ir-rata ta' interessi tas-suq. Il-kost tal-bejgħ rikonoxxut fil-bidu tal-perijodu tal-kuntratt ta' kiri hu l-kost, jew l-ammont miżmum fil-kotba jekk dan ikun differenti, tal-proprjetà mikrija wara li jitnaqqas il-valur preżenti tal-valur residwu mhux garantit. Id-differenza bejn id-dħul mil-bejgħ u l-kost tal-bejgħ hi l-profitt mill-bejgħ, li hi rikonoxxuta skont l-politika tal-entità għal bejgħ dirett.

45 Sidien li jkunu manifatturi jew negozjanti xi kultant jikkwotaw rati baxxi b'mod artifiċjali sabiex jiġbdu lill-klijenti. L-użu ta' rata bħal din twassal għal porzjon eċċessiv ta' introjtu totali mit-tranżazzjoni li tkun qed tiġi rikonoxxuta fil-ħin tal-bejgħ. Jekk jiġu kkwotati rati ta' interessi li jkunu baxxi b'mod artifiċjali, il-profitt mill-bejgħ għandu jkun ristrett għal dak li kien japplika li kieku kella tiġi imposta rata ta' mgħax tas-suq.

46 Il-kosti li jsiru minn sid li jkun manifattur jew negozjant b'konnessjoni mal-innegozjar u l-arranġament ta' kiri finanzjarju huma rikonoxxuti bħala spiża fil-bidu tal-perijodu ta' żmien tal-kiri minħabba li huma prinċipalment relatati mal-profitt mill-bejgħ tal-manifattur jew negozjant.

47 Is-sidien għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ISRF 7, għandhom jiżvelaw dawn li ġejjin għal kirjiet finanzjarji:

(a) tqabbil bejn l-investiment gross fil-kirja ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ u l-valur preżenti ta' ħlasijiet minimi tal-kiri riċevibbli ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Barra minn hekk, entità għandha tiżvela l-investiment gross fil-kirja u l-valur preżenti tal-ħlasijiet minimi tal-kiri riiċevibbli ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ għal kull wieħed mill-perijodi li ġejjin:

(i) mhux iktar tard minn sena;

(ii) iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn ħames snin;

(iii) aktar tard minn ħames snin.

(b) introjtu finanzjarju mhux maqlugħ.

(ċ) il-valuri residwi mhux garantiti li jakkumulaw favur is-sid.

(d) il-provvediment akkumulat għal ħlasijiet minimi tal-kiri riċevibbli li huwa impossibbli li jinġabru.

(e) renti li jistgħu jinqalgħu rikonoxxuti bħala introjtu fil-perijodu.

(f) deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti materjali tal-kiri tas-sid.

48 Bħala indikatur tat-tkabbir huwa spiss utli li jiġi żvelat l-investiment gross wara li jitnaqqas l-introjtu li ma jiġix maqlugħ f'negozju ġdid miżjud matul il-perijodu, u wara li jitnaqqsu l-ammonti relevanti għal kirjiet kanċellati.

Kirjiet operattivi

49 Is-sidien għandhom jippreżentaw assi soġġetti għal kirjiet operattivi fil-karti tal-bilanċ tagħhom skont in-natura tal-assi.

50 L-introjtu ta' kera minn kiri operattiv għandu jkun rikonoxxut bħala introjtu fuq bażi ta’ linja dritta matul il-perijodu ta' żmien tal-kuntratt ta' kiri, ħlief jekk bażi sistematika oħra tkun aktar rappreżentattiva taż-żmien li matulu l-benefiċċju derivat mill-assi mikri kien imnaqqas (8) .

51 Kosti, inkluż id-deprezzament, li saru fil-qligħ tal-introjtu mill-kiri huma rikonoxxuti bħala spiża. L-introjtu mill-kirja (minbarra ammonti riċevuti għal servizzi pprovduti bħal assigurazzjoni u manutenzjoni) huwa rikonoxxut fuq bażi ta’ linja dritta anki jekk dawn l-irċevuti ma jkunux fuq din il-bażi, ħlief jekk bażi sistematika oħra tkun aktar rappreżentattiva tat-tendenza taż-żmien li matulu l-benefiċċju derivat mill-assi mikri kien imnaqqas.

52 Kosti diretti inizjali li jkunu ntefqu mis-sidien fin-negozjar u l-arranġament ta' kiri operattiv għandhom jiġu miżjuda mal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi mikri u rikonoxxuti bħala spiża matul il-perijodu ta' żmien tal-kirja fuq l-istess bażi bħall-introjtu mill-kirja.

53 Il-politika ta' deprezzament għal assi mikrija soġġetti għal deprezzament għandha tkun konsistenti mal-politika normali ta' deprezzament tas-sid għal assi simili, u d-deprezzament għandu jiġi kkalkulat skont l-IAS 16 u l-IAS 38.

54 Sabiex jiġi stabbilit jekk assi mikri jkunx ġie indebolit, entità tapplika l-IAS 36.

55 Sid li jkun manifattur jew negozjant ma jirrikonoxxix profitt mill-bejgħ malli jidħol f'kiri operattiv għaliex dan m’huwiex ekwivalenti għal bejgħ.

56 Is-sidien għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ISRF 7, jiżvelaw dawn li ġejjin għal kirjiet finanzjarji:

(a) it-total ta' ħlasijiet minimi ta' kiri tal-futur taħt kirjiet operattivi mhux kanċellabbli fit-total u għal kull wieħed mill-perijodi li ġejjin:

(i) mhux iktar tard minn sena;

(ii) iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn ħames snin;

(iii) aktar tard minn ħames snin.

(b) renti totali li jistgħu jinqalgħu rikonoxxuti bħala introjtu fil-perijodu.

(ċ) deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti tal-kiri tas-sid.

57 Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tal-iżvelar fl-IAS 16, l-IAS 36, l-IAS 38, l-IAS 40 u l-IAS 41 japplikaw għas-sidien għal assi mikrija taħt kirjiet operattivi.

TRANŻAZZJONIJIET TA' BEJGĦ B’KIRI LURA

58 Tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura tinvolvi l-bejgħ ta' assi b'kiri lura tal-istess assi. Il-ħlas tal-kiri u l-prezz tal-bejgħ huma normalment interdipendenti minħabba li jiġu negozjati bħala pakkett. It-trattament fil-kontijiet ta' tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura jiddependi fuq it-tip ta' kiri involut.

59 Jekk tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura tirriżulta f'kiri finanzjarju, kull eċċess fid-dħul mill-bejgħ fuq l-ammont miżmum fil-kotba m'għandux jiġi rikonoxxut immedjatament bħala introjtu mill-bejjiegħ-kerrej. Minflok, għandu jiġi differit u ammortizzat matul il-perijodu tal-kirja.

60 Jekk il-kiri lura jkun kiri finanzjarju, it-tranżazzjoni tkun mezz li permezz tagħha s-sid jipprovdi finanzi lill-kerrej, bl-assi bħala garanzija. Għal din ir-raġuni mhuwiex xieraq li l-eċċess fir-rikavat mill-bejgħ fuq l-ammont miżmum fil-kotba jitqies bħala introjtu. Dan l-eċċess jiġi differit u amortizzat matul il-perijodu tal-kirja.

61 Jekk tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura tirriżulta f'kiri operattiv, u jkun ċar li t-tranżazzjoni saret b'valur ġust, kull profitt jew telf għandu jiġi rikonoxxut immedjatament. Jekk il-prezz tal-bejgħ jkun inqas mill-valur ġust, kull profitt jew telf għandu jiġi rikonoxxut immedjatament ħlief li, jekk it-telf ikun ikkumpensat bi ħlasijiet ta' kiri futuri taħt il-prezz tas-suq, għandu jiġi differit u amortizzat bi proporzjon mal-ħlasijiet tal-kiri matul il-perijodu li matulu l-assi huwa mistenni li jiġi użat. Jekk il-prezz tal-bejgħ ikun aktar mill-valur ġust, l-eċċess fuq il-valur ġust għandu jiġi differit u amortizzat għal matul il-perijodu li matulu l-assi huwa mistenni li jiġi użat.

62 Jekk il-kiri lura jkun kiri operattiv, u l-ħlasijiet tal-kiri u l-prezz tal-bejgħ jkunu b'valur ġust, fil-fatt tkun seħħet tranżazzjoni normali ta' bejgħ u kull profitt jew telf għandu jiġi rikonoxxut immedjatament.

63 Għal kirjiet operattivi, jekk il-valur ġust fil-ħin tat-tranżazzjoni ta' bejgħ b'kiri lura jkun inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi, għandu jiġi rikonoxxut immedjatament telf ugwali għall-ammont tad-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba u l-valur ġust.

64 Għal kirjiet finanzjarji, l-ebda aġġustament ta' din ix-xorta m’hu meħtieġ ħlief jekk kien hemm indeboliment fil-valur, f'liema każ l-ammont miżmum fil-kotba jiġi mnaqqas għal ammont li jista' jiġi rkuprat skont l-IAS 36.

65 Ir-rekwiżiti tal-iżvelar għall-kerrejja u s-sidien japplikaw l-istess għat-tranżazzjonijiet ta' bejgħ b'kiri lura. Id-deskrizzjoni meħtieġa ta' arranġamenti materjali ta' kiri twassal għal l-iżvelar ta' dispożizzjonijiet uniċi jew mhux tas-soltu tal-ftehim jew kondizzjonijiet tat-tranżazzjonijiet ta' bejgħ b'kiri lura.

66 It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ b'kiri lura jistgħu jagħtu lok għall-kriterji separati tal-iżvelar fl-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

67 Bla ħsara għall-paragrafu 68, l-applikazzjoni retrospettiva ta' dan l-Istandard hija mħeġġa iżda mhux meħtieġa. Jekk l-Istandard ma jiġix applikat retrospettivament, il-bilanċ ta' kull kiri finanzjarju li kien jeżisti qabel jitqies li kien ġie stabbilit kif suppost mis-sid u għandu jitniżżel fil-kontijiet minn hemm 'il quddiem skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Istandard.

68 Entità li qabel tkun applikat l-IAS 17 (rivedut fl-1997) għandha tapplika l-emendi magħmula minn dan l-Istandard retrospettivament għall-kirjiet kollha jew, jekk l-IAS 17 (rivedut fl-1997) ma kienx ġie applikat retrospettivament, għall-kirjiet kollha konklużi minn meta l-ewwel applikat dak l-Istandard.

▼M22

68A   Entità għandha tevalwa mill-ġdid il-klassifikazzjoni ta’ elementi ta’ art f’kuntratti ta’ kiri li jkunu għadhom ma skadewx fid-data meta hija tadotta l-emendi msemmija fil-paragrafu 69A fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun teżisti fil-bidu ta’ dawk il-kuntratti ta’ kiri. Hija għandha tirrikonoxxi kuntratt ta’ kiri kklassifikat mill-ġdid bħala kiri finanzjarju retrospettivament skont l-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji. Madankollu, jekk entità ma jkollhiex l-informazzjoni meħtieġa biex tapplika l-emendi retrospettivament, hija għandha:

(a)   tapplika l-emendi għal dawk il-kuntratti ta’ kiri fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jkunu jeżistu fid-data meta hija tadotta l-emendi; u

(b)   tirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjoni relatati ma’ kuntratt ta’ kiri ta’ art ikklassifikat mill-ġdid bħala kiri finanzjarju skont il-valuri ġusti tagħhom f’dik id-data; kull differenza bejn dawk il-valuri ġusti tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal.

▼B

DATA EFFETTIVA

69 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M22

69A Il-paragrafi 14 u 15 ġew imħassra, u l-paragrafi 15A u 68A ġew miżjuda bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 17 (RIVEDUT 1997)

70 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri (rivedut fl-1997).




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 18

Dħul

GĦAN

Introjtu huwa ddefinit fil-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji bħala żjidiet fil-benefiċċji ekonomiċi matul il-perijodu tal-kontabilità fil-forma ta' influssi jew titjib ta' assi jew tnaqqis ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw f'żidiet fl-ekwità, ħlief għal dawk li huma relatati ma' kontribuzzjonijiet mingħand parteċipanti fl-ekwità. Introjtu jinkludi kemm dħul kif ukoll qligħ. Dħul huwa introjtu li jirriżulta matul it-twettiq tal-attivitajiet ordinarji ta' entità u huwa msejjaħ b'varjetà ta' ismijiet differenti inklużi bejgħ, drittijiet, imgħax, dividendi u royalties. L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament fil-kontabilità ta' dħul li jirriżulta minn ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet u avvenimenti.

Il-kwistjoni ewlenija tad-dħul fil-kontabilità hija kif jiġi ddeterminat meta għandu jiġi rikonoxxut id-dħul. Id-dħul huwa rikonoxxut meta jkun probabbli li benefiċċji ekonomiċi futuri ser jgħaddu għall-entità u li dawk il-benefiċċji jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli. Dan l-Istandard jidentifika ċ-ċirkustanzi li fihom jiġu ssodisfati dawn il-kriterji u, b'hekk, jiġi rikonoxxut id-dħul. Dan jipprovdi wkoll gwida prattika dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.

AMBITU

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità tad-dħul li jirriżulta minn dawn it-tranżazzjonijiet u avvenimenti:

(a) il-bejgħ ta' prodotti;

(b) il-forniment ta' servizzi; u

(ċ) l-użu minn oħrajn ta' assi tal-entità li jirrendi mgħax, royalties u dividendi.

2 Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IAS 18 Rikonoxximent ta' Dħul li kien ġie approvat fl-1982.

3 Prodotti jinkludu prodotti manifatturati mill-entità għall-iskop ta' bejgħ u prodotti mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, bħal merkanzija mixtrija minn bejjiegħ bl-imnut jew art jew proprjetà oħra miżmuma biex terġa' tinbiegħ.

4 Il-forniment ta' servizzi tipikament jinvolvi t-twettiq mill-entità ta' xogħol miftiehem kuntrattwalment fuq perijodu ta' żmien miftiehem. Is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti f'perijodu wieħed jew fuq aktar minn perijodu wieħed. Xi kuntratti għall-forniment ta' servizzi huma relatati direttament ma' kuntratti ta' kostruzzjoni, bħal pereżempju, dawk għas-servizzi ta' managers ta' proġetti u periti. Dħul li jirriżulta minn dawn il-kuntratti m'huwiex indirizzat f'dan l-Istandard iżda huwa ttrattat skont ir-rekwiżiti għal kuntratti ta' kostruzzjoni kif speċifikati fl-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni.

5 L-użu minn ħaddieħor ta' assi tal-entità jagħti lok għal dħul fil-forma ta':

(a) mgħax — ħlasijiet għall-użu ta' flus jew ekwivalenti ta' flus jew ammonti dovuti lill-entità;

(b)  royalties—ħlasijiet għall-użu ta' assi li jservu fit-tul tal-entità, bħal pereżempju privattivi, marki reġistrati (trademarks), drittijiet tal-awtur u software tal-kompjuter; u

(ċ) dividendi — distribuzzjonijiet ta' profitti lil detenturi ta' investimenti f'ekwità bi proporzjon mal-investimenti tagħhom fi klassi partikolari ta' kapital.

6 Dan l-Istandard ma jindirizzax dħul li jirriżulta minn:

(a) ftehim ta' kiri (ara l-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri);

(b) dividendi li jirriżultaw minn investimenti li huma kontabilizzati taħt il-metodu tal-ekwità (ara ►M32  l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti  ◄ );

(ċ) kuntratti tal-assigurazzjoni fl-ambitu ta' IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni;

(d) bidliet fil-valur ġust ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji jew id-disponiment tagħhom (ara l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl);

(e) bidliet fil-valur ta' assi kurrenti oħrajn;

(f) rikonoxximent inizjali u minn bidliet fil-valur ġust ta' assi bijoloġiċi relatati ma' attività agrikola (ara l-IAS 41 Agrikoltura);

(g) rikonoxximent inizjali ta' prodott agrikolu (ara l-IAS 41); u

(h) l-estrazzjoni ta' minerali mhux maħduma.

DEFINIZZJONIJIET

7 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Dħul huwa l-influss gross ta' benefiċċji ekonomiċi matul il-perijodu li jirriżultaw matul it-twettiq tal-attivitajiet ordinarji ta' entità meta dawk l-influssi jirriżultaw f'żidiet fl-ekwità, ħlief għal dawk li huma relatati ma' kontribuzzjonijiet mingħand parteċipanti fl-ekwità.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

8 Dħul jinkludi biss l-influssi grossi ta' benefiċċji ekonomiċi riċevuti u riċevibbli mill-entità f'isimha stess. Ammonti miġbura f'isem terzi bħal taxxi fuq il-bejgħ, taxxi fuq prodotti u servizzi u taxxi fuq il-valur miżjud m'humiex benefiċċji ekonomiċi li jgħaddu għal fuq l-entità u ma jirriżultawx f'żjidiet fl-ekwità. Għalhekk, huma esklużi mid-dħul. B'mod simili, f'relazzjoni ta' rappreżentanza kummerċjali, l-influssi grossi ta' benefiċċji ekonomiċi jinkludu ammonti miġbura f'isem il-prinċipal li ma jirriżultawx f'żjidiet fl-ekwità għall-entità. L-ammonti miġbura għan-nom tal-prinċipal m'humiex dħul. Minnflok, id-dħul huwa l-ammont tal-kummissjoni.

KEJL TAD-DĦUL

9 Id-dħul għandu jiġi mkejjel skont il-valur ġust tal-korrispettiv riċevut jew riċevibbli ( 9 ).

10 L-ammont ta' dħul li jirriżulta minn tranżazzjoni huwa normalment iddeterminat bi ftehim bejn l-entità u x-xerrej jew l-utent tal-assi. Dan jiġi mkejjel skont il-valur ġust tal-korrispettiv riċevut jew riċevibbli, wara li jitqies l-ammont ta' kull skont kummerċjali jew tnaqqis fuq il-volum mogħtija mill-entità.

11 Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-korrispettiv ikun fil-forma ta' flus jew ekwivalenti ta' flus u l-ammont tad-dħul huwa l-ammont ta' flus jew ekwivalenti ta' flus riċevuti jew riċevibbli. Madankollu, meta l-influss ta' flus jew ekwivalenti ta' flus ikun iddifferit, il-valur ġust tal-korrispettiv jista' jkun inqas mill-ammont nominali ta' flus riċevuti jew riċevibbli. Pereżempju, entità tista' tagħti kreditu mingħajr imgħax lix-xerrej jew taċċetta nota riċevibbli b'rata ta' mgħax li tkun inqas minn dik tas-suq mingħand ix-xerrej bħala korrispettiv għall-bejgħ ta' prodotti. Meta l-arranġament effettivament ikun jikkostitwixxi tranżazzjoni ta' finanzjament, il-valur ġust tal-korrispettiv huwa ddeterminat billi jiġu skontati l-pagamenti kollha riċevibbli fil-futur bl-użu ta' rata imputata ta' mgħax. Ir-rata imputata ta' mgħax hija dik li tista' tiġi ddeterminata bl-aktar mod ċar minn fost dawn li ġejjin:

(a) ir-rata prevalenti għal strument simili ta' emittent bi klassifikazzjoni ta' kreditu simili; jew

(b) rata ta' mgħax li tiskonta l-ammont nominali tal-istrument għall-prezz kurrenti fi flus tal-bejgħ tal-prodotti jew servizzi.

Id-differenza bejn il-valur ġust u l-ammont nominali tal-korrispettiv hi rikonoxxuta bħala dħul ta' interessi skont il-paragrafi 29 u 30 u skont l-IAS 39.

12 Meta prodotti jew servizzi jiġu skambjati jew imparta ma' prodotti jew servizzi li jkunu ta' natura u ta' valur simili, l-iskambju ma jitqiesx bħala tranżazzjoni li tiġġenera dħul. Dan spiss ikun il-każ fir-rigward ta' komoditajiet bħal żejt jew ħalib fejn il-fornituri jiskambjaw jew ipartu inventarji f'diversi lokazzjonijiet sabiex jissodisfaw id-domanda fil-ħin f'lokazzjoni partikolari. Meta jinbiegħu prodotti jew jiġu fornuti servizzi bi skambju għal prodotti jew servizzi li ma jkunux simili, l-iskambju jitqies bħala tranżazzjoni li tiġġenera dħul. Id-dħul jiġi mkejjel skont il-valur ġust tal-prodotti jew servizzi riċevuti, aġġustat bl-ammont ta' flus jew ekwivalenti ta' flus ittrasferiti. Meta l-valur ġust tal-prodotti jew servizzi riċevuti ma jkunx jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli, id-dħul jiġi mkejjel skont il-valur ġust tal-prodotti jew servizzi mogħtija, aġġustat bl-ammont ta' flus jew ekwivalenti ta' flus ittrasferiti.

IDENTIFIKAZZJONI TAT-TRANŻAZZJONI

13 Il-kriterji ta' rikonoxximent f'dan l-Istandard huma normalment applikati separatament għal kull tranżazzjoni. Madankollu, f'ċerti ċirkustanzi, huwa neċessarju li l-kriterji ta' rikonoxximent jiġu applikati għall-komponenti identifikabbli separatament ta' tranżazzjoni waħda sabiex tiġi riflessa s-sustanza tat-tranżazzjoni. Pereżempju, meta l-prezz tal-bejgħ ta' prodott ikun jinkludi ammont identifikabbli għal servizzi sussegwenti, dak l-ammont jiġi ddifferit u rikonoxxut bħala dħul matul il-perijodu meta jitwettaq is-servizz. Min-naħa l-oħra, il-kriterji ta' rikonoxximent huma applikati għal żewġ tranżazzjonijiet jew aktar flimkien meta jkunu konnessi b'tali mod li l-effett kummerċjali ma jistax jiġi mifhum mingħajr referenza għas-serje ta' tranżazzjonijiet bħala ħaġa sħiħa. Pereżempju, entità tista' tbigħ prodotti u, fl-istess ħin, tidħol fi ftehim separat biex terġa' tixtri l-prodotti f'data aktar tard, biex b'hekk jiġi nnegat l-effett sostantiv tat-tranżazzjoni; f'każ bħal dan, iż-żewġ tranżazzjonijiet jiġu ttrattati flimkien.

BEJGĦ TA' PRODOTTI

14 Dħul mill-bejgħ ta' prodotti għandu jiġi rikonoxxut meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikun ġew issodisfati:

(a) l-entità tkun ittrasferiet lix-xerrej ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tal-jedd ta' proprjetà fuq l-assi;

(b) l-entità ma żżomm la involviment maniġerjali kontinwu sal-grad normalment assoċjat mad-dritt ta' proprjetà u lanqas kontroll effettiv fuq il-prodotti mibjugħa;

(ċ) l-ammont tad-dħul ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

(d) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mat-tranżazzjoni ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(e) il-kosti li jintefqu jew li jkunu ser jintefqu fir-rigward tat-tranżazzjoni jkunu jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli.

15 L-evalwazzjoni ta' meta entità tkun ittrasferiet lix-xerrej ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tal-jedd ta' proprjetà fuq l-assi teħtieġ eżaminazzjoni taċ-ċirkustanzi tat-tranżazzjoni; Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-trasferiment tar-riskji u l-benefiċċji tal-jedd tal-proprjetà ikun jikkoinċidi mat-trasferiment tat-titolu legali jew il-mogħdija tal-pussess lix-xerrej. Dan huwa l-każ għall-biċċa l-kbira tal-bejgħ bl-imnut. F'każijiet oħra, it-trasferiment tar-riskji u l-benefiċċji tal-jedd tal-proprjetà iseħħ f'ħin differenti mit-trasferiment tat-titolu legali jew il-mogħdija tal-pussess.

16 Jekk l-entità żżomm riskji sinifikanti tal-jedd tal-proprjetà, it-tranżazzjoni ma titqiesx bħala bejgħ u d-dħul ma jiġix rikonoxxut. Entità tista' żżomm riskju sinjifikanti tal-jedd tal-proprjetà f'numru ta' modi. Eżempji ta' sitwazzjoni fejn l-entità tista' żżomm ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tal-jedd tal-proprjetà huma:

(a) meta l-entità żżomm obbligu għal prestazzjoni mhux sodisfaċenti li mhux kopert mid-dispożizzjonijiet normali ta' garanzija;

(b) meta r-riċeviment tad-dħul minn bejgħ partikolari jkun kontinġenti fuq id-derivazzjoni ta' dħul mix-xerrej mill-bejgħ tiegħu tal-prodotti;

(ċ) meta l-prodotti jiġu mibgħuta soġġett għall-installazzjoni u l-installazzjoni tkun parti sinifikanti tal-kuntratt li jkun għadu ma ġiex komplut mill-entità; u

(d) meta x-xerrej ikollu d-dritt li jirrexindi x-xiri għal raġuni speċifikata fil-kuntratt tal-bejgħ u l-entità ma tkunx ċerta dwar il-probabbiltà tar-ritorn.

17 Jekk entità żżomm biss riskju insinifikanti tal-jedd tal-proprjetà, it-tranżazzjoni titqies bħala bejgħ u d-dħul jiġi rikonoxxut. Pereżempju, bejjiegħ jista' jżomm it-titolu legali fuq il-prodotti unikament biex jipproteġi l-ġbir tal-ammont dovut. F'dak il-każ, jekk l-entità tkun ittrasferiet ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tal-jedd tal-proprjetà, it-tranżazzjoni titqies bħala bejgħ u d-dħul jiġi rikonoxxut. Eżempju ieħor ta' entità li żżomm biss riskju insinifikanti tal-jedd tal-proprjetà jista' jkun bejgħ bl-imnut fejn jiġi offrut rimbors jekk il-klijent ma jkunx sodisfatt. Id-dħul f'dawk il-każijiet huwa rikonoxxut fil-ħin tal-bejgħ kemm-il darba l-bejjiegħ ikun jista' jistma b'mod affidabbli r-ritorni futuri u jirrikonoxxi obbligazzjoni għar-ritorni bbażata fuq esperjenza preċedenti u fatturi relevanti oħrajn.

18 Dħul huwa rikonoxxut biss meta jkun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mat-tranżazzjoni ser jgħaddu għal fuq l-entità. F'xi każijiet, dan jista' ma jkunx probabbli sakemm il-korrispettiv jiġi riċevut jew sakemm titneħħa inċertezza. Pereżempju, jista' jkun inċert li awtorità governattiva barranija ser tagħti permess għar-remissjoni tal-korrispettiv mill-bejgħ f'pajjiż barrani. Meta jingħata l-permess, l-inċertezza titneħħa u d-dħul jiġi rikonoxxut. Madankollu, meta tqum inċertezza dwar jekk jistax jinġabar ammont diġà inkluż fid-dħul, l-ammont li ma jistax jinġabar jew l-ammont li fir-rigward tiegħu l-irkupru ma jkunx għadu probabbli jiġi rikonoxxut bħala spiża, pjuttost milli bħala aġġustament tal-ammont tad-dħul rikonoxxut oriġinarjament.

19 Dħul u spejjeż li jkunu relatati mal-istess tranżazzjoni jew avveniment ieħor huma rikonoxxuti simultanjament; dan il-proċess huwa komunement imsejjaħ bħala t-tqabbil tad-dħul u l-ispejjeż. Spejjeż, inklużi garanziji u kosti oħrajn li jkunu se jintefqu wara li jintbagħtu l-prodotti normalment jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli meta l-kundizzjonijiet l-oħrajn għar-rikonoxximent tad-dħul ikunu ġew issodisfati. Madankollu, ma jistax jiġi rikonoxxut dħul meta l-ispejjeż ma jistgħux jiġu mkejla b'mod affidabbli; f'dawk iċ-ċirkustanzi, kull korrispettiv li diġà jkun ġie riċevut għall-bejgħ tal-prodotti jiġi rikonoxxut bħala obbligazzjoni.

FORNIMENT TA' SERVIZZI

20 Meta l-eżitu ta' tranżazzjoni li tinvolvi l-forniment ta' servizzi jkun jista' jiġi stmat b'mod affidabbli, id-dħul assoċjat mat-tranżazzjoni għandu jiġi rikonoxxut b'referenza għall-istadju tat-tlestija tat-tranżazzjoni ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ L-eżitu ta' tranżazzjoni jista' jiġi stmat b'mod affidabbli meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) l-ammont tad-dħul ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

(b) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mat-tranżazzjoni ser jgħaddu għal fuq l-entità;

(ċ) l-istadju tat-tlestija tat-tranżazzjoni ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli; u

(d) il-kosti li jintefqu għat-tranżazzjoni u l-kosti biex titlesta t-tranżazzjoni jkunu jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli ( 10 ).

21 Ir-rikonoxximent tad-dħul b'referenza għall-istadju ta' tlestija ta' tranżazzjoni spiss jissejjaħ il-metodu tal-perċentwal komplut. Skont dan il-metodu, id-dħul jiġi rikonoxxut fil-perijodi tal-kontabilità li fihom is-servizzi jkunu fornuti. Ir-rikonoxximent ta' dħul fuq din il-bażi jipprovdi informazzjoni utli dwar il-livelli milħuqa fl-attività u t-twettiq tas-servizz matul perijodu. l-IAS 11 ukoll jirrikjedu r-rikonoxximent tad-dħul fuq din il-bażi. Ir-rekwiżiti ta' dak l-Istandard huma ġeneralment applikabbli għar-rikonoxximent tad-dħul u tal-ispejjeż assoċjati għal tranżazzjoni li tinvolvi l-forniment ta' servizzi.

22 Dħul huwa rikonoxxut biss meta jkun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mat-tranżazzjoni ser jgħaddu għal fuq l-entità. Madankollu, meta tqum inċertezza dwar jekk jistax jinġabar ammont diġà inkluż fid-dħul, l-ammont li ma jistax jinġabar jew l-ammont li fir-rigward tiegħu l-irkupru ma jkunx għadu probabbli, għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża, pjuttost milli bħala aġġustament tal-ammont ta' dħul rikonoxxut oriġinarjament.

23 Entità ġeneralment tkun tista' tagħmel stimi affidabbli wara li tkun ftehmet dan li ġej mal-partijiet l-oħrajn fit-tranżazzjoni:

(a) id-drittijiet enforzabbli ta' kull parti fir-rigward tas-servizz li għandu jiġi fornut u riċevut mill-partijiet;

(b) il-korrispettiv li għandu jiġi skambjat; u

(ċ) il-mod u t-termini tas-saldu.

Normalment ikun neċessarju wkoll għall-entità li jkollha sistema effettiva interna ta' estimi u rappurtaġġ finanzarju. L-entità tanalizza u, fejn ikun meħtieġ, tirrevedi l-estimi tad-dħul hekk kif jingħata s-servizz. Il-bżonn għal dawk ir-reviżjonijiet ma jindikax neċessarjament li l-eżitu tat-tranżazzjoni ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli.

24 L-istadju tat-tlestija ta' tranżazzjoni jista' jiġi ddeterminat b'varjetà ta' modi. Entità tuża l-metodu li jkejjel b'mod affidabbli s-servizzi fornuti. Skont in-natura tat-tranżazzjoni, il-metodi jistgħu jinkludu:

(a)  surveys tax-xogħol imwettaq;

(b) servizzi mwettqa sa dik id-data bħala perċentwali tas-servizzi totali li jridu jiġu mwettqa; jew

(ċ) il-proporzjon li l-kosti li jkunu ntefqu sa dik id-data jirrappreżentaw meta mqabbla mal-kosti totali tat-tranżazzjoni; huma biss dawk il-kosti li jirriflettu servizzi mwettqa sa dik id-data li jiġu inklużi fil-kosti minfuqa sa dik id-data. Dawk il-kosti biss li jirriflettu servizzi mwettqa jew li jkunu ser jiġu mwettqa jiġu inklużi fil-kosti totali stmati tat-tranżazzjoni.

Pagament mal-progress tax-xogħlijiet u ħlasijiet bil-quddiem riċevuti mingħand klijenti spiss ma jirriflettux is-servizzi mwettqa.

25 Għal għanijiet prattiċi, meta s-servizzi jiġu mwettqa permezz ta' numru indeterminat ta' atti fuq perijodu ta' żmien speċifikat, id-dħul jiġi rikonoxxut fuq bażi ta' linja dritta matul il-perijodu speċifikat ħlief jekk ikun hemm evidenza li xi metodu ieħor jirrappreżenta b'mod aħjar l-istadju tat-tlestija. Meta att speċifiku jkun ferm aktar sinifikanti minn kull att ieħor, ir-rikonoxximent tad-dħul jiġi pospost sakemm l-att sinifikanti jiġi eżegwit.

26 Meta l-eżitu tat-tranżazzjoni li tinvolvi l-forniment ta' servizzi ma jkunx jista' jiġi stmat b'mod affidabbli, id-dħul għandu jiġi rikonoxxut biss sal-punt tal-ispejjeż rikonoxxuti li jkunu jistgħu jiġu rkuprati.

27 Matul l-istadji bikrin ta' tranżazzjoni, spiss ikun il-każ li l-eżitu tat-tranżazzjoni ma jkunx jista jiġi stmat b'mod affidabbli. Madankollu, jista' jkun probabbli li l-entità tirkupra l-kosti tat-tranżazzjoni li tkun nefqet. Għalhekk, id-dħul għandu jiġi rikonoxxut biss sal-limitu tal-kosti li jkunu ntefqu u li jkunu mistennija li jkunu rikuperabbli. Billi l-eżitu tat-tranżazzjoni ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli, ebda profitt m'huwa rikonoxxut.

28 Meta l-eżitu ta' tranżazzjoni ma jkunx jista' jiġi stmat b'mod affidabbli u ma jkunx probabbli li l-ispejjeż li jkunu ntefqu ser jiġu rkuprati, ma jiġix rikonoxxut dħul u l-kosti minfuqa jiġu rikonoxxuti bħala spiża. Meta l-inċertezzi li ma jkunux ippermettew li l-eżitu tal-kuntratt jiġi stmat b'mod affidabbli ma jkunux għadhom jeżistu, id-dħul jiġu rikonoxxut skont il-paragrafu 20 u mhux skont il-paragrafu 26.

MGĦAX, ROYALTIES U DIVIDENDI

29 Dħul li jirriżulta mill-użu minn terzi ta' assi tal-entità li jirrendu mgħax, royalties u dividendi għandu jiġi rikonoxxut fuq il-bażijiet stabbiliti fil-paragrafu 30 meta:

(a) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mat-tranżazzjoni ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) l-ammont tad-dħul ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

30 Id-dħul għandu jiġi rikonoxxut fuq il-bażijiet li ġejjin:

(a) l-imgħax għandu jiġi rikonoxxut bil-metodu ta' mgħax effettiv kif stabbilit f' l-IAS 39, il-paragrafi 9 u AG5-AG8;

(b) ir-royalties għandhom jiġu rikonoxxuti fuq bażi tad-dovuti b'konformità mas-sustanza tal-ftehim rilevanti; u

(ċ) dividendi għandhom jiġu rikonoxxuti meta d-dritt tal-azzjonist sabiex jirċievi ħlas jiġi stabbilit.

31 [Imħassra]

▼M7

32 Meta mgħax mhux imħallas huwa dovut qabel l-akkwist ta’ investiment li jrendi mgħax, ir-riċevuta sussegwenti tal-imgħax tkun allokata bejn il-perjodi ta’ qabel l-akkwist u ta’ wara l-akkwist; il-parti ta' wara l-akkwist biss hija rikonoxxuta bħala dħul.

▼B

33 Ir-royalties jakkumulaw skont it-termini tal-ftehim relevanti u normalment huma rikonoxxuti fuq dik il-bażi ħlief jekk, wara li titqies is-sustanza tal-ftehim, ikun iktar xieraq li d-dħul jiġi rikonoxxut fuq xi bażi oħra li tkun sistematika u razzjonali.

34 Dħul huwa rikonoxxut biss meta jkun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mat-tranżazzjoni ser jgħaddu għal fuq l-entità. Madankollu, meta tqum inċertezza dwar jekk jistax jinġabar ammont diġà inkluż fid-dħul, l-ammont li ma jistax jinġabar jew l-ammont li fir-rigward tiegħu l-irkupru ma jkunx għadu probabbli, għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża, u mhux bħala aġġustament tal-ammont ta' dħul rikonoxxut oriġinarjament.

ŻVELAR

35 Entità għandha tiżvela:

(a) il-politika tal-kontabilità għar-rikonoxximent tad-dħul, inklużi l-metodi adottati sabiex jiġi ddeterminat l-istadju tat-tlestija tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-forniment ta' servizzi;

(b) l-ammont ta' kull kategorija sinifikanti ta' dħul rikonoxxut matul il-perijodu, inkluż id-dħul li jirriżulta minn:

(i) il-bejgħ ta' prodotti;

(ii) il-forniment ta' servizzi:

(iii) imgħax;

(iv)  royalties;

(v) dividendi; u

(ċ) l-ammont ta' dħul li jirriżulta minn skambji ta' prodotti jew servizzi inklużi f'kull kategorija sinifikanti ta' dħul.

36 Entità tiżvela kull obbligazzjoni kontinġenti u assi kontinġenti skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. Obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti jistgħu jirriżultaw minn elementi bħal kosti ta' garanziji, klejms, penali jew telf possibbli.

DATA EFFETTIVA

37 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1995 jew wara.

▼M7

38  Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzarju u l-IAS 27 Finanzjarji Konsolidati u Separati), maħruġa f’Mejju 2008, emendat il-paragrafu 32. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi relatati fil-paragrafi 4 u 38A tal-IAS 27 għal perjodu aktar qabel, għandha tapplika l-emenda taħt il-paragrafu 32 fl-istess ħin.

▼M32

41 L–IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f'Mejju 2011, il-paragrafu emendat 6(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11.

▼M33

42 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 19

Benefiċċji għall-Impjegati

GĦAN

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi l-kontabilità u l-iżvelar għall-benefiċċji għall-impjegati. Dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi:

(a) obbligazzjoni meta xi impjegat ikun ipprovda servizz bi skambju għal benefiċċji għall-impjegati li għandhom jitħallsu fil-futur; u

(b) spiża meta l-entità tikkonsma l-benefiċċju ekonomiku li jirriżulta minn servizz mogħti minn impjegat bi skambju għal benefiċċji għall-impjegati.

AMBITU

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mis-sid fil-kontabilità għall-benefiċċji kollha tal-impjegati, ħlief għal dawk li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq Ishma.

2 Dan l-Istandard ma jittrattax ir-rappurtaġġ minn pjani ta' benefiċċji għall-impjegati (ara l-IAS 26 Kontabilità u Rappurtaġġ minn Pjani ta' Benefiċċju tal-Irtirar).

3 Il-benefiċċji tal-impjegati li għalihom japplika dan l-Istandard jinkludu dawk ipprovduti:

(a) skont pjani formali jew kull ftehim formali ieħor bejn entità u impjegati individwali, gruppi ta' impjegati jew ir-rappreżantanti tagħhom;

(b) skont obbligi leġiżlattivi, jew permezz ta' arranġamenti tal-industrja, fejn entitajiet jintalbu jikkontribwixxu f'pjani nazzjonali, tal-istat, tal-industrija jew pjani bejn għadd ta' sidien; jew

(ċ) minn dawk il-prattiċi informali li jagħtu lok għal obbligu kostruttiv. Il-prattiċi informali jwasslu għal obbligu kostruttiv fejn l-entità m'għandha l-ebda alternattiva realistika għajr li tħallas il-benefiċċji għall-impjegatii. Eżempju ta' obbligu kostruttiv huwa meta bidla fil-prattiċi informali tikkawża dannu inaċċettabbli lir-relazzjoni tagħha mal-impjegati.

4 Il-benefiċċji tal-impjegati jinkludu:

(a) benefiċċji għal żmien qasir tal-impjegati, bħal pagi, salarji, u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, frank annwali mħallas, assenza għall-mard imħallas, qsim fil-profitti u bonusijiet (jekk imħallsa fi żmien tnax-il xahar mit-tmiem il-perijodu) u benefiċċji mhux monetarji (bħal kura medika, akkomodazzjoni, karrozzi u oġġetti jew servizzi mingħajr ħlas jew issussidjati) għal impjegati attwali;

(b) benefiċċji ta' wara l-impjieg bħal pensjonijiet, benefiċċji tal-irtirar oħrajn, assigurazzjoni fuq il-ħajja ta' wara l-impjieg u kura medika ta' wara l-impjieg;

(ċ) benefiċċji oħra tal-impjegati fuq terminu ta' żmien twil, li jinkludu benefiċċji ta' frank għal servizz twil mal-kumpanija jew frank sabbatiku, benefiċċji ta' ġublew jew ta' servizz mogħti fit-tul, benefiċċji minħabba diżabbilità fuq terminu ta' żmien twil u, kemm-il darba ma jitħallsux b'mod sħiħ fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu, qsim fil-profitti, bonusijiet u kumpens differit;

(d) benefiċċji għat-temm tal-impieg.

Minħabba li kull kategorija identifikata f'(a)-(d) hawn aktar qabel għandha karatteristiċi differenti, dan l-Istandard jistabbilixxi rekwiżiti separati għal kull kategorija.

5 Benefiċċji għall-impjegati jinkludu benefiċċji mogħtija jew lill-impjegati jew lid-dipendenti tagħhom u jistgħu jissaldu bi ħlasijiet (jew l-għoti ta' oġġetti jew servizzi) magħmula jew direttament lill-impjegati, lill-irġiel u lin-nisa tagħhom, lit-tfal u dipendenti oħra, bħal kumpanniji tal-assigurazzjoni.

6 Impjegat jista' jipprovdi servizzi lil entità fuq bażi full-time, part-time, permanenti, każwali jew temporanja. Għall-iskop ta' dan l-Istandard, impjegati jinkludu diretturi u persunal maniġerjali ieħor.

DEFINIZZJONIJIET

7 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Benefiċċji għall-impjegati huma l-forom kollha ta' korrispettiv mogħtija minn entità bi skambju għal servizzi mogħtija mill-impjegati.

Benefiċċji tal-impjegati fuq perjodu qasir huma benefiċċji tal-impjegati (minbarra benefiċċji tat-terminazzjoni) li huma dovuti li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat.

Benefiċċji għal wara t-tmiem ta' impjieg huma benefiċċji għall-impjegati (minbarra benefiċċji għat-temm tal-impjieg) li jitħallsu wara t-tlestija tal-impjieg.

Pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impieg huma arranġamenti formali jew informali skont liema entità tipprovdi benefiċċji ta' wara l-impieg għal impjegat wieħed jew aktar.

Pjani ta' kontribuzzjoni definita huma pjani ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg skont liema entità tħallas kontribuzzjonijiet fissi f'entità separata (fond) u ma jkollha l-ebda obbligu legali jew kostruttiv biex tħallas aktar kontribuzzjonijiet jekk il-fond ma jkollux assi biżżejjed biex iħallas il-benefiċċji kollha għall-impjegati relatati mas-servizzi tal-impjegati fil-perijodi kurrenti u ta' qabel.

Pjani ta' benefiċċju definit huma pjani ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg minbarra pjani ta' kontribuzzjoni definita.

Pjani bejn għadd ta' sidien huma pjani ta' kontribuzzjoni definita (minbarra pjani tal-istat) jew pjani ta' benefiċċju definit (minbarra pjani tal-istat) li:

(a) jaggruppaw l-assi kontribwiti minn diversi entitajiet li m'humiex taħt kuntroll komuni; u

(b) jużaw dawk l-assi biex jipprovdu benefiċċji lill-impjegati ta' aktar minn entità waħda, fuq il-bażi li livelli ta' kontribuzzjoni u ta' benefiċċju huma ddeterminati mingħajr ma titqies l-identità tal-entità li timpjega lill-impjegati rispettivi.

Benefiċċji oħrajn tal-impjegati fuq perjodu twil huma benefiċċji tal-impjegati (minbarra benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji tat-terminazzjoni) li m’humiex dovuti li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat.

Benefiċċji għat-temm tal-impieg huma benefiċċji għall-impjegati li jitħallsu b'riżultat ta' jew:

(a) deċiżjoni ta' entità biex ittemm l-impjieg ta' impjegat qabel id-data normali tal-irtirar; jew

(b) deċiżjoni ta' impjegat biex jaċċetta s-sensja volontarja bi skambju għal dawk il-benefiċċji.

Benefiċċji vestiti tal-impjegati huma benefiċċji għall-impjegati li m'humiex kundizzjonali fuq impjieg futur.

Il-valur preżenti ta' obbligu ta' benefiċċju definit huwa l-valur preżenti, mingħajr ma jitnaqqsu xi assi tal-pjan, ta' ħlasijiet futuri mistennija u meħtieġa biex jissalda l-obbligu li jirriżulta mis-servizz tal-impjegati fil-perijodi kurrenti u ta' qabel.

Kost tas-servizz attwali hija ż-żjieda fil-valur preżenti ta' obbligu ta' benefiċċju definit li jirriżulta mis-servizz tal-impjegati fil-perijodu kurrenti.

Kost tal-imgħax huwa ż-żjieda matul xi perijodu fil-valur preżenti ta' obbligu ta' benefiċċju definit li tirriżulta minħabba li l-benefiċċji jkunu perijodu wieħed eqreb lejn is-saldu.

Assi tal-Pjan jinkludu:

(a) assi miżmuma minn fond tal-benefiċċji għall-impjegati għal żmien twil; u

(b) poloz tal-assigurazzjoni li jikkwalifikaw.

Assi miżmuma minn fond tal-benefiċċji għall-impjegati għal żmien twil huma assi (minbarra strumenti finanzjarji mhux trasferibbli maħruġa mill-entità li tirrapporta) li:

(a) jinżammu minn entità (fond) li hija legalment separata mill-entità li tirrapporta u li teżisti biss biex tħallas jew tiffinanzja fondi tal-benefiċċji għall-impjegati; u

(b) jistgħu jintużaw biss biex iħallsu jew jiffinanzjaw fondi tal-benefiċċji għall-impjegati, li m'humiex disponibbli għall-kredituri proprji tal-entità li tirrapporta (anke f'każ ta falliment), u ma jistgħux jiġu rritornati lill-entità li tirrapporta, sakemm jew:

(i) l-assi li jifdlu mill-fond ikunu biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi kollha relatati tal-pjan tal-benefiċċji għall-impjegati jew tal-entità li tirrapporta; jew

(ii) l-assi huma rritornati lill-entità li tirrapporta biex din tkun rimborsata għall-benefiċċji għall-impjegati mħallsa diġà.

Polza tal-assigurazzjoni li tikkwalifika hija polza tal-assigurazzjoni ( 11 ) maħruġa minn assiguratur li m'huwiex persuna relatata (kif iddefinit fl-IAS 24 Żvelar fuq Partijiet Relatati) mal-entità li tirrapporta, jekk ir-rikavat mill-polza:

(a) jista' jintuża biss biex jitħallsu jew jiġu ffinanzjati benefiċċji għall-impjegati skont pjan ta' benefiċċju definit; u

(b) m'huwiex disponibbli għall-kredituri proprji tal-entità li tirrapporta (anke jekk f'falliment) u ma jistax jitħallas lill-entità li tirrapporta, ħlief jekk jew:

(i) ir-rikavat ikun jirrappreżenta assi żejda li mhumiex meħtieġa biex il-polza tissodisfa l-obbligi kollha relatati tal-benefiċċji għall-impjegati; jew

(ii) ir-rikavat huwa rritornat lill-entità li tirrapporta biex din tiġi rimborsata għall-benefiċċji għall-impjegati mħallsa diġà.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Ir-redditu fuq l-assi ppjanati huwa mgħax, dividendi u dħul ieħor li jiġi mill-assi ppjanati, flimkien ma’ qligħ jew telf realizzat u mhux realizzat fuq l-assi ppjanati, bit-tnaqqis ta’ kull spejjeż tal-amministrazzjoni tal-pjan (minbarra dawk inklużi fis-suppożizzjonijiet attwarji użati għall-kejl tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit) u bit-tnaqqis ta’ kull taxxa pagabbli mill-pjan innifsu.

Qligħ u telf attwarju jkopri:

(a) aġġustamenti tal-esperjenza (l-effetti tad-differenzi bejn l-suppożizzjonijiet attwarji ta' qabel u dak li attwalment sar); u

(b) l-effetti ta' tibdiliet f'suppożizzjonijiet attwarji.

Kost tas-servizz passat hija l-bidla fil-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit għas-servizz tal-impjegat fil-perjodi ta’ qabel, li tirriżulta fil-perjodu kurrenti mill-introduzzjoni ta’, jew bidliet fi, il-benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew benefiċċji tal-impjegati oħrajn fuq perjodu twil. Il-kost tas-servizz passat tista’ tkun jew pożittiva (meta l-benefiċċji huma introdotti jew mibdulin biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jiżdied) jew negattiva (meta l-benefiċċji eżistenti jitbiddlu biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jonqos).

BENEFIĊĊJI GĦALL-IMPJEGATI FUQ ŻMIEN QASIR

8 Benefiċċji għall-impjegati fuq żmien qasir jinkludu entrati bħal:

(a) pagi, salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali;

▼M8

(b) assenzi kkompensati fuq perjodu qasir (bħal liv annwali mħallas u liv tal-mard imħallas) fejn il-kumpens għall-assenzi huwa dovut li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz tal-impjegat relatat;

▼B

(ċ) qsim fil-profitti u bonusijiet li jitħallsu fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat; u

(d) benefiċċji mhux monetarji (bħal kura medika, akkomodazzjoni, karozzi u oġġetti jew servizzi b'xejn jew issussidjati) għal impjegati kurrenti

9 Il-kontabilità tal-benefiċċji għall-impjegati fuq żmien qasir hija ġeneralment sempliċi minħabba li m'hemmx bżonn ta' suppożizzjonijiet attwarji biex ikejlu l-obbligu jew il-kost, u m'hemm l-ebda possibbiltà ta' xi qligħ jew telf attwarju. Barra minn hekk, l-obbligi ta' benefiċċji għall-impjegati fuq żmien qasir jitkejlu fuq bażi mhux skontata.

Rikonoxximent u kejl

Il-benefiċċji kollha għall-impjegati fuq żmien qasir

10 Meta impjegat ikun ta servizz lil entità matul perijodu ta' kontabilità, l-entità għandha tirrikonoxxi l-ammont mhux skontat ta' benefiċċji għall-impjegati fuq żmien qasir mistennija li jitħallsu bi skambju għal dak is-servizz:

(a) bħala obbligazzjoni (spiża akkumulata), wara li jitnaqqas kull ammont imħallas diġà. Jekk l-ammont imħallas diġà jeċċedi l-ammont mhux skontat tal-benefiċċji, entità għandha tirrikonoxxi dak l-eċċess bħala assi (spiża mħallsa minn qabel) sakemm il-ħlas minn qabel iwassal għal, pereżempju, tnaqqis fi ħlasijiet futuri jew rifużjoni ta' flus; u

(b) bħala spiża, ħlief jekk Standard ieħor jeħtieġ jew jippermetti l-inklużjoni tal-benefiċċji fil-kost ta' assi (ara, pereżempju, l-IAS 2 Inventarji u l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir).

Il-paragrafi 11, 14 u 17 jispjegaw kif entità għandha tapplika dan ir-rekwiżit għal benefiċċji għall-impjegati fuq żmien qasir fil-forma ta' assenzi kkumpensati u pjani ta' qsim fil-profitti u ta' bonus.

Assenzi kkumpensati fuq żmien qasir

11 Entità għandha tirrikonoxxi l-kost mistenni ta' benefiċċji għall-impjegati fuq żmien qasir fil-forma ta assenzi kkumpensati skont il-paragrafu 10 kif ġej:

(a) fil-każ ta' assenzi kkumpensati akkumulattivi, meta l-impjegati jagħtu servizz li jżid l-intitolament tagħhom għal assenzi kkumpensati futuri; u

(b) fil-każ ta' assenzi kkumpensati mhux akkumulattivi, meta jseħħu l-assenzi.

12 Entità tista' tikkumpensa impjegati għall-assenza għal diversi raġunijiet inklużi btajjel, mard u diżabbiltà fuq żmien qasir, maternità jew paternità, servizz ta' ġurati u dak militari. Intitolament għal assenzi kkumpensati jaqa' f'żewġ kategoriji:

(a) akkumulattivi; u

(b) mhux akkumulattivi.

13 Assenzi kkumpensati akkumulattivi huma dawk li jinżammu u li jistgħu jintużaw f'perijodi futuri jekk l-intitolament tal-perijodu kurrenti ma jkunx użat għal kollox. Assenzi kkumpensati akkumulattivi jistgħu jkunu jew vestiti (fi kliem ieħor, l-impjegati huma intitolati għal ħlas fi flus għal intitolament mhux użat meta wieħed iħalli l-entità) jew mhux vestiti (meta l-impjegati m'humiex intitolati għal ħlas fi flus għal intitolament mhux użat meta jitilqu). Jinħoloq obbligu hekk kif l-impjegati jagħtu servizz li jżid l-intitolament tagħhom għal assenzi kkumpensati futuri. L-obbligu jeżisti, u huwa rikonoxxut, anke jekk l-assenzi kkumpensati jkunu mhux vestiti, għalkemm il-possibbiltà li l-impjegati jistgħu jitilqu qabel ma jużaw intitolament mhux vestit akkumulat taffettwa l-kejl ta' dak l-obbligu.

14 Entità għandha tkejjel l-ispiża mistennija ta' assenzi kkumpensati akkumulattivi, bħala l-ammont addizzjonali li l-entità tistenna li tħallas b'riżultat tal-intitolament mhux użat li jkun akkumula ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

15 Il-metodu speċifikat fil-paragrafu ta' qabel ikejjel l-obbligu skont l-ammont tal-ħlasijiet addizzjonali li huma mistennija li jirriżultaw biss mill-fatt li l-benefiċċju jakkumula. F'ħafna każijiet, entità tista' ma jkollhiex bżonn tagħmel komputazzjonijiet iddettaljati biex tistma li m'hemm ebda obbligu sinifikanti għal assenzi kkumpensati mhux użati. Pereżempju, obbligu ta' frank tal-mard x'aktarx ikun sinifikanti biss jekk ikun hemm ftehim formali jew informali li frank tal-mard imħallas mhux użat jista jittieħed bħala btajjel imħallsa.

Eżempju li jispjega l-paragrafi 14 u 15

Entità għandha 100 impjegat, li kull wieħed u waħda minnhom huma intitolati għal ħamest ijiem ta' xogħol ta' frank tal-mard imħallas kull sena. Frank tal-mard mhux imħallas jista' jinżamm għal sena kalendarja. Il-frank tal-mard jitnaqqas l-ewwel mill-intitolament tas-sena kurrenti u mbagħad minn kull bilanċ miżmum mis-sena ta qabel (fuq bażi LIFO). Fit-30 ta' Diċembru 20X1, il-medja tal-intitolament mhux użata hija jumejn għal kull impjegat. L-entità tistenna, skont esperjenza passata li hija mistennija li tkompli, li 92 impjegat ma jiħdux aktar minn ħamest ijiem ta' frank tal-mard imħallas fl-20X2 u li t-tmien impjegati li jifdal jieħdu medja ta' sitt ijiem u nofs kull wieħed.

L-entità tistenna li tħallas 12-il jum addizzjonali ta' ħlas għall-mard b'riżultat tal-intitolament mhux użat li jkun akkumula fil-31 ta' Diċembru 20X1 (ġurnata u nofs kull wieħed u waħda minnhom, għal tmien impjegati). Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni daqs 12-il jum ta' ħlas għall-mard.

16 Assenzi kkumpensati mhux akkumulattivi ma jinżammux: dawn jiskadu jekk l-intitolament tal-perijodu kurrenti ma jintużax kollu kemm hu u ma jintitolawx lill-impjegati għal ħlas ta' flus għal dak l-intitolament mhux użat mat-tluq mill-entità. Dan huwa ġeneralment il-każ tal-ħlas għall-mard (sakemm intitolament passat mhux użat ma jżidx intitolament futur), il-frank tal-maternità jew tal-paternità u assenzi kkumpensati għal servizz ta' ġurati jew militari. Entità ma tirrikonoxxi l-ebda obbligazzjoni jew spiża saż-żmien tal-assenza, minħabba s-servizz tal-impjegati ma jżidx l-ammont tal-benefiċċju.

Pjani ta' qsim fil-profitti u ta' bonus

17 Entità għandha tirrikonoxxi l-kost mistenni tal-qsim fil-profitti u ta' ħlasijiet ta' bonusijiet skont il-paragrafu 10 meta, u biss meta:

(a) l-entità għandha obbligu preżenti legali jew kostruttiv li twettaq dawn il-ħlasijiet bħala riżultat ta' avvenimenti passati; u

(b) tista' ssir stima affidabbli tal-obbligu.

Jeżisti obbligu preżenti meta, u biss meta, l-entità m'għandha l-ebda alternattiva realistika ħlief li tħallas.

18 Skont il-pjani ta' qsim fil-profitti, l-impjegati jirċievu sehem mill-profitt biss jekk jibqgħu mal-entità għal perijodu speċifiku. Dawn il-pjani joħolqu obbligu kostruttiv billi l-impjegati jagħtu servizz li jżid l-ammont li għandu jitħallas jekk jibqgħu fis-servizz sat-tmiem tal-perijodu speċifikat. Il-kejl ta' dawn l-obbligi kostruttivi jirriflettu l-possibbiltà li xi impjegati jistgħu jitilqu mingħajr ma jirċievu ħlasijiet ta' qsim fil-profitti.

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 18

Pjan ta' qsim fil-profitti jeżiġi li entità tħallas proporzjon speċifikat mill-profitt tagħha għas-sena lil impjegati tagħha li jservu matul is-sena. Jekk ma jkunx hemm impjegati li jitilqu matul is-sena, il-ħlasijiet totali tat-qsim fil-profitti għas-sena jkunu 3 % tal-profitt. L-entità tistma li ċ-ċaqliq tal-persunal inaqqas il-ħlasijiet għal 2,5 % tal-profitt.

L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni u spiża ta' 2,5 % tal-profitt.

19 Entità jista' ma jkollhiex obbligu legali li tħallas bonus. Madankollu, f'xi każijiet, entità għandha prattika li tħallas bonusijiet. F'dawn il-każijiet, l-entità għandha obbligu kostruttiv minħabba li l-entità m'għandha l-ebda alternattiva realistika ħlief li tħallas il-bonus. Il-kejl tal-obbligu kostruttiv jirrifletti l-possibbiltà li xi impjegati jistgħu jitilqu mingħajr ma jirċievu bonus.

20 Entità tista' toħroġ stima affidabbli tal-obbligu legali jew kostruttiv tagħha skont pjan ta' qsim fil-profitti jew ta' bonus meta, u biss meta:

(a) il-kundizzjonijiet formali tal-pjan jinkludu formola biex jiġi stabbilit l-ammont tal-benefiċċju;

(b) l-entità tistabbilixxi l-ammonti li għandhom jitħallsu qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati biex jinħarġu; jew

(ċ) il-prattika passata tagħti evidenza ċara tal-ammont tal-obbligu kostruttiv tal-entità.

21 L-obbligu skont il-pjani ta' qsim fil-profitti u tal-bonus jirriżulta mis-servizz ta l-impjegati u mhux minn xi tranżazzjoni mas-sidien tal-entità. Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi l-kost tal-pjani ta' qsim fil-profitti u tal-bonus mhux bħala distribuzzjoni tal-profitti iżda bħala spiża.

22 Jekk il-qsim fil-profitti u l-ħlasijiet tal-bonus ma jkunux waslu biex jitħallsu kollha kemm huma fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizzi relatati, dawk il-ħlasijiet huma benefiċċji oħra għat-tul tal-impjegati. (ara l-paragrafi 126–131).

Żvelar

23 Għalkemm dan l-Istandard ma jeħtieġx żvelar speċifiku dwar benefiċċji għal żmien qasir tal-impjegati, Standards oħra jistgħu jeħtieġu żvelar bħal dan. Pereżempju, l-IAS 24 Żvelar fuq Partijiet Relatati jeħtieġ żvelar dwar il-benefiċċji għall-impjegatii għall-personal fil-livelli għoljin tal-maniġment. L-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji jeżiġi l-iżvelar tal-ispiża tal-benefiċċji għall-impjegati.

BENEFIĊĊJI TA' WARA L-IMPJIEG: DISTINZJONI BEJN PJANI TA' KONTRIBUZZJONI DEFINITA U PJANI TA' BENEFIĊĊJU DEFINIT

24 Benefiċċji ta' wara l-impjieg jinkludu, pereżempju:

(a) benefiċċji għall-irtirar, bħal pensjonijiet; u

(b) benefiċċji oħra ta' wara l-impjieg, bħal assigurazzjoni fuq il-ħajja ta' wara l-impjieg u kura medika ta' wara l-impjieg.

Arranġamenti fejn entità tagħti benefiċċji ta' wara l-impjieg huma pjani ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg. Kull entità tapplika dan l-Istandard għall-arranġamenti kollha; kemm jekk jinvolvu u kemm jekk ma jinvolvux l-istabbilment ta' entità separata biex tirċievi l-kontribuzzjonijiet u biex tħallas il-benefiċċji.

25 Pjani ta' benefiċċji oħra ta' wara l-impjieg huma kklassifikati bħala jew pjani ta' kontribuzzjoni definita jew pjani ta' benefiċċju definit, skont is-sustanza ekonomika tal-pjan kif toħroġ mit-termini u l-kundizzjonijiet prinċipali tiegħu. Skont pjani ta' kontribuzzjoni definita:

(a) l-obbligu legali jew kostruttiv tal-entità huwa limitat għall-ammont li hija taqbel li tikkontribwixxi fil-fond. B'hekk, l-ammont ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg li l-impjegat ikun irċieva huwa stabbilit bl-ammont ta' kontribuzzjonijiet imħallsa mill-entità (u forsi wkoll l-impjegat) lil pjan ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg jew lil kumpanija tal-assigurazzjoni, flimkien mad-dħul mill-investimenti li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet; u

(b) b'konsegwenza t'hekk, ir-riskju attwarju (li l-benefiċċji jkunu anqas milli mistennija) u r-riskju ta l-investiment (li l-assi investiti ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-benefiċċji mistennija) jaqa' fuq l-impjegat.

26 Eżempji ta' każijiet fejn obbligu ta' entità m'huwiex illimitat għall-ammont li hija taqbel li tikkontribwixxi fil-fond huma, meta l-entità għandha obbligu legali jew kostruttiv permezz ta':

(a) formula tal-benefiċċju tal-pjan li m'hijiex marbuta biss mal-ammont ta' kontribuzzjonijiet;

(b) garanzija, kemm indirettament permezz ta' pjan jew direttament, ta' dħul speċifikat fuq il-kontribuzzjonijiet; jew

(ċ) dawk il-prattiċi informali li jagħtu lok għal obbligu kostruttiv. Pereżempju, jista' jkun hemm obbligu kostruttiv meta entità jkollha storja ta' benefiċċji li jiżdiedu għal impjegati ta' qabel biex ilaħħqu mal-inflazzjoni, anke fejn ma jkunx hemm obbligu legali li tagħmel dan.

27 Skont pjani ta' benefiċċju definit:

(a) l-obbligu tal-entità huwa li tipprovdi l-benefiċċji miftiehma lil impjegati kurrenti u impjegati ta' qabel; u

(b) riskju attwarju (li l-benefiċċji jiswew aktar milli mistenni) u tnaqqis fir-riskju tal-investiment, fis-sustanza, fuq l-entità. Jekk l-esperjenzi attwarji jew tal-investiment huma agħar milli mistenni, jista' jiżdied l-obbligu tal-entità.

28 Il-paragrafi 29–42 hawn isfel jispjegaw id-distinzjoni bejn pjani ta' kontribuzzjoni definita u pjani ta' benefiċċju definit fil-kuntest ta' pjani bejn għadd ta' sidien, pjani tal-istat u benefiċċji assigurati.

Pjani bejn għadd ta' sidien

29 Entità għandha tikklassifika pjan bejn għadd ta' sidien bħala pjan ta' kontribuzzjoni definita jew pjan ta' benefiċċju definit skont il-kundizzjonijiet tal-pjan (inkluż kull obbligu kostruttiv li jmur lil hinn mill-kundizzjonijiet formali). Meta pjan bejn għadd ta' sidien huwa pjan ta' benefiċċju definit, entità għandha:

(a) tikkomputa s-sehem ipproporzjonat tagħha mill-obbligu tal-benefiċċju definit, l-assi tal-pjan u l-ispejjeż assoċjati mal-pjan bl-istess mod ta' kull pjan ieħor ta' benefiċċju definit; u

(b) tiżvela l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu 120A.

30 Meta ma jkunx hemm informazzjoni suffiċjenti biex wieħed juża kontabilità ta benefiċċju definit għal pjan b'aktar minn impjegatur wieħed li huwa pjan ta' benefiċċju definit, entità għandha:

(a) tikkomputa għall-pjan skont il-paragrafi 44–46 daqs li kieku kien pjan ta' kontribuzzjoni definita;

(b) tiżvela:

(i) il-fatt li l-pjan huwa pjan ta' benefiċċju definit; u

(ii) ir-raġuni l-għala ma hemmx informazzjoni suffiċjenti li tippermetti lill-entità biex tikkomputa għall-pjan bħala pjan ta' benefiċċju definit; u

(ċ) sakemm bilanċ favorevoli jew defiċit fil-pjan jista' jaffettwa l-ammont ta' kontribuzzjonijiet futuri, tiżvela wkoll:

(i) kull informazzjoni disponibbli dwar dak il-bilanċ favorevoli jew defiċit;

(ii) il-bażi użata biex jiġi stabbilit dak il-bilanċ favorevoli jew id-defiċit; u

(iii) l-implikazzjonijiet, jekk ikun hemm, għall-entità.

31 Eżempju wieħed ta' pjan bejn għadd ta' sidien ta' benefiċċju definit huwa wieħed fejn:

(a) il-pjan huwa ffinanzjat fuq il-bażi pay-as-you-go bħal: il-kontribuzzjonijiet huma stabbiliti f'livell li huwa mistenni li jkun suffiċjenti biex jitħallsu l-benefiċċji li jkollhom jitħallsu fl-istess perijodu; u l-qligħ ta' benefiċċji futuri matul il-perijodu kurrenti jitħallas mill-kontribuzzjonijiet futuri; u

(b) il-benefiċċji għall-impjegatii huma stabbiliti bit-tul ta' żmien tas-servizz u l-entitajiet parteċipanti m'għandhom l-ebda mezz realistiku li jirtiraw mill-pjan mingħajr ma jħallsu kontribuzzjoni għall-benefiċċji li l-impjegati jkunu ħadu sad-data tal-irtirar. Dan il-pjan joħloq riskju attwarju għall-entità: jekk l-ispiża aħħarija tal-benefiċċji li jkunu diġà ttieħdu ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ tkun aktar milli mistennija, l-entità jkollha jew iżżid il-kontribuzzjonijiet tagħha jew tipperswadi lill-impjegati biex jaċċettaw tnaqqis fil-benefiċċji. Għalhekk, dan il-pjan huwa pjan ta' benefiċċju definit.

32 Meta jkun hemm informazzjoni suffiċjenti dwar pjan bejn għadd ta' sidien li huwa pjan ta' benefiċċju definit, l-entità tikkomputa għas-sehem ipproporzjonat tagħha mill-obbligu ta' benefiċċju definit, l-assi tal-pjan u l-ispiża tal-benefiċċju ta' wara l-impjieg assoċjata mal-pjan, bl-istess mod bħal fil-każ ta' kull pjan ieħor ta' benefiċċju definit. Madankollu, f'xi każijiet, jista' jkun li entità ma tkunx tista tidentifika s-sehem tagħha mill-pożizzjoni finanzjarja bażika u l-andament tal-pjan, b'mod biżżejjed affidabbli għal skopijiet ta' kontabilità. Dan jista' jseħħ jekk:

(a) l-entità ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni dwar il-pjan li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Istandard; jew

(b) il-pjan jesponi lill-entitajiet parteċipanti għal riskji attwarji assoċjati ma l-impjegati kurrenti u dawk ta' qabel, ta' entitajiet oħra, bir-riżultat li ma jkun hemm l-ebda bażi konsistenti u affidabbli biex jiġu allokati l-obbligu, l-assi tal-pjan u l-ispiża għall-entitajiet individwali li jipparteċipaw fil-pjan.

F'dawk il-każijiet, l-entità tikkomputa l-pjan daqs li kieku kien pjan ta' kontribuzzjoni definita u tiżvela l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-paragrafu 30.

32A Jista' jkun hemm ftehim kuntrattwali bejn il-pjan għal entitajiet multipli u l-parteċipanti tiegħu li jiddetermina kif il-bilanċ favorevoli fil-pjan ser jiġi mqassam lill-parteċipanti (jew id-defiċit iffinanzjat). Parteċipant fi pjan bejn għadd ta' sidien bi ftehim bħal dan li jirrapporta l-pjan bħala pjan ta' kontribuzzjoni definita b'konformità mal-paragrafu 30 għandu jirrikonoxxi l-assi jew l-obbligazzjoni li jirriżultaw mill-ftehim kuntrattwali u l-introjtu jew spiża li tirriżulta fi profitt jew telf.

Eżempju li jispjega l-paragrafu 32A

Entità tipparteċipa fi pjan bejn għadd ta' sidien li ma jippreparax stimi tal-pjan ibbażat fuq l-IAS 19. Għalhekk hi tirrapporta l-pjan bħal li kieku kien pjan ta'kontribuzzjoni definita. Stima ta' finanzjament li mhix tal-IAS 19 turi defiċit ta' 100 miljun fil-pjan. Il-pjan kien qabel, skont il-kuntratt, ma' skeda ta' kontribuzzjonijiet mas-sidien li jkunu qed jipparteċipaw fil-pjan, li telimina d-defiċit matul il-ħames snin li ġejjin. Il-kontribuzzjonijiet totali tal-entità taħt il-kuntratt huma ta' 8 miljuni.

L-entità tirrikonoxxi obbligu għal kontribuzzjonijiet aġġustati għal valur taż-żmien tal-flus u spiża ugwali fil-profitt jew telf.

32B L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti teħtieġ tiżvela informazzjoni dwar xi obbligazzjonijiet kontinġenti. Fil-kuntest ta’ pjani bejn għadd ta’ sidien, obbligazzjoni kontinġenti jistgħu jinħolqu minn, per eżempju:

(a) telf attwarju relatati ma' entitajiet oħrajn li qed jipparteċipaw minħabba li kull entità li qed tipparteċipa fi pjan bejn għadd ta' sidien taqsam fir-riskji attwarji ta' kull entità oħra li qed tipparteċipa; jew

(b) kull responsabbiltà taħt it-termini ta' pjan biex jiġi ffinanzjat kull nuqqas fil-pjan jekk entitajiet oħrajn jonqsu milli jipparteċipaw.

33 Pjani bejn għadd ta' sidien huma distinti minn pjani ta' amministrazzjoni ta' grupp. Pjan ta' amministrazzjoni ta' grupp huwa sempliċiment aggregazzjoni ta' pjani ta' sid wieħed magħqudin biex jippermettu lis-sidien li jipparteċipaw biex jaggruppaw l-assi tagħhom għal skopijiet ta' investiment u jnaqqsu l-ispejjeż tal-immaniġġar tal-investimenti u tal-amministrazzjoni, iżda t-talbiet differenti tas-sidien huma ssegregati għall-benefiċċju uniku tal-impjegati tagħhom. Il-pjani ta' amministrazzjoni ta' grupp ma joħolqu l-ebda problema ta' kontabilità partikolari minħabba li diġà hemm informazzjoni biex wieħed jittrattahom bl-istess mod bħal kull pjan ieħor ta' sid wieħed, u minħabba li dawn il-pjani ma jesponux lill-entitajiet parteċipanti għal riskji attwarji assoċjati mal-impjegati kurrenti u preċedenti ta' entitajiet oħra. Id-definizzjonijiet f'dan l-Istandard jeżiġu li entità tikklassifika pjan ta' amministrazzjoni ta' grupp bħala pjan ta' kontribuzzjoni definita jew pjan ta' benefiċċju definit skont il-kundizzjonijiet tal-pjan (inkluż kull obbligu kostruttiv li jmur lil hinn mill-kundizzjonijiet formali).

Pjani ta' benefiċċju definit li jaqsmu r-riskji bejn diversi entitajiet taħt kontroll komuni

34 Pjani ta' benefiċċju definit li jaqsmu r-riskji bejn diversi entitajiet taħt kontroll komuni, pereżempju, kumpanija prinċipali u s-sussidjarja tagħha, m'humiex pjani bejn għadd ta' sidien.

34A Entità li qed tipparteċipa fi pjan bħal dan għandha takkwista informazzjoni dwar il-pjan kollu mkejjel b'konformità mal-IAS 19 fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet li japplikaw għall-pjan kollu. Jekk hemm ftehim kuntrattwali jew politika ddikjarata biex jintalab il-kost tal-benefiċċju definit nett għal pjan kollu hekk kif imkejjel b'konformità mal-IAS 19 għal entitajiet individwali tal-grupp, l-entità għandha, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha, tirrikonoxxi l-kost tal-benefiċċju definit nett hekk kif iddebitat. Jekk m'hemmx ftehim jew politika bħal dawn, il-kost tal-benefiċċju definit nett għandu jiġi rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tal-entità tal-grupp li hi legalment is-sid li tkun qed tisponsorja l-pjan. L-entitajiet l-oħrajn tal-grupp għandhom, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħhom, jirrikonoxxu kost li jkun daqs il-kontribuzzjoni pagabbli tagħhom għal dak il-perijodu.

34B Parteċipazzjoni fi pjan bħal dan hi tranżazzjoni bejn partijiet relatati għal kull entità individwali tal-grupp. Entità għandha għalhekk, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha, tiżvela dawn li ġejjin:

(a) il-ftehim kuntrattwali jew il-politika ddikjarata biex jiġi ċċarġjat il-kost tal-benefiċċju definit nett jew il-fatt li m'hemm l-ebda politika bħal din.

(b) il-politika li tiddetermina l-kontribuzzjoni li titħallas mill-entità.

(ċ) jekk l-entità tirrappurtax l-allokazzjoni tal-kost tal-benefiċċju definit nett b'konformità mal-paragrafu 34A, l-informazzjoni kollha dwar il-pjan kollu b'konformità mal-paragrafi 120–121,

(d) jekk l-entità tirrapporta l-kontribuzzjoni pagabbli għall-perijodu b'konformità mal-paragrafu 34A, l-informazzjoni dwar il-pjan kollu meħtieġ b'konformità mal-paragrafi 120A(b)-(e), (j), (n), (o), (q) u 121. L-iżvelar l-ieħor kollu meħtieġ mill-paragrafu 120A ma japplikax.

35 [Imħassra]

Pjani tal-Istat

36 Entità għandha tikkontabilizza għal pjan tal-istat bl-istess mod li bħal għal pjan bejn għadd ta' sidien (ara l-paragrafi 29 u 30).

37 Pjani tal-istat huma stabbiliti b'leġiżlazzjoni sabiex ikopru l-entitajiet kollha (jew l-entitajiet kollha f'kategorija partikolari, eżempju, industrija speċifika) u huma mħaddma mill-gvern lokali jew nazzjonali jew minn korp ieħor (eżempju, aġenzija awtonoma maħluqa speċifikament għal dan il-għan) li m'hijiex soġġetta għall-kontroll jew influwenza mill-entità ta' rappurtaġġ. Xi pjani stabbiliti minn entità jipprovdu kemm benefiċċji obbligatorji li jissostitwixxu l-benefiċċji li nkella jkunu koperti taħt pjan statali u benefiċċji volontarji addizzjonali. Pjani bħal dawn m'humiex pjani tal-Istat.

38 Pjani tal-istat huma kkaratterizzati bħala benefiċċju definit jew bħala kontribuzzjoni definita fin-natura abbażi tal-obbligu tal-entità skont il-pjan. Ħafna pjani tal-istat huma ffinanzjati fuq bażi ta' pay-as-you-go: il-kontribuzzjonijiet huma stabbiliti f'livell li huwa mistenni li jkun biżżejjed sabiex jitħallsu l-benefiċċji meħtieġa li jkunu dovuti fl-istess perijodu; benefiċċji futuri miksubin matul il-perijodu attwali jitħallsu minn kontribuzzjonijiet futuri. Madankollu, f'xi pjani tal-istat, l-entità ma għandha ebda obbligu legali jew kostruttiv li tħallas dawk il-benefiċċji futuri: l-uniku obbligu tagħha huwa li tħallas il-kontribuzzjonijiet li jkunu dovuti u jekk l-entità tieqaf timpjega membri tal-pjan tal-istat, ma jkollha ebda obbligu li tħallas il-benefiċċji miksubin mill-impjegati tagħha stess fis-snin preċedenti. Għal din ir-raġuni, il-pjani tal-istat huma normalment pjani ta' kontribuzzjoni definita. Madankollu, fil-każijiet rari meta pjan tal-istat huwa pjan ta' benefiċċju definit, entità tapplika t-trattament preskritt fil-paragrafi 29 u 30.

Benefiċċji assigurati

39 Entità tista' tħallas primjums tal-assigurazzjoni biex tiffinanzja pjan ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg. L-entità għandha tittratta tali pjan bħala pjan ta' kontribuzzjoni definita sakemm l-entità ma jkollhiex (jew direttament jew indirettament permezz ta' pjan) obbligu legali jew kostruttiva li:

(a) tħallas il-benefiċċji għall-impjegati meta dawn ikunu dovuti; jew

(b) tħallas aktar ammonti jekk l-assiguratur ma jħallasx il-benefiċċji futuri kollha għall-impjegati li jkollhom x'jaqsmu mas-servizz ta' impjegat fil-perijodi attwali u preċedenti.

Jekk l-entità żżomm tali obbligu legali jew kostruttiv, l-entità għandha tittratta l-pjan kif definit fil-pjan ta' benefiċċju.

40 Il-benefiċċji assigurati b'kuntratt tal-assigurazzjoni ma jeħtieġx li jkollhom relazzjoni diretta jew awtomatika mal-obbligu tal-entità għall-benefiċċji għall-impjegati. Pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg li jinvolvu kuntratti tal-assigurazzjoni huma soġġetti għall-istess distinzjoni bejn il-kontabilità u l-iffinanzjar bħal pjani ffinanzjati oħrajn.

41 Meta entità tiffinanzja obbligu ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg billi tikkontribwixxi għal polza tal-assigurazzjoni li taħtha, entità (jew direttament, indirettament permezz tal-pjan, permezz tal-mekkaniżmu għall-iffissar ta' poloz futuri jew permezz ta' relazzjoni bejn partijiet terzi u l-assiguratur) iżżomm obbligu legali jew kostruttiv, il-pagament tal-primjums ma jammontax għal arranġament ta' kontribuzzjoni definita. Minn dan jirriżulta li l-entità:

(a) tikkontabilizza polza tal-assigurazzjoni li tikkwalifika bħala assi tal-pjan (ara l-paragrafu 7); u

(b) tirrikonoxxi poloz tal-assigurazzjoni oħrajn bħala drittijiet tar-rimbors (jekk il-poloz jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 104A).

42 Meta polza tal-assigurazzjoni tkun f'isem il-parteċipant tal-pjan speċifikat jew grupp ta' parteċipanti tal-pjan u l-entità ma jkollhiex obbligu legali jew kostruttiv sabiex tkopri xi telf fuq il-polza, l-entità ma għandha ebda obbligu li tħallas benefiċċji lill-impjegati u l-assiguratur għandu r-responsabbiltà unika li jħallas il-benefiċċji. Il-pagament ta' primjums fissi taħt tali kuntratti huwa, fis-sustanza s-saldu tal-obbligu ta' benefiċċji għall-impjegati, aktar milli investiment biex jiġi ssodisfat l-obbligu. Konsegwentrment, l-entità m'għandhiex aktar assi jew obbligazzjoni. Għalhekk, entità tittratta tali pagamenti bħala kontribuzzjonijiet skont pjan ta' kontribuzzjoni definita.

BENEFIĊĊJI TA' WARA L-IMPJIEG: PJANIJIET TA' KONTRIBUZZJONI DEFINITA

43 Il-kontabilità għal pjanijiet ta' kontribuzzjoni definita hija sempliċi minħabba li l-obbligu tal-entità li tirrapporta għal kull perijodu hija ddeterminata bl-ammonti li għandhom jiġu kkontribwiti għal dak il-perijodu. Konsegwentement, ma jinħtieġu l-ebda suppożizzjonijiet attwarji biex ikejlu l-obbligu jew l-ispiża u ma hemm l-ebda possibbiltà ta' xi qligħ jew telf attwarju. Barra minn hekk, l-obbligi jitkejlu fuq bażi mhux skontata, ħlief meta ma jsirux dovuti għal kollox fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu li fih l-impjegati jkunu taw is-servizz relatat.

Rikonoxximent u kejl

44 Meta impjegat ikun ta servizz lil entità matul xi perijodu, l-entità għandha tirrikonoxxi l-kontribuzzjoni li għandha titħallas fi pjan ta' kontribuzzjoni definita bi skambju għal dak is-servizz:

(a) bħala obbligazzjoni (spiża akkumulata), wara li titnaqqas kull kontribuzzjoni diġà mħallsa. Jekk il-kontribuzzjoni mħallsa diġà teċċedi l-kontribuzzjoni li għandha titħallas għal servizz qabel ►M5  it-tmiem t al-perjodu tar-rappurtar, ◄ l-entità għandha tirrikonoxxi dak l-eċċess bħala assi (spiża mħallsa minn qabel) sal-punt fejn il-ħlas minn qabel iwassal għal, pereżempju, tnaqqis fi ħlasijiet futuri jew rifużjoni ta' flus; u

(b) bħala spiża, ħlief jekk Standard ieħor jeħtieġ jew jippermetti l-inklużjoni tal-kontribuzzjoni fil-kost ta' assi (ara, pereżempju, l-IAS 2 Inventarji u l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir).

45 Meta l-kontribuzzjonijiet fi pjan ta' kontribuzzjoni definita ma jkollhomx jitħallsu kollha kemm huma fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat, il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu skontati bl-użu tar-rata ta' skont speċifikata fil-paragrafu 78.

Żvelar

46 Entità għandha tiżvela l-ammont rikonoxxut bħala spiża għall-pjani ta' kontribuzzjoni definita.

47 Meta jkun meħtieġ mill-IAS 24, entità tiżvela informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet fi pjani ta' kontribuzzjoni definita għal persunal maniġerjali prinċipali.

BENEFIĊĊJI TA' WARA L-IMPJIEG: PJANIJIET TA' BENEFIĊĊJU DEFINIT

48 Il-kontabilità ta' pjanijiet ta' benefiċċju definit hija kumplessa minħabba li jkun hemm bżonn suppożizzjonijiet attwarji biex ikejlu l-obbligu u l-ispiża u hemm possibbiltà ta' qligħ u telf attwarju. Barra minn hekk, l-obbligi jitkejlu fuq bażi skontata minħabba li dawn jistgħu jissaldu ħafna snin wara li l-impjegati jkunu taw is-servizz relatat.

Rikonoxximent u kejl

49 Pjanijiet ta' benefiċċju definit jistgħu ma jkunux iffinanzjati, jew jistgħu jkunu ffinanzjati totalment jew parzjalment minn kontribuzzjonijiet minn entità, u xi kultant mill-impjegati tagħha, għal ġo entità jew fond, li huma separati legalment mill-entità li tirrapporta u li minnhom jitħallsu l-benefiċċji għall-impjegati. Il-ħlas ta' benefiċċji ffinanzjati, meta jsiru dovuti, jiddependi mhux biss fuq il-qagħda finanzjarja u l-andament tal-investiment tal-fond iżda wkoll fuq l-abbiltà tal-entità (u l-volontà) li tagħmel tajjeb għal xi nuqqas fl-assi tal-fond. Għalhekk l-entità, fis-sustanza, tissottoskrivi r-riskji attwarji u tal-investimenti assoċjati mal-pjan. Konsegwentament, l-ispiża rikonoxxuta għal pjan ta' benefiċċju definit mhijiex neċessarjament l-ammont tal-kontribuzzjoni li jkollha titħallas għall-perijodu.

50 L-ikkontabilizzar ta’ entità għal pjanijiet ta’ benefiċċji definiti tinvolvi l-passi li ġejjin:

(a) l-użu ta' tekniċi attwarji biex tiġi prodotta stima affidabbli tal-ammont ta' benefiċċju li l-impjegati jkunu qalgħu għas-servizz tagħhom fil-perijodi kurrenti u dawk ta' qabel. Dan jitlob li entità tiddetermina l-ammont ta' benefiċċju li huwa attribwibbli għall-perijodi kurrenti u ta' qabel (ara l-paragrafi 67–71) u li tagħmel stimi (suppożizzjonijiet attwarji) dwar varjabbli demografiċi (bħal fatturat u mortalità tal-impjegati) u varjabbli finanzjarji (bħal żidiet futuri fis-salarji u l-ispejjeż mediċi) li jinfluwenzaw l-ispiża tal-benefiċċju (ara l-paragrafi 72–91);

(b) l-iskontar ta' dak il-benefiċċju permezz tal-Metodu ta' kreditu għal kull unita' proġettata sabiex jiġi stabbilit il-valur preżenti tal-obbligu ta' benefiċċju definit u l-kost tas-servizz attwali (ara l-paragrafi 64–66);

▼M33

(ċ) il-kejl tal-valur ġust ta’ kwalunkwe assi tal-pjan (ara l-paragrafi 102–104);

▼B

(d) id-determinazzjoni tal-ammont totali ta' qligħ u telf attwarju u l-ammont ta' dak il-qligħ u telf attwarju li għandu jiġi rikonoxxut (ara l-paragrafi 92–95);

(e) meta jkun ġie introdott jew inbidel pjan, id-determinazzjoni tal-kost tas-servizz passat riżultanti (ara l-paragrafi 96–101); u

(f) meta pjan ikun ġie mitmum qabel il-waqt jew saldat, id-determinazzjoni tal-qligħ jew telf riżultanti (ara l-paragrafi 109–115).

Meta entità jkollha aktar minn pjan wieħed ta' benefiċċju definit, l-entità tapplika dawn il-proċeduri għal kull pjan materjali separatament.

51 F'xi każijiet, l-istimi, il-medji u short cuts komputattivi jistgħu jipprovdu approssimazzjoni tal-komputazzjonijiet iddettaljati illustrati f'dan l-Istandard.

Kontabilità għall-obbligu kostruttiv

52 Entità għandha tirrapporta fil-kontijiet tagħha mhux biss l-obbligu legali tagħha taħt it-termini formali ta' pjan ta' benfiċċju definit, iżda wkoll kwalunkwe obbligu kostruttiv li tirriżulta mill-prattiċi informali tal-entità. Il-prattiċi informali jwasslu għal obbligu kostruttiv fejn l-entità m'għandha l-ebda aternattiva realistika għajr li tħallas il-benefiċċji għall-impjegati. Eżempju ta' obbligu kostruttiv huwa meta bidla fil-prattiċi informali tikkawża dannu inaċċettabbli lir-relazzjoni tagħha mal-impjegati.

53 It-termini formali ta' pjan ta' benefiċċju definit jistgħu jippermettu lil entità li ttemm l-obbligu tagħha taħt il-pjan. Madankollu, ġeneralment huwa diffiċli għal entità li tikkanċella pjan jekk l-impjegati għandhom jinżammu. Għalhekk, fin-nuqqas ta' provi għall-kuntrarju, il-kontabilità għall-benefiċċji ta' wara l-impjieg jassumu li entità li bħalissa qegħda twiegħed dawn il-benefiċċji ser tkompli tagħmel dan matul il-bqija tal-ħajja tax-xogħol tal-impjegati.

▼M5

Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja

▼B

54 L-ammont rikonoxxut bħala obbligazzjoni ta' benefiċċju definit għandu jkun it-total nett tal-ammonti li ġejjin:

(a) il-valur preżenti tal-obbligu ta' benefiċċju definit ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ (ara l-paragrafu 64);

(b) flimkien ma' kull qligħ attwarju (barra t-telf attwarju) mhux rikonoxxuti minħabba t-trattament stabbilit fil-paragrafi 92 u 93;

(ċ) bit-tneħħija ta' kwalunkwe kost għal servizz tal-passat li għadu mhux rikonoxxut (ara l-paragrafu 96);

(d) bit-tneħħija tal-valur ġust ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ tal-assi tal-pjan (jekk hemm) li minnhom huma direttament issaldati l-obbligi (ara l-paragrafi 102–104).

55 Il-valur preżenti tal-obbligu ta' benefiċċju definit huwa l-obbligu gross, qabel it-tnaqqis tal-valur ġust ta' kull assi tal-pjan.

56 Entità għandha tiddetermina l-valur preżenti ta' obbligi ta' benfiċċju definiti u l-valur ġust ta' kull assi tal-pjan b'regolarità suffiċjenti b'mod li l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji ma jvarjawx materjalment mill-ammonti li jkunu stabbiliti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

57 Dan l-Istandard jinkoraġġixxi, iżda ma jitlobx, li entità tinvolvi attwarju kkwalifikat fil-kejl tal-obbligi materjali kollha ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg. Għal raġunijiet prattiċi, entità tista' titlob attwarju kkwalifikat biex iwettaq valutazzjoni dettaljata tal-obbligu qabel ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Madankollu, ir-riżultati ta' dik il-valutazzjoni huma aġġornati għal kull tranżazzjonijiet materjali u bidliet materjali oħrajn fiċ-ċirkostanzi (inklużi bidliet fil-prezzijiet tas-suq u r-rati tal-imgħax) ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

58 L-ammont stabbilit skont il-paragrafu 54 jista' jkun negattiv (assi). Entità għandha tkejjel l-assi li jirriżulta bħala l-inqas ta':

(a) l-ammont stabbilit skont il-paragrafu 54; u

(b) it-total ta':

(i) kull telf attwarju netti kumulattivi u mhux rikonoxxuti u kost ta' servizz tal-passat (ara l-paragrfai 92, 93 u 96); u

(ii) il-valur preżenti ta' kull benefiċċju ekonomiku disponibbli fil-forma ta' rifużjonijiet mill-pjan jew tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri lill-pjan. Il-valur preżenti ta' dawn il-benefiċċji ekonomiċi għandhom ikunu determinati bl-użu tar-rata ta' skont speċifikata fil-paragrafu 78.

58A L-applikazzjoni tal-paragrafu 58 m'għandhiex twassal biex qligħ ikun rikonoxxut biss bħala riżultat ta' telf attwarju jew kost ta' servizz tal-passat fil-perijodu preżenti jew f'telf li jkun rikonoxxut biss bħala riżultat ta' qligħ attwarju fil-perijodu preżenti. L-entità għandha għalhekk tirrikonoxxi immedjatament skont il-paragrafu 54 dan li ġej, sal-punt li dawn jirriżultaw waqt li l-assi ta' benefiċċju definit huwa stabbilit skont il-paragrafu 58(b):

(a) telf attwarju netti tal-perijodu preżenti u kost ta' servizz tal-passat tal-perijodu preżenti sal-punt li dawn jaqbżu kull tnaqqis fil-valur preżenti tal-benefiċċji ekonomiċi speċifikati fil-paragrafu 58(b)(ii). Jekk m'hemm l-ebda bidla jew żjieda fil-valur preżenti tal-benefiċċji ekonomiċi, it-telf attwarju netti sħaħ tal-perijodu preżenti u l-kost ta' servizz tal-passat tal-perijodu preżenti għandhom ikunu rikonoxxuti immedjatament skont il-paragrafu 54.

(b) qligħ attwarju netti tal-perijodu preżenti wara t-tnaqqis tal-kost ta' servizz tal-passat tal-perijodu preżenti sal-punt li jeċċedu kull żjieda fil-valur preżenti tal-benefiċċji ekonomiċi speċifikati fil-paragrafu 58(b)(ii). Jekk m'hemm l-ebda bidla jew tnaqqis fil-valur preżenti tal-benefiċċji ekonomiċi, il-qligħ attwarju netti sħaħ tal-perijodu preżenti wara t-tnaqqis tal-kost ta' servizz tal-passat tal-perijodu preżenti għandhom ikunu rikonoxxuti immedjatament skont il-paragrafu 54.

58B Il-paragrafu 58A japplika għal entità biss jekk hija għandha, fil-bidu jew fit-tmiem tal-perijodu ta' kontabilità, bilanċ favorevoli ( 12 ) fi pjan ta' benefiċċju definit u ma tistax, abbażi tat-termini preżenti tal-pjan, tirkupra l-bilanċ favorevoli bis-sħiħ permezz ta' rifużjonijiet jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri. F'każijiet bħal dawn, il-kost ta' servizz tal-passat u t-telf attwarju li jirriżultaw fil-perijodu, li r-rikonoxximent tagħhom huwa differit skont il-paragrafu 54, iżid l-ammont speċifikat fil-paragrafu 58(b)(i). Jekk dik iż-żjieda ma tiġix paċuta minn tnaqqis ugwali fil-valur preżenti ta' benefiċċji ekonomiċi li jikkwalifikaw għal rikonoxximent skont il-paragrafu 58(b)(ii), ikun hemm żjieda fit-total nett speċifikat mill-paragrafu 58(b) u, għalhekk, qligħ rikonoxxut. Il-paragrafu 58A jipprojbixxi r-rikonoxximent ta' qligħ f'dawn iċ-ċirkostanzi. Jirriżulta l-effett kuntrarju bi qligħ attwarju li jirriżulta fil-perijodu, li r-rikonoxximent tiegħu huwa differit skont il-paragrafu 54, sakemm il-qligħ attwarju jnaqqsu t-telf attwarju kumulattivi u mhux rikonoxxuti. Il-paragrafu 58A jipprojbixxi r-rikonoxximent ta' telf f'dawn iċ-ċirkostanzi. Għal eżempji tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, ara l-Appendiċi Ċ.

59 Assi jista' jirriżulta fejn pjan ta' benefiċċju definit kien soprafinanzjat jew f'ċerti każijiet fejn qligħ attwarju huma rikonoxxuti. Entità tirrikonoxxi assi f'dawn il-każijiet minħabba li:

(a) l-entità tikkontrolla riżorsa, li hija l-abbiltà li tuża bilanċ favorevoli biex tiġġenera benefiċċji futuri;

(b) dak il-kontroll huwa riżultat ta' avvenimenti tal-passat (kontribuzzjonijiet imħallsin mill-entità u servizz mogħti mill-impjegat); u

(ċ) huma disponibbli benefiċċji ekonomiċi futuri lill-entità fil-forma ta' tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri jew rifużjoni fi flus, jew direttament lill-entità jew indirettament lil pjan ieħor f'defiċit.

60 Il-limitu fil-paragrafu 58(b) ma jegħlibx ir-rikonoxximent imdewwem ta' ċerti telf attwarju (ara l-paragrafi 92 u 93) u ċertu kost ta' servizz tal-passat (ara l-paragrafu 96), barra minn kif speċifikat fil-paragrafu 58A. Madankollu, dak il-limitu ma jegħlibx l-għażla tranżitorja fil-paragrafu 155(b). Il-paragrafu 120A(f)(iii) jitlob li entità tiżvela kull ammont mhux rikonoxxut bħala assi minħabba l-limitu fil-paragrafu 58(b).

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 60

Pjan ta' benfiċċju definit għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:



Valur preżenti tal-obbligu

1,100

Valur ġust tal-assi tal-pjani

(1,190)

 

(90)

Telf attwarji mhux rikonoxxuti

(110)

Kost ta' servizz tal-passat mhux rikonoxxut

(70)

Żjieda mhux rikonoxxuta fl-obbligazzjoni mal-adozzjoni inizjali tal-Istandard skont il-paragrafu 155(b)

(50)

Ammont negattiv stabbilit skont il-paragrafu 54

(320)

Valur preżenti ta' rifużjonijiet futuri disponibbli u tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri

90

Il-limitu skont il-paragrafu 58(b) huwa kkomputat kif ġej:

 

Telf attwarji mhux rikonoxxuti

110

Kost ta' servizz tal-passat mhux rikonoxxut

70

Valur preżenti ta' rifużjonijiet futuri disponibbli u tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri

90

Limitu

270

270 huwa inqas minn 320. Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi assi ta' 270 u tiżvela li l-limitu naqqas l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi b'50 (ara l-paragrafu 120A(f)(iii)).

Profitt jew telf

61 Entità għandha tirrikonoxxi t-total nett tal-ammonti li ġejjin fi profitt jew telf, ħlief sal-punt li Standard ieħor jitlob jew jippermetti l-inklużjoni tagħhom fil-kost ta' assi:

(a) kost kurrenti tas-servizz (ara l-paragrafi 63–91);

(b) kost tal-imgħax (ara l-paragrafu 82);

(ċ) ir-redditu mistenni jew kwalunkwe assi tal-pjan (ara l-paragrafi 105–107) u kull dritt ta' rifużjoni (ara l-paragrafu 104A);

(d) qligħ u telf attwarju, kif meħtieġ skont il-politika ta' kontabilità ta' entità (ara l-paragrafi 92–93D);

(e) kost ta' servizz tal-passat (ara l-paragrafu 96);

(f) l-effett ta' kull tnaqqis jew saldi (ara l-paragrafi 109 u 110); u

(g) l-effett tal-limitu fil-paragrafu 58(b), sakemm mhuwiex rikonoxxut barra profitt jew telf skont il-paragrafu 93C.

62 Standards oħra jeħtieġu l-inklużjoni ta' ċerti spejjeż, magħmula minħabba l-benefiċċji mogħtija lill-impjegati, fl-ispejjeż tal-assi, bħal inventarji jew proprjetà, impjanti u tagħmir (ara l-IAS 2 u l-IAS 16). Kull kost ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg inklużi fil-kost ta' dawk l-assi, jinkludu l-proporzjon xieraq tal-komponenti elenkati fil-paragrafu 61.

Rikonoxximent u kejl: il-valur attwali tal-obbligi definiti għall-għoti ta' benefiċċji u l-kost attwali tas-servizz

63 Il-kost finali ta' pjan ta' benefiċċju definit jista' jiġi influwenzat minn bosta varjabbli, bħas-salarji finali, il-fatturat u l-imwiet fost l-impjegati, it-tendenzi fl-ispejjeż mediċi u, għal pjan iffinanzjat, il-qligħ mill-investimenti fuq l-assi tal-pjan. Il-kost finali tal-pjan mhijiex ċerta u huwa probabbli li din l-inċertezza tkompli għal perijodu twil ta' żmien. Sabiex jiġu mkejla l-valur attwali tal-obbligi ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg u l-kost relatat ta' servizz attwali, huwa neċessarju li:

(a) jiġi applikat il-metodu ta' valutazzjoni attwarja (ara l-paragrafi 64–66);

(b) jiġi attribwit benefiċċju għall-perijodi ta' servizz (ara l-paragrafi 67–71); u

(ċ) jsiru suppożizzjonijiet attwarji (ara l-paragrafi 72–91).

Il-metodu tal-valutazzjoni attwarja

64 Entità għandha tuża' l-Metodu ta' Kreditu ta' Unità Proġettata sabiex tiddetermina l-valur attwali tal-obbligi definiti tagħha għall-għoti ta' benefiċċji u l-ispejjeż ta' servizz attwali relatati u, fejn ikun japplika, il-kosti ta' servizz tal-passat.

65 Il-Metodu ta' Kreditu ta' Unità Proġettata (xi drabi magħruf bħala l-metodu ta' benefiċċju dovut skont is-sehem ta' kull wieħed fuq is-servizz jew bħala l-metodu ta' servizz għall-għoti ta' benefiċċju/snin iqis kull perijodu ta' servizz bħala li jagħti lok għall-unità addizzjonali ta' dritt għall-benefiċċju (ara l-paragrafi 67-71) u jkejjel kull unità b'mod separat sabiex jasal għall-obbligu finali (ara l-paragrafi 72-91).

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 65

Benefiċċju ta' somma globali mat-terminazzjoni ta' servizz u li jkun jammonta għal 1 % tas-salarju finali ta' kull sena ta' servizz. Is-salarju f'sena 1 huwa 10,000 u huwa maħsub li jiżdied bi 7 % (kompost) kull sena. Ir-rata ta' skont użata hija ta' 10 % kull sena. It-tabella li ġejja turi kif l-obbligu jakkumula għal impjegat li huwa mistenni jitlaq fl-aħħar tas-sena 5, jekk wieħed jassumi li ma hemm l-ebda bidla fis-suppożizzjonijiet attwarji. Għal raġunijiet ta' sempliċità, dan l-eżempju jinjora l-aġġustament addizzjonali meħtieġ sabiex tidher il-probabbiltà li l-impjegat jista' jitlaq l-entità f'data qabel jew wara.



Sena

1

 

2

 

3

 

4

 

5

Benefiċċju attribwit għal:

— snin preċedenti

0

 

131

 

262

 

393

 

524

— sena attwali (1 % tas-salarju finali)

131

 

131

 

131

 

131

 

131

— snin attwali u preċedenti

131

 

262

 

393

 

524

 

655

L-obbligu fil-bidu

 

89

 

196

 

324

 

476

Imgħax b'10 %

 

9

 

20

 

33

 

48

Il-kost tas-servizz attwali

89

 

98

 

108

 

119

 

131

L-obbligu fit-terminazzjoni

89

 

196

 

324

 

476

 

655

Nota:

1.  L-obbligu fil-bidu huwa l-valur attwali tal-benefiċċju attribwit għas-snin preċedenti.

2.  Il-kost għas-servizz attwali huwa l-valur attwali tal-benefiċċju attribwit għas-sena attwali.

3.  L-obbligu fit-terminazzjoni huwa l-valur attwali tal-benefiċċju attribwit lis-snin attwali u preċedenti.

66  ►M5  Entità tagħti skont fuq l-obbligu ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg, anke jekk parti mill-obbligu ssir dovuta fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

L-attribuzzjoni tal-benefiċċju għall-perijodi ta' servizz

67 Meta tiddetermina l-valur attwali tal-obbligi definiti tagħha għall-għoti ta' benefiċċji u l-kost tas-servizz attwali relatat u, meta jkun xieraq, il-kost tas-servizz fil-passat, entità għandha tattribwixxi benefiċċju għall-perijodi ta' servizz skont il-formola għall-għoti tal-benefiċċji tal-pjan. Iżda jekk servizz ta' impjegat fis-snin ta' wara sejjer iwassal għal livell materjalment ogħla ta' benefiċċji milli fis-snin preċedenti, entità għandha tattribwixxi benefiċċju fuq bażi ta' linja dritta:

(a) mid-data meta servizz minn impjegat l-ewwel wassal għall-benefiċċji skont il-pjan (jekk il-benefiċċji jkunu jew ma jkunux kundizzjonali fuq servizz ulterjuri);

(b) sad-data meta servizz ulterjuri minn impjegat ma jwassal għal ebda ammont materjali ta' benefiċċji ulterjuri skont il-pjan, għajr minn żjidiet oħra fis-salarju.

68 Il-Metodu ta' Kreditu ta' Unità Proġettata jeħtieġ li entità tattribwixxi benefiċċju għall-perijodu attwali (sabiex jiġu stabbiliti l-kost tas-servizz attwali) u l-perijodi attwali u preċedenti (sabiex jiġi stabbilit il-valur attwali tal-obbligi ta' benefiċċju definiti). Entità tattribwixxi benefiċċju għall-perijodi li fihom ikun hemm l-obbligu li tipprovdi l-benefiċċji wara l-impjieg. Ikun hemm dak l-obbligu meta l-impjegati jagħtu servizzi bi skambju għall-benefiċċji ta' wara l-impjieg li entità tistenna li tħallas fil-perijodi futuri ta' rapportaġġ. Tekniki attwarji jippermettu li entità tkejjel dak l-obbligu b'mod biżżejjed affidabbli sabiex tiġġustifika r-rikonoxximent ta' obbligazzjoni.

Eżempji biex jispjegaw il-paragrafu 68

1. Pjan ta' benefiċċju definit jipprovdi benefiċċju ta' somma globali ta' 100 pagabbli fuq l-irtirar għal kull sena ta' servizz.

Jingħata benefiċċju ta' servizz ta' 100 għal kull sena. Il-kost attwali tas-servizz hija l-valur attwali ta' 100. Il-valur attwali tal-obbligu ta' benefiċċju definit huwa l-valur attwali ta' 100, immultiplikat bin-numru ta' snin ta' servizz ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

Jekk il-benefiċċju huwa pagabbli immedjatament meta l-impjegat jitlaq l-entità, l-kost tas-servizz attwali u l-valur attwali tal-obbligu ta' benefiċċju definit jirriflettu d-data li fiha l-impjegat huwa mistenni jitlaq. Għalhekk, minħabba l-effett tal-għoti ta' skont, huma anqas mill-ammonti li jiġu stabbiliti jekk l-impjegat jitlaq ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

2. Pjan jipprovdi għal pensjoni ta' kull xahar ta' 0,2 % tas-salarju finali għal kull sena ta' servizz. Il-pensjoni hija pagabbli mill-età ta' 65.

Benefiċċju ugwali għall-valur attwali, fid-data mistennija għall-irtirar, pensjoni ta' kull xahar ta' 0,2 % tas-salarju finali stmat pagabbli mid-data tal-irtirar mistennija sad-data mistennija tal-mewt hija attribwita għal kull sena ta' servizz. Il-kost tas-servizz attwali huwa l-valur attwali ta' dak il-benefiċċju. Il-valur attwali tal-obbligu ta' benefiċċju definit huwa l-valur attwali tal-ħlasijiet tal-pensjoni ta' kull xahar ta' 0,2 % tas-salarju finali, immultiplikat bin-numru ta' snin ta' servizz ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Il-kost tas-servizz attwali u l-valur attwali tal-obbligu ta' benefiċċju definit huma mnaqqsa peress li l-ħlasijiet tal-pensjoni jibdew fl-età ta' 65.

69 Is-servizz tal-impjegati jagħti lok għall-obbligu taħt il-pjan ta' benefiċċju definit anke jekk il-benefiċċji huma kundizzjonali fuq l-impjieg futur (fi kliem ieħor mhumiex vestiti). Is-servizz tal-impjegati qabel id-data tal-vestiment jagħti lok għall-obbligu kostruttiv peress li ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu suċċessiv tar-rappurtar ◄ , l-ammont tas-servizz futur li impjegat ikollu jagħti qabel ma jsir intitolat għall-benefiċċju jiġi mnaqqas. Meta tkejjel l-obbligu ta' benefiċċju definit tagħha, entità tikkunsidra l-probabbiltà li xi impjegati jistgħu ma jissodisfawx xi rekwiżiti għall-għoti. B'mod simili, avolja ċerti benefiċċji ta' wara l-impjieg, pereżempju l-benefiċċji mediċi wara l-impjieg, isiru dovuti biss jekk iseħħ avveniment speċifikat meta impjegat ma jkunx għadu impjegat, jinħoloq obbligu meta l-impjegat jagħti servizz li jipprovdi dritt għall-benefiċċju jekk iseħħ l-avveniment speċifikat. Il-probabbiltà li jseħħ l-avveniment speċifikat jaffettwa l-kejl tal-obbligu iżda ma jiddeterminax jekk l-obbligu jeżistix.

Eżempji biex jispjegaw il-paragrafu 69

1. Pjan iħallas benefiċċju ta' 100 għal kull sena ta' servizz. Il-benefiċċji jingħataw wara għaxar snin ta' servizz.

Jingħata benefiċċju ta' servizz ta' 100 għal kull sena. F'kull waħda mill-ewwel għaxar snin, il-kost tas-servizz attwali u l-valur attwali tal-obbligu jirriflettu l-probabbiltà li l-impjegat jista' ma jagħmilx għaxar snin ta' servizz.

2. Pjan iħallas benefiċċju ta' 100 għal kull sena ta' servizz, eskluż servizz qabel l-età ta' 25. Il-benefiċċji jingħataw immedjatmaent.

Ma jingħata l-ebda benefiċċju għal servizz qabel l-età ta' 25 peress li servizz qabel dik id-data ma jwassalx għall-benefiċċji (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali). Huwa attribwit benefiċċju ta' 100 għal kull sena sussegwenti.

70 L-obbligu jiżdied sad-data meta servizz ulterjuri mill-impjegat ma jwassal għall-ebda ammont materjali ta' benefiċċju ulterjuri. Għalhekk, il-benefiċċju kollu huwa attribwit għal perijodi li jispiċċaw fi jew qabel dik id-data. Il-benefiċċju huwa attribwit għall-perijodi individwali ta' kontabilità skont il-formola tal-benefiċċju tal-pjan. Iżda jekk is-servizz ta' impjegat fis-snin ta' wara jwassal għal-livell materjalment ogħla ta' benefiċċju milli fi snin preċedenti, entità tattribwixxi benefiċċju fuq il-bażi ta' linja dritta sad-data meta servizz ulterjuri mill-impjegat ma jwassal għall-ebda ammont materjali ta' benefiċċji ulterjuri. Dan huwa għaliex is-servizz tal-impjegat fil-perijodu kollu fl-aħħar iwassal għall-benefiċċju f'dak il-livell ogħla.

Eżempji biex jispjegaw il-paragrafu 70

1. Pjan iħallas benefiċċju f'somma f'daqqa ta' 1,000 li tingħata wara 10 snin ta' servizz. Il-pjan ma jipprovdi għall-ebda benefiċċju ulterjuri għal servizz sussegwenti.

Jiġi attribwit benefiċċju ta' 100 (1,000 diviżi b'għaxra) għal kull waħda mill-ewwel għaxar snin. Il-kost tas-servizz attwali f'kull waħda mill-ewwel għaxar snin jirriflettu l-probabbiltà li impjegat jista' ma jlestix għaxar snin ta' servizz. Ma jingħata l-ebda benefiċċju għas-snin sussegwenti.

2. Pjan iħallas somma globali ta' benefiċċju għall-irtirar ta' 2,000 lill-impjegati kollha li għandhom impjegati fl-età ta' 55 wara għoxrin sena ta' servizz jew li għandhom impjegati fl-età ta' 65 irrispettivament mit-tul tas-servizz tagħhom.

Għall-impjegati li jibdew qabel l-età ta' 35, is-servizz l-ewwel iwassal għall-benefiċċji taħt il-pjan fl-età ta' 35 (impjegat jista' jitlaq fl-età ta' 30 u jirritorna fl-età ta' 33 bl-ebda effett fuq l-ammont jew iż-żmien tal-benefiċċji). Dawk il-benefiċċji huma kundizzjonali fuq servizz ulterjuri. Barra minn hekk, is-servizz mogħti wara l-età ta' 55 ma huwa sejjer iwassal għall-ebda ammont materjali ta' benefiċċju ulterjuri. Għal dawn l-impjegati, l-entità tattribwixxi benefiċċju ta' 100 (2,000 diviżi b'20) għal kull sena mill-età ta' 35 sa' l-età ta' 55.

Għall-impjegati li jibdew bejn l-etajiet ta' 35 u 45, servizz ta' aktar minn għoxrin sena ma jwassal għall-ebda ammont materjali ta' benefiċċji ulterjuri. Għal dawn l-impjegati, l-entità tattribwixxi benefiċċju ta' 100 (2,000 divizi b'20) għal kull waħda mill-ewwel għoxrin sena.

Għall-impjegat li jibda' fl-età ta' 55, servizz ta' aktar minn għaxar snin ma jwassal għall-ebda ammont materjali ta' benefiċċji ulterjuri. Għal dan l-impjegat, entità tattribwixxi benefiċċju ta' 200 (2,000 diviżi b'10) ta' kull waħda mill-ewwel għaxar snin.

Għall-impjegati kollha, il-kost tas-servizz attwali u l-valur attwali tal-obbligu jirriflettu l-probabbiltà li l-impjegat jista' ma jlestix il-perijodu neċessarju ta' servizz.

3. Pjan mediku wara l-impjieg iħallas lura 40 % tal-ispejjeż mediċi wara l-impjieg ta' impjegat jekk l-impjegat jitlaq wara aktar minn għaxar u anqas minn għoxrin sena ta' servizz u 50 % ta' dawk l-ispejjeż jekk l-impjegat jitlaq wara għoxrin sena jew aktar ta' servizz.

Taħt il-formola tal-benefiċċju tal-pjan, l-entità tattribwixxi 4 % tal-valur attwali tal-ispejjeż mediċi mistennija (40 % diviżi b'għaxra) għal kull waħda mill-ewwel għaxar snin u 1 % (10 % diviżi b'għaxra) għal kull waħda mit-tieni għaxar snin. Il-kost tas-servizz attwali f'kull sena jirrifletti l-probabbiltà li l-impjegat jista' ma jlestix il-perijodu neċessarju ta' servizz sabiex jikseb parti mill-benefiċċji jew il-benefiċċji kollha. Ma jingħata l-ebda benefiċċju lill-impjegati mistennija li jitilqu fi żmien għaxar snin.

4. Pjan mediku ta' wara l-impjieg iħallas lura 10 % tal-ispejjeż mediċi ta' wara l-impjieg ta' impjegat jekk l-impjegat jitlaq wara aktar minn għaxar u anqas minn għoxrin sena ta' servizz u 50 % ta' dawk l-ispejjeż jekk l-impjegat jitlaq wara għoxrin sena jew aktar ta' servizz.

Is-servizz fis-snin ta' wara jwassal għal livell ta' benefiċċju materjalment ogħla milli fis-snin preċedenti. Għalhekk, għall-impjegati mistennija li jitilqu wara għoxrin sena jew aktar, l-entità tattribwixxi benefiċċju fuq il-bażi ta' linja dritta skont il-paragrafu 68. Servizz ta' aktar minn għoxrin sena ma jwassal għall-ebda ammont materjali ta' benefiċċju ulterjuri. Għalhekk, il-benefiċċju attribwit għal kull waħda mill-ewwel għoxrin sena huwa 2,5 % tal-valur attwali tal-kosti mediċinali mistennija (50 % diviżi b'għoxrin).

Għall-impjegati li mistennija li jitilqu bejn l-għaxar u l-għoxrin sena, il-benefiċċju attribwit għal kull waħda mill-ewwel għaxar snin huwa 1 % tal-valur attwali tal-ispejjeż mediċinali mistennija. Għal dawn l-impjegati, ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għas-servizz bejn l-aħħar tal-għaxar sena u d-data maħsuba tat-tluq.

Ma jingħata l-ebda benefiċċju lill-impjegati mistennija li jitilqu fi żmien għaxar snin.

71 Meta l-ammont ta' benefiċċju huwa proporzjon kostanti ta' salarju finali ta' kull sena ta' servizz, iż-żidiet futuri fis-salarju jaffettwaw l-ammont neċessarju sabiex l-obbligu li jeżisti għas-servizz jissalda qabel ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ iżda ma joħolqux obbligu addizzjonali. Għalhekk:

(a) għall-għan tal-paragrafu 67(b), iż-żjidiet fis-salarju ma jwasslux għall-benefiċċju ulterjuri avolja l-ammont tal-benefiċċji jiddependi fuq is-salarju finali; u

(b) l-ammont tal-benefiċċju attribwit għal kull perijodu huwa proporzjon kostanti tas-salarju li l-benefiċċju jiġi konness miegħu.

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 71

L-impjegati huma intitolati għal benefiċċju ta' 3 % tas-salarju finali ta' kull sena ta' servizz qabel l-età ta' 55.

Benefiċċju ta' 3 % ta' salarju finali stmat huwa attribwit għal kull sena sal-età ta' 55. Din hija d-data meta servizz ulterjuri mill-impjegat ma jwassal għall-ebda ammont materjali ta' benefiċċju ulterjuri skont il-pjan. Ma jiġi attribwit l-ebda benefiċċju għas-servizz wara dik id-data.

Suppożizzjonijiet attwarji

72 Is-suppożizzjonijiet attwarji għandhom ikunu oġġettivi u kompatibbli b'mod reċiproku.

73 Is-suppożizzjonijiet attwarji huma l-aħjar stimi ta' entità tal-varjabbli li sejrin jiddeterminaw l-ispejjeż aħħarija tal-għoti ta' benefiċċji wara l-impjieg. Is-suppożizzjonijiet attwarji jinkludu:

(a) suppożizzjonijiet demografiċi dwar il-karatteristiċi futuri ta' impjegati attwali u preċedenti (u d-dipendenti tagħhom) li huma eliġibbli għall-benefiċċji. Is-suppożizzjonijiet demografiċi jitrattaw kwistjonijiet bħall-:

(i) mortalità, kemm waqt kif ukoll wara l-impjieg;

(ii) ir-rati ta' fatturat, diżabbilità u l-irtirar bikri;

(iii) il-proporzjon tal-membri tal-pjan b'dipendenti li huma eliġibbli għall-benefiċċji; u

(iv) ir-rati tal-kljems skont il-pjani mediċi; u

(b) is-suppożizzjonijiet finali, li jitrattaw kwistjonijiet bħal:

(i) ir-rata ta' skont (ara l-paragrafi 78–82);

(ii) is-salarju futur u l-livelli ta' benefiċċju (ara l-paragrafi 83–87);

(iii) fil-każ tal-benefiċċji mediċi, l-ispejjeż mediċi futuri, inklużi, fejn ikunu materjali, l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-klejms u l-ħlasijiet tal-benefiċċji (ara l-paragrafi 88-91); u

(iv) ir-rata mistennija ta' qligħ fl-assi tal-pjan (ara l-paragrafi 105–107).

74 Is-suppożizzjonijiet attwarji huma oġġettivi jekk ma jkunux imprudenti jew konservattivi b'mod eċċessiv.

75 Is-suppożizzjonijiet attwarji huma kompatibbli b'mod reċiproku jekk jirriflettu r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn fatturi bħall-inflazzjoni, ir-rati ta' żieda fis-salarju, il-qligħ fuq l-assi tal-pjan u r-rati ta' skont. Pereżempju, is-suppożizzjonijiet kollha li jiddependu fuq livell ta' inflazzjoni partikolari (bħal suppożizzjoni dwar ir-rati ta' interess u ż-żidiet fis-salarju u l-benfiċċji) f'kull perijodu futur jassumi l-istess livell ta' inflazzjoni f'dak il-perijodu.

76 Entità tiddetermina r-rata ta' skont u suppożizjonijiet finanzjarji oħra f'termini nominali (dikjarati) sakemm stimi f'termini reali (aġġustati għall-inflazjoni) ikunu aktar kredibbli, pereżempju f'ekonomija iperinflazzjonarja (ara l-IAS 29 Rapportaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji), jew meta l-benefiċċju huwa relatat mal-indiċi u hemm suq kbir fil-bonds relatati mal-indiċi tal-istess munita u termini.

77 Is-suppożizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu bbażati fuq l-aspettattivi tas-suq, fuq ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ għall-perijodu li fih għandhom jissaldu l-obbligi.

Suppożizzjonijiet attwarji: rata ta' skont

78 Ir-rata użata sabiex jingħata skont għall-obbligi tal-għoti ta' benefiċċji wara l-impjieg (kemm iffinanzjati kif ukoll mhux iffinanzjati) għanda tkun determinata b'referenza għar-redditi tas-suq fuq ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ fuq il-bonds korporattivi ta' kwalità għolja. F'pajjiżi fejn ma hemm l-ebda suq kbir f'dawn il-bonds, jintużaw ir-redditi tas-suq ►M5  (fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar) ◄ fuq il-bonds tal-gvern. Il-munita u t-termini tal-bonds korporattivi u tal-bonds tal-gvern ikunu konsistenti mal-munita u t-terminu stmat tal-obbligi tal-għoti tal-benefiċċji wara l-impjieg.

79 Suppożizzjoni attwarji waħda li għandha effett materjali hija r-rata ta' skont. Ir-rata ta' skont tirrifletti l-valur tal-ħin tal-flus iżda mhux ir-riskju attwarju jew ta' investiment. Minbarra dan, ir-rata ta' skont ma tirriflettix ir-riskju ta' kreditu speċifiku għall-entità meħud mill-kredituri tal-entità u lanqas ma jirrifletti r-riskju li l-esperjenza futura tista' tvarja mis-suppożizzjonijiet attwarji.

80 Ir-rata ta' skont tirrifletti l-ħin stmat tal-ħlasijiet tal-benefiċċju. Fil-prattika, entità spiss tikseb dan billi tapplika rata ta' skont waħda b'medja ppeżata li tirrifletti l-ħin stmat u l-ammont tal-ħlasijiet ta' benefiċċju u l-munita li biha jitħallsu l-benefiċċji.

81 F'xi każijiet jista' ma jkunx hemm suq kbir fil-bonds b'maturità twila biżżejjed li taqbel mal-maturità stmata tal-ħlasijiet kollha tal-benefiċċji. F'każijiet bħal dawn, entità tuża r-rati attwali tas-suq tat-terminu adattat sabiex tagħti skont għall-ħlasijiet fi żmien qasir, u tistma r-rata ta' skont għall-maturitajiet aktar fit-tul billi testrapola r-rati attwali tas-suq mal-kurva tar-redditi. Mhuwiex probabbli li l-valur attwali totali ta' obbligu ta' benefiċċju definit ikun partikolarment sensittiv għar-rata ta' skont applikata għall-porzjon tal-benefiċċji li huwa pagabbli 'l hinn mill-maturità finali tal-bonds korporattivi jew tal-gvern disponibbli.

82 Il-kost tal-imgħax huwa kkalkolat billi r-rata ta' skont tiġi mmultiplikata kif stabbilit fil-bidu tal-perijodu bil-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċju definit ma' dak il-perijodu, waqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni kull bidla materjali f'dak l-obbligu. Il-valur attwali tal-obbligu jvarja mill-obbligazzjoni rikonoxxuta ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ peress li l-obbligazzjoni tiġi rikonoxxuta wara li jitnaqqas il-valur ġust ta' kwalunkwe assi tal-pjan u minħabba li xi qligħ u telf attwarju, u xi kosti tas-servizz tal-passat ma jiġux rikonoxxuti immedjatament. [Appendiċi A juri l-komputazzjoni tal-kost tal-imgħax, fost affarijiet oħra.]

Suppożizzjonijiet attwarji: salarji, benefiċċji u spejjeż mediċi

83 L-obbligi ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg għandhom jiġu mkejla fuq bażi li tirrifletti:

(a) żjidiet futuri stmati fis-salarju;

(b) il-benefiċċji stabbiliti fit-termini tal-pjan (jew li jirriżultaw minn xi obbligu kostruttiv li jmur' l hinn dawk it-termini) ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar; u ◄

(ċ) bidliet futuri stmati fil-livell ta' kull benefiċċju tal-istat li jaffettwaw il-benefiċċji pagabbli skont il-pjan ta' benefiċċju definit, jekk u biss jekk:

(i) dawk il-bidliet saru qabel ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, jew ◄

(ii) il-passat jew provi kredibbli oħra, jindikaw li dawk il-benefiċċji tal-istat sejrin jinbidlu b'xi mod li jista' jiġi previst, pereżempju f'konformità mal-bidliet futuri fil-livelli ġenerali tal-prezz jew fil-livelli ġenerali tas-salarju.

84 L-istimi taż-żjidiet futuri fis-salarji jieħdu f'kunsiderazzjoni l-inflazzjoni, l-anzjanità, il-promozzjoni u fatturi relevanti oħra, bħall-provvista u d-domanda fis-suq tal-impjiegi.

85 Jekk it-termini formali ta' pjan (jew obbligu kostruttiv li jmur' l hinn minn dawk it-termini) jeħtieġu li entità tbiddel il-benefiċċji fil-perijodu futuri, il-kejl tal-obbligu jirrifletti dawk il-bidliet. Dan huwa l-każ meta, pereżempju:

(a) l-entità għandha passat ta' benefiċċji li jiżdiedu, pereżempju sabiex tnaqqas l-effetti tal-inflazzjoni u ma hemm l-ebda indikazzjoni li din il-prattika sejra tinbidel fil-futur; jew

(b) diġà ġie rikonoxxut qligħ attwarju fir-rapporti finanzjarji u l-entità hija obbligata jew b'termini formali ta' pjan (jew obbligu kostruttiv li jmur 'l hinn dawk it-termini) jew b'leġiżlazzjoni, sabiex tuża kull bilanċ favorevoli fil-pjan għall-benefiċċju tal-parteċipanti tal-pjan (ara l-paragrafu 98(c)).

86 Is-suppożizzjonijiet attwarji ma jirriflettux il-bidliet futuri fil-benefiċċju li ma humiex stabbiliti fit-termini formali tal-pjan (jew obbligu kostruttiv) ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Dawn il-bidliet sejrin jirriżultaw fi:

(a) kost ta' servizz fil-passat, sal-punt li dawn ibiddlu l-benefiċċji għas-servizz qabel il-bidla; u

(b) il-kost tas-servizz attwali għall-perijodi wara l-bidla, sal-punt li dawn jistgħu jbiddlu l-benefiċċji għas-servizz wara l-bidla.

87 Xi benefiċċji ta' wara l-impjieg huma relatati mal-varjabbli bħal-livell ta' benefiċċji tal-iritirar mill-istat jew il-kura medika tal-istat. Il-kejl ta' dawn il-benefiċċji jirrifletti l-bidliet mistennija f'dawn il-varjabbli bbażat fuq il-passat u provi kredibbli oħra.

88 Suppożizzjonijiet dwar l-ispejjeż mediċi għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-bidliet futuri stmati fl-ispejjeż tas-servizzi mediċi li jirriżultaw kemm mill-inflazzjoni kif ukoll mill-bidliet speċifiċi fl-ispejjeż mediċi.

89 Il-kejl ta' benefiċċji mediċi wara l-impjieg jeħtieġ suppożizzjonijiet dwar il-livell u l-frekwenza tal-klejms futuri u l-ispejjeż sabiex dawk il-klejms jintlaħqu. Entità tistma l-ispejjeż mediċi futuri fuq il-bażi ta' informazzjoni storika dwar l-esperjenza tal-entità stess, issupplimentata, fejn ikun neċessarju, minn entitiajiet oħra, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fornituri tal-mediċini jew sorsi oħra. Stimi tal-kosti mediċinali futuri jikkunsidraw l-effett ta' avvanzi teknoloġiċi, il-bidliet fl-użu tal-kura tas-saħħa jew mudelli fil-kunsinna u bidliet fl-istatus tas-saħħa tal-parteċipanti tal-pjan.

90 Il-livell u l-frekwenza tal-klejms huma partikolarment sensittivi għall-età, għall-istatus tas-saħħa u s-sess tal-impjegati (u d-dipendenti tagħhom) u jistgħu jkunu sensittivi għal fatturi oħra bħall-post ġeografiku. Għalhekk, id-dejta storika hija aġġustata sal-estent li t-taħlita demografika tal-populazzjoni tkun diferenti minn dik tal-populazzjoni użata bħala bażi għad-data storika. Hija aġġustata ukoll meta hemm provi kredibbli li t-tendenzi storiċi mhumiex sejrin ikomplu.

91 Xi pjani għall-kura tas-saħħa wara l-impjieg jeħtieġu li l-impjegati jikkontribwixxu għall-ispejjeż mediċi koperti mill-pjan. L-istimi tal-ispejjeż mediċi futuri jieħdu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe kontribuzzjonijiet bħal dawn, ibbażati fuq it-termini tal-pjan ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ (jew ibbażati fuq kwalunkwe obbligu kostruttiv li jmur 'l hinn minn dawk it-termini). Il-bidliet f'dawk il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati jirriżultaw f'kost ta' servizz fil-passat jew, fejn ikun japplika, fit-tnaqqis. L-ispejjeż sabiex jagħmlu tajjeb għall-klejms jistgħu jitnaqqsu mill-benefiċċji mill-istat jew minn fornituri oħra tal-mediċini (ara l-paragrafi 83(c) u 87).

Qligħ u telf attwarju

92 Fil-kejl tar-responsabbiltà tal-benefiċċju definit f'konformità mal-paragrafu 54, entità għandha, soġġett għall-paragrafu 58A, tirrikonoxxi porzjon (kif speċifikat fil-paragrafu 93) tal-qligħ u telf attwarju bħala introjtu jew spejjeż jekk il-qligħ u telf attwarju mhux rikonoxxut kumultattiv nett fl-aħħar tal-perijodu ta' rappurtaġġ preċedenti kien jaqbeż l-aktar fost:

(a) 10 % tal-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit f'dik id-data (qabel jitnaqqsu l-assi tal-pjan); u

(b) 10 % tal-valur ġust ta' kull assi tal-pjan f'dik id-data.

Dawn il-limiti għandhom jiġu kkalkulati u applikati separatament għal kull pjan ta' benefiċċju definit.

93 Il-porzjon tal-qligħ u telf attwarju li għandu jiġi rikonoxxut għal kull pjan ta' benefiċċju definit huwa l-eċċess deferminat f'konformità mal-paragrafu 92, diviż bil-medja mistennija tat-tul tax-xogħol tal-impjegati li jipparteċipaw f'dak il-pjan. Madankollu, entità tista' tadotta kull metodu sistematiku li jirriżulta f'rikonoxximent iktar mgħaġġel tal-qligħ u t-telf attwarju, bil-patt li l-istess bażi tiġi applikata kemm għall-qligħ u u kemm għat-telf, u l-bażi tiġi applikata b'mod konsistenti minn perijodu għall-ieħor. Entità tista' tapplika dawn il-metodi sistematiċi għall-qligħ u t-telf attwarju anke jekk dawn huma fil-limiti speċifikati fil-pargrafu 92.

93A Jekk, kif permess mill-paragrafu 93, entità tadotta politika li tirrikonoxxi qligħ jew telf attwarju fil-perjodu li fih iseħħ, tista' tirrikonoxxih fi dħul ieħor komplessiv, b'konformità mal-paragrafi 93B-93D, ◄ bil-patt li tagħmel hekk għal:

(a) il-pjani tal-benefiċċju definiti tagħha kollha; u

(b) il-qligħ u t-telf attwarju tagħha kollha.

▼M5

93B Qligħ u telf attwarju rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv kif permess mill-paragrafu 93A għandu jkun ippreżentat fir-rapport tad-dħul komplessiv.

93C Entità li tirrikonoxxi qligħ u telf attwarju b'konformità mal-paragrafu 93A għandha tirrikonoxxi wkoll kwalunkwe aġġustamenti li jirriżultaw mil-limitu fil-paragrafu 58(b) fi dħul ieħor komplessiv.

93D Qligħ jew telf attwarju u aġġustamenti li jirriżultaw mil-limitu fil-paragrafu 58(b) li kienu ġew rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv għandhom ikunu rikonoxxuti minnufih fi qligħ imfaddal. M'għandhomx ikunu rriklassifikati fi profitt jew telf f’perjodu sussegwenti.

▼B

94 Il-qligħ u t-telf attwarju jistgħu jirriżultaw minn żidiet jew tnaqqis jew fil-valur preżenti ta' obbligu ta' benefiċċju definit jew fil-valur ġust ta' kwalunkwe assi relatati tal-pjan. Il-kawżi tal-qligħ u t-telf attwarju jinkludu, pereżempju:

(a) ir-rati għoljin jew baxxi mhux mistennija tal-fatturat tal-impjegati, l-irtirar kmieni jew il-mortalità jew taż-żjidiet fis-salarji, benefiċċji (jekk it-termini formali jew kostruttivi ta' pjan jipprovdi għal żjidiet fil-benfiċċju tal-inflazzjoni) jew spejjeż mediċi;

(b) l-effett tal-bidliet fl-istimi tal-fatturat futur tal-impjegati, l-irtirar bikri jew il-mortalità u taż-żjidiet fis-salarji, il-benefiċċji (jekk it-termini formali jew kostruttivi ta' pjan jipprovdu għaż-żjidiet fil-benefiċċju tal-inflazzjoni) jew spejjeż mediċi;

(ċ) l-effett tal-bidliet fir-rata ta' skont; u

(d) differenzi bejn ir-redditu attwali fuq l-assi tal-pjan u r-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan (ara l-paragrafi 105–107).

95 Matul perijodu ta' żmien twil, il-qligħ u t-telf attwarju jistgħu jpaċu lil xulxin. Għalhekk, stimi għall-obbligi tal-benefiċċji wara l-impjieg jistgħu jidhru bħala medda (jew' kuritur') madwar l-aħjar stima Entità għandha permess, iżda mhix meħtieġa, li tirrikonoxxi qligħ u t-telf attwarju li jaqgħu f'dik il-medda. Dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi bħala minimu, porzjon speċifikat tal-qligħ u t-telf attwarju li jaqgħu barra' kuritur' ta' aktar jew anqas minn 10 %. [L-Appendiċi A juri t-trattament tal-qligħ u t-telf attwarju, fost affarijiet oħra.] L-Istandard jippermetti wkoll metodi sistematiċi għall-rikonoxximent aktar bikri, sakemm dawk il-metodi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 93. Dawn il-metodi permessi jinkludu, pereżempju, rikonoxximent immedjat tal-qligħ u t-telf attwarju kollu, kemm ġewwa kif ukoll barra l-' kuritur'. Il-paragrafu 155(b)(iii) jispega l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata kwalunkwe parti mhux rikonoxxuta tal-obbligazzjoni tranżitorja meta jkun qiegħed jiġi kkunsidrat il-qligħ attwarju sussegwenti.

Kost tas-servizz tal-passat

96 Fil-kejl tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit taħt il-paragrafu 54, entità għandha, bla ħsara għall-paragrafu 58A, tirrikonoxxi l-kost ta' servizz tal-passat bħala spiża fuq bażi ta' linja dritta fil-perijodu medju sakemm jiġu vestiti l-benefiċċji. Sal-punt li l-benefiċċji huma diġà vestiti immedjatament wara l-introduzzjoni ta', jew il-bidliet għal, pjan ta' benefiċċju definit, entità għandha tirrikonoxxi immedjatament l-kost ta' servizz tal-passat.

97 Kost tas-servizz passat tinħoloq meta entità tintroduċi pjan ta’ benefiċċju definit li jattribwixxi servizz passat jew ibiddel il-benefiċċji pagabbli għal servizz passat taħt pjan eżistenti ta’ benefiċċju definit. Dawn il-bidliet huma redditu għas-servizz tal-impjegat tul il-perjodu sakemm jingħataw il-benefiċċji kkonċernati. Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi l-kost tas-servizz passat tul dak il-perjodu, minkejja l-fatt li l-kost jirreferi għal servizz tal-impjegat f’perjodi ta’ qabel. L-entità tkejjel il-kost tas-servizz passat bħala l-bidla fl-obbligazzjoni li tinħoloq mill-emenda (ara l-paragrafu 64). Kost negattiv tas-servizz passat tinħoloq meta entità tbiddel il-benefiċċji attribwiti għal servizz passat biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jonqos.

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 97

Entità topera pjan tal-pensjoni li jipprovdi pensjoni ta' 2 % tas-salarju finali għal kull sena ta' servizz. Il-benefiċċji jingħataw wara ħames snin ta' servizz. Fl-1 ta' Jannar 20X5 l-entità ttejjeb il-pensjoni għal 2,5 % tas-salarju finali għal kull sena ta' servizz li tibda mill-1 ta' Jannar 20X1. Fid-data tat-titjib, il-valur attwali tal-benefiċċji addizzjonali għas-servizz mill-1 ta' Jannar 20X1 sal-1 ta' Jannar 20X5 huwa kif ġej:



Impjegati b'aktar minn ħames snin servizz fl-1/1/X5

150

Impjegati b'anqas minn ħames snin servizz fl-1/1/X5 (perijodu medju sal-vestiment: tliet snin)

120

 

270

L-entità tirrikonoxxi 150 immedjatament peress li dawk il-benefiċċji huma diġà mogħtija. L-entità tirrikonoxxi 120 fuq bażi ta' linja dritta fuq medda ta' tliet snin mill-1 ta' Jannar 20X5.

▼M8

98 Il-kost tas-servizz passat teskludi:

(a) l-effett tad-differenzi bejn iż-żidiet attwali u li kienu previsti qabel fuq l-obbligu li jitħallsu l-benefiċċji tal-ħlas għas-servizz fis-snin ta' qabel (m'hemmx kost tas-servizz passat għax is-supposizzjonijiet attwarji jippermettu għal salarji pproġettati);

(b) stimi minn taħt u stimi 'l fuq ta' żidiet fil-pensjoni diskrezzjonarji meta entità għandha obbligazzjoni kostruttiva biex tagħti dawn iż-żidiet (m'hemmx kost tas-servizz passat għax is-supposizzjonijiet attwarji jippermettu għal dawn iż-żidiet);

(ċ) stimi tat-titjib fil-benefiċċji li jirriżultaw minn qligħ attwarji li kienu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji jekk l-entità hija obbligata, b’termini formali ta’ pjan (jew obbligazzjoni kostruttiva li tmur lil hinn minn dawk it-termini) jew il-leġiżlazzjoni, li tuża kull ammont żejjed fil-pjan għall-benefiċċju tal-parteċipanti tal-pjan, anke jekk iż-żieda fil-benefiċċju għadu ma ngħatax formalment (iż-żieda li tirriżulta mill-obbligazzjoni hija telf attwarju u mhux kost tas-servizz passat, ara l-paragrafu 85(b));

(d) iż-żieda fil-benefiċċji awtorizzati meta, fl-assenza ta’ benefiċċji ġodda jew imtejba, l-impjegati jlestu r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni (m’hemmx kost tas-servizz passat għax l-entità rrikonoxxiet il-kost stmat tal-benefiċċji bħala kost tas-servizz kurrenti meta s-servizz ingħata); u

(e) l-effett tal-emendi tal-pjan li jnaqqas il-benefiċċji għas-servizz futur (taqsir).

▼B

99 Entità tistabbilixxi l-iskeda ta' ammortizzament għal kost ta' servizz tal-passat meta l-benefiċċji jiġu introdotti jew mibdula. Ma jkunx prattiku li jinżammu r-rekords dettaljati meħtieġa sabiex jiġu identifikati u implimentati l-bidliet sussegwenti f'dik l-iskeda ta' ammortizzament. Minbarra dan, huwa probabbli li l-effett ikun materjali biss meta jkun hemm tnaqqis jew saldu. Għalhekk, entità temenda l-iskeda ta' ammortizzament għall-kost ta' servizz fil-passat biss jekk hemm tnaqqis jew saldu.

100 Meta entità tnaqqas il-benefiċċji pagabbli taħt il-pjan ta' benefiċċju definit eżistenti, it-tnaqqis li jirriżulta fl-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit jiġi rikonoxxut bħala l-kost ta' servizz tal-passat (negattiv) fil-perijodu medju sakemm jingħata l-porzjon imnaqqas tal-benefiċċji.

101 Meta entità tnaqqas ċerti benefiċċji pagabbli fil-pjan ta' benefiċċju definit eżistenti u, fl-istess ħin, iżżid benefiċċji oħra pagabbli taħt il-pjan għall-istess impjegati, l-entità titratta l-bidla bħala bidla netta waħda.

Rikonoxximent u kejl: l-assi tal-pjan

Valur ġust tal-assi tal-pjani

▼M33

102 Il-valur ġust ta’ kwalunkwe assi tal-pjan jitnaqqas fid-determinazzjoni tal-ammont rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 54.

▼B

103 L-assi tal-pjan jeskludu kontribuzzjonijiet mhux imħallsa dovuti mill-entità ta' rapportaġġ lill-fond, kif ukoll kull strument finanzjarju mhux trasferibbli maħruġ mill-entità u miżmum mill-fond. L-assi tal-pjan jitnaqqsu minn kull obbligazzjoni tal-fond li ma għandhomx x'jaqsmu mal-benefiċċji għall-impjegati, pereżempju, il-kummerċ u ħlasijiet u obbligazzjoni oħra li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji derivati.

104 Meta l-assi tal-pjan jinkludu polza tal-assigurazzjoni li tikkwalifika, li taqbel eżatt mal-ammont u l-ħin ta' wħud jew tal-benefiċċji kollha pagabbli f'dak il-pjan, il-valur ġust ta' dik il-polza tal-assigurazzjoni hija meqjusa bħala l-valur attwali tal-obbligi relatati, kif deskritti fil-paragrafu 54 (soġġett għal kull tnaqqis meħtieġ jekk l-ammonti li jiġu rċevuti taħt il-polza tal-assigurazzjoni ma jiġux irkuprati b'mod sħiħ).

Rimborsi

104A Meta u biss meta huwa prattikament ċert li parti oħra sejra tħallas lura xi parti mill-ispiża jew l-ispiża kollha neċessarja sabiex jissalda l-obbligu ta' benefiċċju definit, entità għandha tirrikonoxxi d-dritt ta' rimbors tagħha bħala assi separat. L-entità għandha tkejjel l-assi f'valur ġust. Fl-aspetti l-oħrajn kollha, entità għandha titratta dak l-assi bl-istess mod bħala assi ta' pjan. Fir-rapport tal-introjtu, l-ispiża relatata ma' pjan ta' benefiċċju definit tista' tiġi ppreżentata netta mill-ammont rikonoxxut għar-rimbors.

104B Xi drabi, entità tista' tħares lejn parti oħra, bħal assiguratur, sabiex tħallas parti mill-ispiża jew l-ispiża kollha neċessarja meħtieġa sabiex jissalda l-obbligu ta' benefiċċju definit. Il-poloz tal-assigurazzjoni li jikkwalifikaw, kif definit fil-paragrafu 7, huma l-assi tal-pjan. Entità tispjega l-polza tal-assigurazzjoni li tikkwalifika bl-istess mod bħall-assi l-oħra tal-pjan u l-paragrafu 104A ma japplikax (ara l-paragrafi 39–42 u 104).

104C Meta polza tal-assigurazzjoni m'hijiex polza tal-assigurazzjoni li tikkwalifika, dik il-polza tal-assigurazzjoni mhijiex assi tal-pjan. Il-paragrafu 104 jittratta dawn il-każijiet: l-entità tirrikonoxxi d-dritt tagħha għar-rimbors taħt il-poltika ta' assigurazzjoni bħala assi separat, milli bħala tnaqqis meta jkun qiegħed jiġi stabbilit l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit rikonoxxut taħt il-paragrafu 54; fil-każijiet l-oħra kollha; l-entità tittratta dak l-assi bl-istess mod bħala assi tal-pjan. B'mod partikolari, l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit rikonoxxut skont il-paragrafu 54 jiġi miżjud (imnaqqas) sal-punt li l-qligħ (telf) attwarju kumulattiv nett fuq l-obbligu ta' benefiċċju definit u fuq id-dritt ta' rimbors relatat jibqa' mhux rikonoxxut taħt il-paragrafi 92 u 93. Il-paragrafu 120A(f)(iv) jeħtieġ li l-entità tagħti deskrizzjoni qasira tal-konnessjoni bejn id-dritt tar-rimbors u l-obbligu relatat.

Eżempju biex jisjega l-paragrafi 104A–104C



Il-valur attwali tal-obbligu

1,241

Qligħ attwarju mhux rikonoxxut

17

Obbligazzjoni rikonoxxuta ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄

1,258

Drittijiet taħt il-polza tal-assigurazzjoni li jaqblu b'mod eżatt mal-ammont u l-ħin ta' wħud mill-benefiċċju pagabbli skont il-pjan. Dawk il-benefiċċji għandhom valur preżenti ta' 1,092.

1,092

Il-qligħ attwarju mhux rikonoxxut ta' 17 huwa l-qligħ attwarju kumulattiv netti fuq l-obbligu u fuq id-drittijiet ta' rimbors.

104D Jekk ikun hemm id-dritt għar-rimbors skont polza tal-assigurazzjoni li taqbel eżatt mal-ammont u mal-ħin ta' wħud mill-benefiċċji jew mal-benefiċċji kollha pagabbli taħt pjan ta' benefiċċju definit, il-valur ġust tad-dritt ta' rimbors huwa meqjus li huwa l-valur attwali tal-obbligu relatat, kif deskritt fil-paragrafu 54 (soġġett għal kull tnaqqis meħtieġ jekk ir-rimbors ma jiġix irkuprat b'mod sħiħ).

Redditu fuq l-assi tal-pjan

105 Ir-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan huwa komponent wieħed tal-ispiża rikonoxxuta fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ . Id-differenza bejn ir-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan u r-redditu attwali fuq l-assi tal-pjan huwa qligħ jew telf attwarju; huwa inkluż fil-qligħ jew fit-telf attwarju fuq l-obbligu ta' benefiċċju definit meta jiġi stabbilit l-ammont nett li jitqabbel mal-limitu ta' 10 % tal-' kuritur' speċifikat fil-paragrafu 92.

106 Ir-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan huwa bbażat fuq l-aspettattivi tas-suq, fil-bidu tal-perijodu, għar-redditi fil-perijodu sħiħ tal-obbligu relatat. Ir-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan jirrifletti l-bidliet fil-valur ġust tal-assi tal-pjan li jinżamm matul il-perijodu bħala riżultat tal-kontribuzzjonijiet proprji mħallsa fil-fond u l-benefiċċji proprji mħallsa mill-fond.

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 106

Fl-1 ta' Jannar 20X1, il-valur ġust tal-assi tal-pjan kien 10,000 u l-qligħ attwarju mhux rikonoxxut kumultattiv nett kien ta' 760. Fit-30 ta' Ġunju 20X1, il-pjan ħallas benefiċċji ta' 1,900 u rċieva kontribuzzjonijiet ta' 4,900. Fil-31 ta' Diċembru 20X1, il-valur ġust tal-assi tal-pjan kien 15,000 u l-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju definit kien ta' 14,792. It-telf attwarju fuq l-obbligu għall-20X1 kien 60.

Fl-1 ta' Jannar 20X1, l-entità li tirrapporta għamlet l-istimi li ġejjin, ibbażati fuq il-prezzijiet tas-suq f'dik id-data:



 

%

Introjtu minn imgħax u dividendi, wara t-taxxa pagabbli mill-fond

9,25

Qligħ realizzat u mhux realizzat fuq l-assi tal-pjan (wara t-taxxa)

2,00

Kosti tal-amministrazzjoni

(1,00)

Rata ta' redditu mistennija

10,25

Għall-20X1, ir-redditu mistenni u reali fuq l-assi tal-pjan huwa kif ġej:

 

Redditu fuq 10,000 miżmum għal 12-il xahar bi 10,25 %

1,025

Redditu fuq 3,000 miżmum għal 6 xhur b'5 % (ekwivalenti għal 10,25 % annwali, komposti kull sitt xhur)

150

Redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan għall-20X1

1,175

Valur ġust tal-assi tal-pjan fil-31 ta' Diċembru 20X1

15,000

Nieqes il-valur ġust tal-assi tal-pjan fl-1 ta' Jannar 20X1

(10,000)

Wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet irċevuti

(4,900)

Żid il-benefiċċji mħallsa

1,900

Redditu attwali fuq l-assi tal-pjan

2,000

Id-differenza bejn ir-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan (1,175) u r-redditu attwali tal-assi tal-pjan (2,000) huwa l-qligħ attwarju ta' 825. Għalhekk, il-qligħ attwarju mhux rikonoxxut nett kumultattiv huwa 1,525 (760 u 825 nieqes 60). Fil-paragrafu 92, il-limiti tal-kuritur huma stabbiliti f'1,500 (l-aktar bejn: (i) 10 % ta' 15,000 u (ii) 10 % ta' 14,792). Fis-sena ta' wara (20X2), l-entità tirrikonoxxi fir-rapport ►M5  tal-profitt jew telf ◄ , il-qligħ attwarju ta' 25 (1,525 nieqes 1,500) diviż bit-tul tal-ħidma rimanenti medja mistennija tal-impjegati konċernati.

Ir-redditu mistenni tal-assi tal-pjan għall-20X2 ikun ibbażat fuq l-aspettattivi tas-suq fi 1/1/X2 għar-redditi fil-ħajja sħiħa tal-obbligu.

107 Meta jiġi stabbilit ir-redditu mistenni u proprju fuq l-assi tal-pjan, entità tnaqqas il-kosti mistennija tal-amministrazzjoni għajr dawk inklużi fis-suppożizzjonijiet attwarji użati sabiex jitkejjel l-obbligu.

Kombinamenti ta' negozji

108 F'kombinament ta' negozji, entità tirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjoni li jirriżultaw minn benefiċċji li jingħataw wara l-impjieg bil-valur attwali tal-obbligu nieqes il-valur ġust ta' kwalunkwe assi tal-pjan (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji). Il-valur preżenti tal-obbligu jinkludu dawn li ġejjin kollha, anki jekk l-akkwiżit ma kienx irrikonoxxihom fid-data tal-akkwiżizzjoni:

(a) qligħ u telf attwarju li joriġina qabel id-data tal-akkwiżizzjoni (kemm jekk jaqgħu taħt medda tal-10 % u kemm jekk le);

(b) kost tas-servizz passat li joriġina minn bidliet fil-benefiċċji jew introduzzjoni ta' pjan, qabel id-data tal-akkwiżizzjoni; u

(ċ) ammonti li, taħt id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-paragrafu 155(b), l-akkwirent kien għadu ma rrikonoxxiex.

Tnaqqis u saldu

109 Entità għandha tirrikonoxxi qligħ jew telf fuq tnaqqis jew saldu finali ta' pjan ta' benefiċċju definit meta jseħħ it-tnaqqis jew is-saldu. Il-qligħ jew it-telf fuq it-tnaqqis jew is-saldu għandu jinkludi:

(a) kull bidla li tirriżulta fil-valur preżenti tal-obbligu ta' benefiċċju definit;

(b) kull bidla li tirriżulta fil-valur ġust tal-assi tal-pjan;

(ċ) kwalunkwe qligħ jew telf attwarju relatat u l-kost ta' servizz fil-passat li, taħt il-paragrafi 92 u 96 jkunu għadhom ma ġewx rikonoxxuti;

110 Qabel ma jiġi stabbilit l-effett ta' tnaqqis jew saldu finali, entità għandha terġa' tkejjel l-obbligu (u l-assi relatati tal-pjan, jekk ikun hemm) bl-użu tas-suppożizzjonijiet attwarji attwali (inklużi r-rati ta' mgħax tas-suq attwali u l-prezzijiet tas-suq attwali oħra).

▼M8

111 Taqsir jiġri meta entità jew:

(a) kommessa b’mod dimostrabbli li tagħmel tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ impjegati koperti mill-pjan; jew

(b) temenda t-termini ta’ pjan tal-benefiċċju definit biex element sinifikattiv ta’ servizz futur mill-impjegjati kurrenti ma jibqax jikkwalifika għall-benefiċċji, jew jikkwalifika biss għal benefiċċji mnaqqsa.

Taqsir jista’ jinħoloq minn avveniment iżolat, bħall-għeluq ta’ impjant, waqfien ta’ operazzjoni jew terminazzjoni jew sospensjoni ta’ pjan, jew tnaqqis sal-punt li ż-żidiet futuri tas-salarji huma konnessi għall-benefiċċju pagabbli għal servizz passat. Taqsir kultant ikun konness mar-ristrutturazzjoni. Meta dan ikun il-każ, entità takkonta għal taqsir fl-istess żmien tar-ristrutturazzjoni relatata.

▼M8

111A Meta emenda għall-pjan tnaqqas il-benefiċċji, l-effett tat-tnaqqis għal servizz futur biss huwa taqsir. L-effett ta’ kull tnaqqis għal servizz passat huwa kost negattiv għas-servizz passat.

▼B

112 Saldu jseħħ meta entità tidħol fi tranżazzjoni li telimina l-obbligi legali jew kostruttivi kollha oħra għal parti mill-benefiċċji jew għall-benefiċċji kollha pprovduti taħt pjan ta' benefiċċju definit, pereżempju, meta pagament ta' somma globali jsir lil, jew għan-nom ta', parteċipanti tal-pjan bi skambju għad-drittijiet tagħhom sabiex jirċievu benefiċċji speċifikati wara l-impjieg.

▼M31

113 Il-valur ġust ta’ kwalunkwe assi ta’ pjan għandu jitnaqqas meta jiġi determinat id-defiċit jew is-surplus.

▼B

114 Saldu jseħħ flimkien ma' tnaqqis jekk pjan jiġi tterminat sabiex dak l-obbligu jissalda u l-pjan ma jibqax jeżisti. Madankollu, it-terminazjoni tal-pjan mhuwiex tnaqqis jew saldu jekk il-pjan jiġi sostitwit bi pjan ġdid li joffri benefiċċji li huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi.

115 Meta tnaqqis ikun jaffettwa biss uħud mill-impjegati koperti minn pjan, jew meta parti biss ta' obbligu jissalda, il-qligħ jew it-telf jinkludi porzjon proporzjonat tal-kost ta' servizz fil-passat mhux rikonoxxut u l-qligħ u t-telf attwarju (u ta' xi ammonti tranżitorji li jibqgħu mhux rikonoxxuti taħt il-paragrafu 155(b)). Il-porzjon proporzjonat jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-valur attwali tal-obbligi qabel u wara t-tnaqqis jew is-saldu, sakemm bażi oħra ma tkunx aktar razzjonali fiċ-ċirkostanzi. Pereżempju, jista' jkun xieraq li kull qligħ li jirriżulta mit-tnaqqis jew mis-saldu tal-istess pjan jiġi applikat sabiex l-ewwel jiġi eliminat kull kost tas-servizz fil-passat mhux rikonoxxut relatat mal-istess pjan.

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 115

Entità tillimita segment operattiv u l-impjegati tas-segment mhux komplut mhux ser jaqilgħu aktar benefiċċji. Dan huwa tnaqqis mingħajr sald. Bl-użu ta' suppożizzjonijiet attwarji preżenti (inklużi r-rata ta' imgħax tas-suq preżenti u prezzijiet tas-suq preżenti oħrajn) immedjatment qabel il-limitu, l-entità għandha obbligu ta' benefiċċju definit b'valur nett preżenti ta' 1,000, assi tal-pjan b'valur ġust ta' 820 u qligħ attwarju mhux rikonoxxut kumulattiv nett ta' 50. L-entità adottat l-Istandard l-ewwel darba sena qabel. Dan żied ir-responsabbiltà netta b'100, li l-entità għażlet li tirrikonoxxi fuq ħames snin (ara l-paragrafu 155(b)). It-tnaqqis inaqqas il-valur nett preżenti tal-obbligu b'100 sa 900.

Mill-qligħ attwarju mhux rikonoxxut u l-ammonti tranżitorji preċedenti, 10 % (100/1,000) huma marbutin mal-parti tal-obbligu li kien eliminat permezz tat-tnaqqis. Għalhekk, l-effett tat-tnaqqis huwa kif ġej:



 

Qabel it-tnaqqis

 

Qligħ mit-tnaqqis

 

Wara t-tnaqqis

Valur preżenti nett tal-obbligu

1,000

 

(100)

 

900

Valur ġust tal-assi tal-pjani

(820)

 

 

(820)

 

180

 

(100)

 

80

Qligħ attwarju mhux rikonoxxut

50

 

(5)

 

45

Ammont tranżitorju mhux rikonoxxut (100 × 4/5)

(80)

 

8

 

(72)

Obbligazzjoni netta rikonoxxuta ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄

150

 

(97)

 

53

Preżentazzjoni

Tpaċija

116 Entità għandha tpaċi assi relatat ma' pjan wieħed kontra responsabbiltà relatata ma' pjan ieħor meta, u biss meta, l-entità:

(a) għandha dritt inforzabbli legalment li tuża bilanċ favorevoli fi pjan wieħed bħala saldu għal obbligi taħt pjan ieħor; u

(b) għandha l-intenzjoni jew li ssalda l-obbligi fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-bilanċ favorevoli fi pjan wieħed u ssalda l-obbligu tagħha taħt pjan ieħor simultanjament.

117 Il-kriterji ta' tpaċija huma simili għal dawk stabbiliti għal strumenti finanzjarji fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni.

Distinzjoni Kurrenti/mhux kurrenti

118 Xi entitajiet jiddistingwu assi kurrenti u obbligazzjonijiet minn assi u obbligazzjonijiet mhux kurrenti. Dan l-Istandard ma jispeċifikax jekk l-entità għandhiex tiddistingwi porzjonijiet ta' assi u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti li jirriżultaw minn benefiċċji ta' wara l-impjieg.

Komponenti finanzjarji ta' kosti ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg

119 Dan l-Istandard ma jispeċifikax jekk entità għandhiex tippreżenta l-kost ta' servizz kurrenti, il-kost tal-imgħax u r-redditu mistenni fuq assi ta' pjan bħala komponenti ta' entrata unika ta' introjtu jew spiża fir-rapport tal-introjtu.

Żvelar

120 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tagħmilha possibbli li utenti tar-rapporti finanzjarji jevalwaw in-natura tal-pjani tal-benefiċċju definit u l-effetti finanzjarji tal-bidliet f'dawk il-pjani matul il-perijodu.

120A Entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja dwar il-pjani ta’ benefiċċju definit:

(a) il-politika ta' kontabilità tal-entità għar-rikonoxximent ta' qligħ u telf attwarju.

(b) deskrizzjoni ġenerali tat-tip ta' pjan.

(ċ) rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-ftuħ u l-għeluq tal-valur preżenti tal-obbligu ta' benefiċċju definit li juru separatament, jekk applikabbli, l-effetti waqt il-perijodu attribwibbli għal kull punt minn dawn li ġejjin:

(i) kost ta' servizz attwali,

(ii) kost tal-imgħax;

(iii) kontribuzzjonijiet mill-parteċipanti tal-pjan,

(iv) qligħ u telf attwarju,

(v) il-bidliet fir-rata tal-kambju ta' munita barranija fi pjanijiet imkejla f'munita li hi differenti mill-munita tal-preżentazzjoni tal-entità,

(vi) benefiċċji mħallsin,

(vii) kost ta' servizz tal-passat,

(viii) kombinamenti ta' negozji

(ix) tnaqqisiet u

(x) saldi.

(d) analiżi tal-obbligu ta' benefiċċju definit f'ammonti li jirriżultaw minn pjani li huma għal kollox mhux iffinanzjati u ammonti li jirriżultaw minn pjani li huma totalment jew parzjalment iffinanzjati.

(e) rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq tal-valur ġust tal-assi tal-pjan u l-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq ta' kwalunkwe dritt ta' rimborż rikonoxxut bħala assi b'konformità mal-paragrafu 104 li turi separatament, jekk applikabbli, effetti matul il-perijodu li jkun attribwibbli għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) ir-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan,

(ii) qligħ u telf attwarju,

(iii) bidliet fir-rata tal-kambju f'munita barranija dwar pjani mkejlin f'munita differenti mill-munita ta' preżentazzjoni tal-entità,

(iv) kontribuzzjonijiet mis-sid,

(v) kontribuzzjonijiet mill-parteċipanti fil-pjan,

(vi) benefiċċji mħallsin,

(vii) kombinamenti ta' negozji u

(viii) saldi.

(f) rikonċiljazzjoni tal-obbligu tal-benefiċċju definit preżenti f'(c) u l-valur ġust tal-assi tal-pjan f'(e) għall-assi u obbligazzjonijiet rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ , li juru mill-inqas:

(i) il-qligħ u t-telf attwarju nett mhux rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ (ara l-paragrafu 92);

(ii) il-kost tas-servizz fil-passat mhux rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ (ara l-paragrafu 96);

(iii) kull ammont mhux rikonoxxut bħala assi, minħabba l-limitu fil-paragrafu 58(b);

(iv) il-valur ġust ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ ta' kull dritt ta' rimbors rikonoxxut bħala assi skont il-paragrafu 104A (b'deskrizzjoni qasira tar-relazzjoni bejn id-dritt ta' rimborż u l-obbligu relatat); u

(v) l-ammonti l-oħrajn rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

(g) in-nefqa totali rikonoxxuta bħala profitt jew telf għal kull waħda minn dawn li ġejjin, u l-entrata(i) f'linja li huma inklużi fihom:

(i) kost kurrenti tas-servizz;

(ii) kost tal-imgħax;

(iii) ir-redditu mistenni fuq l-assi tal-pjan;

(iv) redditu mistenni ta' kull dritt ta' rimborż rikonoxxut bħala assi skont il-paragrafu 104A;

(v) qligħ u telf attwarju;

(vi) kost ta' servizz tal-passat;

(vii) l-effett ta' kull tnaqqis jew saldu; u

(viii) l-effett tal-limitu fil-paragrafu 58(b).

(h) l-ammont totali rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv għal kull waħda minn dawn li ġejjin:

(i) qligħ u telf attwarju; u

(ii) l-effett tal-limitu fil-paragrafu 58(b).

▼M5

(i) għal entitajiet li jirrikonoxxu qligħ jew telf attwarju fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 93A, l-ammont kumulattiv ta’ qligħ jew telf attwarju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv.

▼B

(j) għal kull kategorija maġġuri tal-assi tal-pjan, li għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, strumenti azzjonarji, strumenti tad-dejn, proprjetà, u l-assi kollha l-oħrajn, il-perċentwali jew l-ammont ta' kull kategorija maġġuri tikkostitwixxi l-valur ġust tal-assi totali tal-pjan.

(k) l-ammonti inklużi fil-valur ġust tal-assi tal-pjan għal:

(i) kull kategorija tal-istrumenti finanzjarji proprji tal-entità; u

(ii) kull proprjetà okkupata minn, jew assi oħrajn użati minn, l-entità.

(l) deskrizzjoni narrativa tal-bażi użata biex tkun determinata r-rata mistennija ġenerali ta' redditu fuq l-assi, inkluż l-effett tal-kategoriji prinċipali tal-assi tal-pjan.

(m) ir-redditu attwali fuq assi tal-pjan, kif ukoll ir-redditu attwali fuq kull dritt ta' rimborż rikonoxxut bħala assi skont il-paragrafu 104A.

(n) is-suppożizzjonijiet attwarji prinċipali użati ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ inklużi, fejn applikabbli:

(i) ir-rati ta' skont;

(ii) ir-rati tar-redditu mistennija fuq kwalunkwe assi tal-pjan għall-perijodi ppreżentati fir-rapporti finanzjarji;

(iii) ir-rati ta' redditu mistennija għall-perijodi ppreżentati fir-rapporti finanzjarji fuq kwalunkwe dritt ta' rimborż rikonoxxut bħala assi skont il-paragrafu 104A;

(iv) ir-rati mistennija ta' żieda fis-salarju (u l-bidliet f'indiċi jew varjabbli oħra speċifikati fit-termini formali jew kostruttivi ta' pjan bħala bażi għall-żidiet fil-benefiċċju fil-futur);

(v) it-tendenzi fir-rati tal-kost mediku; u

(vi) kull suppożizzjoni attwarja oħra użata.

Entità għandha tiżvela kull suppożizzjoni attwarja f'termini assoluti (pereżempju, bħala perċentwali assolut) u mhux biss il-marġni bejn perċentwali differenti jew varjabbli oħrajn.

(o) l-effetti taż-żjieda ta' punt perċentwali wieħed u l-effett tat-tnaqqis ta' punt perċentwali wieħed fit-tendenzi tar-rati tal-kost mediku preżunti fuq:

(i) it-total tal-kost ta' servizz kurrenti u l-komponenti ta' kost tal-imgħax tal-ispejjeż mediċi ta' wara l-impjieg perjodiċi netti; u

(ii) l-obbligu ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg akkumulat għal spejjeż mediċi.

Għall-iskopijiet ta' dan l-iżvelar, is-suppożizzjonijiet l-oħrajn kollha għandhom jinżammu kostanti. Għal pjani li joperaw f'ambjent ta' inflazzjoni għolja, l-iżvelar għandu jkun l-effett ta' żieda jew tnaqqis ta' punt perċentwali wieħed fl-andament tar-rata tal-kost mediku li suppost ikollu importanza simili għal punt perċentwali wieħed f'ambjent ta' inflazzjoni baxxa.

(p) l-ammonti għall-perijodu annwali preżenti u għall-erba' perijodi annwali preċedenti għal:

(i) il-valur preżenti tal-obbligu ta' benefiċċju definit, il-valur ġust tal-assi tal-pjan u l-bilanċ favorevoli jew defiċit fil-pjan; u

(ii) l-aġġustamenti tal-esperjenza li jirriżultaw minn:

(A) l-obbligazzjonijiet tal-pjan espressi jew bħala (1) ammont jew (2) perċentwal tal-obbligazzjoni tal-pjan ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar u ◄

(B) l-assi tal-pjan espressi jew bħala (1) ammont jew (2) perċentwal tal-assi tal-pjan ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

(q) l-aħjar stima ta' min iħaddem, sakemm din tista' tkun raġonevolment determinata, ta' kontribuzzjonijiet mistennijin li jitħallsu lill-pjan waqt il-perijodu annwali li jibda wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

121 Il-paragrafu 120A(b) jitlob deskrizzjoni ġenerali tat-tip ta' pjan. Deskrizzjoni bħal din tiddistingwi, pereżempju, pjani tal-pensjoni bbażati fuq salarju fiss minn pjani tal-pensjoni bbażati fuq is-salarju finali u minn pjani mediċi ta' wara l-impjieg. Id-deskrizzjoni tal-pjan għandha tinkludi prattiċi informali li jwasslu għal obbligi kostruttivi inklużi fil-kejl tal-obbligu ta' benefiċċju definit skont il-paragrafu 52. Aktar dettall mhuwiex meħtieġ.

122 Meta entità għandha aktar minn pjan ta' benefiċċju definit wieħed, l-iżvelar jista' jsir fit-totalità tiegħu, separatament għal kull pjan, jew f'raggruppamenti li huma kkunsidrati li huma l-aktar utli. Jista' jkun utli li jkunu distinti raggruppamenti skont il-kriterji kif ġej:

(a) il-lok ġeografiku tal-pjanijiet, pereżempju, billi jkunu distinti pjani domestiċi minn pjani barranin; jew

(b) jekk il-pjanijiet humiex soġġett għal riskji materjali differenti, pereżempju, billi jkunu distinti pjanijiet ta' pensjoni ta' salarju fiss minn pjanijiet ta' pensjoni ta' salarju finali u minn pjani mediċi ta' wara l-impjieg.

Meta entità tipprevedi żvelar fit-total għal raggruppament ta' pjanijiet, dan l-iżvelar huwa pprovdut fil-forma ta' medji ppeżati jew ta' meded relattivament dojoq.

123 Il-paragrafu 30 jirrikjedi żvelar addizjonali dwar pani ta' benefiċċju definit bejn għadd ta' sidien, li huma ttrattati bħallikieku kienu pjani ta' kontribuzzjoni definiti.

124 Meta meħtieġ mill-IAS 24 entità tiżvela informazzjoni dwar:

(a) tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati bi pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg; u

(b) benefiċċji ta' wara l-impjieg għal persunal prinċipali fil-maniġment.

125 Fejn meħtieġ mill-IAS 37 entità tiżvela informazzjoni dwar obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn obbligi ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg.

BENEFIĊĊJI OĦRAJN GĦAT-TUL TAL-IMPJEGATI

126 Benefiċċji oħrajn għat-tul tal-impjegati jinkludu, pereżempju:

(a) assenzi kkumpensati fit-tul bħal frank ta' servizz twil jew frank sabatiku;

(b) benefiċċji ta' ġubilew jew oħrajn għal servizz twil;

(ċ) benefiċċji ta' diżabbiltà għal perijodu fit-tul;

(d) qsim fil-profitti u bonusijiet pagabbli kull tnax-il xahar jew aktar wara t-tmiem tal-perijodu li fih l-impjegati taw servizz relatat; u

(e) kumpens differit imħallas tnax-il xahar jew aktar wara t-tmiem tal-perijodu li fih isir dovut.

127 Il-kejl ta' benefiċċji għat-tul tal-impjegati ġeneralment mhuwiex soġġett għall-istess ammont ta' inċertezza bħal kejl ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta', jew bidliet fi, benefiċċji oħrajn għat-tul għall-impjegati rarament tikkawża ammont materjali ta' kost ta' servizz tal-passat. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-Istandard jirrikjedi metodu ssimplifikat ta' kontabilità għall-benefiċċji għat-tul tal-impjegati. Dan il-metodu jvarja mill-kontabilità meħtieġa għall-benefiċċji ta' wara l-impjieg kif ġej:

(a) qligħ u telf attwarju mhumiex rikonoxxuti immedjatament u l-ebda' kuritur' ma huwa applikat; u

(b) l-kost ta' servizz tal-passat kollu huwa rikonoxxut immedjatament.

Rikonoxximent u kejl

128 L-ammont rikonoxxut bħala obbligazzjoni għal benefiċċji oħrajn għat-tul għall-impjegati għandu jkun it-total nett tal-ammonti li ġejjin:

(a) il-valur preżenti tal-obbligu ta' benefiċċju definit ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ (ara l-paragrafu 64);

(b) bit-tneħħija tal-valur ġust ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ tal-assi tal-pjan (jekk hemm) li minnhom huma direttament issaldati l-obbligi (ara l-paragrafi 102–104).

Fil-kejl tal-obbligazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafi 49–91, għajr il-paragrafi 54 u 61. Entità għandha tapplika l-paragrafu 104A fir-rikonoxximent u l-kejl ta' kull dritt ta' rimborż.

129 Għal benefiċċji oħrajn għat-tul għall-impjegati, entità għandha tirrikonoxxi t-total nett tal-ammonti li ġejjin bħala spiża jew (soġġett għall-paragrafu 58) introjtu, ħlief sakemm Standard ieħor jeħtieġ jew jippermetti l-inklużjoni tagħhom fil-kost tal-assi:

(a) kost kurrenti tas-servizz (ara l-paragrafi 63–91);

(b) kost tal-imgħax (ara l-paragrafu 82);

(ċ) ir-redditu mistenni fuq kull assi tal-pjan (ara l-paragrafi 105–107) u kull dritt ta' rimborż rikonoxxut bħala assi (ara l-paragrafu 104A);

(d) qligħ u telf attwarju, li għandhom ikunu rikonoxxuti immedjatament;

(e) kost ta' servizz tal-passat, li għandu jkun rikonoxxut immedjatament; u

(f) l-effett ta' kull tnaqqis jew saldu (ara l-paragrafi 109 u 110).

130 Forma oħra ta' benefiċċju fit-tul għall-impjegati hija benefiċċju fit-tul għal diżabilità. Jekk il-livell ta' benefiċċju jiddependi fuq it-tul tas-servizz, jirriżulta obbligu meta jingħata s-servizz. Il-kejl ta' dak l-obbligu jirrifletti l-probabbiltà li l-ħlas ikun meħtieġ u t-tul ta' żmien li għalih il-ħlas huwa mistenni li jsir. Jekk il-livell ta' benefiċċju huwa l-istess għal kull impjegat b'diżabilità irrispettivament mis-snin ta' servizz, il-kost mistenni ta' dawk il-benefiċċji huwa rikonoxxut meta jseħħ avveniment li jikkawża diżabilità fit-tul.

Żvelar

131 Għalkemm dan l-Istandard ma jirrikjedix żvelar speċifiku tal-benefiċċji fit-tul għall-impjegati, Standards oħrajn jistgħu jirrikjedu żvelar, pereżempju, fejn l-ispiża li tirriżulta minn dawn il-benefiċċji hija materjali u għalhekk tkun teħtieġ żvelar skont l-IAS 1. Meta meħtieġ mill-IAS 24, entità għandha tiżvela informazzjoni dwar benefiċċji oħrajn fit-tul għall-impjegati għal persunal prinċipali fil-maniġment.

BENEFIĊĊJI GĦAT-TEMM TAL-IMPIEG

132 Dan l-Istandard jittratta l-benefiċċji għat-temm tal-impjieg minn benefiċċji oħrajn tal-impjegati għaliex l-avveniment li jwassal għal obbligu huwa t-tmiem aktar milli s-servizz tal-ħaddiem.

Rikonoxximent

133 Entità għandha tirrikonoxxi benefiċċji għat-temm tal-impjieg bħala obbligazzjoni u nefqa meta, u biss meta, l-entità hija biċ-ċar kommessa li jew:

(a) ittemm l-impjieg ta' ħaddiem jew grupp ta' impjegati qabel id-data normali tal-irtirar; jew

(b) tipprovdi benefiċċji għat-temm tal-impjieg bħala riżultat ta' offerta magħmula sabiex tinkoraġġixxi waqfien mis-servizz volontarju.

134 Entità hija biċ-ċar impenjata lejn terminazzjoni meta, u biss meta, l-entità għandha pjan formali dettaljat għat-tmiem u hija mingħajr possibbiltà realistika ta' rtirar. Il-pjan dettaljat għandu jinkludi, bħala minimu:

(a) il-lok, il-funzjoni, u n-numru approssimattiv ta' impjegati li s-servizzi tagħhom ser jintemmu;

(b) il-benefiċċji għat-temm tal-impjieg għal kull klassifikazzjoni jew funzjoni ta' impjieg; u

(ċ) iż-żmien li fih il-pjan ser ikun implimentat. L-implimentazzjoni għandha tibda kemm jista' jkun kmieni possibbli u l-perijodu ta' żmien biex titkompla l-implimentazzjoni għandu jkun tali li bidliet materjali għall-pjan ma jkunux probabbli.

135 Entità tista' tkun impenjata, bil-leġiżlazzjoni, bi ftehim kuntrattwali jew b'mod ieħor mal-impjegati jew mar-rappreżentanti tagħhom jew b'obbligu kostruttiv ibbażat fuq prattika tan-negozju, drawwa jew xewqa li taġixxi b'mod ġust, li twettaq ħlasijiet (jew tipprovdi benefiċċji oħrajn) lill-impjegati meta hija ttemm l-impjieg tagħhom. Dawn il-ħlasijiet huma benefiċċji għat-temm tal-impjieg. Il-benefiċċji għat-temm tal-impjieg huma tipikament ħlasijiet ta' somma f'daqqa, iżda xi kultant jinkludu:

(a) titjib tal-benefiċċji tal-irtirar jew benefiċċji ta' wara l-impjieg oħrajn, jew indirettament permezz ta' pjan ta' benefiċċju għall-impjegati jew direttament; u

(b) salarju sat-tmiem tal-perijodu speċifikat tal-avviż jekk l-impjegat ma jagħtix aktar servizz li jipprovdi benefiċċji ekonomiċi lill-entità.

136 Xi benefiċċji lill-impjegati huma pagabbli irrispettivament mir-raġuni għat-tluq tal-impjegat. Il-ħlas ta' dawn il-benefiċċji huwa ċert (soġġett għal kwalunkwe drittijiet legali jew ħtiġiet ta' servizz minimu) iżda meta ser jitħallsu huwa inċert. Għalkemm dawn il-benefiċċji huma deskritti f'xi pajjiżi bħala indennizzi tat-tmiem, jew gratwitjatiet tat-tmiem, dawn huma benefiċċji ta' wara l-impjieg, aktar milli benefiċċji għat-temm tal-impjieg u entità tikkunsidrahom bħala benefiċċji ta' wara l-impjieg. Xi entitajiet jipprovdu livell aktar baxx ta' benefiċċju għal tmiem volontarju fuq talba tal-ħaddiem (fis-sustanza, benefiċċju ta' wara l-impjieg) milli għal tmiem involontarju fuq talba tal-entità. Il-benefiċċju addizzjonali pagabbli għal tmiem involontarju huwa benefiċċju tat-temm tal-impjieg.

137 Il-benefiċċji għat-temm tal-impjieg ma jipprovdux lil entità b'benefiċċji ekonomiċi futuri u huma rikonoxxuti immedjatament bħala nefqa.

138 Fejn entità tirrikonoxxi benefiċċji għat-temm tal-impjieg, l-entità jista' jkollha tikkontabilizza għal tnaqqis tal-benefiċċji oħrajn għall-impjegati (ara l-paragrafu 109).

Kejl

139 Meta l-benefiċċji għat-temm tal-impjieg isiru dovuti aktar minn 12-il xahar wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ dawn għandhom jiġu skontati bir-rata ta' skont speċifikata fil-paragrafu 78.

140 Fil-każ ta' offerta magħmula biex tinkoraġġixxi sensja volontarja, il-kejl tal-benefiċċji għat-temm tal-impjieg għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' impjegati mistennija li jaċċettaw l-offerta.

Żvelar

141 Meta jkun hemm inċertezza dwar in-numru ta' impjegati li ser jaċċettaw offerta ta' benefiċċji għat-temm tal-impjieg, teżisti obbligazzjoni kontinġenti. Kif meħtieġ mill-IAS 37 entità tiżvela informazzjoni dwar l-obbligazzjoni kontinġenti sakemm il-possibbiltà ta' outflow fis-saldu tkun waħda remota.

142 Kif meħtieġ mill-IAS 1, entità tiżvela n-natura u l-ammont ta' spiża jekk din tkun materjali. Benefiċċji għat-temm tal-impieg jistgħu jirriżultaw fi spiża li tkun teħtieġ żvelar sabiex tikkonforma ma' dan ir-rekwiżit.

143 Fejn meħtieġ mill-IAS 24, entità tiżvela informazzjoni dwar benefiċċji għat-temm tal-impjieg għall-persunal prinċipali fil-maniġment.

144–152 [Imħassra]

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

153 Din it-taqsima tispeċifika t-trattament tranżitorju għal pjani ta' benefiċċju definiti. Meta entità tadotta l-ewwel darba dan l-Istandard għal benefiċċji oħrajn tal-impjegati, l-entità għandha tapplika l-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

154 Meta tadotta dan l-Istandard għall-ewwel darba, entità għandha tiddetermina l-obbligazzjoni tranżitorja tagħha għal pjani ta' benefiċċju definit f'dik id-data bħala:

(a) il-valur preżenti tal-obbligu (ara l-paragrafu 64) fid-data tal-adozzjoni;

(b) wara li jitnaqqas il-valur ġust, fid-data tal-adozzjoni, ta' assi tal-pjan (jekk hemm) li minnhom jiġu saldati direttament l-obbligazzjonijiet (ara l-paragrafi 102–104);

(ċ) bit-tneħħija ta' kull kost ta' servizz tal-passat, skont il-paragrafu 96, li għandu jkun rikonoxxut f'perijodi aktar tard.

155 Jekk l-obbligazzjoni tranżitorja hija aktar mill-obbligazzjoni li kieku kienet tkun rikonoxxuta fl-istess data taħt il-politika ta' kontabilità preċedenti tal-entità, l-entità għandha tagħmel għażla irrevokabbli li tirrikonoxxi dik iż-żjieda bħala parti mill-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit tagħha skont il-paragrafu 54:

(a) immedjatament, skont l-IAS 8; jew

(b) bħala nefqa fuq bażi ta' linja dritta fuq mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-adozzjoni. Jekk l-entità tagħżel (b), l-entità għandha:

(i) tapplika l-limitu deskritt fil-paragrafu 58(b) fil-kejl ta' kull assi rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja; ◄

(ii) tiżvela ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar: ◄ (1) l-ammont taż-żjieda li tibqa' mhux rikonoxxuta; u (2) l-ammont rikonoxxut fil-perijodu kurrenti;

(iii) tillimita r-rikonoxximent ta' qligħ attwarju sussegwenti (iżda mhux spejjeż ta' servizz tal-passat fin-negattiv) kif ġej. Jekk qligħ attwarju mhuwiex rikonoxxut skont il-paragrafi 92 u 93, entità għandha tirrikonoxxi dak il-qligħ attwarju biss sakemm il-qligħ attwarju mhux rikonoxxut kumultattiv nett (qabel ir-rikonoxximent ta' dak il-qligħ attwarju) ikun aktar mill-parti mhux rikonoxxuta tal-obbligazzjoni tranżitorja; u

(iv) tinkludi l-parti relatata tal-obbligazzjoni tranżitorja mhux rikonoxxuta fid-determinazzjoni ta' kull qligħ jew telf sussegwenti fuq saldu jew tnaqqis.

Jekk l-obbligazzjoni tranżitorja hija inqas mill-obbligazzjoni li kieku kienet tkun rikonoxxuta fl-istess data skont il-politika ta' kontabilità preċedenti tal-entità, l-entità għandha tirrikonoxxi immedjatament dak it-tnaqqis skont l-IAS 8.

156 Mal-ewwel adozzjoni tal-Istandard, l-effett tal-bidla fil-politika tal-kontabilità jinkludi l-qligħ u t-telf attwarju kollu li jirriżulta minn perijodi preċedenti anke jekk dan jaqa' fil-“ kurutur” ta' 10 % speċifikat fil-paragrafu 92.

Eżempji li jispjegaw il-paragrafi 154 sa 156

Fil-31 ta' Diċembru 1998, ►M5  rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ ta' entità tinkludi obbligazzjoni ta' pensjoni ta' 100. L-entità tadotta l-Istandard fl-1 ta' Jannar 1999, meta l-valur preżenti tal-obbligu skont l-Istandard huwa 1,300 u l-valur ġust ta' assi tal-pjan huwa 1,000. Fl-1 ta' Jannar 1993, l-entità kienet tejbet il-pensjonijiet (kost għal benefiċċji mhux vestiti: 160; u l-medja tal-perijodu li jifdal fid-data sal-vestiment: 10 snin).

L-effett tranżitorju huwa kif ġej:



Valur preżenti tal-obbligu

1,300

Valur ġust tal-assi tal-pjani

(1,000)

Bit-tnaqqis ta': kost ta' servizz tal-passat li għandu jkun rikonoxxut f'perijodi aktar tard (160 × 4/10)

(64)

Obbligazzjoni tranżitorja

236

Obbligazzjoni diġà rikonoxxuta

100

Żjieda fl-obbligazzjoni

136

L-entità tista' tagħżel li tirrikonoxxi ż-żjieda ta' 136 jew immedjatament jew anke sa 5 snin. L-għażla hija irrevokabbli.

Fil-31 ta' Diċembru 1999, il-valur preżenti tal-obbligu skont l-Istandard huwa ta' 1,400 u l-valur ġust tal-assi tal-pjan huwa ta' 1,050. Il-qligħ attwarju mhux rikonoxxut kumulattiv nett sa mid-data tal-adozzjoni tal-Istandard huwa ta' 120. Il-medja mistennija tal-ħajja tax-xogħol rimanenti tal-impjegati li qed jipparteċipaw fil-pjan kienet ta' tmien snin. L-entità adottat politika ta' rikonoxximent ta' qligħ u telf attwarju immedjatament, kif permess mill-paragrafu 93.

L-effett tal-limitu fil-paragrafu 155(b)(iii) huwa kif ġej.



Qligħ attwarju mhux rikonoxxut kumulattiv nett

120

Parti mhux rikonoxxuta tal-obbligazzjoni tranżitorja (136 × 4/5)

(109)

Qligħ massimu li għandu jkun rikonoxxut (paragrafu 155(b)(iii))

11

DATA EFFETTIVA

157 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji li jkopru perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1999 jew wara, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 159-159V. L-adozzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandrad għal kosti ta' benefiċċju ta' rtirar għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 1999, l-entità għandha tiżvela l-fatt li hija applikat dan l-Istandard minflok l-IAS 19 Kosti ta' Benefiċċji ta' Rtirar approvat fl-1993.

158 Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IAS 19 Kosti ta' Benefiċċji ta' Rtirar approvat fl-1993.

159 Dawn li ġejjin isiru operattivi għal rapporti finanzjarji annwali ( 13 ) li jkopru perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 2001 jew wara:

(a) id-definizzjoni riveduta ta' assi tal-pjan fil-paragrafu 7 u d-definizzjonijiet relatati ta' assi miżmumin minn fond għal benefiċċju għal terminu fit-tul tal-impjegati u l-polza tal-assigurazzjoni li tikkwalifika; u

(b) ir-rekwiżiti ta' rikonoxximent u kejl għal rimborżi fil-paragrafi 104A, 128 u 129 u żvelar relatat fil-paragrafi 120A(f)(iv), 120A(g)(iv), 120A(m) u 120A(n)(iii).

L-adozzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk l-adozzjoni aktar bikrija taffettwa r-rapporti finanzjarji, entità għandha tiżvela dak il-fatt.

159A L-emenda fil-paragrafu 58A issir operattiva għal rapporti finanzjarji annwali li jkopru perijodi li jintemmu fi jew wara l-31 ta' Mejju 2002. L-adozzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk l-adozzjoni aktar bikrija taffettwa r-rapporti finanzjarji, entità għandha tiżvela dak il-fatt.

159B Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 32A, 34–34B, 61 u120–121 għal perijodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta' Jannar 2006. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2006, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

159C L-għażla fil-paragrafi 93A-93D tista' tintuża għal perijodi annwali li jintemmu fis-16 ta' Diċembru 2004 jew wara. Entità li tuża l-għażla tal-perijodu annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2006, għandha wkoll tapplika l-emendi fil-paragrafi 32A, 34–34B, 61 u 120–121,

▼M8

159D Il-paragrafi 7, 8(b), 32B, 97, 98 u 111 kienu emendati u l-paragrafu 111A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 7, 8(b) u 32B għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 97, 98, 111 u 111A għal bidliet fil-benefiċċji li jseħħu fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009.

▼M8

160 L-IAS 8 tapplika meta entità tbiddel il-politiki tal-kontabilità tagħha biex tirrifletti l-bidliet speċifikati fil-paragrafi 159–159D. Meta tapplika dawn il-bidliet b’mod retrospettiv, kif meħtieġ mill-IAS 8, l-entità għandha titratta dawn il-bidliet daqs li kieku kienu applikati fl-istess waqt fil-bqija ta’ dan l-Istandard. L-eċċezzjoni hija li entità tista’ tiżvela l-ammonti meħtieġa mill-paragrafu 120A(p) peress li l-ammonti huma stabbiliti għal kull perjodu annwali b’mod prospettiv mill-ewwel perjodu annwali ppreżentat fir-rapporti finanzjarji li fih l-entità tapplika l-ewwel darba l-emendi taħt il-paragrafu 120A.

▼M5

161 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 93A–93D, 106 (Eżempju) u 120A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M33

162 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 7 u emenda l-paragrafi 50 u 102. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

174 L-IFRS 13, maħruġ f'Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta' valur ġust fil-paragrafu 8 u emenda l-paragrafu 113. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 20

Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika

AMBITU ►M8   ( 14 ) ◄

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità għal għotjiet pubbliċi u fl-iżvelar tagħhom, u fl-iżvelar ta' forom oħra ta' assistenza pubblika.

2 Dan l-Istandard ma jittrattax:

(a) il-problemi speċjali li jirriżultaw mill-kontabilità għal għotjiet pubbliċi f'rapporti finanzjarji li jirriflettu l-effetti tat-tibdil fil-prezzijiet jew f'informazzjoni supplimentari ta' natura simili;

▼M8

(b) assistenza tal-gvern li hija pprovduta għal entità f’forma ta’ benefiċċji li huma disponibbli għall-istabbiliment ta’ profitt taxxabbli jew telf għat-taxxa, jew hija stabbilita jew limitata fuq il-bażi tal-obbligazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul. Eżempji ta’ dawn il-benefiċċji huma btajjel mit-taxxi fuq id-dħul, krediti tat-taxxi fuq l-investiment, provvedimenti aċċelerati tad-deprezzament u rati mnaqqsa tat-taxxa fuq id-dħul;

▼B

(ċ) il-parteċipazzjoni tal-gvern fil-proprjetà tal-entità;

(d) għotjiet pubbliċi koperti bl-IAS 41 Agrikoltura.

DEFINIZZJONIJIET

3 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Gvern tirreferi għal gvern, aġenziji tal-gvern u korpi simili kemm jekk lokali, nazzjonali jew internazzjonali.

Assistenza pubblika hija azzjoni mill-gvern maħsuba biex tipprovdi benefiċċju ekonomiku speċifiku lil entità jew firxa ta' entitajiet li jikkwalifikaw taħt ċerti kriterji. L-assistenza pubblika għall-iskop ta' dan l-Istandard ma tinkludix benefiċċji mogħtija sempliċement b'mod indirett permezz ta' azzjoni li taffettwa l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kummerċ, bħat-tqegħid tal-infrastruttura f'oqsma ta' żvilupp jew l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet kummerċjali fuq il-kompetituri.

Għotjiet pubbliċi huma assistenza mill-gvern fil-forma ta' trasferimenti ta' riżorsi lil entità bi tpattija għal konformità passata jew futura ma' ċerti kundizzjonijiet relatati mal-attivitajiet operattivi tal-entità. Dawn jeskludu dawk il-forom ta' assistenza pubblika li ma jistgħux b'mod raġonevoli jingħataw valur u tranżazzjonijiet mal-gvern li ma jistgħux jiġu distinti mit-tranżazzjonijiet normali kummerċjali tal-entità. ( 15 ).

Għotjiet relatati ma' assi huma għotjiet pubbliċi li l-kundizzjoni primarja tagħhom hija li entità li tikkwalifika għalihom għandha tixtri, tibni jew b'mod ieħor takkwista assi għal tul ta' żmien. Jista' jkun hemm mehmuż magħhom ukoll kundizzjonijiet sussidjarji li jirrestrinġu t-tip jew il-lok tal-assi jew tal-perijodi li matulhom dawn għandhom jiġu akkwistati jew miżmuma.

Għotjiet relatati ma' introjtu huma għotjiet pubbliċi minbarra dawk relatati mal-assi.

Djun li jistgħu jinħafru huma self li min jislef jikkommetti ruħu li jaħfer il-ħlasijiet lura tagħhom skont ċerti kundizzjonijiet preskritti.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

4 L-assistenza pubblika tieħu ħafna forom li jvarjaw kemm fin-natura tal-assistenza mogħtija kif ukoll fil-kundizzjonijiet li s-soltu huma marbuta magħha. L-iskop tal-assistenza jista' jkun biex tinkoraġġixxi entità biex tidħol għal linja ta' azzjoni li normalment l-entità ma kenitx tieħu kieku ma ngħatatx l-assistenza.

5 Meta entità tirċieva assistenza pubblika, din tista' tkun sinifikanti għall-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji għal żewġ raġunijiet. L-ewwel, jekk ikunu ġew ittrasferiti riżorsi, ikollu jinstab metodu xieraq ta' kontabilità għat-trasferiment. It-tieni, ikun tajjeb li tingħata indikazzjoni ta' kemm l-entità tkun ibbenefikat minn dik l-assistenza matul il-perijodu ta' rappurtaġġ. Dan jiffaċilita l-paragun tar-rapporti finanzjarji tal-entità ma' dawk ta' perijodi ta' qabel u ma' dawk ta' entitajiet oħra.

6 Xi kultant l-għotjiet pubbliċi jissejħu b'ismijiet oħra bħal sussidji, sovvenzjonijiet, jew primjums.

GĦOTJIET PUBBLIĊI

7 Għotjiet pubbliċi, inklużi għotjiet mhux monetarji skont il-valur ġust, m'għandhomx ikunu rikonoxxuti sakemm ikun hemm assigurazzjoni raġonevoli li:

(a) l-entità tkun se tikkonforma ruħha mal-kundizzjonijiet marbuta magħhom; u

(b) l-għotjiet se jkunu riċevuti.

8 Għotja pubblika m'hijiex rikonoxxuta sakemm ikun hemm assigurazzjoni raġonevoli li l-entità tkun se tikkonforma ruħha mal-kundizzjonijiet marbuta magħha, u li l-għotja tkun ser tiġi rċevuta. Ir-riċeviment ta' għotja fih innifsu ma jipprovdix evidenza konklużiva li l-kundizzjonijiet marbuta mal-għotja jkunu ġew jew ser jiġu ssodisfati.

9 Il-mod li bih tingħata għotja ma jaffettwax il-metodu tal-kontabilità li għandu jiġi adottat fir-rigward tal-għotja. Għalhekk l-għotja tiġi kontabilizzata bl-istess mod kemm jekk tingħata fi flus kif ukoll jekk tingħata bħala tnaqqis f'obbligazzjoni lill-gvern.

10 Dejn li jista' jinħafer mill-gvern huwa ttrattat bħala għotja pubblika meta jkun hemm assigurazzjoni raġonevoli li l-entità tkun se tissodisfa t-termini għall-maħfra tad-dejn.

▼M8

10A Il-benefiċċju ta’ self tal-gvern b’rata ta’ mgħax taħt tas-suq hija ttrattata bħala għotja tal-gvern. Is-self ikun rikonoxxut u jitkejjel skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Il-benefiċċju tar-rata ta’ mgħax taħt tas-suq għandu jitkejjel bħala d-differenza bejn il-valur inizjali miżmum fil-kotba tas-self stabbilit skont l-IAS 39 u l-ammonti rikavati. Il-benefiċċju jkun ittrattat skont dan l-Istandard. L-entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom, jew iridu, jkunu mħarsa fl-identifikazzjoni tal-kosti li l-benefiċċju tas-self huwa maħsub li jikkumpensa għalihom.

▼B

11 Ladarba għotja pubblika tkun rikonoxxuta, kull obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti relatati jiġu ttrattati skont l-IAS 37 Proveddimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

▼M8

12 Għotjiet tal-gvern għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-bażi sistematiku fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw.

13 Hemm żewġ metodi wiesgħa għall-kontabilità tal-għotjiet tal-gvern: il-metodu tal-kapital, fejn għotja hija rrikonoxxuta barra l-profitt jew telf, u l-metodu tad-dħul, fejn għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf fuq perjodu wieħed jew aktar.

14 Dawk li jappoġġaw il-metodu tal-kapital jargumentaw kif ġej:

(a) għotjiet tal-gvern huma strument tal-iffinanzjar u għandhom ikunu ttrattati hekk fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja minflok irrikonoxxut fil-profitt jew telf li jpaċu l-oġġetti tal-ispejjeż li jiffinanzjaw. Peress li l-ebda pagament m’huwa mistenni, dawn l-għotjiet huma rikonoxxuti barra l-profitt jew telf.

(b) mhux tajjeb li għotjiet tal-gvern ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf, għax m’humiex dħul iżda jirrappreżentaw inċentiv ipprovdut mill-gvern mingħajr l-ispejjeż relatati.

15 Argumenti favur il-metodu tad-dħul huma kif ġej:

(a) peress li l-għotjiet tal-gvern huma riċevuti minn għejun minbarra l-azzjonisti, m’għandhomx ikunu rikonoxxuti direttament fl-ekwità iżda għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fil-perjodi xierqa.

(b) għotjiet tal-gvern rari jkunu b’xejn. L-entità tkun intitolata għalihom bil-konformità mal-kundizzjonijiet tagħhom u billi tħares l-obbligazzjonijiet mistennija. Għandhom għalhekk ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw.

(ċ) peress li t-taxxi fuq id-dħul u taxxi oħrajn huma spejjeż, huwa loġiku li jkunu ttrattati wkoll bħala għotjiet tal-gvern, li huma estensjoni tal-politiki fiskali, fil-profitt jew telf.

16 Hija fundamentali għall-metodu tad-dħul li l-għotjiet tal-gvern għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-bażi sistematiku fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw. Ir-rikonoxximent tal-għotjiet tal-gvern fil-profitt jew telf fuq bażi ta’ riċevuti huwa skont is-suppożizzjoni tal-kontabilità tad-dovuti (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji) u jkun aċċettabbli biss jekk ma jeżisti l-ebda bażi għall-allokazzjoni ta’ għoti għal perjodi minbarra dak li fih kien riċevut.

17 F’bosta każijiet l-perjodi li fuqhom entità tirrikonoxxi l-kosti jew l-ispejjeż relatati ma’ għotja tal-gvern huma aċċertati malajr. B’hekk għotjiet marbutin ma’ spejjeż speċifiċi jkunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fl-istess perjodu bħall-ispejjeż rilevanti. L-istess, għotjiet relatati ma’ assi ddeprezzati s-soltu jkunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodi u fil-proporzjonijiet li fihom l-ispiża tad-deprezzament fuq dawk l-assi tkun rikonoxxuta.

18 Għotjiet dwar assi mhux deprezzati jistgħu jeħtieġu wkoll it-tħaris ta’ ċerti obbligi u mbagħad ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodu li jassorbu l-kost biex jitħarsu l-obbligi. Bħala eżempju, għotja ta’ art tista’ tkun bil-kundizzjoni li jittella’ bini fuq is-sit u jkun xieraq li l-għotja tkun rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tul il-ħajja tal-bini.

▼B

19 Xi kultant l-għotjiet jiġu rċevuti bħala parti minn pakkett ta' għajnuniet finanzjarji jew fiskali li magħhom huma marbuta numru ta' kundizzjonijiet. F'dawn il-każijiet, hemm bżonn ta' attenzjoni fl-identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet li jagħtu lok għall-kosti u l-ispejjeż li jiddeterminaw il-perijodi li matulhom tkun ser tingħata l-għotja. Jista' jkun jixraq li parti mill-għotja tiġi allokata fuq bażi waħda u parti fuq oħra.

▼M8

20 Għotja tal-gvern li ssir riċevibbli bħala kumpens għal spejjeż jew telf diġà sofrut jew għall-iskop tal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju immedjat lill-entità mingħajr kosti relatati futuri għandu jkun irrikonoxxut fil-profitt jew telf tal-perjodu meta jsir riċevibbli.

21 F’xi ċirkostanzi, għotja tal-gvern tista’ tingħata għall-iskop tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju immedjat lill-entità minflok bħala inċentiva biex isir infieq speċifiku. Dawn l-għotjiet jistgħu jkunu limitati għal entità partikolari u jistgħu ma jkunux disponibbli għall-klassi kollha ta’ benefiċjarji. Dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu r-rikonoxximent ta’ għotja fil-profitt jew telf tal-perjodu li fih l-entità tikkwalifika li tirċevih, bi żvelar li jassigura li l-effett tiegħu jkun mifhum b’mod ċar.

22 Għotja tal-gvern tista’ ssir riċevibbli minn entità bħala kumpens għal spejjeż jew telf meħuda f’perjodu ta’ qabel. Din l-għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tal-perjodu li fih issir riċevibbli, bi żvelar li jassigura li l-effett tiegħu jkun mifhum b’mod ċar.

▼B

Għotjiet pubbliċi mhux ta' natura monetarja

23 Għotja pubblika tista' tieħu l-forma ta' trasferiment ta' assi mhux monetarju, bħal art jew riżorsi oħra, għall-użu tal-entità. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa normali li jiġi vvalutat il-valur ġust tal-assi mhux monetarju u li l-kontabilità kemm tal-għotja kif ukoll tal-assi ssir skont dak il-valur ġust. Mod alternattiv li xi kultant huwa segwit huwa li kemm l-assi kif ukoll l-għotja jitniżżlu b'ammont nominali.

Preżentazzjoni ta' għotjiet relatati ma' assi

24 L-għotjiet pubbliċi relatati ma' assi, inklużi għotjiet mhux monetarji skont il-valur ġust, għandhom ikunu ppreżentati ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ billi l-għotja titniżżel bħala introjtu differit jew billi l-għotja titnaqqas meta wieħed jasal għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi.

25 Żewġ metodi ta' preżentazzjoni tal-għotjiet (jew il-porzjonijiet xierqa tal-għotjiet) relatati ma' assi jitqiesu bħala alternattivi aċċettabbli fir-rapporti finanzjarji.

▼M8

26 Metodu wieħed jirrikonoxxi l-għotja bħala dħul differit li jkun irrikonoxxut fil-profitt jew telf fuq bażi sistematika tul il-ħajja utli tal-assi.

27 Il-metodu l-ieħor inaqqas l-għotja fil-kalkolu tal-ammont miżmum tal-assi. L-għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tul il-ħajja tal-assi ddeprezzat bħala spiża mnaqqsa tad-deprezzament.

▼B

28 Ix-xiri ta' assi u r-riċeviment ta' għotjiet relatati jistgħu joħolqu movimenti kbar fil-fluss tal-flus ta' entità. Għal din ir-raġuni u sabiex jintwera l-investiment gross fl-assi, ħafna drabi dawn il-movimenti huma żvelati bħala entrati separati ►M5  fir-rapport ◄ tal-flussi tal-flus mingħajr ma jingħata kas jekk l-għotja titnaqqasx jew le mill-assi relatat ►M5  għall-għan tal-preżentazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

Preżentazzjoni ta' għotjiet relatati mal-introjtu

▼M31

29 Sovvenzjonijiet relatati mal-introjtu jiġu ppreżentati bħala parti mill-profitt jew it-telf, jew separatament jew taħt intestatura ġenerali bħal “Introjtu ieħor”; alternattivament, jitnaqqsu fir-rapportar tal-ispiża relatata.

▼M31 —————

▼B

30 Dawk li jaqblu mal-ewwel metodu jsostnu li m'huwiex xieraq li l-entrati tal-introjtu u tal-ispiża jiġu ddikjarati netti, u li s-separazzjoni tal-għotja mill-ispiża tiffaċilita l-paragun ma' spejjeż oħra mhux affettwati minn xi għotja. Għat-tieni metodu huwa argumentat li l-ispejjeż setgħu lanqas biss isiru mill-entità kieku l-għotja ma kinitx disponibbli u għalhekk il-preżentazzjoni tal-ispiża mingħajr ma l-għotja titpaċa magħha tista' tiżgwida.

31 Iż-żewġ metodi jitqiesu bħala aċċettabbli għall-preżentazzjoni ta' għotjiet relatati mal-introjtu. Jista' jkun meħtieġ l-iżvelar tal-għotja sabiex ir-rapporti finanzjarji jkunu jinftiehmu sew. Normalment ikun xieraq l-iżvelar tal-effett tal-għotjiet fuq kull entrata tal-introjtu jew tal-infiq li tinħtieġ li tiġi żvelata separatament.

Ħlas lura ta' għotjiet pubbliċi

▼M8

32 Għotja tal-gvern li ssir riċevibbli għandha tkun bħala bidla fl-istima tal-kontabilità (ara l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji). Ħlas lura ta’ għotja dwar id-dħul għandha l-ewwel tkun applikata kontra kull kreditu differit mhux amortizzat rikonoxxut dwar l-għotja. Sakemm il-ħals lura ma jaqbiżx kull tali kreditu differit, jew meta ma jeżisti l-ebda kreditu differit, il-ħlas lura għandu jkun rikonoxxut minnufih fil-profitt jew telf. Ħlas lura ta' għotja dwar assi għandu jkun rikonoxxut billi jiżdied l-ammont miżmum tal-assi jew jitnaqqas il-bilanċ ta' dħul differit bl-ammont ripagabbli. Id-deprezzament addizzjonali kumulattiv li kieku kien ikun irrikonoxxut fil-profitt jew telf s’issa fin-nuqqas tal-għotja għandu jkun rikonoxxut minnufih fil-profitt jew telf.

▼B

33 Ċirkustanzi li jagħtu lok għall-ħlas lura ta' għotja relatata ma' assi jistgħu jirrikjedu li tingħata kunsiderazzjoni għall-possibbiltà tal-indeboliment tal-ammont ġdid miżmum fil-kotba tal-assi.

ASSISTENZA PUBBLIKA

34 Esklużi mid-definizzjoni ta' għotjiet pubbliċi fil-paragrafu 3 huma ċerti forom ta' assistenza pubblika li ma jistgħux jingħataw valur b'mod raġonevoli u tranżazzjonijiet mal-gvern li ma jistgħux jiġu distinti mit-tranżazzjonijiet normali tal-kummerċ tal-entità.

35 Eżempji ta' assistenza li ma jistgħux jingħataw valur b'mod raġonevoli huma pariri tekniċi jew ta' reklamar b'xejn u l-għoti ta' garanziji. Eżempju ta' assistenza li ma tistax tiġi distinta mit-tranżazzjonijiet normali tal-kummerċ tal-entità huwa xi politika ta' akkwist tal-gvern li hija responsabbli għal parti mill-bejgħ tal-entità. L-eżistenza tal-benefiċċju tista' tkun ħaġa ċerta imma kull sforz biex l-attivitajiet tal-kummerċ jiġu segregati mill-assistenza pubblika jista' jkun arbitrarju.

36 Is-sinifikat tal-benefiċċju fl-eżempji t’hawn aktar qabel jista' jkun tali li jkun jeħtieġ l-iżvelar tan-natura, id-daqs u d-durata tal-assistenza sabiex ir-rapporti finanzjarji ma jkunux ta' diżgwid.

▼M8 —————

▼B

38 F'dan l-Istandard, l-assistenza pubblika ma tinkludix it-tqegħid ta' infrastruttura permezz ta' titjib fil-qafas ġenerali tat-trasport u tal-kommunikazzjoni u l-provvista ta' faċilitajiet imtejba bħalma huma l-irrigazzjoni jew is-sistema ta' distribuzzjoni tal-ilma, li ssir fuq bażi kontinwa indeterminata għall-benefiċċju ta' komunità lokali sħiħa.

ŻVELAR

39 Il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom ikunu żvelati:

(a) il-politika tal-kontabilità adottata għall-għotjiet pubbliċi, inklużi l-metodi ta' preżentazzjoni adottati fir-rapporti finanzjarji;

(b) in-natura u d-daqs tal-għotjiet pubbliċi rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji u indikazzjoni ta' forom oħra ta' assistenza pubblika li minnhom tkun ibbenefikat b'mod dirett l-entità; u

(ċ) kundizzjonijiet mhux issodisfati u kontinġenzi oħra marbuta mal-assistenza pubblika li tkun ġiet rikonoxxuta.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

40 Entità li tadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandha:

(a) tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti tal-iżvelar, fejn ikun xieraq; u

(b) jew:

(i) taġġusta r-rapporti finanzjarji tagħha għall-bidla fil-politika tal-kontabilità skont l-IAS 8; jew

(ii) tapplika d-dispożizzjonijiet tal-kontabilità tal-Istandard għal għotjiet jew partijiet mill-għotjiet biss li jsiru riċevibbli jew ripagabbli wara d-data effettiva tal-Istandard.

DATA EFFETTIVA

41 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji li jkopru perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1984 jew wara.

▼M5

42 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, żied il-paragrafu 29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M8

43 Il-paragrafu 37 kien imħassar u l-paragrafu 10A kien miżjud bit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għas-self tal-gvern riċevuti fil-perjodi li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M33

45 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

46  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 29 u ħassar il-paragrafu 29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 21

L-Effetti tat-Tibdil Fir-Rati tal-Kambju

GĦAN

1 Entità tista' twettaq attivitajiet barranin b'żewġ modi. Jista' jkollha tranżazzjonijiet f'muniti barranin jew jista' jkollha operazzjonijiet barranin. Barra minn hekk, entità tista' tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha f'munita barranija. L-objettiv ta' dan l-Istandard hu li jippreskrivi kif jiġu inklużi tranżazzjonijiet f'munita barranija u operazzjonijiet barranin fir-rapporti finanzjarji ta' entità u kif ir-rapporti finanzjarji għandhom jiġu maqluba fil-munita tal-preżentazzjoni.

2 Il-kwistjonijiet prinċipali huma liema rata/i tal-kambju għandhom jintużaw u kif għandhom jiġu rrappurtati l-effetti tal-bidliet fir-rati tal-kambju fir-rapporti finanzjarji.

AMBITU

3 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat ( 16 ):

(a) fil-kontabilità għal tranżazzjonijiet u bilanċi f'muniti barranin, ħlief għal dawk it-tranżazzjonijiet u bilanċi ta' derivati li jidħlu fl-ambitu tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl;

(b) fil-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja ta' operazzjonijiet barranin li huma inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-entità permezz ta' konsolidament ►M32  ————— ◄ jew bil-metodu tal-ekwità; u

(ċ) fil-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja ta' entità f'munita tal-preżentazzjoni.

4 L-IAS 39 japplika għal bosta derivati f'munita barranija u, għalhekk, dawn huma esklużi mill-ambitu ta' dan l-Istandard. Madankollu, dawk id-derivati f'muniti barranin li ma jaqgħux taħt l-IAS 39 (eż. xi derivati f'muniti barranin li huma mdeffsa f'kuntratti oħra) jaqgħu fl-ambitu ta' dan l-Istandard. Barra minn hekk, dan l-Istandard japplika meta entità taqleb ammonti li għandhom x'jaqsmu mad-derivati mill-munita funzjonali tagħha għall-munita tal-preżentazzjoni.

5 Dan l-Istandard ma japplikax għall-kontabilità għall-hedging għal entrati f'munita barranija, inkluż il-hedging ta' investiment nett f'operazzjoni barranija. l-IAS 39 japplika għal kontabilità għall-hedging.

6 Dan l-Istandard japplika għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji ta' entità f'munita barranija u jistabbilixxi regoli biex ir-rapporti finanzjarji li jirriżultaw ikunu jistgħu jiġu deskritti bħala li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju. Għal qlib ta' informazzjoni finanzjarja f'munita barranija li ma jissodisfax dawn ir-regoli, dan l-Istandard jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata.

7 Dan l-Istandard ma japplikax għall-preżentazzjoni, f'rapporti tal-flussi tal-flus, ►M5  tal-flussi ◄ ta' flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'munita barranija, jew għall-qlib tal-flussi tal-flus ta' operazzjoni barranija (ara l-IAS 7 ►M5  Rapporti ◄ tal-Flussi ta' Flus).

DEFINIZZJONIJIET

8 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Rata tal-għeluq hi r-rata tal-kambju spot ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

Differenza tal-kambju hi d-differenza li tirriżulta mill-qlib ta' numru partikulari ta' unitajiet ta' munita waħda għal munita oħra b'rati tal-kambju differenti.

Rata tal-kambju hi r-relazzjoni tal-kambju bejn żewġ muniti.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Munita barranija hi munita li mhijiex il-munita funzjonali tal-entità.

Operazzjoni barranija hi entità li hi sussidjarja, kumpanija assoċjata, ►M32  arranġamenti konġunti ◄ jew fergħa ta' entità li tirrapporta, li l-attivitajiet tagħha huma bbażati jew imwettqa f'pajjiż jew b'munita li mhumiex dawk tal-entità li tirrapporta.

Munita funzjonali hi l-munita tal-ambjent ekonomiku primarju fejn topera l-entità.

Grupp hu l-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji kollha tagħha.

Effetti monetarji huma unitajiet ta' munita miżmumin u assi u obbligazzjonijiet li għandhom jiġu rċevuti jew imħallsa f'numru fiss, jew li jista' jiġi determinat, ta' unitajiet tal-munita.

Investiment nett f'operazzjoni barranija hu l-ammont tal-interess tal-entità li tirrapporta fl-attiv nett ta' dik l-operazzjoni.

Munita tal-preżentazzjoni hi l-munita li fiha huma ppreżentati r-rapporti finanzjarji.

Rata tal-kambju spot hi r-rata tal-kambju għal kunsinn immedjat.

Elaborazzjoni fuq id-definizzjonijiet

Munita funzjonali

9 L-ambjent ekonomiku primarju li fih topera entità hu normalment dak li fih primarjament tiġġenera u tonfoq il-flus. Entità tikkunsidra l-fatturi li ġejjin meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-munita funzjonali tagħha:

(a) il-munita:

(i) illi normalment tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ għall-prodotti u s-servizzi (din normalment tkun il-munita li fiha huma denominati u mħallsal-prezzijiet tal-bejgħ għall-prodotti u s-servizzi tagħha); u

(ii) tal-pajjiż li l-forzi kompetittivi u r-regolamenti tiegħu jiddeterminaw b'mod prinċipali l-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti u tas-servizzi tagħha;

(b) il-munita li tinfluwenza b'mod ewlieni, il-kosti tax-xogħol u tal-materjal u kosti oħra ta' forniment ta' prodotti jew servizzi (din normalment tkun il-munita li fiha kosti bħal dawn huma denominati u mħallsa).

10 Il-fatturi li ġejjin jistgħu wkoll jipprovdu evidenza tal-munita funzjonali tal-entità:

(a) il-munita li fiha huma ġġenerati l-fondi minn attivitajiet ta' finanzjar (i.e. l-hruġ ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità);

(b) il-munita li fiha hu normalment miżmum id-dħul minn attivitajiet tal-operat.

11 Il-fatturi addizzjonali li ġejjin huma kkunsidrati fid-determinazzjoni tal-munita funzjonali ta' operazzjoni barranija, u jekk il-munita funzjonali hix l-istess bħal dik tal-entità li tirrapporta (l-entità li tirrapporta, f'dan il-kuntest, hi l-entità li għandha l-operazzjoni barranija bħala s-sussidjarja, il-fergħa, il-kumpanija assoċjata jew ►M32  l-arranġamenti konġunti ◄ tagħha):

(a) jekk l-attivitajiet tal-operazzjoni barranija jiġux imwettqa bħala estensjoni tal-entità li tirrapporta, jew jiġux mwettqa bi grad sinifikanti ta' awtonomija. Eżempju tal-ewwel każ hu meta kull ma tagħmel l-operazzjoni barranija hu biss li tbigħ prodotti importati mill-entità li tirrapporta u tingħat id-dħul mill-bejgħ lura lilha. Eżempju tal-aħħar każ hu meta l-operazzjoni takkumula flus u effetti monetarji oħra, tagħmel spejjeż, tiġġenera introjtu u tagħmel arranġamenti għal self, dan kollu sostanzjalment fil-munita lokali tagħha;

(b) jekk it-tranżazzjonijiet mal-entità li tirrapporta humiex proporzjon għoli jew baxx tal-attivitajiet tal-operazzjoni barranija;

(ċ) jekk il-flussi tal-flus mill-attivitajiet tal-operazzjoni barranija jaffettwawx direttament il-flussi tal-flus tal-entità li tirrapporta u humiex disponibbli faċilment biex jerġgħu jitħallsu lilha;

(d) jekk il-flussi tal-flus mill-attivitajiet tal-operazzjoni barranija humiex biżżejjed biex tmantni obbligi ta' dejn eżistenti u normalment mistennija mingħajr meta ma jkun hemm dispożizzjoni ta' fondi mill-entità li tirrapporta.

12 Meta l-indikaturi t'hawn fuq huma mħallta u l-munita funzjonali mhix ovvja, l-amministrazzjoni tuża l-ġudizzju għaqli tagħha biex tiddetermina l-munita funzjonali li tirrappreżenta bl-aktar mod fidil l-effetti ekonomiċi tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet bażilari. Bħala parti minn dan il-metodu, l-amministrazzjoni tagħti prijorità lill-indikaturi primarji fil-paragrafu 9, qabel ma tikkunsidra l-indikaturi fil-paragrafi 10 u 11, li huma ddisinjati biex jipprovdu evidenza ta' appoġġ addizzjonali biex tiġi stabbilita l-munita funzjonali tal-entità.

13 Munita funzjonali ta' entità tirrifletti t-tranżazzjonijiet, l-avvenimenti u l-kundizzjonijiet bażilari li huma rilevanti għaliha. Għalhekk, ġaladarba tkun stabbilita, il-munita funzjonali ma tiġix mibdula sakemm ma jkunx hemm bidla f'dawk it-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet bażilari.

14 Jekk il-munita funzjonali hi l-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja, ir-rapporti finanzjarji tal-entità huma ddikjarati mill-ġdid skont l-IAS 29 Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji. Entità ma tistax tevita dikjarazzjoni b'mod ġdid skont l-IAS 29 billi, pereżempju, tadotta bħala l-munita funzjonali tagħha munita oħra li ma tkunx il-munita funzjonali stabbilita skont dan l-Istandard (bħalma hi l-munita funzjonali tal-kumpanija prinċipali tagħha).

Investiment nett f'operazzjoni barranija

15 Entità jista' jkollha effett monetarju li hu ammonti riċevibbli minn jew pagabbli lil operazzjoni barranija. Effett monetarju li s-sald tiegħu la jkun ippjanat u lanqas m'hu mistenni li jseħħ fil-futur previst, hu, fis-sustanza, parti mill-investiment nett tal-entità f'dik l-operazzjoni barranija, u l-kontabilità tiegħu ssir skont il-paragrafi 32 u 33. Effetti monetarji bħal dawn jistgħu jinkludu ammonti riċevibbli jew self fiss fit-tul. Dawn ma jinkludux debituri kummerċjali jew kredituri kummerċjali.

15A L-entità li jkollha effett monetarju riċevibbli minn jew pagabbli lil operazzjoni barranija deskritta fil-paragrafu 15 tista' tkun kull sussidjarja tal-grupp. Pereżempju, entità għandha żewġ sussidjarji, A u B. Is-sussidjarja B hija operazzjoni barranija. Is-Sussidjarja A tagħti self lis-Sussidjarja B. Is-self tas-Sussidjarja A riċevibbli mingħand is-Sussidjarja B ikun parti mill-investiment nett tal-entità fis-Sussidjarja B jekk il-ħlas tas-self la jkun ippjanat u lanqas ma jkun probabbli li ser iseħħ fil-futur previst. Dan jgħodd ukoll jekk is-Sussidjarja A tkun hija stess operazzjoni barranija.

Effetti monetarji

16 Il-karatteristika essenzjali ta' effett monetarju hi dritt li wieħed jirċievi (jew obbligu li jforni) numru fiss jew determinabbli ta' unitajiet ta' munita. Eżempji jinkludu: pensjonijiet u benefiċċji oħra għall-impjegati li għandhom jitħallsu fi flus; provvedimenti li għandhom jitħallsu fi flus; u dividendi fi flus li huma rikonoxxuti bħala obbligazzjoni. B'mod simili, kuntratt biex wieħed jirċievi (jew iforni) numru varjabbli ta' strumenti azzjonarji tal-entità stess, jew ammont varjabbli ta' assi fejn il-valur ġust li wieħed se jirċievi (jew iforni) hu ugwali għal numru fiss jew determinabbli ta' unitajiet ta' munita, hu effett monetarju. Bil-maqlub, il-karatteristika essenzjali ta' effett mhux monetarju hi n-nuqqas tad-dritt li wieħed jirċievi (jew ta' obbligu li jforni) numru fiss determinabbli ta' unitajiet ta' munita. Eżempji jinkludu: ammonti mħallsa bil-quddiem għal prodotti u servizzi (eż. kera mħallsa bil-quddiem); avvjament; assi intanġibbli; inventarji; proprjetà, impjanti u tagħmir; u provvedimenti li għandhom jitħallsu bil-kunsinna ta' assi mhux monetarju.

SOMMARJU TAL-METODU MEĦTIEĠ MINN DAN L-ISTANDARD

17 Fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji, kull entità — kemm jekk hi entità stand-alone, entità b'operazzjonijiet barranin (bħal kumpanija prinċipali) jew operazzjoni barranija (bħal sussidjarja jew fergħa)—tistabbilixxi l-munita funzjonali tagħha skont il-paragrafi 9–14. L-entità taqleb entrati mill-munita barranija għall-munita funzjonali tagħha u tirrapporta l-effetti ta' qlib bħal dan skont il-paragrafi 20–37 u 50.

18 Bosta entitajiet li jirrapportaw jinkludu numru ta' entitajiet individwali (eż. grupp li hu magħmul minn kumpanija prinċipali u minn sussidjarja waħda jew aktar). Diversi tipi varji ta' entitajiet, kemm jekk membri ta' grupp jew mod ieħor, jista' jkollhom investimenti f'kumpaniji assoċjati jew ►M32  f'arranġament konġunt. ◄ Huma jista' jkollhom ukoll fergħat. Huwa meħtieġ li r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' kull entità individwali inkluża fl-entità li tirrapporta jinqalbu fil-munita li fiha l-entità li tirrapporta tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha. Dan l-Istandard jippermetti li l-munita tal-preżentazzjoni ta' entità li tirrapporta tkun kwalunkwe munita (jew muniti). Ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' kull entità individwali fi ħdan l-entità li tirrapporta li l-munita funzjonali tagħha tkun differenti mill-munita tal-preżentazzjoni jinqalbu skont il-paragrafi 38–50.

19 Dan l-Istandard jippermetti wkoll li entità stand-alone li tipprepara rapporti finanzjarji jew entità li tipprepara rapporti finanzjarji separati skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha fi kwalunkwe munita (jew muniti). ◄ Jekk il-munita tal-preżentazzjoni tal-entità tkun differenti mill-munita funzjonali tagħha, ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja tagħha jinqalbu wkoll fil-munita tal-preżentazzjoni skont il-paragrafi 38–50.

RAPPURTAĠĠ TA' TRANŻAZZJONIJIET F'MUNITA BARRANIJA FIL-MUNITA FUNZJONALI

Rikonoxximent inizjali

20 Tranżazzjoni f'munita barranija hi tranżazzjoni li hi denominata jew li teħtieġ sald f'munita barranija, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw meta entità:

(a) tixtri jew tbigħ prodotti jew servizzi li l-prezz tagħhom hu denominat f'munita barranija;

(b) tissellef jew tislef fondi meta l-ammonti pagabbli jew l-ammonti riċevibbli huma denominati f'munita barranija; jew

(ċ) b'xi mod ieħor takkwista jew tiddisponi minn assi, jew tassumi jew tħallas obbligazzjonijiet, denominati f'munita barranija.

21 Tranżazzjoni f'munita barranija għandha tiġi entrata, mar-rikonoxximent inizjali fil-munita funzjonali, billi tkun applikata għall-ammont f'munita barranija r-rata tal-kambju spot bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-data tat-tranżazzjoni.

22 Id-data tat-tranżazzjoni hi d-data li fiha t-tranżazzjoni tikkwalifika l-ewwel għal rikonoxximent skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju. Għal raġunijiet prattiċi, spiss tiġi użata rata li tqarreb ir-rata attwali fid-data tat-tranżazzjoni, pereżempju, tista' tintuża rata medja għal ġimgħa jew xahar għat-tranżazzjonijiet kollha f'kull munita barranija li jseħħu matul dak il-perijodu. Madankollu, jekk ir-rati tal-kambju jiċċaqilqu b'mod sinifikanti, l-użu ta' rata medja għal perijodu mhuwiex adattat.

▼M5

Rappurtar fit-tmiem ta’ perjodi sussegwenti ta’ rappurtar

23  Fi tmiem kull perjodu tar-rapportar:

(a) effetti monetarji f'munita barranija għandhom jinqalbu billi tintuża r-rata ta' għeluq;

(b) effetti mhux monetarji li huma mkejla f'termini ta' kost storiku f'munita barranija għandhom jinqalbu billi tiġi użata r-rata tal-kambju fid-data tat-tranżazzjoni; u

▼M33

(ċ)  effetti mhux monetarji li jitkejlu skont il-valur ġust f’munita barranija għandhom ikunu tradotti permezz tar-rati tal-kambju fid-data ta’ meta tkejjel il-valur ġust.

▼B

24 L-ammont miżmum fil-kotba ta' entrata hu stabbilit flimkien ma' Standards rilevanti oħra. Pereżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jitkejjlu f'termini ta' valur ġust jew kost storiku skont l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir. Sew jekk l-ammont miżmum fil-kotba jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-kost storiku jew fuq il-bażi tal-valur ġust, jekk l-ammont jiġi stabbilit f'munita barranija, dan imbagħad jinqaleb f'munita funzjonali skont dan l-Istandard.

25 L-ammont miżmum ta' xi entrati hu stabbilit billi jitqabblu żewġ ammonti jew aktar. Pereżempju, l-ammont miżmum fil-kotba ta' l-inventarji hu l-aktar baxx bejn il-kost u l-valur nett li jinġab, skont l-IAS 2 Inventarji. Bl-istess mod, skont l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi, l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi li għalih hemm indikazzjoni ta' indeboliment hu l-aktar baxx bejn l-ammont tiegħu miżmum fil-kotba qabel ma jiġi kkunsidrat it-telf mill-indeboliment li jista' jkun hemm u l-ammont li jista' jiġi rkuprat. Meta assi bħal dan ikun mhux monetarju u jitkejjel f'munita barranija, l-ammont miżmum fil-kotba jiġi stabbilit billi jitqabbel:

(a) il-kost jew l-ammont miżmum fil-kotba, skont kif ikun adattat, maqlub bir-rata tal-kambju fid-data meta dak l-ammont kien ġie stabbilit (eż. ir-rata fid-data tat-tranżazzjoni għal entrata mkejla f'termini ta' kost storiku); u

(b) il-valur nett li jinġab jew l-ammont li jista' jiġi rkuprat, skont kif ikun adattat, maqlub bir-rata tal-kambju fid-data meta kien ġie stabbilit dak il-valur (eż. ir-rata tal-għeluq ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar). ◄

L-effett ta' dan il-paragun jista' jkun li jiġi rikonoxxut telf minn indeboliment fil-munita funzjonali iżda dan ma jiġix rikonoxxut fil-munita barranija, jew viċe-versa.

26 Meta jkun hemm bosta rati tal-kambju, ir-rata użata hi dik li fiha l-flussi futuri ta' flus irrappreżentati bit-tranżazzjoni jew bil-bilanċ setgħet tħallset li kieku dawk il-flussi ta' flus seħħu fid-data tal-kejl. Jekk temporanjament żewġ muniti ma jkunux jistgħu jiġu kambjati bejniethom, ir-rata użata hi l-ewwel rata sussegwenti li biha jkunu jistgħu jsiru l-kambji.

Rikonoxximent ta' differenzi fil-kambju

27 Kif stabbilit fil-paragrafu 3, l-IAS 39 japplika għal kontabilità tal-hedging għal entrati f'munita barranija. L-applikazzjoni ta' kontabilità tal-hedging tirrikjedi li entità tniżżel fil-kotba ċerti differenzi fil-kambju bi trattament differenti minn dak ta' differenzi fil-kambju meħtieġ b'dan l-Istandard. Pereżempju, l-IAS 39 jeħtieġ li differenzi fil-kambju fuq effetti monetarji li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' hedging f'hedge ta' fluss tal-flus jiġu ►M5  rikonoxxuti inizjalment fi dħul ieħor komplessiv ◄ sal-ammont li l-hedge tkun effettiva.

28 Differenzi fil-kambju li jirriżultaw mas-saldu finali ta' effetti monetarji jew malli jinqalbu effetti monetarji b'rati differenti minn dawk li bihom kienu ġew maqlubin mar-rikonoxximent inizjali matul il-perijodu jew f'rapporti finanzjarji preċedenti għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fil-perijodu li fih isiru, ħlief kif deskritt fil-paragrafu 32.

29 Meta effetti monetarji jinħolqu minn tranżazzjoni f'munita barranija u hemm bidla fir-rata tal-kambju bejn id-data tat-tranżazzjoni u d-data tas-saldu, tirriżulta differenza fil-kambju. Meta t-tranżazzjoni titħallas matul l-istess perijodu ta' kontabilità bħal dik li fih tkun seħħet, id-differenza kollha fil-kambju hi rikonoxxuta f'dak il-perijodu. Madankollu, meta t-tranżazzjoni titħallas f'perijodu ta' kontabilità sussegwenti, id-differenza fil-kambju rikonoxxuta f'kull perijodu sad-data tas-sald finali tiġi stabbilita bil-bidla fir-rati tal-kambju matul kull perijodu.

30 Meta qligħ jew telf fuq entrata mhux monetarja jiġi rikonoxxut ►M5  fi dħul ieħor komplessiv, ◄ kull komponent ta' kambju ta' dak il-qligħ jew telf għandu jiġi rikonoxxut ►M5  fi dħul ieħor komplessiv. ◄ Bil-maqlub, meta qligħ jew telf fuq entrata mhux monetarja hu rikonoxxut fi profitt jew telf, kull komponent ta' kambju ta' dak il-qligħ jew telf għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

31 Standards oħra jeħtieġu li xi qligħ jew telf jiġu rikonoxxuti ►M5  fi dħul ieħor komplessiv. ◄ Pereżempju, l-IAS 16 jeħtieġ li xi qligħ jew telf li jirriżultaw fuq rivalutazzjoni ta' proprjetà, impjant u tagħmir jiġu rikonoxxuti ►M5  fi dħul ieħor komplessiv. ◄ Meta assi bħal dan jitkejjel f'munita barranija, il-paragrafu 23(ċ) ta' dan l-Istandard jirrikjedi li l-ammont rivalutat jinqaleb billi tintuża r-rata fid-data li fiha jiġi stabbilit il-valur, li tirriżulta f'differenza tal-kambju li wkoll tiġi rikonoxxuta f'ekwità.

32 Differenzi fil-kambju li jirriżultaw fuq effett monetarju li tifforma parti mill-investiment nett, tal-entità li tirrapporta, f'operazzjoni barranija (ara l-paragrafu 15) għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità li tirrapporta jew fir-rapporti finanzjarji individwali tal-operazzjoni barranija, skont kif ikun adattat. Fir-rapporti finanzjarji li jinkludu l-operazzjoni barranija u l-entità li tirrapporta (eż. rapporti finanzjarji konsolidati meta l-operazzjoni barranija hi sussidjarja), differenzi fil-kambju bħal dawn għandhom jiġu rikonoxxuti inizjalment ►M5  fi dħul ieħor komplessiv u rriklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf ◄ mad-disponiment tal-investiment nett skont il-paragrafu 48.

33 Meta effett monetarju jifforma parti minn investiment nett ta' entità li tirrapporta f'operazzjoni barranija u jkun denominat fil-munita funzjonali tal-entità li tirrapporta, tinħoloq differenza fil-kambju fir-rapporti finanzjarji individwali tal-operazzjoni barranija skont il-paragrafu 28. Jekk effett bħal dan ikun denominat fil-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija, tinħoloq differenza tal-kambju fir-rappurtaġġ tar-rapporti finanzjarji separati tal-entità skont il-paragrafu 28. Jekk dik l-effett ikun denominat f'munita differenti mill-munita funzjonali jew tal-entità li tirrapporta jew tal-operazzjoni barranija, tinħoloq differenza fil-kambju fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità li tirrapporta u fir-rapporti finanzjarji individwali tal-operazzjoni barranija skont il-paragrafu 28. Differenzi fil-kambju bħal dawn huma ►M5  rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv ◄ fir-rapporti finanzjarji li jinkludu l-operazzjoni barranija u l-entità li tirrapporta (i.e. ir-rapporti finanzjarji li fihom l-operazzjoni barranija hi kkonsolidata ►M32  ————— ◄ jew imniżżla fil-kotba skont il-metodu tal-ekwità).

34 Meta entità żżomm il-kotba u r-rekords tagħha f'munita li mhix il-munita funzjonali, fil-ħin li l-entità tħejji r-rapporti finanzjarji tagħha l-ammonti kollha jinqalbu fil-munita funzjonali skont il-paragrafi 20–26. Dan jipproduċi l-istess ammonti fil-munita funzjonali li kienu jirriżultaw li kieku l-entrati kellhom jiġu rreġistrati fil-bidu fil-munita funzjonali. Pereżempju, effetti monetarji jinqalbu fil-munita funzjonali billi tintuża r-rata ta' għeluq, u effetti mhux monetarji li huma mkejla fuq il-bażi tal-kost storiku jinqalbu billi tintuża r-rata tal-kambju fid-data tat-tranżazzjoni li rriżultat fir-rikonoxximent tagħhom.

Bidla fil-munita funzjonali

35 Meta jkun hemm bidla fil-munita funzjonali tal-entità, l-entità għandha tapplika l-proċeduri ta' qlib applikabbli għall-munita funzjonali l-ġdida b'mod prospettiv mid-data tal-bidla.

36 Kif innutat fil-paragrafu 13, il-munita funzjonali ta' entità tirrifletti t-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet bażilari li huma rilevanti għall-entità. B'hekk, ġaladarba l-munita funzjonali tiġi stabbilita, din tista' tinbidel biss jekk ikun hemm bidla f'dawk it-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet bażiċi. Pereżempju, bidla fil-munita li tinfluwenza prinċipalment il-prezzijiet tal-bejgħ ta' prodotti u servizzi tista' twassal għal bidla fil-munita funzjonali tal-entità.

37 L-effett tal-bidla fil-munita funzjonali jiġi kontabilizzat b'mod prospettiv. Fi kliem ieħor, entità taqleb l-entrati kollha fil-munita funzjonali l-ġdida billi tuża r-rata tal-kambju fid-data tal-bidla. L-ammonti maqluba li jirriżultaw għal effetti mhux monetarji huma ttrattati bħala l-kost storiku tagħhom. ►M5  Differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib ta’ operazzjoni barranija u li kienu rikonoxxuti qabel fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafi 32 u 39(c) ma jkunux irriklassifikati minn ekwità fi profitt jew telf sakemm isir id-disponiment tal-operazzjoni. ◄

UŻU TA' MUNITA TA' PREŻENTAZZJONI LI MA TKUNX IL-MUNITA FUNZJONALI

Qlib għall-munita tal-preżentazzjoni

38 Entità tista' tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha fi kwalunkwe munita (jew muniti). Jekk il-munita tal-preżentazzjoni tkun differenti mill-munita funzjonali tal-entità, din taqleb ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-munita tal-preżentazzjoni. Pereżempju, meta grupp ikun fih entitajiet individwali b'muniti funzjonali differenti, ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' kull entità huma mfissra f'munita komuni biex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati rapporti finanzjarji konsolidati.

39 Ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' entità li l-munita funzjonali tagħha ma tkunx il-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja għandhom jinqalbu f'munita ta' preżentazzjoni differenti billi jintużaw il-proċeduri li ġejjin:

(a) assi u obbligazzjonijiet għal kull ►M5  rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ppreżentat ◄ (jiġifieri inklużi l-komparattivi) għandhom jinqalbu bir-rata tal-għeluq ►M5  fid-data tal-għeluq ta' dak ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja; ◄

▼M31

(b) l-introjtu u l-ispejjeż għal kull rapport li jippreżenta l-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor (i.e. inkluż komparattivi) għandhom jiġu jinqalbu skont ir-rati tal-kambju fid-dati tat-tranżazzjonijiet; u

▼B

(ċ) id-differenzi kollha li jirriżultaw fil-kambju għandhom jiġu rikonoxxuti ►M5  fi dħul ieħor komplessiv. ◄

40 Għal raġunijiet prattiċi, rata li toqrob lejn ir-rati tal-kambju fid-dati tat-tranżazzjonijiet, pereżempju rata medja għall-perijodu, hi spiss użata biex taqleb entrati ta' introjtu u ħruġ. Madankollu, jekk ir-rati tal-kambju jiċċaqilqu b'mod sinifikanti, l-użu ta' rata medja għal perijodu mhuwiex adattat.

41 Id-differenzi fil-kambju li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 39(ċ) jirriżultaw minn:

▼M5

(a) qlib ta’ dħul u spejjeż bir-rati tal-kambju fid-dati tat-tranżazzjonijiet u ta’ assi u obbligazzjonijiet bir-rata tal-għeluq.

▼B

(b) qlib tal-attiv nett tal-ftuħ b'rata ta' għeluq li hi differenti mir-rata tal-għeluq preċedenti.

►M5  Dawn id-differenzi fil-kambju mhumiex rikonoxxuti fi profitt jew telf minħabba li t-tibdil fir-rati tal-kambju għandu ftit jew l-ebda effett dirett fuq il-flussi preżenti u futuri ta’ flus minn operazzjonijiet. L-ammont kumulattiv tad-differenzi fil-kambju huma ppreżentati f'komponent separat tal-ekwità sad-disponiment tal-operazzjoni barranija. Meta d-differenzi fil-kambju jirrigwardaw operazzjoni barranija li hi konsolidata iżda mhijiex kollha kemm hi proprjetà tal-entità, ◄ differenzi akkumulati fil-kambju li jirriżultaw minn qlib u li huma attribwibbli għal ►M11  interessi li ma jagħtux kontroll ◄ huma allokati għal ►M11  interess li ma jagħtix kontroll ◄ , u rikonoxxuti bħala parti minnu, ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidat. ◄

42 Ir-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' entità li l-munita funzjonali tagħha hi l-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja għandhom jinqalbu f'munita tal-preżentazzjoni differenti billi jintużaw il-proċeduri li ġejjin:

(a) l-ammonti kollha (i.e. assi, obbligazzjonijiet, entrati ta' ekwità, introjtu u ħruġ, inklużi l-komparattivi) għandhom jinqalbu bir-rata tal-għeluq ►M5  fit-tmiem tal-perjodu l-aktar riċenti tar-rappurtar, ◄ ħlief li

(b) meta l-ammonti jinqalbu f'munita ta' ekonomija mhux iperinflazzjonarja, ammonti komparattivi għandhom ikunu dawk li kienu ppreżentati bħala ammonti tas-sena kurrenti fir-rapporti finanzjarji rilevanti tas-sena ta' qabel (i.e. mhux aġġustati għal bidliet sussegwenti fil-livell tal-prezzijiet jew għal bidliet sussegwenti fir-rati tal-kambju).

43 Meta munita funzjonali ta' entità hi l-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja, l-entità għandha tiddikjara mill-ġdid ir-rapporti finanzjarji skont l-IAS 29 qabel ma tapplika l-metodu tal-qlib stabbilit fil-paragrafu 42, ħlief għall-ammonti komparattivi li jinqalbu f'munita ta' ekonomija mhux iperinflazzjonarja (ara l-paragrafu 42(b)). Meta l-ekonomija tieqaf tkun waħda iperinflazzjonarja u l-entità ma tibqax tiddikjara mill-ġdid ir-rapporti finanzjarji tagħha skont l-IAS 29, għandha tuża bħala l-kosti storiċi tagħha għall-qlib fil-munita tal-preżentazzjoni dawk l-ammonti ddikjarati mill-ġdid fil-livell tal-prezzijiet tad-data li l-entità waqfet milli tiddikjara mill-ġdid ir-rapporti finanzjarji tagħha.

Qlib ta' operazzjoni barranija

44 Il-paragrafi 45–47, flimkien mal-paragrafi 38–43, japplikaw meta r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' operazzjoni barranija jinqalbu f'munita ta' preżentazzjoni biex l-operazzjoni barranija tkun tista' tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-entità li tirrapporta permezz ta' konsolidament ►M32  ————— ◄ jew il-metodu tal-ekwità.

45 L-inkorporazzjoni tar-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' operazzjoni barranija ma' dawk tal-entità relatriċi ssegwi proċeduri normali ta' konsolidament, bħall-eliminazzjoni tal-bilanċi intragrupp u t-tranżazzjonijiet intragrupp ta' sussidjarja (ara l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati). ◄ Madankollu, assi (jew obbligazzjoni) monetarju intragrupp, kemm fuq perijodu ta' żmien qasir kif ukoll fuq perijodu ta' żmien twil, ma jistax jiġi eliminat kontra l-obbligazzjoni (jew assi) intragrupp mingħajr ma jintwerew ir-riżultati taċ-ċaqliq fil-munita fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Dan jiġri minħabba li l-oġġett monetarju jirrappreżenta impenn biex munita tinqaleb f'munita oħra u dan jesponi lill-entità li tirrapporta għal qligħ jew telf permezz taċ-ċaqliq fil-munita. ►M5  Għaldaqstant, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità li tkun qed tirrapporta, tali differenza fil-kambju tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf jew, jekk tirriżulta miċ-ċirkustanzi deskritti fil-paragrafu 32, tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u akkumulata f'komponent separat tal-ekwità sakemm isir id-disponiment tal-operazzjoni barranija. ◄

46 Meta r-rapporti finanzjarji ta' operazzjoni barranija jkunu minn data differenti minn dik tal-entità relatriċi, l-operazzjoni barranija ħafna drabi tipprepara rapporti addizzjonali mill-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-entità relatriċi. Meta dan ma jsirx, l-IFRS 10 jippermetti l-użu ta' data differenti bil-kundizzjoni li d-differenza ma tkunx ta' aktar minn tliet xhur u jsiru aġġustamenti għall-effetti ta' kwalunkwe tranżazzjoni jew avveniment ieħor sinifikanti li jseħħu bejn id-dati differenti. F'każ bħal dan, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-operazzjoni barranija jinqalbu bir-rata tal-kambju fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportar tal-operazzjoni barranija. Isiru aġġustamenti għal bidliet sinifikanti fir-rati tal-kambju sat-tmiem tal-perjodu tar-rapportar tal-entità relatriċi skont l-IFRS 10. ◄ ►M32  L-istess approċċ jintuża fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità għall-kumpaniji assoċjati u l-impriżi konġunti skont l-IAS 28 (kif emendat fl-2011). ◄

47 Kull avvjament li jirriżulta mal-akkwiżizzjoni ta' operazzjoni barranija u kull aġġustament għall-valur ġust fl-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mal-akkwiżizzjoni ta' dik l-operazzjoni barranija għandhom jiġu ttrattati bħala assi u obbligazzjonijiet tal-operazzjoni barranija. Għalhekk dawn għandhom jiġu mfissra fil-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u għandhom jinqalbu bir-rata tal-għeluq skont il-paragrafi 39 u 42.

▼M11

Disponiment jew disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija

▼M5

48 Malli jsir id-disponiment ta’ operazzjoni barranija, l-ammont kumulattiv tad-differenzi fil-kambju relatati ma' dik l-operazzjoni barranija, rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv u akkumulati f'komponent separat tal-ekwità, għandhom ikunu rriklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament ta’ riklassifikazzjoni) meta jkun rikonoxxut il-qligħ jew telf mid-disponiment (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)).

▼M32

48A Minbarra d-disponiment tal-interess kollu ta’ entità f’operazzjoni barranija, id-disponimenti parzjali li ġejjin jitqiesu bħala disponimenti:

(a) meta d-disponiment parzjali jinvolvi t-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, irrispettivament jekk l-entità żżommx interess bla dritt ta’ kontroll fis-sussidjarja preċedenti tagħha wara d-disponiment parzjali; u

(b) meta l-interess miżmum wara d-disponiment parzjali ta’ interess f’arranġament konġunt jew disponiment parzjali ta’ interess f’kumpanija assoċjata li tinkludi operazzjoni finanzjarja hu assi finanzjarju li jinkludi operazzjoni finanzjarja.

(ċ) [imħassar]

▼M11

48B Mad-disponiment ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, l-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju relatati ma’ dik l-operazzjoni barranija li jkunu ġew attribwiti lill-interessi li ma jagħtux kontroll, għandu jsir irtirar tar- rikonoxximent tiegħu imma m’għandux ikun ikklassifikat mill-ġdid bħala profitt jew telf.

48C Mad-disponiment parzjali ta’ sussidjarja li tinkludi operazzjoni barranija, l-entità għandha tattribwixxi mil-ġdid is-sehem proporzjonat tal-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv lill-interessi li ma jagħtux kontroll f’dik l-operazzjoni barranija. F’kull disponiment parzjali ieħor ta’ operazzjoni barranija l-entità għandha tikklassifika biss mill-ġdid bħala profitt jew telf is-sehem proporzjonat tal-ammont kumulattiv tad-differenzi tal-kambju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv.

48D Disponiment parzjali ta’ interess ta’ entità f’operazzjoni barranija huwa kull tnaqqis fl-interess proprjetarju ta’ entità f’operazzjoni barranija, ħlief dak it-tnaqqis fil-paragrafu 48A li huwa kkontabilizzat bħala disponimenti.

▼M7

49 Entità tista’ tneħħi jew parzjalment tneħħi l-interess tagħha f’operazzjoni barranija permezz ta’ bejgħ, likwidazzjoni, ħlas ta’ kapital f’ishma jew abbandun totali ta’, jew parti minn, dik l-entità. Deprezzament tal-ammont miżmum ta' operazzjoni barranija, jew minħabba t-telfiet tagħha stess jew minħabba indeboliment rikonoxxut mill-investitur, ma jikkostitwix disponiment parzjali. Għalhekk, l-ebda parti mill-qligħ jew telf tal-kambju rikonoxxut fi dħul komprensiv ieħor ma tkun riklassifikata għal profitt jew telf mad-deprezzament.

▼B

EFFETTI GĦAT-TAXXA TAD-DIFFERENZI KOLLHA TAL-KAMBJU

50 Qligħ u telf fuq tranżazzjonijiet f'munita barranija u differenzi fil-kambju li jirriżultaw meta jinqalbu r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta' entità (inkluża operazzjoni barranija) f'munita differenti jista' jkollhom effetti għat-taxxa. L-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul japplika għal dawn l-effetti għat-taxxa.

ŻVELAR

51 Fil-paragrafi 53 u 55–57 ir-referenzi għal “munita funzjonali”, fil-każ ta' grupp, japplikaw għall-munita funzjonali tal-kumpanija prinċipali.

52 Entità għandha tiżvela:

(a) l-ammont ta' differenzi fil-kambju rikonoxxuti fi profitt jew telf ħlief għal dawk li jirriżultaw fuq strumenti finanzjarji mkejla bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont l-IAS 39; u

▼M5

(b) id-differenzi netti fil-kambju rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv u akkumulati f'komponent separat tal-ekwità, u t-tqabbil tal-ammont ta’ differenzi fil-kambju bħal dawn fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu.

▼B

53 Meta l-munita tal-preżentazzjoni hi differenti mill-munita funzjonali, dak il-fatt għandu jiġi ddikjarat, flimkien ma' żvelar tal-munita funzjonali u r-raġuni għaliex ġiet użata munita tal-preżentazzjoni differenti.

54 Meta hemm bidla fil-munita funzjonali jew tal-entità li tirrapporta jew ta' operazzjoni barranija sinifikanti, dak il-fatt u r-raġuni għall-bidla fil-munita funzjonali għandhom jiġu żvelati.

55 Meta entità tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha f'munita li tkun differenti mill-munita funzjonali tagħha, għandha tiddeskrivi r-rapporti finanzjarji bħala li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju biss jekk huma jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kull Standard applikabbli u kull Interpretazzjoni applikabbli ta' dawk l-Istandards inkluż il-metodu tal-qlib stabbilit fil-paragrafi 39 u 42.

56 Xi kultant, entità tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha jew informazzjoni finanzjarja oħra f'munita li mhix il-munita funzjonali mingħajr ma jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 55. Pereżempju, entità tista' taqleb f'munita oħra ċerti entrati biss magħżulin mir-rapporti finanzjarji tagħha. Jew, entità li l-munita funzjonali tagħha mhix il-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja tista' taqleb ir-rapporti finanzjarji f'munita oħra billi taqleb l-entrati kollha bl-aktar rata ta' għeluq reċenti. Qlib bħal dan mhuwiex skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju u huwa meħtieġ li jsir l-iżvelar stabbilit fil-paragrafu 57.

57 Meta entità turi r-rapporti finanzjarji jew informazzjoni finanzjarja oħra tagħha f'munita li hi differenti mill-munita funzjonali jew mill-munita tal-preżentazzjoni tagħha u r-rekwiżiti tal-paragrafu 55 ma jiġux issodisfati, għandha:

(a) tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni bħala informazzjoni supplimentari biex tiddistingwiha mill-informazzjoni li tikkonforma mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju;

(b) tiżvela l-munita li fiha hi murija l-informazzjoni supplimentari; u

(ċ) tiżvela l-munita funzjonali tal-entità u l-metodu tal-qlib użat biex tiġi stabbilita l-informazzjoni supplimentari.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

58 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

58A  Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija (Emenda għall-IAS 21), maħruġ f'Diċembru 2005, żied il-paragrafu 15A u emenda l-paragrafu 33. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazjoni aktar bikrija hija mħeġġa.

59 Entità għandha tapplika l-paragrafu 47 b'mod prospettiv għall-akkwiżizzjonijiet kollha li jseħħu wara l-bidu tal-perijodu tar-rapport finanzjarju li fih ikun ġie applikat għall-ewwel darba dan l-Istandard. Applikazzjoni retrospettiva tal-paragrafu 47 għal akkwiżizzjonijiet li jkunu saru qabel hi permessa. Għal akkwiżizzjoni ta' operazzjoni barranija ttrattata b'mod prospettiv iżda li tkun seħħet qabel id-data li fiha jkun ġie applikat dan l-Istandard għall-ewwel darba, l-entità ma għandhiex tiddikjara mill-ġdid snin preċedenti u b'hekk tista', meta jkun adattat, titratta l-avvjament u l-aġġustamenti tal-valur ġust li jirriżultaw fuq dik l-akkwiżizzjoni bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità pjuttost milli bħala assi u obbligazzjonijiet tal-operazzjoni barranija. Għalhekk, dak l-avvjamenti u dawk l-aġġustamenti għall-valur ġust jew huma diġà espressi fil-munita funzjonali tal-entità jew huma effetti mhux monetarji ta' munita barranija, li huma rrappurtati billi tintuża r-rata tal-kambju fid-data tal-akkwiżizzjoni.

60 Il-kontabilità għall-bidliet l-oħra kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Istandard għanda ssir skont ir-regoli tal-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

▼M5

60A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 27, 30–33, 37, 39, 41, 45, 48 u 52. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M29

60B L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) żied il-paragrafi 48A–48D u emenda l-paragrafu 49. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M29

60D Il-paragrafu 60B ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

▼M32

60F L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 3(b), 8, 11, 18, 19, 33, 44–46 u 48A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

60G L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 8 u emenda l-paragrafu 23. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

60H  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 39. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼B

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

61 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 21 L-Effetti ta' Bidliet Fir-Rati tal-Kambju (rivedut fl-1993).

62 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-Interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) is-SIC11 Kambju — Kapitalizzazzjoni tat-Telf li Jirriżulta minn Żvalutazzjonijiet Severi tal-Munita;

(b) is-SIC19 Munita tar-Rappurtaġġ — Kejl u Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji taħt l-IAS 21 u l-IAS 29; u

(ċ) is-SIC-30 Munita tar-Rapportaġġ — Qlib minn Munita ta' Kejl għal Munita ta' Preżentazzjoni.

▼M1




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 23

Il-kosti tas-self

PRINĊIPJU ĊENTRALI

1 Il-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi li jikkwalifika, jiffurmaw parti mill-kost ta' dak l-assi. Kosti oħrajn tas-self huma rikonoxxuti bħala spiża.

AMBITU

2 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għall-kontabilità tal-kosti tas-self.

3 L-Istandard ma jirrigwardax il-kost reali jew imputat tal-ekwità, inkluż il-kapital privileġġjat mhux ikklassifikat bħala obbligazzjoni.

4 Entità mhijiex meħtieġa li tapplika l-Istandard għall-kosti tas-self li huma direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta':

(a) assi li jikkwalifika mkejjel bil-valur ġust, pereżempju assi bijoloġiku; jew

(b) inventarji li jkunu mmanifatturati, jew prodotti b'xi mod ieħor, fi kwantitajiet kbar fuq bażi ripetittiva.

DEFINIZZJONIJIET

5 Dan l-Istandard juża t-termini li ġejjin bit-tifsiriet speċifikati:

Il-kosti tas-self huma mgħax u kosti oħrajn li entità ġġarrab b'konnessjoni mas-self ta’ fondi.

Assi li jikkwalifika hu assi li neċessarjament jieħu perjodu sostanzjali ta’ żmien biex jitlesta għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu.

▼M8

6 Il-kosti tas-self jistgħu jinkludu:

(a) l-ispiża tal-imgħax ikkalkulat bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiva kif deskritt fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl;

(b) [imħassar]

(ċ) [imħassar]

(d) spejjeż tal-finanzi dwar kera finanzjarja rrikonoxxuta skont l-IAS 17 Kuntratti tal-Kera; u

(e) differenzi fil-kambju li jinħolqu minn self ta’ muniti barranin sal-punt li jitqiesu bħala aġġustament għall-kosti tal-imgħax.

▼M1

7 Skond iċ-ċirkustanzi, dawn li ġejjin kollha jistgħu jkunu assi li jikkwalifikaw:

(a) inventarji

(b) impjanti tal-manifattura

(c) faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

(d) assi intanġibbli

(e) proprjetajiet ta’ investiment.

Assi finanzjarji, u inventarji li jkunu mmanifatturati, jew prodotti b'xi mod ieħor, fuq perjodu qasir ta' żmien, ma humiex assi li jikkwalifikaw. Assi li jkunu lesti għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tagħhom meta jkunu akkwistati mhumiex assi li jikkwalifikaw.

RIKONOXXIMENT

8 Entità għandha tikkapitalizza l-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta’ assi li jikkwalifika, bħala parti mill-kost ta’ dak l-assi. Entità għandha tirrikonoxxi kosti oħrajn tas-self bħala spiża fil-perjodu li fih iġġarrabhom.

9 Il-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta' assi li jikkwalifika, huma inklużi fil-kost ta' dak l-assi. Dawn il-kosti tas-self huma kkapitalizzati bħala parti mill-kost tal-assi meta jkun probabbli li huma ser jirriżultaw f'benefiċċji ekomoniċi futuri għall-entità u l-kosti jistgħu jitkejlu b'mod affidabbli. Meta entità tapplika l-IAS 29 Ir-Rappurtaġġ Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji tirrikonoxxi bħala spiża, dik il-parti tal-kosti tas-self li tikkumpensa għall-inflazzjoni matul l-istess perjodu, b'konformità mal-paragrafu 21 ta' dak l-Istandard.

Il-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni

10 Il-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta' assi li jikkwalifika huma dawk il-kosti tas-self li kienu jiġu evitati li kieku l-infiq fuq l-assi li jikkwalifika ma jkunx sar. Meta entità tissellef fondi għall-għan speċifiku li tikseb assi partikulari li jikkwalifika, il-kosti tas-self li huma relatati direttament ma' dak l-assi li jikkwalifika jistgħu jkunu identifikati fil-pront.

11 Jista' jkun diffiċli li tidentifika relazzjoni diretta bejn self partikulari u assi li jikkwalifika, u biex tiddetermina s-self li seta’ kieku jkun evitat. Diffikultà bħal din isseħħ, pereżempju, meta l-attivitajiet li jiffinanzjaw l-entità jkunu kkoordinati b'mod ċentrali. Id-diffikultajiet jinħolqu wkoll meta grupp juża medda ta' strumenti tad-dejn biex jissellef fondi li jkollhom rati varji ta' mgħax, u jsellef dawk il-fondi fuq bażijiet diversi lil entitajiet oħrajn fil-grupp. Kumplikazzjonijiet oħrajn jinħolqu mill-użu ta' self denominat f’muniti barranin jew marbut magħhom, meta l-grupp jopera f'ekonomiji li għandhom inflazzjoni għolja, u minn ċaqliq fir-rati tal-kambju. Bħala riżultat, id-determinazzjoni tal-ammont tal-kosti tas-self li jkunu direttament attribwibbli għall-akkwist ta' assi li jikkwalifika hi diffiċli biex issir, u hu meħtieġ l-eżerċizzju tal-ġudizzju.

12 Sal-punt li entità tissellef fondi speċifikament għall-iskop li tikseb assi li jikkwalifika, l-entità għandha tiddetermina l-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni bħala l-kosti tas-self reali mġarrba fuq dak is-self matul il-perjodu, wara li tnaqqas kwalunkwe dħul mill-investiment temporanju ta’ dak is-self.

13 L-arranġamenti ta' finanzjament għal assi li jikkwalifika jistgħu jirriżultaw f'li entità tikseb fondi b’self, u ġġarrab spejjeż tas-self relatati, qabel ma xi parti mill-fondi jew il-fondi kollha jintużaw għall-infiq fuq l-assi li jikkwalifika. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-fondi ta' spiss ikunu investiti temporanjament sakemm jintefqu fuq l-assi li jikkwalifika. Fid-determinazzjoni tal-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni matul perjodu, kwalunkwe dħul li jsir mill-investiment ta’ dawn il-fondi, jitnaqqas mill-ispejjeż tas-self imġarrba.

14 Sal-punt li entità tissellef fondi b’mod ġenerali u tużahom għall-iskop biex tikseb assi li jikkwalifika, l-entità għandha tiddetermina l-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni billi tapplika rata ta’ kapitalizzazzjoni għall-infiq fuq dak l-assi. Ir-rata tal-kapitalizzazzjoni għandha tkun il-medja ppiżata tal-kosti tas-self applikabbli għas-self tal-entità li jkun pendenti matul il-perjodu, eskluż self li jsir speċifikament għall-iskop tal-kisba ta’ assi li jikkwalifika. L-ammont tal-kosti tas-self li entità tikkapitalizza matul perjodu ma għandux jaqbeż l-ammont tal-kosti tas-self li l-entità tkun ġarrbet matul dak il-perjodu.

15 F'xi ċirkustanzi, ikun xieraq li tinkludi s-self kollu tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha meta tikkalkula l-medja ppiżata tal-kosti tas-self; f'ċirkustanzi oħrajn, ikun xieraq għal kull sussidjarja li tuża medja ppiżata tal-kosti tas-self applikabbli għas-self tagħha biss.

L-eċċess tal-ammont miżmum tal-assi li jikkwalifika fuq l-ammont li jista’ jkun irkuprat

16 Meta l-ammont miżmum jew il-kost finali mistenni tal-assi li jikkwalifika, jaqbeż l-ammont li jista' jkun irkuprat jew il-valur realizzabbli nett tiegħu, l-ammont miżmum jitniżżel jew jitħassar b'konformità ma' Standards oħrajn. F'ċerti ċirkustanzi, l-ammont tat-tniżżil jew tħassir jerġa' jiġi rrestawrat b'konformità ma' dawk l-Istandards l-oħrajn.

Il-bidu tal-kapitalizzazzjoni

17 Entità għandha tibda tikkapitalizza l-kosti tas-self bħala parti mill-kost ta’ assi li jikkwalifika fid-data tal-bidu. Id-data tal-bidu għall-kapitalizzazzjoni hi l-ewwel data li fiha l-entità tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) iġġarrab infiq għall-assi;

(b) iġġarrab spejjeż tas-self; u

(c) twettaq attivitajiet li huma meħtieġa biex tipprepara l-assi għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu.

18 L-infiq fuq assi li jikkwalifika jinkludi biss dak l-infiq li jkun irriżulta fi ħlasijiet ta' flus, trasferimenti ta' assi oħrajn jew l-inkarigu ta' obbligazzjonijiet li fihom l-imgħax. L-infiq jitnaqqsu minnu kwalunkwe ħlasijiet progressivi u għotjiet riċevuti b'konnessjoni mal-assi (ara l-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta’ Assistenza Pubblika). Il-medja tal-ammont miżmum tal-assi matul xi perjodu, inklużi l-kosti tas-self li kienu kkapitalizzati qabel, normalment hi approssimazzjoni raġonevoli tal-infiq li għalih ir-rata tal-kapitalizzazzjoni tkun applikata f'dak il-perjodu.

19 L-attivitajiet meħtieġa biex l-assi jkun ippreparat għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu jinkludu aktar mill-kostruzzjoni fiżika tal-assi. Dawn jinkludu xogħol tekniku u amministrattiv qabel il-bidu tal-kostruzzjoni fiżika, bħal attivitajiet marbuta mal-ksib ta' permessi qabel ma tibda l-kostruzzjoni fiżika. Madankollu, dawn l-attivitajiet jeskludu ż-żamma ta' assi fejn l-ebda produzzjoni jew żvilupp li jibdel il-kundizzjoni tal-assi ma jkunu qed iseħħu. Pereżempju, il-kosti tas-self imġarrba waqt li art tkun qed tiġi żviluppata jkunu kkapitalizzati matul il-perjodu li fih ikunu qed isiru attivitajiet relatati mal-iżvilupp. Imma l-kosti tas-self imġarrba waqt li l-art akkwistata għal skopijiet ta' bini tkun qed tinżamm mingħajr l-ebda attività ta' żvilupp assoċjat magħha, ma jikkwalifikawx għall-kapitalizzazzjoni.

Sospensjoni tal-kapitalizzazzjoni

20 Entità għandha tissospendi l-kapitalizzazzjoni tal-kosti tas-self matul perjodi twal li fihom tissospendi l-iżvilupp attiv ta' assi li jikkwalifika.

21 Entità tista' ġġarrab spejjeż ta’ self matul perjodu twil li fih tissospendi l-attivitajiet meħtieġa biex tipprepara assi għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu. Spejjeż bħal dawn huma spejjeż imġarrba biex iżżomm f’idejha assi parzjalment kompleti u ma jikkwalifikawx għall-kapitalizzazzjoni. Madankollu, entità normalment ma tissospendix il-kapitalizzazzjoni ta’ spejjeż ta’ self matul perjodu li fih twettaq xogħol sostanzjali tekniku u amministrattiv. Entità wkoll ma tissospendix il-kapitalizzazzjoni ta’ spejjeż ta’ self meta dewmien temporanju jkun parti neċessarja mill-proċess li bih assi jitlesta għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu. Pereżempju, il-kapitalizzazzjoni tkompli matul il-perjodu twil li fih il-livelli għolja tal-ilma jittardjaw il-kostruzzjoni ta' pont, jekk dawn il-livelli għolja tal-ilma jkunu komuni matul il-perjodu ta' kostruzzjoni fir-reġjun ġeografiku involut.

Waqfien tal-kapitalizzazzjoni

22 Entità għandha twaqqaf il-kapitalizzazzjoni tal-kosti tas-self meta, sostanzjalment, l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jippreparaw lill-assi li jikkwalifika għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu, jitlestew.

23 Assi normalment ikun lest għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tiegħu meta l-kostruzzjoni fiżika tal-assi titlesta, anki jekk jagħti l-każ li xi xogħol amministrattiv ta' rutina jkun għadu għaddej. Jekk tibdil żgħir, bħad-dekorazzjoni ta' proprjetà skond l-ispeċifikazzjonijiet tax-xerrej, jew tal-utent, hu dak kollu li għadu pendenti, dan jindika li, b'mod sostanzjali, l-attivitajiet kollha tlestew.

24 Meta entità tlesti l-kostruzzjoni ta’ assi li jikkwalifika biċċa biċċa, u kull biċċa tkun tista’ tintuża waqt li l-kostruzzjoni tkompli għaddejja fuq partijiet oħrajn, l-entità għandha tieqaf tikkapitalizza l-kosti tas-self meta tlesti, b'mod sostanzjali, l-attivitajiet kollha meħtieġa biex tipprepara dik il-parti għall-użu intenzjonat jew għall-bejgħ tagħha.

25 “Business park” li jinkludi diversi binjiet, u li kull binja minnu tista' tintuża individwalment, hu eżempju ta' assi li jikkwalifika li kull parti minnu tista' tintuża waqt li l-kostruzzjoni tkompli għaddejja fuq partijiet oħrajn. Eżempju ta' assi li jikkwalifika li jeħtieġ li jitlesta kollu qabel ma xi parti minnu tkun tista' tintuża hu impjant industrijali li jinvolvi diversi proċessi li jitwettqu wara xulxin f'partijiet differenti tal-impjant fl-istess sit, bħal pereżempju, impjant fejn jinħadem l-azzar.

ŻVELAR FIR-RAPPORTI FINANZJARJI

26 Entità għandha tippubblika:

(a) l-ammont tal-kosti tas-self ikkapitalizzati matul il-perjodu; u

(b) ir-rata tal-kapitalizzazzjoni użata biex tiddetermina l-ammont tal-kosti tas-self eliġibbli għall-kapitalizzazzjoni.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

27 Meta l-applikazzjoni ta’ dan l-Istandard tikkostitwixxi bidla fil-politika tal-kontabilità, entità għandha tapplika l-Istandard għall-kosti tas-self relatati ma’ assi li jikkwalifikaw li għalihom id-data tal-bidu tal-kapitalizzazzjoni hi d-data effettiva ta’ dan l-Istandard jew wara.

28 Madankollu, entità tista’ tispeċifika kwalunkwe data qabel id-data effettiva u tapplika l-Istandard għall-kosti tas-self relatati mal-assi kollha li jikkwalifikaw li għalihom id-data tal-bidu tal-kapitalizzazzjoni hi dik id-data jew wara.

DATA EFFETTIVA

29 Entità għandha tapplika l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Istandard minn data qabel l-1 ta’ Jannar 2009, għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M8

29A Il-paragrafu 6 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M1

IRTIRAR TAL-IAS 23 (RIVEDUT FL-1993)

30 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 23 Il-Kosti tas-Self rivedut fl-1993.

▼M26




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ 24

Żvelar fuq Partijiet Relatati

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jiġi żgurat li r-rapporti finanzjarji ta' entità jkun fihom l-iżvelar meħtieġ biex jiġbed l-attenzjoni għall-possibbiltà li l-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf tagħha setgħu kienu affettwati mill-eżistenza ta' partijiet relatati u minn tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti, fosthom l-impenji, ma' dawn il-partijiet.

AMBITU

2  Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fi:

(a)   l-identifikazzjoni ta' relazzjonijiet u tranżazzjonijiet tal-partijiet relatati;

(b)   l-identifikazzjoni ta' bilanċi pendenti, fosthom l-impenji, bejn entità u l-partijiet relatati magħha;

(c)   l-identifikazzjoni taċ-ċirkustanzi li fihom ikun meħtieġ l-iżvelar tal-punti (a) u (b); kif ukoll

(d)   li jiġi stabbilit l-iżvelar li għandu jsir dwar dawk il-punti.

▼M32

3   Dan l-Istandard jitlob id-divulgazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' partijiet relatati, tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti, inklużi impenji, fir-rapporti finanzjarji konsolidati u separati ta' kumpanija prinċipali jew ta' investituri b'kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq, destinatarja ta' investiment ippreżentata skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati jew l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati. Dan l-Istandard japplika wkoll għal rapporti finanzjarji individwali.

▼M38

4 Tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti ta' parti relatata ma' entitajiet oħra fi grupp jiġu ddivulgati fir-rapporti finanzjarji ta' entità. Tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti ta' parti relatata fl-istess grupp, ħlief għal dawk bejn entità tal-investiment u s-sussidjarji tagħha imkejla bil-valur ġust permezz tal-introjtu, fil-preparazzjoni ta' rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp.

▼M26

GĦAN TAL-IŻVELAR FUQ PARTIJIET RELATATI

5 Relazzjonijiet ma' partijiet relatati huma karatteristika normali tal-kummerċ u n-negozju. Pereżempju, entitajiet ta' spiss iwettqu partijiet mill-attivitajiet tagħhom permezz ta' sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati. F'dawn iċ-ċirkustanzi l-entità tista' taffettwa l-politiki finanzjarji u operattivi tal-entità li tirċievi l-investiment permezz ta' preżenza ta' kontroll, kontroll konġunt jew influwenza sinifikanti.

6 Relazzjoni ma' parti relatata jista' jkollha effett fuq il-profitt jew it-telf u l-pożizzjoni finanzjarja ta' entità. Partijiet relatati jistgħu jidħlu fi tranżazzjonijiet li partijiet li mhux relatati ma jidħlux għalihom. Pereżempju, entità li tbigħ prodotti lill-kumpanija prinċipali tagħha bil-prezz kemm jiswewha tista' ma tbigħx b'dawk it-termini lil klijent ieħor. Ukoll, tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati jistgħu ma jsirux bl-istess ammonti bħal dawk li jsiru bejn partijiet mhux relatati.

7 Il-profitt jew telf u l-pożizzjoni finanzjarja ta' entità jistgħu jiġu affettwati b'relazzjoni ma' parti relatata, anki jekk it-tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati ma jseħħux. Is-sempliċi eżistenza ta' relazzjoni tista' tkun biżżejjed biex taffettwa t-tranżazzjonijiet tal-entità ma' partijiet oħrajn. Pereżempju, sussidjarja tista' tittermina r-relazzjonijiet ma' sieħeb fin-negozju malli l-kumpanija prinċipali f'akkwiżizzjoni mill-kumpanija prinċipali ta' sussidjarja relatata li tagħmel l-istess attività bħalma jagħmel is-sieħeb ta-negozju msemmi qabel. Alternattivament, parti waħda tista' ma taġixxix minħabba l-influwenza sinifikanti tal-oħra – pereżempju, sussidjarja tista' tiġi ordnata mill-kumpanija prinċipali tagħha biex ma tagħmilx riċerka u żvilupp.

8 Għal dawn ir-raġunijiet, konoxxenza tat-tranżazzjonijiet ta' entità, il-bilanċi pendenti, fosthom l-impenji u r-relazzjonijiet mal-partijiet relatati jistgħu jaffettwaw il-valutazzjonijiet tal-operazzjonijiet tagħha mill-utenti tar-rapporti finanzjarji, li jinkludu l-valutazzjonijiet tar-riskji u tal-opportunitajiet li jippreżentaw ruħhom lill-entità.

DEFINIZZJONIJIET

▼M38

9  It-termini “kontroll” u “entità tal-investiment”, “kontroll konġunt” u “influwenza sinifikanti” huma ddefiniti fl-IFRS 10, l-IFRS 11 Impriżi Konġunti u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u f’Impriżi Konġunti u huma użati f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs.

Parti relatata hija persuna jew entità li tkun relatata mal-entità li tħejjilha r-rapporti finanzjarji tagħha (f’dan l-Istandard imsejħa l-“entità li tirrapporta”).

(a)   Persuna jew membru qarib tal-familja ta' dik il-persuna tkun relatata ma' entità li tirrapporta jekk dik il-persuna:

(i)   ikollha kontroll jew ►M32  kontroll konġunt tal-entità ◄ li tirrapporta;

(ii)   ikollha influwenza sinifikanti fuq l-entità li tirrapporta; jew

(iii)   tkun membru tal-persunal maniġerjali ewlieni tal-entità li tirrapporta jew ta' kumpanija prinċipali tal-entità li tirrapporta.

(b)   Entità tkun relatata ma' entità li tirrapporta jekk tkun tapplika kwalunkwe mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)   L-entità u l-entità li tirrapporta jkunu membri tal-istess grupp (li tfisser li kull kumpanija prinċipali, sussidjarja jew sussidjarja relatata tkun relatata mal-oħrajn).

(ii)   Entità tkun kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tal-entità l-oħra (jew kumpanija assoċjata jew impriża koġunta ta' membru ta' grupp li tiegħu hija membru l-entità l-oħra).

(iii)   Iż-żewġ entitajiet ikunu impriżi koġunti tal-istess parti terza.

(iv)   Entità tkun impriżi konġunta ta' entità terza u l-entità l-oħra tkun kumpanija assoċjata tal-entità terza.

(v)   L-entità tkun pjan għal wara l-irtirar mix-xogħol għall-benefiċċju tal-impjegati tal-entità li tirrapporta jew ta' xi entità relatata mill-entità li tirrapporta. Jekk l-entità li tirrapporta tkun hi stess pjan bħal dan, dawk li jħaddmu u jissponsorjaw jkunu ukoll relatati mal-entità li tirrapporta.

(vi)   L-entità tkun ikkontrollata unikament jew b'mod konġunt minn persuna identifikata f'(a).

(vii)   Persuna identifikata f'(a)(i) ikollha influwenza sinifikanti fuq l-entità jew fuq membru tal-persunal maniġerjali ewlieni tal-entità (jew ta' kumpanija prinċipali tal-entità).

Tranżazzjoni ma' parti relatata hija t-trasferiment ta' riżorsi, servizzi jew obbligi bejn entità li tirrapporta u parti relatata, irrelevanti minn jekk jintalabx prezz.

Qraba tal-familja ta' individwu huma dawk il-membri tal-familja li jkunu mistennija li jinfluwenzaw, jew jiġu influwenzati minn, dak l-individwu fin-negozju tagħhom mal-entità u jinkludu:.

(a)   it-tfal u l-mara/raġel jew sieħba/sieħeb domestika/u tal-persuna;

(b)   it-tfal tal-mara/raġel jew sieħba/sieħeb domestika/u tal-persuna; kif ukoll

(c)   id-dipendenti ta' dik il-persuna jew tal-mara/raġel jew sieħba/sieħeb domestika/u ta' dik il-persuna.

Kumpens jinkludi l-benefiċċji kollha tal-impjegati (kif iddefiniti fl-IAS 19 Benefiċċji għall-Impjegati) fosthom il-benefiċċji tal-impjegati li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma. Benefiċċji tal-impjegati huma l-forom kollha ta' korrispettiv imħallas jew ipprovdut mill-entità, jew f'isem l-entità, għal servizzi mogħtija lill-entità. Jinkludi wkoll korrispettiv imħallas ta' dan it-tip f'isem il-kumpanija prinċipali tal-entità fir-rigward tal-entità. Kumpens jinkludi:

(a)   benefiċċji fuq perjodu qasir ta' żmien għall-impjegati, bħal pagi, salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, frank annwali mħallas, assenza għall-mard imħallsa, qsim tal-profitti u bonusijiet (jekk imħallsa fi żmien tnax-il xahar mit-tmiem il-perjodu) u benefiċċji mhux monetarji (bħal kura medika, akkomodazzjoni, karrozzi u oġġetti jew servizzi mingħajr ħlas jew issussidjati) għal impjegati kurrenti;

(b)   benefiċċji ta' wara l-impjieg bħal pensjonijiet, benefiċċji oħra tal-irtirar, assigurazzjoni tal-ħajja ta' wara l-impjieg u kura medika ta' wara l-impjieg;

(c)   benefiċċji oħra fuq perjodu twil ta' żmien għall-impjegati, li jinkludu frank għal servizz twil jew frank sabbatiku, benefiċċji ta' ġublew jew benefiċċji oħra għal servizz twil, benefiċċji fuq perjodu twil ta' żmien minħabba diżabbiltà u jekk ma jkunux jitħallsu kollha fi żmien tnax-il xahar wara tmiem il-perjodu, qsim tal-profitti, bonusijiet u kumpens differit;

(d)   benefiċċji tat-terminazzjoni l-impjieg; kif ukoll

(e)   pagament ibbażat fuq l-ishma.

Personal maniġerjali ewlieni huwa dawk il-persuni li għandhom l-awtorità u r-responsabbiltà għall-ippjannar, id-direzzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tal-entità, direttament jew indirettament u li jinkludu kwalunkwe direttur (kemm jekk eżekuttiv jew mhux) ta' dik l-entità.

Gvern tirreferi għall-gvern, aġenziji tal-gvern u korpi simili kemm jekk lokali, nazzjonali jew internazzjonali.

Entità relatat mal-gvern hija entità li hija kkontrollata, b'kontroll konġunt jew li hija influwenzata sinifikattivament minn xi gvern.

It-termini “kontroll”, “kontroll konġunt” u “influwenza sinifikanti” huma definiti fl-IFRS 10, l-IFRS 11 Impriżi Konġunti u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u f’Impriżi Konġunti u huma użati f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs.

10 Meta tkun qed tiġi kkunsidrata kull relazzjoni possibbli ma' parti relatata, tingħata attenzjoni għas-sustanza tar-relazzjoni u mhux biss għal forma legali.

11 Fil-kuntest ta' dan l-Istandard, dawn li ġejjin mhumiex partijiet relatati:

(a) żewġ entitajiet sempliċiment minħabba li jkollhom direttur jew membru ieħor tal-persunal maniġerjali ewlieni komuni jew għax membru tal-persunal maniġerjali ewlieni ta' entità minnhom ikollu influwenza sinifikanti fuq l-entità l-oħra.

(b) żewġ ►M32  imprendituri konġunti ◄ sempliċiment minħabba li jikkondiviżu ►M32  kontroll konġunt tal-impriża ◄ konġunta.

(c) 

(i) fornituri ta' finanzi,

(ii) trade unions,

(iii) utilitajiet pubbliċi, u

(iv) dipartimenti u aġenziji ta' gvern li la jikkontrollaw, la jikkontrollaw b'mod konġunt u lanqas jinfluwenzaw b'mod sinifikanti lill-entità li tirrapporta,

sempliċiment minħabba n-negozju normali tagħhom ma' entità (anki jekk jistgħu jaffettwaw il-libertà ta' entità li tagixxi jew jipparteċipaw fil-proċess tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet).

(d) klijent, fornitur, konċessjonarju, distributur jew aġent ġenerali ma' min l-entità tagħmel volum sinifikanti ta' tranżazzjonijiet kummerċjali, sempliċiment minħabba d-dipendenza ekonomika li tirriżulta.

12 Fid-definizzjoni ta' parti relatata, kumpanija assoċjata tinkludi s-sussidjarji tal-kumpanija assoċjata, filwaqt li impriża konġunta tinkludi s-sussidjarji tal-impriża konġunta. Għalhekk, pereżempju, sussidjarja ta' kumpanija assoċjata u l-investitur li għandu influwenza sinifikanti fuq il-kumpanija assoċjata huma relatati flimkien.

ŻVELAR

L-entitajiet kollha

13  Relazzjonijiet bejn kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom jiġu żvelati irrispettivament minn jekk kienx hemm tranżazzjonijiet bejniethom. Entità għandha tiżvela l-isem tal-kumpanija prinċipali tagħha u, jekk differenti, il-parti li finalment tikkontrollaha. Jekk la l-kumpanija prinċipali tal-entità u lanqas il-parti li finalment tikkontrollaha ma jipproduċu rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu pubbliku, għandu jiġi żvelat l-isem tal-kumpanija prinċipali l-aktar superjuri li jmiss.

14 Biex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jiffurmaw opinjoni dwar l-effetti tar-relazzjonijiet ma' parti relatata fuq entità, hu xieraq li tiġi żvelata r-relazzjoni ma' parti relatata meta jeżisti kontroll, irrispettivament minn jekk kienux seħħew tranżazzjonijiet bejn il-partijiet relatati.

▼M32

15 Ir-rekwiżit tad-divulgazzjoni ta’ relazzjonijiet tal-partijiet relatati bejn kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha hu minbarra r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 27 u l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

▼M26

16 Il-paragrafu 13 jirreferi għall-ewwel kumpanija importanti li jmiss. Din tkun l-ewwel kumpanija prinċipali fil-grupp li tiġi immedjatament fuq il-kumpanija prinċipali li tipproduċi r-rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu pubbliku.

17  Entità għandha tiżvela l-kumpens lill-persunal maniġerjali ewlieni kemm bħala total kif ukoll għall kull waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)   benefiċċji fuq perjodu qasir ta' żmien għall-impjegati;

(b)   benefiċċji ta' wara l-impjieg;

(c)   benefiċċji oħra fuq perjodu twil ta' żmien;

(d)   benefiċċji ta' tmiem l-impjieg; kif ukoll

(e)   pagament ibbażat fuq l-ishma.

18  Jekk entità tkun għamlet tranżazzjonijiet ma' parti relatata matul il-perjodi koperti mir-rapporti finanzjarji, din għandha tiżvela n-natura tar-relazzjoni mal-parti relatata kif ukoll l-infromazzjoni dwar dawn it-tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti, fosthom l-impenji li tkun meħtieġa mill-utenti biex jifhmu l-effett potenzjali tar-relazzjoni fuq ir-rapporti finanzjarji. Dawn ir-rekwiżiti tal-iżvelar huma b'żieda ma' dawk fil-paragrafu 17. Tal-anqas, l-iżvelar għandu jinkludi:

(a)   l-ammont tat-tranżazzjonijiet;

(b)   l-ammont tal-bilanċi pendenti, fosthom l-impenji, u:

(i)   it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, bl-inklużjoni ta' jekk ġewx assigurati, u n-natura tal-korrispettiv li għandu jingħata bħala saldu; kif ukoll

(ii)   dettalji ta' kwalunkwe garanzija mogħtija jew li waslet;

(c)   dispożizzjonijiet għal djun dubjużi relatati mal-ammont ta' bilanċi pendenti; kif ukoll

(d)   l-ispiża rikonoxxuta matul il-perjodu fir-rigward ta' djun li ma jitħallsux jew dubjużi dovuti minn partijiet relatati.

19   Id-divulgazzjoni meħtieġ skont il-paragrafu 18 għandu jsir separatament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a)   il-kumpanija prinċipali;

(b)   entitajiet bil-kontroll konġunt ta’ jew influwenza sinifikanti fuq l-entità;

(c)   sussidjarji;

▼M26

(d)   kumpaniji assoċjati;

(e)   impriżi konġunti li fihom l-entità tkun ►M32  imprenditriċi konġunta; ◄

(f)   persunal maniġerjali ewlieni tal-entità jew il-kumpanija prinċipali tagħha; kif ukoll

(g)   partijiet relatati oħra.

20 Il-klassifikazzjoni tal-ammonti pagabbli lil, u dovuti minn, partijiet relatati fil-kategoriji differenti kif meħtieġ fil-paragrafu 19 hi estensjoni tal-iżvelar meħtieġ fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji biex l-informazzjoni tiġi ppreżentata jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti. Il-kategoriji huma estiżi biex jipprovdu analiżi aktar komprensiva tal-bilanċi tal-partijiet relatati u japplikaw għat-tranżazzjonijiet tal-partijiet relatati.

21 Dawn li ġejjin huma eżempji ta' tranżazzjonijiet li għandhom jiġu żvelati jekk isiru ma' parti relatata:

(a) xiri jew bejgħ ta' oġġetti (lesti jew le);

(b) xiri jew bejgħ ta' proprjetà u assi oħra;

(c) servizzi mogħtija jew irċevuti;

(d) kuntratti ta' kiri;

(e) trasferimenti ta' riċerka u żvilupp;

(f) trasferimenti taħt ftehimiet ta' liċenzja;

(g) trasferimenti taħt arranġamenti finanzjarji (li jinkludu self u kontribuzzjonijiet tal-ekwità fi flus jew f'oġġetti);

(h) dispożizzjonijiet għal garanziji jew kollateral;

(i) impenji li wieħed iwettaq xi ħaġa f'każ li jseħħ jew ma jseħħx xi avveniment partikolari fil-futur, fosthom kuntratti eżekutorji ( 17 ) (rikonoxxuti jew mhux); kif ukoll

(j) saldu ta' obbligazzjonijiet f'isem l-entità jew mill-entità f'isem dik il-parti relatata.

▼M31

22 Parteċipazzjoni minn kumpanija prinċipali jew sussidjarja fi pjan ta' benefiċċju definit li jaqsam ir-riskji bejn entitajiet tal-grupp hija tranżazzjoni bejn partijiet relatati (ara l-paragrafu 42 ta' l-IAS 19 (kik emendat fl-2011)).

▼M26

23 Żvelar li tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati saru fuq termini li huma ekwivalenti għal dawk eżistenti fi tranżazzjonijiet distakkati jsir biss jekk dawn it-termini jistgħu jiġu ssostanzjati.

24  Punti li jkunu ta' natura simili jistgħu jiġu żvelati flimkien, ħlief meta żvelar separat hu meħtieġ biex wieħed jifhem l-effetti ta' tranżazzjonijiet ma' parti relatata fid-dikjarazzzjonijiet finanzjarji tal-entità.

Entitajiet relatati mal-gvern

▼M32

25   Entità relatriċi hi eżenti mir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-paragrafu 18 b’rabta ma’ tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti relatati tal-partijiet, inklużi impenji, bi:

(a)   gvern li jkollu kontroll, jew kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifkanti fuq, l-entità relatriċi; u

(b)   entità oħra li tkun parti relatata għaliex l-istess gvern ikollu kontroll, jew kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti kemm fuq l-entità relatriċi kif ukoll fuq l-entità l-oħra.

▼M26

26  Jekk entità li tirrapporta tapplika l-eżenzjoni fil-paragrafu 25, din għandha tiżvela dan li ġej dwar it-tranżazzjonijiet u l-bilanċi dependi relatati msemmija fil-paragrafu 25:

(a)   l-isem tal-gvern u x'tip ta' relazzjoni għandu mal-entità li tirrapporta (jiġifieri kontroll, kontroll konġunt jew influwenza sinifikanti);

(b)   l-informazzjoni li ġejja f'biżżejjed dettall sabiex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tal-entità jifhmu l-effett tat-tranżazzjonijiet tal-parti relatata fuq ir-rapporti finanzjarji tagħha:

(i)   it-tip u l-ammont ta' kull tranżazzjoni individwali sinifikanti; kif ukoll

(ii)   għal tranżazzjonijiet oħra li jkunu kollettivament, iżda mhux individwalment, sinifikanti, indikazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva tad-daqs tagħhom. It-tipi ta' tranżazzjonijiet jinkludu dawk elenkati fil-paragrafu 21.

27 Fil-ġudizzju tagħha meta tiddetermina l-livell ta' detall li għandu jkun żvelat skont ir-rekwiżiti fil-paragrafu 26(b), l-entità li tirrapporta għandha tqis kemm hija mill-qrib ir-relazzjoni tal-parti relatata u fatturi oħra relevanti biex jiġi stabbilit il-livell tas-sinifikat tat-tranżazzjoni bħal jekk tkunx:

(a) sinifikanti f'termini ta' daqs;

(b) imwettqa b'termini li mhux tas-suq;

(c) lil hinn mill-operati kummerċjali normali ta' kuljum, bħax-xiri u l-bejgħ ta' negozji;

(d) żvelata lill-awtoritajiet regolatorji jew superviżorji;

(e) rapportata lill-maniġment fil-livelli għoljin;

(f) soġġetta għall-approvazzjoni tal-azzjonisti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

28 Entità għandha tapplika dan l-Istandard retrospettivament għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Hija permessa l-applikazzjoni minn aktar kmieni, jew tal-Istandard kollu jew tal-eżenzjoni parzjali fil-paragrafi 25-27 għall-entitajiet relatati mal-gvern. Entità, kemm jekk tapplika dan l-istandard sħiħ jew dik l-eżenzjoni parzjali għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2011, dejjem għandha tiżvela li qed tagħmel hekk.

▼M32

28A L-IFRS 10, l-IFRS 11 Impriżi Konġunti u l-IFRS 12, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 3, 9, 11(b), 15, 19(b) u (e) u 25. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IFRS 12.

▼M38

28B  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 4 u 9. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼M26

IRTIRAR TAL-IAS 24 (2003)

29 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 24 Żvelar fuq Partijiet Relatati (kif revedut fl-2003).

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 26

Kontabilità u Rappurtaġġ minn Pjani ta' Benefiċċji għall-Irtirar

AMBITU

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fir-rapporti finanzjarji ta' pjani ta' benefiċċji għall-irtirar meta jitħejjew dawk ir-rapporti finanzjarji.

2 Xi kultant pjani ta' benefiċċji għall-irtirar jissejħu b'ħafna ismijiet oħra, bħal “skemi ta' pensjoni”, “skemi ta' superannuation” jew “skemi ta' benefiċċji għall-irtirar”. Dan l-Istandard jikkunsidra pjan ta' benefiċċji għall-irtirar bħala entità ta' rappurtaġġ separata mis-sidien li jħaddmu l-parteċipanti fil-pjan. L-Istandards l-oħra kollha japplikaw għar-rapporti finanzjarji ta' pjani ta' benefiċċji għall-irtirar sakemm ma jkunux issostitwiti minn dan l-Istandard.

3 Dan l-Istandard jittratta l-kontabilità u r-rappurtaġġ mill-pjan lill-parteċipanti kollha bħala grupp. Ma jittrattax rapporti lil parteċipanti individwali dwar id-drittijiet ta' benefiċċji għall-irtirar.

4 L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati jittratta d-determinazzjoni tal-kost ta' benefiċċji għall-irtirar fir-rapporti finanzjarji ta' sidien li għandhom dawn il-pjani. Għalhekk dan l-Istandard jikkumplimenta l-IAS 19.

5 Pjani ta' benefiċċji għall-irtirar jistgħu jkunu pjani ta' kontribuzzjoni definita jew pjani ta' benefiċċju definit. Ħafna jeħtieġu l-ħolqien ta' fondi separati, li jista' jkollhom jew ma jkollhomx identità legali separata u jista' jkollhom jew ma jkollhomx trustees, u li lilhom isiru l-kontribuzzjonijiet u minnhom jitħallsu l-benefiċċji għall-irtirar. Dan l-Istandard japplika irrispettivament minn jekk jinħoloqx dak il-fond u irrispettivament minn jekk ikunx hemm trustees.

6 Pjani ta' benefiċċji għall-irtirar b'assi investiti ma' kumpaniji ta' assigurazzjoni huma soġġetti għall-istess obbligi ta' kontabilità u ffinanzjar bħal ma huma l-arranġamenti investiti privatament. Għaldaqstant, jidħlu fl-ambitu ta' dan l-Istandard sakemm il-kuntratt mal-kumpanija tal-assigurazzjoni ma jkunx f'isem parteċipant speċifikat jew grupp ta' parteċipanti u l-obbligu tal-benefiċċju għall-irtirar m'huwiex responsabbiltà biss tal-kumpanija tal-assigurazzjoni.

7 Dan l-Istandard ma jittrattax forom oħra ta' benefiċċji tal-impjieg bħal indennizzi għal tmiem ta' impjieg, arranġamenti ta' kumpens iddifferit, benefiċċji ta' leave minħabba servizz għal żmien twil, pjani speċjali ta' irtirar kmieni jew ta' sensja, pjani ta' saħħa u welfare jew pjani ta' bonus. Arranġamenti tat-tip tas-sigurtà soċjali tal-Gvern huma wkoll esklużi mill-ambitu ta' dan l-Istandard.

DEFINIZZJONIJIET

8 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Pjani ta' benefiċċji għall-irtirar huma arranġamenti fejn entità tipprovdi benefiċċji għall-impjegati fit-tmiem tas-servizz jew wara (jew fil-forma ta' introjtu annwali jew bħala somma f'daqqa) u fejn dawn il-benefiċċji, jew il-kontribuzzjonijiet għalihom, ikunu jistgħu jiġu stabbiliti jew stmati qabel l-irtirar bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet f'dokument jew mill-prattiċi tal-entità.

Pjani ta' kontribuzzjoni definita huma pjani ta' benefiċċji għall-irtirar illi skont it-termini tagħhom l-ammonti li għandhom jitħallsu bħala benefiċċji għall-irtirar huma stabbiliti b'kontribuzzjonijiet f'fond flimkien mal-qligħ tal-investiment fuqhom.

Pjani ta' benefiċċju definit huma pjani ta' benefiċċji għall-irtirar illi skont it-termini tagħhom l-ammonti li għandhom jitħallsu bħala benefiċċji għall-irtirar huma stabbiliti b'referenza għal formola li normalment tkun ibbażata fuq il-qligħ tal-impjegati u/jew is-snin ta' servizz.

Finanzjament huwa t-trasferiment ta' assi lil entità (il-fond) separata mill-entità tas-sid biex jiġu ssodisfati obbligi futuri għall-ħlas ta' benefiċċji għall-irtirar.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Istandard jintużaw ukoll it-termini li ġejjin:

Parteċipanti huma l-membri ta' pjan ta' benefiċċju għall-irtirar u oħrajn li huma intitolati għal benefiċċji skont il-pjan.

Assi netti disponibbli għall-benefiċċji huma l-assi ta' pjan nieqes l-obbligazzjonijiet ħlief il-valur attwarjali preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda.

Valur attwarjali preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar huwa l-valur preżenti tal-ħlasijiet mistennija minn pjan ta' benefiċċju għall-irtirar lil impjegati eżistenti u passati, attribwibbli għas-servizz li jkun ngħata diġà.

Benefiċċji vestiti huma l-benefiċċji li d-drittijiet għalihom, skont il-kundizzjonijiet ta' pjan ta' benefiċċji għall-irtirar, ma jiddependux fuq il-kontinwazzjoni tal-impjieg.

9 Xi pjani ta' benefiċċju għall-irtirar għandhom sponsors li mhumiex sidien; dan l-Istandard japplika wkoll għar-rapporti finanzjarji ta' dawn il-pjani.

10 Il-biċċa l-kbira tal-benefiċċji għall-irtirar huma bbażati fuq ftehim formali. Xi pjani huma informali imma akkwistaw ċertu livell ta' obbligu bħala riżultat tal-prattiċi stabbiliti tas-sidien. Filwaqt li xi pjani jippermettu lis-sidien biex jillimitaw l-obbligi tagħhom taħt il-pjani, normalment ikun diffiċli għal sid biex jikkanċella pjan jekk l-impjegati jkunu ser jinżammu. L-istess bażi ta' kontabilità u rappurtaġġ tapplika għal pjan informali bħal ma japplika għal pjan formali.

11 Ħafna pjani ta' benefiċċji għall-irtirar jipprovdu għall-istabbiliment ta' fondi separati li fihom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet u li minnhom jitħallsu l-benefiċċji. Dawn il-fondi jistgħu jiġu amministrati minn partijiet li joperaw b'mod indipendenti fl-amministrazzjoni ta' assi ta' fondi. F'xi pajjiżi dawn il-partijiet jissejħu trustees. F'dan l-Istandard t-terminu trustee jintuża biex jiddeskrivi dawk il-partijiet irrispettivament minn jekk ikunx ġie ffurmat trust jew le.

12 Il-pjani ta' benefiċċji għall-irtirar huma normalment deskritti jew bħala pjani ta' kontribuzzjoni definita jew pjani ta' benefiċċju definit, kull wieħed minnhom bil-karatteristiċi distintivi tiegħu. Kultant jeżistu pjani li jinkludu l-karatteristiċi tat-tnejn. Dawn il-pjani ibridi jitqiesu li huma pjani ta' benefiċċju definit għall-iskopijiet ta' dan l-Istandard.

PJANI TA' KONTRIBUZZJONI DEFINITA

13 Ir-rapporti finanzjarji ta' pjan ta' kontribuzzjoni definita għandhom jinkludu rapport ta' assi netti disponibbli għall-benefiċċji u deskrizzjoni tal-politika tal-finanzjament.

14 Skont pjan ta' kontribuzzjoni definita, l-ammont ta' benefiċċji futuri ta' parteċipant huwa ddeterminat bil-kontribuzzjonijiet imħallsa mis-sid, mill-parteċipant, jew mit-tnejn li huma, u mill-effiċjenza operattiva u l-qligħ tal-investimenti tal-fond. Normalment, l-obbligu tas-sid jitwettaq permezz ta' kontribuzzjonijiet fil-fond. Normalment ma jkunx meħtieġ il-parir ta' attwarju għalkemm xi kultant dan il-parir jintuża biex jiġu stmati benefiċċji futuri li jkunu jistgħu jintlaħqu abbażi tal-kontribuzzjonijiet preżenti u ta' livelli li jvarjaw ta' kontribuzzjonijiet futuri u qligħ mill-investiment.

15 Il-parteċipanti huma interessati fl-attivitajiet tal-pjan minħabba li dawn jaffettwaw b'mod dirett il-livell tal-benefiċċji futuri tagħhom. Il-parteċipanti huma interessati li jkunu jafu jekk il-kontribuzzjonijiet ikunux ġew riċevuti u jekk kienx hemm kontroll kif suppost biex jiġu protetti d-drittijiet tal-benefiċjarji. Min iħaddem huwa interessat fl-operat effiċjenti u ġust tal-pjan.

16 L-għan tar-rappurtaġġ minn pjan ta' kontribuzzjoni definita huwa biex perjodikament jagħti informazzjoni dwar il-pjan u l-prestazzjoni tal-investimenti tiegħu. Dak il-għan normalment jintlaħaq billi jiġu pprovduti rapporti finanzjarji li jinkludu dan li ġej:

(a) deskrizzjoni ta' attivitajiet sinifikanti għall-perjodu u l-effett ta' kull tibdil fir-rigward tal-pjan, u s-sħubija fih u t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu;

(b) rapporti li jirrappurtaw dwar it-tranżazzjonijiet u l-prestazzjoni tal-investimenti għall-perjodu u l-pożizzjoni finanzjarja tal-pjan fit-tmiem tal-perjodu; u

(ċ) deskrizzjoni tal-politika tal-investiment.

PJANI TA' BENEFIĊĊJU DEFINIT

17 Ir-rapporti finanzjarji ta' pjan ta' benefiċċju definit għandhom jinkludu jew:

(a) rendikont li juri:

(i) l-assi netti disponibbli għall-benefiċċji;

(ii) il-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, b'distinzjoni bejn benefiċċji vestiti u dawk mhux vestiti; u

(iii) l-eċċess jew id-defiċit riżultanti; jew

(b) rendikont ta' assi netti disponibbli għall-benefiċċji li jinkludi jew:

(i) nota li tiżvela l-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, b'distinzjoni bejn benefiċċji vestiti u dawk mhux vestiti; jew

(ii) referenza għal din l-informazzjoni f'rapport attwarju mehmuż.

Jekk valutazzjoni attwarja ma tkunx ġiet ippreparata fid-data tar-rapporti finanzjarji, l-aktar valutazzjoni riċenti għandha tintuża bħala bażi u għandha tiġi żvelata d-data tal-valutazzjoni.

18 Għall-iskopijiet tal-paragrafu 17, il-valur attwarju preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda għandu jkun ibbażat fuq il-benefiċċji mwiegħda skont il-kundizzjonijiet tal-pjan dwar is-servizzi mogħtija sa dik id-data bl-użu jew tal-livelli tas-salarji kurrenti jew tal-livelli tas-salarji mbassra, bl-iżvelar tal-bażi li tkun intużat. L-effett ta' kull tibdil fis-suppożizzjonijiet attwarji li kellhom effett sinifikanti fuq il-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda għandu jiġi żvelat ukoll.

19 Ir-rapporti finanzjarji għandhom jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda u l-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, u l-politika għall-finanzjament tal-benefiċċji mwiegħda.

20 Skont pjan ta' benefiċċju definit, il-ħlas ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda jiddependi fuq il-qagħda finanzjarja tal-pjan u l-abbiltà tal-kontributuri biex iħallsu kontribuzzjonijiet futuri fil-pjan, kif ukoll mill-prestazzjoni tal-investimenti u l-effiċjenza operattiva tal-pjan.

21 Pjan ta' benefiċċju definit jeħtieġ il-parir perjodiku ta' attwarju biex jivvaluta l-kundizzjoni finanzjarja tal-pjan, jirrevedi s-suppożizzjonijiet u jirrikkmanda livelli ta' kontribuzzjonijiet futuri.

22 L-għan tar-rapportar minn pjan ta' benefiċċju definit huwa li perjodikament tingħata informazzjoni dwar ir-riżorsi finanzjarji u l-attivitajiet tal-pjan li hi utli biex jiġu vvalutati r-relazzjonijiet bejn l-akkumulazzjoni tar-riżorsi u l-benefiċċji tal-pjan matul iż-żmien. Normalment dan l-għan jintlaħaq billi jingħataw rapporti finanzjarji li jinkludu dawn li ġejjin:

(a) deskrizzjoni ta' attivitajiet sinifikanti għall-perjodu u l-effett ta' kull tibdil fir-rigward tal-pjan, u s-sħubija u t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu;

(b) rapporti li jirrappurtaw dwar it-tranżazzjonijiet u l-prestazzjoni tal-investiment għall-perjodu u l-pożizzjoni finanzjarja tal-pjan fi tmiem il-perjodu;

(ċ) informazzjoni attwarja jew bħala parti mir-rapporti jew bħala rapport separat; u

(d) deskrizzjoni tal-politika tal-investiment.

Valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda

23 Il-valur preżenti tal-ħlasijiet mistennija minn pjan ta' benefiċċji għall-irtirar jista' jiġi kkalkulat u rrappurtat bl-użu tal-livelli tas-salarji kurrenti jew tal-livelli tas-salarji mbassra saż-żmien tal-irtirar tal-parteċipanti.

24 Ir-raġunijiet mogħtija għall-adozzjoni tal-metodu tas-salarju kurrenti jinkludu:

(a) il-valur attwarju preżenti tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, li jkun is-somma tal-ammonti attribwibbli fil-preżent lil kull parteċipant fil-pjan, jista' jiġi kkalkulat b'mod aktar oġġettiv milli skont il-livelli tas-salarji mbassra minħabba li jinvolvi inqas suppożizzjonijiet;

(b) iż-żjidiet fil-benefiċċji attribwibbli għal żieda fis-salarju jsiru obbligu tal-pjan fiż-żmien taż-żieda fis-salarju; u

(ċ) l-ammont tal-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda maħdum bl-użu ta' livelli tas-salarji kurrenti huwa ġeneralment aktar relatat mill-qrib mal-ammont li jitħallas fil-każ ta' terminazzjoni tal-pjan jew fil-każ li pjan ma jitkompliex.

25 Ir-raġunijiet mogħtija għall-adozzjoni tal-metodu tas-salarju mbassar jinkludu:

(a) l-informazzjoni finanzjarja għandha tkun ippreparata fuq bażi ta' negozju avvjat, irrispettivament mis-suppożizzjonijiet u mill-istimi li għandhom isiru;

(b) skont il-pjani bbażati fuq salarji finali, il-benefiċċji huma stabbiliti b'referenza għas-salarji fid-data jew viċin id-data tal-irtirar; allura s-salarji, il-livelli ta' kontribuzzjoni u r-rati ta' rendita għandhom ikunu mbassra; u

(ċ) in-nuqqas li wieħed jinkorpora s-salarji kif imbassra, meta l-finanzjament spiss huwa bbażat fuq salarji mbassra, jista' jwassal biex jiġi rrappurtat li hemm fid-dieher finanzjament eċċessiv meta l-pjan fil-fatt ma jkunx iffinanzjat aktar milli jmissu, jew li jkun irrappurtat li hemm finanzjament adegwat meta l-pjan ma jkunx qed jiġi ffinanzjat biżżejjed.

26 Il-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, ibbażat fuq salarji kurrenti, huwa żvelat fir-rapporti finanzjarji ta' pjan biex jiġi indikat l-obbligu għall-benefiċċji ggwadanjati sad-data tar-rapporti finanzjarji. Il-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, abbażi tas-salarji mbassra, huwa żvelat biex jiġi indikat id-daqs tal-obbligu potenzjali fuq bażi ta' negozju avvjat, li ġeneralment huwa l-bażi għall-iffinanzjar. Barra mill-iżvelar tal-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, jista' jkun hemm il-bżonn li tingħata spjega suffiċjenti sabiex jiġi indikat b'mod ċar il-kuntest li fih għandu jinqara l-valur attwarju preżenti ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda. Din l-ispjegazzjoni tista' tkun fil-forma ta' informazzjoni dwar l-adegwatezza tal-iffinanzjar futur ippjanat, u tal-politika ta' finanzjament ibbażata fuq salarji mbassra. Din tista' tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji jew fir-rapport tal-attwarju.

Frekwenza tal-valutazzjonijiet attwarji

27 F'ħafna pajjiżi, valutazzjonijiet attwarji ma jinkisbux aktar frekwenti minn kull tliet snin. Jekk ma tkunx ġiet ippreparata valutazzjoni attwarja fid-data tar-rapporti finanzjarji, bħala l-bażi tintuża l-valutazzjoni l-aktar riċenti u tiġi żvelata d-data tal-valutazzjoni.

Kontenut tar-rapporti finanzjarji

28 Għal pjani ta' benefiċċju definit, l-informazzjoni hija ppreżentata f'waħda mill-formati li ġejjin li jirriflettu l-prattiċi differenti fl-iżvelar u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni attwarja:

(a) jiddaħħal rendikont fir-rapporti finanzjarji li juri l-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, il-valur preżenti attwarju ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda, u l-eċċess jew id-defiċit riżultanti. Ir-rapporti finanzjarji tal-pjan jinkludu wkoll stqarrijiet ta' tibdiliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, u ta' tibdiliet fil-valur preżenti attwarji ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda. Ir-rapporti finanzjarji jistgħu jkunu akkompanjati b'rapport separat tal-attwarju li jikkonferma l-valur preżenti attwarju ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda;

(b) rapporti finanzjarji li jinkludu rendikont ta' assi netti disponibbli għall-benefiċċji u rendikont tat-tibdiliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji. Il-valur preżenti attwarjali ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda huwa żvelat f'nota mar-rapporti. Ir-rapporti finanzjarji jistgħu jkunu akkompanjati b'rapport minn attwarju li jikkonferma l-valur preżenti attwarju ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda; u

(ċ) rapporti finanzjarji li jinkludu stqarrija ta' assi netti disponibbli għall-benefiċċji u stqarrija ta' tibdiliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji, bil-valur preżenti attwarju ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda mniżżel f'rapport attwarju separat.

F'kull format, rapport tat-trustees fin-natura ta' rapport tal-maniġment jew tad-diretturi u rapport tal-investiment jistgħu wkoll jiġu mehmuża mar-rapporti finanzjarji.

29 Dawk li huma favur il-formati deskritti fil-paragrafu 28(a) u (b) jemmnu li l-kwantifikazzjoni ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda u informazzjoni oħra mogħtija skont dawn il-metodi, jgħinu lill-utenti biex jivvalutaw l-istatus kurrenti tal-pjan u l-probabbiltà li l-obbligi tal-pjan jiġu ssodisfati. Jemmnu wkoll li r-rapporti finanzjarji għandhom ikunu kompleti fihom infushom u ma jkunux ibbażati fuq rapporti mehmuża magħhom. Madankollu, xi wħud jemmnu li l-format deskritt fil-paragrafu 28(a) jista' jagħti l-impressjoni li teżisti xi obbligazzjoni, filwaqt li fl-opinjoni tagħhom, il-valur preżenti attwarjali tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda m'għandux il-karatteristiċi kollha ta' obbligazzjoni.

30 Dawk li huma favur il-format deskritt fil-paragrafu 28(ċ) jemmnu li l-valur preżenti attwarju tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda m'għandux jitniżżel f'rapport tal-assi netti disponibbli għall-benefiċċji bħal fil-format deskritt fil-paragrafu 28(a) jew saħansitra jiġi żvelat f'nota bħal fil-paragrafu 28(b), minħabba li jiġi mqabbel direttament mal-assi tal-pjan u paragun bħal dan jista' ma jkunx validu. Huma jsostnu li l-attwarji mhux neċessarjament jqabblu l-valur preżenti attwarju tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda mal-valuri tas-suq tal-investimenti imma minflok jistgħu jivvalutaw il-valur preżenti tal-flussi tal-flus mistennija mill-investimenti. Għalhekk, dawk favur ta' dan il-format jemmnu li dan il-paragun x'aktarx ma jirriflettix il-valutazzjoni globali tal-pjan magħmula mill-attwarju u li dan il-paragun jista' jinftiehem ħażin. Barra minn hekk, xi wħud jemmnu li, irrispettivament minn jekk tkunx ikkwantifikata jew le, l-informazzjoni dwar benefiċċji għall-irtirar imwiegħda għandha titniżżel biss fir-rapport attwarju separat fejn tista' tingħata spjega kif suppost.

31 Dan l-Istandard jaċċetta l-fehmiet favur li jiġi permess l-iżvelar ta' informazzjoni dwar benefiċċji għall-irtirar imwiegħda f'rapport attwarju separat. Huwa ma jilqax l-argumenti kontra l-kwantifikazzjoni tal-valur preżenti attwarju ta' benefiċċji għall-irtirar imwiegħda. Għaldaqstant, il-formati deskritti fil-paragrafu 28(a) u (b) jitqiesu aċċettabbli skont dan l-Istandard, kif inhu l-format deskritt fil-paragrafu 28(ċ) sakemm ir-rapporti finanzjarji jinkludu referenza għal, u huma akkompanjati minn, rapport attwarju li jinkludi l-valur preżenti attwarju tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda.

IL-PJANI KOLLHA

Il-valutazzjoni tal-assi tal-pjan

32 L-investimenti ta' pjan ta' benefiċċji għall-irtirar għandhom jinżammu fil-kotba skont il-valur ġust. Fil-każ ta' titoli negozzjabbli, il-valur ġust huwa l-valur tas-suq. Meta jinżammu investimenti ta' pjan, li għalihom ma tkunx possibbli stima tal-valur ġust, għandu jsir l-iżvelar tar-raġuni għalfejn ma jintużax il-valur ġust.

33 Fil-każ ta' titoli negozzjabbli, il-valur ġust normalment huwa l-valur tas-suq minħabba li dan huwa kkunsidrat l-aktar kejl utli tat-titoli fid-data tar-rapport u tal-prestazzjoni tal-investiment għall-perjodu. Dawk it-titoli li għandhom valur fiss ta' fidi u li jkunu ġew akkwistati biex jissodisfaw l-obbligi tal-pjan, jew partijiet speċifiċi tiegħu, jistgħu jinżammu f'ammonti bbażati fuq il-valur ta' fidi aħħari tagħhom bis-suppożizzjoni ta' rata kostanti ta' rendita sal-maturità. Meta jinżammu investimenti ta' pjan li għalihom ma tkunx possibbli stima ta' valur ġust, bħal jedd ta' proprjetà sħiħ ta' entità, għandha tiġi żvelata r-raġuni għalfejn ma jintużax il-valur ġust. Sal-punt li l-investimenti jinżammu fil-kotba f'ammonti li mhumiex il-valur tas-suq jew il-valur ġust, il-valur ġust ġeneralment huwa wkoll żvelat. L-assi użati fl-operazzjonijiet tal-fond għandhom jiġu kontabilizzati skont l-Istandards applikabbli.

Żvelar

34 Ir-rapporti finanzjarji ta' pjan ta' benefiċċju għall-irtirar, kemm jekk ta' benefiċċju definit jew ta' kontribuzzjoni definita, għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) rapport tat-tibdiliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji;

(b) sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità; u

(ċ) deskrizzjoni tal-pjan u l-effett ta' kull tibdil fil-pjan matul il-perjodu.

35 Rapporti finanzjarji pprovduti minn pjani ta' benefiċċji għall-irtirar jinkludu dawn li ġejjin, jekk applikabbli:

(a) rapport tal-assi netti disponibbli għall-benefiċċji li jiżvela:

(i) l-assi fit-tmiem tal-perjodu kklassifikati kif jixraq;

(ii) il-bażi tal-valutazzjoni tal-assi;

(iii) dettalji ta' kull investiment waħdieni li jeċċedi jew il-5 % tal-assi netti disponibbli għall-benefiċċji jew il-5 % ta' kull kategorija jew tip ta' sigurtà;

(iv) dettalji ta' kull investiment fl-entità li tħaddem; u

(v) obbligazzjonijiet minbarra l-valur preżenti attwarju ta' benefiċċji ta' rtirar imwiegħda;

(b) rapport tat-tibdiliet fl-assi netti disponibbli għall-benefiċċji li juri dan li ġej:

(i) il-kontribuzzjonijiet tas-sid;

(ii) il-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema;

(iii) introjtu minn investimenti bħall-imgħax u d-dividendi;

(iv) introjtu ieħor;

(v) benefiċċji mħallsa jew li għandhom jitħallsu (analizzati, pereżempju, bħala benefiċċji ta' rtirar, ta' mewt u ta' diżabbiltà, u ħlasijiet b'somma f'daqqa);

(vi) spejjeż amministrattivi;

(vii) spejjeż oħra;

(viii) taxxi fuq id-dħul;

(ix) profitti u telf mid-disponiment ta' investimenti u tibdil fil-valur tal-investimenti; u

(x) trasferimenti minn u lil pjani oħra;

(ċ) deskrizzjoni tal-politika tal-finanzjament;

(d) għal pjani ta' benefiċċju definit, il-valur preżenti attwarju ta' benefiċċji ta' rtirar imwiegħda (li jista' jiddistingwi bejn benefiċċji vestiti u benefiċċji mhux vestiti) ibbażat fuq il-benefiċċji mwiegħda skont il-kundizzjonijiet tal-pjan, fuq servizz mogħti sa dik id-data u maħdum bl-użu jew tal-livelli tas-salarji kurrenti jew tal-livelli tas-salarji mbassra; din l-informazzjoni tista' tiġi inkluża f'rapport attwarju mehmuż biex jinqara flimkien mar-rapporti finanzjarji relatati; u

(e) għal pjani ta' benefiċċju definit, deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet attwarji sinifikanti magħmula u l-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-valur preżenti attwarju tal-benefiċċji għall-irtirar imwiegħda.

36 Ir-rapport ta' pjan ta' benefiċċji għall-irtirar jinkludi deskrizzjoni tal-pjan, jew bħala parti mir-rapporti finanzjarji jew f'rapport separat. Jista' jinkludi dan li ġej:

(a) l-ismijiet tas-sidien u l-gruppi ta' impjegati koperti;

(b) in-numru ta' parteċipanti li jirċievu l-benefiċċji u n-numru ta' parteċipanti oħra, ikklassifikati b'mod xieraq;

(ċ) it-tip ta' pjan — kontribuzzjoni definita jew benefiċċju definit;

(d) nota dwar jekk il-parteċipanti jkunux jikkontribwixxu għall-pjan;

(e) deskrizzjoni tal-benefiċċji għall-irtirar imwsiegħda lill-parteċipanti;

(f) deskrizzjoni ta' kull kundizzjoni għat-tmiem tal-pjan; u

(g) tibdiliet fil-punti (a) sa (f) matul il-perjodu kopert bir-rapport.

Ma tkunx ħaġa rari li wieħed jirreferi għal dokumenti oħra li huma disponibbli faċilment għall-utenti u li fihom huwa deskritt il-pjan, u li tiġi inkluża biss informazzjoni dwar tibdiliet sussegwenti.

DATA EFFETTIVA

37 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji ta' pjani ta' benefiċċji għall-irtirar li jkopru perjodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1988 jew wara.

▼M32




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 27

Rapporti Finanzjarji Separati

GĦAN

1 L-għan ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi r-rekwiżiti tal-kontabilità u d-divulgazzjoni għall-investimenti f'sussidjarji, f'impriżi konġunti u f'kumpaniji assoċjati meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati.

AMBITU

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità għal investimenti f'sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati meta entità tagħżel, jew hija meħtieġa minn regolamenti lokali, li tippreżenta rapporti finanzjarji separati.

3 Dan l-Istandard ma jesiġix liema entitajiet għandhom jipproduċu rapporti finanzjarji separati. Japplika meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

DEFINIZZJONIJIET

4   It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta’ grupp fejn l-assi, l-obbilgazzjonijiet, l-ekwità, id-dħul, l-infiq u l-flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha jiġu ppreżentati bħal dawk ta’ entità ekonomika waħda.

Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati minn kumpanija prinċipali, (jiġifieri investitur li jikkontrolla sussidjarja) jew investitur b’kontroll konġunt ta', jew b'influwenza sinifikanti fuq, entità li fiha jsir investiment, li fiha l-investimenti jkunu kkontabilizzati fuq il-bażi tal-kost jew skont l-IFRS nru 9 Strumenti Finanzjarji.

5 It-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, fl-Appendiċi A tal-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u fil-paragrafu 3 tal-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti:

 kumpanija assoċjata

 kontroll ta' destinatarja ta' investiment

 grupp

 entità tal-investiment

 kontroll konġunt

▼M32

 impriża konġunta

 imprenditur konġunt

 kumpanija prinċipali

 influwenza sinifikanti

 sussidjarju.

▼M38

6 Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati apparti r-rapporti finanzjarji konsolidati jew apparti r-rapporti finanzjarji li fihom investimenti f'kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti jiġu kontabilizzati abbażi tal-metodu tal-ekwità, minbarra fiċ-ċirkustanzi stipulati fil-paragrafu 8–8A. Rapporti finanzjarji separati ma għandhomx għalfejn jiġu mehmużin ma' dawk ir-rapporti jew jakkumpanjawhom.

▼M32

7 Dikjarazzjonijiet finanzjarji fejn jiġi applikat il-metodu tal-ekwità mhumiex rapporti finanzjarji separati. Bl-istess mod, ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li ma għandhiex sussidjarja, kumpanija assoċjata jew interess konġunt ta’ imprenditur f’impriża konġunta mhumiex rapporti finanzjarji separati.

8 Entità li hija eżentata skont il-paragrafu 4(a) tal-IFRS nru 10 mill-konsolidazzjoni jew mill-paragrafu 17 tal-IAS nru 28 (kif emendat fl-2011) milli tapplika l-metodu tal-ekwità tista' tippreżenta rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha.

▼M38

8A Entità tal-investiment li hija meħtieġa, matul il-perjodu attwali u matul l-perjodi komparattivi kollha ppreżentati, tapplika l-eċċezzjoni għall-konsolidazzjoni għas-sussidjarji kollha tagħha skont il-paragrafu 31 tal-IFRS 10 tippreżenta rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha.

▼M32

TĦEJJIJA TA’ RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

9   Rapporti finanzjarji separati għandhom jitħejjew skont l-IFRS applikabbli kollha, għajr kif previst fil-paragrafu 10.

10   Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, għandha takkonta għal investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati jew:

(a)  skont il-kost, jew

(b)  skont l-IFRS 9.

L-entità għandha tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta’ investimenti. Investmenti kontabilizzati skont il-kost għandhom ikunu kontabilizzati skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx meta jkunu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ). Il-kejl tal-investimenti kontabilizzati skont l-IFRS 9 ma jinbidilx f’dawn iċ-ċirkostanzi.

11 Jekk entità tagħżel, skont il-paragrafu 18 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011), biex tkejjel l-investimenti tagħha fil-kumpaniji assoċjati jew l-impriżi konġunti b'valur ġust permezz tal-profit jew it-telf skont l-IFRS 9, għandha wkoll tikkontabilizza dawk l-investimenti b'istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

▼M38

11A Jekk kumpanija prinċipali hija meħtieġa, skont il-paragrafu 31 tal-IFRS 10, tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9, għandha wkoll tikkontabilizza l-investiment tagħha f’sussidjarja bl-istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

11B Meta kumpanija prinċipali ma tibqax entità tal-investiment, jew issir entità tal-investiment, għandha tikkontabilizza għall-bidla mid-data meta sseħħ il-bidla fl-istatus, kif ġej:

(a) meta entità ma tibqax entità tal-investiment, l-entità għandha, skont il-paragrafu 10, jew:

(i) tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja skont il-kost. Il-valur ġust tas-sussidjarja fid-data tal-bidla fl-istatus għandu jintuża bħala l-kost meqjus f'dik id-data; jew

(ii) tkompli tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja skont l-IFRS 9.

(b) meta entità ssir entità tal-investiment, għandha tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9. Id-differenza bejn l-ammont riportat preċedenti tas-sussidjarja u l-valur ġust tagħha fid-data tal-bidla fl-istatus tal-investitur għandha tiġi rikonoxxuta bħala qligħ jew telf fl-introjtu. L-ammont kumulattiv ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust preċedenti rikonoxxut f'introjtu ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dawk is-sussidjarji għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku l-entità tal-investiment ċediet dawk is-sussidjarji fid-data tal-bidla l-istatus.

▼M32

12   Entità għandha tirrikonoxxi dividend minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata bi profit jew telf fir-rapporti finanzjarji separati tagħha meta jkun stabbilit id-dritt tagħha li tirċievi d-dividend.

13 Meta entita prinċipali tirriorganizza l-istruttura tal-grupp tagħha bl-istabbiliment ta’ entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) il-kumpanija prinċipali ġdida tikseb kontroll tal-kumpanija prinċipali oriġinali billi toħroġ strumenti tal-ekwità bi skambju mal-istrumenti tal-ekwità eżistenti tal-kumpanija prinċipali oriġinali;

(b) l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-grupp il-ġdid u l-grupp oriġinali jkunu l-istess immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni; u

(c) is-sidien tal-kumpanija prinċipali oriġinali qabel ir-riorganizzazzjoni jkollhom l-istess interess assolut u relattiv fl-assi netti tal-grupp oriġinali u l-grupp il-ġdid immedjatament qabel u wara r-riorganizzazzjoni,

u l-kumpanija prinċipali l-ġdida tikkontabilizza l-investiment tagħha fil-kumpanija prinċipali oriġinali skont il-paragrafu 10(a) fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, il-kumpanija prinċipali l-ġdida għandha tkejjel il-kost tal-ammont miżmum fil-kotba tas-sehem tagħha mill-entrati ta’ ekwità murija fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali oriġinali fid-data tar-riorganizzazzjoni.

14 Bl-istess mod, entità li ma tkunx prinċipali jista' jkun li tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b'mod li jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 13. Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 13 japplikaw bl-istess mod għal dawn ir-riorganizzazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, ir-riferenzi għall-“kumpanija prinċipali oriġinali” u l-“grupp oriġinali” huma għall-“entità oriġinali”.

DIVULGAZZZJONI

15   Entità għandha tapplika l-IFRSs applikabbli kollha meta tipprovdi divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, fosthom ir-rekwiżiti fil-paragrafi 16 u 17.

16   Meta kumpanija prinċipali, skont il-paragrafu 4(a) tal-IFRS 10, tagħżel li ma tħejjix rapporti finanzjarji konsolidati u minflok tħejji rapporti finanzjarji separati, għandha tiddivulga f'dawk ir-rapporti finanzjarji separati:

(a)  il-fatt li r-rapporti finanzjarji huma rapporti finanzjarji separati; li ġiet użata l-eżenzjoni mill-konsolidament; l-isem u l-post ewlieni tan-negozju (u l-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, jekk differenti) tal-entità li r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha li jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju ġew prodotti għal użu pubbliku; u l-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu dawk ir-rapporti finanzjarji konsolidati.

(b)  lista tal-investimenti sinifikanti fis-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati fosthom:

(i)  l-isem ta’ dawk il-kumpaniji li jkollha investiment fihom.

(ii)  il-post ewlieni tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni, jekk differenti) ta’ dawk il-kumpaniji li jkollha investiment fihom.

(iii)  il-propozjon tagħha mis-sjieda (u l-proporzjon tagħha mid-drittijiet ta’ vot, jekk differenti) li jkollha f'dawk il-kumpaniji fejn ikollha investiment.

(c)  deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kkontabilizzati l-investimenti elenkati taħt (b).

▼M38

16A   Meta entità tal-investiment li tkun kumpanija prinċipali (għajr kumpanija prinċipali koperta mill-paragrafu 16) tħejji, skont il-paragrafu 8A, rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-entità tal-investiment għandha wkoll tippreżenta d-divulgazzjonijiet relatati mal-entitajiet tal-investiment meħtieġa mill-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

17   Meta kumpanija prinċipali (għajr kumpanija prinċipali koperta mill-paragrafu 16-16A) jew investitur b'kontroll konġunt ta', jew b'influwenza sinifikanti fuq, destinatarja ta' investiment, tħejji rapporti finanzjarji separati, il-kumpanija prinċipali jew l-investitur għandha tidentifika r-rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS 10, l-IFRS 11 jew l-IAS 28 (kif emendati fl-2011) li jkunu relatati magħhom. Il-kumpanija prinċipali jew l-investitur għandhom ukoll jiddivulgaw fir-rapporti finanzjarji separati tagħhom:

(a)  il-fatt li r-rapporti huma rapporti finanzjarji separati u r-raġunijiet għaliex dawk ir-rapporti huma mħejjija jekk mhux rikjest mil-liġi.

(b)  lista tal-investimenti sinifikanti fis-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati fosthom:

(i)  l-isem ta’ dawk il-kumpaniji li jkollhom investiment fihom.

(ii)  il-post ewlieni tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni, jekk differenti) ta’ dawk il-kumpaniji li jkollhom investiment fihom.

(iii)  il-proporzjon tagħhom mis-sjieda (u l-proporzjon tagħhom mid-drittijiet ta’ vot, jekk differenti) li jkollu f'dawk il-kumpaniji fejn ikollu investiment.

(c)  deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu kkontabilizzati l-investimenti elenkati taħt (b).

Il-kumpanija prinċipali jew l-investitur għandhom ukoll jidentifikaw ir-rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS 10, l-IFRS 11 jew l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) li magħhom huma relatati.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

18 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel din id-data. ►M38  Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IFRS 12 u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin. ◄

▼M38

18A  Entitajiet tal-Investiment (Emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 5, 6, 17 u 18, u żiedu l-paragrafi 8A, 11A–11B, 16A u 18B-18I. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Tista' ssir adozzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi qabel, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

18B Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi Entitajiet tal-Investiment (li, għall-għanijiet ta' dan l-IFRS, hija l-bidu tal-perjodu tar-rappurtar annwali li għalih dawk l-emendi huma applikati għall-ewwel darba), kumpanija prinċipali tikkonkludi li hija entità tal-investiment, għandha tapplika l-paragrafi 18C–18I għall-investiment tagħha f’sussidjarja.

18C Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tal-investiment li qabel kienet tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-kost, minflok għandha tkejjel dak l-investiment bil-valur ġust permezz tal-introjtu daqslikieku r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS minn dejjem kienu effettivi. L-entità tal-investiment għandha taġġusta retrospettivament il-perjodu annwali li jiġi immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali u għandha taġġusta l-qligħ imfaddal fil-bidu fil-perijodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a) l-ammont riportat preċedenti tal-investiment; kif ukoll

(b) il-valur ġust tal-investiment tal-investitur fis-sussidjarja.

18D Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tal-investiment li qabel kienet tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja bil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komplessiv għandha tkompli tkejjel dak l-investiment bil-valur ġust. L-ammont kumulattiv ta' kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust rikonoxxut preċedentament f'introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi ttrasferit fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali.

18E Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tal-investiment ma għandhiex tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti għal interess f’sussidjarja li preċedentement kienet għażlet li tkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9, kif permess fil-paragrafu 10.

18F Qabel id-data li jiġi adottat l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, entità tal-investiment għandha tuża l-ammonti tal-valur ġust rapportati preċedentament lill-investituri jew lill-maniġment, jekk dawk l-ammonti jirrappreżentaw l-ammont li bih seta' jiġi skambjat l-investiment bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata fid-data tal-valwazzjoni.

18G Jekk il-kejl ta' investiment fis-sussidjarja skont il-paragrafi 18C–18F ma jkunx prattikabbli (kif iddefinit fl-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji), entità tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih hija prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafi 18C–18F, li jista' jkun il-perjodu attwali. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data preċedenti tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli mhuwiex il-perjodu attwali. Meta d-data li tkun prattikabbli għall-entità tal-investiment li tkejjel il-valur ġust tas-sussidjarja tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jaġġusta l-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a) l-ammont riportat preċedenti tal-investiment; kif ukoll

(b) il-valur ġust tal-investiment tal-investitur fis-sussidjarja.

Jekk il-perjodu l-aktar kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu hija prattikabbli jkun il-perjodu attwali, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

18H Jekk entità tal-investiment tkun ċediet, jew tilfet il-kontroll ta’ investiment f’sussidjarja qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi fl-Entitajiet tal-Investiment, l-entità tal-investiment mhijiex meħtieġa tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti ta' dik l-investiment.

18I Minkejja r-referenzi għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali (il-'perjodu immedjatament preċedenti') fil-paragrafi 18C-18G, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti preżentat, iżda mhux meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għall-ebda perjodu preċedenti, ir-referenzi kollha għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi 18C–18G għandhom jinqraw bħala “l-eqreb perjodu komparattiv aġġustat ippreżentat”. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li tħejjiet fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

▼M32

Referenzi għall-IFRS 9

19 Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TAL-IAS 27 (2008)

20 Dan l-Istandard qed jinħareġ flimkien mal- IFRS 10. Flimkien, dawn iż-żewġ IFRSs jieħdu post l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendati fl-2008).




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 28

Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti

GĦAN

1   L-għan ta’ dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-kontabilità għall-investimenti f'kumpaniji assoċjati u li jistipula r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità meta jiġu kkontabilizzati l-investimenti f'kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti

AMBITU

2   Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha li huma investituri b'kontroll konġunt ta', jew b'influwenza sinifikanti fuq, entità li fiha jsir investiment

DEFINIZZJONIJIET

3   It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Kumpanija assoċjata hija entità li fuqha l-investitur ikollu influwenza sinifikanti.

Rapporti finanzjarji konsolidati huma r-rapporti finanzjarji ta’ grupp li fihom, l-assi, l-obbigazzjonijiet, l-ekwità, id-dħul, l-infiq u l-flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.

Il-metodu tal-ekwità huwa metodu tal-kontabilità li bih l-investiment jiġi inizjalment rikonoxxut mal-kost u minn hemm 'il quddiem aġġustat għall-bidla ta’ wara l-akkwist fis-sehem tal-investitur fl-assi netti tal-entità li fiha jsir investiment. Il-profitt jew it-telf tal-investitur jinkludi s-sehem tiegħu mill-profitt jew mit-telf tal-entità li fiha jsir investiment u d-dħul komprensiv ieħor tal-investitur jinkludi s-sehem tiegħu mid-dħul komprensiv ieħor tal-entità li fiha jsir investiment.

Arranġament konġunt huwa arranġament li fih żewġ partijiet jew iktar ikollhom kontroll konġunt.

Kontroll konġunt hu l-kondiviżjoni tal-kontroll bi ftehim kuntrattwali fuq arranġament, li jeżisti biss meta d-deċiżjonijiet dwar attivitajiet rilevanti jkunu jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

Impriża konġunta hija arranġament konġunt fejn il-partijiet li jkollhom kontroll konġunt fuq l-arranġament ikollhom drittijiet fuq l-assi netti tal-arranġament.

Imprenditur konġunt huwa parti f'impriża konġunta li jkollha kontroll konġunt fuq dik l-impriża konġunta.

Influwenza sinifikanti hija s-setgħa li wieħed jipparteċipa fid-deċiżjonijiet tal-politika finanzjarja u operattiva ta’ entità li fiha jsir investiment iżda mhix il-kontroll jew il-kontroll konġunt ta’ dawk il-politiki.

4 It-termini li ġejjin huma ddefiniti fil-paragrafu 4 tal-IAS Rapporti Finanzjarji Separati u fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fl-IFRSs li fihom huma ddefiniti:

 Kontroll ta’ entità li fiha jsir investiment

 grupp

 kumpanija prinċipali

 rapporti finanzjarji separati

 sussidjarja.

INFLUWENZA SINIFIKANTI

5 Jekk entità tkun fil-pussess, direttament jew indirettament (eż. permezz ta’ sussidjarji), ta’ 20 fil-mija jew aktar tas-setgħa tal-vot tal-entità li fiha jsir l-investiment, jiġi preżunt li l-entità għandha influwenza sinifikanti, sakemm ma jkunx jista' jintwera b'mod ċar li dan mhuwiex il-każ. Min-naħa l-oħra, jekk l-entità tkun fil-pussess, direttament jew indirettament (eż. permezz ta’ sussidjarji), ta’ inqas minn 20 fil-mija tas-setgħa tal-vot tal-entità li fiha jsir l-investiment, huwa preżunt li l-entità ma għandhiex influwenza sinifikanti, sakemm din l-influwenza ma tkunx tista' tintwera b'mod ċar. Sjieda sostanzjali jew maġġoritarja minn investitur ieħor mhux bilfors timpedixxi lil xi entità milli jkollha influwenza sinifikanti.

6 L-eżistenza ta’ influwenza sinifikanti minn entità hija normalment evidenzjata f'wieħed jew f'aktar mill-modi li ġejjin:

(a) rappreżentanza fil-bord tad-diretturi jew fil-korp tat-tmexxija ekwivalenti tal-entità li fiha jsir l-investiment;

(b) parteċipazzjoni fil-proċessi tat-tfassil tal-politika, inkluża l-parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet dwar id-dividendi jew distribuzzjonijiet oħra;

(c) tranżazzjonijiet materjali bejn l-entità u l-entità li fiha tkun qed tinvesti;

(d) skambju ta’ persunal maniġerjali; jew

(e) l-għoti ta’ informazzjoni teknika essenzjali.

7 Entità jista’ jkollha ċertifikati tal-ishma, opzjonijiet ta’ xiri ta’ ishma, strumenti ta’ dejn jew ekwità li jistgħu jiġu kkonvertiti f’ishma ordinarji, jew strumenti simili oħra li jkollhom il-potenzjal, jekk eżerċitat jew konvertit, li jagħtu lill-entità setgħa addizzjonali ta’ vot jew li jnaqqsu s-setgħa ta’ vot ta’ parti oħra fuq il-politiki finanzjarji u operattivi ta’ entità oħra (i.e. drittijiet potenzjali ta’ vot). L-eżistenza u l-effett ta’ drittijiet potenzjali tal-vot li attwalment jistgħu jiġu eżerċitati jew jiġu konvertiti, inklużi d-drittijiet potenzjali tal-vot li jkunu għand entitajiet oħra, jitqiesu meta jiġi evalwat jekk entità għandhiex influwenza sinifikanti. Drittijiet potenzjali tal-vot ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti fil-preżent meta pereżempju ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati jew konvertiti sa data futura jew sakemm iseħħ avveniment futur.

8 Fl-evalwazzjoni ta’ jekk id-drittijiet potenzjali tal-vot jikkontribwixxux għal influwenza sinifikanti, l-entità teżamina l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha (inklużi t-termini ta’ tħaddim tad-drittijiet potenzjali tal-vot u kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor kemm jekk ikkunsidrati individwalment jew flimkien) li jaffettwaw id-drittijiet potenzjali, għajr l-intenzjonijiet tal-maniġment u tal-abbiltà finanzjarja li jiġu eżerċitati jew ikkonvertiti dawk id-drittijiet potenzjali.

9 Entità titlef influwenza sinifikanti fuq l-entità li fiha jsir investiment meta titlef is-setgħa li tipparteċipa fid-deċiżjonijiet politiki finanzjarji u operattivi tal-entità li fiha jsir l-investiment. It-telf ta’ influwenza sinifikanti jista' jseħħ bi jew mingħajr tibdil fil-livelli assoluti jew relattivi ta’ sjieda. Dan jista' jiġri, pereżempju, meta kumpanija assoċjata ssir soġġetta għall-kontroll ta’ gvern, qorti, amministratur jew regolatur. Dan jista' jiġri wkoll bħala konsegwenza ta’ arranġament kuntrattwali.

METODU TAL-EKWITÀ

10 Skont il-metodu tal-ekwità, mar-rikonoxximent inizjali l-investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġi rrikonoxxut mal-kost u l-ammont miżmum fil-kotba jiġi miżjud jew imnaqqas sabiex jiġi rrikonoxxut is-sehem, wara d-data tal-akkwist, tal-investitur fil-profitt jew fit-telf ta’ dik l-entità li jsir investiment fiha. Is-sehem tal-investitur fil-profitt jew fit-telf tal-entità li fiha jsir l-investiment huwa rikonoxxut fil-profitt jew it-telf tal-investitur. Id-distribuzzjonijiet li jitqassmu minn entità li fiha jsir investiment inaqqsu l-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment. Aġġustamenti fl-ammont miżmum fil-kotba jistgħu wkoll ikunu meħtieġa minħabba tibdiliet fl-interess proporzjonat tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment u li jirriżultaw minn tibdiliet fid-dħul komprensiv ieħor tal-entità li fiha jsir l-investiment. Dawn it-tibdiliet jinkludu dawk li jirriżultaw minn rivalutazzjoni ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir u minn differenzi fil-qlib tal-kambju barrani. Is-sehem tal-investitur minn dawk it-tibdiliet huwa rikonoxxut fid-dħul komprensiv ieħor tal-investitur (ara IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji).

11 Ir-rikonoxximent tad-dħul abbażi tad-distribuzzjonijiet imqassma jista' ma jkunx kejl adegwata tad-dħul ggwadanjat minn investitur fuq investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta minħabba li d-distribuzzjonijiet imqassma jista' jkun li ftit li xejn ikollhom relazzjoni mal-prestazzjoni tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Minħabba li l-investitur għandu kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq il-kumpanija li fiha jsir investiment, l-investitur għandu interess fil-prestazzjoni tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta u, b'riżultat ta’ dan, fuq ir-redditu fuq l-investiment tagħha. L-investitur jikkontabilizza dan l-interess billi jestendi l-ambitu tar-rapporti finanzjarji tiegħu sabiex jinkludu s-sehem tiegħu fil-profitti jew it-telf ta’ din il-kumpanija li fiha jsir investiment. B'konsegwenza, l-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jipprovdi rappurtar aktar informattiv tal-assi u l-profitt jew it-telf netti tal-investitur.

12 Meta jkunu jeżistu drittijiet potenzjali għall-vot jew derivattivi oħra li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot, l-interess ta’ entità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jiġi stabbilit biss fuq il-bażi tal-interessi tal-sjieda eżistenti u ma jirriflettix l-eżerċitar jew il-konverżjoni possibbli ta’ drittijiet potenzjali għall-vot u strumenti derivattivi oħra, sakemm ma japplikax il-paragrafu 13.

13 F'xi ċirkustanzi, entità jkollha, fis-sustanza, sjieda eżistenti b'riżultat ta’ tranżazzjoni li attwalment tagħtiha aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess ta’ sjieda. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-proporzjon allokat lill-entità jiġi dditerminat billi jitqies l-eżerċitar eventwali ta’ dawn id-drittijiet potenzajli tal-vot u strumenti derivattivi oħra li attwalment jagħtu lill-entità aċċess għar-redditi.

14 L-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji ma japplikax għal interessi f'kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li jiġu kontabilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità. Meta strumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali ta’ vot fis-sustanza jagħtu aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess ta’ sjieda f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, l-istrumenti ma jkunux soġġetti għall-IFRS 9. Fil-każijiet l-oħra kollha, strumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali ta’ vot f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huma kontabilizzati skont l-IFRS 9.

15 Sakemm investiment, jew parti minn investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ skont l-IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, l-investiment, jew kwalunkwe interess miżmum fl-investiment, mhux ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ għandu jiġi kklassifikat bħala assi mhux kurrenti.

APPLIKAZZJONI TAL-METODU TAL-EKWITÀ

16 Entità b'kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq, entità li fiha jsir investiment għandha tikkontabilizza l-investiment tagħha f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta billi tuża l-metodu tal-ekwità meta dak l-investiment jikkwalifika għal eżenzjoni skont il-paragrafi 17-19.

Eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità

17 Entità ma għandhiex għalfejn tapplika l-metodu tal-ekwità għall-investimenti tagħha f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jekk l-entità hija kumpanija prinċipali li hija eżentata milli tħejji rapporti finanzjarji konsolidati permezz tal-eżenzjoni mill-ambitu fil-paragrafu 4(a) tal-IFRS 10 jew jekk applika dan li ġej kollu:

(a) L-entità hija sussidjarja posseduta totalment, jew hija sussidjarja posseduta parzjalment ta’ entità oħra u s-sidien l-oħra tagħha, inklużi dawk mhux intitolati li jivvutaw b'mod ieħor, ikunu ġew infurmati u ma joġġezzjonawx għall-fatt li l-entità ma tapplikax il-metodu tal-ekwità.

(b) L-istrumenti tad-dejn u l-ekwità tal-entità mhumiex innegozjati f’suq pubbliku (borża domestika jew barranija jew f'suq barra l-borża, inklużi swieq lokali u reġjonali).

(c) L-entità ma ppreżentax, u lanqas ma hi fil-proċess li tippreżenta, ir-rapporti finanzjarji tagħha lil xi kummissjoni tat-titoli jew xi organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li tinħareġ kwalunkwe klassi ta’ strumenti f’suq pubbliku.

(d) Il-kumpanija prinċipali aħħarija jew kwalunkwe kumpanija prinċipali intermedja tal-entità tipproduċi rapporti finanzjarji konsolidati disponibbli għall-użu pubbliku li jkunu jikkonformaw mal-IFRSs.

18 Meta investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkun f'idejn, jew indirettament f'idejn xi ħadd permezz ta’ entità li tkun organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, l-entità tista' tagħżel li tkejjel l-investiment f'dawn il-kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti b'valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9.

19 Meta entità jkollha investiment f'kumpanija assoċjata, li parti minnha tkun indirettament f'idejn xi ħadd permezz ta’ organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, l-entità tista' tagħżel li tkejjel il-parti tal-investiment fil-kumpanija assoċjata b'valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9 irrispettivement minn jekk l-organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust u entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment, ikollhiex influwenza sinifikanti fuq dik il-parti tal-investiment. Jekk entità tagħmel dik l-għażla, l-entità għandha tapplika l-metodu tal-ekwità għal kwalunkwe parti li jibqa' tal-investiment tagħha f'kumpanija assoċjata li mhijiex f'idejn xi ħadd permezz ta’ organizzazzjoni b'kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, unit trust jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investiment.

Klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ

20 Entità għandha tapplika l-IFRS 5 għal investiment, jew parti minn investiment, f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li tilħaq il-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ. Kwalunkwe parti miżmuma ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li ma ġiex ikklassifikat bħala miżmum għal bejgħ għandha tiġi kkontabilizzata permezz tal-metodu tal-ekwità sakemm iseħħ id-disponiment tal-parti kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ Wara d-disponiment, l-entità għandha tikkontabilizza kwalunkwe interess miżmum fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta skont l-IFRS 9 sakemm l-interess miżmum ma jkunx għadu kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, f'liema każ l-entità tuża l-metodu tal-ekwità.

21 Meta investiment, jew parti minn investiment, f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta preċedentement ikklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji biex jibqa' kklassifikat hekk, għandu jiġi kkontabilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità sa mid-data tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala miżmum għall-bejgħ. Ir-rapporti finanzjarji għall-perijodi sa mill-klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ għandhom jiġu emendati kif jixraq.

Twaqqif tal-użu tal-metodu tal-ekwità

22   Entità għandha tieqaf tuża l-metodu tal-ekwità mid-data meta l-investiment tagħha ma jibqax kumpanija assoċjata jew impriża konġunta kif ġej:

(a)  Jekk l-investiment isir kumpanija sussidjarja, l-entità għandha tikkontabilizza l-investiment tagħha skont l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji u l-IFRS 10.

(b)  Jekk l-interess miżmum fil-kumpanija assoċjata jew fl-impriża konġunta preċedenti huwa assi finanzjarju, l-entità għandha tkejjel l-interess miżmum b'valur ġust. Il-valur ġust tal-interess miżmum għandu jitqies bħala l-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali bħala assi finanzjarju skont l-IFRS 9. L-entità għandha tirrikonoxxi fi profitt jew telf kwalunkwe differenza bejn:

(i)  il-valur ġust ta’ kwalunkwe interess miżmum u kwalunkwe rikavat mid-disponiment ta’ interess parzjali fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta; u

(ii)  l-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fid-data li twaqqaf il-metodu tal-ekwità.

(c)  Meta entità twaqqaf l-użu tal-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tikkontabilizza l-ammonti kollha preċidentament rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dak l-investiment fuq l-istess bażi li kien jinħtieġ li kieku l-entità li fiha sar investiment iddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati.

23 Għalhekk, jekk xi qligħ jew telf li kien preċidentament rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv mill-entità li fiha jsir investiemnt jiġi kklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, l-entità tikklassifika mill-ġdid il-qligħ jew it-telf minn ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid), meta jitwaqqaf il-metodu tal-ekwità. Pereżempju, jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandha differenzi tal-kambju kumulattivi marbuta ma’ operat barrani u l-entità twaqqaf l-użu tal-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-qligħ jew it-telf li kien preċidentament rikonoxxut fi dħul komplessiv ieħor b'rabta mal-operat barrani.

24   Jekk investiment f'kumpanija assoċjata jsir investiment f'impriża konġunta jew investiment f'impriża konġunta jsir investiment f'kumpanija assoċjata, l-entità tibqa' tapplika l-metodu tal-ekwità u ma tkejjilx mill-ġdid l-interess miżmum.

Tibdiliet fl-interessi tas-sjieda

25 Jekk jonqos l-interess tas-sjieda ta’ entità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, iżda l-entità tkompli tapplika l-metodu tal-ekwità, l-entità għandha tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-parti tal-qligħ jew telf li preċidentament kien rikonoxxut bħala dħul komprensiv ieħor marbut mat-tnaqqis fl-interss tas-sjieda jekk il-qligħ jew it-telf ikun jeħtieġu li jiġi kklassifikati mill-ġdid fi profit jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati.

Proċeduri tal-metodu tal-ekwità

26 Ħafna mill-proċeduri li huma xierqa għall-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità huma simili għall-proċeduri tal-konsolidazzjoni deskritti fl-IFRS 10. Barra minn hekk, il-kunċetti li fuqhom huma bbażati l-proċeduri użati fil-kontabilità għall-akkwist ta’ kumpanija sussidjarja huma adottati wkoll fil-kontabilità għall-akkwist ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta.

27 Sehem ta’ grupp f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huwa l-ammont aggregat tal-holdings f'dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta mill-kumpanija prinċipali u mis-sussidjarji tagħha. Il-holdings tal-kumpaniji assoċjati l-oħra jew tal-impriżi konġunti l-oħra tal-grupp jiġu injorati għal dan l-iskop. Meta kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkollha sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti, il-profitt jew it-telf, dħul komprensiv ieħor u l-assi netti meqjusa fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità huma dawk rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji assoċjati jew tal-impriżi konġunti (inkluż is-sehem mill-profitt jew mit-telf tal-kumpaniji assoċjati jew tal-impriżi konġunti tagħha), wara kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa sabiex jiddaħħlu fis-seħħ politiki ta’ kontabilità uniformi (ara l-paragrafi 35 u 36).

28 Qligħ u telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet “upstream” u “downstream” bejn entità (inklużi s-sussidjarji konsolidati tagħha) u kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tagħha huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-entità biss sa fejn jidħlu interessi mhux relatati tal-investituri f'dik il-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Tranżazzjonijiet “upstream” huma, pereżempju, bejgħ ta’ assi minn kumpanija assoċjata jew impriża konġunta lill-investitur. Tranżazzjonijiet “downstream” huma, pereżempju, bejgħ jew kontribuzzjonijiet ta’ assi mill-investitur lill-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tagħha. Is-sehem tal-investitur fil-qligħ jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta li jirriżultaw minn dawn it-tranżazzjonijiet huwa eliminat.

29 Meta t-tranżazzjonijiet downstream jipprovdu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli nett tal-assi li għandhom jinbigħu jew jiġi kkontribwiti, jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, dak it-telf għandu jiġi rikonoxxut bis-sħiħ mill-investitur. Meta t-tranżazzjonijiet upstream jipprovdu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli nett tal-assi li għandhom jinxtraw jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, l-investitur għandu jirrikonoxxi sehmu minn dak it-telf.

30 Il-kontribuzzjoni ta’ assi mhux monitarji lill-kumpanija assoċjata jew kumpanija konġunta bi skambju ma’ interess ta’ ekwità fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta għandha tiġi kontabilizzata skont il-paragrafu 28, għajr meta kontribuzzjoni tkun nieqsa mis-sustanza kummerċjali, kif inhu deskritt dak il-terminu fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir. Jekk din il-kontribuzzjoni tkun nieqsa mis-sustanza kummerċjali, il-qligħ jew it-telf jitqies bħala mhux realizzat u ma jiġix rikonoxxut sakemm ma japplikax ukoll il-paragrafu 31. Dawn il-qligħ u telf mhux realizzati għandhom jiġu eliminati mal-investiment ikkontabilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità u ma għandhomx jiġu ppreżentat bħala qligħ jew telf iddeferit fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja l-entità jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità fejn l-investimenti huma kkontabilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità.

31 Jekk, flimkien ma’ interess f'ekwità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, entità tirċievi wkoll assi monetarji jew mhux monetarji, l-entità tirrikonoxxi bis-sħiħ fi profitt jew telf il-parti tal-qligħ jew it-telf fuq il-kontribuzzjoni mhux monetarja marbuta mal-assi monetarji jew mhux monetarji li tkun irċiviet.

32 Investiment huwa kontabilizzat permezz tal-metodu tal-ekwità mid-data li dan issir kumpanija assoċjata jew impriża konġunta. Mal-akkwist tal-investiment, kwalunkwe differenza bejn il-kost tal-investiment u s-sehem tal-entità fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tal-kumpanija li fiha jsir investiment, hija kkontabilizzata kif ġej:

(a) Avvjament marbut ma’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta hu inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment. Mhix permezza amortizzazzjoni ta’ dak l-avvjament.

(b) Kwalunkwe eċċess tas-sehem tal-entità fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tal-kumpanija li fiha jsir investiment fuq il-kost tal-investiment huwa inkluż fid-determinazzjoni tas-sehem tal-entità fil-profitt jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta fil-perijodu li fih l-investiment kien akkwistat.

Aġġustamenti xierqa fis-sehem tal-entità fil-profitti jew telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta wara l-akkwiżizzjoni għandhom isiru sabiex jitqies, pereżempju d-deprezzament tal-assi abbażi tal-valur ġust tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni. Bl-istess mod, aġġustamenti xierqa fis-sehem tal-entità fil-profitt jew it-telf tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta wara l-akkwiżizzjoni għandhom isiru għal telf ta’ indeboliment, bħal mhu għal avvjament jew proprjetà, impjanti u tagħmir.

33   L-aktar rapporti finanzjarji reċenti disponibbli tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huma użati mill-entità fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-entità jkun differenti minn dak tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta, il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta jħejju, għall-użu tal-entità, rapporti finanzjarji mill-istess data tar-rapporti finanzjarji tal-entità sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan.

34   Meta, b'konformità mal-paragrafu 33, ir-rapporti finanzjarji ta’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta użati fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità jitħejjew minn data differenti minn dik użata mill-entità, għandhom isiru aġġustamenti għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn dik id-data u d-data tar-rapporti finanzjarji tal-entità. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtaġġ tal-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta u dak tal-entità ma għandhiex tkun ta’ iktar minn tliet xhur. It-tul tal-perijodi tar-rappurtaġġ u kwalunkwe differenza bejn it-tmiem tal-perjodi tar-rappurtaġġ għandhom ikunu l-istess minn perjodu għall-ieħor.

35   Ir-rapporti finanzjarji tal-entità għandhom jitħejjew billi jintużaw politiki tal-kontabilità uniformi għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti f'ċirkustanzi simili.

36 Jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tuża politiki tal-kontabilità differenti minn dawk tal-entità għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti f’ċirkustanzi simili, għandhom isiru aġġustamenti sabiex il-politiki tal-kontabilità tal-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta jinġiebu konformi ma’ dawk tal-entità meta jintużaw ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta mill-entità meta tapplika l-metodu tal-ekwità.

37 Jekk kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandha ishma privileġġjati kumulattivi pendenti li huma miżmuma minn partijiet oħra apparti l-entità u huma kklassifikati bħala ekwità, l-entità għandha tikkalkula s-sehem tagħha mill-profitti jew it-telf wara li jsir aġġustament għad-dividendi fuq dawn l-ishma, kemm jekk id-dividendi jkunu ġew iddikjarati kemm jekk le.

38 Jekk is-sehem ta’ entità mit-telf ta’ kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkun daqs jew ikun aktar mill-interess tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta, l-entità ma tibqax tirrikonoxxi s-sehem tagħha minn telf ulterjuri. L-interess f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta huwa l-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fil-kumpanija assoċjata jew impriża konġunta skont il-metodu tal-ekwità flimkien ma’ kwalunkwe interess fit-tul li, fis-sustanza, jifforma parti mill-investiment nett tal-entità fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Pereżempju, entrata li s-saldu tagħha mhuwiex ippjanat u x'aktarx lanqas li ser iseħħ fil-futur qarib, fis-sustanza hi estensjoni tal-investiment tal-entità f'dik il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta.. Dawn l-entrati jistgħu jinkludu ishma privileġġjati u riċevibbli jew selfiet fit-tul, iżda ma jinkludux riċevibbli kummerċjali, pagabbli kummerċjali jew kwalunkwe riċevibbli fit-tul li għalihom jeżisti kollateral adegwat, bħal self garantit. Telf rikonoxxut skont il-metodu tal-ekwità li jkun aktar mill-investiment tal-entità f'ishma ordinarji huwa applikat għall-komponenti l-oħra tal-interess tal-entità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta f'ordni bir-rivers tas-sinjorità tagħhom (i.e. prijorità fil-likwidazzjoni).

39 Wara li l-interess tal-entità jitnaqqas għal żero, jiġi indirizzat telf addizzjonali, u tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni, sal-punt biss li l-entità tkun ġarrbet obbligazzjonijiet legali jew kostruttivi jew għamlet pagamenti f'isem il-kumpanija assoċjata jew l-impriza konġunta. Jekk sussegwentament, il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta tirrapporta profitti, l-entità tassumi mill-ġdid is-sehem tagħha minn dawn il-profitti biss wara li s-sehem tagħha mill-profitti jkun ugwali għas-sehem ta’ telf mhux rikonoxxut.

Telf minn indeboliment

40 Wara l-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità, fosthom ir-rikonoxximent tat-telf tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta skont il-paragrafu 38, l-entità tapplika l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl biex jiġi ddeterminat jekk hux meħtieġ li jiġi rrikonoxxut xi telf minn indeboliment ieħor fir-rigward tal-investment nett tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta.

41 L-entità tapplika wkoll l-IAS 39 sabiex tiddetermina jekk xi telf minn indeboliment ieħor huwiex rikonoxxut fir-rigward tal-interess tagħha fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta li ma tikkostitwixxix parti mill-investiment nett u l-ammont ta’ dak it-telf minn indeboliment.

42 Peress li l-avvjament li jifforma parti mill-ammont miżmum fil-kotba ta’ investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża kopnġunta mhux rikonoxxut separatament, mhuwiex ittestjat għal indeboliment separatament bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ittestjar tal-avvjament għal indeboliment fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Minflok, l-ammont kollu miżmum fil-kotba tal-investiment jiġi ttestjat għall-indeboliment skont l-IAS 36 bħala assi wieħed, billi jitqabbel l-ammont tiegħu li jista’ jiġi rkuprat (l-ogħla tal-valur fl-użu u l-valur ġust li minnhom jitnaqqas il-kost tal-bejgħ) mal-ammont tiegħu miżmum fil-kotba, kull meta l-applikazzjoni tal-IAS 39 tindika li l-investiment jista’ jkun indebolit. Telf minn indeboliment rikonoxxut f’dawk iċ-ċirkostanzi ma jiġi allokat għal ebda assi, inkluż l-avvjament, li jifforma parti mill-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fil-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta. Għalhekk, kwalunkwe treġġigħ lura ta’ dak it-telf minn indeboliment huwa rrikonoxxut skont l-IAS 36 sal-punt li l-ammont li jista’ jiġi rkuprat mill-investiment, sussegwentement jiżdied. Fl-istabbiliment tal-valur tal-użu tal-investiment, entità testima:

(a) is-sehem tagħha mill-valur attwali tal-flussi tal-flus futuri estimati li huma mistennija jiġu ġġenerati mill-kumpanija assoċjata jew mill-impriża konġunta, inklużi l-flussi tal-flus minn operazzjonijiet tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta u r-rikavat mid-disponiment finali tal-investiment; jew

(b) il-valur attwali tal-flussi tal-flus futuri estimati li huma mistennija li joriġinaw minn dividendi li għandhom jaslu mill-investiment u mid-disponiment finali tiegħu.

Permezz ta’ suppożizzjonijiet xierqa, iż-żewġ metodi jagħtu l-istess riżultat.

43 L-ammont li jista' jiġi rkuprat ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandu jiġi vvalutat għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, sakemm il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġuta ma tiġġenerax flussi ta’ flus, billi tkompli tużah, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma indipendenti minn dawk ta’ assi oħra tal-entità.

RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

44 Investiment f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta għandu jiġi kkontabilizzat fir-rapporti finanzjarji separati tal-entità skont il-paragrafu 10 tal-IAS 27 (kif emendat fl-2011).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

45 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika dan l-Istandard qabel, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, l-IFRS 12 Divulgar ta’ Interessi f'Entitajiet Oħra u l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

Referenzi għall-lFRS 9

46 Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39.

IRTIRAR TAL-IAS 28 (2003)

47 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati (kif revedut fl-2003).

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 29

Ir-Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

AMBITU ►M8   ( 18 ) ◄

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għar-rapporti finanzjarji, inklużi r-rapporti finanzjarji konsolidati, ta' kull entità li l-munita funzjonali tagħha hija l-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja.

2 F'ekonomija iperinflazzjonarja, ir-rappurtaġġ ta' riżultati tal-operat u tal-pożizzjoni finanzjarja fil-munita lokali mingħajr dikjarazzjoni b'mod ġdid, m'huwiex utli. Il-flus jitilfu l-kapaċità ta' xiri b'tali rata li l-paragun ta' ammonti minn tranżazzjonijiet u avvenimenti oħra li jkunu seħħew fi żminijiet differenti, anke jekk fl-istess perijodu ta' kontabilità, jagħti indikazzjoni ħażina.

3 Dan l-Istandard ma jistabbilixxix rata assoluta li biha titqies li tirriżulta l-iperinflazzjoni. Hija kwistjoni ta' ġudizzju għaqli jekk tkunx meħtieġa dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' rapporti finanzjarji skont dan l-Istandard. Ikun hemm indikazzjoni ta' iperinflazzjoni fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-ambjent ekonomiku ta' pajjiż li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) il-popolazzjoni ġenerali tippreferi żżomm il-ġid tagħha f'assi mhux monetarji jew f'munita barranija relattivament stabbli. L-ammonti miżmuma tal-munita lokali huma investiti immedjatament biex tinżamm il-kapaċità ta' xiri;

(b) il-popolazzjoni ġenerali tqis l-ammonti monetarji mhux f'termini tal-munita lokali imma f'termini ta' munita barranija relattivament stabbli. Il-prezzijiet jistgħu jiġu kkwotati f'dik il-munita;

(ċ) il-bejgħ u x-xiri bi kreditu jseħħu bi prezzijiet li jikkumpensaw għat-telf mistenni fil-kapaċità ta' xiri matul il-perijodu ta' kreditu, anke jekk il-perijodu jkunu qasir;

(d) ir-rati tal-imgħax, il-pagi u l-prezzijiet huma marbuta ma' indiċi ta' prezzijiet; u

(e) ir-rata ta' inflazzjoni kumulattiva fuq tliet snin tqarreb lejn, jew taqbeż, il-100 %.

4 Huwa preferibbli li l-entitajiet kollha li jirrappurtaw fil-munita tal-istess ekonomija iperinflazzjonarja japplikaw dan l-Istandard mill-istess data. Madankollu, dan l-Istandard japplika għar-rapporti finanzjarji kollha ta' kull entità mill-bidu tal-perijodu ta' rappurtaġġ li fih hija tidentifika l-eżistenza ta' iperinflazzjoni fil-pajjiż li fil-munita tiegħu hija tirrapporta.

ID-DIKJARAZZJONI B'MOD ĠDID TA' RAPPORTI FINANZJARJI

5 Il-prezzijiet jinbidlu tul iż-żmien bħala r-riżultat ta' diversi forzi politiċi, ekonomiċi u soċjali speċifiċi jew ġenerali. Forzi speċifiċi bħal tibdiliet fil-provvista u d-domanda u bidliet teknoloġiċi jistgħu jwasslu biex prezzijiet individwali jiżdiedu jew jonqsu b'mod sinifikanti u b'mod indipendenti minn xulxin. Barra minn hekk, forzi ġenerali jistgħu jġibu tibdil fil-livell ġenerali tal-prezzijiet u għalhekk fil-kapaċità ta' xiri ġenerali tal-flus.

▼M8

6 L-entitajiet li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji fuq il-bażi ta’ kost storiku tal-kontabilità jagħmlu hekk mingħajr kunsiderazzjoni la tal-bidliet fil-livell ġenerali tal-prezzijiet u lanqas għal żidiet fi prezzijiet speċifiċi tal-assi jew l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti. L-eċċezzjonijiet għal dawn huma dawk l-assi u obbligazzjonijiet li l-entità hija mitluba, jew tagħżel, li tkejjel fuq il-valur ġust. Per eżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jkunu vvalutati mill-ġdid għall-valur ġust u assi bijoloġiċi huma ġeneralment meħtieġa jitkejlu bil-valur ġust. Xi entitajiet, madankollu, jippreżentaw rapporti finanzjarji li huma bbażati fuq il-metodu tal-kost kurrenti li jirrifletti l-effetti tal-bidliet fil-prezzijiet speċifiċi tal-assi miżmuma.

▼B

7 F'ekonomija iperinflazzjonarja, ir-rapporti finanzjarji, sew jekk ibbażati fuq il-metodu tal-kost storiku sew jekk fuq il-metodu tal-kost kurrenti, ikunu utli biss jekk jitfissru f'termini tal-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ B'riżultat ta' dan, dan l-Istandard japplika għar-rapporti finanzjarji ta' entitajiet li jirrappurtaw fil-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja. Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni mitluba minn dan l-Istandard bħala suppliment għal rapporti finanzjarji li mhumiex iddikjarati b'mod ġdid m'hijiex permessa. Barra minn hekk, mhuwiex rakkomandat li jkun hemm preżentazzjoni separata tar-rapporti finanzjarji qabel id-dikjarazzjoni b'mod ġdid.

▼M8

8 Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li l-munita funzjonali hija l-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja, kemm jekk ibbażat fuq metodu tal-kost storiku jew metodu tal-kost kurrenti, għandhom ikunu ddikjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Il-figuri li jikkorrospondu għall-perjodu ta’ qabel meħtieġa mill-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut mill-2007) u kull informazzjoni dwar perjodi ta’ qabel għandhom ikunu ddikkjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti kumparattivi f’munita differenti tal-preżentazzjoni, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21 L-Effetti ta’ Bidliet fir-Rati tal-Kambju.

▼B

9 Il-qligħ jew it-telf mill-pożizzjoni monetarja netta għandu jkun inkluż fil-profitt jew it-telf u għandu jiġi żvelat separatament.

10 Id-dikjarazzjoni b'mod ġdid tar-rapporti finanzjarji skont dan l-Istandard teħtieġ l-applikazzjoni ta' ċerti proċeduri kif ukoll ta' ġudizzju għaqli. L-applikazzjoni konsistenti ta' dawn il-proċeduri u ġudizzji għaqlin minn perijodu għal ieħor hija aktar importanti mill-preċiżjoni tal-ammonti riżultanti inklużi fir-rapporti finanzjarji.

Rapporti finanzjarji skont il-kost storiku

▼M5

Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja

▼B

11 L-ammonti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ li m'humiex imfissra diġà f'termini tal-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ huma ddikjarati b'mod ġdid billi jiġi applikat indiċi ġenerali tal-prezzijiet.

12 Effetti monetarji m'humiex iddikjarati b'mod ġdid minħabba li huma mfissra diġà f'termini tal-unità monetarja kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Effetti monetarji huma flus miżmuma u oġġetti li għandhom jiġu rċevuti jew imħallsa fi flus.

13 Assi u obbligazzjonijiet marbuta bi ftehim ma' tibdiliet fil-prezzijiet, bħal bonds u self marbuta mal-indiċi, huma aġġustati skont il-ftehim sabiex jiġi aċċertat l-ammont dovut ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ ►M5  Fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ iddikjarata b'mod ġdid dawn l-oġġetti jinżammu skont dan l-ammont aġġustat.

▼M8

14 L-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha huma mhux monetarji. Xi oġġetti mhux monetarji huma miżmuma bl-ammonti kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ, bħall-valur nett realizzabbli u l-valur ġust, biex ma jerġgħux ikunu ddikjarati. L-assi u l-obbligazzjonijiet mhux monetarji l-oħrajn kollha huma ddikjarati mill-ġdid.

15 Bosta affarijiet mhux monetarji jinżammu bil-kost jew il-kost bit-tnaqqis tad-deprezzament; għalhekk huma espresso bl-ammonti kurrenti fid-data tal-akkwist tagħhom. Il-kost iddikjarat mill-ġdid, jew il-kost bit-tnaqqis tad-deprezzament, ta’ kull oġġett huwa stabbilit bl-applikazzjoni tal-bidla fl-indiċi ġenerali tal-prezz mid-data tal-akkwist sal-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ mal-kost storiku tiegħu u d-deprezzament akkumulat. Per eżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir, inventarji ta’ materja prima u merkanzija, avvjament, patenti, trejdmarks u assi simili huma ddikjarati mill-ġdid mid-data tax-xiri tagħhom. Inventarji ta’ oġġetti parzjament lesti u lesti huma ddikjarati mill-ġdid mid-dati ta’ meta tħallsu l-kosti tax-xiri u tal-konverżjoni.

▼B

16 Rekords dettaljati tad-dati tal-akkwiżizzjoni ta' oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu ma jkunux disponibbli jew jista' jkun li dawn ma jkunux jistgħu jiġu stmati. F'dawn iċ-ċirkustanzi rari, jista' jkun meħtieġ, fl-ewwel perijodu tal-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, li tintuża valutazzjoni professjonali indipendenti tal-valur ta' dawk l-oġġetti bħala l-bażi għad-dikjarazzjoni b'mod ġdid tagħhom.

17 Jista' ma jkunx hemm indiċi ġenerali tal-prezzijiet għall-perijodi li għalihom tkun meħtieġa d-dikjarazzjoni b'mod ġdid tal-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir minn dan l-Istandard. F'dawn iċ-ċirkustanzi, jista' jkun meħtieġ li tintuża stima bbażata, pereżempju, fuq iċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju bejn il-munita funzjonali u munita barranija relattivament stabbli.

18 Xi effetti mhux monetarji jinżammu fil-kotba skont ammonti kurrenti f'dati li mhumiex dawk tal-akkwiżizzjoni jew ►M5  tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ◄ pereżempju l-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir li jkunu ġew rivalutati f'xi data qabel. F'dawn il-każijiet, l-ammont miżmuma fil-kotba huma ddikjarati b'mod ġdid mid-data tar-rivalutazzjoni.

▼M8

19 L-ammont iddikjarat mill-ġdid ta' oġġett mhux monetarju jitnaqqas, skont l-IFRSs xierqa, meta jaqbeż l-ammont tiegħu li jista’ jkun irkuprat. Per eżempju, l-ammont iddikjarati mill-ġdid tal-proprjetà, impjanti u tagħmir, avvjament, patenti, trejdmarks jitnaqqas mill-ammont li jista’ jkun irkuprat u l-ammonti ddikjarati mill-ġdid jitnaqqsu għall-valur nett li jinġab.

20 Entità li fiha jsir investiment li hija ttrattata taħt il-metodu tal-ekwità tista’ tirrapporta fil-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja. Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tad-dħul komprensiv ta’ din l-entità li fiha jsir investiment huma ddikjarati mill-ġdid skont dan l-Istandard sabiex tinħadem il-parti tal-investitur tal-assi netti tagħha u l-profitt jew telf. Meta r-rapporti finanzjarji ddikjarati mill-ġdid ta’ entità li fiha jsir investiment huma espressi f’munita barranija jinqalbu bir-rata tal-għeluq.

▼B

21 Normalment, l-impatt tal-inflazzjoni jiġi rikonoxxut fil-kosti tas-self. M'huwiex xieraq li wieħed kemm jiddikjara b'mod ġdid in-nefqa kapitali ffinanzjata bis-self kif ukoll jikkapitalizza dik il-parti tal-kosti tas-self li tikkumpensa għall-inflazzjoni matul l-istess perijodu. Din il-parti tal-kosti tas-self hija rikonoxxuta bħala spiża fil-perijodu li matulu jkunu ġġarrbu l-kosti.

22 Entità tista' takkwista assi skont arranġament li jippermettilha li tiddifferixxi l-ħlas mingħajr ma teħel debitu espliċitu ta' mgħax. Meta ma jkunx prattiku li jiġi imputat l-ammont tal-imgħax, dawn l-assi huma ddikjarati b'mod ġdid mid-data tal-ħlas u mhux mid-data tax-xiri.

23 [Imħassra]

24 Fil-bidu tal-ewwel perijodu tal-applikazzjoni ta' dan l-Istandard, il-komponenti tal-ekwità tas-sidien, ħlief għall-qligħ imfaddal u kull bilanċ favorevoli fuq ir-rivalutazzjoni, huma ddikjarati b'mod ġdid billi jiġi applikat indiċi ġenerali tal-prezzijiet mid-dati li fihom tkun saret il-kontribuzzjoni tal-komponenti jew ta' meta dawn ikunu rriżultaw. Huwa eliminat kull bilanċ favorevoli fuq ir-rivalutazzjoni li jkun irriżulta f'perijodi preċedenti. Qligħ imfaddal iddikjarat b'mod ġdid jiġi derivat mill-ammonti l-oħra kollha ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ iddikjarata b'mod ġdid.

25 Fi tmiem l-ewwel perijodu u fil-perijodi sussegwenti, il-komponenti kollha tal-ekwità tas-sidien huma ddikjarati b'mod ġdid bl-applikazzjoni ta' indiċi ġenerali tal-prezzijiet mill-bidu tal-perijodu jew mid-data tal-kontribuzzjoni, jekk din tkun aktar tard. Il-movimenti għall-perijodu fl-ekwità tas-sidien huma żvelati skont l-IAS 1.

Rapport tal-introjtu

26 Dan l-Istandard jitlob li l-entrati kollha fir-rapport tal-introjtu jitfissru f'termini tal-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Għalhekk l-ammonti kollha jeħtieġu jiġu ddikjarati b'mod ġdid billi tiġi applikata l-bidla fl-indiċi ġenerali tal-prezzijiet mid-dati meta l-entrati tal-introjtu u l-ispejjeż ikunu ġew irreġistrati inizjalment fir-rapporti finanzjarji.

Qligħ jew telf minn pożizzjoni netta monetarja

27 F'perijodu ta' inflazzjoni, entità li jkollha eċċess ta' assi monetarji fuq obbligazzjonijiet monetarji titlef il-kapaċità ta' xiri, u entità b'eċċess ta' obbligazzjonijiet monetarji fuq assi monetarji takkwista kapaċità ta' xiri sal-punt li l-assi u l-obbligazzjonijiet ma jkunux marbuta ma' livell ta' prezz. Dan il-qligħ jew telf fil-pożizzjoni netta monetarja jista' jkun derivat bħala d-differenza li tirriżulta mid-dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' assi mhux monetarji, minn entrati ta' l-ekwità tas-sidien u tar-rapport ►M5  tad-dħul komplessiv, ◄ u mill-aġġustament ta' assi u obbligazzjonijiet marbuta ma' indiċi. Il-qligħ jew telf jista' jiġi stmat billi tiġi applikata l-bidla f'indiċi ġenerali ta' prezzijiet għall-medja ppiżata għall-perijodu tad-differenza bejn l-assi monetarji u l-obbligazzjonijiet monetarji.

▼M8

28 Il-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta huwa inkluż fil-profitt jew telf. L-aġġustament għal dawk l-assi u obbligazzjonijiet konnessi bi ftehim ma’ bidliet fil-prezzijiet li saru skont il-paragrafu 13 ikun paċut mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta. Oġġetti oħrajn ta’ dħul u spejjeż, bħal dħul u spiża mill-imgħax, u differenzi fil-kambju relatat mal-fondi investiti jew mislufa, huma wkoll assoċjati mal-pożizzjoni monetarja netta. Għalkemm dawn l-oġġetti huma żvelata separatament, ikun ta’ għajnuna jekk ikunu ppreżentati flimkien mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta fir-rapport tad-dħul komprensiv.

▼B

Rapporti finanzjarji skont il-kost kurrenti

▼M5

Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja

▼B

29 L-entrati ddikjarati skont il-kost kurrenti mhumiex iddikjarati b'mod ġdid minħabba li dawn huma diġà mfissra f'termini tal-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Entrati oħra ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ huma ddikjarati b'mod ġdid skont il-paragrafi 11 sa 25.

Rapport tal-introjtu

30 Ir-rapport tal-introjtu skont il-kost kurrenti, qabel id-dikjarazzjoni b'mod ġdid, ġeneralment jirrapporta l-kosti li jkunu kurrenti fil-ħin li jkunu seħħu t-tranżazzjonijiet jew l-avvenimenti. Il-kost tal-bejgħ u d-deprezzament huma rreġistrati skont il-kosti kurrenti fil-ħin tal-konsum; il-bejgħ u spejjeż oħra huma rreġistrati skont l-ammonti tal-flus tagħhom meta dawn ikunu seħħu. Għalhekk l-ammonti kollha jkollhom bżonn li jiġu ddikjarati b'mod ġdid fl-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ billi jiġi applikat indiċi ġenerali ta' prezzijiet.

Qligħ jew telf minn pożizzjoni netta monetarja

31 Il-kontabilità tal-qligħ jew it-telf fuq il-pożizzjoni netta monetarja ssir skont il-paragrafi 27 u 28.

Taxxi

32 Id-dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' rapporti finanzjarji skont dan l-Istandard jista' jagħti lok għal differenzi bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi u obbligazzjonijiet individwali ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ u dak fil-bażi għat-taxxa tagħhom. Il-kontabilità ta' dawn id-differenzi ssir skont l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul.

Rapport tal-flussi tal-flus

33 Dan l-Istandard jeħtieġ li l-entrati kollha fir-rapport tal-flussi tal-flus jiġu mfissra f'termini tal-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

Ċifri korrispondenti

▼M8

34 Figuri li jikkorrispondu għall-perjodu tar-rappurtaġġ ta’ qabel, kemm jekk ibbażati fuq il-metodu tal-kost storiku jew il-metodu tal-kost kurrenti, ikunu ddikjarati mill-ġdid bl-applikazzjoni ta' indiċi tal-prezz ġenerali biex ir-rapporti finanzjarji kumparattivi jkunu ppreżentati f'termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Informazzjoni li hija żvelata dwar perjodi aktar qabel hija espresso wkoll f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti kumparattivi f’munita differenti tal-preżentazzjoni, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21.

▼B

Rapporti finanzjarji kkonsolidati

35 Kumpanija prinċipali li tirrapporta fil-munita ta' ekonomija iperinflazzjonarja jista' jkollha sussidjarji li jirrappurtaw ukoll fil-muniti ta' ekonomiji iperinflazzjonarji. Ir-rapporti finanzjarji ta' kull sussidjarja bħal dawn għandhom ikunu ddikjarati b'mod ġdid billi jiġi applikat indiċi ġenerali tal-prezzijiet tal-pajjiż li fil-munita tiegħu tirrapporta s-sussidjarja, qabel ma jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati maħruġa mill-kumpanija prinċipali tagħha. Meta sussidjarja bħal din tkun sussidjarja barranija, ir-rapporti finanzjarji tagħha ddikjarati b'mod ġdid jiġu maqluba skont ir-rati tal-għeluq. Ir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarji li ma jirrappurtawx fil-muniti ta' ekonomiji iperinflazzjonarji huma ttrattati skont l-IAS 21.

36 Jekk jiġu kkonsolidati rapporti finanzjarji ►M5  fit-tmiem tal-perjodi tar-rappurtar, ◄ l-entrati kollha, kemm jekk monetarji kif ukoll jekk mhux monetarji, għandhom jiġu ddikjarati b'mod ġdid fl-unità ta' kejl kurrenti fid-data tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati.

Għażla u użu tal-indiċi ġenerali tal-prezzijiet

37 Id-dikjarazzjoni b'mod ġdid tar-rapporti finanzjarji skont dan l-Istandard jeħtieġ l-użu ta' indiċi ġenerali tal-prezzijiet li jirrifletti tibdiliet fil-kapaċità ġenerali tax-xiri. Huwa preferibbli li l-entitajiet kollha li jirrappurtaw fil-munita tal-istess ekonomija jużaw l-istess indiċi.

EKONOMIJI LI JIEQFU JKUNU IPERINFLAZZJONARJI

38 Meta ekonomija tieqaf milli tkun iperinflazzjonarja u entità ma tibqax tipprepara u tippreżenta r-rapporti finanzjarji ppreparati skont dan l-Istandard, għandha tittratta l-ammonti mfissra fl-unità ta' kejl kurrenti fi tmiem il-perijodu preċedenti ta' rappurtaġġ bħala l-bażi għall-ammonti miżmuma fir-rapporti finanzjarji sussegwenti tagħha.

ŻVELAR

39 Għandha tiġi żvelata l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-fatt li r-rapporti finanzjarji u ċ-ċifri li jikkorrispondu għal perijodi preċedenti jkunu ġew iddikjarati mill-ġdid għall-bidliet fil-kapaċità ġenerali tax-xiri tal-munita funzjonali u, bħala riżultat, huma ddikjarati f'termini tal-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar; ◄

(b) jekk ir-rapporti finanzjarji humiex ibbażati fuq il-metodu tal-kost storiku jew fuq il-metodu tal-kost kurrenti; u

(ċ) l-identità u l-livell tal-indiċi tal-prezzijiet ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ u ċ-ċaqliq fl-indiċi matul il-perijodu ta' rappurtaġġ kurrenti u dak ta' qabel.

40 L-iżvelar mitlub minn dan l-Istandard huwa meħtieġ biex jiġi ċċarat il-bażi tat-trattament tal-effetti tal-inflazzjoni fir-rapporti finanzjarji. L-iżvelar huwa wkoll maħsub biex jagħti informazzjoni oħra meħtieġa biex tinftiehem kemm dik il-bażi kif ukoll l-ammonti riżultanti.

DATA EFFETTIVA

41 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1990 jew wara.

▼M32 —————

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 32

Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

GĦAN

1 [Imħassra]

2 L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi prinċipji ta' preżentazzjoni ta' strumenti finanzjarji bħala obbligazzjonijiet jew ekwità u għat-tpaċija ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji. Japplikaw għall-klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji, mill-perspettiva tal-emittent, f'assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji u strumenti azzjonarji; il-klassifikazzjoni ta' interess relatat, dividendi, qligħ u telf; u ċ-ċirkustanzi li fihom l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġi paċuti.

3 Il-prinċipji f'dan l-Istandard jikkumplimentaw il-prinċipji tar-rikonoxximent u kejl tal-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, u għall-iżvelar ta' informazzjoni dwarhom fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar.

AMBITU

4 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju minbarra:

(a) dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li jiġu kontabbilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jeħtieġu jew jippermettu lil entità tikkontabbilizza interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-entitajiet għandhom ukoll japplikaw dan l-Istandard għad-derivattivi kollha marbutin mal-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti.

▼B

(b) drittijiet u obbligi tas-sid taħt pjani ta' benefiċċji tal-impjegati, li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

▼M12 —————

▼B

(d) kuntratti ta' assigurazzjoni kif definiti fl-IFRS 4 Kuntratti ta' Assigurazzjoni. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal derivati li huma mdeffsa f'kuntratti tal-assigurazzjoni jekk l-IAS 39 jeħtieġ li l-entità tirrappurtahom b'mod separat. Barra minn hekk, emittent għandu japplika dan l-Istandard għal kuntratti ta' garanzija finanzjarja jekk l-emittent japplika l-IAS 39 fir-rikonoxximent u l-kejl tal-kuntratti, iżda għandu japplika l-IFRS 4 jekk l-emittent jagħżel, b'konformità mal-paragrafu 4(d) tal-IFRS 4, li japplika l-IFRS 4 għar-rikonoxximent u l-kejl tagħhom.

(e) strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 4 minħabba li fihom aspett diskrezzjonarju tal-parteċipazzjoni. L-emittent ta' dawn l-istrumenti hu eżenti milli japplika għal dawn il-karatteristiċi l-paragrafi 15–32 u AG25-AG35 ta' dan l-Istandard, dwar id-distinzjoni bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u strumenti azzjonarji. Madankollu, dawn l-istrumenti huma soġġetti għar-rekwiżiti l-oħrajn kollha ta' dan l-Istandard. Barra minn hekk, dan l-Istandard japplika għal derivati li jinsabu mdeffsa f'dawn l-istrumenti (ara l-IAS 39).

(f) strumenti finanzjarji, kuntratti u obbligi taħt tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, ħlief għal

(i) kuntratti fl-ambitu tal-paragrafi 8–10 ta' dan l-Istandard, li għalihom japplika dan l-Istandard,

(ii) il-paragrafi 33 u 34 ta' dan l-Istandard, li għandhom japplikaw għal ishma tat-teżor mixtrija, mibjugħa, maħruġa jew ikkanċellati b'relazzjoni ma' pjani ta' opzjonijiet fuq l-ishma għall-impjegati, pjani ta' xiri ta' ishma għall-impjegati, u l-arranġamenti l-oħra kollha ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma.

5–7 [Imħassra]

8 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għal dawk il-kuntratti li jixtru jew ibiegħu oġġett mhux finanzjarju li jista' jissalda b'mod nett bi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, bħallikieku l-kuntratti kienu strumenti finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta' kuntratti li kienu saru u li għadhom qed jinżammu għall-iskop tal-wasla jew tal-kunsinna ta' oġġett mhux finanzjarju, b'konformità mar-rekwiżiti tax-xiri mistenni, bejgħ jew użu mill-entità.

9 Hemm diversi modi kif kuntratt biex jinxtara jew jinbiegħ oġġett mhux finanzjarju jista' jissalda b'mod nett fi flus jew bi strument finanzjarju jew bi skambju ta' strumenti finanzjarji. Dawn jinkludu:

(a) meta t-termini tal-kuntratt jippermettu lil kull parti li ssaldah b'mod nett fi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji;

(b) meta l-abilità li s-sald nett fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bi skambju ta' strumenti finanzjarji, ma tkunx espliċita fit-termini tal-kuntratt, iżda l-entità għandha l-prattika li tagħmel sald ta' kuntratti simili b'mod nett bi flus jew bi strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji (kemm jekk mal-kontroparti, bi dħul f'kuntratti li jpaċu jew billi jinbiegħ il-kuntratt qabel ma jiġi eżerċitat jew jiskadi);

(c) meta, għal kuntratti simili, hi l-prattika tal-entità li hi tieħu l-konsenja ta' dan u tbiegħu fi żmien qasir wara l-konsenja bI-iskop li tiġġenera profitt minn varjazzjonijiet fil-prezz fi żmien qasir jew fil-marġni tan-negozjant; u

(d) meta l-oġġett mhux finanzjarju li hu s-soġġett tal-kuntratt jista' jiġi kkonvertit malajr fi flus.

Wieħed m'għandux jidħol għal kuntratt li għalih japplikaw (b) jew (c) għall-iskop biex jirċievi jew biex jiġi kkunsinnat lilu l-oġġett mhux finanzjarju b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità, u b'hekk, il-kuntratt ikun fl-ambitu ta' dan l-Istandard. Kuntratti oħrajn li għalihom japplika l-paragrafu 8 huma evalwati biex jiġi ddeterminat jekk min daħal għalihom u min għadu jżommhom għamilx hekk biex jirċievi jew biex jiġi kkunsinnat lilu l-oġġett mhux finanzjarju b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità, u b'hekk, il-kuntratti jkunu fl-ambitu ta' dan l-Istandard.

10 Opzjoni bil-miktub għax-xiri jew bejgħ ta' entrata mhux finanzjarju li tista' tissalda b'mod netta fi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, b'konformità mal-paragrafu 9(a) jew (d) taqa' fl-ambitu ta' dan l-Istandard. Wieħed ma jistax jidħol għal dan il-kuntratt għall-iskop tal-wasla jew kunsinna ta' oġġett mhux finanzjarju b'konformità mar-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità.

DEFINIZZJONIJIET (ARA WKOLL IL-PARAGRAFI AG3–AG23)

11 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Strument finanzjarju hu kull kuntratt li jagħti lok għal assi finanzjarju f'entità waħda u obbligazzjoni finanzjarja jew strument azzjonarju ta' entità oħra.

Assi finanzjarju hu kull assi li hu:

(a) flus;

(b) kull strument azzjonarju ta' entità oħra;

(c) dritt kuntrattwali:

(i) li jiġu rċevuti flus jew assi finanzjarju ieħor minn entità oħra; jew

(ii) li jiġu skambjati assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma' entità oħra taħt kondizzjonijiet li huma potenzjalment favorevoli għall-entità; jew

(d) kuntratt li ser jiġi jew li jista' jissalda bl-istrumenti tal-entità stess u li hu:

(i) mhux derivat li għalih l-entità għandha jew jista' jkollha l-obbligu li tirċievi numru varjabbli tal-istrumenti azzjonarji tagħha stess; jew

▼M6

(ii) derivat li se jkun jew jista’ jissalda b’mod minbarra bil-kambju ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor għal numru fiss tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess. Għal dan l-iskop l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess ma jinkludux strumenti finanzjarji puttable kklassifikati bħala strumenti skond il-paragrafi 16A u 16B, strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huma kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16C u 16D, jew strumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess.

Obbligazzjoni finanzjarja hija kull obbligazzjoni li:

(a) obbligu kuntrattwali:

(i) għall-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra; jew

(ii) għall-kambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra taħt kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-entità; jew

(b) kuntratt li se jkun jew jista’ jissalda fl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess u huwa:

(i) non-derivat li dwaru l-entità hija jew tista’ tkun obbligata li tagħti numru varjabbli tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess; jew

(ii)  ►M21  derivat li ser jew li jista’ jissalda ħlief bl-iskambju ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarji oħra għal għadd fiss ta’ strumenti azzjonarji tal-entità stess. Għall-finijiet ta’ dan, id-drittijiet, l-għażliet jew iċ-ċertifikati sabiex jinkiseb għadd fiss ta’ strumenti azzjonarji tal-entità stess għal ammont fiss ta’ kwalunkwe kambju huma strumenti azzjonarji jekk l-entità toffri drittijiet, għażliet jew ċertifikati pro-rata lis-sidien eżistenti kollha li jinsabu fl-istess klassi tal-istrumenti azzjonarji mhux derivati tagħha. Ukoll għal dawn il-finijiet, l-istrumenti azzjonarji tal-entita’ stess ◄ ma jinkludux strumenti finanzjarji puttable li huma kklassifikati bħala strumenti skond il-paragrafi 16A u 16B, strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huma kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skont il-paragrafi 16C u 16D, jew strumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess.

Bħala eċċezzjoni, strument li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.

Strument azzjonarju hi kull kuntratt li juri evidenza ta' interess residwu fl-assi ta' entità wara t-tnaqqis tal-obbligazzjonijiet kollha tagħha.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Strument Puttable huwa strument finanzjarju li jagħti d-dritt lid-detentur li jerġa’ jagħti l-istrument lura lill-emittent għal flus jew attiv finanzjarju ieħor jew jitqiegħed lura awtomatikament għand l-emittent fil-każ ta’ avveniment futur mhux ċert jew il-mewt jew l-irtirar tad-detentur tal-istrument.

12 It-termini li ġejjin huma mfissra fil-paragrafu 9 tal-IAS 39 u huma użati f'dan l-Istandard bit-tifsira speċifika fl-IAS 39.

 kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja

 assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

 irtirar tar-rikonoxximent

 derivat

 metodu ta' imgħax effettiv

 assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bil-valur xieraq minħabba profitt jew telf

 kuntratt ta' garanzija finanzjarja

 impenn fis-sod

 tranżazzjoni li tiġi prevista

 effettività tal-kopertura għar-riskju (hedge)

 oġġett kopert

 Strument ta' kopertura

 Investimenti miżmuma sad-data tal-maturità

 ammonti mislufa u riċevibbli

 xiri jew bejgħ magħmul b'mod regolari

 kosti tat- tranżazzjoni.

13 F'dan l-Istandard, “kuntratt” u 'kuntrattwali' jirreferu għal kull ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar, li għandhom konsegwenzi ekonomiċi ċari li l-partijiet ftit għandhom, jekk għandhom, diskrezzjoni li jevitaw, ġeneralment minħabba li l-ftehim hu infurzabbli bil-liġi. Kuntratti, u allura l-istrumenti finanzjarji, jistgħu jieħdu diversi forom u m'hemmx bżonn li jkunu bil-miktub.

14 F'dan l-Istandard, “entità” tinkludi individwi, impriżi konġunti, korpi inkorporati, fondi fiduċjarji u aġenziji tal-gvern.

PREŻENTAZZJONI

▼M6

Obbligazzjonijiet u ekwità (ara wkoll il-paragrafi AG13-AG14J u AG25–AG29A)

▼B

15 L-emittent ta' strument finanzjarju għandu jikklassifika l-istrument, jew il-komponienti tiegħu, fir-rinonoxximent inizjali bħala obbligazzjoni finanzjarja, assi finanzjarju jew strument azzjonarju b'konformità mas-sustanza tal-arranġament kuntrattwali u t-tifsiriet ta' obbligazzjoni finanzjarja, assi finanzjarju u strument finanzjarju.

16 Meta l-emittent japplika t-tifsiriet fil-paragrafu 11 biex jistabbilixxi jekk strument finanzjarju huwiex strument azzjonarju aktar milli obbligazzjoni finanzjarja, l-istrument hu ekwità jekk, u biss meta, iż-żewġ kondizzjonijiet (a) u (b) t'hawn isfel ikunu ssodisfati.

(a) L-istrument ma fih l-ebda obbligu kuntrattwali:

(i) biex jiġu kkunsinnati flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra; jew

(ii) biex jiġu skambjati assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma' entità oħra taħt kondizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-emittent.

▼M21

(b) Jekk l-istrument ser jew jista' jissalda fl-istrumenti azzjonarji tal-emittent stess, huwa:

(i) mhux derivat li ma jinkludi l-ebda obbligazzjoni kuntrattwali għall-emittent sabiex jagħti għadd varjabbli ta' strumenti azzjonarji tiegħu stess; jew

(ii) derivat li ser jew li jista' jissalda biss billi l-emittent jagħmel skambju ta' ammont fiss ta' flus kontanti jew ta' assi finanzjarji oħra għal għadd fiss ta' strumenti azzjonarji tiegħu stess. Għall-finijiet ta' dan, id-drittijiet, l-għażliet jew iċ-ċertifikati sabiex jinkiseb għadd fiss ta' strumenti azzjonarji tal-entità stess għal ammont fiss ta' kwalunkwe kambju huma strumenti azzjonarji jekk l-entità toffri drittijiet, għażliet jew ċertifikati pro-rata lis-sidien eżistenti kollha li jinsabu fl-istess klassi tal-istrumenti azzjonarji mhux derivati. Ukoll, għal dawn il-finijiet, l-istrumenti azzjonarji tal-emittent stess ma jinkludux strumenti li għandhom il-fatturi kollha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, jew l-istrumenti li huma kuntratti għall-għoti jew riċeviment fil-futur tal-istrumenti azzjonarji tal-emittent stess.

Obbligu kuntrattwali, inkluż wieħed li joħroġ minn strument finanzjarju derivat, li se jew jista’ jirriżulta f’riċevuta jew kunsinna futura tal-istrumenti azzjonarji stess tal-emittent, iżda ma jissodisfax il-kundizzjonijiet (a) u (b) ta' hawn fuq, m'huwiex strument azzjonarju. Bħala eċċezzjoni, strument li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.

▼M6

Strumenti Puttable

16A Strument finanzjarju puttable jinkludi obbligu kuntrattwali għall-emittent biex jerġa’ jixtri jew jifdi dak l-istrument għal flus jew assi finanzjarju ieħor mal-eżerċizzju tal-put. Bħala eċċezzjoni għad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, strument li jinkludi t-tali obbligu jkun ikklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a) Tintitola d-detentur għal parti prorata tal-assi netti tal-entità fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ entità. L-assi netti tal-entità huma dawk l-assi li jibqa’ wara li jitnaqqsu t-talbiet l-oħra kollha fuq l-assi tagħha. Il-parti prorata tkun stabbilita bi:

(i) d-diviżjoni tal-assi netti tal-entità mal-likwidazzjoni f’unitajiet ta’ ammont indaqs; u

(ii) il-multiplikazzjoni ta’ dak l-ammont bin-numru ta’ unitajiet miżmuma mid-detentur tal-istrument finanzjarju.

(b) L-istrument huwa taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti. Biex jaqa’ taħt din il-klassi l-istrument:

(i) m’għandux prijorità fuq talbiet oħrajn fuq l-assi tal-entità mal-likwidazzjoni, u

(ii) m’għandux bżonn ikun ikkonvertit fi strument ieħor qabel ma jkun fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti.

(ċ) L-istrumenti finanzjarji kollha taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti għandhom karatteristiċi identiċi. Pereżempju, iridu jkunu kollha puttable, u l-formula jew metodu ieħor użat biex jikkalkula x-xiri mill-ġdid jew il-prezz tat-tifdil ikun l-istess għall-istrumenti kollha f’dik il-klassi.

(d) Minbarra l-obbligu kuntrattwali għall-emittent biex jerġa’ jixtri jew jifdi l-istrument għal flus jew assi finanzjarju ieħor, l-istrument ma jinkludix xi obbligu kuntrattwali biex jingħata flus jew assi finanzjarju ieħor għal entità oħra, jew il-kambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra taħt kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-entità, u m’huwiex kuntratt li se jew li jista’ jissalda fl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess kif ippreżentat fis-sottoparagrafu (b) tad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja.

(e) Il-fluss totali mistennija tal-flus attribwit għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument huwa bbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità tul il-ħajja tal-istrument (esklużi xi effetti tal-istrument).

16B Biex strument ikun ikklassifikat bħala strument azzjonarji, minbarra li l-istrument ikollu l-fatturi kollha msemmijin hawn fuq, l-emittent ma jrid ikollu l-ebda strument finanzjarju jew kuntratt li għandu:

(a) il-fluss totali tal-flus ibbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità (esklużi xi effetti tat-tali strument jew kuntratt) u

(b) l-effett tar-restrizzjoni sostanzjali jew l-istabbiliment tar-redditu residwu tad-detenturi ta’ strument puttable.

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, l-entità m’għandhiex tikkunsidra kuntratti mhux finanzjarji mad-detentur ta’ strument deskritt fil-paragrafu 16A li għandhom termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li huma simili għat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ kuntratt ekwivalenti li jistgħu jsiru bejn detentur mhux ta’ strument u l-entità li toħroġ l-istrument. Jekk l-entità ma tistax tistabbilixxi li din il-kundizzjoni tħarset, m’għandhiex tikklassifika l-istrument puttable bħala strument azzjonarju.

Strumenti, jew komponenti ta’ strumenti, li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni

16C Xi strumenti jinkludu obbligu kuntrattwali fuq l-entità li toħroġ l-istrument biex tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tagħha biss mal-likwidazzjoni. L-obbligu jinħoloq għax il-likwidazzjoni jew ċerta li se ssir u hija barra l-kontroll tal-entità (pereżempju, entità b’ħajja limitat), jew mhux ċert li se ssir iżda hija għażla tad-detentur tal-istrument. Bħala eċċezzjoni għad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, strument li jinkludi t-tali obbligu jkun ikklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a) Tintitola d-detentur għal parti prorata tal-assi netti tal-entità fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ entità. L-assi netti tal-entità huma dawk l-assi li jibqa’ wara li jitnaqqsu t-talbiet l-oħra kollha fuq l-assi tagħha. Il-parti prorata tkun stabbilita bi:

(i) d-diviżjoni tal-assi netti tal-entità mal-likwidazzjoni f’unitajiet ta’ ammont indaqs; u

(ii) il-multiplikazzjoni ta’ dak l-ammont bin-numru ta’ unitajiet miżmuma mid-detentur tal-istrument finanzjarju.

(b) L-istrument huwa taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti. Biex jaqa’ taħt din il-klassi l-istrument:

(i) m’għandux prijorità fuq talbiet oħrajn fuq l-assi tal-entità mal-likwidazzjoni, u

(ii) m’għandux bżonn ikun ikkonvertit fi strument ieħor qabel ma jkun fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti.

(ċ) L-istrumenti finanzjarji kollha taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata mal-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti jridu jkollhom obbligu kuntrattwali identiku għall-entità li toħroġ l-istrument li tagħti parti prorata tal-assi netti tagħha mal-likwidazzjoni.

16D Biex strument ikun ikklassifikat bħala strument azzjonarji, minbarra li l-istrument ikollu l-fatturi kollha msemmijin hawn fuq, l-emittent ma jrid ikollu l-ebda strument finanzjarju jew kuntratt li għandu:

(a) il-fluss totali tal-flus ibbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità (esklużi xi effetti tat-tali strument jew kuntratt) u

(b) l-effett tar-restrizzjoni sostanzjali jew l-istabbiliment tar-redditu residwu tad-detenturi tal-istrument.

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, l-entità m’għandhiex tikkunsidra kuntratti mhux finanzjarji mad-detentur ta’ strument deskritt fil-paragrafu 16C li għandhom termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li huma simili għat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ kuntratt ekwivalenti li jistgħu jsiru bejn detentur mhux ta’ strument u l-entità li toħroġ l-istrument. Jekk l-entità ma tistax tistabbilixxi li din il-kundizzjoni tħarset, m’għandhiex tikklassifika l-istrument bħala strument azzjonarju.

Riklassifikazzjoni ta’ strumenti puttable u strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni

16E Entità li tikklassifika strument finanzjarju bħala strument azzjonarju skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D mid-data meta l-istrument għandu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet ippreżentati f’dawk il-paragrafi. Entità għandha tirriklassifika strument finanzjarju mid-data meta l-istrument jieqaf ikollu l-karatteristiċi kollha jew jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ppreżentati f’dawk il-paragrafi. Pereżempju, jekk entità tifdi l-istrumenti maħruġa mhux puttable kollha tagħha u kull strument puttable li jibqa’ mhux imħallas ikollu l-karatteristiċi u jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha taħt il-paragrafi 16A u 16B, l-entità għandha tirriklassifika l-istrumenti puttable bħala strumenti azzjonarji mid-data meta tifdi l-istrumenti mhux puttable.

16F Entità għandha takkonta għar-riklassifikazzjoni ta’ strument skond il-paragrafu 16E kif ġej:

(a) Għandha tirriklassifika strument azzjonarju bħala obbligazzjoni finanzjarja mid-data meta l-istrument jieqaf ikollu l-karatteristiċi kollha jew jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-obbligazzjoni finanzjarja tkun ivvalutata bħala l-valur ġust tal-istrument fid-data tar-riklassifikazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi fl-ekwità kull differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-istrument azzjonarju u l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tar-riklassifikazzjoni.

(b) Għandha tirriklassifika obbligazzjoni finanzjarja bħala ekwità mid-data meta l-istrument ikollu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet ippreżentati fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Strument azzjonarju jkun ivvalutat bħala l-valur miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tar-riklassifikazzjoni.

▼B

L-ebda obbligu kuntrattwali biex tikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor (il-paragrafu 16(a))

17 Bl-eċċezzjoni taċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, karatteristika kritika fid-distinzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja minn strument azzjonarju hija l-eżistenza ta’ obbligazzjoni kuntrattwali minn parti waħda ta’ strument finanzjarju (l-emittent) jew biex jingħata flus jew assi finanzjarju ieħor għal parti oħra (id-detentur) jew il-kambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji mad-detentur taħt il-kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-emittent. ◄ Għalkemm id-detentur ta' strument azzjonarju jista' jkun intitolat li jirċievi sehem pro rata ta' kull dividendi jew distribuzzjonijiet oħrajn ta' ekwità, l-emittent m'għandux obbligu kuntrattwali biex jagħmel distribuzzjonijiet bhal dawn minħabba li mhux meħtieġ li jikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor lil parti oħra.

▼M6

18 Is-sustanza ta’ strument finanzjarju, minflok il-forma legali tiegħu, tirregola l-klassifikazzjoni tiegħu fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Is-sustanza u l-forma legali huma normalment konsistenti, iżda mhux dejjem. Xi strumenti finanzjarji jieħdu l-forma legali tal-ekwità iżda huma obbligazzjonijiet fis-sustanza u oħrajn jistgħu jikkombinaw karatteristiċi assoċjati ma’ strumenti azzjonarji u karatteristiċi assoċjati ma’ obbligazzjonijiet finanzjarji. Pereżempju:

(a) kull sehem privileġġat li jipprovdi għal fidi mandatorju mill-emittent għal ammont fiss jew determinabbli f'data ffissata jew determinabbli fil-futur, jew jagħti d-dritt lid-dententur li jitlob lill-emittent biex jifdi l-istrument f'data partikulari jew wara għal ammont fiss jew determinabbli, hu obbligazzjoni finanzjarja.

▼M6

(b) strument finanzjarju li jagħti d-dritt lid-detentur li jerġa’ jitfgħu għand l-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor (“strument puttable”) huwa obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-istrument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja anke meta l-ammont ta’ flus jew assi finanzjarji oħrajn ikun stabbilit fuq il-bażi ta’ indiċi jew oġġetti ieħor li għandu l-potenzjal li jiżdied jew jonqos. L-eżistenza ta’ opzjoni għad-detentur li jitfa’ l-istrument lura lill-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor ifisser li l-istrument puttable jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Pereżempju, fondi ta' benefiċċju komuni mingħajr limiti, unit trusts, soċi u xi entitajiet kooperattivi jistgħu jipprovdu lid-detenturi tal-unitajiet jew il-membri tagħhom id-dritt li jifdu l-interessi tagħhom fl-emittent f'kull ħin għal flus, li twassal biex l-interessi tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-membri jkunu kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Madankollu, il-klassifikazzjoni bħala obbligazzjoni finanzjarja ma teskludix l-użu ta’ deskrizzjonijiet bħal “valur tal-assi netti attribwiti lid-detenturi tal-unitajiet” u “t-tibdil fil-valur tal-assi netti attribwit lid-detenturi tal-unitajiet” fir-rapporti finanzjarji ta’ entità li m’għandhiex ekwità kkontribwita (bħal xi fondi ta’ benefiċċji komuni u unit trust, ara l-Eżempju Illustrattiv 7) jew l-użu ta' żvelar addizzjonali li juri li l-interessi totali tal-membri jinkludu affarijiet bħal riservi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' ekwità u strumenti puttable li ma jaqgħux (ara l-Eżempju Illustrattiv 8).

19 Jekk l-entità m’għandhiex dritt mingħajr kundizzjonijiet li tevita l-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor biex tissalda obbligazzjoni kuntrattwali, l-obbligu jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Pereżempju:

(a) restrizzjoni fuq il-kapaċità ta' entità li tissodisfa obbligu kuntrattwali, bħan-nuqqas ta' aċċess għal munita barranija jew il-bżonn li tikseb approvazzjoni għal ħlas minn awtorità regolatorja, ma tinnegax l-obbligu kuntrattwali tal-entità jew id-dritt kuntrattwali tad-detentur taħt l-istrument.

(b) obbligu kuntrattwali li hu kondizzjonali fuq li kontroparti jeżerċita d-dritt tiegħu li jifdi, hu obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-entità m'għandhiex id-dritt bla kundizzjoni li tevita li tikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor.

20 Strument finanzjarju li espliċitament ma jistabbilixix obbligu kuntrattwali biex jiġu kkunsinnati flus jew assi finanzjarju ieħor jista' jistabbilixxi obbligu indirettament permezz tat-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu. Pereżempju:

(a) strument finanzjarju jista' ikun fih obbligu mhux finanzjarju li għandu jissalda jekk, u biss jekk, l-entità tonqos li tagħmel id-distribuzzjonijiet jew li tifdi l-istrument. Jekk l-entità tista' tevita t-trasferiment ta' flus jew ta' assi finanzjarju ieħor biss billi tħallas l-obbligu mhux finanzjarju, l-istrument finanzjarju hu obbligazzjoni finanzjarja.

(b) strument finanzjarju hu obbligazzjoni finanzjarja jekk jipprovdi li mas-sald l-entità ser tikkunsinna jew:

(i) flus jew assi finanzjarju ieħor, jew

(ii) l-ishma tagħha stess li l-valur tagħhom hu ddeterminat li b'mod sostanzjali jaqbeż il-valur tal-flus jew tal-assi finanzjarju ieħor.

Għalkemm l-entità m'għandhiex l-obbligu kuntrattwali espliċitu biex tikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor, l-alternattiva tal-valur tas-sald permezz ta' ishma hu tali li l-entità ser issaldi bi flus. F'kull każ, id-detentur fis-sustanza ġie garantiit li jirċievi ammont li hu tal-anqas ugwali għal opzjoni ta' sald bi flus (ara l-paragrafu 21).

Sald bl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess (il-paragrafu 16(b))

21 Kuntratt m'huwiex strument azzjonarju biss minħabba li jista' jirriżulta fil-wasla jew fil-kunsinna tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess. Entità jista' jkollha d-dritt jew l-obbligu kuntrattwali li tirċievi jew tikkunsinna numru ta' ishma tagħha stess jew ta' strumenti oħra ta' ekwità li jvarja biex il-valur ġust tal-istumenti tal-entità stess li jridu jiġu riċevuti jew ikkunsinnati jkun ugwali għall-ammont tad-dritt jew obbligu kuntrattwali. Dan id-dritt jew obbligu kuntrattwali jista' jkun għal ammont fiss jew ammont li jvarja parzjalment jew b'mod komplet bħala rispons għal bidliet f'fattur varjabbli li mhux il-prezz tas-suq tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess (eż. rata ta' mgħax, prezz ta' prodott kummerċjali jew prezz ta' strument finanzjarju). Żewġ eżempji huma (a) kuntratt li jikkunsinna strumenti azzjonarji tal-entità stess li jiswew daqs CU100 ( 19 ), u (b) kuntratt li jikkunsinna biżżejjed strumenti azzjonarji tal-entità stess biex ikunu jiswew daqs 100 uqija deheb. Dan il-kuntratt hu obbligazzjoni finanzjarja tal-entità għalkemm l-entità għandha, jew tista', issaldah billi tikkunsinna l-istrumenti tagħha stess. Dan mhux strument azzjonarju minħabba li l-entità tuża numru varjabbli ta' strumenti azzjonarji tagħha stess bħala mezz biex issalda l-kuntratt. Għalhekk, il-kuntratt ma jurix evidenza ta' interess residwu fl-assi ta' entità wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħha stess.

22 Minbarra kif iddikjarat fil-paragrafu 22A, kuntratt li se jissalda mill-entità (li tirċievi jew) bil-kunsinna ta’ numru fiss ta’ strumenti azzjonarji tagħha stess għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor huwa strument azzjonarju. Pereżempju, ◄ opzjoni tal-ishma maħruġa li tagħti lill-kontroparti d-dritt li jixtri numru fiss ta' ishma tal-entità għal prezz fiss jew għal ammont prinċipali fiss iddikjarat ta' bond, hu strument azzjonarju. Bidliet fil-valur ġust ta' kuntratt li joriġinaw mill-varjazzjonijiet fir-rati ta' mgħax tas-suq li ma jaffettwawx l-ammont ta' flus jew ta' assi finanzjarji oħrajn li jridu jitħallsu jew jiġu rċevuti, jew in-numru ta' strumenti azzjonarji li jridu jiġu rċevuti jew jiġu kkunsinjati, mas-sald tal-kuntratt ma jipprekludix il-kuntratt milli jkun strument azzjonarju. Kull korrispettiv riċevut (bħal primjum riċevut għal opzjoni bil-miktub jew garanzija fuq l-ishma tal-entità stess) jiżdied direttament fuq l-ekwità. Kull korrispettiv mħallas (bħal primjum mħallas għal opzjoni mħallsa) jitnaqqas direttament mill-ekwità. Bidliet fil-valur ġust ta' strumenti azzjonarji m'humiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

▼M6

22A Jekk l-istrumenti azzjonarju tal-entità stess li l-entità għandha tirċievi, jew tagħti, mas-saldu tal-kuntratt huma strumenti finanzjarji puttable bil-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16A u 16B, jew strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni bil-karatteristiċi kollha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16C u 16D, il-kuntratt ikun assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Dan jinkludi kuntratt li se jissalda mill-entità li tirċievi jew li tagħti numru fiss tat-tali strumenti minflok ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor.

▼B

23 Bl-eċċezzjoni taċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, kuntratt li jinkludi obbligu fuq l-entità biex tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess għal flus jew assi finanzjarju ieħor toħloq obbligazzjoni finanzjarja għall-valur preżenti tal-ammont tal-fidi (pereżempju, għall-valur preżenti tal-prezz tax-xiri lura bil-quddiem, il-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni jew ammont ieħor tal-fidi). Dan ikun il-każ anke jekk il-kuntratt innifsu huwa strument azzjonarju. Eżempju wieħed ◄ hu l-obbligu tal-entità li tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess bi flus. ►M33  L-obbligazzjoni finanzjarja tkun rikonoxxuta inizjalment fil-(valur preżenti tal-ammont tat-tifdija), u tkun irriklassifikata mill-ekwità. ◄ Sussegwentement, l-obbligazzjoni finanzjarja hija mkejla skont l-IAS 39. Jekk il-kuntratt jiskadi mingħajr kunsinna, l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni finanzjarja hu kklassifikat mill-ġdid f'ekwità. Obbligu kuntrattwali ta' entità biex tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess jagħti lok għal obbligazzjoni finanzjarja għal valur preżenti tal-ammont mifdi, anki jekk l-obbligu ta' xiri hu marbut mal-kundizzjoni li l-kontroparti teżerċita d-dritt ta' fidi (eż. opzjoni put miktuba li tagħti l-kontroparti d-dritt li jbiegħ l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess għal prezz fiss).

24 Kuntratt li jkun ser jissalda mill-entità li tikkunsinna jew li tirċievi numru fiss tal-istrumenti azzjonarji tagħha stess bi skambju ma' ammont varjabbli ta' flus jew assi finanzjarju ieħor, hu assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Eżempju hu kuntratt li permezz tiegħu l-entità tikkunsinna 100 mill-istrumenti azzjonarji tagħha stess bi skambju ma' ammont ta' flus kkalkulat biex ikollu valur daqs 100 uqija deheb.

Dispożizzjonijiet għas-sald kontinġenti

▼M6

25 Strument finanzjarju jista’ jeħtieġ li l-entità tagħti flus jew assi finanzjarju ieħor, jew inkella li tissalda b’tali mod li jkun obbligazzjoni finanzjarju, fil-każ ta’ jew in-nuqqas ta’ avvenimenti inċerti futuri (jew fuq ir-riżultat ta’ ċirkostanzi inċerti) li huwa barra l-kontroll kemm tal-emittent kif ukoll tad-detentur tal-istrument, bħal tibdil ta’ indiċi ta’ stokk tas-suq, indiċi tal-prezz tal-konsumatur, rata tal-imgħax jew rekwiżiti tat-tassazzjoni, jew id-dħul futur, id-dħul nett jew il-proporzjon tad-dejn mal-ekwità tal-emittent. L-emittent ta' tali strument m’għandux id-dritt mingħajr kundizzjonijiet li jevita li jagħti flus jew assi finanzjarju ieħor (jew inkella jissalda b’tali mod li jkun obbligazzjoni finanzjarja). Għalhekk, ikun obbligazzjoni finanzjarja tal-emittent sakemm:

(a) il-parti tal-provvediment tas-saldu li jista’ jinqala’ li tista’ teħtieġ saldu bi flus jew b’assi finanzjarju ieħor (jew inkella b’tali mod li tkun obbligazzjoni finanzjarja) mhux ġenwina;

(b) l-emittent jista’ jkun meħtieġ isalda l-obbligu bi flus jew assi finanzjarju ieħor (jew inkella jsaldi b’tali mod li tkun obbligazzjoni finanzjarja) biss fil-każ tal-likwidazzjoni tal-emittent; jew

(ċ) l-istrument għandu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B.

▼B

Alternattivi ta' sald

26 Meta strument finanzjarju derivat jagħti parti waħda l-għażla ta' kif għandu jissalda (eż. l-emittent jew id-detentur jistgħu jagħżlu sald nett bi flus jew bi skambju ta' ishma għal flus) dan ikun assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja għajr meta kull alternattiva ta' sald tirriżulta fi strument azzjonarju.

27 Eżempju ta' strument finanzjarju derivat b'għażla ta' sald li hu obbligazzjoni finanzjarja, hu opzjoni tal-ishma li l-emittent jista' jiddeċiedi li jsalda b'mod nett bi flus jew bl-iskambju tal-ishma tiegħu stess għal flus. Hekk ukoll, xi kuntratti biex tixtri jew tbigħ prodott mhux finanzjarju bi skambju għall-istrumenti azzjonarji tal-entità stess huma fl-ambitu ta' dan l-Istandard minħabba li jistgħu jissaldu jew b'kunsinna tal-prodott mhux finanzjarju jew b'mod nett bi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor (ara l-paragrafi 8–10). Dawn il-kuntratti huma assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji u mhux strumenti azzjonarji.

Strumenti finanzjarji komposti (ara wkoll il-paragrafi AG30-AG35 u Eżempji Illustrativi 9–12)

28 L-emittent ta' strument finanzjarju mhux derivat għandu jevalwa t-termini tal-istrument finanzjarju biex jistabbilixxi jekk fihx kemm obbligazzjoni u kemm komponent ta' ekwità. Dawn il-komponenti għandhom jiġu kklassifikati separatament bħala obbligazzjonijiet finanzjarji, assi finanzjarji jew strumenti azzjonarji b'konformità mal-paragrafu 15.

29 Entità tirrikonoxxi separatament il-komponenti ta' kull strument finanzjarju li (a) joħloq obbligazzjoni finanzjarja tal-entità u (b) jipprovdi għażla lid-detentur tal-istrument biex jikkonvertih fi strument azzjonarju tal-entità. Pereżempju, bond jew strument finanzjarju simili konvertibbli mid-detentur f'numru fiss ta' ishma ordinarji tal-entità hu strument finanzjarju kompost. Mill-perspettiva tal-entità, strument finanzjarju ta' dak it-tip jikkonsisti f'żewġ komponenti: obbligazzjoni finanzjarja (arrangament kuntrattwali biex jikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor) u strument azzjonarju (opzjoni ta' xiri li tagħti lid-detentur id-dritt, għal perijodu speċifiku ta' żmien, biex jikkonvertiha f'numru fiss ta' ishma ordinarji tal-entità). L-effett ekonomiku tal-ħruġ ta' strument bħal dan hu b'mod sostanzjali l-istess dak tal-ħruġ ta' fl-istess ħin strument ta' dejn b'dispożizzjoni tas-sald bikri u garanziji għax-xiri ta' ishma ordinarji, jew il-ħruġ ta' strument ta' dejn b'garanziji ta' xiri ta' ishma li jinħallu. Għalhekk, fil-każijiet kollha, l-entità għandha tippreżenta l-komponenti ta' obbligazzjoni u tal-ekwità separatament ►M5  fir-rapport tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

30 Il-klassifikazzjoni tal-komponenti ta' obbligazzjoni u ta' ekwità ta' strument konvertibbli ma tkunx riveduta bħala riżultat ta' bidla fil-probabilità li opzjoni ta' konverżjoni tkun għandha tiġi eżerċitata, anki meta l-eżerċizzju tal-opzjoni jista' jidher li jista' jkun sar ekonomikament vantaġġuż għal xi detenturi. Id-detenturi jistgħu mhux dejjem jaġixxu bil-mod li jkun mistenni minħabba, pereżempju, li l-konsegwenzi tat-taxxa li jirriżultaw mill-konverżjoni jistgħu jvarjaw fost id-detenturi. Barra minn hekk, il-probabilità ta' konverżjoni ser tinbidel minn żmien għal żmien. L-obbligu kuntrattwali tal-entità biex isiru pagamenti futuri jibqa' pendenti sakemm jiġi eliminat permezz tal-konverżjoni, maturità tal-istrument jew xi tranżazzjoni oħra.

31 L-IAS 39 jittratta dwar il-kejl ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji. Strumenti ta' ekwità huma strumenti li juru evidenza ta' interess residwu fl-assi ta' entità wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħha. Għalhekk, meta l-ammont miżmum fil-kotba ta' strument finanzjarju kompost hu allokat għall-ekwità u l-komponenti tal-obbligazzjoni tiegħu stess, il-komponent ta' ekwità hu assenjat l-ammont residwu wara li jitnaqqas il-valur ġust tal-istrument kollu kemm hu, l-ammont stabbilit b'mod separat tal-komponent tal-obbligazzjoni. Il-valur ta' kull karatteristika tad-derivati (bħal opzjoni ta' xiri) hi mdeffsa fl-istrument finanzjarju kompost, minbarra l-komponent ta' entità (bħal opzjoni ta' konverżjoni ta' ekwità) li hi inkluża fil-komponent tal-obbligazzjoni. Is-somma tal-ammonti rikonoxxuti assenjati għall-komponenti ta' obbligazzjoni u ekwità fir-rikonoxximent inizjali hi dejjem ugwali għal valur ġust li jkun ser jiġi attribwit lill-istrument kollu kemm hu. L-ebda qligħ jew telf ma jirriżulta mir-rikonoxximent inizjali tal-komponenti tal-istrument b'mod separat fil-bidu.

32 Taħt il-metodu deskritt fil-paragrafu 31, l-emittent ta' bond konvertibbli f'ishma ordinarji l-ewwel jistabbilixxi l-ammont miżmum fil-kotba tal-komponent tal-obbligazzjoni billi jkejjel il-valur ġust ta' obbligazzjoni simili (li jinkludi l-karatteristiċi kollha mdeffsa tad-derivat li mhumiex ekwità) li m'għandhiex komponent ta' ekwità assoċjat. L-ammont miżmum fil-kotba tal-istrument azzjonarju rrappreżentat mill-opzjoni li l-istrument jiġi konvertit f'ishma ordinarji hu mbagħad iddeterminat billi jitnaqqas il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja mill-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost kollu kemm hu.

Ishma tat-teżor (ara wkoll il-paragrafu AG36)

33 Jekk entità takkwista mill-ġdid l-istrumenti azzjonarji tagħha stess, dawk l-istrumenti (ishma tat-teżor) għandhom jiġu mnaqqsa mill-ekwità. L-ebda qligħ jew telf m'għandu jiġi rikonoxxut bħala profitt jew telf max-xiri, il-bejgħ, il-ħruġ jew il-kanċellazzjoni tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess. Ishma tat-teżor bħal dawn jistgħu jinkisbu u jinżammu mill-entità jew minn membri oħra tal-grupp konsolidat. Korrispettiv imħallas jew irċevut għandu jiġi rrikonoxxut direttament b'ekwità.

34 L-ammont ta' ishma tat-teżor miżmuma hu żvelat separatament jew ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ jew fin-noti, b'konformità mal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji. Entità għandha tipprovdi żvelar b'konformità mal-IAS 24 Żvelar fuq Partijiet Relatati jekk l-entità takkwista mill-ġdid l-istrumenti azzjonarji tagħha stess mingħand il-partijiet relatati.

Mgħax, dividendi, telf u qligħ (ara wkoll il-paragrafu AG37)

▼M36

35   Imgħax, dividendi, telf u qligħ li huma relatati ma' strument finanzjarju jew komponent li hu obbligazzjoni finanzjarja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala introjtu jew kost fir-rapport tal-profitt jew it-telf. Distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji għandhom ikunu rikonoxxuti mill-entità direttament f'ekwità. Kosti tat-tranżazzjonijiet ta' tranżazzjoni ta 'ekwità għandhom jiġu kontabilizzati bħala tnaqqis fl-ekwità.

▼M36

35A Taxxa fuq l-introjtu relatata mad-distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strument azzjonarju u għal kosti tat-tranżazzjoni ta’ tranżazzjoni ta' ekwità għandhom jiġu kontabilizzati skont l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul.

▼B

36 Il-klassifikazzjoni ta' strument finanzjarju bħala obbligazzjoni finanzjarja jew bħala strument azzjonarju jistabbilixxi jekk l-imgħax, dividendi, telf jew qligħ relatat ma' dak l-istrument humiex rikonoxxuti bħala introjtu jew spejjeż fil-profitt jew it-telf. Għalhekk, ħlasijiet ta' dividendi fuq ishma li huma rikonoxxuti b'mod sħiħ bħala obbligazzjonijiet huma rikonoxxuti bħala kosti bl-istess mod bħal imgħax fuq bond. Bl-istess mod, qligħ u telf assoċjati mal-fidi jew il-finanzjamenti mill-ġdid ta' obbligazzjonijiet finanzjarji huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf, billi l-fidi u l-finanzjamenti mill-ġdid ta' strumenti finanzjarji huma rikonoxxuti bħala bidliet fl-ekwità. Bidliet fil-valur ġust ta' strumenti azzjonarji mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

▼M36

37 Entità tipikament iġġarrab kosti varji fil-ħruġ jew fl-akkwist tal-istrumenti azzjonarji tagħha stess. Dawk il-kosti jistgħu jinkludu spejjeż ta' reġistrazzjoni u tariffi regolatorji oħrajn, ammonti mħallsa lil konsulenti legali, kontabilisti u professjonisti oħrajn, kosti tal-istampar u taxxi tal-bolla. Il-kosti tat-tranżazzjonijiet ta' tranżazzjoni ta' ekwità huma kontabilizzati bħala tnaqqis mill-ekwità sal-punt li huma kosti inkrementali direttament attribwibbli għat-tranżazzjoni ta' ekwità li, li kieku ma kinux, kienu jiġu evitati. Il-kosti ta' tranżazzjoni ta' ekwità li hi abbandunata huma rikonoxxuti bħala spiża.

▼B

38 Kosti tat-tranżazzjoni relatati mal-ħruġ ta' strument finanzjarju kompost huma allokati lill-komponenti ta' obbligazzjoni u ta' ekwità tal-istrument fi proporzjon mal-allokazzjoni tar-rikavat. Kosti tat-tranżazzjoni li jirrelataw b'mod konġunt għal aktar minn tranżazzjoni waħda (pereżempju, kosti ta' offerta fl-istess ħin ta' xi ishma u registrazzjoni fil-borza ta' xi ishma oħrajn) huma allokati għal dawk it-tranżazzjonijiet li jużaw bażi ta' allokazzjoni li hi razzjonali u konsistenti ma tranżazzjonijiet simili.

▼M36

39 L-ammont tal-kosti ta’ tranżazzjoni kontabilizzati bħala tnaqqis mill-ekwità fil-perjodu għandu jiġi divulgat separatament f’konformità mal-IAS 1.

▼M31

40 Id-dividendi kklassifikati bħala spiża jistgħu jiġu ppreżentati fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u tal-introjtu komprensiv ieħor jew mal-imgħax fuq obbligazzjonijiet oħra jew bħala entrata separata. Minbarra r-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard, id-divulgazzjoni ta’ imgħax u dividendi hija soġġetta għar-rekwiżiti tal-IAS 1 u l-IFRS 7. F'xi ċirkustanzi, minħabba d-differenzi bejn l-imgħax u dividendi relatati ma' materji bħad-deduċibbiltà mit-taxxa, ikun preferibbli li dawn jiġu ddivulgati separatament fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u tal-introjtu komprensiv ieħor. Divulgazzjonijiet dwar l-effetti tat-taxxa jsiru b'konformità mal-IAS 12.

▼B

41 Qligħ u telf relatati ma' bidliet fl-ammont miżmum fil-kotba ta' obbligazzjoni finanzjarja huma rikonoxxuti bħala introjtu jew spiża fil-profitt jew telf anki meta dawn jirrelataw ma' strument li jinkludi d-dritt ta' interess residwu fl-assi tal-entità bi skambju ma' flus jew assi finanzjarju ieħor (ara l-paragrafu 18(b)). Taħt l-IAS 1 l-entità tippreżenta kull qligħ jew telf li jirriżulta mill-kejl mill-ġdid strument bħal dan separatament ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu meta jkun rilevanti biex jispjega r-riżultati finanzjarji tal-entità.

It-tpaċija ta' assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja (ara wkoll il-paragrafi AG38 u AG39)

42 Assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja għandhom jitpaċu u l-ammont nett ippreżentat ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ meta, u biss meta, entità:

(a) attwalment għandha dritt infurzat legalment li tistabbilixxi l-ammonti rikonoxxuti; u

(b) qed taħseb jew li ssalda fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni fl-istess ħin.

Biex jiġi rrappurtat trasferiment ta' assi finanzjarju li ma jikkwalifikax għall-irtirar tar-rikonoxximent, l-entità m'għandhiex tpaċi l-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata (ara l-IAS 39, il-paragrafu 36).

▼M34

43 Dan l-Istandard jeħtieġ il-preżentazzjoni ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq bażi netta, li meta dan iseħħ jirrifletti l-flussi futuri tal-flus mistennija ta’ entità mis-saldu ta’ żewġ strumenti finanzjarji separati jew aktar. Meta entità għandha d-dritt li tirċievi jew tħallas ammont wieħed b'mod nett u qed taħseb li tagħmel dan, għandha fil-fatt biss assi finanzjarju wieħed jew obbligazzjoni finanzjarja waħda. F'ċirkustanzi oħra, assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji huma ppreżentati separatament minn xulxin, b'mod konsistenti mal-karatteristiċi tagħhom bħala riżorsi jew obbligi tal-entità. Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 13B-13E tal-IFRS 7 għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li jkunu fl-ambitu tal-paragrafu 13A tal-IFRS 7.

▼B

44 It-tpaċija ta' assi finanzjarju rikonoxxut u ta' obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuta u l-mod tal-preżentazzjoni tal-ammonti netti jvarjaw mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Għalkemm it-tpaċija ma tagħtix lok għal rikonoxximent ta' qligħ jew telf, in-nuqqas ta' rtirar tar-rikonoxximent ta' strument finanzjarju mhux biss jirriżulta fit-tneħħija tal-prodott li kien miżmum fil-kotba qabel minn ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ◄ iżda jista' jirriżulta wkoll fir-rikonoxximent ta' qligħ jew telf.

45 Dritt ta' tpaċija hu dritt legali tad-debitur, b'kuntratt jew b'mod ieħor, biex isalda jew jelimina b'mod ieħor, porzjon jew l-ammont kollu mill-ammont dovut lill-kreditur billi japplika kontra dak l-ammont, ammont dovut mill-kreditur. F'ċirkustanzi mhux tas-soltu, debitur jista' jkollu dritt legali biex japplika ammont dovut minn terża parti kontra l-ammont dovut minn kreditur kemm-il darba jkun hemm ftehim bejn it-tliet partijiet li jiddetermina b'mod ċar id-dritt tad-debitur li jpaċi. Minħabba li d-dritt ta' tpaċija hu dritt legali, il-kondizzjonijiet li jsostnu d-dritt jistgħu jvarjaw minn ġurisdizzjoni legali għal oħra u l-liġijiet applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-partijiet jeħtieġ li jiġu kkunsidrati.

46 L-eżistenza ta' dritt li jista' jiġi infurzat biex assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja jiġu kkumpensati, jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi assoċjati ma' assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja u jista' jaffettwa l-espożizzjoni ta' entità għar-riskju fuq il-kreditu u ta' likwidità. Madankollu, l-eżistenza tad-dritt, minnu nnifsu, mhix bażi biżżejjed għat-tpaċija. Fl-assenza ta' intenzjoni li jiġi eżerċitat id-dritt jew li jissalda fl-istess ħin, l-ammont u l-għażla taż-żmien tal-flussi futuri tal-flus tal-entità ma jkunux affettwati. Meta entità tkun qed taħseb li teżerċita d-dritt jew ssalda fl-istess ħin, il-preżentazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet fuq bażi netta tirrifletti b'mod aktar xieraq l-ammonti u l-għażla taż-żmien tal-flussi futuri tal-flus, kif ukoll ir-riskji li għalihom dawk il-flussi tal-flus ikunu esposti. Intenzjoni minn parti waħda jew miż-żewġ partijiet biex isaldu fuq bażi netta mingħajr id-dritt legali biex isir hekk mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika t-tpaċija minħabba li d-drittijiet u l-obbligi assoċjati mal-assi finanzjarju individwali u l-obbligi finanzjarja jibqgħu intatti.

47 L-intenzjonijiet ta' entità relatati ma' sald ta' assi u obbligazzjonijiet partikulari jistgħu jiġu influwenzati bil-prattiċi normali tan-negozju tagħha stess, ir-rekwiżiti tas-swieq finanzjarji u ċirkustanzi oħrajn li jistgħu jillimitaw l-kapaċità ta' sald b'mod nett jew ta' sald fl-istess ħin. Meta entità għandha dritt ta' tpaċija, iżda ma tkunx trid li ssalda b'mod nett jew tillikwida l-assi u ssalda l-obbligazzjoni fl-istess ħin, l-effett ta' dan id-dritt fuq l-espożizzjoni tar-riskju ta' kreditu tal-entità għandu jiġi żvelat skont il-paragrafu 36 tal-IFRS 7.

48 Is-sald simultanju ta' żewġ strumenti finanzjarji jista' jseħħ permezz, pereżempju, tal-ħidma ta' stabbilitment tar-rilaxx (clearing house) f'suq finanzjarju organizzat jew skambju li jsir wiċċ imb'wiċċ. F'dawn iċ-ċirkustanzi l-flussi tal-flus huma, fil-fatt, ekwivalenti għal ammont nett wieħed u m'hemmx espożizzjoni għar-riskju fuq il-kreditu jew ta' likwidità. F'ċirkustanzi oħra, entità tista' ssalda żewġ strumenti billi tirċievi u tħallas ammonti separati, u ssir esposta għal riskju fuq il-kreditu għall-ammont sħiħ tal-assi jew għar-riskju ta' likwidità għall-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni. Dawn l-espożizzjonijiet għar-riskju jistgħu jkunu sinifikanti anki jekk relattivament qosra. Għalhekk, ir-realizzazzjoni ta' assi finanzjarju u s-sald ta' obbligazzjoni finanzjarja huma ittrattati bħala li jsiru fl-istess ħin biss meta t-tranżazzjonijiet isiru fl-istess ħin.

49 Il-kondizzjonijiet iddeterminati fil-paragrafu 42 mhumiex ġeneralment issodisfati u t-tpaċija ġeneralment ma tkunx f'waqtha meta:

(a) diversi strumenti finanzjarji differenti jintużaw biex jimitaw il-karatteristiċi ta' strument finanzjarju wieħed (“strument sintetiku”);

(b) assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji joriġinaw minn strumenti finanzjarji li għandhom l-istess riskju ta' espożizzjoni primarju (pereżempju, assi u obbligazzjonijiet f'portafoll ta' kuntratti bil-quddiem jew strumenti derivati oħrajn) iżda li jinvolvu partijiet oħra differenti;

(c) assi finanzjarji jew assi oħrajn b'rahan bħala kollateral għal obbligazzjonijiet finanzjarji li ma jistax isir rikors għalihom;

(d) assi finanzjarji huma mwarrba f'fond fiduċjarju minn debitur għall-iskop biex jitħallas obbligu mingħajr ma' dawk l-assi kienu aċċettati mill-kreditur bħala sald għall-obbligu (pereżempju, arranġament b'fond b'ammortizzament progressiv); jew

(e) obbligi li saru bħala riżultat ta' avvenimenti li jwasslu għal telf huma mistennija li jiġu rkuprati minn terza parti permezz ta' talba magħmula taħt kuntratt tal-assigurazzjoni.

50 Entità li tidħol għal numru ta' tranżazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji ma' kontroparti waħda tista' tidħol għal “arranġament ta' sald uniku nett” ma' dak il-kontroparti. Ftehim bħal dan jipprovdi għal sald nett wieħed għall-istrumenti finanzjarji kollha koperti b'dan il-ftehim fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas fuq, jew it-tmiem ta', xi wieħed mill-kuntratti. Dawn l-arranġamenti huma użati b'mod komuni minn istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu protezzjoni kontra telf fil-każ ta' falliment jew ċirkustanzi oħrajn li jirriżultaw fil-kontroparti li ma jistax jissodisfa l-obbligi tiegħu. Arranġament ta' sald uniku nett komunement joħloq dritt għal tpaċija li jsir li jista' jiġi infurzat u jaffettwa r-realizzazzjoni jew ħlas ta' assi finanzjarji individwali u obbligazzjonijiet finanzjarji biss wara xi avveniment speċifiku ta' falliment jew f'ċirkustanzi oħrajn mhux mistennija li jinħolqu fil-kors normali tan-negozju. Arranġament ta' sald uniku nett ma jipprovdix bażi għat-tpaċija għajr meta ż-żewġ kriterji fil-paragrafu 42 ikunu ssodisfati. Meta l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji soġġetti għal arranġament ta' sald uniku nett ma jkunux paċuti, l-effett tal-arranġament fuq l-espożizzjoni għal riskju ta' kreditu ta' entità għandu jiġi żvelat skont il-paragrafu 36 tal-IFRS 7.

ŻVELAR

51–95 [Imħassra]

▼M8

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

▼B

96 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew qabel. Applikazzjoni aktar bikrija hi inkorraġita. Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2005 ħlief jekk tapplika wkoll l-IAS 39 (maħruġ f'Diċembru 2003), inklużi l-emendi maħruġa f'Marzu 2004. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M6

96A  Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, teħtieġ li strumenti finanzjarji li għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D ikunu kklassifikati bħala strument azzjonarju, emendat il-paragrafi 11, 16, 17–19, 22, 23, 25, AG13, AG14 u AG27, u daħħlet il-paragrafi 16A–16F, 22A, 96B, 96C, 97C, AG14A–AG14J u AG29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-bidliet għal perjodu aktar qabel, għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika l-emendi relatati tal-IAS 1, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRIC 2 fl-istess żmien.

96B  Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni introduċiet eċċezzjoni għall-ambitu limitat; għalhekk, entità m’għandhiex tapplika l-eċċezzjoni b’analoġija.

96C Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti taħt din l-eċċezzjoni għandhom ikunu ristretti għall-kontabilità ta’ tali strument taħt l-IAS 1, l-IAS 32, l-IAS 39 u l-IFRS 7. L-istrument ma jitqiesx strument azzjoni taħt gwida oħra, pereżempju l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma.

▼B

97 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat b'mod retrospettiv.

▼M5

97A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 40. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M29

97B L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 4(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal rapporti annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jkun inħoloq minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

▼M6

97C Meta tapplika l-emendi deskritti fil-paragrafu 96A, entità meħtieġa taqsam strument finanzjarju compost bl-obbligu li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni f’komponenti separati ta’ obbligazzjonijiet u ta’ ekwità. Jekk il-komponent tal-obbligazzjoni m’għadux dovut, applikazzjoni retrospettiva ta’ dawk l-emendi għall-IAS 32 tkun tinvolvi s-separazzjoni taż-żewġ komponenti tal-ekwità. L-ewwel komponent ikun fil-qligħ imfaddal u jirrappreżenta l-imgħax kumulattiv akkreditat fuq il-komponent tal-obbligazzjoni. Il-komponent l-ieħor ikun jirrappreżenta l-komponent oriġinali tal-ekwità. Għalhekk, entità m’għandhiex bżonn tissepara ż-żewġ komponenti jekk il-komponent tal-obbligazzjoni m’għadux dovut fid-data tal-applikazzjoni tal-emendi.

▼M8

97D Il-paragrafu 4 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika għal perjodu aktar qabel l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7, l-ewwel paragrafu tal-IAS 28 u l-ewwel paragrafu tal-IAS 32 maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv.

▼M21

97E Il-paragrafi 11 u 16 ġew emendati permezz tal-Klassifikazzjoni tal-Ħruġ tal-Ishma bi Dritt maħruġa f'Ottubru 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Frar 2010 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M29

97G Il-paragrafu 97B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

▼M32

97I L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4(a) u AG29. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

97J L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 11 u emenda l-paragrafi 23 u AG31. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

97K  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 40. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼M34

97L  Tpaċija ta’ Assi Finanzjarji u Obbligazzjonijiet Finanzjarji (Emendi għall-IAS 32), maħruġ f'Diċembru 2011, ħassar il-paragrafu AG38 u żied il-paragrafi AG38A–AG38F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi retrospettivament. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk tapplika dawk l-emendi għal data qabel, entità għandha tiddivulga dak il-fatt u tagħmel ukoll id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont Divulgazzjonijiet-Tpaċija ta’ Assi Finanzjarji u Obbligazzjonijiet Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Diċembru 2011.

▼M36

97M  Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafi 35, 37 u 39 u żied il-paragrafu 35A. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M38

97N  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼B

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

98 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Żvelar u Preżentazzjoni rivedut fis-sena 2000 ( 20 ).

99 Dan l-Istandard jieħu post dawn l-interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a) is-SIC5 Klassifikazzjoni ta' Strumenti Finanzjarji – Dispożizzjonijiet għal sald kontinġenti;

(b) is-SIC16 Kapital Azzjonarju — Strumenti ta' Ekwità tal-Entità Stess Akkwistati mill-Ġdid (Ishma tat-Teżor); u

(c) is-SIC17 Ekwità — Kosti ta' Tranżazzjoni ta' Ekwità.

100 Dan l-Istandard jirtira l-abbozz tal-Interpretazzjoni D34 tas-SIC Strumenti Finanzjarji — Strumenti jew Drittijiet li Jistgħu Jinfdew mid-Detentur.




Appendiċi

GWIDA DWAR L-APPLIKAZZJONI

IAS 32.Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-Istandard.

AG1 Din il-Gwida tal-Applikazzjoni tispjega l-applikazzjoni ta' ċertu aspetti tal-Istandard.

AG2 L-Istandard ma jikkonċernax ir-rikonoxximent jew kejl ta' strumenti finanzjarji. Ir-rekwiżiti dwar ir-rikonoxximent u l-kejl ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji huma deskritti fl-IAS 39.

DEFINIZZJONIJIET (IL-PARAGRAFI 11–14)

Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

AG3 Il-munita (flus) hi assi finanzjarju minħabba li tirrappreżenta mezz ta' kambju u għalhekk hi l-bażi li fuqha t-tranżazzjonijiet kollha huma mkejla u miżmum fil-kotba fir-rapporti finanzjarji. Depożitu ta' flus f'bank jew f'istituzzjoni finanzjarja simili hu assi finanzjarju billi jirrappreżenta d-dritt kuntrattwali tad-depożitur biex jakkwista flus mill-istituzzjoni jew biex jikteb ċekk jew strument simili kontra l-bilanċ, lill-kreditur bħala ħlas ta' obbligazzjoni finanzjarja.

AG4 Eżempji komuni ta' assi finanzjarji li jirrappreżentaw dritt kuntrattwali biex jiġu riċevuti flus fil-futur u obbligazzjonijiet finanzjarji korrispondenti li jirrappreżentaw obbligu kuntrattwali biex jiġu kkunsinnati flus fil-futur huma:

(a) kontijiet tad-debituri u kredituri tal-kummerċ;

(b) noti ta' debituri u kredituri;

(ċ) self riċevibbli u pagabbli; u

(d)  bonds riċevibbli u pagabbli.

F'kull każ, dritt kuntrattwali ta' parti waħda biex tirċievi (jew obbligu biex tħallas) flus titqabbel minn obbligu korrispondenti tal-parti l-oħra biex tħallas (jew dritt li tirċievi).

AG5 Tip ieħor ta' strument finanzjarju hu wieħed fejn il-benefiċċju ekonomiku li għandu jiġi rċevut jew mogħti, hu assi finanzjarju li mhuwiex flus. Pereżempju, nota pagabbli f'bonds tal-gvern tagħti lid-detentur id-dritt kuntrattwali li jirċievi u lill-emittent l-obbligu kuntrattwali biex jikkunsinna bonds tal-gvern, mhux flus. Il-bonds huma assi finanzjarji minħabba li jirrappreżentaw obbligi tal-gvern emittenti biex iħallas bi flus. In-nota hi, għalhekk, assi finanzjarju tad-detentur tan-nota, u obbligazzjoni finanzjarja tal-emittent tan-nota.

AG6 Strumenti tad-dejn “perpetwi” (bħal bonds“perpetwi”, bonds b'obbligazzjoni u noti kapitali) ġeneralment jipprovdu lid-detentur bid-dritt kuntrattwali li jirċievi ħlasijiet fuq il-kont b'imgħax f'dati ddeterminati li jestendu fil-futur indefinit, jew mingħajr dritt li jirċievi ritorn tal-ammont kapital jew bi dritt għal ritorn tal-ammont kapital taħt termini li jagħmluha improbabbli ħafna jew lil hinn ħafna fil-futur. Pereżempju, entità tista' toħroġ strument finanzjarju li jeħtieġ li hi tagħmel pagamenti annwali għal dejjem li jkunu ugwali għal rata ddikjarata ta' mgħax ta' 8 fil-mija applikata għal-livell ugwali ddikjarat jew ammont kapitali ta' CU1 000 ( 21 ). Jekk wieħed jassumi li 8 fil-mija hi r-rata tas-suq fuq l-imgħax għall-istrument meta nħareġ, l-emittent jassumi obbligu kuntrattwali biex jagħmel sensiela ta' pagamenti ta' mgħax fil-futur li għandhom valur ġust (valur preżenti) ta' CU1 000fuq ir-rikonoxximent inizjali. Id-detentur u l-emittent tal-istrument għandhom assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja rispettivament.

AG7 Dritt kuntrattwali jew obbligu kuntrattwali biex tirċievi, tikkunsinna jew tiskambja strumenti finanzjarji hu minnu nnifsu strument finanzjarju. Katina ta' drittijiet kuntrattwali jew obbligi kuntrattwali tissodisfa d-definizzjoni ta' strument finanzjarju jekk fl-aħħar mill-aħħar twassal għal irċevuta jew ħlas fi flus jew għall-akkwist jew il-ħruġ ta' strument azzjonarju.

AG8 Il-kapaċità li jiġi eżerċitat dritt kuntrattwali jew il-bżonn li jiġi ssodisfat obbligu kuntrattwali jistgħu jkunu assoluti, jew jistgħu jkunu kontinġenti fuq is-seħħ ta' avveniment fil-futur. Pereżempju, garanzija finanzjarja hi dritt kuntrattwali tas-sellief biex jirċievi flus mingħand il-garanti, u obbligu kuntrattwali korrispondenti tal-garanti biex iħallas lis-sellief, jekk min jissellef jonqos milli jħallas. Id-dritt u l-obbligu kuntrattwali jeżistu minħabba tranżazzjoni li seħħet fil-passat jew avveniment (preżunzjoni tal-garanzija), anki jekk il-ħila tas-sellief biex jeżerċita d-dritt tiegħu u l-ħtieġa tal-garanti biex iħallas taħt l-obbligu tagħha, huma t-tnejn kontinġenti fuq att futur ta' nuqqas ta' ħlas mis-sellief. Dritt u obbligu kontinġenti jissodisfaw id-definizzjoni ta' assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja, anki jekk assi u obbligazzjonijiet bħal dawn m'humiex dejjem miżmum fil-kotba fir-rapporti finanzjarji. Xi wħud minn dawn id-drittijiet u obbligi kontinġenti jistgħu jkunu kuntratti tal-assigurazzjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 4.

AG9 Taħt l-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri kiri finanzjarju hu kkunsidrat prinċipalment bħala jedd tas-sid biex jirċievi, u obbligu tal-kerrej biex iħallas, sensiela ta' ħlasijiet li huma b'mod sostanzjali l-istess bħal ħlasijiet mħallta ta' kapital u mgħax taħt ftehim ta' self fiss. Is-sid jirrapporta l-investiment tiegħu fl-ammont riċevibbli taħt il-kuntratt tal-kiri, minflok taħt l-assi mikri stess. Kiri operattiv, mill-banda l-oħra, hu kkunsidrat prinċipalment bħala kuntratt mhux komplet li jorbot lis-sid biex jipprovdi l-użu ta' assi f'perijodi kuntratti futures bi skambju għal korrispettiv simili għal miżata għal servizz. Is-sid jibqa' jirrapporta l-assi mikri nnifsu minflok kull ammont riċevibbli fil-futur taħt il-kuntratt. Għalhekk, kiri finanazjarju hu kkunsidrat bħala strument finanzjarju u kuntratt ta' kiri tal-operat m'huwiex ikkunsidrat bħala strument finanzjarju (ħlief għal dak li jirrigwarda ħlasijiet individwali attwalment dovuti u pagabbli).

AG10 Assi fiżiċi (bħal inventarji, proprjetà, impjanti u tagħmir) assi mikrija u assi intanġibbli (bħal patenti u marki reġistrati) mhumiex assi finanzjarji. Il-kontroll ta' assi fiżiċi u intanġibbli bħal dawn joħolqu opportunità biex jiġi ġġennerat influss ta' flus jew assi finanzjarju ieħor, iżda ma jagħtix lok għal dritt preżenti biex jiġu riċevuti flus jew assi finanzjarju ieħor.

AG11 Assi (bħal kosti mħallsin minn qabel) li għalihom il-benefiċċju ekonomiku fil-futur hu r-riċevuta ta' prodotti jew servizzi, aktar milli d-dritt tar-riċevuta ta' flus jew assi finanzjarju ieħor, mhumiex assi finanzjarji. Hekk ukoll, entrati bħal dħul differit u l-biċċa l-kbira ta' garanziji obbligatorji mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji minħabba li l-ħruġ ta' benefiċċji ekonomiċi assoċjat magħhom, hu l-kunsinna ta' prodotti u servizzi, aktar milli l-obbligu kuntrattwali biex tħallas flus jew assi finanzjarju ieħor.

AG12 Obbligazzjonijiet jew assi li mhumiex kuntrattwali (bħal taxxi fuq id-dħul li huma maħluqa bħala riżultat ta' rekwiżiti statutorji imposti mill-gvern) mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji jew assi finanzjarji. Il-kontabilità ta' taxxi fuq id-dħul hija indirizzata fl-IAS 12. B'mod simili, obbligi kostruttivi, kif definiti fl-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, ma joriġinawx minn kuntratti u mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji.

Strumenti azzjonarji

▼M6

AG13 paragrafi 16A u 16B), xi strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni (ara l-paragrafi 16C u 16D), xi tipi ta’ ishma privileġġati (ara l-paragrafi AG25 u AG26), u ċertifikati jew opzjonijiet miktubin ta’ xiri li jippermetti li d-detentur jabbona għal jew jixtri numru fiss ta’ ishma ordinarji mhux puttable fl-entità li qed toħroġ l-istrument minflok numru fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor. Obbligu fuq l-entità biex toħroġ jew tixtri numru fiss ta’ strumenti azzjonarji tagħha stess għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor huwa strument azzjonarju tal-entità (minbarra kif dikjarat fil-paragrafu 22A). Madankollu, jekk it-tali kuntratt fih obbligu fuq l-entità biex tħallas flus jew assi finanzjarju ieħor (minbarra għal kuntratt ikklassifikat bħala ekwità skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D), toħloq ukoll obbigazzjoni għall-valur preżent tal-ammont ta’ fidi (ara l-paragrafu AG (a)). Emittent ta' ishma ordinarji mhux puttable jassumi obbligazzjoni meta formalment jaġixxi biex jagħmel distribuzzjoni u jsir legalment obbligat lejn l-azzjonisti biex jagħmel dan. Dan jista’ jkun il-każ wara d-dikjarazzjoni ta’ dividend jew meta l-entità qed tiġi stralċjata u kull assi li jibqa’ wara li jistħallsu l-obbligazzjonijiet ikunu distributibbli lill-azzjonisti.

AG14 Opzjoni mixtri ta’ xiri jew kuntratt ieħor simili akkwistat mill-entità li jagħtiha d-dritt li terġa’ takkwista numru fiss ta’ strumenti azzjonarji tagħha stess bil-kambju tal-kunsinna ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor m’huwiex assi finanzjarju tal-entità (minbarra kif dikjarat fil-paragrafu 22A). Minflok, kull kunsiderazzjoni mħallsa għat-tali kuntratt titnaqqas mill-ekwità.

▼M6

Il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha (il-paragrafi 16A(b) u 16C(b))

AG14A Wieħed mill-karatteristiċi tal-paragrafi 16A u 16C huwa li l-istrument finanzjarju qiegħed fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

AG14B Fl-istabbiliment jekk strument huwiex fil-klassi subordinata, entità tivvaluta t-talba tal-istrument fuq il-likwidazzjoni daqs li kieku kienet se tillikwida fid-data meta tikklassifika l-istrument. L-entità għandha terġa’ teżamina l-klassifikazzjoni jekk ikun bidla fiċ-ċirkostanzi relevanti. Pereżempju, jekk l-entità toħroġ jew tifdi strument finanzjarju ieħor, dan jista’ jaffettwa jekk l-istrument in kwestjoni huwiex fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

AG14C Strument li għandu dritt preferenzjali mal-likwidazzjoni tal-entità m’huwiex strument b’intitolament ta’ parti prorata mill-assi netti tal-entità. Pereżempju, strument għandu dritt preferenzjali fuq il-likwidazzjoni jekk jintitola d-detentur għal dividend fiss mal-likwidazzjoni, flimkien ma’ parti mill-assi netti tal-entità, meta strumenti oħrajn fil-klassi subordinata bid-dritt għal parti prorata tal-assi netti tal-entità m’għandhomx l-istess dritt mal-likwidazzjoni.

AG14D Jekk entità għandha klassi waħda biss ta’ strumenti finanzjarji, dik il-klassi għandha tkun ittrattata daqs li kieku kienet subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

Fluss totali mistenni tal-flus attribwiti għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument (il-paragrafu 16A(e))

AG14E Il-fluss totali mistenni tal-flus tal-istrument tul il-ħajja tal-istrument irid ikun ibbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità tul il-ħajja tal-istrument. Il-profitt jew telf u t-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti għandhom jitkejlu skont l-IFRSs relevanti.

Tranżazzjonijiet li jidħol fihom detentur ta' strument minbarra bħala sid tal-entità (il-paragrafi 16A u 16C)

AG14F Id-detentur ta’ strument finanzjarju puttable jew strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni jista’ jidħol fi tranżazzjonijiet mal-entità fi rwol minbarra dak ta’ sid. Pereżempju, detentur ta’ strument jista' jkun ukoll impjegat tal-entità. Il-fluss tal-flus u t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-istrument biss li jirrelataw mad-detentur ta’ strument bħala sid tal-entità għandhom ikunu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta’ jekk l-istrument ikunx ikklassifikat bħala ekwità taħt il-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C.

AG14G Eżempju huwa soċjetà limitata li għandha soċi limitati u ġenerali. Xi soċi ġenerali jistgħu jipprovdu garanzija lill-entità u jistgħu jkunu renumerati talli jipprovdu dik il-garanzija. F’dawn is-sitwazzjonijiet, il-garanzija u l-fluss tal-flus assoċjat jirrelataw mad-detenturi tal-istrument fl-irwol tagħhom bħala garanturi u mhux fl-irwoli tagħhom bħala sidien tal-entità. Għalhekk, din il-garanzija u l-fluss tal-flus assoċjat ma jirriżultax li s-soċi ġenerali jitqiesu subordinati mas-soċi limitati, u ma jkunux ikkunsidrati fil-valutazzjoni jekk it-termini kuntrattwali tal-istrumenti tas-soċjetà limitata u l-istrumenti tas-soċjetà ġenerali humiex identiċi.

AG14H Eżempju ieħor huwa l-arranġament tal-qsim tal-profitt jew telf li jalloka profitt jew telf lid-detenturi tal-istrument fuq il-bażi tas-servizzi mogħtija jew in-negozju ġġenerat matul is-snien kurrenti u ta’ qabel. Dawn l-arranġamenti huma tranżazzjonijiet ma’ detenturi tal-istrumenti fl-irwol tagħhom mhux ta’ sidien u m’għandhomx ikunu kkunsidrati meta l-karatteristiċi mniżżlin fil-paragrafu 16A jew fil-paragrafu 16C jkunu vvalutati. Madankollu, l-arranġamenti tal-profitt jew telf li jallokaw profitt jew telf lid-detenturi tal-istrument ibbażat fuq l-ammont nominali tal-istrumenti b’relazzjoni ma’ oħrajn fil-klassi jirrappreżentaw tranżazzjonijiet mad-detenturi tal-istrument fl-irwol tagħhom bħala sidien u għandhom ikunu kkunsidrati meta l-karatteristiċi mniżżlin fil-paragrafu 16A jew fil-paragrafu 16C jkunu vvalutati.

AG14I Il-fluss tal-flus u t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ tranżazzjoni bejn detentur ta’ strument (fl-irwol mhux ta’ sid) u l-entità li toħroġ l-istrument iridu jkunu simili għal tranżazzjonijiet ekwivalenti li tista’ ssir bejn detentur mhux ta' strument u l-entità li toħroġ l-istrument.

L-ebda strument finanzjarju ieħor jew kuntratt bi fluss totali ta’ flus li sostanzjalment jirranġa jew jirrestrinġi r-redditu residwu tad-detentur tal-istrument (il-paragrafi 16B u 16D)

AG14J Kundizzjoni biex ekwità tkun ikklassifikata bħala strument finanzjarju li b’mod ieħor tissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C hija li l-entità m’għandha l-ebda strument finazjarju ieħor jew kuntratt li għandu (a) flussi totali tal-flus ibbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew it-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità u (b) l-effett tar-restrizzjoni jew l-arranġament sostanzjali tar-redditu residwu. L-istrumenti li ġejjin, meta jkunu nnegozjati b’termini kummerċjali normali ma’ partijiet mhux relatati, mhux probabbli li jipprevenu l-istrumenti li kieku kienu jissodisfaw il-kriterji taħt il-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C milli jkunu kklassifikati bħala ekwità:

(a) strumenti bi fluss totali tal-flus ibbażat b’mod sostanzjali fuq assi speċifiċi tal-entità.

(b) strumenti bi fluss totali tal-flus ibbażat fuq il-persentaġġ tad-dħul.

(ċ) kuntratti ddisinjati biex jippremjaw impjegati individwali għas-servizzi mogħtija lill-entità.

(d) kuntratti li jeħtieġu l-ħlas ta’ persentaġġ insinifikanti tal-profitt għal servizzi mogħtija jew oġġetti pprovduti.

▼B

Strumenti finanzjarji derivati

AG15 Strumenti finanzjarji jinkludu strumenti primarji (bħal debituri, kredituri u strumenti finanzjarji) u strumenti finanzjarji derivati (bħal opzjonijiet finanzjarji, kuntratti futures u kuntratti miftiehma bil-quddiem (forwards), tpartit tar-rata tal-imgħax u tpartit tal-munita). Strumenti finanzjarji derivati jissodisfaw id-definizzjoni ta' strument finanzjarju u, għalhekk, huma fl-ambitu ta' dan l-Istandard.

AG16 Strumenti finanzjarji derivati joħolqu drittijiet u obbligi li għandhom l-effett li jittrasferrixxu bejn il-partijiet li għandhom sehem mill-istrument, wieħed jew aktar mir-riskji finanzjarji inerenti fi strument finanzjarju primarju prinċipali. Malli jinħolqu, strumenti finanzjarji derivati jagħtu lil parti waħda d-dritt kuntrattwali li tiskambja assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma' parti oħra taħt kondizzjonijiet li huma potenzjalment favorevoli, jew obbligu kuntrattwali biex tiskambja assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma' parti oħra taħt kondizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli. Madankollu, huma ġeneralment ( 22 ) ma jirriżultawx fi trasferiment tal-istrument finanzjarju prinċipali mal-ħolqien tal-kuntratt, u mhux bilfors li trasferiment bħal dan iseħħ fid-data tal-maturità tal-kuntratt. Xi strumenti jinkorporaw kemm dritt u kemm obbligu biex isir skambju. Minħabba li t-termini tal-iskambju huma ddeterminati mal-ħolqien tal-istrument derivat, billi l-prezzijiet fis-swieq jinbidlu, dawk it-termini jistgħu jsiru jew favorevoli jew sfavorevoli.

AG17 Opzjoni put jew ta' xiri biex jiġu skambjati assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji (i.e. strumenti finanzjarji minbarra l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess) tagħti lid-detentur id-dritt li jakkwista benefiċċji ekonomiċi potenzjali futuri assoċjati ma' bidliet fil-valur ġust tal-istrument finanzjarju prinċipali tal-kuntratt. Kuntrarju għal dan, kittieb ta' opzjoni jassumi obbligu li jew jiċċaħħad minn benefiċċji potenzjali ekonomiċi futuri jew li jġarrab telf potenzjali ta' benefiċċji ekonomiċi assoċjati ma' bidliet fil-valur ġust tal-istrument finanzjarju prinċipali. Id-dritt kuntrattwali tad-detentur u l-obbligu tal-kittieb jissodisfaw id-definizzjoni ta' assi finanzjarju u ta' obbligazzjoni finanzjarja rispettivament. L-istrument finanzjarju prinċipali f'kuntratt ta' opzjoni jista' jkun kull assi finanzjarju, li jinkludi ishma f'entitajiet oħra u strumenti li jagħtu l-imgħax. Opzjoni tista' teħtieġ lill-kittieb biex joħroġ strument ta' dejn, aktar milli jittrasferixxi assi finanzjarju, iżda l-istrument prinċipali tal-opzjoni jkun jikkostitwixxi assi finanzjarju tad-detentur li kieku l-opzjoni tiġi eżercitata. Id-dritt tad-detentur tal-opzjoni biex jiskambja l-assi finanzjarju taħt kondizzjonijiet potenzjalment favorevoli u l-obbligu tal-kittieb li jiskambja l-assi finanzjarju taħt kondizzjonijiet potenzjalment sfavorevoli huma distinti mill-assi finanzjarju prinċipali li jrid jiġi skambjat mal-eżerċizzju tal-opzjoni. In-natura tad-dritt tad-detentur u l-obbligu tal-kittieb mhumiex affettwati mil-possibilità li x'aktarx li l-opzjoni ser tkun eżercitata.

AG18 Eżempju ieħor ta' kuntratt finanzjarju derivat hu kuntratt miftiehem bil-quddiem li jrid jissalda fi żmien sitt xhur li fih parti waħda (ix-xerrej) twiegħed li tikkunsinna CU1 000 000 fi flus bi skambju għal CU1 000 000 ta' ammont tal-wiċċ ta' bonds tal-gvern b'rata fissa, u l-parti l-oħra (il-bejjiegħ) twiegħed li tikkunsinna CU1 000 000 ammont tal-wiċċ ta' bonds tal-gvern b'rata fissa bi skambju għal CU1 000 000 fi flus. Matul is-sitt xhur, iż-żewġ partijiet għandhom id-dritt kuntrattwali u l-obbligu kuntrattwali li jiskambjaw strumenti finanzjarji. Jekk il-prezz tas-suq tal-bonds tal-gvern jogħla aktar minn CU1 000 000, il-kondizzjonijiet ikunu favorevoli għax-xerrej u sfavorevoli għal bejjiegħ; jekk il-prezz tas-suq jaqa' taħt CU1 000 000, l-effett ikun bil-maqlub. Ix-xerrej għandu dritt kuntrattwali (assi finanzjarju) simili għad-dritt taħt opzjoni ta' xiri miżmuma, u obbligu kuntrattwali (obbligazzjoni finanzjarja) simili għall-obbligu taħt opzjoni put miktuba; il-bejjiegħ għandu dritt kuntrattwali (assi finanzjarju) simili għal opzjoni put miżmuma u obbligu kuntrattwali (obbligazzjoni finanzjarja) simili għal obbligu taħt opzjoni ta' xiri miktuba. Bħal f'opzjonijiet, dawn id-drittijiet u obbligi kuntrattwali jikkostitwixxu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji separati u distinti mill-istrumenti finanzjarji prinċipali (il-bonds u flus li jridu jiġu skambjati). Iż-żewġ partijiet li għandhom sehem minn kuntratt miftiehem bil-quddiem għandhom obbligu li jwettqu l-prestazzjoni tagħhom fiż-żmien miftiehem, filwaqt li prestazzjoni taħt kuntratt ta' opzjoni sseħħ biss jekk u meta d-detentur tal-opzjoni jagħżel li jeżerċitaha.

AG19 Ħafna tipi oħra ta' strumenti derivati jinkorporaw dritt jew obbligu biex iwettqu skambju fil-futur, li jinkludi tpartit tar-rata tal-imgħax u tal-muniti, limiti, collars u mimimi fuq ir-rata ta' mgħax, impenji ta' self fiss, faċilitajiet ta' ħruġ ta' noti u ittri ta' kreditu. Kuntratt ta' tpartit fir-rata tal-imgħax jista' jiġi kkunsidrat bħala varjazzjoni ta' kuntratt miftiehem bil-quddiem li fih il-partijiet jiftiehmu biex jagħmlu serje ta' skambji futuri ta' ammonti ta' flus, ammont wieħed ikkalkulat b'referenza għal rata ta' interess varjabbli u l-ieħor b'referenza għal rata ta' mgħax fissa. Kuntratti ta' futures huma varjazzjoni oħra ta' kuntratti miftiehma bil-quddiem li jvarjaw prinċipalment minħabba li l-kuntratti huma standardizzati u nnegozjati f'Borża.

Kuntratti biex jinxtraw u jinbiegħu prodotti mhux finanzjarji (il-paragrafi 8–10)

AG20 Kuntratti biex jinxtraw jew jinbiegħu prodotti mhux finanzjarji ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' strument finanzjarju minħabba li d-dritt kuntrattwali ta' parti waħda biex tirċievi assi mhux finanzjarju jew servizz, u l-obbligu korrispondenti tal-parti l-oħra ma jistabbilixxix dritt preżenti jew obbligu mill-ebda parti biex tirċievi, tikkunsinna jew tiskambja assi finanzjarju. Pereżempju, kuntratti li jipprovdu għal sald bl-irċevuta jew bil-kunsinna biss ta' prodott mhux finanzjarju (eż. opzjoni, kuntratti ta' futures jew kuntratti miftiehma bil-quddiem fuq il-fidda) mhumiex strumenti finanzjarji. Ħafna mill-kuntratti ta' prodotti kummerċjali huma ta' dan it-tip. Xi wħud huma standardizzati fl-għamla u nnegozjati fi swieq organizzati kważi bl-istess mod bħal xi strumenti finanzjarji derivati. Pereżempju, kuntratt futures ta' prodott kummerċjali jista' jinxtara u jinbiegħ faċilment għal flus minħabba li hu rreġistrat għan-negozju f'Borża u jista' jibdel l-idejn diversi drabi. Madankollu, il-partijiet li jixtru u jbiegħu l-kuntratt qegħdin, fil-fatt, jinnegozjaw il-prodott kummerċjali prinċipali. Il-kapaċità għax-xiri jew bejgħ ta' kuntratt ta' prodott kummerċjali għal flus, il-faċilità li biha jista' jinxtara jew jinbiegħ u l-possibilità li jiġi nnegozjat sald bi flus tal-obbligu biex tiġi riċevuta jew ikkunsinnata l-prodott kummerċjali, ma tibdilx il-karatteristika fundamentali tal-kuntratt b'tali mod li toħloq strument finanzjarju. Madankollu, xi kuntratti biex jinxtraw jew jinbiegħu prodotti mhux finanzjarji li jistgħu jissaldu b'mod nett jew bi skambju ta' strumenti finanzjarji, jew li fihom l-oġġett mhux finanzjarju jista' jiġi kkonvertit faċilment fi flus, jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' dan l-Istandard daqs li kieku kienu strumenti finanzjarji (ara l-paragrafu 8).

AG21 Kuntratt li jinvolvi l-wasla jew il-kunsinna ta' assi fiżiċi ma joħloqx assi finanzjarju għal parti waħda u obbligazzjoni finanzjarja għal parti l-oħra għajr meta kull ħlas korrispondenti jkun differit għal wara d-data li fihom l-assi fiżiċi huma ttrasferiti. Każ bħal dan hu x-xiri jew bejgħ ta' prodotti fuq kreditu ta' negozju.

AG22 Xi kuntratti huma marbuta mal-prodott kummerċjali, iżda ma jinvolvux sald permezz tar-riċevuta fiżika jew tal-kunsinna ta' prodott kummerċjali. Huma jispeċifikaw sald permezz ta' ħlasijiet bi flus li jiġu ddeterminati skont il-formula fil-kuntratt, milli permezz ta' ħlas ta' ammonti stabbiliti. Pereżempju, l-ammont kapitali f'bond jista' jiġi kkalkulat billi jiġi applikat il-prezz tas-suq taż-żejt li hu l-iktar komuni fil-ħin tal-maturità tal-bond, għal ammont stabbilit ta' żejt. Il-kapital jkollu indiċi skont ir-referenza ma' prezz ta' prodott kummerċjali, iżda jissalda bi flus biss. Dan il-kuntratt jikkostitwixxi strument finanzjarju.

AG23 Id-definizzjoni ta' strument finanzjarju tinkorpora wkoll kull kuntratt li jagħti lok għal assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja flimkien ma' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Dawn l-istrumenti finanzjarji ta' spiss jagħtu parti waħda l-għażla li jiskambjaw assi finanzjarju ma' assi mhux finanzjarju. Pereżempju, bond marbuta maż-żejt tista' tagħti dritt lid-detentur li jirċievi sensiela ta' pagamenti perjodiċi ta' mgħax fiss u ammont fiss ta' flus fil-maturità, bl-għażla li l-ammont kapitali jista' jiġi skambjat għal kwantità fissa ta' żejt. Il-preferenza li din tiġi eżerċitata din l-opzjoni ser tvarja minn żmien għal żmien skont il-valur ġust taż-żejt b'relazzjoni mal-proporzjon ta' skambju ta' flus maż-żejt (il-prezz tal-iskambju) inerenti fil-bond. L-intenzjonijiet tad-detentur tal-bonds dwar l-eżerċizzju tal-opzjoni ma jaffettwax is-sustanza tal-assi tal-komponent. L-assi finanzjarju tad-detentur u l-obbligazzjoni finanzjarja tal-emittent jagħmlu l-bond strument finanzjarju, mingħajr ma jingħata kas tal-ħolqien ta' tipi oħra ta' assi u obbligazzjonijiet.

AG24 [Imħassra]

PREŻENTAZZJONI

Obbligazzjonijiet u ekwità (il-paragrafi 15–27)

L-ebda obbligu kuntrattwali biex tikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor (il-paragrafi 17–20)

AG25 Ishma privileġġati jistgħu jinħarġu b'diversi drittijiet. Biex jiġi ddeterminat jekk sehem privileġġat hux obbligazzjoni finanzjarja jew strument azzjonarju, emittent għandu jevalwa d-drittijiet partikulari marbuta mas-sehem biex jiddetermina jekk dan jurix il-karatteristika fundamentali ta' obbligazzjoni finanzjarja. Pereżempju, sehem privileġġat li jkollu fidi f'data speċifika jew, jekk id-detentur jagħżel hekk, ikun fih obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-emittent għandu obbligu li jittrasferixxi assi finanzjarji lid-detentur tas-sehem. L-inabilità potenzjali ta' emittent li jissodisfa obbligu biex jifdi sehem privileġġat meta marbut b'kuntratt biex jagħmel hekk, kemm minħabba nuqqas ta' fondi, restrizzjoni statutorja jew profitti jew riżervi insuffiċjenti, ma tikkanċellax l-obbligu. Opzjoni tal-emittent biex jifdi l-ishma għal flus ma tissodisfax id-definizzjoni ta' obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-emittent m'għandux obbligu preżenti biex jittrasferixxi assi finanzjarji lill-azzjonisti. F'dan il-każ, il-fidi tal-ishma hi biss fid-diskrezzjoni tal-emittent. Jista' jseħħ obbligu, madankollu, meta l-emittent tal-ishma jeżerċita l-opzjoni tiegħu, ġeneralment billi javża formalment lill-azzjonisti bl-intenzjoni li jifdi l-ishma.

AG26 Meta ishma privileġġjati ma jkunux tat-tip li jistgħu jinfdew, il-klassifikazzjoni xierqa tagħhom hi ddeterminata bid-drittijiet l-oħra li huma marbuta magħhom. Il-klassifikazzjoni hi bbażata fuq stima tas-sustanza tal-arranġamenti kuntrattwali u d-definizzjonijiet ta' obbligazzjoni finanzjarja u strument azzjonarju. Meta d-distribuzzjonijiet ta' ishma privileġġjati lil detenturi, kemm jekk huma kumulattivi jew mhux kumulattivi, ikunu fid-diskrezzjoni tal-emittent, l-ishma huma strumenti azzjonarji. Il-klassifikazzjoni ta' sehem privileġġjat bħala strument azzjonarju jew obbligazzjoni finanzjarja mhuwiex affettwat, pereżempju:

(a) bi storja ta' għoti ta' distribuzzjonijiet;

(b) bl-intenzjoni li jsiru distribuzzjonijiet fil-futur;

(ċ) bl-impatt negattiv possibbli fuq il-prezz tal-ishma ordinarji tal-emittent jekk distribuzzjonijiet ma jsirux (minħabba restrizzjonijiet fuq ħlas ta' dividendi fuq l-ishma ordinarji jekk id-dividendi ma jitħallsux fuq l-ishma privileġġati);

(d) l-ammont ta' riżervi tal-emittent;

(e) l-istennija tal-emittent ta' profitt jew telf għal perijodu; jew

(f) l-abilità jew l-inabilità tal-emittent li jinfluwenza l-ammont tal-profitt jew telf tiegħu għall-perijodu.

Sald bl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess (il-paragrafi 2–24)

▼M6

AG27 L-eżempji li ġejjin juru kif tipi differenti ta’ kuntratti fuq l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess għandhom ikunu kklassifikati:

(a) Kuntratt li se jissalda mill-entità li tirċievi jew tagħti numru fiss ta’ ishma tagħha stess għall-ebda kunsiderazzjoni futura, jew li se tbiddel numru fiss ta’ ishma tagħha stess għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor, huwa strument azzjonarju (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafu 22A). Għalhekk, kull kunsiderazzjoni riċevuta jew imħallsa għat-tali kuntratt tingħadd direttament jew titnaqqas direttament mill-ekwità. Eżempju huwa l-opzjoni maħruġ ta' ishma li jagħti lill-kontroparti d-dritt li jixtri numru fiss tal-ishma tal-entità għal ammont fiss ta' flus. Madankollu, jekk il-kuntratt jitlob li l-entità tixtri (tifdi) l-ishma tagħha stess għal flus jew assi finanzjarju ieħor f’data fissa jew li tista’ tkun stabbilita jew meta mitluba, l-entità wkoll tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għall-valur preżenti tal-ammont tal-fidi (bl-eċċezzjoni ta' strumenti li għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed huwa l-obbligu fuq l-entità taħt kuntratt bil-quddiem li terġa’ tixtri numru fiss tal-ishma tagħha stess għal ammont fiss ta' flus.

(b) Obbligu fuq l-entità li tixtri l-ishma tagħha stess għal flus toħloq obbligazzjoni finanzjarja fuq il-valur preżenti tal-ammont tal-fidi anke jekk in-numru ta’ ishma li l-entità hija obbligata li terġa’ tixtri mhux fiss jew l-obbligu jkun bil-kundizzjoni li l-kontroparti jeżerċita d-dritt li jifdi (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed ta’ obbligu b’kundizzjoni huwa opzjoni maħruġ li jitlob li l-entità terġa’ tixtri l-ishma tagħha stess għal flus jekk il-kontroparti jeżerċita l-opzjoni.

(ċ) Kuntratt li jissalda bi flus jew b’assi finanzjarju ieħor huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarju anke jekk l-ammont ta’ flus jew tal-assi finanzjarju ieħor li se jkun riċevut jew mogħti huwa bbażat fuq bidliet fil-press tas-suq tal-ekwità tal-entità stess (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed huwa opzjoni ta’ ishma netti saldata bi flus.

▼B

(d) Kuntratt li ser jissalda b'numru varjabbli ta' ishma tal-entità stess li l-valur tagħhom hu ugwali għal ammont fiss jew ammont ibbażat fuq bidliet fil-varjabbli tal-bażi (eż. prezz ta' prodott kummerċjali) hu assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Eżempju hi opzjoni bil-miktub biex jinxtara d-deheb, li jekk tiġi eżerċitata, tissalda b'mod nett bl-istrumenti tal-entità stess billi l-entità tikkunsinna kemm jista' jkun minn dawk l-istrumenti li jkunu ugwali għal valur tal-kuntratt tal-opzjoni. Kuntratt bħal dan hu assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja anki jekk il-varjabbli tal-bażi hu l-prezz tas-sehem tal-entità stess aktar milli d-deheb. Hekk ukoll, kuntratt li ser jissalda b'numru fiss ta' ishma tal-entità stess, iżda d-drittijiet marbuta ma' dawk l-ishma ser ikunu varji sabiex il-valur tas-sald jkun ugwali għal ammont fiss jew ammont ibbażat fuq bidliet tal-varjabbli tal-bażi, hu assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja.

Dispożizzjonijiet għal sald kontinġenti (il-paragrafu 25)

AG28 Il-paragrafu 25 jeħtieġ li jekk parti minn dispożizzjoni għal sald kontinġenti li jista' jeħtieġ sald bi flus jew assi finanzjarju ieħor (jew li b'xi mod ieħor jista' jirriżulta fl-istrument li jsir obbligazzjoni finanzjarja) ma jkunx ġenwin, id-dispożizzjoni tas-sald m'għandhiex taffettwa l-klassifikazzjoni tal-istrument finanzjarju. Għalhekk, kuntratt li jeħtieġ sald bi flus jew b'numru varjabbli ta' ishma tal-entità stess, fil-każ biss li jseħħ avveniment li hu estremament rari, jew anormali ħafna, u avveniment li hemm possibilità remota ħafna li jseħħ, hu strument azzjonarju. Hekk ukoll, is-sald b'numru fiss ta' ishma tal-entità stess jista' jkun prekluż b'mod kuntrattwali f'ċirkustanzi li huma 'l barra mill-kontroll tal-entità, iżda jekk dawn iċ-ċirkustanzi m'għandhom l-ebda possibilità ġenwina li jseħħu, il-klassifikazzjoni bħala strument azzjonarju mhix adattata.

Trattament fir-rapporti finanzjarji konsolidati

AG29 F'rapporti finanzjarji konsolidati, entità tippreżenta interessi mhux bi dritt ta' kontroll—jiġifieri l-interessi ta' partijiet oħra fil-ekwità u l-introjtu tas-sussidjarja tagħha—skont l-IAS 1 u l-IFRS 10. ◄ Meta tikklassifika strument finanzjarju (jew komponent minnu) f'rapporti finanzjarji konsolidati, entità tikkunsidra t-termini u l-kondizzjonijiet kollha miftiehma bejn il-membri tal-grupp u d-detenturi tal-istrument biex jiġi ddeterminat jekk il-grupp in ġenerali għandux l-obbligu li jikkunsinna flus jew assi finanzjarju ieħor b'relazzjoni mal-istrument jew li jsaldah b'tali mod li jirriżulta fi klassifikazzjoni ta' obbligazzjoni. Meta kumpanija assoċjata fi grupp toħroġ strument finanzjarju u l-kumpanija prinċipali jew kumpanija oħra fil-grupp tiftiehem termini addizzjonali direttament mad-detenturi tal-istrument (eż. garanzija), il-grupp ma jistax ikollu diskrezzjoni fuq id-distribuzzjonijiet jew il-fidi. Għalkemm il-kumpanija assoċjata tista' b'mod xieraq tikklassifika l-istrument mingħajr ma tagħti kas ta' dawn it-termini addizzjonali fir-rapporti finanzjarji individwali tagħha, l-effett ta' ftehim oħrajn bejn membri tal-grupp u d-detenturi tal-istrument huma kkunsidrati biex jiġi żgurat li r-rapporti finanzjarji konsolidati jirriflettu l-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li għalihom daħlu bħala grupp in ġenerali. Sakemm ikun hemm obbligu bħal dan jew dispożizzjoni ta' sald, l-istrument (jew il-komponent tiegħu li hu soġġett għall-obbligu) ikun ikklassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja f'rapporti finanzjarji konsolidati.

▼M6

AG29A Xi tipi ta’ strumenti li jimponu obbligu kuntrattwali fuq l-entità huma kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Il-klassifikazzjoni skond dawk il-paragrafi hija eċċezzjoni għall-prinċipji li kieku kienu jkunu applikati f’dan l-Istandard fil-klassifikazzjoni ta’ strument. Din l-eċċezzjoni m’hijiex estiża għall-klassifikazzjoni ta’ interessi bla kontroll fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. Għalhekk, strumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond jew il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafu 16C u 16D fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali li huma interessi mingħajr kontroll huma kklassifikati bħala obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-grupp.

▼B

Strumenti finanzjarji komposti (il-paragrafi 28–32)

AG30 Il-paragrafu 28 japplika biss għal emittenti ta' strumenti finanzjarji komposti mhux derivati. Il-paragrafu 28 ma jikkunsidrax strumenti finanzjarji komposti mill-perspettiva tad-detenturi. l-IAS 39 jikkunsidra s-separazzjoni ta' derivati mdeffsa mill-perspettiva ta' detenturi ta' strumenti finanzjarji komposti li fihom karatteristiċi ta' dejn u ekwità.

AG31 Forma komuni ta’ strument finanzjarju kompost huwa strument tad-dejn b’opzjoni inkorporata ta’ konverżjoni, bħal bond konvertibbli f’ishma ordinarji ta’ emittent, u mingħajr ebda aspett tad-derivati inkorporati ieħor. Il-paragrafu 28 jeħtieġ li l-emittent ta’ strument finanzjarju bħal dan jippreżenta l-komponent tal-obbligazzjoni u l-komponent tal-ekwità b’mod separat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, kif ġej:

(a) L-obbligu tal-emittent li jagħmel pagamenti skedati ta' mgħax u kapital hi obbligazzjoni finanzjarja li teżisti sakemm l-istrument ma' jiġix ikkonvertit. Fir-rikonoxximent inizjali, il-valur ġust tal-komponent tal-obbligazzjoni hu l-valur preżenti tan-nixxiegħa ta' flussi futuri tal-flus iddeterminati b'mod kuntrattwali mnaqqsa bir-rata ta' mgħax applikabbli f'dak iż-żmien mis-suq, għal strumenti li għandhom stat ta' kreditu paragunabbli u li jipprovdu b'mod sostanzjali l-istess flussi tal-flus fuq l-istess termini, iżda mingħajr l-opzjoni tal-konverżjoni.

▼M33

(b) L-istrument azzjonarju huwa opzjoni mdeffsa sabiex wieħed jikkonverti l-obbligazzjoni f’valur proprjetarju ta’ emittent. Din l-opzjoni għandha valur fuq ir-rikonoxximent inizjali anki meta tkun nieqsa mill-flus.

▼B

AG32 Mal-konverżjoni ta' strument konvertibbli fil-maturità, l-entità tirtira r-rikonoxximent tal-komponent tal-obbligazzjoni u tirrikonnoxih bħala ekwità. Il-komponent ta' ekwità oriġinali jibqa' bħala ekwità (għalkemm jista' jiġi ttrasferit minn entrata f'ekwità għal oħra). M'hemm l-ebda qligħ jew telf meta ssir konverżjoni fil-maturità.

AG33 Meta entità telimina strument konvertibbli qabel il-maturità permezz ta' fidi bikrija jew xiri mill-ġdid fejn il-privileġġi tal-konverżjoni oriġinali ma jkunux mibdula, l-entità talloka l-korrispettiv imħallas u kull kosti tat-tranżazzjoni għax-xiri mill-ġdid jew il-fidi għall-komponenti tal-obbligazzjoni u ta' ekwità tal-istrument fid-data tat-tranżazzjoni. Il-metodu użat biex jiġu allokati l-korrispettiv imħallas u l-kosti tat-tranżazzjoni għal komponenti separati hu konsistenti ma' dak użat fl-allokazzjoni oriġinali għall-komponenti separati tar-rikavat riċevut mill-entità meta l-istrument konvertibbli kien inħareġ, b'konformità mal-paragrafi 28–32.

AG34 Ġaladarba l-allokazzjoni tal-korrispettiv tkun saret, kull qligħ jew telf li jirriżulta jkun ittrattat b'konformità mal-prinċipji tal-kontabilità applikabbli għall-komponent relatat, kif ġej:

(a) l-ammont ta' qligħ jew telf relatat mal-komponent ta' obbligazzjoni hu rikonoxxut fi profitt jew telf; u

(b) l-ammont ta' korrispettiv relatat mal-komponent ta' ekwità hu rikonoxxut f'ekwità.

AG35 Entità tista' temenda t-termini tal-istrument konvertibbli biex tikkaġuna konverżjoni bikrija, pereżempju, billi toffri proporzjon ta' konverżjoni aktar favorevoli jew billi tħallas kull korrispettiv addizzjonali ieħor fil-każ ta' konverżjoni qabel data speċifika. Id-differenza, fid-data li fiha t-termini huma emendati, bejn il-valur ġust tal-korrispettiv li jirċievi d-detentur mal-konverżjoni tal-istrument taħt it-termini ta' reviżjoni u l-valur ġust tal-korrispettiv li d-detentur kieku kien jirċievi taħt it-termini oriġinali, hi rikonoxxuta bħala telf fil-profitt jew telf.

Ishma tat-Teżor (il-paragrafi 33 u 34)

AG36 Strumenti ta' ekwità tal-entità stess mhumiex rikonoxxuti bħala assi finanzjarju irrispettivament mir-raġuni li għaliha ġew akkwistati mill-ġdid. Il-paragrafu 33 jeħtieġ li entità li takkwista mill-ġdid l-istrumenti azzjonarji tagħha stess, li tnaqqas dawk l-istrumenti mill-ekwità. Madankollu, meta entità żżomm l-ekwità tagħha stess f'isem ħaddieħor, eż. istituzzjoni finanzjarja li żżomm l-ekwità tagħha stess f'isem klijent, hemm relazzjoni ta' aġenzija u bħala riżultat dawk l-investimenti mhumiex inklużi ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-entità.

Mgħax, dividendi, telf u qligħ (il-paragrafi 35–41)

AG37 L-eżempju li ġej juri l-applikazzjoni tal-paragrafu 35 għal strument finanzjarju kompost. Assumi li sehem privileġġjat mhux kumulattiv jrid jinfeda b'mod obbligatorju għal flus fi żmien ħames snin, iżda d-dividendi jitħallsu fid-deskrizzjoni tal-entità qabel id-data tal-fidi. Strument bħal dan hu strument finanzjarju kompost, bil-komponent ta' obbligazzjoni li jkun il-valur preżenti tal-ammont tal-fidi. L-inverżjoni ta' skont permezz ta' tranżazzjoni ta' kumpens (unwinding) fuq dan il-komponent hi rikonoxxuta fil-profitt jew telf u kklassifikata bħala kost ta' mgħax. Id-dividendi mħallsa għandhom relazzjoni mal-komponent ta' ekwità u, għalhekk, huma rikonoxxuti bħala distribuzzjoni tal-profitt jew telf. Trattament bħal dan japplika jekk il-fidi ma' kiex obbligatorju iżda b'għażla tad-detentur, jew jekk is-sehem kien konvertibbli b'mod obbligatorju f'numru varjabbli ta' ishma ordinarji kkalkulati biex ikunu ugwali għal ammont fiss jew ammont ibbażat fuq bidliet tal-varjabbli tal-bażi (eż. prodott kummerċjali). Madankollu, jekk jiġu magħduda kull dividendi mhux imħallsa mal-ammont mifdi, l-istrument kollu hu obbligazzjoni. F'dan il-każ, kull dividendi huma kklassifikati bħala kost ta' mgħax.

It-Tpaċija ta' assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja (il-paragrafi 42–50)

▼M34 —————

▼M34

Kriterju li entità “bħalissa għandha jedd legali infurzabbli li tpaċi l-ammonti rikonoxxuti” (il-paragrafu 42(a))

AG38A Jedd ta’ tpaċija jista' jkun disponibbli bħalissa jew jista' jkun kontinġenti fuq avveniment futur (pereżempju, il-jedd jista' jixkatta jew ikun eżerċitabbli biss fl-okkorrenza ta’ xi avveniment futur, bħall-inadempjenza, insolvenza jew falliment ta’ waħda mill-kontropartijiet). Anki jekk jedd ta’ tpaċija ma jkunx kontinġenti fuq avveniment futur, jista' jkun legalment infurzabbli biss matul il-perkors normali tal-operat, jew fil-każ ta’ inadempjenza jew falliment ta’ waħda mill-kontropartijiet jew tagħhom kollha).

AG38B Biex tissodisfa l-kriterju fil-paragrafu 42(a), entità trid f'dak il-waqt ikollha jedd legali infurzabbli ta’ tpaċija. Dan ifisser il-jedd ta’ tpaċija:

(a) ma jridx ikun kontinġenti fuq avveniment futur; u

(b) irid ikun legalment infurzabbli fiċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

(i) il-perkors normal tal-operat;

(ii) l-avveniment ta’ inadempjenza; u

(iii) l-avveniment ta’ insolvenza jew falliment

tal-entità u l-kontrapartijiet kollha.

AG38C In-natura u l-estent tal-jedd ta’ tpaċija, jinkludi kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-eżerċizzju tiegħu u jekk jibqax fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza jew falliment, jistgħu jvarjaw minn ġuriżdizzjoni għal oħra. Konsegwentement, ma jistax jiġi assunt li l-jedd ta’ tpaċija huwa disponibbli awtomatikament barra l-perkors normali tal-operat. Pereżempju, il-liġijiet dwar il-falliment jew l-insolvenza ta’ ġuriżdizzjoni jistgħu jipprojbixxu, jew jirrestrinġu, il-jedd ta’ tpaċija fil-każ ta’ falliment jew insolvenza f'ċerti ċirkostanzi.

AG38D Il-liġijiet applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-partijiet (pereżempju, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, il-liġijiet li jirregolaw il-kuntratti, jew il-liġijiet dwar l-inadempjenzi, l-insolvenza jew falliment applikabbli għall-partijiet) jeħtieġ li jitqiesu biex jiġi aċċertat jekk il-jedd ta’ tpaċija jkunx infurzabbli fil-perkors normali tal-operat, fil-każ ta’ inademjenza, u fil-każ ta’ isolvenza jew falliment, ta’ entità u l-kontrapartijiet kollha (kif speċifikat fil-paragrafu AG38B(b)).

Kriterji li entità “fi ħsiebha jew li ssalda fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni simultanjament” (il-paragrafu 42(b))

AG38E Biex tissodisfal-kriterju fil-paragrafu 42(b) entità jrid ikun fi ħsiebha jew li ssalda fuq bażi netta, jew li tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni simultanjament. Minkejja li jista' jkollha dritt li ssalda nettement, l-entità tista' xorta waħda tirrealizza l-assi u ssalda l-obbligazzjoni separatement.

AG38F Jekk tkun tista' ssalda l-ammonti b'mod li bih l-eżitu jkun fil-fatt ekwivalenti għal saldu nett, l-entità tissodisfa l-kriterju tas-saldu nett fil-paragrafu 42(b). Dan iseħħ jekk, u jekk biss, il-mekkaniżmu tas-saldu gross ikollu karatteristiċi li jeliminaw jew jirriżultaw f'riskji insinifikanti ta’ kreditu u likwidità, u li jkun jipproċessa r-riċevibbli u l-pagabbli fi proċess jew ċiklu wieħed tas-saldu. Pereżempju, sistema ta’ saldu gross li jkollha l-karatteristiċi kollha li ġejjin tkun tissodisfa l-kriterju tas-saldu nett fil-paragrafu 42(b):

(a) l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji eliġibbli għat-tpaċija jkunu sottomessi fl-istess waqt għall-ipproċessar;

(b) ladarba l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji jkunu sottomessi għall-ipproċessar, il-partijiet ikunu impenjati li jissodisfaw l-obbligu għas-saldu;

(c) il-flussi ta’ flus li joriġinaw mill-assi u l-obbligazzjonijiet ma jkollhomx il-potenzjal li jinbidlu ladarba jkunu sottomessi għall-ipproċessar (sakemm il-proċess ma jfallix-ara (d) hawn taħt);

(d) l-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu kollateralizzati mat-titoli jiġu ssaldati fuq sistema ta’ trasferiment ta’ titoli jew sistema simili (pereżempju, konsenja kontra pagament), sabiex jekk it-trasferiment ta’ titoli jfalli, l-ipproċessar tar-riċevibbli jew pagabbli relatati li għalihom it-titoli jkunu kollateralizzati jfallu wkoll (u vice versa);

(e) kwalunkwe tranżazzjoni li tfalli, kif imfisser f'(d), tiddaħħal mill-ġdid għall-ipproċessar sakemm tiġi ssaldata;

(f) is-saldu jitwettaq permezz tal-istess istituzzjoni tas-saldu (pereżempju, bank tas-saldu, bank ċentrali jew depożitorju ċentrali tat-titoli); u

(g) tkun fis-seħħ faċilità ta’ kreditu għal ġurnata li tipprovdi ammonti suffiċjenti ta’ sovraprelevament li jippermetti l-ipproċessar tal-pagamenti fid-data tas-saldu għal kull parti, u jkun virtwalment ċert li l-faċilità ta’ kreditu għal ġurnata tiġi onorata jekk tiġi eżerċitata.

▼B

AG39 L-Istandard ma jipprovdix trattament speċjali għal dawk li jissejħu “strumenti sintetiċi”, li huma gruppi ta' strumenti finanzjarji separati akkwistati u miżmuma biex jimitaw il-karatteristiċi ta' strument ieħor. Pereżempju, dejn fit-tul b'rata varjabbli kkombinat ma' tpartit tar-rata tal-imgħax li jinvolvi r-riċevuta ta' pagamenti varjabbli u li jsiru ta' pagamenti fissi, jissintesizza dejn fit-tul b'rata fissa. Kull wieħed mill-istrumenti finanzjarji individwali li flimkien jikkostitwixxu 'strument sintetiku' jirrappreżenta dritt jew obbligu kuntrattwali bit-termini tagħha stess u kondizzjonijiet u kull wieħed minnhom jista' jiġi ttrasferrit jew issaldat separatament. Kull strument finanzjarju huwa espost għal riskji li jista' jkunu differenti mir-riskji li għalihom ikunu esposti strumenti finanzjarji oħrajn. Għaldaqstant, meta strument finanzjarju wieħed fi “strument sintetiku” ikun assi u ieħor ikun obbligazzjoni, dawn ma jiġux paċuti u ppreżentati ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ ta' entità fuq bażi netta, ħlief jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji għat-tpaċija tal-paragrafu 42.

ŻVELAR

Assi Finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf (il-paragrafu 94 (f))

AG40 [Imħassra]




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 33

Qligħ Sehem b'Sehem

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard hu li jistipula prinċipji għad-determinazzjoni u l-preżentazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem, biex itejjeb il-paraguni tar-riżultati finanzjarji bejn entitajiet differenti fl-istess perijodu tar-rapport u bejn perijodi differenti tar-rapport għall-istess entità. Minkejja li t-tagħrif dwar il-qligħ sehem b'sehem għandu l-limitazzjonijiet minħabba t-tipi differenti ta' politika ta' kontabilità li jistgħu jintużaw fid-determinazzjoni tal-“qligħ”, denominatur iddeterminat b'mod konsistenti jsaħħaħ ir-rappurtaġġ finanzjarju. Il-punt fokali ta' dan l-Istandard hu fuq id-denominatur tal-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem.

AMBITU

2 Dan l-Istandard għandu japplika:

(a) għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta' entità:

(i) li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu ishma ordinarji f'suq pubbliku; u

(b) għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' grupp b'entità prinċipali:

(i) li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bl-għan li jinħarġu ishma ordinanrji f'suq pubbliku.

3 Entità li tiżvela l-qligħ sehem b'sehem għandha tikkalkula u tiżvela l-qligħ sehem b'sehem skont dan l-Istandard.

4  Meta entità tippreżenta kemm rapporti finanzjarji konsolidati kif ukoll rapporti finanzjarji separati ppreparati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati, rispettivament, id-divulgazzjoni meħtieġa minn dan l-Istandard jeħtieġ li jiġi ppreżentat biss fuq il-bażi tal-informazzjoni konsolidata  ◄ Entità li tagħżel li tiżvela l-qligħ sehem b'sehem ibbażat fuq dikjarazzjonijiet finanzjarji separati, għandha tippreżenta l-informazzjoni dwar dan il-qligħ sehem b'sehem biss ►M5  fir-rapport tad-dħul kompplessiv tagħha. ◄ Entità m'għandhiex tippreżenta informazzjoni bħal din dwar qligħ sehem b'sehem fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

▼M31

4A Jekk tippreżenta l-entrati ta’ profitt jew telf f'rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif emendat fl-2011), entità tippreżenta l-qligħ sehem b’sehem f'dak ir-rapport separat biss.

▼B

DEFINIZZJONIJIET

5 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Tisħiħ tal-EPS hi żjieda fil-qligħ sehem b'sehem jew tnaqqis fit-telf sehem b'sehem li jirriżulta mis-suppożizzjoni li l-istrumenti konvertibbli huma konvertiti, li l-opzjonijiet jew ċertifikati huma eżerċitati jew li l-ishma ordinarji jinħarġu wara li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet speċifikati.

Ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta' ishma hu ftehim biex inħarġu ishma illi huma dipendenti fuq li jiġu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet speċifikati.

Ishma ordinarji li jinħarġu b'mod kontinġenti huma ishma ordinarji li jistgħu jinħarġu għal ftit jew xejn flus jew xi korrispettiv ieħor wara li jiġu ssodisfati kondizzjonijiet speċifikati fil-ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta' ishma.

Att li jdgħajjef hu tnaqqis fil-qligħ sehem b'sehem jew żjieda fit-telf sehem b'sehem li jirriżulta mis-suppożizzjoni li l-istrumenti konvertibbli huma konvertiti, li l-opzjonijiet jew ċertifikati huma eżerċitati jew li l-ishma ordinarji jinħarġu wara li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet speċifikati.

Opzjonijiet, ċertifikati u l-ekwivalenti tagħhom huma strumenti finanzjarji li jagħtu lill-proprjetarju d-dritt li jixtri ishma ordinarji.

Sehem ordinarju huwa strument ta' ekwità li huwa subordinat għall-klassijiet l-oħra kollha ta' strumenti ta' ekwità.

Sehem ordinarju potenzjali hu strument finanzjarju jew kuntratt ieħor li jista' jintitola lill-proprjetarju tiegħu għal ishma ordinarji.

Opzjonijiet Put fuq ishma ordinarji huma kuntratti li jagħtu lill-proprjetarju d-dritt li jbigħ ishma ordinarji bi prezz speċifikat għall-perijodu partikulari.

6 Ishma ordinarji jipparteċipaw fil-profitt għall-perijodu biss wara li t-tipi l-oħra ta' ishma bħall-ishma privileġġati jkunu pparteċipaw. Entità tista' jkollha aktar minn klassi waħda ta' ishma ordinarji. Ishma ordinarji tal-istess klassi għandhom l-istess drittijiet biex jirċievu dividendi.

7 Eżempji ta' ishma ordinarji potenzjali huma:

(a) obbligazzjonijiet finanzjarji jew strumenti azzjonarji, inklużi ishma privileġġjati, li huma konvertibbli f'ishma ordinarji;

(b) opzjonijiet u ċertifikati;

(c) ishma li jinħarġu wara li jiġu ssodisfati kondizzjonijiet li jirriżultaw minn arranġament kuntrattwali, bħax-xiri ta' negozju jew assi oħra.

▼M33

8 It-termini ddefiniti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fil-paragrafu 11 tal-IAS 32, sakemm ma jkunx innotifikat mod ieħor. L-IAS 32 jiddefinixxi l-istrument finanzjarju, l-assi finanzjarju, l-obbligazzjoni finanzjarja u l-istrument azzjonarju, u jipprovdi gwida għall-applikazzjoni ta’ dawn id-definizzjonijiet. L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust jiddefinixxi l-valur ġust u jistabilixxi r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ dik id-definizzjoni.

▼B

KEJL

Qligħ bażiku sehem b'sehem

9 Entità għandha tikkalkula l-ammont ta' qligħ bażiku sehem b'sehem għall-profitt u t-telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali u, jekk ippreżentati, profitt u telf minn operazzjonijiet li jkomplu attribwibbli għal dawn il-proprjetarji ta' ekwità.

10 Qligħ bażiku sehem b'sehem għandu jkun ikkalkulat billi jkun diviż il-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali (in-numeratur) mill-medja ppeżata tan-numru ta' ishma ordinarji pendenti (id-denominatur) matul il-perijodu.

11 L-għan tal-informazzjoni dwar il-qligħ bażiku sehem b'sehem hu biex jingħata kejl tal-imgħaxijiet fuq kull sehem ordinarju ta' entità prinċipali fir-riżultati finanzjarji tal-entità matul il-perijodu tar-rapport.

Qligħ

12 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta' qligħ bażiku sehem b'sehem, l-ammonti attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali b'relazzjoni ma':

(a) profitt jew telf minn operazzjonijiet li jkomplu attribwibbli għall-entità prinċipali; u

(b) profitt jew telf attribwibbli għall-entità prinċipali

għandhom ikunu l-ammonti f'(a) u (b) emendati bl-ammonti ta' wara t-taxxa ta' dividendi privileġġati, differenzi li joriġinaw mis-saldu ta' ishma privileġġati u effetti oħra simili ta' ishma privileġġati kklassifikati bħala ekwità.

13 L-entrati kollha ta' introjtu u spejjeż attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali li huma rikonoxxuti f'perijodu, inklużi l-ispiża tat-taxxa u dividendi fuq ishma privileġġati kklassifikati bħala obbligazzjonijiet huma inklużi fid-determinazzjoni tal-profitt jew telf għall-perijodu attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali (ara l-IAS 1 ►M5   ◄ ).

14 L-ammont ta' wara t-taxxa tad-dividendi privileġġati li jitnaqqas mill-profitt jew telf hu:

(a) l-ammont ta' wara t-taxxa ta' kull dividendi privileġġati fuq ishma privileġġjati mhux kumulattivi ddikjarati b'relazzjoni ma' dak il-perijodu; u

(b) l-ammont ta' wara t-taxxa fuq id-dividendi privileġġati għal ishma kumulattivi privileġġati meħtieġa għall-perijodu, kemm jekk id-dividendi kienu ddikjarati u kemm jekk le. L-ammont ta' dividendi privileġġati għall-perijodu ma jinkludix l-ammont ta' dividendi privileġġati għall-ishma privileġġati kumulattivi mħallsa jew iddikjarati matul il-perijodu preżenti relatat ma' perijodi preċedenti.

15 Ishma privileġġati li jipprovdu dividend inizjali baxx biex jikkumpensa entità għall-bejgħ ta' ishma privileġġati b'rata mnaqqsa, jew dividend ogħla minn dak tas-suq f'perijodi sussegwenti biex jikkumpensa lill-investituri li xtraw ishma privileġġjati bi primjum, xi kultant jissejħu ishma privileġġjati b'rata li tiżdied. Kull skont jew primjum fuq ħruġ oriġinali fuq ishma privileġġjati b'rata li tiżdied hu amortizzat fuq qligħ imfaddal bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv u ttrattat bħala dividend privileġġjat għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem.

16 Ishma privileggati jistgħu jerġgħu jinxtraw taħt sejħa għall-offerti ta' entità lill-prorpjetarji. L-eċċess tal-valur ġust tal-korrispettiv imħallas lill-azzjonisti privileġġati fuq l-ammont miżmum fil-kotba ta' ishma privileġġati jirrappreżenta qligħ lill-proprjetarji tal-ishma privileġġati u kost fuq il-qligħ imfaddal għall-entità. Dan l-ammont hu mnaqqas fil-kalkolazzjoni tal-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità tal-kumpanija prinċipali.

17 Konverżjoni bikrija ta' ishma privileġġati konvertibbli tista' tkun ikkaġunata minn entità permezz ta' bidliet favorevoli fit-termini oriġinali ta' konverżjoni jew il-ħlas ta' korrispettiv addizzjonali. L-eċċess ta' valur ġust ta' ishma ordinarji jew korrispettiv ieħor li tħallas fuq il-valur ġust ta' ishma ordinarji li jistgħu jinħarġu taħt it-termini ta' konverżjoni oriġinali hu qligħ għall-azzjonisti privileġġati, u jitnaqqas fil-kalkolazzjoni tal-profitt jew tat-telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali.

18 Kull eċċess tal-ammont miżmum fuq il-kotba tas-sehem privileġġat fuq il-valur ġust tal-korrispettiv imħallas fuqhom jiżdied fil-kalkolazzjoni tal-profitt jew tat-telf attribwibbli lill-ekwità ordinarja tal-entità prinċipali.

Ishma

19 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku sehem b'sehem, in-numru ta' ishma ordinarji għandu jkun il-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji pendenti matul il-perijodu.

20 L-użu tal-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji pendenti matul il-perijodu jirrifletti l-possibbiltà li l-ammont ta' kapital tal-azzjonisti kien varja matul il-perijodu bħala riżultat ta' numru ikbar jew iżgħar ta' ishma pendenti matul xi żmien. Il-medja pepiżata tan-numru ta' ishma ordinarji pendenti matul il-perijodu hu n-numru ta' ishma ordinarji pendenti fil-bidu tal-perijodu, aġġustat bin-numru ta' ishma ordinarji mixtrija lura jew maħruġa matul il-perijodu mmultiplikati bil-fattur li jqis il-ħin. Il-fattur taż-żmien hu n-numru ta' jiem li l-ishma kienu pendenti bħala proporzjon tan-numru totali ta' jiem fil-perijodu; approssimazzjoni raġonevoli tal-medja ppieżata hi adegwata f'bosta ċirkustanzi.

21 Ġeneralment l-ishma jkunu inklużi fil-medja ppieżata tan-numru ta' ishma mid-data ta' meta l-korrispettiv ikun riċevibbli (li ġeneralment tkun d-data tal-ħruġ tagħhom), pereżempju:

(a) ishma ordinarji maħruġa fi skambju ma' flus huma inklużi meta l-flus huma riċevibbli;

(b) ishma ordinarji maħruġa fuq l-investiment lura voluntarju tad-dividendi fuq ishma ordinarji jew privileġġjati huma inklużi meta d-dividendi huma investit mill-ġdid;

(c) ishma ordinarji maħruġa bħala riżulat tal-konverżjoni ta' strument ta' dejn għal ishma ordinarji huma inklużi mid-data meta l-imgħax ma jibqax jakkumula;

(d) ishma ordinarji maħruġa minflok mgħax jew prinċipal fuq strumenti finanzjarji oħra huma inklużi mid-data meta l-imgħax ma jibqax jakkumula;

(e) ishma ordinarji maħruġa fi skambju mas-saldu ta' obbligu ta' entità huma inklużi mid-data tas-saldu;

(f) ishma ordinarji maħruġa bħala korrispettiv għall-akkwiżizzjoni ta' assi li mhumiex flus huma inklużi fid-data li l-akkwiżizzjoni hu rikonoxxut; u

(g) ishma ordinarji maħruġa għall-għoti ta' servizzi lill-entità huma inklużi hekk kif is-servizzi jitwettqu.

L-għażla taż-żmien tal-inklużjoni tal-ishma ordinarji hu ddeterminat mit-termini u kondizzjonijiet konnessi mal-ħruġ tagħhom. Konsiderazzjoni xierqa għandha tingħata għas-sustanza ta' kull kuntratt assoċjat mal-ħruġ.

▼M12

22 Ishma ordinarji maħruġa bħala parti mill-ħlas ittrasferit f’kombinament ta’ negozji huma inklużi fil-medja ppiżata tan-numru ta’ ishma mid-data tal-akkwiżizzjoni. Dan hu għaliex akkwirent jinkorpora fir-rapport tad-dħul komplessiv tiegħu l-profitti u t-telf ta’ akkwiżit minn dik id-data.

▼B

23 Ishma ordinarji li se jinħarġu mal-konverżjoni ta' strument konvertibbli b'mod obbligatorju huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku sehem b'sehem mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt.

24 Ishma li jista' jkollhom jinħarġu huma ttrattati bħala pendenti u huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku sehem b'sehem biss mid-data meta l-kondizzjonijiet neċessarji kollha huma ssodisfati (i.e. l-avvenimenti jkunu seħħew). Ishma li jistgħu jinħarġu biss wara li jgħaddi ż-żmien ma jibqgħux ishma li jista' jkollhom jinħarġu, minħabba li l-mogħdija taż-żmien hi ċertezza. Ishma ordinarji pendenti li għandhom jiġu rritornati b'mod kontinġenti (i.e. soġġetti għal sejħa lura) m'humiex ittrattati bħala pendenti u huma esklużi mill-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku sehem b'sehem sad-data meta l-ishma ma jibqgħux soġġetti għas-sejħa lura.

25 [Imħassra]

26 Il-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji pendenti matul il-perijodu u għall-perijodi kollha ppreżentati għandha tkun aġġustata għall-avvenimenti, ħlief għall-konverżjoni ta' ishma ordinarji potenzjali, li biddlu n-numru ta' ishma ordinarji pendenti mingħajr bidla li tikkorrispondi fir-riżorsi.

27 Ishma pendenti jistgħu jinħarġu, jew in-numru ta' ishma ordinarji pendenti jistgħu jitnaqqsu, mingħajr bidla li tikkorrispondi fir-riżorsi. Eżempji jinkludu:

(a) kapitalizzazzjoni jew ħruġ ta' ishma bonus (xi kultant magħruf bħala dividend tal-ishma);

(b) element ta' bonus f'xi ħarġa oħra, pereżempju element ta' bonus fi ħruġ ta' ishma bi dritt għal azzjonisti eżistenti;

(c) qsim tal-ishma; u

(d) qsim ta' ishma mreġġa' lura (konsolidament tal-ishma).

28 F'kapitalizzazzjoni jew ħruġ ta' ishma bonus jew qsim tal-ishma, ishma ordinarji jinħarġu lill-azzjonijisti eżistenti mingħajr l-ebda korrispettiv addizzjonali. Għalhekk, in-numru ta' ishma ordinarji pendenti hu miżjud mingħajr żjieda fir-riżorsi. In-numru ta' ishma ordinarji pendenti qabel l-avveniment hu aġġustat għall-bidla proporzjonali fin-numru ta' ishma ordinarji pendenti daqs li kieku l-avveniment seħħ fil-bidu tal-aktar perijodu bikri ppreżentat. Pereżempju, fi ħruġ ta' ishma bonus ta' tnejn-għal-wieħed, in-numru ta' ishma ordinarji pendenti qabel il-ħruġ hu mmultiplikat bi tlieta biex jinkiseb in-numru totali ġdid ta' ishma ordinarji, jew bi tnejn biex jinkiseb in-numru ta' ishma ordinarji addizzjonali.

29 Konsolidament tal-ishma ordinarji ġeneralment tnaqqas in-numru ta' ishma ordinarji pendenti mingħajr tnaqqis li jikkorrispondi fir-riżorsi. Madankollu, meta l-effett ġenerali hu x-xiri mill-ġdid ta' sehem b'valur ġust, it-tnaqqis fin-numru ta' ishma ordinarji pendenti hu r-riżultat ta' tnaqqis li jikkorrispondi fir-riżorsi. Eżempju ta' dan hu konsolidament tal-ishma flimkien ma' dividend speċjali. Il-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji pendenti għall-perijodu li fih saret it-tranżazzjoni kkombinata hi aġġustata għat-tnaqqis fin-numru ta' ishma ordinarji mid-data li d-dividend speċjali hu rikonoxxut.

Qligħ sehem b'sehem imdgħajjef

30 Entità għandha tikkalkula l-ammont ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef għal profitt jew telf attribwibbli lill-ekwità ordinarja tal-entità prinċipali, u, jekk ippreżentat, profitt u telf minn operazzjonijiet li jkomplu attribwibbli għal dawk il-proprjetarji ta' ekwità.

31 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, entità għandha taġġusta l-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali, u l-medja ppieżata tan-numru ta' ishma pendenti, għall-effetti potenzjali li jdgħajfu tal-ishma ordinarji kollha.

32 L-għan ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef hu konsistenti ma' dak tal-qligħ bażiku sehem b'sehem – biex jipprovdi kejl ta' mgħax fuq kull sehem ordinarju fir-riżultati finanzjarji ta' entità — filwaqt li jingħata effett għall-ishma ordinarji kollha b'potenzjal li jdgħajjef li għadhom pendenti matul il-perijodu. Bħala riżultat:

(a) profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali hu miżjud bl-ammont ta' dividendi u mgħax ta' wara t-taxxa rikonoxxut fil-perijodu b'relazzjoni mal-ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef u hu aġġustat għal kwalunkwe bidliet oħra fl-introjtu jew spejjeż li jirriżultaw mill-konverżjoni ta' ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef; u

(b) il-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji pendenti hu miżjud bil-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji addizzjonali li jkunu pendenti bis-suppożizzjoni li se ssir konverżjoni tal-ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef kollha.

Qligħ

33 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, entità għandha taġġusta l-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali, kif ikkalkulat skont il-paragrafu 12, bl-effett ta' wara t-taxxa jew:

(a) kull dividend jew entrati oħra relatati ma' ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef imnaqqsa biex tasal għall-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali kif ikkalkulati skont il-paragrafu 12;

(b) kull mgħax rikonoxxut fil-perijodu relatat mal-ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef; u

(c) kull bidliet oħrajn fl-introjtu jew spejjeż li jirriżultaw mill-konverżjoni ta' ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef

34 Wara li l-ishma ordinarji potenzjali huma kkonvertiti f'ishma ordinarji, l-entrati l-oħra identifikati fil-paragrafu 33 (a)-(c) ma jibqgħux japplikaw. Minflok, l-ishma ordinarji ġodda huma intitolati biex jipparteċipaw fil-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali. Għalhekk, il-profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali kkalkulati skont il-paragrafu 12 hu aġġustat għall-entrati identifikati fil-paragrafu 33(a)-(c) u kull taxxa relatata. L-ispejjeż assoċjati ma' ishma ordinarji potenzjali jinkludu kosti tat-tranżazzjoni u skontijiet irrappurtati skont il-metodu ta' mgħax effettiv (ara l-paragrafu 9 tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, kif irrevedut fl-2003).

35 Il-konverżjoni ta' ishma ordinarji potenzjali tista' twassal għal bidliet konsegwenzjali fl-introjtu jew fl-ispejjeż. Pereżempju, it-tnaqqis tal-ispejjeż ta' mgħax relatati ma' ishma ordinarji potenzjali u ż-żjieda li tirriżulta fi profitt jew tnaqqis ta' telf tista' twassal għal żjieda fl-ispejjeż relatati ma' pjan mhux diskrezzjonali ta' qsim fil-profitti tal-impjegati. Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali hu aġġustat għal bidliet konsegwenzjali bħal dawn fl-introjtu jew fl-spejjeż.

Ishma

36 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, in-numru ta' ishma ordinarji għandu jkun il-medja mwieżna tan-numru ta' ishma ordinarji kkalkulat skont il-paragrafi 19 u 26, flimkien mal-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji li kieku jinħarġu fil-konverżjoni tal-ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef kollha f'ishma ordinarji. Ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef għandhom jitqiesu bħala konvertiti f'ishma ordinarji fil-bidu tal-perijodu jew, jekk aktar tard, fid-data tal-ħruġ tal-ishma ordinarji potenzjali.

37 Ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef għandhom jiġu ddeterminati b'mod indipendenti għal kull perijodu ppreżentat. In-numru ta' ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef inklużi fil-perijodu tas-sena s'issa, mhumiex medja ppiżata ta' ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef inklużi f'kull komputazzjoni interim.

38 Ishma ordinarji potenzjali huma ppiżati għall-perijodu li fih ikunu pendenti. Ishma ordinarji potenzjali li huma kkanċellati jew permessi li jiskadu matul il-perijodu huma inklużi fil-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef għal kull sehem biss għall-porzjon tal-perijodu li fih fejn ikunu pendenti. Ishma ordinarji potenzjali li huma konvertiti f'ishma ordinarji matul il-perijodu huma inklużi fil-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef mill-bidu tal-perijodu sad-data tal-konverżjoni; mid-data tal-konverżjoni, l-ishma ordinarji li jirriżultaw huma inklużi kemm fil-qligħ bażiku sehem b'sehem kif ukoll fil-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef.

39 In-numru ta' ishma ordinarji li kieku jinħarġu mal-konverżjoni ta' ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef hu ddeterminat mit-termini tal-ishma ordinarji potenzjali. Meta teżisti aktar minn bażi waħda ta' konverżjoni, il-kalkolazzjoni tassumi li l-aktar rata ta' konverżjoni vantaġġuża jew il-prezz ta' eżerċizzju mill-pożizzjoni tal-proprjetarju tal-ishma ordinarji potenzjali.

▼M32

40 Sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata tista' toħroġ lil partijiet oħra minbarra l-kumpanija prinċipali jew lil investituri bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, l-entità li fiha jsir investiment, ishma ordinarji potenzjali konvertibbli jew f’ishma ordinarji tas-sussidjarja, l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata, jew ishma ordinarji tal-kumpanija prinċipali jew investituri bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq (l-entità relatriċi), id-destinatarja tal-investiment Jekk dawn l-ishma ordinarji potenzjali tas-sussidjarja, l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata għandhom effett li jdgħajjef il-qligħ bażiku għal kull sehem tal-entità relatriċi, dawn jiġu inklużi fil-kalkolu tal-qligħ imdgħajjef għal kull sehem.

▼B

Ishma ordinarji b'potenzjal ta' att li jdgħajjef

41 Ishma ordinarji potenzjali għandhom jiġu ttrattati bħala li għandhom effett li jdgħajjef meta, u biss meta, il-konverżjoni tagħhom f'ishma ordinarji tnaqqas il-qligħ sehem b'sehem jew iżżid it-telf sehem b'sehem minn operazzjonijiet li jkomplu

42 Entità tuża l-profitt jew telf minn operazzjonijiet li jkomplu attribwibbli lill-entità prinċipali bħala ċ-ċifra tal-kontroll biex tistabbilixxi jekk l-ishma ordinarji potenzjali jdgħajjfux jew isaħħux. Profitt jew telf minn operazzjonijiet li jkomplu attribwibbli lill-entità prinċipali hu aġġustat b'konformità mal-paragrafu 12 u jeskludi entrati relatati ma' operazzjonijiet li ma tkomplewx.

43 Ishma ordinarji potenzjali jsaħħu l-EPS meta l-konverżjoni tagħhom f'ishma ordinarji tkun ser iżżid il-qligħ sehem b'sehem jew tnaqqas it-telf sehem b'sehem minn operazzjonijiet li jkomplu. Il-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef ma tassumix il-konverżjoni, eżerċizzju, jew ħruġ ieħor ta' ishma ordinarji potenzjali li kieku jkollhom effett li jsaħħu l-EPS fuq il-qligħ sehem b'sehem.

44 Fid-determinazzjoni ta' jekk l-ishma ordinarji potenzjali jdgħajjfux jew isaħħux l-EPS, kull ħruġ jew serje ta' ishma ordinarji potenzjali hu kkunsidrat separatament milli fit-total. Is-sekwenza li fiha l-ishma ordinarji potenzjali huma kkunsidrati jista' jaffettwa l-fatt jekk dawn humiex li għandhom effett li jdgħajjef. Għalhekk, biex ikun massimizzat l-att li jdgħajjef ta' qligħ bażiku sehem b'sehem, kull ħruġ jew serje ta' ishma ordinarji potenzjali huma ikkunsidrati f'sekwenza minn dik li ddgħajjef l-aktar sa dik li ddgħajjef l-inqas, i.e. ishma ordinarji b'potenzjal li jdgħajjef bl-aktar “qligħ sehem b'sehem li jinkrementa” huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef qabel dawk bi qligħ ogħla għal kull sehem li jinkrimenta. Opzjonijiet u ċertifikati huma ġeneralment inklużi l-ewwel, minħabba li dawn ma jaffettwawx in-numeratur tal-kalkolazzjoni.

Opzjonijiet, ċertifikati u l-ekwivalenti tagħhom

45 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, entità għandha tassumi l-eżerċizzju ta' opzjonijiet u ċertifikati tal-entità li għandhom effett li jdgħajjef. Is-suppożizzjoni tar-riżultati minn dawn l-istrumenti għandhom ikunu kkunsidrati bħala riċevuti mill-ħruġ ta' ishma ordinarji bil-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perijodu. Id-differenza bejn in-numru ta' ishma ordinarji maħruġa u n-numru ta' ishma ordinarji li kieku kienu jinħarġu bil-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perijodu għandhom jitqiesu bħala ħruġ ta' ishma ordinarji għall-l-ebda korrispettiv.

46 Opzjonijiet u ċertifikati huma li għandhom effett li jdgħajjef meta dawn ikunu ser jirriżultaw fil-ħruġ ta' ishma ordinarji li jiswew anqas mill-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perijodu. L-ammont ta' djugħfija hu l-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perijodu li minnu jrid jitnaqqas il-prezz tal-ħruġ. Għalhekk, biex ikunu kkalkulati l-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, ishma ordinarji potenzjali huma trattati bħala li jikkonsistu f'dawn iż-żewġ fatturi li ġejjin:

(a) kuntratt biex jinħarġu ċertu numru ta' ishma ordinarji bil-prezz medju tas-suq matul il-perijodu. Ikun hemm is-suppożizzjoni li ishma ordinarji bħal dawn ikollhom prezz ġust u li mhux se jkunu la jdgħajjfu u lanqas isaħħu l-EPS. Huma jkunu injorati fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef.

(b) kuntratt biex jinħarġu l-bqija tal-ishma ordinarji għall-ebda korrispettiv. Dawn l-ishma ordinarji ma jiġġenerawx qligħ u m'għandhom l-ebda effett fuq il-profitt jew telf attribwibbli lill-ishma ordinarji pendenti Għalhekk, ishma bħal dawn huma li għandhom effett li jdgħajjef u jiżdiedu man-numru ta' ishma ordinarji pendenti fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef.

47 Opzjonijiet u ċertifikati għandhom effett li jdgħajjef biss meta l-prezz medja tas-suq tal-ishma ordinarji matul il-perijodu jaqbeż il-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjonijiet jew ċertifikati (i.e. huma “favorevoli”). Qligħ sehem b'sehem irrappurtat preċedentement ma jkunx aġġustat b'mod retroattiv biex jirrifletti l-bidliet fil-prezzijiet ta' ishma ordinarji.

▼M33

47A Fil-każ ta’ opzjonijiet fuq l-ishma u arranġamenti oħrajn ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, il-prezz tal-ħruġ imsemmi fil-paragrafu 46 u l-prezz tal-eżerċizzju msemmi fil-paragrafu 47 għandhom jinkludu l-valur ġust (imkejjel skont l-IFRS 2) ta’ kull oġġett jew servizz li għandu jkun ipprovdut lill-entità fil-futur taħt l-opzjoni fuq l-ishma jew arranġament ieħor ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

▼B

48 Opzjonijiet ta' ishma għall-impjegati b'termini fissi jew determinabbli u ishma ordinarji mhux vestitit jitqiesu bħala opzjonijiet fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, anki jekk dawn jistgħu jkunu kontinġenti fuq il-vestiment. Dawn jitqiesu bħala pendenti fid-data tal-għotja. Opzjonijiet ta' ishma għall-impjegati bbażati fuq ir-riżultati finanzjarji jitqiesu bħala ishma li jista' jkollhom jinħarġu għaliex il-ħruġ tagħhom hu kontinġenti fuq li jiġu ssodisfati ċertu kondizzjonijiet speċifikati barra milli mogħdija taż-żmien.

Strumenti Konvertibbli

49 L-effett li jdgħajjef ta' strumenti konvertibbli għandu jkun rifless fil-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef skont il-paragrafi 33 u 36.

50 Ishma privileġġjati konvertibbli jsaħħu l-EPS kull meta l-ammont tad-dividend fuq dawn l-ishma ddikjarati fi, jew akkumulati fil-perijodu preżenti, għal kull sehem ordinarju li jinkiseb mal-konverżjoni jaqbeż il-qligħ bażiku sehem b'sehem. Bl-istess mod, dejn konvertibbli jsaħħaħ l-EPS kull meta l-imgħax fuqu (nett, wara t-taxxa u bidliet oħra fl-introjtu u fl-ispejjeż) għal kull sehem ordinarju li jinkiseb mal-konverżjoni jaqbeż il-qligħ bażiku sehem b'sehem.

51 Il-fidi jew il-konverżjoni indotta ta' ishma privileġġjati konvertibbli tista' taffettwa biss porzjon ta' ishma privileġġjati konvertibbli li kienu preċedentement pendenti. F'dawn il-każijiet, kull korrispettiv żejjed li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 17 hi attribwibbli lil dawk l-ishma li huma mifdija jew konvertiti għall-iskop li jkun iddeterminat jekk l-ishma privileġġjati pendenti li jibqa' humiex li għandhom effett li jdgħajjef. L-ishma mifdija jew konvertiti huma kkunsidrati separatament minn dawk l-ishma li mhumiex mifdija jew konvertiti.

Ishma li jista' jkollhom jinħarġu

52 Bħal fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku sehem b'sehem, ishma maħruġa b'mod kontinġenti jitqiesu bħala pendenti u huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef jekk il-kondizzjonijiet huma ssodisfati (i.e. ikunu seħħew l-avvenimenti). Ishma li jista' jkollhom jinħarġu huma inklużi mill-bidu tal-perijodu (jew mid-data tal-ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta' ishma, jekk id-data tkun iktar tard). Jekk il-kondizzjonijiet ma jkunux ssodisfati, in-numru ta' ishma li jista' jkollhom jinħarġu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef hi bbażata fuq in-numru ta' ishma li jkunu jistgħu jinħarġu jekk it-tmiem tal-perijodu jkun it-tmiem tal-perijodu ta' kontinġenza. Dikjarazzjoni b'mod ġdid mhix permessa jekk il-kondizzjonijiet ma jintlaħqux meta jiskadi l-perijodu ta' kontinġenza.

53 Jekk il-kisba jew iż-żamma ta' ammont speċifikat ta' qligħ għal perijodu hi l-kondizzjoni għall-ħruġ kontinġenti u jekk dak l-ammont kien miksub fit-tmiem tal-Perijodu tar-rapport iżda li jeħtiegġ li jinżamm wara t-tmiem tal-perijodu tar-rapport għal perijodu addizzjonali, f'dan il-każ l-ishma ordinarji addizzjonali jitqiesu bħala pendenti, jekk l-effett ikun wieħed li jdgħajjef, fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef. F'dak il-każ, il-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef hi bbażata fuq in-numru ta' ishma ordinarji li kieku jinħarġu li kieku l-ammont ta' qligħ fit-tmiem tal-Perijodu tar-rapport kien l-ammont ta' qligħ fit-tmiem tal-perijodu ta' kontinġenza. Minħabba li l-qligħ jista' jinbidel f'perijodu futur, il-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku sehem b'sehem ma tinkludix ishma maħruġa b'mod kontinġenti bħal dawn sat-tmiem tal-perijodu ta' kontinġenza minħabba ma ġewx issodisfati l-kondizzjonijiet kollha.

54 In-numru ta' ishma maħruġa b'mod kontinġenti jista' jiddependi mill-prezz tas-suq futur tal-ishma ordinarji. F'dak il-każ, jekk l-effett ikun wieħed li jdgħajjef, il-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef hi bbażata fuq in-numru ta' ishma ordinarji li jinħarġu jekk il-prezz tas-suq fit-tmiem tal-perijodu tar-rapport ikun il-prezz tas-suq fit-tmiem tal-perijodu ta' kontinġenza. Jekk il-kondizzjoni hi bbażata fuq il-medja tal-prezzijiet tas-suq matul perijodu ta' żmien li jestendi lil hinn mit-tmiem tal-perijodu tar-rapport, tintuża l-medja għall-perijodu ta' żmien li skada. Minħabba li l-prezz tas-suq jista' jinbidel f'perijodu futur, il-kalkolazzjoni ta' qligħ bażiku sehem b'sehem ma tinkludix ishma maħruġa b'mod kontinġenti bħal dawn sakemm jasal it-tmiem tal-perijodu ta' kontinġenza minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa.

55 In-numru ta' ishma maħruġa b'mod kontinġenti jista' jiddependi minn qligħ futur u minn prezzijiet futuri tal-ishma ordinarji. F'każijiet bħal dawn, in-numru ta' ishma ordinarji inklużi fil-kalkulazzjonijiet tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef hu bbażat fuq iż-żewġ kondizzjonijiet (i.e. qligħ sal-lum u l-prezz tas-suq kurrenti fit-tmiem tal-perijodu tar-rapport). Ishma maħruġa b'mod kontinġenti mhumiex inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef sakemm ma jintlaħqux iż-żewġ kondizzjonijiet.

56 F'każijiet oħra, in-numru ta' ishma maħruġa b'mod kontinġenti jiddependi fuq kondizzjoni oħra li mhix qligħ jew il-prezz tas-suq (pereżempju, il-ftuħ ta' numru speċifiku ta' ħwienet bl-imnut). F'dawn il-każijiet, bis-suppożizzjoni li l-istat preżenti tal-kondizzjoni ser jibqa' l-istess sat-tmiem tal-perijodu ta' kontinġenza, l-ishma li jistgħu jinħarġu b'mod kontinġenti huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef skont l-istat fit-tmiem tal-perijodu tar-rapport.

57 Ishma maħruġa b'mod kontinġenti (barra minn dawk li jaqgħu taħt ftehim kontinġenti għall-ħruġ ta' ishma, bħall-strumenti konvertibbli ta' maħruġa b'mod kontinġenti) huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef kif ġej:

(a) entità tiddetermina jekk l-ishma ordinarji potenzjali jistgħux jiġu ssoponuti li jistgħu jinħarġu fuq bażi tal-kondizzjonijiet speċifikati għall-ħruġ tagħhom skont il-provvedimenti tal-ishma ordinarji kontinġenti fil-paragrafi 52–56; u

(b) jekk dawk l-ishma ordinarji potenzjali għandhom ikunu riflessi fil-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, entità tiddetermina l-impatt tagħhom fuq il-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef billi ssegwi l-provvedimenti għall-opzjonijiet u ċertifikati fil-paragrafi 45-48, il-provvedimenti għall-istrumenti konvertibbli fil-paragrafi 49–51, il-provvedimenti għall-kuntratti li jistgħu jkunu mħallsa b'ishma ordinarji jew bi flus fil-paragrafi 58–61 jew provvedimenti oħra, kif xieraq.

Madankollu, eżerċizzju jew konverżjoni ma jkunux preżunti għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef sakemm ma jkunx issoponut l-eżerċizzju jew konverżjoni ta' ishma ordinarji potenzjali pendenti simili li mhumiex ishma li jistgħu jinħarġu b'mod kontinġenti.

Il-kuntratti li jistgħu jitħallsu b'ishma ordinarji jew bi flus.

58 Meta entità toħroġ kuntratt li jista' jitħallas b'ishma ordinarji jew bi flus skont l-għażla tal-entità, l-entità għandha tippreżumi li l-kuntratt se jitħallas b'ishma ordinarji, u l-ishma ordinarji potenzjali li jirriżultaw għandhom ikunu inklużi fil-qligħ imdgħajjef għal kull sehem jekk l-effett ikun wieħed li jdgħajjef.

59 Meta dan it-tip ta' kuntratt hu ppreżentat għal skopijiet ta' kontabilità bħala assi jew obbligazzjoni, jew komponent ta' ekwità u komponent ta' obbligazzjoni, l-entità għandha taġġusta n-numeratur għal xi bidliet fil-profitt jew fit-telf li jkunu rriżultaw matul il-perijodu jekk il-kuntratt kien ikklassifikat b'mod sħiħ bħala strument azzjonarju. Dak l-aġġustament hu simili għall-aġġustamenti meħtieġa fil-paragrafu 33.

60 Għall-kuntratti li jistgħu jkunu mħallsa b'ishma ordinarji jew bi flus skont l-għażla tal-proprjetarju, l-aktar arranġament li jdgħajjef bejn is-saldu fi flus jew saldu b'ishma, għandu jintuża fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef.

61 Eżempju ta' kuntratt li jista' jitħallas b'ishma ordinarji jew bi flus hu strument ta' dejn li, meta jimmatura, jagħti lill-entità d-dritt bla riservi li tħallas l-ammont kapitali fi flus jew fl-ishma ordinarji tagħha stess. Eżempju ieħor hu opzjoni put bil-miktub li tagħti lill-proprjetarju d-dritt li jitħallas f'ishma ordinarji jew fi flus.

Opzjonijiet mixtrija

62 Kuntratti bħal opzjonijiet put mixtrija u opzjonijiet ta' xiri mixtrija (i.e. opzjonijiet miżmuma mill-entità fuq l-ishma ordinarji tagħha) mhumiex inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef minħabba li l-inklużjoni tagħhom kieku ssaħħaħ l-EPS. L-opzjoni put kieku tkun eżerċitata biss jekk il-prezz tal-eżerċizzju jkun ogħla mill-prezz tas-suq u l-opzjoni call tkun eżerċitata biss jekk il-prezz tal-eżerċizzju jkun aktar baxx mill-prezz tas-suq.

Opzjonijiet put miktuba

63 Kuntratti li jeħtieġu li entità terġa' tixtri l-ishma tagħha, bħal opzjonijiet put miktuba u kuntratt ta' xiri bil-quddiem, huma riflessi fil-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef jekk l-effett ikun wieħed li jdgħajjef. Jekk dawn il-kuntratti huma “favorevoli” matul il-perijodu (i.e. il-prezz tal-eżerċizzju jew saldu hu ogħla mill-medja tal-prezz tas-suq għal dak il-perijodu), l-effett potenzjalment li jdgħajjef fuq il-qligħ sehem b'sehem għandu jinħadem kif ġej:

(a) għandu jkun issoponut li fil-bidu tal-perijodu ser jinħarġu biżżejjed ishma ordinarji (bil-prezz medju tas-suq matul il-perijodu) biex jiġġeneraw id-dħul li jissodisfa l-kuntratt;

(b) għandu jkun issoponut li d-dħul mill-ħruġ jintuża biex ikun sodisfatt il-kuntratt (i.e. biex jinxtraw lura l-ishma ordinarji); u

(c) l-ishma ordinarji inkrementali (id-differenza bejn in-numru ta' ishma ordinarji ssoponuti bħala maħruġa u n-numru ta' ishma ordinarji riċevuti meta biex ikun issodisfat il-kuntratt) għandhom ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef.

AĠĠUSTAMENTI RETROSPETTIVI

64 Jekk in-numru ta' ishma ordinarji jew ishma ordinarji potenzjali pendenti jiżdied bħala riżultat ta' kapitalizzazzjoni, ħruġ ta' ishma bonus jew qsim tal-ishma, jew tnaqqis bħala riżultat ta' qsim ta' ishma mreġġa' lura, il-kalkolazzjoni ta' qligħ bażiku u mdgħajjef għal kull sehem għall-perijodi kollha ppreżentati għandu jkun aġġustat b'mod retrospettiv. Jekk dawn il-bidliet iseħħu wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ iżda qabel ma r-rapporti finanzjajri jiġu awtorizzati għall-ħruġ, il-kalkulazzjonijiet għal kull sehem għal dawk id-dikjarazzjonijiet u għal dikjarazzjonijiet ta' kull perijodu preċedenti ieħor ppreżentat għandhom ikunu bbażati fuq in-numru ta' ishma ġodda. Il-fatt li l-kalkulazzjonijiet għal kull sehem jirriflettu bidliet bħal dawn fin-numru ta' ishma għandu jkun żvelat. Barra minn hekk, qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef tal-perijodi kollha ppreżentati għandu jkun aġġustat għall-effetti ta' żbalji u aġġustamenti li jirriżultaw minn bidliet fit-tipi ta' politika tal-kontabilità rrappurtati b'mod retrospettiv.

65 Entità ma terġax tiddikjara l-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef għal perijodu ppreżentat preċedentement għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet użati fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem jew għall-konverżjoni ta' ishma ordinarji potenzjali f'ishma ordinarji.

PREŻENTAZZJONI

66 Entità għandha tippreżenta ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu l-qligħ bażiku u mdgħajjef sehem b'sehem għall-profitt jew telf mill-operazzjonijiet li jkomplu attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali u għall-profitt u telf attribwibbli lill-proprjetarji ta' ekwità ordinarja tal-entità prinċipali għall-perijodu ta' kull klassi ta' ishma ordinarji li għandha dritt differenti li jkollha sehem mill-profitt għal dak il-perijodu. Entità għandha tippreżenta l-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef għal kull sehem bl-istess prominenza għall-perijodi kollha ppreżentati.

67 Qligħ sehem b'sehem hu ppreżentat għal kull perijodu li għalih kien ippreżentat rapport tal-introjtu. Jekk il-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef hu rrappurtat għal mill-anqas perijodu wieħed, dan għandu jkun irrappurtat għall-perijodi kollha ppreżentati, anki jekk ikun ugwali għal qligħ bażiku sehem b'sehem. Jekk il-qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef huma indaqs, ►M5  preżentazzjoni doppja tista' titwettaq f'linja waħda fir-rapport tad-dħul komplessiv. ◄

▼M31

67A Jekk tippreżenta l-entrati tal-profitt jew it-telf f'rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), entità tippreżenta l-qligħ sehem b’sehem bażiku u dilwit, kif meħtieġ mill-paragrafi 66 u 67, f'dak ir-rapport separat.

▼B

68 Entità li tirrapporta operazzjoni li ma tkomplietx għandha tiżvela l-ammonti bażiċi u mdgħajfa għal kull sehem għall-operazzjoni li ma tkomplietx jew ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu jew fin-noti.

▼M31

68A Jekk tippreżenta l-entrati tal-profitt jew it-telf f'rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2007), entità tippreżenta l-qligħ sehem b’sehem bażiku u dilwit għall-operazzjonijiet li ma tkomplewx, kif meħtieġ fil-paragrafu 68, f’dak ir-rapport separat jew fin-noti.

▼B

69 Entità għandha tippreżenta l-qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef għal kull sehem, anki jekk l-ammonti huma negattivi (i.e. telf sehem b'sehem)

ŻVELAR

70 Entità għandha tiżvela dan li ġej:

(a) l-ammonti użati bħala n-numeraturi fil-kalkolazzjoni ta' qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef u tqabbil ta' dawk l-ammonti mal-profitt jew telf attribwibbli għall-entità prinċipali għal dak il-perijodu. It-tqabbil għandu jinkludi l-effett individiwali ta' kull klassi ta' strumenti li taffettwa l-qligħ sehem b'sehem.

(b) il-medja mwieżna tan-numru ta' ishma ordinarji użati bħala d-denominatur fil-kalkolazzjoni tal-qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, u tqabbil ta' dawn id-denominaturi ma' xulxin. It-tqabbil għandu jinkludi l-effett individiwali ta' kull klassi ta' strumenti li taffettwa l-qligħ sehem b'sehem.

(c) strumenti (inklużi iishma li jista' jkollhom jinħarġu) li jistgħu, potenzjalment, jdgħajfu l-qligħ bażiku sehem b'sehem fil-futur, li iżda ma kienux inklużi fil-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef minħabba li jsaħħu l-EPS għal dak/dawk il-perijodu/i ppreżentat(i).

(d) deskrizzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ishma ordinarji jew tranżazzjonijiet ta' ishma ordinarji potenzjali, ħlief dawk ikkunsidrati skont il-paragrafu 64 li jseħħu wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ u li setgħu jbiddlu b'mod sinifikanti n-numru ta' ishma ordinarji jew ishma ordinarji potenzjali pendenti fit-tmiem tal-perijodu li kieku dawk it-tranżazzjonijiet seħħew qabel it-tmiem tal-Perijodu tar-rapport.

71 Eżempji ta' tranżazzjonijiet fil-paragrafu 70(d) jinkludu:

(a) ħruġ ta' ishma għall-flus;

(b) ħruġ ta' ishma fejn id-dħul minnhom se jintuża biex jitħallas lura dejn jew ishma privileġġati pendenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar; ◄

(c) il-fidi ta' ishma ordinarji pendenti;

(d) il-konverżjoni jew eżerċizzju ta' ishma ordinarji potenzjali pendenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ f'ishma ordinarji;

(e) il-ħruġ ta' opzjonijiet, ċertifikati, jew strumenti konvertibbli; u

(f) il-kisba ta' kondizzjonijiet li kieku kienu jirriżultaw fil-ħruġ ta' ishma li jista' jkollhom jinħarġu.

L-ammonti ta' qligħ sehem b'sehem mhumiex aġġustati għal tranżazzjonijiet bħal dawn li jseħħu wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ minħabba tranżazzjonijiet bħal dawn ma jaffettwawx l-ammont ta' kapital użat fil-produzzjoni ta' profitt jew telf għal dak il-perijodu.

72 Strumenti finanzjarji u kuntratti oħra li jiġġeneraw ishma ordinarji potenzjali jistgħu jinkorporaw termini u kondizzjonijiet li jaffetwaw il-kejl ta' qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef. Dawn it-termini u kondizzjonijiet jistgħu jiddeterminaw jekk xi ishma ordinarji potenzjali humiex li għandhom effett li jdgħajjef, u jekk dan ikun il-każ, l-effett fuq il-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji u kwalunkwe aġġustamenti konsegwenti fuq il-profitt jew fuq it-telf attribwibbli lill-proprjetarji tal-ekwità ordinarja. L-iżvelar ta' termini u kondizzjonijiet ta' dawn l-istrumenti finanzjarji u kuntratti oħra huma mħeġġa, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor. (ara l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar).

73 Jekk entità tiżvela, barra mill-qligħ bażiku u mdgħajjef għal kull sehem, ammonti għal kull sehem bl-użu ta' komponent irrappurtat tar-rapport tal-introjtu ħlief dak meħtieġ minn dan l-Istandard, ammonti bħal dawn għandhom ikunu kkalkulati bl-użu tal-medja ppiżata tan-numru ta' ishma ordinarji ddeterminati skont dan l-Istandard. Ammonti bażiċi u mdgħajfa għal kull sehem relatati ma' komponenti bħal dawn għandhom ikunu żvelati bl-istess prominenza u ppreżentati fin-noti. Entità għandha tindika l-bażi li fuqha n-numeratur/i hu/huma ddeterminati, inklużi jekk l-ammonti għal kull sehem humiex qabel jew wara t-taxxa. Jekk komponent tar-rapport tal-introjtu jintuża u ma jkunx irrappurtat bħala entrata elenkata fir-rapport tal-introjtu, għandu jsir tqabbil ejn il-komponent użat u l-entrata elenkata li hu rrappurtat fir-rapport tal-introjtu.

▼M31

73A Il-paragrafu 73 japplika wkoll għal entità li tiddivulga, minn barra l-qligħ sehem b'sehem bażiku u dilwit, l-ammonti kull sehem bl-użu ta’ entrata rapportata tal-profitt jew it-telf, għajr dik meħtieġa minn dan l-Istandard.

▼B

DATA EFFETTIVA

74 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M5

74A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, żied il-paragrafi 4A, 67A, 68A u 73A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M32

74B L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f'Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 4, 40 u A11. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

74C L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 47A u A2. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

74D  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafi 4A, 67A, 68A u 73A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼B

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

75 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 33 Qligħ Sehem b'Sehem (maħruġ fl-1997)

76 Dan l-Istandard jieħu post IS-SIC24 Qligħ Sehem b'Sehem — Strumenti Finanzjarji u Kuntratti Oħra li Jistgħu Jitħallsu f'Ishma.




Appendiċi A

GWIDA TA' APPLIKAZZJONI

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-Istandard.

PROFITT JEW TELF ATTRIBWIBBLI GĦALL-ENTITÀ PRINĊIPALI

A1 Għall-iskop ta' kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem ibbażat fuq rapporti finanzjarji konsolidati, profitt jew telf attribwibbli għall-entità prinċipali jirreferi għall-profitt jew telf tal-entità konsolidata wara l-aġġustament ►M11  għall-interessi li ma jagħtux kontroll ◄ .

ĦRUĠ TA' ISHMA BI DRITT

A2 Il-ħruġ ta’ ishma ordinarji fiż-żmien tal-eżerċizzju jew tal-konverżjoni ta’ ishma ordinarji potenzjali normalment ma jwassalx għal element ta’ bonus. Dan għaliex l-ishma ordinarji potenzjali normalment jinħarġu għall-valur ġust, li jirriżulta f’bidla proporzjonata fir-riżorsi disponibbli għall-entità. Fi ħruġ ta’ drittijiet, madankollu, il-prezz tal-eżerċizzju spiss ikun inqas mill-valur ġust tal-ishma. ◄ Għalhekk, kif innutat fil-paragrafu 27 (b), dan il-ħruġ ta' ishma bi dritt jinkludi element ta' bonus. Jekk ħruġ ta' ishma bi dritt hu offrut lill-azzjonisti eżistenti kollha, in-numru ta' ishma ordinarji li għandu jintuża fil-kalkolazzjoni ta' qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef għall-perijodi kollha qabel il-ħruġ ta' ishma bi dritt hu n-numru ta' ishma ordinarji pendenti qabel il-ħruġ, immultiplikat bil-fattur li ġej:

Valur ġust għal kull sehem immedjatament qabel l-eżerċizzju tad-drittijiet

Valur teoretiku ta' sehem qabel il-ħruġ ta' ishma bi dritt

Il-valur teoretiku ta’ sehem qabel il-ħruġ ta’ ishma bi dritt ikun ikkalkulat billi wieħed iżid il-valur ġust aggregat tal-ishma immedjatament qabel l-eżerċizzju tad-drittijiet mar-rikavat mill-eżerċizzju tad-drittijiet, u jiddividi bin-numru ta’ ishma pendenti wara l-eżerċizzju tad-drittijiet. Meta d-drittijiet ikunu sejrin jiġu nnegozjati pubblikament b’mod separat mill-ishma qabel id-data tal-eżerċizzju, il-valur ġust jitkejjel fl-għeluq tal-aħħar jum li fih l-ishma jiġu nnegozjati flimkien mad-drittijiet.

IĊ-ĊIFRA TAL-KONTROLL

A3 Biex jingħata eżempju tal-idea tal-applikazzjoni taċ-ċifra tal-kontroll deskritta fil-paragrafi 42 u 43, assumi li l-entità għandha profitt mill-operazzjonijiet lill-entità prinċipali ta' CU4,800 ( 23 ), telf minn operazzjonijiet li ma tkomplewx attribwibbli lill-entità prinċipali ta' (CU7,200), telf attribwibbli lill-entità prinċipali ta' (CU2,400), u 2,000 ishma ordinarji u 400 ishma ordinarji potenzjali pendenti. Il-qligħ bażiku sehem b'sehem tal-entità hu ta' CU2,40 għal operazzjonijiet li se jitkomplew (CU3,60) għal operazzjonijiet li ma tkomplewx u (CU1,20) għat-telf. L-400 sehem ordinarju potenzjali huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef minħabba li s-CU2,00 li tirriżulta bħala qligħ sehem b'sehem għal operazzjonijiet jkomplu hi dilwittiva, bis-suppożizzjoni li m'hemm l-ebda impatt ta' profitt jew telf ta' dawk l-400 sehem ordinarju potenzjali. Minħabba li l-profitt minn operazzjonijiet li jkomplu attribwibbli lill-entità prinċipali hi ċ-ċifra tal-kontroll, l-entità tinkludi wkoll dawk l-400 sehem ordinarju potenzjali fil-kalkolazzjoni tal-ammonti l-oħra ta' qligħ sehem b'sehem, minkejja li l-ammonti ta' qligħ sehem b'sehem li jirriżultaw isaħħu l-EPS meta mqabbla mal-ammonti ta' qligħ bażiku sehem b'sehem, i.e. it-telf sehem b'sehem hu inqas [(CU3,00) mit-telf minn operazzjonijiet li ma tkomplewx u (CU1,00) għal kull sehem għat-telf].

PREZZ MEDJU TAS-SUQ TA' ISHMA ORDINARJI

A4 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, il-prezz medju tas-suq ta' ishma ordinarji preżunti bħala maħruġa hu kkalkulat fuq bażi tal-prezz medju tas-suq ta' ishma ordinarji matul il-perijodu. Teoretikament, kull tranżazzjoni tas-suq għall-ishma ordinarji ta' entità tistgħu tiġi inkluża fid-determinazzjoni tal-prezz medju tas-suq. Fil-prattika, madankollu, medja sempliċi ta' prezzijiet fuq medda ta' ġimgħa jew ta' xahar hi ġeneralment adegwata.

A5 Ġeneralment, prezzijiet tal-għeluq tas-suq huma adegwati għal kalkolazzjoni tal-prezz medju tas-suq. Meta l-prezzijiet ivarjaw ħafna, madankollu, medja tal-prezzijiet l-aktar għolja u baxxi ġeneralment tipproduċi prezz iktar rappreżentattiv. Il-metodu użat fil-kalkolazzjoni tal-prezz tal-medja tas-suq hu użat b'mod konsistenti sakemm ma jibqax rappreżentattiv minħabba kondizzjonijiet mibdula. Pereżempju, entità li tuża l-prezzijiet tal-għeluq tas-suq biex ikun ikkalkulat il-prezz medju tas-suq għal numru ta' snin bi prezzijiet relattivament stabbli, tista' taqleb għal sistema ta' medja tal-aktar prezzijiet għolja u baxxi jekk il-prezzijiet jibdew ivarjaw ħafna u l-prezzijiet tal-għeluq tas-suq ma jibqgħux jipproduċu prezz medju rappreżentattiv.

OPZJONIJIET, ĊERTIFIKATI U L-EKWIVALENTI TAGĦHOM

A6 Opzjonijiet u ċertifikati biex jinxtraw strumenti konvertibbli huma preżunti li se jiġu eżerċitati biex jinxtara l-istrument konvertibbli kull meta l-prezzijiet medji kemm ta' strument konvertibbli u kemm ta' ishma ordinarji li jistgħu jinkisbu mal-konverżjoni huma iktar mill-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjonijiet jew taċ-ċertifikati. Madankollu, eżerċizzju ma jkunx issoponut sakemm ma tkunx issoponuta wkoll il-konverżjoni ta' strumenti konvertibbli pendenti simili, jekk hemm.

A7 Opzjonijiet jew ċertifikati jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-ħruġ b'offerta ta' dejn jew strumenti oħrajn tal-entità (jew tal-kumpanija prinċipali tagħha jew sussidjarja) fil-ħlas tal-prezz kollu tal-eżerċizzju jew porzjon minnu. Fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, dawk l-opzjonijiet jew ċertifikati li għandhom effett li jdgħajjef jekk (a) il-prezz medju tas-suq ta' ishma ordinarji relatati għall-perijodu jaqbeż il-prezz tal-eżerċizzju jew (b) il-prezz tal-bejgħ tal-istrument li ser jinħareġ bl-offerta hu inqas minn dak li fih l-istrument jista' jinħareġ bl-offerta skont il-ftehim tal-opzjoni jew taċ-ċertifikat u l-iskont li jirriżulta jistabbilixxi prezz ta' eżerċizzju inqas mill-prezz tas-suq tal-ishma ordinarji. Fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, dawk l-opzjonijiet jew ċertifikati huma preżunti li jkunu eżerċitati u d-dejn jew strumenti oħra huma preżunti li se jinħarġu għall-offerti. Jekk l-għoti ta' flus hu aktar vantaġġjuż għall-proprjetarju tal-opzjonijiet jew taċ-ċertifikati u l-kuntratt jippermetti l-għoti ta' flus, l-għoti tal-flus jiġi jkun issoponut. Mgħax (nett mit-taxxa) fuq kull dejn issoponut li se jiġi maħruġ bl-offerta hu miżjud lura bħala aġġustament għan-numeratur.

A8 Trattament simili hu mogħti għall-ishma privileġġjati li għandhom dispożizzjonijiet simili jew lil strumenti oħra li għandhom opzjonijiet ta' konverżjoni li jippermettu lill-investitur li jħallas bi flus għal rata ta' konverżjoni aktar favorevoli.

A9 It-termini prinċipali li fuqhom huma bbażati ċertu opzjonijiet jew ċertifikati, jistgħu jeħtieġu li d-dħul riċevut mill-eżerċizzju ta' dawk l-istrumenti, jintuża biex ikun mifdi d-dejn jew strumenti oħra tal-entità (tal-kumpanija prinċipali jew sussidjarja). Fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, dawk l-opzjonijiet jew ċertifikati huma preżunti li se jkunu eżerċitati u d-dħul użat fuq ix-xiri tad-dejn bil-prezz medju tas-suq aktar milli biex jinxtraw ishma ordinarji. Madankollu, id-dħul żejjed miksub mill-eżerċizzju preżunt fuq l-ammont użat għax-xiri ssoponut tad-dejn hu kkunsidrat (i.e. issoponut li se jintuża biex jinxtraw lura l-ishma ordinarji) fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef. Mgħax (nett mit-taxxa) fuq kull dejn issoponut li se jinxtara hu miżjud lura bħala aġġustament għan-numeratur.

OPZJONIJIET PUT MIKTUBA

A10 Bħala eżempju tal-applikazzjoni tal-paragrafu 63, nassumu li entità għandha 120 opzjoni put miktuba pendenti fuq l-ishma ordinarji tagħha bi prezz ta' eżerċizzju ta' CU35. Il-prezz medju tas-suq tal-ishma ordinarji tagħha għall-perijodu huwa ta' CU28. Meta tikkalkula l-qligħ imdgħajjef sehem b'sehem, l-entità tassumi li ħarġet 150 sehem b'CU28 għal kull sehem fil-bidu tal-perijodu biex tissodisfa l-obbligu put tagħha ta' CU4,200. Id-differenza bejn il-150 sehem ordinarju maħruġ u l-120 sehem ordinarju li tkun rċeviet billi tkun issodisfat l-opzjoni put (30 sehem ordinarju inkrimentali) tiġi miżjuda mad-denominatur fil-kalkolu ta' qligħ imdgħajjef għal kull sehem.

STRUMENTI TA' SUSSIDJARJI, IMPRIŻI KONĠUNTI JEW KUMPANIJI ASSOĊJATI

A11 Ishma ordinarji potenzjali ta’ sussidjarja impriża konġunta jew kumpanija assoċjata konvertibbli jew f’ishma ordinarji tas-sussidjarja, l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata, jew ishma ordinarji tal-kumpanija prinċipali, jew investituri bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti (l-entità relatriċi) fuq, id-destinatarja tal-investiment, jiġu inklużi fil-kalkolu tal-qligħ imdgħajjef għal kull sehem kif ġej:

(a) strumenti maħruġa minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata li tippermetti lill-proprjetarji tagħhom biex jiksbu ishma ordinarji tas-sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef tas-sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata. Dak il-qligħ sehem b'sehem ikun imbagħad inkluż fil-kalkulazzjonijiet ta' qligħ sehem b'sehem tal-entità li tirrapporta, ibbażati fuq l-investiment ta' strumenti tas-sussidjarja, ta' impriża konġunta jew ta' kumpanija assoċjata tal-entità li tirrapporta.

(b) strumenti tas-sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata li huma konvertibbli f'ishma ordinarji tal-entità li tirrapporta huma kkunsidrati fost l-ishma ordinarji potenzjali tal-entità li tirrapporta għall-iskop ta' kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef. Bl-istess mod, opzjonijiet jew ċertifikati maħruġa minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata biex jinxtraw ishma ordinarji tal-entità li tirrapporta huma kkunsidrati fost ishma ordinarji potenzjali tal-entità li tirrapporta fil-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef ikkonsolidat.

A12 Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-effett tal-qligħ sehem b'sehem ta' strumenti maħruġa minn entità li tirrapporta li huma konvertibbli f'ishma ordinarji ta' sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, l-istrumenti huma preżunti li huma konvertiti u n-numeratur (profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji tal-ekwità ordinarja tal-entità priniċipali) aġġustati kif meħtieġ skont il-paragrafu 33. Barra minn dawn l-aġġustamenti, in-numeratur hu aġġustat għal kull bidla fil-profitt jew telf irreġistrat mill-entità li tirrapporta (bħall-introjtu minn dividendi jew introjtu mill-metodu tal-ekwità) li hu attribwibbli għaż-żjieda fin-numru ta' ishma ordinarji pendenti tas-sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata bħala riżultat tal-konverżjoni ssoponuta. Id-denominatur tal-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef ma jkunx affettwat minħabba li n-numru ta' ishma ordinarji pendenti tal-entità li tirrapporta ma jinbidilx mal-konverżjoni ssoponuta.

STRUMENTI AZZJONARJI PARTEĊIPANTI U ISHMA ORDINARJI F'ŻEWĠ KLASSIJIET

A13 L-ekwità ta' xi entitajiet tinkludi:

(a) strumenti li jipparteċipaw fid-dividendi b'ishma ordinarji skont formula predeterminata (pereżempju tnejn għal kull wieħed) b'xi, kultant, limitu massimu fuq il-limitu ta' fuq tal-medda tal-parteċipazzjoni (pereżempju, sa, iżda mhux aktar, minn ammont speċifikat għal kull sehem).

(b) klassi ta' ishma ordinarji b'rata ta' dividend differenti minn dawk ta' klassi oħra ta' ishma ordinarji li iżda bla drittijiet preċedenti jew anzjani.

A14 Għall-iskop tal-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, il-konverżjoni hi ssoponuta għal dawk l-istrumenti deskritti fil-paragrafu A13 li huma konvertibbli f'ishma ordinarji jekk l-effett ikun wieħed li jdgħajjef. Għal dawk l-istrumenti li mhumiex konvertibbli fi klassi ta' ishma ordinarji, profitt jew telf għall-perijodu hu allokat għal klassijiet differenti ta' ishma u strumenti azzjonarji parteċipanti skont id-drittijiet tad-dividendi tagħhom u drittijiet oħra biex jkollhom sehem fi qligħ mhux imqassam. Biex tikkalkula l-qligħ bażiku u qligħ sehem b'sehem imdgħajjef għal kull sehem:

(a) profitt jew telf attribwibbli lill-proprjetarji tal-ekwità ordinarja tal-entità prinċipali hu aġġustat (profitt imnaqqas jew telf miżjud) bl-ammont ta' dividendi ddikjarati fil-perijodu għal kull klassi ta' ishma u bl-ammont ta' dividendi kuntrattwali (jew mgħax fuq bonds parteċipattivi) li jrid jitħallas għall-perijodu (pereżempju, dividendi kumulattivi mhux imħallsa)

(b) il-profitt jew telf li jibqa' hu allokat għal ishma ordinarji u strumenti azzjonarji parteċipanti sakemm kull strument jkollu sehem fil-qligħ daqs li kieku l-profitt jew telf kollu għall-perijodu kien distribwit. Il-profitt totali jew telf allokat għal kull klassi ta' strument azzjonarju hu ddeterminat billi tgħodd l-ammont allokat għad-dividendi u l-ammont allokat għall-fattur tal-parteċipazzjoni.

(ċ) l-ammont totali tal-profitt jew telf allokat għal kull klassi ta' strument azzjonarju hu diviż bin-numru ta' strumenti pendenti li għalihom il-qligħ hu allokat biex ikun ddeterminat l-qligħ sehem b'sehem għall-istrument.

Għal kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef, l-ishma ordinarji potenzjali ssoponuti li nħarġu huma inklużi fl-ishma ordinarji pendenti.

ISHMA MĦALLSA PARZJALMENT

A15 Meta ishma ordinarji jinħarġu iżda ma jkunux imħallsa b'mod komplet, dawn ikunu ttrattati fil-kalkolazzjoni ta' qligħ bażiku sehem b'sehem bħala porzjon ta' sehem ordinarju sal-punt li huma kienu intitolati li jkollhom sehem fid-dividendi matul il-perijodu meta mqabbla ma' sehem ordinarju mħallas b'mod komplet.

A16 Sal-punt li ishma mħallsa parzjalment mhumiex intitolati biex jipparteċipaw fid-dividendi matul il-perijodu fejn huma ttrattati bħala l-ekwivalenti ta' ċertifikati jew opzjonijiet fil-kalkolazzjoni ta' qligħ sehem b'sehem imdgħajjef. Il-bilanċ mhux imħallas hu preżunt li se jirrappreżenta d-dħul użat fix-xiri ta' ishma ordinarji. In-numru ta' ishma inklużi fil-qligħ sehem b'sehem imdgħajjef hu d-differenza bejn in-numru ta' ishma sottoskritti u n-numru ta' ishma preżunti li huma mixtrija.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 34

Rappurtaġġ Finanzjarju Interim

GĦAN

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi l-kontenut minimu għal rapport finanzjarju interim u li jippreskrivi l-prinċipji għal rikonoxximent u kejl f'rapporti finanzjarji sħaħ jew mqassra għal perijodu interim. Ir-rappurtaġġ finanzjarju interim f'waqtu u affidabbli jtejjeb l-abbiltà tal-investituri, il-kredituri, u oħrajn biex jifhmu l-kapaċità ta' entità li tiġġenera qligħ u flussi ta' flus u l-kundizzjoni finanzjarja u l-likwidità tagħha.

AMBITU

1 Dan l-Istandard ma jordnax liema entitajiet għandhom ikunu meħtieġa jippubblikaw rapporti finanzjarji interim, b'liema frekwenza, jew f'liema żmien wara t-tmiem tal-perijodu interim. Madankollu, il-gvernijiet, ir-regolaturi tat-titoli, il-boroż u l-korpi tal-kontabilità ħafna drabi jeħtieġu lill-entitajiet, li għandhom t-titoli ta' dejn jew ta' ishma tagħhom negozjati pubblikament, li jippubblikaw rapporti finanzjarji interim. Dan l-Istandard japplika jekk entità tkun meħtieġa jew tagħżel li tippubblika rapport finanzjarju interim skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju. Il-Kumitat tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ( 24 ) jinkoraġġixxi lill-entitajiet innegozjati pubblikament biex jipprovdu rapporti finanzjarji interim li jkunu jikkonformaw mal-prinċipji tar-rikonoxximent, tal-kejl, u tal-iżvelar imniżżlin f'dan l-Istandard. Speċifikament, entitajiet innegozjati pubblikament huma mħeġġa:

(a) li jipprovdu rapporti finanzjarji interim tal-inqas sal-aħħar tal-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja tagħhom; u

(b) li jagħmlu r-rapporti finanzjarji interim tagħhom disponibbli mhux aktar tard minn 60 jum wara t-tmiem tal-perijodu interim.

2 Kull rapport finanzjarju, annwali jew interim, huwa evalwat waħdu għall-konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju. Il-fatt li entità tista' ma tkunx ipprovdiet rapporti finanzjarji interim waqt sena finanzjarja partikolari jew li setgħet ipprovdiet rapporti finanzjarji interim li ma jkunux jikkonformaw ma' dan l-Istandard ma jipprevenix lir-rapporti finanzjarji annwali tal-entità milli jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju jekk jagħmlu hekk b'mod ieħor.

3 Jekk ir-rapport finanzjarju interim ta' entità huwa deskritt li jikkonforma mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta' dan l-Istandard. Il-paragrafu 19 jeħtieġ ċertu żvelar f'dak ir-rigward.

DEFINIZZJONIJIET

4 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Perijodu interim huwa perijodu ta' rappurtaġġ finanzjarju iqsar minn sena finanzjarja sħiħa.

▼M5

Rapport finanzjarju interim ifisser rapport finanzjarju li fih jew sett komplet ta’ rapporti finanzjarji (kif deskritt fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)) jew sett ta’ rapporti finanzjarji mqassra (kif deskritt f'dan l-Istandard) għal perjodu interim.

▼B

KONTENUT TA' RAPPORT FINANZJARJU INTERIM

▼M36

5 L-IAS 1 jiddefinixxi sett komplut ta’ rapporti finanzjarji li jinkludi l-komponenti li ġejjin:

(a) rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fit-tmiem tal-perjodu;

(b) rapport tal-profitt jew it-telf u introjtu komprensiv ieħor għall-perjodu;

(c) rapport tat-tibdil fl-ekwità għall-perjodu;

(d) rapport tal-flussi ta’ flus għall-perjodu;

(e) noti, li fihom sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni;

(ea) informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu preċedenti kif speċifikat fil-paragrafi 38 u 38A tal-IAS 1; kif ukoll

(f) rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti li fih entità tapplika xi politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv, jew tirrapporta mill-ġdid b’mod retrospettiv xi entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha f’konformità mal-paragrafi 40A-40D tal-IAS 1.

Entità tista' tuża titoli għar-rapporti differenti minn dawk li jintużaw f'dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista' tuża t-titlu “rapport tal-introjtu komprensiv” minflok “rapport tal-profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor”.

▼B

6 Għal raġunijiet ta' tempestività u ta' konsiderazzjonijiet ta' kosti u biex tiġi evitata repetizzjoni ta' informazzjoni rrappurtata preċedentement, entità tista' tkun meħtieġa jew tista' tagħżel li tipprovdi inqas informazzjoni f'dati interim meta mqabbel mar-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Dan l-Istandard jiddefinixxi l-kontenut minimu ta' rapport finanzjarju interim li jinkludi rapporti finanzjarji mqassra u noti ta' spjega magħżulin. Ir-rapport finanzjarju interim huwa intiż biex jipprovdi aġġornament fuq' l-aħħar sett komplet ta' rapporti finanzjarji annwali. Għaldaqstant, dan jiffoka fuq attivitajiet, avvenimenti u ċirkostanzi ġodda li ma jidduplikawx informazzjoni rrappurtata preċedentement.

7 Xejn f'dan l-Istandard ma huwa intiż biex jipprojbixxi jew jiskoraġġixxi lil entità milli tippubblika sett komplet ta' rapporti finanzjarji (kif deskritt fl-IAS 1) fir-rapport finanzjarju interim, tagħha minflok rapporti finanzjarji mqassra u noti ta' spjega magħżulin. Dan l-Istandard l-anqas ma jipprojbixxi jew jiskoraġġixxi entità milli tinkludi f'rapporti finanzjarji interim mqassra aktar mill-minimu ta' entrati f'linja jew noti ta' spjega magħżulin kif stabbilit f'dan l-Istandard. Il-gwida għal rikonoxximent u kejl f'dan l-Istandard tapplika wkoll għal rapporti finanzjarji sħaħ għal perijodu interim, u dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-iżvelar kollu meħtieġ minn dan l-Istandard (b'mod partikolari l-iżvelar tan-noti magħżulin fil-paragrafu 16) kif ukoll dawk meħtieġa minn Standards oħrajn.

Komponenti minimi ta' rapport finanzjarju interim

8 Rapport finanzjarju interim għandu jinkludi, bħala minimu, il-komponenti li ġejjin:

(a) rapport imqassar tal-pożizzjoni finanzjarja;

▼M31

(b) rapport fil-qosor jew rapporti fil-qosor tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor;

▼M5

(c) rapport imqassar tat-tibdil fl-ekwità;

(d) rapport imqassar tal-flussi ta’ flus; u

(e) noti magħżulin ta’ spjegazzjoni.

▼M31

8A Jekk tippreżenta l-entrati tal-profitt jew it-telf f'rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), entità tippreżenta informazzjoni interim imqassra minn dak ir-rapport.

▼B

Forma u kontenut ta' rapporti finanzjarji interim

9 Jekk entità tippubblika sett komplet ta' rapporti finanzjarji fir-rapport finanzjarju interim, il-forma u l-kontenut ta' dawk ir-rapporti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-IAS 1 għal sett komplet ta' rapporti finanzjarji.

10 Jekk entità tippubblika sett ta' rapporti finanzjarji mqassra fir-rapport finanzjarju interim, dawk ir-rapporti mqassra għandhom jinkludu, bħala minimu, kull waħda mill-intestaturi u mis-sottototali li kienu inklużi fl-aktar rapporti finanzjarji annwali riċenti tagħha u n-noti ta' spjega magħżulin kif meħtieġ minn dan l-Istandard. Entrati f'linja jew noti addizzjonali għandhom ikunu inklużi jekk b'konsegwenza tal-ommissjoni tagħhom ir-rapporti finanzjarji interim mqassra jkunu ta' diżgwid.

▼M8

11 Fir-rapport li jippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf għal perjodu interim, entità għandha tippreżenta qligħ bażiku u mdgħajjef sehem b’sehem għal dak il-perjodu meta l-entità qiegħda taħt l-iskop tal-IAS 33 Qligħ Sehem b’Sehem. ( 25 ).

▼M31

11A Jekk tippreżenta l-entrati tal-profitt jew it-telf f'rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), entità tippreżenta l-qligħ sehem b’sehem bażiku u dilwit f'dak ir-rapport.

▼B

12 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jipprovdi gwida fuq l-istruttura tar-rapporti finanzjarji. ◄ Il-Gwida għall-Implementazzjoni tal-IAS 1 turi l-metodi ta' kif ►M5  ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjara, ◄ ir-rapport tal-introjtu u r-rapport tat-tibdil fl-ekwità jistgħu jiġu ppreżentati.

▼M5 —————

▼B

14 Rapport finanzjarju interim huwa mħejji fuq bażi kkonsolidata jekk ir-rapporti finanzjarji annwali l-aktar reċenti tal-entità kienu rapporti konsolidati. Ir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali mhumiex konsistenti jew komparabbli mar-rapporti konsolidati fl-aktar rapport finanzjarju annwali reċenti. Jekk ir-rapport finanzjarju annwali tal-entità kien jinkludi r-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali flimkien mar-rapporti finanzjarji konsolidati, dan l-Istandard ma jeħtieġx u lanqas jipprojbixxi l-inklużjoni tar-rapporti separati tal-kumpanija prinċipali fir-rapport finanzjarju interim tal-entità.

▼M29

Avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti

15 Fir-rapport finanzjarju interim tagħha, entità għandha tinkludi spjegazzjoni tal-avvenimenti u t-tranżazzjonijiet li jkunu sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-entità mit-tmiem tal-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali. L-informazzjoni divugata b’rabta ma’ dawk l-avvenimenti għandha taġġorna l-informazzjoni rilevanti ppreżentata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti.

15A Utent tar-rapport finanzjarju interim ta’ entità sejjer ikollu aċċess għall-iżjed rapport finanzjarju annwali riċenti ta’ dik l-entità. Għalhekk, in-noti ta’ rapport finanzjarju interim m’għandhomx għalfejn jipprovdu aġġornamenti relattivament insinifikanti għall-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti.

15B Din li ġejja hija lista ta’ avvenimenti u tranżazzjonijiet li jeħtieġu divulgazzjonijiet jekk ikunu sinifikanti: il-lista mhijiex eżawrjenti.

(a) it-tnaqqis fil-valur imdaħħal tal-inventarji għall-valur nett realizzabbli u r-riversjar ta’ dan it-tnaqqis fil-valur imdaħħal;

(b) ir-rikonoxximent ta’ telf mill-indeboliment ta’ assi finanzjarji, proprjetà, impjant u tagħmir, assi intanġibbli, jew assi oħra, u r-riversjar ta’ telf bħal dan minn indeboliment;

(c) ir-riversjar ta’ kwalunkwe dispożizzjoni għall-kostijiet tar-ristrutturazzjoni;

(d) l-akkwiżizzjonijiet u d-disponiment ta’ oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir;

(e) impenji għall-akkwist ta’ proprjetà, impjant u tagħmir;

(f) is-soluzzjoni ta’ tilwimiet;

(g) korrezzjonijiet ta’ żbalji f’perjodi preċedenti;

(h) bidliet fiċ-ċirkustanzi tan-negozju jew ekonomiċi li jaffettwaw il-valur ġust tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità, kemm jekk dawk l-assi jew obbligazzjonijiet ikunu rikonoxxuti f’valur ġust jew kost amortizzat;

(i) kwalunkwe inadempjenza ta’ self jew ksur ta’ ftehim dwar self li ma jkunx ġie rimedjat fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar jew qabel; u

(j) tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati;

(k) trasferimenti bejn il-livelli tal-ġerarkija tal-valur ġust użati fil-kejl tal-valur ġust tal-istrumenti finanzjarji;

(l) bidliet fil-klassifikazzjoni tal-assi finanzjarji b’riżultat ta’ bidla fl-iskop jew fl-użu ta’ dawk l-assi; u

(m) bidliet fl-obbligazzjonijiet kontinġenti jew fl-assi kontinġenti.

15C IFRSs individwali jipprovdu gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal bosta mill-affarijiet elenkati fil-paragrafu 15B. Fejn xi avveniment jew tranżazzjoni jkun/tkun sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet fil-pożizzjoni jew il-prestazzjoni finanzjarja ta’ entità mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali, ir-rapport finanzjarju interim tagħha għandu jipprovdi spjegazzjoni u aġġornament tal-informazzjoni rilevanti inkluża fid-rapporti finanzjarji tal-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali.

▼M29 —————

▼M29

Divulgazzjonijiet oħra

▼M38

16A Minbarra li tiddivulga avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti skont il-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, fin-noti għar-rapporti finanzjarji interim tagħha, jekk ma tkunx iddivulgata x’imkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. Normalment din l-informazzjoni għandha tkun irrapportata fuq bażi ta’ dik is-sena finanzjarja sal-jum attwali.

(a)   dikjarazzjoni li fid-rapporti finanzjarji interim ikunu segwiti l-istess politiki kontabilistiċi u metodi ta’ komputazzjoni kif imqabbla mal-iżjed rapporti finanzjarji annwali riċenti jew, jekk dawk il-politiki jew metodi jkunu nbidlu, deskrizzjoni tan-natura u l-effett tal-bidla.

(b)   kummenti ta’ spjegazzjoni dwar l-istaġunalità jew in-natura ċiklika tal-operazzjonijiet interim.

(c)   in-natura u l-ammont ta’ affarijiet li jaffettwaw l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu nett jew il-flussi tal-flus li jkunu insoliti minħabba n-natura, id-daqs jew l-inċidenza tagħhom.

(d)   in-natura u l-ammont ta’ bidliet fl-istimi tal-ammonti rrappurtati f’perjodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti jew bidliet fl-istimi tal-ammonti rrappurtati fi snin finanzjarji preċedenti.

(e)   ħruġ, riakkwist u rimborżi ta’ titoli ta’ dejn u ta’ ekwità.

(f)   id-dividendi mħallsa (totali jew għal kull sehem) separatament għall-ishma ordinarji u ishma oħra.

(g)   l-informazzjoni segmentali li ġejja (id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni segmentali hija meħtieġa fir-rapport finanzjarju interim ta’ entità fil-każ biss li l-IFRS 8 Segmenti Operattivi jitlob lil dik l-entità sabiex tiddivulga informazzjoni segmentali fid-rapporti finanzjarji annwali tagħha):

(i)   id-dħulijiet mingħand klijenti esterni, jekk ikun inkluż fil-kejl tal-profitt jew it-telf segmentali rivedut mill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet jew ipprovdut mod ieħor b’mod regolari lill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet.

(ii)   id-dħulijiet intersegmentali, jekk ikun inkluż fil-kejl tal-profitt jew it-telf segmentali rivedut mill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet jew ipprovdut mod ieħor b’mod regolari lill-kap operatorju li jieħu d-deċiżjonijiet.

(iii)   kejl tal-profitt jew it-telf segmentali.

▼M36

(iv)   kalkolu tal-assi u l-obbligazzjonijiet totali għal segment rapportabbli partikolari jekk tali ammonti jkunu pprovduti regolarment lill-kap li jiddeċiedi fl-operat u jekk kien hemm bidla materjali mill-ammont divulgat fl-aħħar rapporti finanzjarji annwali għal dak is-segment rapportabbli.

▼M29

(v)   deskrizzjoni tad-differenzi mill-aħħar rapporti finanzjarji annwali fil-bażi tas-segmentazzjoni jew fil-bażi tal-kejl tal-profitt jew it-telf segmentali.

(vi)   rikonċiljazzjoni tat-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf tal-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (dħul mit-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma jitkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka lis-segmenti rapportabbli elementi bħall-ispiża tat-taxxa (dħul mit-taxxa), l-entità tista’ tirrikonċilja t-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf wara dawk l-elementi. L-elementi sostanzjali ta’ rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament f’dik ir-rikonċiljazzjoni.

(h)   avvenimenti wara l-perjodu interim li ma kinux ġew riflessi fid-rapporti finanzjarji għal-perjodu interim.

(i)   l-effett ta’ bidliet fil-kompożizzjoni tal-entità matul il-perjodu interim, fosthom kombinamenti ta’ negozju, il-kisba jew telf tal-kontroll ta sussidjarji u investimenti fit-tul, ristrutturazzjonijiet, u operazzjonijiet imwaqqfa. Fil-każ tal-kombinamenti ta’ negozju, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni mitluba mill-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozju.

▼M33

(j)  fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, id-divulgazzjoni dwar il-valur ġust meħtieġ mill-paragrafi 91–93(h), 94–96, 98 u 99 tal-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust u l-paragrafi 25, 26 u 28–30 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni.

▼M38

(k) għal entitajiet li qed isiru, jew li mhux ser jibqgħu, entitajiet tal-investiment, kif iddefiniti fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, id-divulgazzjonijiet fl-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra l-paragrafu 9B.

▼M29 —————

▼B

Żvelar tal-konformità ma' l IFRSs

19 Jekk rapport finanzjarju interim ta' entità huwa konformi ma' dan l-Istandard, dan il-fatt għandu jkun żvelat. Rapport finanzjarju interim m'għandux ikun deskritt bħala f'konformità ma Standards sakemm ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju.

Perijodi li għalihom huwa meħtieġ li jiġu ppreżentati rapporti finanzjarji interim

20 Ir-rapporti interim għandhom jinkludu rapporti finanzjarji interim (fil-qosor jew sħaħ) għall-perijodi li ġejjin:

(a)  ►M5  rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ sal-aħħar tal-perijodu interim kurrenti u ►M5  rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ komparattiva sal-aħħar tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti;

▼M31

(b) rapporti tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor għall-perjodu interim kurrenti u kumulattivament għas-sena finanzjarja kurrenti sad-data kurrenti, b'rapporti komparattivi tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor għall-perjodi interim komparabbli (kurrenti u sad-data kurrenti) tas-sena finanzjarja ta’ qabel. Kif permess mill-IAS 1 (kif emendat fl-2011), rapport interim jista' jippreżenta għal kull perjodu rapport jew rapporti tal-profitt jew it-telf u tal-introjtu komprensiv ieħor.

▼B

(c) rapport li juri bidliet fl-ekwità kumulattivament għas-sena finanzjarja kurrenti s'issa, b'rapport komparattiv għall-perijodu mis-sena s'issa komparabbli tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti; u

(d) rapport tal-flussi ta' flus kumulattivament għas-sena finanzjarja kurrenti s'issa, b'rapport komparattiv għall-perijodu komparabbli, sena s'issa, tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti.

21 Għal entità li n-negozju tagħha huwa staġjonali ħafna, l-informazzjoni finanzjarja għat-tnax-il xahar ►M5  sat-tmiem tal-perjodu interim ◄ u informazzjoni komparattiva għall-perijodu ta' tnax-il xahar preċedenti tista' tkun utli. Għaldastant, l-entitajiet li n-negozju tagħhom huwa staġjonali ħafna, huma mħeġġa li jikkunsidraw li jirrappurtaw din l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni mitluba fil-paragrafu preċedenti.

22 L-Appendiċi A juri l-perijodi meħtieġa li jkunu ppreżentati minn entità li tirrapporta kull sitt xhur u entità li tirrapporta kull tliet xhur.

Materjalità

23 Fit-teħid ta' deċiżjoni dwar kif għandha tiġi rikonoxxuta, mkejla, ikklassifikata, jew żvelata entrata għal finijiet ta' rappurtaġġ finanzjarju interim, il-materjalità għandha tkun evalwata fir-rigward tal-informazzjoni finanzjarja għall-perijodu interim. Meta jsiru evalwazzjonijiet tal-materjalità, għandu jkun rikonoxxut li l-kejl interim jista' jkun ibbażat fuq stimi sa grad ogħla mill-kejl ta' informazzjoni finanzjarja annwali.

24 L-IAS 1 u l-IAS 8 Politika tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji jiddefinixxu entrata bħala materjali jekk l-ommissjoni jew id-dikjarazzjoni żbaljata tagħhom tista tinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti tar-rapporti finanzjarji. l-IAS 1 jeħtieġ żvelar separat ta' entrati materjali, li jinkludu (pereżempju) operazzjonijiet li ma tkomplewx, u l-IAS 8 jeħtieġ żvelar dwar bidliet fl-istimi tal-kontabilità, żbalji u bidliet fil-politika tal-kontabilità. Iż-żewġ Standards ma fihomx gwida kkwantifikata dwar il-materjalità.

25 Filwaqt li dejjem hemm bżonn ta' ġudizzju għaqli fl-assessjar tal-materjalità, dan l-Istandard jibbaża d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-iżvelar fuq informazzjoni għall-perijodu interim waħdu sabiex il-figuri interim ikunu jinftehmu sew. Għalhekk, pereżempju, entrati mhux tas-soltu, bidliet fit-tipi ta' politika tal-kontabilità jew stimi, u żbalji huma rikonoxxuti u żvelati fuq bażi tal-materjalità skont l-informazzjoni għal perijodu interim biex jiġu evitati inferenzi li jagħtu indikazzjoni żbaljata li tista' tirriżulta minn nuqqas ta' żvelar. L-għan suprem hu li jkun żgurat li rapport finanzjarju interim jinkludi l-informazzjoni kollha li hi rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni u r-riżultati finanzjarji ta' entità matul il-perijodu interim.

ŻVELAR FIR-RAPPORTI FINANZJARJI ANNWALI

26 Jekk stima ta' ammont irrappurtat f'perijodu interim inbidlet sinifikattivament matul il-perijodu interim finali tas-sena finanzjarja iżda ma jkunx ippubblikat rapport finanzjarju separat għal dak il-perijodu interim finali, in-natura u l-ammont ta' dik il-bidla fl-estimi għandhom ikunu żvelati f'nota fir-rapporti finanzjarji annwali għal dik is-sena finanzjarja.

27 L-IAS 8 jeħtieġ żvelar tan-natura u (jekk ikun prattikabbli) tal-ammont ta' bidla fl-istima li jew għandha effett materjali fil-perijodu kurrenti jew hi mistennija li jkollha effett materjali fuq perijodi sussegwenti. Il-paragrafu 16(d) ta' dan l-Istandard jeħtieġ żvelar simili f'rapport finanzjarju interim. Eżempji jinkludu bidliet fl-istimi fil-perijodu interim finali relatat mat-tniżżil ta' inventarji, ristrutturazzjonijiet jew telf ta' indeboliment li kienu irrappurtati f'perijodu interim preċedenti tas-sena finanzjarja. L-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu preċedenti hi konsistenti mar-rekwiżit fl-IAS 8 u hi intiża li tkun ta' ambitu limitat – relatata biss mal-bidla fl-istima. Entità mhix meħtieġa li tinkludi informazzjoni finanzjarja addizzjonali dwar perijodu interim fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha.

RIKONOXXIMENT U KEJL

L-istess politika tal-kontabilità bħal dik annwali

28 Entità għandha tapplika l-istess politika tal-kontabilità fir-rapporti finanzjarji interim tagħha bħalma tkun applikata fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha, ħlief għall-bidliet fil-politika tal-kontabilità magħmulin wara d-data tal-aktar rapporti finanzjarji annwali reċenti li għandhom ikunu riflessi fir-rapporti finanzjarji annwali li jmiss. Madankollu, il-frekwenza tar-rappurtaġġ mill-entità (annwali, kull sitt xhur, jew kull tliet xhur) m'għandhiex taffettwa l-kejl tar-riżultati annwali tagħha. Biex jintlaħaq dan il-għan, il-kejl għal skopijiet ta' rappurtaġġ interim għandu jsir fuq bażi ta' sena s'issa.

29 Ir-rekwiżit li entità tapplika l-istess politika tal-kontabilità fir-rapporti finanzjarji interim tagħha bħal fir-rapporti annwali tagħha tista' tidher li tissuġġerixxi li l-kejl tal-perijodu interim isir bħallikieku kull perijodu interim huwa perijodu ta' rappurtaġġ indipendenti waħdieni. Madankollu, billi jistabbilixxi li l-frekwenza ta' rappurtaġġ ta' entità m'għandhiex taffettwa l-kejl tar-riżulati annwali tagħha, il-paragrafu 28 jirrikonoxxi li perijodu interim huwa parti minn sena finanzjarja akbar. Kejl ta' sena s'issa jista' jinvolvi bidliet fl-istimi ta' ammonti rrappurtati f'perijodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti. Iżda l-prinċipji għar-rikonoxximent ta' assi, obbligazzjonijiet, introjtu, u spejjeż għall-perijodi interim huma l-istess bħal fir-rapporti finanzjarji annwali.

30 Biex jintwerew:

(a) il-prinċipji għar-rikonoxximent u l-kejl ta' telf minn tniżżil ta' inventarji, ristrutturar, jew indebolimenti f'perijodu interim huma l-istess bħal dawk li l-entità kieku ssegwi li kieku hija ħejjiet biss rapporti finanzjarji annwali. Madankollu, jekk dawn l-entrati huma rikonoxxuti u mkejla f'perijodu interim wieħed u l-istima tinbidel f'perijodu interim sussegwenti ta' dik is-sena finanzjarja, l-istima oriġinali tinbidel fil-perijodu interim sussegwenti jew bl-akkumulazzjoni ta' ammont addizzjonali ta' telf jew billi jitreġġa' lura l-ammont rikonoxxut preċedentement;

(b) kost li ma jissodisfax id-definizzjoni ta' ass fl-aħħar tal-perijodu interim mhuwiex differit ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ jew biex tkun mistennija informazzjoni futura dwar jekk hija tissodisfatx id-definizzjoni ta' assi jew inkella biex il-qligħ jitqassam fuq perijodi interim f‘sena finanzjarja; u

(c) nefqa ta' taxxa fuq id-dħul hija rikonoxxuta f'kull perijodu interim abbażi tal-aħjar stima tal-medja ppiżata tar-rata tat-taxxa fuq id-dħul annwali mistennija għas-sena finanzjarja sħiħa. L-ammonti akkumulati għan-nefqa tat-taxxa fuq id-dħul f'perijodu interim wieħed jista' jkollhom jiġu aġġustati f'perijodu interim sussegwenti ta' dik is-sena finanzjarja jekk l-istima tar-rata annwali għat-taxxa fuq id-dħul tinbidel.

31 Skont il-Qafas għall-Preparazjoni u l-Preżentazjoni tar-Rapporti Finanzjarji (il-Qafas), ir-rikonoxximent huwa ‘proċess ta' inkorporar ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ jew rapport tal-introjtu ta' entrata li tissodisfa d-definizzjoni ta' element u tissodisfa l-kriterji ta' rikonoxximent'. Id-definizzjonijiet ta' assi, obbligazzjonijiet, introjtu, u spejjeż huma fundamentali għar-rikonoxximent, ►M5  fit-tmiem sew tal-perjodu tar-rappurtar finanzjarju annwali kemm ta' dak interim. ◄

32 Għall-assi, japplikaw l-istess testijiet ta' benefiċċji ekonomiċi futuri fid-dati interim u fl-aħħar tas-sena finanzjarja tal-entità. Kosti li, min-natura tagħhom stess ma jikkwalifikawx bħala assi fi tmiem is-sena finanzjarja ma jikkwalifikaw lanqas fid-dati interim. Bl-istess mod, obbligazzjoni ►M5  fit-tmiem ta' perjodu ta' rappurtar interim ◄ għandha tirrappreżenta obbligu eżistenti f'dik id-data, bħalma għandha tagħmel ►M5  fit-tmiem ta' perjodu ta' rappurtar annwali. ◄

33 Karatteristika essenzjali ta' introjtu (dħul) u spejjeż hija li d-dħul u l-ħruġ ta' assi u obbligazzjonijiet ikunu diġà seħħew. Jekk dawk id-dħul u l-ħruġ diġà jkunu seħħu, id-dħul u l-ispejjeż relatati jiġu rikonoxxuti; inkella ma' jiġux rikonoxxuti. Il-Qafas jgħid li “l-ispejjeż huma rikonoxxuti fir-rapport tal-introjtu meta rriżultaw minħabba tnaqqis fil-benefiċċji ekonomiċi futuri relatat ma' tnaqqis f'assi jew żjieda f'obbligazzjoni li jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli …[Il-]Qafas ma jippermettix ir-rikonoxximent ta' entrati ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' assi jew obbligazzjonijiet.”

34 Fil-kejl ta' assi, obbligazzjonijiet, introjtu, spejjeż, u flussi ta' flus irrapportati fir-rapporti finanzjarji tagħha, entità li tirrapporta biss annwalment tista' tikkunsidra informazzjoni li ssir disponibbli matul is-sena finanzjarja. Il-kejl tagħha huwa, fil-fatt, fuq bażi ta' sena s'issa.

35 Entità li tirrapporta kull sitt xhur tuża informazzjoni disponibbli sa nofs is-sena jew ftit wara biex twettaq il-kejl fir-rapporti finanzjarji tagħha għall-perijodu tal-ewwel sitt xhur kif ukoll informazzjoni disponibbli sal-aħħar tas-sena jew ftit wara għall-perijodu ta' tnax-il xahar. Il-kejl tat-tnax-il xahar jirriflettu bidliet possibbli fl-istimi ta' ammonti rrappurtati għall-ewwel perijodu ta' sitt xhur. L-ammonti rrappurtati fir-rapport finanzjarju interim għall-perijodu tal-ewwel sitt xhur m'humiex aġġustati retrospettivament. Il-paragrafi 16(d) u 26 jeħtieġu, madankollu, li n-natura u l-ammont ta' kull bidla sinifikanti fl-istimi jkunu żvelati.

36 Entità li tirrapporta aktar frekwentament milli kull sitt xhur tkejjel l-introjtu u l-ispejjeż fuq bażi ta' sena s'issa għal kull perijodu interim bl-użu ta' informazzjoni disponibbli meta jkun qed jitħejja kull sett ta' rapporti finanzjarji. L-ammonti ta' introjtu u spejjeż irrappurtati fil-perijodu interim kurrenti jirriflettu kull bidla fl-istimi ta' ammonti rrappurtati f'perijodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja. L-ammonti rappurtati f'perijodi interim preċedenti mhumiex aġġustati retrospettivament. Il-paragrafi 16(d) u 26 jeħtieġu, madankollu, li n-natura u l-ammont ta' kull bidla sinifikanti fl-istimi jkunu żvelati.

Dħul riċevut staġjonalment, ċiklikament, jew okkażjonalment

37 Dħul li huma riċevuti staġjonalment, ċiklikament, jew okkażjonalment f"sena finanzjarja m'għandhomx ikunu antiċipati jew differiti mid-data interim jekk l-antiċipazzjoni jew id-differiment ma jkunux propizji fit-tmiem tas-sena finanzjarja tal-entità.

38 Eżempji jinkludu dħul minn dividendi, royalties, u għotjiet mill-gvern. Barra minn hekk, xi entitajiet konsistentement jaqilgħu aktar dħul f'ċerti perijodi interim ta' sena finanzjarja milli f'perijodi interim oħrajn, pereżempju, dħul staġjonali ta' bejjiegħa bl-imnut. Dan id-dħul huwa rikonoxxut meta jseħħ.

Kosti mġarrba b'mod inkonsistenti matul is-sena finanzjarja

39 Kosti mġarrba b'mod inkonsistenti matul is-sena finanzjarja ta' entità għandhom ikunu antiċipati jew differiti għal finijiet ta' rappurtaġġ interim jekk, u biss jekk, huwa wkoll propizju li dak it-tip ta' kost jiġi antiċipat jew differita fit-tmiem tas-sena finanzjarja.

Applikazzjoni tal-prinċipji ta' rikonoxximent u kejl

40 L-Appendiċi B jipprovdi eżempji ta' applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali ta' rikonoxximent u kejl stabbiliti fil-paragrafi 28–39.

Użu ta' stimi

41 Il-proċeduri ta' kejl li għandhom ikunu segwiti f'rapport finanzjarju interim għandhom ikunu ddisinjati biex jiżguraw li l-informazzjoni li tirriżulta tkun affidabbli u li l-informazzjoni finanzjarja materjali li hija rilevanti biex jinftiehmu l-pożizzjoni finanzjarja jew ir-riżultati finanzjarji tal-entità tiġi żvelata b'mod xieraq. Waqt li l-kejl fir-rapporti finanzjarji kemm annwali kif ukoll interim huwa ħafna drabi bbażat fuq stimi raġonevoli, il-preparazzjoni ta' rapporti finanzjarji interim ġeneralment tkun teħtieġ użu akbar ta' metodi ta' stima mir-rapporti finanzjarji annwali.

42 L-Appendiċi Ċ jipprovdi eżempji tal-użu ta' stimi fil-perijodi interim.

DIKJARAZZJONI B'MOD ĠDID TA' PERIJODI INTERIM IRRAPPORTATI PREĊEDENTEMENT

43 Bidla fil-politika tal-kontabilità, ħlief bidla li għaliha t-tranżizzjoni hi speċifikata minn ►M5  IFRS ◄ ġdida, għandha tkun riflessa permezz ta':

(a) dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' rapporti finanzjarji ta' perijodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti u perijodi interim komparabbli mas-snin finanzjarji preċedenti huma liema huma li se jkunu ddikjarati b'mod ġdid fir-rapporti finanzjarji annwali b'konformità mal-IAS 8; jew

(b) meta ma jkunx prattiku biex jiġi ddeterminat l-effett kumulattiv fil-bidu tas-sena finanzjarja tal-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità ġdida għall-perijodi preċedenti kollha, tal-aġġustament tar-rapporti finanzjarji ta' perijodi interim preċedenti tas-sena finanzjarja kurrenti, u perijodi interim komparabbli ta' snin finanzjarji preċedenti biex tiġi applikata l-politika ġdida tal-kontabilità b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija li hi prattikabbli.

44 Objettiv wieħed tal-prinċipju preċedenti hu li jassigura li tiġi applikata politika waħda tal-kontabilità għal klassi partikulari ta' tranżazzjonijiet matul sena finanzjarja sħiħa. Taħt l-IAS 8, bidla fil-politika tal-kontabilità hija riflessa minn applikazzjoni retrospettiva, b'dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' informazzjoni finanzjarja ta' perijodi finanzjarji preċedenti li jmorru lura fiż-żmien sakemm ikun prattikabbli. Madankollu, jekk l-ammont kumulattiv tal-aġġustament relatat ma' snin finanzjarji preċedenti ma jkunx jista' jiġi ddeterminat b'mod prattiku, allura skont l-IAS 8 il-politika l-ġdida tiġi applikata b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli. L-effett tal-prinċipju fil-paragrafu 43 hu li jeħtieġ li fi ħdan is-sena finanzjarja kurrenti kull bidla fil-politika tal-kontabilità tiġi applikata jew b'mod retrospettiv, jew jekk dan ma jkunx prattikabbli, b'mod prospettiv, sa mhux aktar tard mill-bidu tas-sena finanzjarja.

45 L-awtorizzazzjoni biex il-bidliet fil-kontabilità jiġu riflessi sa minn data interim fi ħdan is-sena finanzjarja tkun tippermetti li żewġ politiċi tal-kontabilità li jvarjaw bejniethom jiġu applikati għal klassi partikolari ta' tranżazzjonijiet fi ħdan sena finanzjarja waħda. Ir-riżultat ikun diffikulatjiet ta' allokazzjoni interim, riżultati operattivi oskurati, u analiżi u komprensibbiltà kumplessi tal-informazzjoni tal-perijodu interim.

DATA EFFETTIVA

46 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1999 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa.

▼M5

47 L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 4, 5, 8, 11, 12 u 20, ħassar il-paragrafu 13 u żied il-paragrafi 8A u 11A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M12

48 L-IFRS 3 (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2003) emenda l-paragrafu 16(i). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu iktar bikri, l-emenda għandha tkun applikata wkoll għal dak il-perijodu iktar bikri.

▼M29

49 Il-paragrafu 15 ġie emendat, żdiedu l-paragrafi 15A–15C u 16A u l-paragrafi 16–18 ġew revokati bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M33

50 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, żied il-paragrafu 16A(j). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

51  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafi 8, 8A, 11A u 20. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼M36

52  Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 5 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

53  Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 16A. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M38

54  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 16A. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼B




STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 36

Indeboliment tal-Assi

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard hu li jippreskrivi l-proċeduri li entità tapplika biex tiżgura li l-assi tagħha jiġu rikonoxxuti f'mhux aktar mill-ammont li jista' jiġi rkuprat tagħhom. Ass jiġi rikonoxxut f'aktar mill-ammont li jista' jiġi rkuprat tiegħu jekk l-ammont miżmum fil-kotba jkun aktar mill-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-użu jew bejgħ tal-assi. Jekk dan ikun il-każ, l-assi jiġi deskritt bħala indebolit u l-Istandard jeħtieġ li l-entità tirrikonoxxi telf minn indeboliment. L-Istandard jispeċifika wkoll meta entità għandha tagħmel treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment u tippreskrivi l-iżvelar.

AMBITU

2 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fl-kontabilità tal-indeboliment tal-assi kollha, minbarra:

(a) inventarji (ara l-IAS 2 Inventarji);

(b) assi li jirriżultaw mill-kuntratti ta' kostruzzjoni (ara l-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni);

(ċ) assi ta' taxxi differita (ara l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul);

(d) assi li jirriżultaw mill-benefiċċji tal-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati);

(e) assi finanzjarji li jaqgħu fi ħdan l-iskop tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl;

(f) proprjetà ta' investiment li hija mkejla fil-valur ġust (ara l-IAS 40 Proprjetà ta' Investiment);

▼M8

(g) assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola li jitkejlu bil-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ (ara l-IAS 41 Agrikoltura);

▼B

(h) spejjeż tal-akkwiżizzjoni differiti, u assi intanġibbli, li jirriżultaw mid-drittijiet kuntrattwali tal-assiguratur skont kuntratti tal-assigurazzjoni fi ħdan l-iskop tal-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni; u

(i) assi mhux kurrenti (jew gruppi ta' disponiment) ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

3 Dan l-Istandard ma japplikax għal inventarji, assi li joriġinaw minn kuntratti ta' kostruzzjoni, assi ta' taxxa differita, assi li joriġinaw minn benefiċċji tal-impjegati, jew assi kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp ta' disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) minħabba li l-Istandards eżistenti applikabbli għal dawn l-assi jinkludu rekwiżiti għar-rikonoxximent u l-kejl ta' dawn l-assi.

4 Dan l-Istandard japplika għal assi finanzjarji klassifikati bħala:

(a) sussidjarji, kif iddefiniti fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati;

▼B

(b) assoċjati, kif definiti fl- ►M32  IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti  ◄ ; u

(ċ) impriżi konġunti, kif definit fl- ►M32  IFRS 11 Arranġamenti Konġunti  ◄ .

Għal indeboliment ta' assi finanzjarji oħrajn, irreferi għall-IAS 39.

5 Dan l-Istandard ma japplikax għal assi finanzjarji fl-ambitu tal-IAS 39, proprjetà għall-investiment imkejla skont il-valur ġust fl-ambitu tal-IAS 40, jew assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola mkejla skont il-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ fl-ambitu tal-IAS 41. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal assi riportati fl-ammont rivalwat (jiġifieri l-valur ġust fid-data tar-rivalwazzjoni mingħajr kwalunkwe deprezzament akkumulat sussegwenti u telf minn indeboliment akkumulat sussegwenti) f’konformità ma’ IFRS oħrajn, bħall-mudelli ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16 Proprjetà, impjant u tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli. L-unika differenza bejn il-valur ġust ta’ assi u l-valur ġust tiegħu nieqes il-kostijiet tad-disponiment hija l-kostijiet diretti li jinkrimentaw attribwibbli għad-disponiment tal-assi.

(a) 

(i) Jekk il-kostijiet tad-disponiment ikunu żgħar ħafna, l-ammont rekuperabbli tal-assi rivalwat għandu neċessarjament ikun qrib ta’, jew akbar minn, l-ammont rivalwat tiegħu. F’dan il-każ, wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti tar-rivalwazzjoni, ikun improbabbli li l-assi rivalwat ikun indebolit u l-ammont rekuperabbli ma jkollux għalfejn ikun stmat.

(ii)  [imħassar]

(b)  [imħassar]

▼M33

(c) Jekk il-kostijiet tad-disponiment ma jkunux żgħar ħafna, il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment tal-assi rivalwat ikun neċessarjament inqas mill-valur ġust tiegħu. Għalhekk, l-assi rivalwat jiġi indebolit jekk il-valur tiegħu użat ikun inqas mill-ammont rivalwat tiegħu. F’dan il-każ, wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti tar-rivalwazzjoni, entità għandha tapplika dan l-Istandard sabiex tistabilixxi jekk l-assi jkunx jista' jiġi indebolit.

▼B

DEFINIZZJONIJIET

6  It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

[imħassar]

(a)  [imħassar]

(b)  [imħassar]

(c)  [imħassar]

L-ammont miżmum fil-kotba huwa l-ammont li bih assi huwa rikonoxxut wara li jitnaqqas kull deprezzament akkumulat (ammortizzazzjoni) u telf mill-indeboliment akkumulat fuqu.

Unità li tiġġenera l-flus hija l-iżgħar grupp identifikabbli ta' assi li jiġġenera introjtu ta' flus li huma dipendenti ferm fuq l-introjtu ta' flus minn assi jew minn gruppi ta' assi oħrajn.

Assi korporattivi huma assi għajr avvjament li jikkontribwixxu għall-flussi ta' flus futuri kemm tal-unità li tiġġenera l-flus taħt reviżjoni kif ukoll unitajiet oħrajn li jiġġeneraw il-flus.

Kosti tad-disponiment huma kosti inkrimentali attribwibbli direttament għad-disponiment ta' assi jew unità li tiġġenera flus, għajr kosti ta' finanzi u spejjeż tat-taxxa fuq id-dħul.

Ammont li jiġi deprezzat huwa l-kost ta' assi, jew ammont ieħor sostitwit għall-kost fir-rapporti finanzjarji, nieqes il-valur residwu tiegħu.

Deprezzament (Amortizzament) huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont li jiġi deprezzat ta' assi tul iż-żmien ta' utilità tiegħu ( 26 ).

Valur ġust huwa l-prezz riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Telf minn indeboliment huwa l-ammont li bih, ammont miżmum fil-kotba ta' assi jew unità li tiġġenera l-flus jaqbeż l-ammont li jista' jiġi rkuprat tiegħu.

L-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi jew ta' unità li tiġġenera l-flus huwa l-ogħla wieħed bejn il-valur ġust tiegħu/tagħha wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ u l-valur fl-użu tiegħu/tagħha.

Iż-żmien ta' utilità hija jew:

(a) il-perijodu li matulu assi hu mistenni li jintuża mill-entità; jew

(b) in-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili mistennija li jinkisbu mill-assi minn entità.

Valur fl-użu huwa l-valur preżenti tal-flussi ta' flus futuri mistennija li jkunu rkuprati minn assi jew minn unità li tiġġenera l-flus.

IDENTIFIKAZZJONI TA' ASSI LI JISTA' JKUN INDEBOLIT

7 Il-paragrafi 8–17 jispeċifikaw meta ammont li jista' jiġi rkuprat għandu jiġi ddeterminat. Dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus. Il-kumplament ta' dan l-Istandard hu strutturat skont kif ġej:

(a) il-paragrafi 18–57 jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-kejl tal-ammont li jista' jiġi rkuprat. Dawn ir-rekwiżiti jużaw ukoll it-terminu “assi” iżda japplikaw ukoll assi individwali u unità li tiġġenera l-flus.

(b) il-paragrafi 58–108 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-rikonoxximent u għall-kejl ta' telf minn indeboliment. Ir-rikonoximent u l-kejl ta' telf minn indeboliment għal assi individwali minbarra avvjament huma ttrattati fil-paragrafi 58–64. Il-paragrafi 65–108 jittrattaw ir-rikonoxximent u l-kejl ta' telf minn indeboliment għal unitajiet li jiġġeneraw il-flus u avvjament.

(ċ) il-paragrafi 109–116 jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment rikonoxxut f'perijodi preċedenti għal assi jew unità li tiġġenera l-flus. Mill-ġdid, dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus. Rekwiżiti addizzjonali għal assi individwali jinsabu fil-paragrafi 117–121, għal unità li tiġġenera l-flus fil-paragrafi 122 u 123, u għall-avvjament fil-paragrafi 124 u 125,

(d) il-paragrafi 126–133 jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata dwar telf minn indeboliment u t-treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal assi u unitajiet li jiġġeneraw il-flus. Il-paragrafi 134–137 jispeċifikaw rekwiżiti addizzjonali ta' żvelar għal unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikunu ġew allokati assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefiniti għal għanijiet tal-ittestjar tal-indeboliment.

8 Ass jiġi indebolit meta l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu jkun aktar mill-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat. Il-paragrafi 12–14 jiddeskrivu xi indikazzjonijiet li xi telf minn indeboliment seta' seħħ. Jekk xi waħda minn dawk l-indikazzjonijiet tkun preżenti, entità hi meħtieġa tagħmel stima formali tal-ammont li jista' jiġi rkuprat. Ħlief kif deskritt fil-paragrafu 10, dan l-Istandard ma jeħtieġx li entità tagħmel stima formali tal-ammont li jista' jiġi rkuprat jekk l-ebda indikazzjoni ta' telf minn indeboliment ma tkun preżenti.

9 Entità għandha tevalwa f'kull data tar-rapport jekk hemmx xi indikazzjoni li assi jista' jiġi indebolit. Jekk tkun teżisti indikazzjoni ta' din ix-xorta, l-entità għandha tistma l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-assi.

10 Irrespettivament minn jekk hemmx xi indikazzjoni ta' indeboliment, entità għandha wkoll:

(a) tittestja assi intanġibbli bi żmien tal-utilità indefinit jew assi intanġibbli li jkun għadu mhux disponibbli għall-użu għall-indeboliment kull sena billi tipparaguna l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu mal-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat. Dan it-test ta' indeboliment jista' jitwettaq f'kull ħin matul perijodu annwali, bil-kondizzjoni li jitwettaq fl-istess ħin kull sena. Assi intanġibbli differenti jistgħu jiġu ttestjati għall-indeboliment f'ħinijiet differenti. Madanakollu, jekk assi intanġibbli bħal dan kien rikonoxxut fil-bidu matul il-perijodu kurrenti annwali, dan l-assi intanġibbli għandu jiġi ttestjat għall-indeboliment qabel it-tmiem tal-perijodu annwali kurrenti.

(b) tittestja l-avvjament akkwistat f'kombinament ta' negozju, għall-indeboliment kull sena skont il-paragrafi 80–99.

11 Il-kapaċità ta' assi intanġibbli li jiġġenera biżżejjed benefiċċji ekonomiċi futuri biex jirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu hi normalment soġġetta għal inċertezza akbar qabel mal-assi jkun disponibbli għall-użu milli wara li jkun disponibbli għall-użu. Għaldaqstant, dan l-Istandard jeħtieġ li entità tittestja l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli li jkun għadu mhux disponibbli għall-użu, għall-indeboliment, ta' mill-inqas kull sena.

12  Meta tivvaluta jekk ikunx hemm indikazzjoni li assi jkun jista’ jiġi indebolit, entità għandha tikkunsidra, mill-inqas, dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

Sorsi esterni ta’ informazzjoni

(a)  ikun hemm indikazzjonijiet osservabbli li l-valur tas-suq tal-assi niżel b’mod aktar sinifikanti matul il-perjodu minn kemm mistenni minħabba l-mogħdija ta’ żmien jew l-użu normali;

▼B

(b) bidliet sinifikanti b'effett avvers fuq l-entità li jkunu seħħew matul il-perijodu, jew li jkunu mistennija li jseħħu fil-futur qarib, fl-ambjent teknoloġiku, tas-suq, dak ekonomiku jew legali li fih topera l-entità jew fis-suq li għalih hu ddedikat assi;

(ċ) ir-rati ta' mgħax tas-suq jew rati oħrajn tas-suq ta' redditu fuq l-investimenti jkunu żdiedu matul il-perijodu, u dawk iż-żidiet aktarx ikunu ser jaffettwaw ir-rata ta' skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur ta' assi waqt l-użu u jnaqqsu l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-assi b'mod materjali;

(d) l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi netti tal-entità jkun aktar mill-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħha.

Sorsi ta' informazzjoni interni

(e) ikun hemm evidenza disponibbli li l-assi m'għadux jintuża jew li għandu ħsara fiżika;

(f) bidliet sinifikanti b'effett avvers fuq l-entità li jkunu seħħew matul il-perijodu, jew li huma mistennija li jseħħu fil-futur qarib, safejn, u bil-mod kif, l-assi jintuża jew hu mistenni li jintuża. Dawn il-bidliet jinkludu li l-assi ma jibqax jintuża, pjanijiet li ma titkompliex jew li tiġi ristrutturata l-operazzjoni tal-assi, pjanijiet li jsir disponiment tal-assi qabel id-data mistennija, u rivalutazzjoni taż-żmien tal-utilità tal-assi bħala finit minflok bħala indefinit ( 27 );

(g) teżisti evidenza mir-rappurtaġġ intern li jindikaw li l-prestazzjoni ekonomika ta' assi hi, jew ser tkun, agħar milli hu mistenni.

Dividend minn sussidjarja, ►M32  impriża konġunta ◄ jew kumpanija assoċjata

(h) għal investiment f’sussidjarja, ►M32  impriża konġunta ◄ jew kumpanija assoċjata, l-investitur jirrikonoxxi dividend mill-investiment u evidenza hija disponibbli li:

(i) l-ammont miżmum tal-investiment fir-rapporti finanzjarji separati jaqbeż l-ammonti miżmuma fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-assi netti għand min qed isir l-investiment, inkluż il-valur tal-avvjament assoċjata; jew

(ii) id-dividend jaqbeż id-dħul komprensiv totali tas-sussidjarja, ►M32  impriża konġunta ◄ jew kumpanija assoċjata fil-perjodu meta d-dividend ikun iddikjarat.

13 Il-lista fil-paragrafu 12 mhijiex eżawrjenti. Entità tista' tidentifika indikazzjonijiet oħrajn li assi jista' jkun indebolit u dawn ikunu jeħtieġu wkoll li l-entità tiddetermina l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-assi jew, fil-każ ta' avvjament, twettaq test ta' indeboliment skont il-paragrafi 80–99.

14 Evidenza mir-rappurtaġġ intern li tindika li assi jista' jkun indebolit tinkludi l-eżistenza ta':

(a) flussi ta' flus għall-akkwiżizzjoni tal-assi, jew rekwiżiti ta' flus sussegwenti għat-tħaddim jew għall-manutenzjoni tiegħu, li jkunu ogħla b'mod sinifikanti minn dawk li jkunu ġew maħsuba fl-estimi oriġinarjament;

(b) flussi ta' flus netti attwali jew profitt jew telf mill-operat tal-assi li jkunu agħar b'mod sinifikanti minn dawk li jkunu ġew maħsuba fl-estimi;

(ċ) tnaqqis sinifikanti fil-flussi ta' flus netti jew fil-profitt mill-operat li jkunu ġew maħsuba fl-estimi, jew żjieda sinifikanti fit-telf li jkun ġie maħsub fl-estimi, li ħerġin mill-assi; jew

(d) telf mill-operat jew ħruġ ta' flus netti għall-assi, meta l-ammonti kurrenti tal-perijodu jiġu miżjuda mal-ammonti li jkunu ġew maħsuba fl-estimi għall-futur.

15 Kif indikat fil-paragrafu 10, dan l-Istandard jeħtieġ li assi intanġibbli bi żmien tal-utilità indefinit jew li jkunu għadu mhux disponibbli għall-użu u l-avvjament, jiġi ttestjat għall-indeboliment, ta' mill-inqas kull sena. Ħlief meta japplikaw ir-rekwiżiti fil-paragrafu 10, il-kunċett ta' materjalità japplika fl-identifikazzjoni ta' jekk l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi jeħtieġx li jiġi stmat. Pereżempju, jekk kalkolazzjonijiet preċedenti juru li ammont ta' assi li jista' jiġi rkuprat hu akbar ħafna mill-ammont miżmum fil-kotba tiegħu, l-entità ma teħtieġx li terġa' tistma l-ammont tal-assi li jista' jiġi rkuprat jekk ma jkunu seħħew l-ebda avvenimenti li kieku kienu jeliminaw dik id-differenza. Bl-istess mod, analiżi preċedenti tista' turi li ammont ta' assi li jista' jiġi rkuprat mhux sensittiv għal indikazzjoni waħda (jew aktar) mill-indikazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 12.

16 Bħala eżempju tal-paragrafu 15, jekk ir-rati ta' mgħax tas-suq jew rati ta' mgħax oħra ta' redditu fuq l-investiment ikunu żdiedu matul il-perijodu, entità mhix meħtieġa tagħmel stima formali tal-ammont tal-assi li jista' jiġi rkuprat fil-każijiet li ġejjin:

(a) jekk ir-rata ta' skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur tal-assi fl-użu x'aktarx li ma tiġix affettwata biż-żjieda f'dawn ir-rati tas-suq. Pereżempju, żidiet fir-rati ta' mgħax matul perijodu ta' żmien qasir jistgħu ma jkollhomx effett materjali fuq ir-rata ta' skont użata għal assi li għandu żmien tal-utilità twil.

(b) jekk ir-rata ta' skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur tal-assi fl-użu x'aktarx li ma tiġix affettwata biż-żjieda f'dawn ir-rati tas-suq, iżda l-analiżi tas-sensittività preċedenti tal-ammont li jista' jiġi rkuprat turi li:

(i) mhux mistenni li jkun hemm tnaqqis materjali fl-ammont li jista' jiġi rkuprat minħabba li flussi ta' flus futuri huma mistennija li jiżdiedu (eż. f'xi każijiet, entità tkun tista' turi li taġġusta d-dħul biex tikkumpensa għal żjieda fir-rati tas-suq); jew

(ii) it-tnaqqis fl-ammont li jista' jiġi rkuprat mhux mistenni li jirriżulta f'telf minn indeboliment materjali.

17 Jekk hemm indikazzjoni li assi jista' jiġi indebolit, dan jista' jindika li l-bqija taż-żmien tal-utilità, il-metodu tad-deprezzament (amortizzament) jew il-valur residwu għall-assi jeħtieġ li jiġi rivedut u aġġustat skont l-Istandard applikabbli għall-assi, anki jekk l-ebda telf minn indeboliment ma jkun rikonoxxut għall-assi.

KEJL TAL-AMMONT LI JISTA' JIĠI RKUPRAT

18 Dan l-Istandard jiddefinixxi l-ammont li jista' jiġi rkuprat bħala l-ogħla fost il-valur ġust tal-assi jew tal-unità li tiġġenera flus wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ u l-valur tiegħu fl-użu. Il-paragrafi 19–57 jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-kejl tal-ammont li jista' jiġi rkuprat. Dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus.

19 Mhux dejjem ikun hemm bżonn li jiġu ddeterminati kemm il-valur ġust tal-assi wara li jitnaqqsu kemm il-kosti ►M33  tad-disponiment, ◄ kif ukoll il-valur tiegħu fl-użu. Jekk xi wieħed minn dawn l-ammonti jaqbeż l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi, l-assi mha jkunx indebolit u ma jkunx hemm bżonn li l-ammont l-ieħor jiġi stmat.

▼M33

20 Jista’ jkun possibbli li jitkejjel il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment, anki jekk ma jkunx hemm prezz kwotat f’suq attiv għal assi identiku. Madankollu, xi drabi ma jkunx possibbli li jitkejjel il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment għaliex ma jkunx hemm bażi sabiex issir stima affidabbli tal-prezz li fih issir tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. F’dan il-każ, l-entità tista’ tuża l-valur tal-assi fl-użu bħala l-ammont rekuperabbli tiegħu.

▼B

21 Jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-valur ta' assi waqt l-użu jaqbeż b'mod materjali l-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment, ◄ il-valur ġust tal-assi wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ jista' jintuża bħala l-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat. Dan ikun spiss il-każ għal assi li jinżamm għal disponiment. Dan hu għaliex il-valur ta' assi waqt l-użu miżmum għad-disponiment jikkonsisti prinċipalment fl-introjtu nett mid-disponiment, minħabba li l-flussi ta' flus futuri mill-użu kontinwu tal-assi sakemm jiġi ttrasferit aktarx li jkunu negliġibbli.

22 L-ammont li jista' jiġi rkuprat jiġi ddeterminat għal assi individwali, ħlief jekk l-assi ma jiġġenerax introjtu ta' flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti minn dawk ta' assi jew gruppi ta' assi oħrajn. Jekk dan ikun il-każ, jiġi ddeterminat ammont li jista' jiġi rkuprat għall-unità li tiġġenera l-flus tal-assi (ara l-paragrafi 65–103), ħlief jekk:

(a) il-valur ġust tal-assi wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ ikun ogħla mill-ammont miżmum fil-kotba tiegħu; jew

▼M33

(b) il-valur tal-assi fl-użu jista’ jiġi stmat li jkun qrib il-valur ġust tiegħu nieqes il-kostijiet tad-disponiment u l-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment jista’ jitkejjel.

▼B

23 F'xi każijiet, stimi, medji u metodi mqassra ta' komputazzjoni jistgħu jipprovdu approssimazzjonijiet raġonevoli tal-komputazzjonijiet dettaljati murija f'dan l-Istandard biex ikun iddeterminat il-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ jew il-valur waqt l-użu.

Kejl tal-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi intanġibbli bi żmien ta' utilità indefinit

24 Il-paragrafu 10 jeħtieġ li assi intanġibbli bi żmien tal-utilità indefinit jiġi ttestjat għall-indeboliment kull sena billi jiġi pparagunat l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu mal-ammont li jista' jiġi rkuprat, irrispettivament minn jekk ikunx hemm indikazzjoni li jista' jkun indebolit. Madanakollu, il-kalkolazzjoni dettaljata l-aktar reċenti ta' ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi bħal dan, li tkun saret f'perijodu preċedenti tista' jintuża fit-test ta' indeboliment għal dak l-assi fil-perijodu kurrenti, kemm-il darba l-kriterji li ġejjin kollha jiġu ssodisfati:

(a) jekk l-assi intanġibbli ma jiġġenerax introjtu ta' flus mill-użu kontinwu li jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti minn dawk għal assi oħrajn jew gruppi ta' assi u għalhekk jiġi ttestjat għall-indeboliment bħala parti mill-unità tiegħu li tiġġenera l-flus, l-assi u l-obbligazzjonijiet li jiffurmaw dik il-unità ma jkunux inbidlu b'mod sinifikanti mill-kalkolazzjoni l-aktar reċenti tal-kalkolazzjoni tal-ammont li jista' jiġi rkuprat;

(b) il-kalkolazzjoni l-aktar reċenti tal-ammont li jista' jiġi rkuprat ikun irriżulta f'ammont li qabeż l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi b'marġni sostanzjali; u

(ċ) ibbażat fuq analiżi ta' avvenimenti li jkunu seħħew u ċirkustanzi li jkunu nbidlu miż-żmien tal-kalkolazzjoni l-aktar reċenti tal-ammont li jista' jiġi rkuprat, il-probabilità li d-determinazzjoni kurrenti ta' ammont li jista' jiġi rkuprat ser tkun inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi, hi remota.

Valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄

▼M33 —————

▼B

28 Il-kostijiet tad-disponiment, minbarra dawk li ġew rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet, jitnaqqsu fil-kejl tal-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment. ◄ Eżempji ta' spejjeż bħal dawn huma spejjeż legali, taxxa tal-boll u taxxi tat-tranżazzjoni simili, il-kosti tat-tneħħija tal-assi, u spejjeż inkrementali diretti biex assi jinġieb f'kondizzjoni li jkun jista' jinbiegħ. Madankollu, il-benefiċċji tat-terminazzjoni (kif definit fl-IAS 19) u l-ispejjeż assoċjati mat-tnaqqis u mar-riorganizzazzjoni ta' negozju wara d-disponiment ta' assi mhumiex spejjeż inkrimentali diretti għad-disponiment tal-assi.

29 Xi kultant, id-disponiment ta' assi jkun jeħtieġ li x-xerrej jassumi obbligazzjoni, u valur ġust wieħed biss ikun disponibbli kemm għall-assi kif ukoll għall-obbligazzjoni, wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment. ◄ Il-paragrafu 78 jispjega kif għandhom jiġu ttrattati dawn il-każijiet.

Valur fl-użu

30 L-elementi li ġejjin għandhom jiġu riflessi fil-kalkolazzjoni tal-valur ta' assi waqt l-użu:

(a) stima tal-flussi ta' flus futuri li l-entità tistenna li tikseb mill-assi;

(b) aspettattivi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fl-għażla taż-żmien ta' dawk il-flussi ta' flus futuri;

(ċ) il-valur taż-żmien tal-flus, irrappreżentat mir-rata kurrenti tas-suq ta' mgħax mingħajr riskju;

(d) il-prezz talli wieħed iġarrab l-inċertezza inerenti tal-assi; u

(e) fatturi oħrajn, bħal nuqqas ta' likwidità, li l-parteċipanti tas-suq kieku kienu jirriflettu fil-prezzijiet tal-flussi ta' flus futuri li l-entità tistenna li tikseb mill-assi.

31 Stima tal-valur tal-użu ta' assi tinvolvi l-passi li ġejjin:

(a) stima ta' introjtu u ħruġ ta' flus futuri li għandhom jinkisbu mill-użu kontinwu tal-assi u mid-disponiment aħħari tiegħu; u

(b) l-applikazzjoni tar-rata ta' skont adattata għal dawk il-flussi ta' flus futuri.

32 L-elementi identifikati fil-paragrafu 30(b), (d) u (e) jistgħu jiġu riflessi jew bħala aġġustamenti għall-flussi ta' flus futuri jew bħala aġġustamenti għar-rata ta' skont. Ikun liema jkun il-metodu li entità tadotta biex tirrifletti l-aspettattivi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fiż-żmien ta' flussi ta' flus futuri, ir-riżultat għandu jirrifletti l-valur preżenti mistenni tal-flussi ta' flus futuri, i.e. il-medja ppiżata tar-riżultati possibbli kollha. L-Appendiċi A jipprovdi direzzjoni addizzjonali dwar l-użu tat-tekniċi ta' valur preżenti fil-kejl tal-valur ta' assi waqt l-użu.

Bażi għall-estimi ta' flussi ta' flus futuri

33 Fil-kejl tal-valur waqt l-użu entità għandha:

(a) tibbaża l-proġezzjonijiet ta' flussi ta' flus fuq suppożizzjonijiet raġonevoli li jistgħu jiġu appoġġjati li jirrappreżentaw l-aħjar stima tal-maniġment tal-firxa ta' kondizzjonijiet ekonomiċi li ser jeżistu matul il-bqija taż-żmien tal-utilità tal-assi. Għandu jingħata aktar piż lil evidenza esterna;

(b) tibbaża l-proġezzjonijiet tal-flussi tal-flus fuq l-estimi/previżjonijiet l-aktar reċenti approvati mill-maniġment, iżda għandhom jeskludu kwalunkwe introjtu jew ħruġ ta' flus futuri stmati mistennija li jirriżultaw mill-irristrutturar fil-futur jew mit-titjib jew tkabbir tal-prestazzjoni tal-assi. Proġezzjonijiet ibbażati fuq dawn l-baġits/previżjonijiet għandhom ikopru perijodu massimu ta' ħames snin, ħlief jekk ma jkunx jista' jiġi ġġustifikat perijodu itwal;

(ċ) tistima l-proġezzjonijiet tal-flussi tal-flus lil hinn mill-perijodu kopert mill-aktar estimi/previżjonijiet reċenti billi jiġu estrapolati l-proġezzjonijiet ibbażati fuq l-estimi/previżjonijiet li jużaw rata ta' tkabbir kostanti jew li tkun qiegħda tonqos għal snin sussegwenti, ħlief jekk ma tkunx tista' tiġi ġġustifikata rata ta' żjieda. Din ir-rata ta' tkabbir m'għandhiex taqbeż ir-rata medja ta' tkabbir fit-tul għall-prodotti, industriji, jew pajjiż jew pajjiżi li fihom topera l-entità, jew għas-suq li fih jintuża l-assi, ħlief jekk ma tkunx tista' tiġi ġġustifikata rata ogħla.

34 Il-maniġment jistma r-raġonevolità tas-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-proġezzjonijiet tal-flussi ta' flus kurrenti billi jiġu eżaminati l-kawżi u d-differenzi bejn il-proġezzjonijiet tal-flussi ta' flus tal-passat u l-flussi ta' flus attwali. Il-maniġment għandu jiżgura li s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-proġezzjonijiet tal-flussi ta' flus kurrenti tiegħu jkunu konsistenti mar-riżultat reali tal-passat, bil-kondizzjoni li l-effetti ta' avvenimenti jew ċirkustanzi sussegwenti li ma kienux jeżistu meta dawk il-flussi ta' flus attwali kienu ġġenerati, jagħmlu dan adattat.

35 Estimi/previżjonijiet finanzjarji dettaljati, espliċiti u affidabbli ta' flussi ta' flus futuri għal perijodi itwal minn ħames snin huma ġeneralment mhux disponibbli. Għal din ir-raġuni, l-istimi tal-maniġment ta' flussi ta' flus futuri huma bbażati fuq l-aktar estimi/previżjonijiet reċenti għal massimu ta' ħames snin. Il-maniġment jista' juża l-proġezzjonijiet tal-flussi ta' flus ibbażati fuq l-estimi/previżjonijiet finanzjarji matul perijodu itwal minn ħames snin jekk ikun fiduċjuż li dawn il-proġettazzjonijiet huma affidabbli u li jkun jista' juri l-abilità tiegħu, ibbażata fuq esperjenza tal-passat, li jbassar il-flussi ta' flus b'mod preċiż matul dak il-perijodu itwal.

36 Il-proġettazzjonijiet tal-flussi ta' flus sat-tmiem taż-żmien tal-utilità tal-assi huma stmati billi jiġu estrapolati l-proġettazzjonijiet tal-flussi ta' flus ibbażati fuq l-estimi/previżjonijiet finanzjarji billi tintuża rata ta' tkabbir għal snin sussegwenti. Din ir-rata hi waħda kostanti jew li tonqos, ħlief jekk żjieda fir-rata tkun taqbel ma informazzjoni oġġettiva dwar il-formati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew industrija. Jekk adattat, ir-rata ta' tkabbir tkun żero jew negattiva.

37 Meta l-kondizzjonijiet jkunu favorevoli, il-kompetituri x'aktarx jidħlu fis-suq jew jirrestrinġu t-tkabbir. Għalhekk, entitajiet ikollhom diffikultà biex jaqbżu r-rata ta' tkabbir medja storika matul perijodu ta' żmien twil (ngħidu aħna, għoxrin sena) għall-prodotti, industriji, jew pajjiż jew pajjiżi li fihom topera l-entità, jew għas-suq li fih jintuża l-assi.

38 Waqt li tuża informazzjoni minn estimi/previżjonijiet finanzjarji, entità tikkunsidra jekk l-informazzjoni tirriflettix suppożizzjonijiet raġonevoli u li jistgħu jiġu appoġġjati u li jirrapprezentaw l-aħjar stima tal-maniġment tas-sett ta' kondizzjonijiet ekonomiċi li ser jeżistu matul il-bqija taż-żmien tal-utilità tal-assi.

Kompożizzjoni ta' estimi ta' flus futuri

39 Stimi ta' flussi ta' flus futuri għandhom jinkludu:

(a) proġezzjonijiet ta' introjtu ta' flus mill-użu kontinwu tal-assi;

(b) proġezzjonijiet ta' ħruġ ta' flus li jeħtieġu li jsiru biex jiġġeneraw introjtu ta' flus minn użu kontinwu tal-assi (inkluż ħruġ ta' flus biex l-assi jitħejja għall-użu) u jkun jista' jiġi attribwit direttament, jew allokat fuq bażi raġonevoli u konsistenti, għall-assi; u

(ċ) flussi ta' flus netti, jekk adattat, li għandhom jiġu rċevuti (jew imħallsa) għad-disponiment tal-assi fit-tmiem taż-żmien tal-utilità tiegħu.

40 Stimi ta' flussi ta' flus futuri u r-rata ta' skont jirriflettu suppożizzjonijiet konsistenti dwar iż-żidiet fil-prezzijiet attribwibbli għall-inflazzjoni ġenerali. Għalhekk, jekk ir-rata ta' skont tinkludi l-effett taż-żidiet fil-prezzijiet attribwibbli għall-inflazzjoni ġenerali, flussi ta' flus futuri huma stmati f'termini nominali. Jekk ir-rata ta' skont teskludi l-effett taż-żidiet fil-prezzijiet attribwibbli għall-inflazzjoni ġenerali, flussi ta' flus futuri huma stmati f'termini reali (iżda tinkludi żidiet jew tnaqqis fil-prezzijiet speċifiċi futuri).

41 Proġettazzjonijiet ta' ħruġ ta' flus jinkludu dawk għal manutenzjoni minn jum għal jum tal-assi kif ukoll spejjeż ġenerali futuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti direttament, jew allokati fuq bażi raġonevoli u konsistenti, għall-użu tal-assi.

42 Meta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jkun għadu ma jinkludix l-ħruġ ta' flus kollha li għad iridu jintefqu qabel ma jkun lest għall-użu jew bejgħ, l-istima ta' ħruġ ta' flus futuri tinkludi stima ta' kwalunkwe ħruġ ta' flus ieħor li hu mistenni li jsir qabel mal-assi jkun lest għall-użu jew għall-bejgħ. Pereżempju, dan hu l-każ ta' bini li għadu qed jinbena jew għal proġett ta' żvilupp li jkun għadu mhux lest.

43 Biex jiġi evitat kull għadd doppju, stimi ta' flussi ta' flus futuri ma jinkludux:

(a) introjtu ta' flus minn assi li jiġġeneraw introjtu ta' flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-introjtu ta' flus mill-assi li qed jiġi eżaminat (pereżempju, assi finanzjarji bħal debituri); u

(b) ħruġ ta' flus li għandu x'jaqsam ma' obbligi li jkunu ġew rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet (pereżempju, kredituri, pensjonijiet jew provvedimenti).

44 Flussi ta' flus futuri għandhom jiġi stmati għall-assi fil-kondizzjoni preżenti tiegħu. Stimi ta' flussi ta' flus futuri m'għandhomx jinkludu introjtu jew ħruġ ta' flus fil-futur li huma mistennija li jinħolqu minn:

(a) ristrutturar futur li entità tkun għadha mhux impenjata li tagħmlu; jew

(b) titjib jew tkabbir tal-prestazzjoni tal-assi.

45 Minħabba li flussi futuri ta' flus jiġu stmati għall-assi fil-kondizzjoni preżenti tiegħu, il-valur waqt l-użu ma jirriflettix:

(a) ħruġ ta' flus futuri jew tifdil relatat mal-kost (pereżempju tnaqqis fil-kosti tal-personal) jew benefiċċji li huma mistennija li jirriżultaw minn ristrutturar futur li entità tkun għadha mhux impenjata li tagħmlu; jew

(b) ħruġ ta' flus fil-futur li jtejjeb jew li jkabbar il-prestazzjoni tal-assi jew introjtu ta' flus relatat li huma mistennija li jirriżultaw minn ħruġ bħal dan.

46 Ristrutturar hu programm li hu ppjanat u kkontrollat mill-maniġment u jibdel materjalment jew l-ambitu tan-negozju li l-entità impenjat ruħha għalih, jew il-mod kif jitwettaq in-negozju. L-IAS 37 Proveddimenti, Obbligi Kontinġenti u Assi Kontinġenti fih gwida li tiċċara meta entità hija impennjata għar-ristrutturar.

47 Meta entità timpenja ruħha li tagħmel ristrutturar, x'aktarx li xi assi ser jiġu affettwati b'dan ir-ristrutturar. Ġaladarba li l-entità timpenja ruħha li tagħmel ristrutturar:

(a) l-istimi tagħha ta' introjtu ta' flus u ħruġ ta' flus fil-futur għall-għan li jiġi ddeterminat il-valur fl-użu, jirriflettu t-tifdil tal-kost u benefiċċji oħra mir-ristrutturar (ibbażati fuq l-aktar estimi/previżjonijiet finanzjarji reċenti approvati mill-maniġment); u

(b) l-istimi tagħha ta' ħruġ ta' flus għar-ristrutturar huma inklużi fi provvediment ta' ristrutturar skont l-IAS 37.

Pereżempju Eżempju 5 juri l-effett ta' ristrutturar futur fuq kalkolazzjoni tal-valur fl-użu.

48 Sakemm entità jkollha ħruġ ta' flus li jtejbu jew ikabbru l-prestazzjoni ta' assi, stimi ta' flussi ta' flus futuri ma jinkludux l-introjtu ta' flus futur stmat li hu mistenni li joriġina miż-żieda fil-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-ħruġ ta' flus (ara Eżempju Illustrattiv 6).

49 Stimi ta' flussi ta' flus futuri jinkludu ħruġ ta' flus futuri meħtieġa biex jinżamm il-livell ta' benefiċċji ekonomiċi li jkunu mistennija li jirriżultaw mill-assi fil-kondizzjoni kurrenti tiegħu. Meta unità li tiġġenera l-flus tkun magħmula minn assi bi żminijiet ta' utilità stmati differenti, li kollha kemm huma, huma essenzjali għall-operazzjoni dejjem għaddejja tal-unità, is-sostituzzjoni ta' assi b'ħajjiet iqsar hi kkunsidrata li tkun parti mill-manutenzjoni minn jum għal jum tal-unità meta jiġu stmati l-flussi ta' flus assoċjati mal-unità. Bl-istess mod, meta assi uniku jkun magħmul minn komponenti bi żminijiet ta' utilità stmati differenti, is-sostituzzjoni tal-komponenti b'ħajjiet iqsar hi kkunsidrata parti mill-manutenzjoni minn jum għal jum tal-assi meta jiġu stmati l-flussi ta' flus iġġenerati mill-assi.

50 Stimi ta' flussi ta' flus futuri m'għandhomx jinkludu:

(a) introjtu jew ħruġ ta' flus minn attivitajiet finanzjarji; jew

(b) irċevuti jew pagamenti tat-taxxa fuq id-dħul.

51 Stimi ta' flussi ta' flus futuri jirriflettu suppożizzjonijiet li huma konsistenti mal-mod kif tiġi stabbilita r-rata ta' skont. Inkella, l-effett ta' xi suppożizzjonijiet ser jingħadd darbtejn jew inkella ma jiġix ikkunsidrat. Minħabba li l-valur taż-żmien tal-flus jitqies billi jitnaqqsu l-flussi ta' flus futuri stmati, dawn il-flussi ta' flus jeskludu introjtu jew ħruġ ta' flus minn attivitajiet finanzjarji. Bl-istess mod, minħabba li r-rata skontata hija stabbilita fuq bażi ta' qabel it-taxxa, flussi ta' flus futuri huma stmati wkoll fuq bażi ta' qabel it-taxxa.

52 L-istima ta' flussi ta' flus netti li għandha tiġi rċevuta (jew imħallsa) għad-disponiment tal-assi fl-aħħar taż-żmien tal-utilità tiegħu, għandu jkun l-ammont li entità tistenna li ser tikseb mid-disponiment tal-assi fi tranżazzjoni distakkata bejn partijiet infurmati u disposti, wara li jitnaqqsu l-kosti stmati tad-disponiment.

53 L-istima ta' flussi ta' flus netti li għandha tiġi rċevuta (jew imħallsa) għad-disponiment ta' assi fl-aħħar taż-żmien tal-utilità tiegħu tiġi stabbilita b'mod simili għall-valur ġust tal-assi wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment, ◄ ħlief li, fl-istima ta' dawk il-flussi ta' flus netti:

(a) entità tuża prezzijiet li kienu l-iktar komuni fid-data tal-istima għal assi simili li jkunu waslu fit-tmiem taż-żmien tal-utilità tagħhom u li jkunu tħaddmu taħt kondizzjonijiet simili għal dawk li fihom ser jintuża l-assi.

(b) l-entità taġġusta dawk il-prezzijiet għall-effett kemm għaż-żidiet fil-prezzijiet futuri minħabba l-inflazzjoni ġenerali kif ukoll għaż-żidiet jew tnaqqis speċifiku fil-prezzijiet futuri. Madankollu, jekk l-istimi tal-flussi ta' flus futuri mill-użu kontinwu tal-assi u r-rata ta' skont jeskludu l-effett ta' inflazzjoni ġenerali, l-entità teskludi wkoll dan l-effett mill-istima tal-flussi ta' flus netti mad-disponiment.

▼M33

53A Il-valur ġust ivarja mill-valur fl-użu. Il-valur ġust jirrifletti s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi. Għall-kuntrarju, il-valur fl-użu jirrifletti l-effetti ta’ fatturi li jistgħu jkunu speċifiċi għall-entità u mhux applikabbli għal entitajiet inġenerali. Pereżempju, il-valur ġust ma jirrifletti l-ebda wieħed minn dawn il-fatturi li ġejjin sal-punt li ma jkunux ġeneralment disponibbli għall-parteċipanti fis-suq:

(a) valur addizzjonali derivat mir-raggruppament ta’ assi (bħall-ħolqien ta’ portafoll ta’ proprjetajiet għall-investiment f’postijiet differenti);

(b) sinerġiji bejn l-assi li qed jitkejjel u assi oħrajn;

(c) drittijiet ġuridiċi jew restrizzjonijiet ġuridiċi li jkunu speċifiċi biss għas-sid kurrenti tal-assi; u

(d) benefiċċji għat-taxxa jew piżijiet tat-taxxa li jkunu speċifiċi għas-sid kurrenti tal-assi.

▼B

Flussi ta' flus futuri f'munita barranija

54 Flussi ta' flus futuri huma stmati fil-munita li fiha tkun ser tiġi ġġenerata u mbagħad imnaqqsa billi tintuża rata ta' skont adattata għal dik il-munita. Entità taqleb il-valur preżenti billi tuża rata ta' kambju spot fid-data tal-kalkolazzjoni tal-valur fl-użu.

Rata ta' skont

55 Ir-rata/i ta' skont għandha/hom tkun/ikunu r-rata/i ta' qabel it-taxxa li tirrifletti/jirriflettu l-istimi tas-suq fil-preżent ta':

(a) il-valur taż-żmien tal-flus; u

(b) ir-riskji speċifiċi għall-assi li għalih l-istimi tal-flussi ta' flus futuri ma jkunux ġew aġġustati.

56 Rata li tirrifletti l-istimi tas-suq kurrenti tal-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji speċifiċi għall-assi hi r-redditu li l-investituri jkunu jeħtieġu li kieku kellhom jagħżlu investiment li kien jiġġenera flussi ta' flus ta' ammonti, perjodiċità u profil tar-riskju ekwivalenti għal dawk li l-entità tistenna li tikseb mill-assi. Din ir-rata hi stmata mir-rata impliċita fi tranżazzjonijiet kurrenti tas-suq għal assi simili jew mill-kost medju ppiżat tal-kapital ta' entità elenkata li għandha assi uniku (jew portafoll ta' assi) simili f'termini ta' potenzjal tas-servizz u riskji għall-assi li qiegħed jiġi eżaminat. Madankollu, ir-rata/i ta' skont użata biex tkejjel il-valur tal-assi fl-użu m'għandhiex tirrifletti riskji li għalihom, l-istimi tal-flussi ta' flus futuri jkunu ġew aġġustati. Inkella, l-effett ta' xi suppożizzjonijiet jingħadd darbtejn.

57 Meta rata speċifika għall-assi mhix direttament disponibbli mis-suq, entità tuża sostituti biex tistma r-rata ta' skont. Appendiċi A jipprovdi gwida addizzjonali fuq l-istima tar-rata ta' skont f'ċirkustanzi bħal dawn.

RIKONOXXIMENT U KEJL TAT-TELF MINN INDEBOLIMENT

58 Il-paragrafi 59–64 jistabbilixxu r-rekwiżiti għar-rikonoxximent u kejl ta' telf minn indeboliment għal assi individwali, ħlief avvjament. Ir-rikonoxximent u kejl ta' telf minn indeboliment għal unitajiet li jiġġeneraw il-flus u avvjament huma indirizzati fil-paragrafi 65-108.

59 Jekk, u biss jekk, l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi jkun inqas mill-ammont miżmum fil-kotba, l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi għandu jitnaqqas għall-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat. Dak it-tnaqqis hu telf minn indeboliment.

60 Telf minn indeboliment għandu jkun rikonoxxut minnufih fi profitt jew telf, sakemm l-assi ma jinżammx f'ammont rivalutat skont Standard ieħor (eżempju, skont il-mudell ta' rivalutazzjoni fl-IAS 16). Kull telf minn indeboliment ta' assi stmat mill-ġdid għandu jiġi ttrattat bħala tnaqqis ta' rivalutazzjoni skont dak l-Istandard l-ieħor.

▼M5

61 Telf minn indeboliment fuq assi mhux stmat mill-ġdid hu rikonoxxut fi profitt jew telf. Madankollu, telf minn indeboliment fuq assi stmat mill-ġdid hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv sal-punt li t-telf mill-indeboliment ma jaqbiżx l-ammont fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dak l-istess assi. Telf minn indeboliment bħal dan fuq assi stmat mill-ġdid inaqqas il-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dak l-assi.

▼B

62 Meta l-ammont stmat għal telf minn indeboliment ikun akbar mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi b'konnessjoni miegħu, entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni jekk, u biss jekk, dan ikun meħtieġ minn Standard ieħor.

63 Wara r-rikonoxximent ta' telf minn indeboliment, id-debitu tad-deprezzament (amortizzament) għall-assi għandu jiġi aġġustat f'perijodi futuri biex jalloka l-ammont miżmum fil-kotba rivedut tal-assi, nieqes il-valur residwu tiegħu (jekk ikun hemm), fuq bażi sistematika matul il-bqija taż-żmien tal-utilità tiegħu.

64 Jekk jiġi rikonoxxut telf minn indeboliment, kull assi jew obbligazzjonijiet ta' taxxa differita relatata jiġi stabbilit skont l-IAS 12 billi l-ammont miżmum fil-kotba rivedut tal-assi jitqabbel mal-bażi tat-taxxa tiegħu (ara Eżempju Illustrattiv 3).

UNITAJIET LI JIĠĠENERAW IL-FLUS U AVVJAMENT

▼M12

65 Il-paragrafi 66-108 u l-Appendiċi C jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus li għaliha jappartjeni l-assi u għad-determinazzjoni tal-ammont miżmum fil-kotba ta’, u għar-rikonoxximent tat-telf ta’ indeboliment għal, unitajiet li jiġġeneraw il-flus u avvjament.

▼B

Identifikazjzoni ta' unità li tiġġenera l-flus li għaliha jappartjeni l-assi

66 Jekk ikun hemm kwalunkwe indikazzjoni li assi jista' jiġi indebolit, għandu jiġi stmat ammont li jista' jiġi rkuprat għall-assi individwali. Jekk ma jkunx possibli li jiġi stmat l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-assi individwali, entità għandha tiddetermina l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità li tiġġenera l-flus li għaliha jappartjeni l-assi (l-unità li tiġġenera l-flus tal-assi).

67 L-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi individwali ma jistax jiġi ddeterminat jekk:

(a) il-valur tal-assi fl-użu ma jistax jiġi stmat li jkun qrib il-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ (pereżempju, meta l-flussi ta' flus futuri minn użu kontinwu tal-assi ma jkunux jistgħu jiġu stmati bħala negliġibbli); u

(b) l-assi ma jiġġenerax introjtu ta' flus li huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti minn dak minn assi oħra.

F'każijiet bħal dawn, il-valur fl-użu u, għalhekk, l-ammont li jista' jiġi rkuprat, jista' jiġi ddeterminat biss għall-unità li tiġġenera l-flus tal-assi.

Eżempju

Entità tal-minjieri hi s-sid ta' linja tal-ferrovija privata biex twettaq l-attivitajiet relatati max-xogħol fil-minjieri tagħha. Il-linja tal-ferrovija privata tista' tinbiegħ biss għall-valur tar-ruttam biss u ma tiġġenerax introjtu ta' flus li huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti mill-introjtu ta' flus minn assi oħra tal-minjiera.

Mhux possibbli li jiġi stmat l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-linja tal-ferrovija privata minħabba li l-valur fl-użu tiegħu ma jistax jiġi ddeterminat u probabbilment hu differenti mill-valur tar-ruttam. Għalhekk, l-entità tistma l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità li tiġġenera l-flus li għaliha tappartjeni l-linja tal-ferrovija privata, jiġifieri l-mina bħala ħaġa waħda.

68 Kif definit fil-paragrafu 6, unità li tiġġenera l-flus tal-assi hi l-iżgħar grupp ta' assi li tinkludi l-assi u li tiġġenera introjtu ta' flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-introjtu ta' flus minn assi jew gruppi ta' assi oħrajn. Identifikazzjoni ta' unità li tiġġenera l-flus tal-assi tinvolvi ġudizzju għaqli. Jekk ammont li jista' jiġi rkuprat ma jkunx jista' jiġi stmat għal assi individwali, entità tidentifika l-aktar aggregazzjoni baxxa ta' assi li jiġġeneraw introjtu ta' flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti.

Eżempju

Kumpanija tal-karozzi tal-linja tipprovdi servizzi taħt kuntratt ma' muniċipalità li teħtieġ servizz minimu fuq kull wieħed mill-ħames rotot separati. Assi allokati għal kull rotta u l-flussi ta' flus minn kull rotta jistgħu jiġu identifikati separatament. Waħda mir-rotot topera b'telf sinifikanti.

Minħabba li l-entità m'għandhiex l-għażla li twaqqaf xi rotta minnhom, l-inqas livell ta' introjtu ta' flus identifikabbli li huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti mill-introjtu tal-flus minn assi oħra jew gruppi ta' assi oħra, hu l-introjtu ta' flus iġġenerat mill-ħames rotot flimkien. L-unità li tiġġenera l-flus għal kull rotta hi l-kumpanija tal-karozzi tal-linja kollha.

69 Introjtu ta' flus hu introjtu ta' flus u ekwivalenti ta' flus irċevuti minn partijiet esterni għall-entità. Fl-identifikazzjoni ta' jekk introjtu ta' flus minn assi (jew grupp ta' assi) hux fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti minn introjtu ta' flus minn assi oħra (jew gruppi ta' assi), entità tikkunsidra fatturi varji inklużi kif il-maniġment jimmonitorja l-operazzjonijiet tal-entità (bħal skont il-linji tal-prodott, negozji, postijiet individwali, distretti jew żoni reġjonali) jew kif il-maniġment jieħu deċiżjonijiet dwar it-tkomplija jew id-disponiment tal-assi u l-operazzjonijiet tal-entità. Eżempju Illustrattiv 1 jagħti eżempji tal-identifikazzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus.

70 Jekk jeżisti suq attiv għall-produzzjoni prodotta minn assi jew grupp ta' assi, dak l-assi jew grupp ta' assi għandhom jiġu identifikati bħala unità li tiġġenera l-flus, anki jekk xi parti, jew l-produzzjoni kollha hi użata internament. Jekk l-introjtu ta' flus ġġenerat minn kwalunkwe assi jew unità li tiġġenera l-flus jiġi affettwat mill-ipprezzar tat-trasferiment intern, entità għandha tuża l-aħjar stimi tal-maniġment għal prezz(ijiet) futur(i) li jista'/jistgħu jinkiseb/jinkisbu fi tranżazzjonijiet distakkati, waqt li jiġu stmati:

(a) l-introjtu ta' flus fil-futur użat biex ikun stabbilit il-valur fl-użu tal-assi jew tal-unità li tiġġenera l-flus; u

(b) il-ħruġ ta' flus fil-futur użati biex jiġi ddeterminat il-valur ta' kwalunkwe assi ieħor jew unità oħra li tiġġenera l-flus li huma affettwati mill-ipprezzar tat-trasferiment intern.

71 Anki jekk parti jew il-produzzjoni prodotta mill-assi jew grupp ta' assi tintuża minn unitajiet oħra tal-entità (pereżempju, prodotti f'fażi intermedjarja tal-proċess ta' produzzjoni), dan l-assi jew grupp ta' assi jiffurmaw unità separata li tiġġenera l-flus jekk l-entità tista' tbigħ il-produzzjoni f'suq attiv. Dan jiġri minħabba li l-assi jew grupp ta' assi jistgħu jiġġeneraw introjtu ta' flus li kienu jkunu fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti minn introjtu ta' flus minn assi oħra jew gruppi ta' assi. Fl-użu ta' informazzjoni bbażata fuq l-estimi/previżjonijiet finanzjarji li għandu x'jaqsam ma' unità bħal din li tiġġenera l-flus, jew ma' kull assi ieħor jew unità li tiġġenera l-flus affettwata mill-ipprezzar tat-trasferiment intern, entità taġġusta din l-informazzjoni jekk il-prezzijiet tat-trasferiment interni ma jirriflettux l-aħjar stima tal-prezzijiet futuri tal-maniġment li jkunu jistgħu jintlaħqu fi tranżazzjonijiet distakkati.

72 Unitajiet li jiġġeneraw il-flus għandhom jiġu identifikati b'mod konsistenti minn perijodu għal perijodu għall-istess assi jew tipi ta' assi, ħlief jekk bidla ma tkunx iġġustifikata.

73 Jekk entità tiddetermina li assi jkun jappartjeni għal unità li tiġġenera l-flus differenti minn dik f'perijodi preċedenti, jew li t-tipi ta' assi miġbura għall-unità li tiġġenera l-flus tal-assi jkunu nbidlu, il-paragrafu 130 jeħtieġ żvelar dwar l-unità li tiġġenera l-flus, jekk telf minn indeboliment hu rikonoxxut jew imreġġa' lura għall-unità li tiġġenera l-flus.

Ammont rikuprabbli u ammont miżmum fil-kotba ta' unità li tiġġenera l-flus

74 L-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' unità li tiġġenera l-flus hu l-ogħla fost il-valur ġust tal-unità li tiġġenera flus wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ u l-valur tagħha fl-użu. Għall-għanijiet li jkun stabbilit l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' unità li tiġġenera l-flus, kull referenza fil-paragrafi 19-57 għal “assi” tinqara bħala referenza għal “unità li tiġġenera l-flus”.

75 L-ammont miżmum fil-kotba ta' unità li tiġġenera l-flus għandu jkun stabbilit fuq bażi konsistenti mal-mod li bih ikun stabbilit l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' unità li tiġġenera l-flus.

76 L-ammont miżmum fil-kotba ta' unità li tiġġenera l-flus:

(a) jinkludi l-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk l-assi biss li jistgħu jkunu attribwibbli direttament, jew allokati fuq bażi raġonevoli u konsistenti, għall-unità li tiġġenera l-flus u li ser jiġġeneraw introjtu ta' flus fil-futur, li jintużaw fid-determinazzjoni tal-valur fl-użu tal-unità li tiġġenera l-flus; u

(b) ma jinkludix l-ammont miżmum fil-kotba ta' kull obbligazzjoni rikonoxxuta, ħlief jekk l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità li tiġġenera l-flus ma jkunx jista' jiġi ddeterminat mingħajr konsiderazzjoni ta' din l-obbligazzjoni.

Dan huwa minħabba l-fatt li l-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ u l-valur fl-użu ta' unità li tiġġenera l-flus huma stabbiliti bl-esklużjoni ta' flussi ta' flus li għandhom x'jaqsmu ma' assi li mhumiex parti minn unità li tiġġenera l-flus u obbligazzjonijiet li ġew rikonoxxuti (ara l-paragrafi 28 u 43).

77 Meta l-assi huma aggruppati flimkien għal stimi ta' potenzjal ta' rkupru, hu importanti li fl-unità li tiġġenera l-flus jiġu inklużi l-assi kollha li jiġġeneraw, jew li huma użati biex jiġġeneraw, is-sensiela rilevanti ta' introjtu ta' flus. Inkella, l-unità li tiġġenera l-flus tista' tidher li tkun waħda li tista' tiġi rkuprata għal kollox meta fil-fatt ikun seħħ telf minn indeboliment. F'xi każijiet, għalkemm xi assi jikkontribwixxu għall-flussi ta' flus future stmati ta' unità li tiġġenera l-flus, ma jistgħux ikunu allokati għal unità li tiġġenera l-flus fuq bażi raġonevoli u konsistenti. Dan jista' jkun il-każ għal avvjament jew assi tal-korporazzjoni bħal assi tal-uffiċċju ewlieni. Il-paragrafi 80-103 jispjegaw kif jiġu indirizzati dawn l-assi fil-prova ta' unità li tiġġenera l-flus għal indeboliment.

78 Jista’ jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati ċerti obbligazzjonijiet rikonoxxuti sabiex ikun stabilit l-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus. Dan jista’ jseħħ jekk id-disponiment ta’ unità li tiġġenera l-flus ikun jeħtieġ li x-xerrej jassumi l-obbligazzjoni. F’dan il-każ, il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment (jew il-fluss ta’ flus stmat mid-disponiment finali) tal-unità li tiġġenera l-flus ikun il-prezz għall-bejgħ tal-assi tal-unità li tiġġenera l-flus u l-obbligazzjoni fllimkien, nieqes il-kostijiet tad-disponiment. Biex wieħed jagħmel tqabbil loġiku bejn l-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus u l-ammont rekuperabbli tagħha, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni jiġi mnaqqas fid-determinazzjoni kemm tal-valur fl-użu tal-unità li tiġġenera l-flus kif ukoll l-ammont riportat tagħha.

Eżempju

Kumpanija topera minjiera f'pajjiż fejn il-leġiżlazzjoni teħtieġ li s-sid għandu jagħmel restawr tas-sit malli jintemmu l-operazzjonijiet tal-minjieri tiegħu. Il-kost tar-restawr tinkludi s-sostituzzjoni tal-materjal żejjed, li għandu jitneħħa qabel ma jingħata bidu għall-operazzonijiet tat-tħaffir. Provvediment għall-kosti biex il-materjal żejjed jiġi sostitwit ġie rikonoxxut malli tneħħa l-materjal żejjed. L-ammont ipprovdut ġie rikonoxxut bħala parti mill-kost tal-minjiera u qiegħed jiġi deprezzat matul iż-żmien tal-utilità tal-minjiera. L-ammont miżmum fil-kotba tal-provvediment għall-ispejjeż tar-restawr huwa CU500 ( 28 ), li huwa indaqs għall-valur preżenti tal-kosti tar-restawr.

L-entità qiegħda tittestja l-minjiera għal indeboliment. L-unità li tiġġenera l-flus għall-minjiera hi l-minjiera kollha. L-entità rċeviet offerti varji biex tixtri l-minjiera bi prezz ta' madwar CU800. Dan il-prezz jirrifletti l-fatt li x-xerrej se jassumi l-obbligu li jagħmel tajjeb għall-piż eċċessiv. Il-kosti tad-disponiment għall-minjiera huma negliġibbli. Il-valur fl-użu tal-minjiera hu bejn wieħed u ieħor CU1 200, esklużi l-kosti tar-restawr. L-ammont miżmum fil-kotba tal-minjiera hu CU1 000, li huwa ekwivalenti għall-valur preżenti tal-kosti tar-restawr.

Il-valur ġust tal-unità li tiġġenera l-flus wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ huwa CU800. Dan l-ammont jikkunsidra l-kosti tar-restawr li diġà sar provvediment għalihom. Bħala konsegwenza, il-valur fl-użu għall-unità li tiġġenera l-flus hu stabbilit wara konsiderazzjoni tal-kosti tar-restawr, u hu stmat li jkun CU700 (CU1 200nieqes CU500). L-ammont miżmum fil-kotba tal-unità li tiġġenera l-flus hu CU500, li hu l-ammont miżmum fil-kotba tal-minjiera (CU1 000) nieqes l-ammont miżmum fil-kotba tal-provvediment għall-kosti tar-restawr (CU500). Għalhekk, l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità li tiġġenera l-flus hu aktar mill-ammont miżmum fil-kotba tagħha.

79 Għal raġunijiet prattiċi, l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' unità li tiġġenera l-flus jiġi xi kultant stabbilit wara konsiderazzjoni tal-assi li mhumiex parti mill-unità li tiġġenera l-flus (pereżempju, debituri jew assi finanzjarji oħra) jew obbligazzjonijiet li kienu ġew rikonoxxuti (pereżempju, kredituri, pensjonijiet u provvedimenti oħra). F'każijiet bħal dawn, l-ammont miżmum fil-kotba tal-unità li tiġġenera l-flus jiġi miżjud bl-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk l-assi u mnaqqas bl-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk l-obbligazzjonijiet.

Avvjament

Allokazzjoni ta' avvjament għal unitajiet li jiġġeneraw il-flus

▼M22

80   Għall-finijiet tal-prova għall-indeboliment, l-avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji għandu, mid-data tal-akkwiżizzjoni, ikun allokat għal kull waħda mill-unitajiet li jiġġeneraw flus, jew mill-gruppi ta’ unitajiet li jiġġeneraw flus, tal-akkwirent li jkunu mistennija li jibbenefikaw mis-sinerġiji tal-kombinament, irrispettivament minn jekk assi jew obbligazzjonijiet oħrajn ta’ l-akkwiżit ikunux assenjati għal dawk l-unitajiet jew gruppi ta’ unitajiet. Kull unità jew grupp ta' unitajiet li għalihom l-avvjament ikun ġie allokat b'dan il-mod għandu:

(a)   jirrappreżenta l-inqas livell fi ħdan l-entità li fih hu mmonitorjat l-avvjament għal għanijiet ta' amministrazzjoni interna; u

(b)   ma jkunx akbar minn segment tal-operat kif iddefinit fil-paragrafu 5 tal-IFRS 8 Segmenti tal-Operat qabel l-aggregazzjoni.

▼M12

81 L-avvjament rikonoxxut f’kombinament ta’ negozji huwa assi li jirrappreżenta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li jirriżultaw minn assi oħrajn akkwistati f’kombinament ta’ negozji li ma jkunux identifikati individwalment u rikonoxxuti separatament. L-avvjament ma jiġġenerax flussi ta’ flus indipendentement minn assi jew gruppi ta’ assi oħra, u spiss jikkontribwixxi għall-flussi ta’ flus ta’ unitajiet multipli li jiġġeneraw il-flus. Xi kultant, l-avvjament ma jkunx jista’ jiġi allokat fuq bażi mhux arbitrarja għal unitajiet individwali li jiġġeneraw il-flus, iżda biss għal gruppi ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus. Bħala riżultat, l-inqas livell fl-entità li fih jiġi mmonitorjat l-avvjament għal għanijiet ta’ amministrazzjoni interna xi kultant jinkludi numru ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li l-avvjament ikun relatat magħhom iżda li ma jkunx jista’ jiġi allokat għalihom. Ir-referenzi fil-paragrafi 83-99 u l-Appendiċi C għal unità li tiġġenera l-flus li għaliha huwa allokat l-avvjament għandhom jinqraw ukoll bħala referenzi għal grupp ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom huwa allokat l-avvjament.

▼B

82 L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 80 tirriżulta f'li l-avvjament jiġi ttestjat għal indeboliment f'livell li jirrifletti l-mod kif entità tamministra l-operazzjonijiet tagħha u li magħha, l-avvjament jkun assoċjat b'mod naturali. Għalhekk, l-iżvilupp ta' sistemi tar-rappurtaġġ addizzjonali ma jkunx tipikament meħtieġ.

83 Unità li tiġġenera l-flus li għaliha ġie allokat avvjament għall-għanijiet ta' provi ta' indeboliment ma tistax tikkoinċidi mal-livell li fih ikun allokat avvjament skont l-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju għall-għanijiet ta' kejl ta' profitti u telf f'munita barranija. Pereżempju, jekk entità hi meħtieġa permezz tal-IAS 21 li talloka avvjament għal livelli relattivament baxxi għall-għan li jitkejlu l-qligħ u t-telf f'munita barranija, mhux meħtieġ li l-avvjament għall-indeboliment jiġi ttestjat bl-istess livell ħlief jekk ma timmonitorjax wkoll l-avvjament f'dak il-livell għal għanijiet ta' amministrazzjoni interna.

84 Jekk l-allokazzjoni inizjali tal-avvjament akkwistat f'kombinament ta' negozju ma tistax tintemm qabel l-aħħar tal-perijodu annwali li fih iseħħ il-kombinament ta' negozju, dik l-allokazzjoni inizjali għandha tintemm qabel it-tmiem tal-ewwel perijodu annwali li jibda wara d-data tal-akkwiżizzjoni.

▼M12

85 Skont l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, jekk il-kontabilità inizjali għal kombinament ta’ negozji tkun tista’ tiġi ddeterminata biss proviżorjament sal-aħħar tal-perijodu li fih isir il-kombinament, l-akkwirent:

(a) jikkontabilizza l-kombinament billi juża dawk il-valuri proviżorji; u

(b) jirrikonoxxi kwalunkwe aġġustament għal dawk il-valuri provviżorji bħala riżultat tat-tlestija tal-kontabilità inizjali matul il-perijodu ta’ kejl, li ma jistax jaqbeż tnax-il xahar mid-data tal-akkwiżizzjoni.

F’ċirkustanzi bħal dawn, jista’ jkun ukoll li ma jkunx possibbli li l-allokazzjoni inizjali tal-avvjament rikonoxxut fil-kombinament tiġi kompluta qabel it-tmiem tal-perijodu annwali li matulu jseħħ il-kombinament. Meta jseħħ dan il-każ, l-entità tiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 133.

▼B

86 Jekk avvjament ikun ġie allokat għal unità li tiġġenera l-flus u l-entità tiddisponi minn operazzjoni f'dik l-unità, l-avvjament assoċjat mal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment għandu jkun:

(a) inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba tal-operazzjoni meta jiġi ddeterminat il-qligħ jew it-telf mad-disponiment; u

(b) imkejjel fuq il-bażi tal-valuri relattivi tal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment u l-porzjon miżmum tal-unità li tiġġenera l-flus, ħlief jekk l-entità tkun tista' turi li xi metodu ieħor jirrifletti aħjar l-avvjament assoċjat mal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment.

Entità tbigħ għal CU100 operazzjoni li kienet parti mill-unità li tiġġenera l-flus li għaliha kien ġie allokat avvjament. L-avvjament allokat għall-unità ma jistax jiġi identifikat jew assoċjat ma' grupp ta' assi f'livell iktar baxx minn dik l-unità, ħlief b'mod arbitrarju. L-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-porzjon tal-unità li tiġġenera l-flus miżmum hu CU 300.

Minħabba li l-avvjament allokat għall-unità li tiġġenera l-flus ma jistax jiġi identifikat mhux b'mod arbirtrarju jew assoċjat ma' grupp ta' assi f'livell iktar baxx minn dik l-unità, l-avvjament assoċjat mal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment hu mkejjel fuq il-bażi tal-valuri relattivi tal-operazzjoni li minnha jkun sar disponiment, u l-porzjon tal-unità miżmuma. Għalhekk, 25 fil-mija tal-avvjament allokat lill-unità li tiġġenera l-flus hu inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba tal-operazzjoni li tinbiegħ.

87 Jekk entità torganizza mill-ġdid l-istruttura tar-rappurtaġġ tagħha b'mod li jibdel il-kompożizzjoni ta' waħda jew aktar mill-unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikun ġie allokat avvjament, l-avvjament għandu jiġi allokat mill-ġdid għall-unitajiet affettwati. Din l-allokazzjoni mill-ġdid għandha ssir billi jintuża metodu ta' valur relattiv simili għal dak użat meta entità tiddisponi minn operazzjoni f'unità li tiġġenera l-flus, ħlief jekk l-entità tkun tista' turi li xi metodu ieħor li jirrifletti aħjar l-avvjament assoċjat mal-unitajiet organizzati mill-ġdid.

Avvjament qabel kien ġie allokat għal unità li tiġġenera l-flus A. L-avvjament allokat għal A ma jistax jiġi identifikat jew assoċjat ma' grupp ta' assi f'livell aktar baxx minn A, ħlief b'mod arbitrarju. A għandha tinqasam u integrata fi tlett unitajiet oħra li jiġġeneraw il-flus, B, Ċ u D.

Minħabba li l-avvjament allokat għal A ma jistax jiġi identifikat b'mod mhux arbitrarju jew assoċjat ma' grupp ta' assi f'livell aktar baxx minn A, dan jiġi allokat mill-ġdid għal unitajiet B, Ċ u D fuq il-bażi tal-valuri relattivi tat-tliet porzjonijiet ta' A qabel ma dawk il-porzjonijiet jiġu integrati ma' B, Ċ u D.

Testijiet ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus ma' avvjament għal indeboliment

88 Meta, kif deskritt fil-paragrafu 81, avvjament ikun relatat ma' unità li tiġġenera l-flus iżda ma jkunx ġie allokat għal dik l-unità, l-unità għandha tiġi ttestjata għal indeboliment, kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-unità tista' tkun indebolita, billi jipparaguna l-ammont miżmum fil-kotba tal-unità ma', ħlief kwalunkwe avvjament, l-ammont tagħha li jista' jiġi rkuprat. Kwalunkwe telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 104.

89 Jekk unità li tiġġenera l-flus deskritta fil-paragrafu 88 tinkludi fl-ammont miżmum fil-kotba tagħha, assi intanġibbli li għandu żmien tal-utilità indefinit jew li jkun għadu mhux disponibbli għall-użu, u dak l-assi jista' jiġi ttestjat għal indeboliment biss bħala parti mill-unità li tiġġenera l-flus, il-paragrafu 10 jeħtieġ li l-unità tiġi ttestjata wkoll għal indeboliment kull sena.

90 Unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament għandha tiġi ttestjata kull sena għal indeboliment, u kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-unità tista' tkun indebolita, billi jipparaguna l-ammont miżmum fil-kotba tal-unità, inkluż l-avvjament, mal-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità. Jekk l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità jkun aktar mill-ammont miżmum fil-kotba tal-unità, l-unità u l-avvjament allokat għal dik l-unità għandhom jitqiesu bħala mhux indeboliti. Jekk l-ammont miżmum fil-kotba tal-unità jkun aktar mill-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità, l-entità għandha tirrikonoxxi t-telf minn indeboliment b'konformità mal-paragrafu 104,

▼M12 —————

▼B

Meta jsiru t-testijiet tal-indeboliment

96 It-test tal-indeboliment annwali għal unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament jista' jsir f'kull żmien matul perijodu annwali, bil-kondizzjoni li t-test jitwettaq fl-istess żmien kull sena. Unitajiet differenti li jiġġeneraw il-flus jistgħu jiġu ttestjati għal indeboliment fi żminijiet differenti. Madankollu, jekk parti mill-avvjament allokat għall-unità li tiġġenera l-flus jew l-avvjament kollu kemm hu jkun ġie akkwistat f'kombinament ta' negozji matul il-perijodu annwali kurrenti, dik l-unità għandha tiġi ttestjata għal indeboliment qabel it-tmiem tal-perijodu annwali kurrenti.

97 Jekk l-assi li jikkostitwixxu l-unità li tiġġenera l-flus li għalihom ikun ġie allokat avvjament jiġu ttestjati għal indeboliment fl-istess żmien tal-unità li jkun fiha l-avvjament, dawn għandhom jiġu ttestjati għal indeboliment qabel l-unità li jkun fiha l-avvjament. Bl-istess mod, jekk l-unitajiet li jiġġeneraw il-flus jikkostitwixxu grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikun ġie allokat avvjament ikunu ġew ittestjati għal indeboliment fl-istess ħin tal-gruppi ta' unitajiet li fihom avvjament, l-unitajiet individwali għandhom jiġu ttestjati għal indeboliment qabel il-grupp ta' unitajiet li fihom avvjament.

98 Fil-ħin tat-test ta' indeboliment ta' unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament, jista' jkun hemm indikazzjoni ta' indeboliment ta' assi fl-unità li fiha l-avvjament. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-entità tittestja l-assi għal indeboliment l-ewwel, u tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment għal dak l-assi qabel tittestja għall-indeboliment l-unità li tiġġenera l-flus li fiha l-avvjament. Bl-istess mod, jista' jkun hemm indikazzjoni ta' indeboliment ta' unità li tiġġenera l-flus fi ħdan grupp ta' unitajiet li fihom avvjament. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-entità għandha l-ewwel tittestja l-unità li tiġġenera l-flus għal indeboliment, u tirrikonoxxi kull telf minn indeboliment għal dik l-unità, qabel ma tittestja l-grupp ta' unitajiet li għalihom ikun ġie allokat avvjament għal indeboliment.

99 L-aktar kalkolazzjoni dettaljata reċenti magħmula fil-perijodu preċedenti tal-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat avvjament tista' tintuża fit-test tal-indeboliment ta' dik l-unità fil-perijodu kurrenti bil-kondizzjoni li jkunu ġew issodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) l-assi u l-obbligazzjonijiet li jagħmlu l-unità ma nbidlux b'mod sinifikanti mill-kalkolazzjoni tal-ammont li jista' jiġi rkuprat l-aktar reċenti;

(b) il-kalkolazzjoni tal-ammont li jista' jiġi rkuprat l-aktar reċenti rriżultat f'ammont li kien ikbar mill-ammont miżmum fil-kotba tal-unità b'marġni sostanzjali; u

(ċ) fuq il-bażi ta' analiżi ta' avvenimenti li jkunu seħħew u ċirkustanzi li jkunu nbidlu mill-kalkolazzjoni tal-ammont li jista' jiġi rkuprat l-aktar reċenti, il-probabilità li d-determinazzjoni tal-ammont li jista' jiġi rkuprat kurrenti tkun inqas mill-ammont miżmum fil-kotba kurrenti tal-assi hi remota.

Assi korporattivi

100 Assi korporattivi jinkludu assi ta' grupp jew assi diviżjonali bħall-bini tal-kwartieri ġenerali jew diviżjoni tal-entità, apparat EDP jew ċentru ta' riċerka. L-istruttura ta' entità tistabbilixxi jekk assi jissodisfax id-definizzjoni ta' dan l-Istandard ta' assi korporattivi għal unità partikolari li tiġġenera l-flus. Il-karatteristiċi distintivi ta' assi tal-korporazzjoni huma li l-assi ma jiġġenerawx introjtu ta' flus indipendentament minn assi oħra jew gruppi ta' assi oħra u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom ma jistax ikun attribwibbli għal kollox għall-unità li tiġġenera l-flus li qiegħda tiġi eżaminata.

101 Minħabba li l-assi tal-korporazzjoni ma jiġġenerawx introjtu ta' flus separat, l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi korporattiv individwali ma jistax jiġi ddeterminat ħlief jekk il-maniġment ma jkunx iddeċieda li jiddisponi mill-assi. B'konsegwenza ta' dan, jekk hemm indikazzjoni li assi korporattiv jista' jkun wieħed indebolit, l-ammont li jista' jiġi rkuprat huwa stabbilit għall-unità li tiġġenera l-flus jew grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus li jappartjeni għalihom l-assi korporattiv, u huwa mqabbel mal-ammont miżmum fil-kotba ta' din l-unità li tiġġenera l-flus jew grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus. Kull telf minn indeboliment hu rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 104.

102 Fl-ittestjar ta' unità li tiġġenera l-flus għal indeboliment, entità għandha tidentifika l-assi tal-korporazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-unità li tiġġenera l-flus li qiegħda tiġi eżaminata. Jekk porzjon tal-ammont miżmum fil-kotba ta' assi tal-korporazzjoni:

(a) jkun jista' jiġi allokat fuq bażi raġonevoli u konsistenti għal dik l-unità, l-entità għandha tipparaguna l-ammont miżmum fil-kotba tal-unità, inkluż il-porzjon tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi tal-korporazzjoni allokat għall-unità, bl-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat. Kull telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 104.

(b) ma jistax jiġi allokat fuq bażi raġonevoli u konsistenti għal dik l-unità, l-entità għandha:

(i) tipparaguna l-ammont miżmum fil-kotba tal-unità, ħlief l-assi tal-korporazzjoni, bl-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat u tirrikonoxxi kull telf minn indeboliment b'konformità mal-paragrafu 104;

(ii) tidentifika l-iżgħar grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus li jinkludi l-unità li tiġġenera l-flus li qiegħda tiġi eżaminata u li għaliha porzjon tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi tal-korporazzjoni jista' jiġi allokat fuq bażi raġonevoli u konsistenti; u

(iii) tipparaguna l-ammont miżmum fil-kotba ta' dak il-grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus, inkluż il-porzjon tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi tal-korporazzjoni għal dak il-grupp ta' unitajiet, bl-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-grupp ta' unitajiet. Kull telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 104.

103 L-Eżempju Illustrattiv 8 juri l-applikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti għal assi tal-korporazzjoni.

Telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus

104 Telf minn indeboliment għandu jiġi rikonoxxut għal unità li tiġġenera l-flus (l-iżgħar grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għalihom ikun ikun ġie allokat avvjament jew assi tal-korporazzjoni) jekk, u biss jekk, l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità (grupp ta' unitajiet) ikun inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-unità (grupp ta' unitajiet). It-telf minn indeboliment għandu jiġi allokat biex inaqqas l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi tal-unità (grupp ta' unitajiet) fl-ordni li ġejja:

(a) l-ewwel, biex inaqqas l-ammont miżmum fil-kotba ta' kull avvjament allokat għall-unità (grupp ta' unitajiet) li tiġġenera l-flus; u

(b) mbagħad, għall-assi l-oħra tal-unità (grupp ta' unitajiet) pro rata fuq il-bażi tal-ammont miżmum fil-kotba ta' kull assi fl-unità (grupp ta' unitajiet).

Dan it-tnaqqis fl-ammonti miżmuma fil-kotba għandu jiġi ttrattat bħala telf minn indeboliment fuq assi individwali u rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 60.

105  Meta talloka telf minn indeboliment skont il-paragrafu 104, entità m’għandhiex tnaqqas l-ammont riportat ta’ assi taħt l-ogħla ta’:

(a)  il-valur ġust tiegħu nieqes il-kostijiet tad-disponiment (jekk jista’ jitkejjel);

▼B

(b) il-valur tiegħu waqt l-użu (jekk ikun jista' jiġi ddeterminat); u

(ċ) żero.

L-ammont tat-telf minn indeboliment li inkella kien jiġi allokat għall-assi għandu jiġi allokat pro rata għall-assi l-oħra tal-unità (grupp ta' unitajiet).

106 Jekk ma jkunx prattikabbli li jiġi stmat l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' kull assi individwali ta' unità li tiġġenera l-flus, dan l-Istandard jeħtieġ allokazzjoni arbitrarja ta' telf minn indeboliment bejn l-assi ta' dik l-unità, ħlief l-avvjament, minħabba li l-assi kollha tal-unità li tiġġenera l-flus jaħdmu flimkien.

107 Jekk l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi individwali ma jkunx jista' jiġi ddeterminat (ara l-paragrafu 67):

(a) telf minn indeboliment hu rikonoxxut għall-assi jekk l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu hu akbar mill-ogħla tal-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment, ◄ u r-riżultati tal-proċeduri tal-allokazzjoni deskritti fil-paragrafi 104 u 105; u

(b) l-ebda telf minn indeboliment mhu rikonoxxut għall-assi jekk l-unità li tiġġenera l-flus relatata mhix indebolita. Dan japplika anki jekk il-valur ġust tal-assi wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ hu inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tiegħu.

Eżempju

Magna ġarrbet ħsara fiżika iżda għadha taħdem, għalkemm mhux daqshekk tajjeb daqs kemm kienet qabel ma ġratilha l-ħsara. Il-valur ġust tal-magna wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ hu inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tagħha. Il-magna ma tiġġenerax introjtu ta' flus indipendenti. L-iżgħar grupp ta' assi identifikabbli li jinkludi l-magna u tiġġenera introjtu ta' flus li hu fil-biċċa l-kbira tiegħu indipendenti mill-introjtu ta' flus minn assi oħrajn, hi l-linja ta' produzzjoni li għaliha l-magna tappartjeni. L-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-linja tal-produzzjoni juri li l-linja tal-produzzjoni, meħuda kollha kemm hi, mhix indebolita.

Suppożizzjoni 1: baġits/previżjonijiet approvati mill-maniġment ma jirriflettu ebda impenn tal-maniġment li jissostitwixxi l-magna.

L-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-magna waħdu ma jistax jiġi stmat minħabba li l-valur tal-magna waqt l-użu:

(a)  jista' jkun differenti mill-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment; ◄ u

(b)  jista' jiġi ddeterminat biss għall-unità li tiġġenera l-flus li għaliha tappartjeni l-magna (il-linja tal-produzzjoni).

Il-linja tal-produzzjoni mhix indebolita. Għalhekk, mhu rikonoxxut l-ebda telf minn indeboliment għall-magna. Madankollu, l-entità tista' teħtieġ li tistma mill-ġdid il-perijodu ta' deprezzament jew il-metodu ta' deprezzament tal-magna. Jista' jkun li perijodu ta' deprezzament aktar qasir jkun meħtieġ jew metodu ta' deprezzament aktar mgħaġġel biex jirrifletti l-bqija taż-żmien tal-utilità mistenni tal-magna jew il-format li bih il-benefiċċji ekonomiċi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità.

Suppożizzjoni 2: estimi/previżjonijiet approvati mill-maniġment jirrifletti obbligu tal-maniġment biex jissostitwixxi l-magna jew ibiegħha fil-futur qarib. Flussi ta' flus minn użu kontinwu ta' din il-magna sad-disponiment tagħha huma stmati li huma negliġibbli.

Il-valur tal-magna waqt l-użu jista' jiġi stmat li jkun qrib il-valur ġust tagħha wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment. ◄ Għalhekk, l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-magna jista' jiġi ddeterminat u ma tingħata l-ebda konsiderazzjoni għall-unità li tiġġenera l-flus li l-magna tappartjeni għaliha (i.e. il-linja tal-produzzjoni). Minħabba li l-valur ġust tal-magna wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ hu inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tagħha, telf minn indeboliment hu rikonoxxut għall-magna.

108 Wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti fil-paragrafi 104 u 105, obbligazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta għal kull ammont li jibqa' ta' telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus jekk, u biss jekk, dan hu dak li hu meħtieġ minn Standard ieħor.

TREĠĠIGĦ LURA TA' TELF MINN INDEBOLIMENT

109 Il-paragrafi 110–116 jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment rikonoxxut f'perijodi preċedenti għal assi jew unità li tiġġenera l-flus. Dawn ir-rekwiżiti jużaw it-terminu “assi” iżda japplikaw ugwalment għal assi individwali jew għal unità li tiġġenera l-flus. Rekwiżiti addizzjonali għal assi individwali jinstabu fil-paragrafi 117–121, għal unità li tiġġenera l-flus fil-paragrafi 122 u 123, u għal avvjament fil-paragrafi 124 u 125.

110 Entità għandha tistma f'kull data tar-rapport jekk hemmx indikazzjoni li telf minn indeboliment rikonoxxut f'perijodi preċedenti għal assi, ħlief avvjament, setax ma baqax jeżisti jew naqasx. Jekk tkun teżisti indikazzjoni ta' din ix-xorta, l-entità għandha tistma l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' dak l-assi.

111  Meta tivvaluta jekk ikunx hemm xi indikazzjoni li telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodi preċedenti għal assi li ma jkunx avvjament jista’ ma jeżistix aktar jew jista’ jkun li naqas, entità għandha tikkunsidra, mill-inqas, dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

Sorsi esterni ta’ informazzjoni

(a)  ikun hemm indikazzjonijiet osservabbli li l-valur tas-suq tal-assi żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu.

▼B

(b) ikunu seħħew bidliet sinifikanti b'effett favorevoli fuq l-entità matul il-perijodu, jew dawn ikunu mistennija li jseħħu fil-futur qarib, fl-ambjent teknoloġiku, tas-suq, dak ekonomiku jew legali li fih topera l-entità jew fis-suq li għalih hu ddedikat l-assi.

(ċ) ir-rati ta' mgħax tas-suq jew rati oħrajn tas-suq ta' redditu fuq l-investimenti jkunu naqsu matul il-perijodu, u dak it-tnaqqis aktarx li ser jaffettwa r-rata ta' skont użata fil-kalkolazzjoni tal-valur tal-assi waqt l-użu u jżidu l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-assi b'mod materjali.

Sorsi ta' informazzjoni interni

(d) bidliet sinifikanti b'effett favorevoli fuq l-entità li jkunu seħħew matul il-perijodu, jew li huma mistennija li jseħħu fil-futur qarib, safejn, u bil-mod kif, l-assi jintuża jew hu mistenni li jintuża. Dawn il-bidliet jinkludu spejjeż li jintefqu matul il-perijodu biex titjieb jew titkabbar il-prestazzjoni tal-assi jew l-istrutturar mill-ġdid tal-operazzjoni tal-assi li għaliha jappartjeni l-assi.

(e) evidenza hi disponibbli mir-rappurtaġġ intern li tindika li l-prestazzjoni ekonomika tal-assi hi, jew ser tkun, aħjar milli kien mistenni.

112 Indikazzjonijiet ta' tnaqqis potenzjali f'telf minn indeboliment fil-paragrafu 111, fil-biċċa l-kbira jirriflettu l-indikazzjonijiet ta' telf potenzjali ta' indeboliment fil-paragrafu 12.

113 Jekk hemm indikazzjoni li telf minn indeboliment rikonoxxut għal assi, ħlief avvjament, jista' ma jibqax jeżisti jew jista' jkun li naqas, dan jista' jindika li l-bqija taż-żmien tal-utilità, il-metodu tad-deprezzament (amortizzament) jew il-valur residwu għall-assi jeħtieġ li jiġi rivedut u aġġustat skont l-Istandard applikabbli għall-assi, anki jekk l-ebda telf minn indeboliment ma jkun imreġġa' lura għall-assi.

114 Telf minn indeboliment rikonoxxut f'perijodi preċedenti għal assi, ħlief avvjament, għandu jitreġġa' lura jekk, u biss jekk, kien hemm bidla fl-istimi użati biex jiġi ddeterminat l-ammont tal-assi li jista' jiġi rkuprat sa minn meta t-telf minn indeboliment ġie rikonoxxut l-aħħar. Jekk dan ikun il-każ, l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi għandu, ħlief kif deskritt fil-paragrafu 117, jiżdied għall-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat. Din iż-żjieda hi treġġigħ lura għat-telf minn indeboliment.

115 Treġġigħ lura tat-telf minn indeboliment jirrifletti żjieda fil-potenzjal stmat tas-servizz ta' assi, jew mill-użu jew mill-bejgħ, sa mid-data meta entità tkun irrikonoxxiet l-aħħar telf minn indeboliment għal dak l-assi. Il-paragrafu 130 jeħtieġ li entità tidentifika l-bidla fl-istimi li tikkawża ż-żjieda fil-potenzjal tas-servizz stmat. Eżempji ta' bidliet fl-istimi jinkludu:

(a) bidla fil-bażi għall-ammont li jista' jiġi rkuprat (i.e. jekk ammont li jista' jiġi rkuprat hu bbażat fuq il-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment ◄ jew tal-valur fl-użu);

(b) jekk ammont li jista' jiġi rkuprat kien ibbażat fuq il-valur fl-użu, bidla fl-ammont jew fl-għażla taż-żmien tal-flussi ta' flus futuri stmati jew fir-rata ta' skont; jew

(ċ) jekk ammont li jista' jiġi rkuprat kien ibbażat fuq il-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment, ◄ bidla fl-istima tal-komponenti ta' valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti ►M33  tad-disponiment. ◄

116 Il-valur tal-assi fl-użu jista' jsir akbar mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi sempliċiment minħabba li l-valur preżenti ta' introjtu ta' flus fil-futur jiżdied hekk kif dawn joqorbu. Madankollu, il-potenzjal tas-servizz tal-assi ma żdiedx. Għalhekk, telf minn indeboliment ma jkunx imreġġa' lura sempliċiment minħabba l-mogħdija taż-żmien (xi kultant imsejjaħ “unwinding” tal-iskont (i.e. t-treġġigħ lura ta' skont permezz ta' tranżazzjoni ta' kumpens), anki jekk l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-assi jsir ogħla mill-ammont miżmum fil-kotba tiegħu.

Treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal assi individwali

117 L-ammont miżmum fil-kotba miżjud ta' assi, ħlief l-avvjament attribwibbli għal treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment, m'għandux jaqbeż l-ammont miżmum fil-kotba li kieku kellu jiġi ddeterminat (nett mill-amortizzament jew deprezzament) li l-ebda telf minn indeboliment ma kien ġie rikonoxxout għall-assi fis-snin preċedenti.

118 Kull żjieda fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi, ħlief l-avvjament, 'il fuq mill-ammont miżmum fil-kotba li kieku kellu jiġi ddeterminat (nett mill-amortizzament jew deprezzament) li l-ebda telf minn indeboliment ma kien ġie rikonoxxout għall-assi fis-snin preċedenti, hi rivalutazzjoni. Biex tirrapporta rivalutazzjoni bħal din, entità għandha tapplika l-Istandard applikabbli għall-assi.

119 It-treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal assi għandu jiġi rikonoxxut bħala introjtu immedjatament fi profitt jew telf, ħlief jekk l-assi jiġi rikonoxxut b'ammont rivalutat taħt Standard ieħor (pereżempju, skont il-mudell ta' rivalutazzjoni fl-IAS 16). Kull treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment ta' assi stmat mill-ġdid għandu jiġi ttrattat bħala żjieda ta' rivalutazzjoni taħt dak l-Istandard l-ieħor.

120 It-treġġigħ lura ta’ telf minn indeboliment fuq assi stmat mill-ġdid hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv u jżid il-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dak l-assi. Madankollu, ◄ sal-punt li telf minn indeboliment fuq l-istess assi vvalutat mill-ġdid kien rikonoxxut preċedentament fi profitt jew f'telf, treġġigħ lura ta' dak it-telf minn indeboliment hu rikonoxxut wkoll fi profitt jew f'telf.

121 Wara li treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment jiġi rikonoxxut, id-deprezzament (amortizzament) għall-assi għandu jiġi aġġustat f'perijodi futuri biex l-ammont miżmum fil-kotba rivedut tal-assi jiġi allokat, nieqes il-valur residwu tiegħu (jekk ikun hemm), fuq bażi sistematika matul iż-żmien tal-utilità tiegħu li jkun fadal.

Treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus

122 Treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus għandu jiġi allokat għall-assi tal-unità, ħlief għall-avvjament, pro rata bl-ammonti miżmuma fil-kotba ta' dawk l-assi. Dawn iż-żidiet fl-ammonti rikonoxxuti għandhom jiġu ttratati bħala treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal assi individwali u rikonoxxuti b'konformità mal-paragrafu 119.

123 Fl-allokazzjoni ta' treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal unità li tiġġenera l-flus b'konformità mal-paragrafu 122, l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi m'għandux jiżdied aktar mill-inqas fost dawn li ġejjin:

(a) l-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat (jekk jista' jiġi ddeterminat); u

(b) l-ammont miżmum fil-kotba li kieku kien jiġi ddeterminat (nett mill-amortizzament jew deprezzament) li kieku l-ebda telf minn indeboliment ma kien ġie rikonoxxut għall-assi f'perijodi preċedenti.

L-ammont tat-treġġigħ lura tat-telf minn indeboliment li kieku kien ikun allokat għall-assi għandu jiġi allokat pro rata għall-assi l-oħra tal-unità, ħlief għall-avvjament.

Treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment għal avvjament

124 Telf minn indeboliment rikonoxxut għal avvjament m'għandux jitreġġa' lura f'perijodu sussegwenti.

125 L-IAS 38 Assi Intanġibbli jipprojbixxi r-rikonoxximent ta' avvjament iġġenerat b'mod intern. Kull żjieda fl-ammont ta' avvjament li jista' jiġi rkuprat fil-perijodi ta' wara r-rikonoxximent ta' telf minn indeboliment għal dak l-avvjament x'aktarx tkun żjieda f'avvjament iġġenerat b'mod intern, milli treġġigħ lura tat-telf minn indeboliment rikonoxxut għal avvjament akkwistat.

ŻVELAR

126 Entità għandha tiżvela dawn li ġejjin għal kull klassi ta' assi:

(a) l-ammont ta' telf minn indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf matul il-perijodu u l-entrata/i tar-rapport tal-introjtu li fihom hu inkluż dak it-telf minn indeboliment.

(b) l-ammont ta' treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf matul il-perijodu u l-entrata/i fir-rapport tal-introjtu li fih hu mreġġa' lura dak it-telf minn indeboliment.

(ċ) l-ammont ta' telf minn indeboliment fuq assi vvalutati mill-ġdid rikonoxxuti ►M5  fi dħul ieħor komplessiv ◄ matul il-perijodu.

(d) l-ammont ta' treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment fuq assi vvalutati mill-ġdid rikonoxxuti direttament f'ekwità matul il-perijodu.

127 Klassi ta' assi hi aggruppament ta' assi ta' natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta' entità.

128 L-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 126 tista' tiġi ppreżentata ma' informazzjoni oħra żvelata għall-klassi ta' assi. Pereżempju, din l-informazzjoni tista' tiġi inkluża fit-tqabbil tal-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà, impjant u tagħmir, fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu, kif meħtieġ mill-IAS 16.

129 Entità li tirrapporta informazzjoni tas-segment skont l-IFRS 8 għandha tiżvela dan li ġej għal kull segment soġġett għar-rapportaġġ

(a) l-ammont ta' telf minn indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf u direttament f'ekwità matul il-perijodu.

(b) l-ammont ta' treġġigħ lura ta' indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf u ►M5  fi dħul ieħor komplessiv ◄ matul il-perijodu.

130.  Entità għandha tiżvela dan li ġej għal assi individwali (inkluż avvjament) jew unità li tiġġenera l-flus, li għaliha jkun ġie rikonuxxut jew treġġa’ lura telf minn indeboliment tul il-perjodu:

(a) l-avvenimenti u ċ-ċirkustanzi li wasslu għar-rikonoxximent jew treġġigħ lura tat-telf minn indeboliment.

(b) l-ammont ta' qligħ jew telf rikonoxxut jew imreġġa' lura.

(ċ) għal assi individwali:

(i) in-natura tal-assi; u

(ii) jekk l-entità tirrapporta informazzjoni tas-segment skont l-IFRS 8, is-segment soġġett għar-rappurtaġġ li jappartjeni għalih l-assi.

(d) għal unità li tiġġenera l-flus:

(i) deskrizzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus (bħal jekk hix linja tal-prodott, impjant, operazzjoni kummerċjali, żona ġeografika, jew segment soġġett għar-rappurtaġġ kif definti fl-IFRS 8);

(ii) l-ammont tat-telf minn indeboliment rikonoxxut jew imreġġa' lura skont il-klassi ta' assi u, jekk l-entità tirrapporta l-informazzjoni tas-segment skont l-IFRS 8, b'bażi ta' segment soġġett għar-rappurtaġġ; u

(iii) jekk l-aggregazzjoni ta' assi għal identifikazzjoni tal-unità li tiġġenera l-flus tkun inbidlet mill-aħħar stima tal-ammont li jista' jiġi rkuprat (jekk ikun hemm) tal-unità li tiġġenera l-flus, deskrizzjoni tal-mod kurrenti u preċedenti ta' kif jiġu aggregati l-assi u r-raġunijiet għat-tibdil tal-mod kif l-unità li tiġġenera l-flus hi identifikata.

▼M39

(e)   l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) u jekk l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) hux il-valur ġust tiegħu neħħi l-kostijiet tad-disponiment jew il-valur tiegħu waqt li jintuża.

(f)   jekk l-ammont rekuperabbli jkun il-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment. l-entità għandha tiżvela t-tagħrif li ġej:

(i)   il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust (ara IFRS 13) li l-kejl tal-valur ġust tal-ass (unità li tiġġenera l-flus) ikun ikkategorizzat fih fl-intier tiegħu (mingħajr ma jitqies jekk “il-kostijiet tad-disponiment” ġewx osservati);

(ii)   għall-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 2 u l-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tat-teknika/i ta’ valutazzjoni użati għall-kejl tal-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment. Jekk kien hemm bidla fit-tkenika tal-valutazzjoni, l-entità għandha tiżvela dik il-bidla u r-raġuni(jiet) għalfejn saret; u

(iii)   għall-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 2 u l-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, kull preżunzjoni ewlenija li t-tmexxija ibbażat fuqha biex tiddetermina l-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment. Il-preżunzjonijiet ewlenin huma dawk li l-ammont rekuperabbli tal-assi (unità li tiġġenera l-flus) huwa l-aktar sensittiv. L-entità għandha tiżvela wkoll ir-rata/i ta’ skont użat fil-kejl attwali u fil-kejl preċedenti jekk il-valur ġust neħħi l-kostijiet ta’ disponiment jitkejjel bl-użu ta’ teknika ta’ valur preżenti.

▼B

(g) jekk ammont li jista' jiġi rkuprat hu l-valur fl-użu, ir-rata/i ta' skont użata fl-istima kurrenti u f'dik preċedenti (jekk ikun hemm) tal-valur fl-użu.

Stimi użati għall-kejl ta’ ammonti rekuperabbli ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għandhom avvjament jew assi intanġibbli bi żmien indefinit ta’ utilità

131 Entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja għat-total tat-telf minn indeboliment u t-total ta' t-treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment rikonoxxuti matul il-perijodu li għalih l-ebda informazzjoni ma tkun ġiet żvelata, b'konformità mal-paragrafu 130:

(a) il-klassijiet prinċipali tal-assi affettwati bit-telf minn indeboliment u l-klassijiet prinċipali tal-assi affettwati bit-treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment.

(b) l-avvenimenti u ċ-ċirkustanzi prinċipali li wasslu għar-rikonoxximent ta' dak it-telf minn indeboliment u t-treġġigħ lura tat-telf minn indeboliment.

132 Entità hi inkorraġita li tiżvela s-suppożizzjonijiet użati biex jistabbilixxu l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi (unitajiet li jiġġeneraw il-flus) matul il-perijodu. Madankollu, il-paragrafu 134 jeħtieġ li entità tiżvela informazzjoni dwar l-estimi użati biex ikejlu l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' unità li tiġġenera l-flus meta avvjament jew assi intanġibbli bi żmien tal-utilità indefinit hu inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba ta' dik l-unità.

133 Jekk, b'konformità mal-paragrafu 84, kull porzjon tal-avvjament akkwistat f'kombinament ta' negozji matul il-perijodu ma jkunx ġie allokat għal unità li tiġġenera l-flus (grupp ta' unitajiet) fid-data tar-rapport, l-ammont tal-avvjament mhux allokat għandu jiġi żvelat flimkien mar-raġunijiet għaliex dak l-ammont jibqa' mhux allokat.

Stimi użati biex ikejlu l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus li fihom avvjament jew assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefiniti

134  Entità għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(f) għal kull unità li tiġġenera l-flus (grupp ta’ unitajiet) li għaliha l-ammont riportat ta’ avvjament jew assi intanġibbli bi żmien ta’ utilità indefinit allokat għal dik l-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun sinifikanti meta mqabbel mal-ammont riportat totali tal-entità ta’ avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet ta’ utilità indefiniti:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba ta' avvjament allokat għall-unità (grupp ta' unitajiet).

(b) l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefiniti allokat għall-unità (grupp ta' unitajiet).

▼M39

(c)   il-bażi li l-ammont li jista’ jiġi rkuprat tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ġie stabbilit fuqha (jiġifieri l-valur fl-użu jew il-valur ġust neħħi l-kostijiet tad-disponiment).

▼M33

(d)  jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun bbażat fuq il-valur fl-użu:

(i)  kull suppożizzjoni kruċjali li fuqha l-maniġment ibbaża l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus tiegħu għall-perjodu kopert mill-baġits/mit-tbassir l-aktar reċenti. Is-suppożizzjonijiet kruċjali jkunu dawk li l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun l-aktar sensittiv għalihom.

▼B

(ii) deskrizzjoni tal-metodoloġija ta' mmaniġġar użata biex jistabbilixxi l-valur/i mogħti għal kull suppożizzjoni prinċipali, kemm jekk dak il-valur (dawk il-valuri) jirrifletti l-esperjenza tal-passat jew, jekk adattat, hu konsistenti ma' sorsi esterni ta' informazzjoni, u, jekk le, kif u għaliex hu differenti minn esperjenza tal-passat jew sorsi esterni ta' informazzjoni.

(iii) il-perijodu li matulu l-maniġment ikun ipproġetta l-flussi ta' flus bbażata fuq l-estimi/previżjonijiet finanzjarji approvati mill-maniġment u, meta jintuża perijodu ta' aktar minn ħames snin għall-unità li tiġġenera l-flus (grupp ta' unitajiet), spjega ta' għaliex dak il-perijodu itwal hu ġġustifikat.

(iv) ir-rata ta' tkabbir użata biex jiġu estrapolati l-proġettazzjonijiet tal-flussi ta' flus wara l-perijodu kopert bl-aktar estimi/previżjonijiet reċenti, u l-ġustifikazzjoni għaliex intużat xi rata ta' tkabbir li tkun aktar mir-rata tat-tkabbir medju matul perijodu ta' żmien fit-tul għall-prodotti, industriji, jew pajjiż jew pajjiżi li fihom topera l-entità, jew għas-suq li għalih hi ddedikata l-unità (grupp ta' unitajiet).

(v) ir-rata/i ta' skont applikat(i) għall-proġettazzjonijiet tal-flussi ta' flus.

(e)  jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) jkun ibbażat fuq il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment, it-teknika/i ta’ valwazzjoni użata għall-kejl tal-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment. Entità ma tkunx meħtieġa tipprovdi d-divulgazzjonijiet mitluba mill-IFRS 13. Jekk il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment ma jitkejjilx permezz ta’ prezz kwotat għal unità identika (grupp ta’ unitajiet), entità għandha tiddivulga din l-informazzjoni li ġejja:

(i)  kull suppożizzjoni kruċjali li fuqha l-maniġment ibbaża d-determinazzjoni tiegħu tal-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment. Is-suppożizzjonijiet kruċjali jkunu dawk li l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun l-aktar sensittiv għalihom.

▼M8

(ii) deskrizzjoni tal-metodu tal-maniġment biex tistabbilixxi l-valur (jew valuri) assenjati għal kull suppożizzjoni kruċjali, jekk dawk il-valuri jirriflettux l-esperjenza passat jew, jekk ikun il-każ, humiex konsistenti ma’ għejun esterni tal-informazzjoni, u jekk le, kif u għaliex huma differenti mill-esperjenza passata jew għejun esterni tal-informazzjoni.

(iiA)  il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust (ara l-IFRS 13) li fih il-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat sħiħ (mingħajr kunsiderazzjoni għall-osservabilità tal-“kostijiet tad-disponiment”).

(iiB)  jekk ikun hemm bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni, il-bidla u r-raġuni(jiet) għalfejn saret.

Jekk il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment jitkejjel permezz ta’ projezzjonijiet skontati tal-flussi ta’ flus, entità għandha tiddivulga din l-informazzjoni li ġejja:

(iii)  il-perjodu li fuqu l-maniġment ipproġetta l-flussi ta’ flus.

(iv)  ir-rata ta’ tkabbir użata sabiex jiġu estrapolati l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus.

(v)  ir-rata/i ta’ skont applikata għall-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus.

▼B

(f) jekk bidla li tkun possibbli b'mod raġonevoli f'suppożizzjoni prinċipali li fuqha l-maniġment ikun ibbaża l-kalkolazzjoni tal-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità (grupp ta' unitajiet) tikkawża li l-ammont miżmum fil-kotba tal-unità (grupp ta' unitajiet) biex jaqbeż l-ammont li jista' jiġi rkuprat:

(i) l-ammont li bih l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-unità (grupp ta' unitajiet) jaqbeż l-ammont miżmum fil-kotba tagħha.

(ii) il-valur assenjat lis-suppożizzjoni prinċipali.

(iii) l-ammont li bih il-valur assenjat lis-suppożizzjoni prinċipali għandu jinbidel, wara li jinkorpora kull effett konsegwenzjali ta' dik il-bidla fuq l-oġġetti varjabbli l-oħra użati biex ikejlu l-ammont li jista' jiġi rkuprat, biex l-ammont tal-unità (grupp ta' unitajiet) li jista' jiġi rkuprat ikun ugwali għall-ammont miżmum fil-kotba tagħha.

135 Jekk xi parti, jew l-ammont kollu miżmum fil-kotba tal-avvjament jew assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefiniti jiġi allokat f'unitajiet li jiġġeneraw il-flus multipli (gruppi ta' unitajiet), u l-ammont b'hekk allokat għal kull unità (grupp ta' unitajiet) ma jkunx sinifikanti meta pparagunat mal-ammont miżmum fil-kotba totali ta' avvjament jew ta' assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefinit tal-entità, dak il-fatt għandu jiġi żvelat, flimkien mat-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament jew assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefiniti allokati għal dawk l-unitajiet (gruppi ta' unitajiet). Barra minn hekk, jekk l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati ta' kull wieħed minn dawk l-unitajiet (gruppi ta' unitajiet) huma bbażati fuq l-istess suppożizzjoni(jiet) prinċipali u t-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament jew assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefiniti allokati għalihom hu sinifikanti meta pparagunat mal-ammont miżmum fil-kotba totali tal-avvjament jew assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefiniti tal-entità, entità għandha tiżvela dak il-fatt, flimkien ma':

(a) it-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament allokat għal dawk l-unitajiet (gruppi ta' unitajiet).

(b) it-total tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi intanġibbli bi żminijiet ta' utilità indefinit allokati għal dawk l-unitajiet (gruppi ta' unitajiet).

(ċ) deskrizzjoni tas-suppożizzjoni(jiet) prinċipali;

(d) deskrizzjoni tal-metodoloġija ta' mmaniġġar biex jiġi ddeterminat il-valur(i) assenjati lis-suppożizzjoni(jiet) prinċipali, kemm jekk dawk il-valuri jirriflettu l-esperjenza tal-passat jew, jekk ikun xieraq, humiex konsistenti ma' sorsi ta' informazzjoni esterni, u, jekk le, kif u għaliex huma differenti minn esperjenza tal-passat jew minn sorsi ta' informazzjoni esterni.

(e) jekk bidla possibbli b'mod raġonevoli fis-suppożizzjoni(jiet) prinċipali tikkawżax li t-total tal-ammonti miżmuma fil-kotba tal-unitajiet (gruppi ta' unitajiet) li jaqbeż lit-total tal-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati tagħhom:

(i) l-ammont li bih it-total li jista' jiġi rkuprat tal-unità (gruppi ta' unitajiet) jaqbeż it-total tal-ammonti miżmuma fil-kotba tagħhom.

(ii) il-valur(i) assenjati lis-suppożizzjoni(jiet) prinċipali.

(iii) l-ammont li bih il-valur(i) assenjat(i) lis-suppożizzjoni(jiet) prinċipali għandu jinbidel, wara li jinkorpora kwalunkwe effetti konsegwenzjali ta' dik il-bidla fuq l-oġġetti varjabbli l-oħra użati biex ikejlu l-ammont li jista' jiġi rkuprat, biex it-total tal-ammonti tal-unità (grupp ta' unitajiet) li jistgħu jiġu rkuprati jkun ugwali għat-total tal-ammonti miżmuma fil-kotba tagħhom.

136 L-aktar kalkolazzjoni dettaljata reċenti magħmula f'perijodu preċedenti tal-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' unità (grupp ta' unitajiet) li tiġġenera l-flus tista', b'konformità mal-paragrafu 24 jew 99, tittella' u tiġi użata fit-test ta' indeboliment għal dik l-unità (grupp ta' unitajiet) fil-perijodu kurrenti sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji speċifikati. Meta dan ikun il-każ, l-informazzjoni għal dik l-unità (grupp ta' unitajiet) li hija inkorporata fl-iżvelar meħtieġ mill-paragrafi 134 u 135 għandha x'taqsam mal-kalkolazzjoni mmexxija 'l quddiem tal-ammont irkuprat.

137 L-eżempju Illustrattiv 9 juri l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafi 134 u 135.

▼M39

Dispożizzjonijiet tranżitorji u data effettiva

139 Entità għandha tapplika dan l-Istandard:

(a) mal-avvjament u l-assi intanġibbli akkwistati f'kombinamenti ta' negozji li għalihom id-data tal-ftehim tkun il-31 ta' Marzu 2004 jew aktar tard; u

(b) għall-assi l-oħra kollha b'mod prospettiv mill-bidu tal-ewwel perijodu annwali li jibda nhar il-31 ta' Marzu 2004 jew aktar tard.

140 Entitajiet li għalihom japplika l-paragrafu 139 huma mħeġġa li japplikaw ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard qabel id-dati effettivi speċifikati fil-paragrafu 139. Madankollu, jekk entità tapplika dan l-Istandard qabel dawk id-dati effettivi, għandha tapplika wkoll l-IFRS 3 u l-IAS 38 (kif riveduti fl-2004) fl-istess ħin.

▼M5

140A L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 61, 120, 126 u 129. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M12

140B L-IFRS 3 (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafi 65, 81, 85 u 139; ħassar il-paragrafi 91-95 u 138 u żied l-Appendiċi C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu iktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati wkoll għal dak il-perijodu iktar bikri.

▼M8

140C Il-paragrafu 134(e) kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M7

140D  Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għal IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju u l-IAS 27), maħruġa f’Mejju 2008, il-paragrafu miżjud 12(h). Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi relatati fil-paragrafi 4 u 38A tal-IAS 27 għal perjodu aktar qabel, għandha tapplika l-emenda taħt il-paragrafu 12(h) fl-istess żmien.

▼M22

140E  It-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009 emenda l-paragrafu 80(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda prospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M32

140H L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 4, l-intestatura fuq il-paragrafu 12(h) u l-paragrafu 12(h). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

140I L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 5, 6, 12, 20, 78, 105, 111, 130 u 134, ħassar il-paragrafi 25–27 u żied il-paragrafi 25A u 53A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M39

140J F’Mejju 2013, il-paragrafi 130 u 134 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 138 ġew emendati. Entità għandha tapplika dawk l-emendi retrospettivament għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. Entità ma għandhiex tapplika dawk l-emendi fil-perjodi (inklużi perjodi komparattivi) fejn ma tapplikax ukoll IFRS 13.

▼B

Irtirar tal-IAS 36 (maħruġ fl-1998)

141 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 36 Indeboliment ta' Assi (maħruġ fl-1998).




Appendiċi A

UŻU TA' TEKNIĊI TAL-VALUR PREŻENTI BIEX JITKEJJEL IL-VALUR FL-UŻU

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-Istandard. Jipprovdi gwida dwar l-użu tat-tekniċi tal-valur preżenti fil-valur tal-kejl fl-użu. Għalkemm il-gwida tuża t-terminu 'assi', tapplika bl-istess mod għal grupp ta' assi li jiffurmaw unità li tiġġenera l-flus.

Il-komponenti ta' kejl tal-valur preżenti

A1 L-elementi li ġejjin flimkien jaqbdu d-differenzi ekonomiċi bejn l-assi:

(a) stima tal-flussi ta' flus futuri, jew f'każijiet aktar kumplessi, serje ta' flussi ta' flus futuri li l-entità tistenna li tikseb mill-assi;

(b) aspettattivi dwar il-varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fl-għażla taż-żmien ta' dawk il-flussi ta' flus;

(c) il-valur taż-żmien tal-flus, irrappreżentat mir-rata kurrenti tas-suq ta' mgħax mingħajr riskju;

(d) il-prezz talli wieħed iġarrab l-inċertezza inerenti tal-assi; u

(e) fatturi oħrajn, li xi kultant ma jkunux identifikabbli, (bħal nuqqas ta' likwidità), li l-parteċipanti tas-suq jirriflettu fil-prezzijiet tal-flussi ta' flus futuri li l-entità tistenna li tikseb mill-assi.

A2 Dan l-appendiċi jikkuntrasta żewġ metodi ta' kif jinħadem il-valur preżenti, it-tnejn li huma jistgħu jintużaw biex jistmaw il-valur fl-użu ta' assi, skont iċ-ċirkustanzi. Taħt il-metodu “tradizzjonali”, aġġustamenti għall-fatturi (b)-(e) deskritti fil-paragrafu A1 huma mdeffsa fir-rata ta' skont. Taħt il-metodu ta' “flussi ta' flus mistennija”, fatturi (b), (d) u (e) jikkawżaw aġġustamenti biex jaslu għall-flussi ta' flus mistennija aġġustati skont ir-riskju. Ikun liema jkun il-metodu li entità tadotta biex tirrifletti l-aspettattivi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont jew fl-għażla taż-żmien tal-flussi ta' flus, ir-riżultat għandu jirrifletti l-valur preżenti mistenni tal-flussi ta' flus futuri, i.e. il-medja ppiżata tar-riżultati possibbli kollha.

Prinċipji ġenerali

A3 It-tekniċi użati biex jiġu stmati l-flussi ta' flus futuri u r-rati ta' mgħax, ser ivarjaw minn sitwazzzjoni għal oħra, li jiddependu skont iċ-ċirkustanzi li jiċċirkondaw l-assi inkwistjoni. Madankollu, il-prinċipji ġenerali li ġejjin jirregolaw kwalunkwe applikazzjoni tat-tekniċi tal-valur preżenti fil-kejl tal-assi:

(a) ir-rati ta' mgħax użati biex il-flussi ta' flus jiġu skontati għandhom jirriflettu s-suppożizzjonjiet li huma konsistenti ma' dawk li jinsabu fil-flussi ta' flus stmati. Inkella, l-effett ta' xi suppożizzjonijiet ser jingħadd darbtejn jew inkella ma jiġix ikkunsidrat. Pereżempju, rata ta' skont ta' 12 fil-mija tista' tiġi applikata għall-flussi ta' flus kuntrattwali ta' ammont riċevibbli ta' self fiss. Dik ir-rata tirrifletti l-aspettattivi dwar nuqqas ta' ħlas fil-futur fuq self fiss b'karatteristiċi partikulari. Dik l-istess rata ta' 12 fil-mija m'għandhiex tintuża għal skont tal-flussi ta' flus mistennija minħabba li dawk il-flussi ta' flus diġà tirrifletti s-suppożizzjonijiet dwar nuqqas ta' ħlas fil-futur.

(b) il-flussi ta' flus stmati u r-rati ta' skont għandhom ikunu ħielsa kemm minn preġudizzji u fatturi li mhumiex relatati mal-assi msemmi. Pereżempju, billi deliberatament tiżvela inqas l-flussi ta' flus stmati netti biex ittejjeb il-profittabilità futura apparenti ta' assi, jintroduċi preġudizzju fil-kejl.

(c) flussi ta' flus stmati jew ir-rati ta' skont għandhom jirriflettu l-firxa ta' riżultati possibbli milli ammont wieħed possibbli massimu jew minimu li hu l-aktar probabbli.

Metodi ta' flussi ta' flus tradizzjonali u mistennija għall-valur preżenti

Metodu tradizzjonali

A4 Applikazzjonijiet tal-kontabilità tal-valur preżenti, tradizzjonalment użaw sett wieħed ta' flussi ta' flus stmati u rata ta' skont waħda, spiss deskritta bħala “r-rata proporzjonata mar-riskju”. Fil-fatt, il-metodu tradizzjonali jassumi li konvenzjoni ta' rata ta' skont waħda, tista' tinkorpora l-aspettattivi kollha dwar il-flussi ta' flus futuri u l-primjum adattat tar-riskju. Għalhekk, il-metodu tradizzjonali jpoġġi l-aktar enfażi fuq l-għażla tar-rata ta' skont.

A5 F'xi ċirkustanzi, bħal dawk li fihom l-assi komparabbli jistgħu jiġu osservati fis-suq, metodu tradizzjonali hu relattivament faċli biex jiġi applikat. Għal assi bi flussi ta' flus kuntrattwali, hu konsistenti mal-mod li bih il-parteċipanti tas-suq jiddeskrivu l-assi, bħal f'“bond ta' 12 fil-mija”.

A6 Madankollu, l-metodu tradizzjonali jista' ma jindirizzax b'mod adattat xi problemi ta' kejl kumplessi, bħall-kejl ta' assi mhux finanzjarji li għalihom ma jeżisti l-ebda suq għall-oġġett jew oġġett komparabbli. Tiftix adattat għar-“rata proporzjonata mar-riskju” jeħtieġ l-analiżi ta' mill-anqas żewġ oġġetti — assi li jeżisti fis-suq u għandu rata ta' mgħax osservata, u l-assi qiegħed jitkejjel. Ir-rata ta' skont adattata għall-flussi ta' flus li tkun qiegħda titkejjel għandha tiġi kkalkulata mir-rata osservabbli ta' mgħax f'dak l-assi l-ieħor. Biex tinġibed dik l-inferenza, il-karatteristiċi tal-flussi ta' flus tal-assi l-ieħor għandhom ikunu simili għal dawk tal-assi li jkun qiegħed jitkejjel. Għalhekk, min ikun qiegħed ikejjel għandu jagħmel dawn li ġejjin:

(a) jidentifika s-sett tal-flussi ta' flus li ser jiġu skontati;

(b) jidentifika assi ieħor fis-suq li jidher li għandu karatteristiċi ta' flussi ta' flus simili;

(c) jipparaguna s-settijiet ta' flussi ta' flus bejn iż-żewġ oġġetti biex jiżgura li huma simili (pereżempju, li t-tnejn huma settijiet ta' flussi ta' flus kuntrattwali, jew hux wieħed kuntrattwali u l-ieħor flussi ta' flus stmati?);

(d) jevalwa jekk hemmx element f'oġġett wieħed li mhux preżenti fl-ieħor (pereżempju, wieħed hu inqas likwidu minn ieħor?); u

(e) jevalwa jekk iż-żewġ settijiet ta' flussi ta' flus humiex mistennija li jġibu ruħhom (i.e. jvarjaw) b'mod simili f'kondizzjonijiet ekonomiċi li jinbidlu.

Approċċ tal-flussi ta' flus mistennija

A7 Il-metodu tal-flussi ta' flus mistennija hu, f'xi sitwazzjonijiet, għodda ta' kejl aktar effettiva mill-metodu tradizzjonali. Fl-iżvilupp ta' kejl, il-metodu tal-flussi ta' flus mistennija juża l-aspettattivi kollha dwar flussi ta' flus possibbli minflok il-flussi ta' flus waħdanin l-aktar mistennija. Pereżempju, flussi ta' flus jistgħu jkunu ta' CU100, CU200 jew CU300 bi probabbiltajiet ta' 10 fil-mija, 60 fil-mija u 30 fil-mija, rispettivament. Il-fluss ta' flus mistennija huwa CU220. Il-metodu ta' flussi ta' flus mistennija b'hekk hu differenti mill-metodu tradizzjonali billi jiffoka fuq analiżi diretta tal-flussi ta' flus imsemmija u fuq dikjarazzjonijiet aktar espliċiti tas-suppożizzjonijiet użati fil-kejl.

A8 Il-metodu ta' flussi ta' flus mistennija jippermetti wkoll l-użu ta' tekniċi tal-valur preżenti meta l-perjodiċità tal-flussi ta' flus ma tkunx ċerta. Pereżempju, fluss tal-flus ta' CU1 000 jista' jiġi rċevut f'sena, sentejn jew tliet snin bi probabbiltajiet ta' 10 fil-mija, 60 fil-mija u 30 fil-mija, rispettivament. L-eżempju t'hawn aktar 'l isfel juri l-komputazzjoni tal-valur preżenti mistenni f'dik is-sitwazzjoni.



Valur preżenti ta' CU1 000 f'sena b'rata ta' 5 %

CU952,38

 
 

Probabbiltà

10,00 %

 

CU95,24

Valur preżenti ta' CU1 000 fi 2 snin b'rata ta' 5,25 %

CU902,73

 
 

Probabbiltà

60,00 %

 

CU541,64

Valur preżenti ta' CU 1 000 fi 3 snin b'rata ta' 5,50 %

CU851,61

 
 

Probabbiltà

30,00 %

 

CU255,48

Valur preżenti mistenni

 
 

CU892,36

A9 Il-valur preżenti mistenni ta' CU892,36 hu differenti mill-kunċett tradizzjonali tal-aħjar stima ta' CU902,73(il-probabilità ta' 60 fil-mija). Il-komputazzjoni tradizzjonali tal-valur preżenti applikata għal dan l-eżempju teħtieġ deċiżjoni dwar liema mill-għażliet taż-żmien possibbli ta' flussi ta' flus għandhom jintużaw u, b'hekk, ma jirriflettux il-probabbiltajiet tal-għażliet taż-żmien l-oħra. Dan jiġri minħabba li r-rata ta' skont f'komputazzjoni tal-valur preżenti tradizzjonali ma tistax tirrifletti nuqqas ta' ċertezzi fl-għażla taż-żmien.

A10 L-użu ta' probabbiltajiet hu element essenzjali tal-metodu tal-flussi ta' flus mistennija. Xi wħud jistaqsu jekk jiġu assenjati probabbiltajiet għal stimi suġġettivi ħafna tissuġġerixxix preċiżjoni akbar milli, fil-fatt teżisti. Madankollu, l-applikazzjoni kif suppost tal-metodu tradizzjonali (kif deskritt fil-paragrafu A6) teħtieġ l-istess stimi u suġġettività mingħajr ma tipprovdi t-trasparenza tal-komputazzjoni tal-metodu tal-flussi ta' flus mistennija.

A11 Bosta stimi li żviluppaw fil-prattika kurrenti diġà jinkorporaw l-elementi ta' flussi ta' flus mistennija b'mod informali. Barra minn hekk, il-kontabilisti spiss iħossu l-ħtieġa li jkejlu assi billi jużaw informazzjoni limitata dwar il-probabbiltajiet ta' flussi ta' flus possibbli. Pereżempju, kontabilist jista' jiġi kkonfrontat bis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-ammont stmat jaqa' x'imkien bejn CU50 u CU250, iżda l-ebda ammont f'dik il-medda mhu aktar probabbli minn kwalunkwe ammont l-ieħor. Ibbażat fuq dik l-informazzjoni limitata, il-fluss tal-flus mistenni stmat hu CU150 [(50 + 250)/2].

(b) l-ammont stmat jaqa' x'imkien bejn CU50 u CU250, u l-aktar ammont probabbli hu CU100. Madankollu, il-probabbiltajiet mehmużin ma' kull ammont mhumiex magħrufin. Ibbażat fuq dik l-informazzjoni limitata, il-fluss tal-flus mistenni stmat hu CU133,33 [(50 + 100 + 250)/3].

(c) l-ammont stmat se jkun CU50 (probabilità ta' 10 fil-mija), CU250 (probabilità ta' 30 fil-mija), jew CU100 (probabilità ta' 60 fil-mija). Ibbażat fuq dik l-informazzjoni limitata, il-flussi ta' flus mistenni stmat hu CU140 [(50 × 0,10) + (250 × 0,30) + (100 × 0,60)].

F'kull każ, il-fluss tal-flus mistenni stmat hu probabbli li jipprovdi stima aħjar tal-valur fl-użu milli l-minimu, l-aktar probabbli jew l-ammont massimu meħud waħdu.

A12 L-applikazzjoni ta' metodu ta' fluss tal-flus mistenni hija soġġetta għal-limitazzjoni tal-benefiċċju-kost. F'xi każijiet, entità jista' jkollha aċċess għal data estensiva u tista' tiżviluppa bosta xenarji ta' flussi ta' flus. F'każijiet oħra, entità tista' ma tkunx kapaċi tiżviluppa aktar minn dikjarazzjonijiet ġenerali dwar il-varjabilità tal-flussi ta' flus mingħajr ma ġġarrab kost sostanzjali. L-entità teħtieġ li tibbilanċja l-kost biex tikseb informazzjoni addizzjonali kontra l-fiduċja addizzjonali li l-informazzjoni ġġib għall-kejl.

A13 X'uħud isostnu li tekniċi ta' flussi ta' flus mistennija mhumiex adattati għall-kejl ta' oġġett wieħed jew oġġett b'numru limitat ta' riżultati possibbli. Joffru eżempju ta' assi b'żewġ riżultati possibbli: probabilità ta' 90 fil-mija li l-fluss tal-flus ikun CU10 u probabilità ta' 10 fil-mija li l-fluss tal-flus ikun CU1 000. Josservaw li l-fluss tal-flus mistenni f'dak l-eżempju huwa CU109 u jikkritikaw dak ir-riżultat għax ma jirrappreżentax l-ammonti li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jitħallsu.

A14 Dikjarazzjonijiet bħal dik li għadha kif ġiet deskritta fil-qosor, jirriflettu n-nuqqas ta' qbil bażiku mal-għan tal-kejl. Jekk l-għan hu l-akkumulazzjoni tal-kosti li ser isiru, il-flussi ta' flus mistennija jistgħu ma jipproduċux stima rappreżentattiva b'mod ta' min joqgħod fuqha tal-kost mistenni. Madankollu, dan l-Istandard jikkonċerna ruħu dwar il-kejl tal-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi. L-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-assi f'dan l-eżempju mhux mistenni li jkun CU10, anki jekk din hu l-aktar fluss tal-flus probabbli. Dan jiġri minħabba li kejl ta' CU10 ma jinkorporax in-nuqqas ta' ċertezza tal-fluss tal-flus fil-kejl tal-assi. Minflok, il-fluss tal-flus inċert jiġi ppreżentat bħallikieku kien fluss tal-flus ċert. L-ebda entità razzjonali ma tbigħ assi b'dawn il-karatteristiċi għal CU10.

Rata ta' skont

A15 Ikun liema metodu jkun li entità tadotta biex tkejjel il-valur ta' assi, ir-rati ta' mgħax użati biex jagħmlu skont fuq flussi ta' flus m'għandhomx jirriflettu riskji li għalihom il-flussi ta' flus stmati jkunu ġew aġġustati. Inkella, l-effett ta' xi suppożizzjonijiet ser jingħadd darbtejn.

A16 Meta rata speċifika għall-assi mhix direttament disponibbli mis-suq, entità tuża sostituti biex tistma r-rata ta' skont. L-għan hu li tiġi stmata, kemm jista' jkun, stima tas-suq ta':

(a) il-valur tal-ħin tal-flus għall-perijodi sat-tmiem taż-żmien tal-utilità tal-assi; u

(b) fatturi (b), (d) u (e) deskritti fil-paragrafu A1, sal-punt li dawk il-fatturi ma jkunu kkawżaw l-ebda aġġustamenti biex waslu għall-flussi ta' flus stmati.

A17 Bħala punt ta' tluq biex ssir stima bħal din, l-entità tista' tikkunsidra r-rati li ġejjin:

(a) il-medja ppiżata tal-kost tal-entità tal-kapital iddeterminat billi jintużaw tekniċi bħall-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali;

(b) ir-rata ta' self fiss inkrementali tal-entità; u

(c) ir-rati l-oħra tas-self fiss tas-suq.

A18 Madankollu, dawn ir-rati għandhom jiġu aġġustati:

(a) biex jirriflettu l-mod kif is-suq jistma r-riskji speċifiċi assoċjati mal-flussi ta' flus stmati tal-assi; u

(b) biex jeskludu riskji li mhumiex rilevanti għall-flussi ta' flus stmati tal-assi jew li għalihom il-flussi ta' flus stmati jkunu ġew aġġustati.

Għandha tingħata attenzjoni għar-riskji bħal riskju tal-pajjiż, riskju fuq il-valuta u riskju fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet.

A19 Ir-rata ta' skont hi indipendenti mill-istruttura kapitali tal-entità u mill-mod ta' kif l-entità tkun iffinanzjat ix-xiri tal-assi, minħabba li l-flussi ta' flus mistennija li jseħħu fil-futur minn assi ma tiddipendix fuq il-mod ta' kif l-entità tkun iffinanzjat ix-xiri tal-assi.

A20 Il-paragrafu 55 jeħtieġ li r-rata ta' skont użata tkun ir-rata ta' qabel it-taxxa. Għalhekk, meta l-bażi użata biex tiġi stmata r-rata ta' skont tkun ta' wara t-taxxa, dik il-bażi hi aġġustata biex tirrifletti rata ta' qabel it-taxxa.

A21 Normalment, entità tuża rata waħda ta' skont għall-istima tal-valur tal-assi fl-użu. Madankollu, entità tuża rati ta' skont separati għal perijodi futuri differenti fejn il-valur fl-użu hu sensittiv għal differenza fir-riskji għal perijodi differenti jew għall-istruttura tat-terminu tar-rati ta' mgħax.

▼M12




Appendiċi C

Din l-Appendiċi hi parti integrali mill-Istandard.

Ittestjar għall-indeboliment ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus b’avvjament u interessi li ma jagħtux kontroll

C1 Skont l-IFRS 3 (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008), l-akkwirent ikejjel u jirrikonoxxi avvjament fid-data tal-akkwiżizzjoni bħala l-eċċess ta’ (a) fuq (b) hawn taħt:

(a) l-aggregat ta’:

(i) il-ħlas ittrasferit imkejjel skont l-IFRS 3, li ġeneralment jeħtieġ il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni;

(ii) l-ammont ta’ kwalunkwe interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit imkejjel skont l-IFRS 3; u

(iii) f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess azzjonarju li kellu qabel l-akkwirent fl-akkwiżit.

(b) l-ammonti netti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li huma identifikabbli, imkejla skont l-IFRS 3.

Allokazzjoni ta’ avvjament

C2 Il-paragrafu 80 ta’ dan l-Istandard jeħtieġ li avvjament akkwistat f’kombinament ta’ negozji jkun allokat għal kull waħda mill-unitajiet li jiġġeneraw flus, jew għal gruppi ta’ unitajiet li jiġġeneraw flus tal-akkwirent, li jkunu mistennija li jibbenefikaw mis-sinerġiji tal-kombinament, irrispettivament minn jekk assi jew obbligazzjonijiet oħrajn tal-akkwiżit humiex assenjati għal dawk l-unitajiet jew gruppi ta’ unitajiet. Huwa possibbli li xi wħud mis-sinerġiji li jirriżultaw minn kombinament ta’ negozji jkunu allokati għal unità li tiġġenera l-flus li fiha l-interess li ma jagħtix kontroll ma jkollux interess.

Ittestjar għall-indeboliment

C3 L-ittestjar għall-indeboliment jinvolvi t-tqabbil tal-ammont li jista’ jiġi rkuprat ta’ unità li tiġġenera l-flus mal-ammont miżmum fil-kotba tal-unità li tiġġenera l-flus.

C4 Jekk entità tkejjel l-interessi li ma jagħtux kontroll bħala l-interess proporzjonat tagħha fl-assi netti identifikabbli ta’ kumpannija sussidjarja fid-data tal-akkwiżizzjoni, aktar milli skont il-valur ġust, l-avvjament attribwibbli għall-interessi li ma jagħtux kontroll huwa inkluż fl-ammont li jista’ jiġi rkuprat tal-unità li tiġġenera l-flus relatata iżda mhuwiex rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpannija prinċipali. B’konsegwenza, entità għandha tingrossal-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament allokat għall-unità b’mod li jinkludi l-avvjament attribwibbli għall-interess li ma jagħtix kontroll. Dan l-ammont miżmum fil-kotba aġġustat imbagħad jiġi mqabbel mal-ammont li jista’ jiġi rkuprat tal-unità biex jiġi ddeterminat jekk l-unità li tiġġenera l-flus hijiex indebolita.

Allokazzjoni ta’ telf minn indeboliment

C5 Il-paragrafu 104 jeħtieġ li kull telf identifikat minn indeboliment ikun allokat l-ewwel biex inaqqas l-ammont tal-avvjament miżmum fil-kotba allokat għall-unità u mbagħad għall-assi l-oħrajn tal-unità pro rata fuq il-bażi tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ kull assi fl-unità.

C6 Jekk kumpannija sussidjarja, jew parti minn sussidjarja, b’interess li ma jagħtix kontroll tkun hi stess unità li tiġġenera l-flus, it-telf minn indeboliment huwa allokat bejn il-kumpannija prinċipali u l-interess li ma jagħtix kontroll fuq l-istess bażi bħal dik li fuqha jiġi allokat il-profitt jew telf.

C7 Jekk kumpannija sussidjarja, jew parti minn sussidjarja, b’interess li ma jagħtix kontroll hija parti minn unità akbar li tiġġenera l-flus, it-telf minn indeboliment tal-avvjament huwa allokat għall-partijiet tal-unità li tiġġenera l-flus li għandhom interess li ma jagħtix kontroll u għall-partijiet li ma għandhomx. It-telf minn indeboliment għandu jiġi allokat għall-partijiet tal-unità li tiġġenera l-flus fuq il-bażi ta’:

(a) sal-punt li l-indeboliment ikun relatat mal-avvjament fl-unità li tiġġenera l-flus, il-valuri relattivi miżmuma fil-kotba tal-avvjament tal-partijiet qabel l-indeboliment; u

(b) sal-punt li l-indeboliment ikun relatat ma’ assi identifikabbli fl-unità li tiġġenera l-flus, il-valuri relattivi miżmuma fil-kotba tal-assi identifikabbli netti tal-partijiet qabel l-indeboliment; Kwalunkwe indeboliment bħal dan huwa allokat għall-assi tal-partijiet ta’ kull unità pro rata fuq il-bażi tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ kull assi fil-parti.

F’dawk il-partijiet li għandhom interess li ma jagħtix kontroll, it-telf minn indeboliment huwa allokat bejn il-kumpannija prinċipali u l-interess li ma jagħtix kontroll fuq l-istess bażi bħal dik li fuqha huwa allokat il-profitt jew telf.

C8 Jekk telf minn indeboliment li huwa attribwibbli għal interess li ma jagħtix kontroll ikun relatat ma’ avvjament li mhuwiex rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpannija prinċipali (ara l-paragrafu C4), dak l-indeboliment mhuwiex rikonoxxut bħala telf minn indeboliment tal-avvjament. F’każijiet bħal dawn, it-telf minn indeboliment li għandu x’jaqsam biss mal-avvjament li huwa allokat għall-kumpannija prinċipali huwa rikonoxxut bħala telf minn indeboliment tal-avvjament.

C9 L-eżempju illustrattiv 7 juri l-ittestjar tal-indeboliment ta’ unità li tiġġenera l-flus li ma hijiex kollha tal-istess sid b’avvjament

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 37

Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

GĦAN

L-għan ta’ dan l-Istandard huwa li jiżgura li jkunu applikati kriterji ta’ rikonoxximent u bażijiet ta’ kejl adatti għal provvedimenti, obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti u li tkun żvelata informazzjoni suffiċjenti fin-noti biex tippermetti lill-utenti jifhmu n-natura, l-iskedar fiż-żmien u l-ammont tagħhom.

AMBITU

1 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha fil-kontabilità għal provvedimenti, obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti, ħlief:

(a) dawk li jirriżultaw minn kuntratti eżekutorji, ħlief fejn il-kuntratt huwa oneruż; u

(b) [mħassra]

(ċ) dawk koperti minn Standard ieħor.

2 Dan l-Istandard ma japplikax għal strumenti finanzjarji (inklużi garanziji) li jaqgħu taħt l-ambitu tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

3 Il-kuntratti eżekutorji huma kuntratti li taħthom l-ebda parti ma tkun wettqet xi wieħed mill-obbligi tagħha jew iż-żewġ partijiet ikunu wettqu parzjalment l-obbligi tagħhom b’mod ugwali. Dan l-Istandard ma japplikax għal kuntratti eżekutorji sakemm mhumiex onerużi.

4 [Imħassra]

5 Meta Standard ieħor jittratta tip speċifiku ta’ provvediment, obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, xi tipi ta’ provvedimenti huma indirizzati fl-Istandards dwar:

(a) kuntratti ta’ kostruzzjoni (ara l-IAS 11 Kuntratti ta Kostruzzjoni);

(b) taxxi fuq id-dħul (ara l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul);

(ċ) kirjiet (ara l-IAS 17 Kuntratti ta kiri). Madankollu, minħabba li l-IAS 17 ma jinkludi l-ebda rekwiżiti speċifiki biex ikunu trattati kirjiet operattivi li jkunu saru onerużi, dan l-Istandard japplika għal każijiet bħal dawn;

(d) benefiċċji tal-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati); u

(e) kuntratti tal-assigurazzjoni (ara l-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni). Madankollu, dan l-Istandard japplika għal provvedimenti, obbligi kontinġenti u assi kontinġenti ta' assiguratur, barra dawk li jinħolqu mill-obbligi kuntrattwali u drittijiet taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 4.

6 Xi ammonti trattati bħala provvedimenti jistgħu jirrelataw mar-rikonoxximent ta’ dħul, pereżempju fejn entità tagħti garanziji bi skambju għal ħlas. Dan l-Istandard ma jindirizzax ir-rikonoxximent ta’ dħul. L-IAS 18 Dħul jidentifika ċ-ċirkostanzi li fihom dħul huwa rikonoxxut u jipprovdi gwida prattika dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ rikonoxximent. Dan l-Istandard ma jbiddilx ir-rekwiżiti tal-IAS 18.

7 Dan l-Istandard jiddefinixxi provvedimenti bħala obbligazzjonijiet ta’ żmien jew ammont inċerti. F’xi pajjiżi t-terminu “provvediment” jintuża wkoll fil-kuntest ta’ entrati bħal deprezzament, indeboliment ta’ assi u djun dubjużi: dawn huma aġġustamenti għall-ammonti miżmumin fil-kotba ta’ assi u mhumiex indirizzati f’dan l-Istandard.

8 Standards oħrajn jispeċifikaw jekk l-ispejjeż humiex trattati bħala assi jew bħala spejjeż. Dawn il-kwistjonijiet mhumiex indirizzati f’dan l-Istandard. Għaldaqstant, dan l-Istandard la jipprojbixxi u lanqas jitlob kapitalizzazzjoni tal-infiq rikonoxxut meta jsir provvediment.

9 Dan l-Istandard japplika għal provvedimenti għar-ristrutturazzjonijiet (inklużi operazzjonijiet li ma tkomplewx). Meta ristrutturar jissodisfa d-definizzjoni ta’ operazzjoni li ma tkomplietx, jista’ jkun meħtieġ żvelar addizzjonali mill-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

DEFINIZZJONIJIET

10 It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Provvediment hija obbligazzjoni ta’ żmien jew ammont inċerti.

Obbligazzjoni hija obbligu preżenti tal-entità li tirriżulta minn avvenimenti li seħħu fil-passat, li s-saldu tagħhom huwa mistenni li jirriżulta fi ħruġ mill-entità ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi.

Avveniment li jobbliga huwa avveniment li joħloq obbligu legali jew kostruttiv li jwassal biex entità ma jkollha l-ebda alternattiva realistika għajr li twettaq saldu ta’ dak l-obbligu.

Obbligu legali huwa obbligu li ġej minn:

(a) kuntratt (permezz tat-termini espliċiti jew impliċiti tiegħu);

(b) leġiżlazzjoni; jew

(ċ) operazzjoni oħra tal-liġi.

Obbligu kostruttiv huwa obbligu li ġej mill-azzjonijiet ta’ entità fejn:

(a) bi struttura stabbilita ta’ prattika tal-passat, linji politiċi ppubblikati jew dikjarazzjoni kurrenti speċifika biżżejjed, l-entità indikat lil partijiet oħrajn li hija ser taċċetta ċerti responsabbiltajiet; u

(b) bħala riżultat, l-entità ħolqot aspettativa valida għal dawk il-partijiet l-oħrajn li hija ser twettaq dawk ir-responsabbiltajiet.

Obbligazzjoni kontinġenti hija:

(a) obbligu possibbli li joriġina minn avvenimenti li seħħew fil-passat u li l-eżistenza tiegħu ser tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avvenimenti/ment wieħed jew aktar fil-futur li huma inċerti u li mhumiex taħt il-kontroll totali tal-entità; jew

(b) obbligu preżenti li joriġina minn avvenimenti li seħħew fil-passat iżda mhux rikonoxxut għax:

(i) mhuwiex probabbli li ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi ser ikun meħtieġ biex isir saldu tal-obbligu; jew

(ii) l-ammont tal-obbligu ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli biżżejjed.

Assi kontinġenti huwa assi possibbli li jirriżulta minn avvenimenti li seħħu fil-passat u li l-eżistenza tiegħu ser tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment futur inċert wieħed jew aktar li m’huwiex għal kollox fil-kontroll tal-entità.

Kuntratt oneruż huwa kuntratt li fih l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu evitati biex jintlaħqu l-obbligi taħt il-kuntratt jeċċedu l-benfiċċji ekonomiku mistennija li jkunu riċevuti minnu.

Ristrutturar huwa programm li huwa ppjanat u kkontrollat mill-maniġment, u jbiddel b’mod materjali jew:

(a) l-ambitu tan-negozju mwettaq minn entità; jew

(b) il-mod li bih huwa mwettaq in-negozju.

Provvedimenti u obbligazzjonijiet oħrajn

11 Il-provvedimenti jistgħu jiġu distinti minn obbligazzjonijiet oħrajn bħal debituri kummerċjali u akkumulazzjonijiet għaliex hemm l-inċertezza dwar iż-żmien jew l-ammont tan-nefqa futura meħtieġa għas-saldu. B’kuntrast:

(a) id-debituri kummerċjali huma obbligazzjonijiet li jridu jitħallsu għal oġġetti jew servizzi li kienu riċevuti jew fornuti u li nħarġet fattura għalihom jew li dwarhom sar ftehim formali mal-fornitur; u

(b) l-akkumulazzjonijiet huma obbligazzjonijiet li jridu jitħallsu għal oġġetti jew servizzi li kienu riċevuti jew fornuti iżda li ma tħallsux, ma nħarġitx fattura għalihom jew ma kienx sar qbil formali għalihom mal-fornitur, inklużi ammonti dovuti lill-impjegati (pereżempju, ammonti relatati ma’ ħlas akkumulat għal vaganzi). Għalkemm kultant huwa meħtieġ li jkun stmat l-ammont jew iż-żmien tal-akkumulazzjonijiet, l-inċertezza hija ġeneralment ferm inqas milli għal provvedimenti.

L-akkumulazzjonijiet huma ħafna drabi rrapportati bħala parti mill-kredituri tal-kummerċ u oħrajn, waqt li l-provvedimenti huma rrapportati separatament.

Relazzjoni bejn provvedimenti u obbligazzjonijiet kontinġenti

12 F’sens ġenerali, il-provvedimenti kollha huma kontinġenti għaliex huma inċerti f’termini ta’ żmien jew ammont. Madankollu, f’dan l-Istandard it-terminu “kontinġenti” jintuża għal obbligazzjonijiet u assi li mhumiex rikonoxxuti minħabba li l-eżistenza tagħhom ser tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew in-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment futur inċert wieħed jew aktar mhux għal kollox fil-kontroll tal-entità. Barra minn hekk, it-terminu “obbligazzjoni kontinġenti” jintuża għal obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kriterji rikonoxxuti.

13 Dan l-Istandard jiddistingwi bejn:

(a) provvedimenti – li huma rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet (fuq il-preżunzjoni li tista’ ssir stima affidabbli) għaliex jippreżentaw obbligi u huwa probabbli li jkun meħtieġ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi biex isir saldu tal-obbligi; u

(b) obbligazzjonijiet kontinġenti – li mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet għaliex huma jew:

(i) obbligi possibbli, peress li jkun għadu ma ġiex ikkonfermat jekk l-entità għandhiex obbligu preżenti li jista’ jwassal għal ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi; jew

(ii) obbligi preżenti li ma jissodisfawx il-kriterji rikonoxxuti f’dan l-Istandard (jew għaliex mhuwiex probabbli li ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi jkun meħtieġ biex isir saldu tal-obbligu, jew inkella għaliex ma tistax issir stima affidabbli biżżejjed tal-ammont tal-obbligu).

RIKONOXXIMENT

Provvedimenti

14 Provvediment għandu jkun rikonoxxut meta:

(a) entità għandha obbligu preżenti (legali jew kostruttiv) bħala riżultat ta’ avveniment fil-passat;

(b) huwa probabbli li jkun meħtieġ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi biex isir saldu tal-obbligu; u

(ċ) tista’ ssir stima affidabbli tal-ammont tal-obbligu.

Jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kondizzjonijiet, l-ebda provvediment m’għandu jkun rikonoxxut.

Obbligu preżenti

15 F’każijiet rari mhuwiex ċar jekk hemmx obbligu preżenti. F’dawn il-każijiet, avveniment fil-passat jitqies li jwassal għal obbligu preżenti jekk, wara li titqies l-evidenza kollha disponibbli, huwa aktar probabbli milli le li jeżisti obbligu preżenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

16 Kważi fil-każijiet kollha jkun ċar jekk avveniment fil-passat ikunx ta lok għal obbligu preżenti. F’każijiet rari, pereżempju f’kawża legali, jista’ jkun ikkontestat jekk seħħewx ċerti avvenimenti jew jekk dawk l-avvenimenti jirriżultawx f’obbligu preżenti. F’każ bħal dan, entità tiddetermina jekk jeżistix obbligu preżenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ billi tqis l-evidenza kollha disponibbli, inkluża, pereżempju, l-opinjoni ta’ esperti. L-evidenza kkunsidrata tinkludi kull evidenza addizzjonali mogħtija minn avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Abbażi ta’ din l-evidenza:

(a) fejn huwa aktar probabbli milli le li jeżisti obbligu preżenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ l-entità tirrikonoxxi provvediment (jekk jintlaħqu l-kriterji ta’ rikonoxximent); u

(b) fejn huwa aktar probabbli li l-ebda obbligu preżenti ma jeżisti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ l-entità tiżvela obbligazzjoni kontinġenti, sakemm il-possibbiltà ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi mhijiex remota (ara l-paragrafu 86).

Avveniment li seħħ fil-passat

17 Avveniment li seħħ fil-passat li jwassal għal obbligu preżenti jissejjaħ avveniment li jobbliga. Biex avveniment ikun avveniment li jobbliga, huwa meħtieġ li l-entità ma jkollha l-ebda aternattiva realistika għas-saldu tal-obbligu maħluq mill-avveniment. Dan huwa l-każ biss meta:

(a) is-saldu tal-obbligu jista’ jiġi infurzat bil-liġi; jew

(b) fil-każ ta’ obbligu kostruttiv, meta l-avveniment (li jista’ jkun azzjoni tal-entità) joħloq aspettativi validi għal partijiet oħrajn li l-entità ser twettaq l-obbligu.

18 Ir-rapporti finanzjarji jittrattaw il-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fl-aħħar tal-perijodu ta’ rapportaġġ tagħha u mhux il-pożizzjoni possibbli tagħha fil-futur. Għalhekk, l-ebda provvediment m’huwa rikonoxxut għal spejjeż li jeħtieġ li jsiru għal operat fil-futur. L-uniċi obbligazzjonijiet rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ ta’ entità huma dawk li jeżistu ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ .

19 Huma biss dawk l-obbligi li jirriżultaw minn avvenimenti li seħħu fil-passat li jeżistu indipendentement minn azzjonijiet futuri tal-entità (jiġifieri l-andament futur tan-negozju tagħha) li huma rikonoxxuti bħala provvedimenti. Eżempji ta’ obbligi bħal dawn huma penali jew spejjeż ta’ tindif għal ħsara ambjentali illegali, li t-tnejn iwasslu għal ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi bħala saldu irrispettivament mill-azzjonijiet futuri tal-entità. Bl-istess mod, entità tirrikonoxxi provvediment għall-ispejjeż ta’ dekommissjoni ta’ installazzjoni taż-żejt jew ta’ impjant tal-enerġija nukleari sakemm l-entità tkun obbligata li tirretifika ħsara diġà kkawżata. B’kuntrast, minħabba l-pressjonijiet kummerċjali jew rekwiżiti legali, entità jista’ jkollha l-intenzjoni jew il-ħtieġa li twettaq infiq biex topera b’mod partikolari fil-futur (pereżempju, billi twaħħal filtri għad-duħħan f’ċertu tip ta’ fabbrika). Minħabba li l-entità tista’ tevita n-nefqa futura bl-azzjonijiet futuri tagħha, pereżempju billi tbiddel il-metodu tal-operat tagħha, hija m’għandha l-ebda obbligu preżenti għal dik in-nefqa futura u l-ebda provvediment ma huwa rikonoxxut.

20 Obbligu dejjem jinvolvi parti oħra li lilha huwa dovut l-obbligu. Mhuwiex meħtieġ, madankollu, li tkun magħrufa l-identità tal-parti li lilha huwa dovut l-obbligu – fil-fatt l-obbligu jista’ jkun lejn il-pubbliku ġenerali. Minħabba li obbligu dejjem jinvolvi impenn lejn parti oħra, isegwi li deċiżjoni tal-maniġment jew tal-bord ma twassalx għal obbligu kostruttiv ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ sakemm id-deċiżjoni ma kinitx ikkomunikata qabel ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ lil dawk milqutin minnha b’mod suffiċjentement speċifiku biex twassal għal aspettativa valida min-naħa tagħhom li l-entità ser twettaq ir-responabbiltajiet tagħha.

21 Avveniment li ma jwassalx għal obbligu immedjatament jista’ jagħmel hekk f’data aktar tard, minħabba bidliet fil-liġi jew minħabba att (pereżempju, dikjarazzjoni pubblika speċifika biżżejjed) mill-entità li jagħtu lok għal obbligu kostruttiv. Pereżempju, meta tkun ikkawżata ħsara ambjentali jista’ ma’ jkunx hemm obbligu li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi. Madankollu, l-ikkawżar tal-ħsara jsir avveniment li jobbliga meta liġi ġdida teħtieġ li l-ħsara eżistenti tkun irrettifikata jew meta l-entità pubblikament taċċetta obbligazzjoni għal rettifika b’mod li jinħoloq obbligu kostruttiv.

22 Meta d-dettalji ta’ liġi ġdida proposta jkunu għadhom ma ġewx iffinalizzati, jinħoloq obbligu biss meta jkun kważi għal kollox ċert li l-leġiżlazzjoni ser tiġi ppromulgata kif abbozzata. Għall-iskop ta’ dan l-Istandard, obbligu bħal dan huwa ttrattat bħala obbligu legali. Minħabba differenzi fiċ-ċirkostanzi tal-promulgazzjoni ta’ liġi, huwa impossibbli li jkun speċifikat avveniment wieħed li jagħmel l-promulgazzjoni tal-liġi prattikament ċerta. F’bosta każijiet ikun impossibbli li wieħed ikun prattikament ċert mill-promulgazzjoni ta’ liġi sakemm din fil-fatt tiġi ppromulgata.

Ħruġ probabbli ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi

23 Sabiex obbligazzjoni tikkwalifika għal rikonxximent għandu jkun hemm mhux biss obbligu preżenti iżda wkoll il-probabbiltà ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi għas-saldu ta’ dak l-obbligu. Għall-finijiet ta’ dan l-Istandard ( 29 ), ħruġ ta’ riżorsi jew avveniment ieħor huwa meqjus bħala probabbli jekk l-avveniment ikun aktar probabbli li jseħħ milli le, jiġifieri l-probabbiltà li l-avveniment ikun ser iseħħ tkun akbar mill-probabbiltà li mhux ser iseħħ. Fejn mhuwiex probabbli li jeżisti obbligu preżenti, entità tiżvela obbligazzjoni kontinġenti, ħlief jekk il-possibbiltà ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi tkun waħda remota (ara l-paragrafu 86).

24 Fejn hemm numru ta’ obbligi simili (eż. dikjarazzjonijiet tal-prodott jew kuntratti simili), il-probabbiltà li jkun meħtieġ ħruġ fi saldu tkun stabbilita billi tkun ikkunsidrata l-klassi ta’ obbligi fl-intier tagħha. Għalkemm il-probabbiltà ta’ ħruġ għal kwalunkwe entrata tista’ tkun żgħira, jista’ jkun probabbli li xi ħruġ ta’ riżorsi jkun meħtieġ għal saldu tal-klassi ta’ obbligi fl-intier tagħha. Jekk dan ikun il-każ, huwa rikonoxxut provvediment (jekk jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ rikonoxximent l-oħrajn).

Stima affidabbli tal-obbligu

25 L-użu ta' stimi huwa parti essenzjali tal-preparazzjoni ta' rapporti finanzjarji u ma tnaqqasx l-affidabbiltà tagħhom. Dan huwa speċjalment minnu fil-każ ta’ provvedimenti, li min-natura tagħhom huma aktar inċerti mill-biċċa l-kbira ►M5  tal-entrati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄ Ħlief f’każijiet estremament rari, entità tkun tista’ tiddetermina l-medda ta’ eżiti possibbli u għalhekk tista’ tagħmel stima tal-obbligu li hija suffiċjentement affidabbli biex tintuża għar-rikonixximent ta’ provvediment.

26 Fil-każ estremament rari fejn ma tista’ ssir l-ebda stima affidabbli, teżisti obbligazzjoni li ma tistax tkun rikonoxxuta. Dik il-obbligazzjoni hija żvelata bħala obbligazzjoni kontinġenti (ara l-paragrafu 86).

Obbligazzjonijiet kontinġenti

27 Entità m’għandhiex tirrikonoxxi obbligazzjoni kontinġenti.

28 Obbligazzjoni kontinġenti hija żvelata, kif meħtieġ mill-paragrafu 86, sakemm il-possibbiltà ta’ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi mhijiex remota.

29 Meta entità hija responsabbli in solidum għal obbligu, il-parti tal-obbligu li huwa mistenni li jiġi ssodisfat minn partijiet oħrajn hija trattata bħala obbligazzjoni kontinġenti. L-entità tirrikonoxxi provvediment għall-parti tal-obbligu li għalih huwa probabbli ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi, ħlief fiċ-ċirkostanzi estremament rari fejn ma tista’ ssir l-ebda stima affidabbli.

30 Obbligazzjonijiet kontinġenti jistgħu jiżviluppaw b’mod mhux inizjalment mistenni. Għalhekk, dawn jiġu vvalutati kontinwament biex ikun determinat jekk l-ħruġ ta’ riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi jkunx sar probabbli. Jekk isir probabbli li jkun meħtieġ ħruġ ta’ benefiċċji ekonomiċi futuri għal entrata ttrattata preċedentement bħala obbligazzjoni kontinġenti, hija rikonoxxuta obbligazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-perijodu li fih isseħħ il-bidla fil-probabbiltà (ħlief fiċ-ċirkostanzi estremament rari fejn ma tista’ ssir l-ebda stima affidabbli).

Assi kontinġenti

31 Entità m’għandhiex tirrikonoxxi assi kontinġenti.

32 L-assi kontinġenti ġeneralment jirriżultaw minn avvenimenti mhux ippjanati jew oħrajn mhux mistennijin li jwasslu għall-possibbiltà ta’ dħul ta’ benefiċċji ekonomiċi għall-entità. Eżempju hija klejm li l-entità tkun qed issegwi permezz ta’ proċessi legali, fejn l-eżitu huwa inċert.

33 L-assi kontinġenti mhumiex rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għaliex dan jista’ jirriżulta fir-rikonoxximent ta’ introjtu li jista’ ma jkun realizzat qatt. Madankollu, meta r-realizzazzjoni tal-introjtu hija prattikament ċerta, allura l-assi relatat m’huwiex assi kontinġenti u r-rikonoxximent huwa adatt.

34 Assi kontinġenti huwa żvelat, kif meħtieġ mill-paragrafu 89, fejn dħul ta’ benefiċċji ekonomiċi huwa probabbli.

35 L-assi kontinġenti huma vvalutati kontinwament biex ikun żgurat li l-iżviluppi huma riflessi adegwatament fir-rapporti finanzjarji. Jekk ikun sar prattikament ċert li ser ikun hemm dħul ta’ benefiċċji ekonomiċi, l-assi u l-introjtu relatat huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perijodu fejn isseħħ il-bidla. Jekk dħul ta’ benefiċċji ekonomiċi sar probabbli, entità tiżvela l-assi kontinġenti (ara l-paragrafu 89).

KEJL

L-aħjar stima

36 L-ammont rikonoxxut bħala provvediment għandu jkun l-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa biex isir saldu tal-obbligu preżenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

37 L-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa biex isir saldu ta’ obbligu preżenti hija l-ammont li entità tħallas razzjonalment biex twettaq saldu ta’ obbligu ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jew biex tittrasferih lil parti terza f’dak iż-żmien. Ħafna drabi jkun impossibbli jew ikun wisq għali biex isir saldu jew trasferiment ta’ obbligu ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Madankollu, l-istima tal-ammont li entità tħallas razzjonalment għal saldu jew trasferiment tal-obbligu tagħti l-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa għal saldu tal-obbligu preżenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

38 L-istimi tal-eżitu u l-effett finanzjarju huma determinati mill-ġudizzju għaqli tal-maniġment tal-entità, supplimentat minn esperjenza ta’ tranżazzjonijiet simili u, f’xi każijiet, rapporti minn esperti indipendenti. L-evidenza kkunsidrata tinkludi kull evidenza addizzjonali mogħtija minn avvenimenti wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

39 L-inċertezzi dwar l-ammont li għandu jkun rikonoxxut bħala provvediment huma trattati b’diversi mezzi skont iċ-ċirkostanzi. Meta l-provvediment li jkun qed jitkejjel jinvolvi ammont kbir ta’ entrati, l-obbligu huwa stmat billi jkunu peżati l-eżiti kollha possibbli skont il-probabbiltajiet assoċjati tagħhom. L-isem għal dan il-metodu statistiku ta’ stima huwa “valur mistenni”. Għalhekk, il-provvediment ikun differenti skont jekk il-probabbiltà ta’ telf ta’ ammont partikolari hijiex, pereżempju, 60 fil-mija jew 90 fil-mija. Fejn hemm medda kontinwa ta’ eżiti possibbli, u kull punt f’dik il-medda huwa probabbli daqs l-oħrajn, jintuża l-punt tan-nofs fil-medda.

Eżempju

Entità tbigħ merkanzija b’garanzija li taħtha l-konsumaturi huma koperti għall-ispiża ta’ tiswijiet ta’ kull difett fil-manifattura li joħroġ fl-ewwel sitt xhur wara x-xiri. Jekk instabu difetti minuri fil-prodotti kollha mibjugħin, jirriżultaw spejjeż għat-tiswija ta’ 1 miljun. Jekk instabu difetti maġġuri fil-prodotti kollha mibjugħin, jirriżultaw spejjeż ta’ 4 miljuni. L-esperjenza tal-passat tal-entità u l-aspettativi futuri jindikaw li, għas-sena li ġejja, 75 fil-mija tal-merkanzija mibjugħa mhux ser ikollha difetti, 20 fil-mija tal-merkanzija mibjugħa ser ikollha difetti minuri u 5 fil-mija tal-merkanzija mibjugħa ser ikollha difetti maġġuri. Skont il-paragrafu 24, entità tivvaluta l-probabbiltà ta’ ħruġ għall-obbligi tal-garanzija bħala ħaġa sħiħa.

Il-valur mistenni tal-ispiża għat-tiswija huwa:

(75 % ta’ żero) + (20 % ta’ 1m) + (5 % ta’ 4m) = 400 000

40 Meta jitkejjel obbligu wieħed, l-eżitu individwali l-aktar probabbli jista’ jkun l-aħjar stima tal-obbligazzjoni. Madankollu, anke f’każ bħal dan, l-entità tikkunsidra eżiti possibbli oħrajn. Meta eżiti possibbli oħrajn huma jew aktar għoljin jew aktar baxxi mill-eżitu l-aktar probabbli, l-aħjar stima tkun l-ogħla jew l-inqas ammont. Pereżempju, jekk entità għandha tirrettifika nuqqas serju f’impjant maġġuri li huwa mibni għal konsumatur, l-eżitu individwali l-aktar probabbli jista’ jkun li t-tiswija tirnexxi mal-ewwel tentattiv bi spiża ta’ 1 000, iżda jsir provvediment għal ammont akbar jekk hemm ċans sinifikanti li ser ikunu meħtieġa aktar tentattivi.

41 Il-provvediment jitkejjel qabel it-taxxa, minħabba li l-konsegwenzi għat-taxxa tal-provvediment, u l-bidliet fiha, huma trattati taħt l-IAS 12.

Riskji u inċertezzi

42 Ir-riskji u inċertezzi li inevitabbilament jaffettwaw bosta avvenimenti u ċirkostanzi għandhom ikunu kkunsidrati fl-ilħuq tal-aħjar stima għal provvediment.

43 Ir-riskju jiddeskrivi l-varjabbiltà ta’ eżitu. Aġġustament ta’ riskju jista’ jżid l-ammont li fih titkejjel obbligazzjoni. Hija meħtieġa kawtela fil-formazzjoni ta’ ġudizzji għaqlin taħt kondizzjonijiet ta’ inċertezza, sabiex l-introjtu jew l-assi ma jkunux sopravalutati u l-ispejjeż jew obbligazzjonijiet ma jkunux sottovalutati. Madankollu, l-inċertezza ma tiġġustifikax il-ħolqien ta’ provvedimenti eċċessivi jew sopravalutazzjoni volontarja ta’ obbligazzjonijiet. Pereżempju, jekk l-ispejjeż imbassra ta’ eżitu partikolari negattiv huma stmati fuq bażi prudenti, dak l-eżitu m’għandux jiġi volontarjament ittrattat bħala aktar probabbli milli huwa realistiku fil-każ. Hija meħtieġa attenzjoni biex tkun evitata d-duplikazzjoni ta’ aġġustamenti għal riskju u inċertezza b’sopravalutazzjoni konsegwenti ta’ provvediment.

44 L-iżvelar tal-inċertezzi li jirrigwardaw l-ammont tan-nefqa jsir taħt il-paragrafu 85(b).

Valur preżenti

45 Meta l-effett tal-valur taż-żmien fuq il-flus huwa materjali, l-ammont ta’ provvediment għandu jkun il-valur preżenti tal-ispejjeż mistennija li jkunu meħtieġa għal saldu tal-obbligu.

46 Minħabba l-valur taż-żmien tal-flus, provvedimenti marbutin mal-ħruġ ta’ flus li jirriżultaw ftit wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ huma aktar onerużi minn dawk fejn il-ħruġ ta’ flus tal-istess ammont jirriżultaw aktar tard. Il-provvedimenti huma għalhekk skontati, fejn l-effett huwa materjali.

47 Ir-rata (jew rati) ta’ skont għandha tkun ir-rata (jew rati) ta’ qabel it-taxxa li tirrifletti/jirriflettu l-valutazzjonijiet tas-suq preżenti tal-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji speċifiċi għall-obbligazzjoni. Ir-rati ta’ skont m’għandhomx jirriflettu r-riskji li għalihom kienu aġġustati l-istimi futuri tal-flussi tal-flus.

Avvenimenti futuri

48 L-avenimenti futuri li jistgħu jaffettwaw l-ammont meħtieġ għal saldu ta’ obbligu għandhom ikunu riflessi fl-ammont ta’ provvediment fejn hemm evidenza oġġettiva biżżejjed li huma ser iseħħu.

49 L-avvenimenti futuri mistennija jistgħu jkunu partikolarment importanti fil-kejl tal-provvedimenti. Pereżempju, entità tista’ temmen li l-ispiża għat-tindif ta’ sit fl-aħħar tal-ħajja utli tiegħu ser titnaqqas minħabba bidliet futuri fit-teknoloġija. L-ammont rikonoxxut jirrifletti aspettattiva raġonevoli ta’ osservaturi oġġettivi, teknikament ikkwalifikati, filwaqt li titqies l-evidenza kollha disponibbli rigward it-teknoloġija li ser tkun disponibbli fiż-żmien tat-tindif. Għalhekk huwa adatt li jkun inkluż, pereżempju, tnaqqis mistenni fl-ispiża assoċjat ma’ esperjenza akbar fl-applikazzjoni tat-teknoloġija eżistenti jew tal-ispiża mistennija tal-applikazzjoni ta’ teknoloġija eżistenti għal operazzjoni ta’ tindif akbar jew aktar kumplessa minn dawk li twettqu preċedentement. Madankollu, entità ma tantiċipax l-iżvilupp ta’ teknoloġija kompletament ġdida għat-tindif sakemm din m’hijiex appoġġjata minn evidenza oġġettiva biżżejjed.

50 L-effett ta’ leġiżlazzjoni ġdida possibbli huwa kkunsidrat fil-kejl ta’ obbligu eżistenti meta teżisti evidenza oġġettiva biżżejjed li huwa prattikament ċert li l-leġiżlazzjoni ser tiġi ppromulgata. Il-varjetà ta’ ċirkostanzi li jinqalgħu fil-prattika jagħmluha impossibbli li tispeċifika avveniment uniku li ser jipprovdi evidenza suffiċjenti u oġġettiva f’kull każ. Hija meħtieġa evidenza kemm dwar dak li ser titlob il-leġiżlazzjoni kif ukoll dwar jekk huwiex prattikament ċert li ser tiġi ppromulgata u implimentata meta jasal iż-żmien. F’bosta każijiet ma jkunx hemm evidenza oġġettiva biżżejjed qabel ma l-leġiżlazzjoni l-ġdida fil-fatt tiġi ppromulgata.

Disponiment mistenni ta’ assi

51 Qligħ mid-disponiment mistenni ta’ assi m’għandux ikun ikkunsidrat fil-kejl ta’ provvediment.

52 Il-qligħ mid-disponiment mistenni ta’ assi mhuwiex ikkunsidrat fil-kejl ta’ provvediment, anke jekk id-disponiment mistenni huwa marbut mill-qrib mal-avveniment li jagħti lok għall-provvediment. Minflok, entità tirrikonoxxi qligħ fuq disponimenti mistennija ta’ assi fiż-żmien speċifikat mill-Istandard li jittratta l-assi kkonċernati.

RIMBORŻI

53 Meta l-ispiża kollha jew parti minnha meħtieġa għal saldu ta’ provvediment għandha tiġi rimborżata minn parti oħra, ir-rimborż għandu jkun rikonoxxut meta, u biss meta, huwa prattikament ċert li r-rimborż ser ikun riċevut jekk l-entità tagħmel saldu tal-obbligu. Ir-rimborż għandu jkun ittrattat bħala assi separat. L-ammont rikonoxxut għar-rimborż m’għandux jaqbeż l-ammont tal-provvediment.

54 Fir-rapport tal-introjtu, in-nefqa relatata ma’ provvediment tista’ tkun ippreżentata netta mill-ammont rikonoxxut għal rimborż.

55 Xi kultant, entità tista’ tistrieħ fuq parti oħra biex tħallas parti minn jew in-nefqa kollha meħtieġa għal saldu ta’ provvediment (pereżempju, peremzz ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, klawsoli ta’ indennizz jew garanziji tal-fornituri). Il-parti l-oħra tista’ jew timborża ammonti mħallsin mill-entità jew tħallas l-ammonti direttament.

56 Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-entità tibqa’ responsabbli għall-ammont sħiħ inkwistjoni u b’hekk l-entità jkollha tagħmel saldu tal-ammont sħiħ jekk il-parti terza tonqos milli tħallas għal kull raġuni. F’din is-sitwazzjoni, provvediment huwa rikonoxxut għall-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni, u assi separat għar-rimborż mistenni huwa rikonoxxut meta jkun prattikament ċert li ser ikun irċevut rimborż jekk l-entità twettaq saldu tal-obbligazzjoni.

57 F’xi każijiet, l-entità ma tkunx responsabbli għall-kosti inkwistjoni jekk il-parti terza tonqos milli tħallas. F’każ bħal dan l-entità m’għandha l-ebda responsabbiltà għal dawk l-ispejjeż u mhumiex inklużi fil-provvediment.

58 Kif innotat fil-paragrafu 29, obbligu li għalih entità responsabbli in solidum huwa obbligazzjoni kontinġenti sakemm huwa mistenni li l-obbligu jkun ser jiġi saldat mill-partijiet l-oħrajn.

BIDLIET FI PROVVEDIMENTI

59 Il-provvedimenti għandhom ikunu riveduti ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar ◄ u aġġustati biex jirriflettu l-aħjar stima kurrenti. Jekk ma jkunx aktar probabbli li jkun meħtieġ ħruġ ta’ riżorsi li jinkorpora benefiċċji ekonomiċi biex isir saldu tal-obbligu, il-provvediment għandu jiġi rivedut.

60 Meta jintuża l-iskontar, l-ammont miżmum fil-kotba ta’ provvediment jiżdied f’kull perijodu biex jirrifletti l-mogħdija taż-żmien. Din iż-żjieda hija rikonoxxuta bħala kost ta’ self.

UŻU TAL-PROVVEDIMENTI

61 Provvediment għandu jintuża biss għal nefqiet li għalihom kien oriġinarjament rikonoxxut il-provvediment.

62 Huma biss dawk in-nefqiet li relatati mal-provvediment oriġinali li għandhom jiġu ddebitati kontrih. Jekk in-nefqiet jiġu ddebitati kontra provvediment li oriġinarjament kien rikonoxxut għal skop ieħor, dan jaħbi l-impatt ta’ żewġ avvenimenti differenti.

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA’ RIKONOXXIMENT U KEJL

Telf tal-operat futuri

63 M’għandhomx ikunu rikonoxxuti provvedimenti għal telf tal-operat futuri.

64 It-telf tal-operat futuri ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni fil-paragrafu 10 u l-kriterji ta’ rikonoxximent ġenerali stabbiliti għal provvedimenti fil-paragrafu 14.

65 Aspettattiva ta’ telf tal-operat futuri hija indikazzjoni li ċerti assi tal-operazzjoni jistgħu jiġu indeboliti. Entità teżamina dawn l-assi għal indeboliment skont l-IAS 36 Indeboliment ta Assi.

Kuntratti onerużi

66 Jekk entità għandha kuntratt li huwa oneruż, l-obbligu preżenti taħt il-kuntratt għandu jkun rikonoxxut u mkejjel bħala provvediment.

67 Bosta kuntratti (pereżempju, xi ordnijiet ta’ xiri ta’ rutina) jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr ma jitħallas kumpens lill-parti l-oħra, u għalhekk m’hemm l-ebda obbligu. Kuntratti oħrajn jistabbilixxu kemm drittijiet kif ukoll obbligi għal kull waħda mill-partijiet kontraenti. Meta l-avvenimenti jagħmlu kuntratt bħal dan oneruż, il-kuntratt jaqa’ fl-ambitu ta’ dan l-Istandard u teżisti obbligazzjoni li hija rikonoxxuta. Il-kuntratti eżekutorji li mhumiex onerużi jaqgħu barra mill-ambitu ta’ dan l-Istandard.

68 Dan l-Istandard jiddefinixxi kuntratt oneruż bħala kuntratt li fih l-ispejjeż inevitabbli biex jiġu ssodisfati l-obbligi taħt il-kuntratt jeċċedu l-benefiċċji ekonomiċi mistennija li jkunu riċevuti taħtu. L-ispejjeż inevitabbli taħt kuntratt jirriflettu l-inqas kost nett biex wieħed joħroġ minn kuntratt, li huwa l-inqas bejn il-kost għat-twettiq tiegħu u ta’ kull kumpens jew penali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ twettiq tiegħu.

69 Qabel ikun stabbilit provvediment separat għal kuntratt oneruż, entità tirrikonoxxi kull telf minn indeboliment li jeħħ fuq assi ddedikati għal dak il-kuntratt (ara l-IAS 36).

Ristrutturar

70 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ avvenimenti li jistgħu jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ ristrutturar:

(a) bejgħ jew terminazzjoni ta’ linja ta’ negozju;

(b) l-għeluq ta’ postijiet ta’ negozju f’pajjiż jew reġjun jew ir-rilokazzjoni ta’ attivitajiet ta’ negozju minn pajjiż jew reġjun wieħed għal ieħor;

(ċ) bidliet fl-istruttura maniġerjali, pereżempju, l-eliminazzjoni ta’ livell ta' maniġment; u

(d) riorganizzazzjonijiet fundamentali li għandhom effett materjali fuq in-natura u l-iffokar tal-operazzjonijiet tal-entità.

71 Provvediment għal spejjeż ta’ ristrutturar huwa rikonoxxut biss meta jiġu ssodisfatti l-kriterji ta’ rikonoxximent ġenerali għal provvedimenti stabbiliti fil-paragrafu 14. Il-paragrafi 72-83 jistabbilxxu kif il-kriterji ta’ rikonoxximent ġenerali japplikaw għar-ristrutturar.

72 Obbligu kostruttiv għal ristrutturar jirriżulta biss meta entità:

(a) għandha pjan formali dettaljat għar-ristrutturar li jidentifika tal-inqas:

(i) in-negozju jew parti min-negozju kkonċernat;

(ii) il-lokazzjonijiet prinċipali affetwati;

(iii) il-lok, il-funzjoni, u n-numru approssimattiv ta’ impjegati li ser jingħataw kumpens għat-terminazzjoni tas-servizzi tagħhom;

(iv) in-nefqiet li ser jitwettqu; u

(v) meta ser ikun implimentat il-pjan; u

(b) tkun tat lok għal aspettativa valida għal dawk affettwati li hija ser twettaq ir-ristrutturar billi tibda timplimenta dak il-pjan jew tħabbar il-karatteristiċi prinċipali tiegħu lil dawk affettwati minnu.

73 L-evidenza li entità bdiet timplimenta pjan ta’ ristrutturar tingħata, pereżempju, billi jinħatt impjant jew jinbiegħu assi jew bi tħabbira pubblika tal-karatterisitiċi ewlenin tal-pjan. Avviż pubbliku ta’ pjan dettaljat ta’ ristrutturar jikkostitwixxi obbligu ta’ ristrutturar biss jekk isir b’mod u f’dettall suffiċjenti (jiġifieri billi tistabbilixxi l-karatterisitiċi prinċipali tal-pjan) li hija tagħti lok għal aspettativi validi għal partijiet oħrajn bħal konsumaturi, fornituri u impjegati (jew ir-rappreżentanti tagħhom) li l-entità ser twettaq ir-ristrutturar.

74 Biex pjan ikun suffiċjenti biex iwassal għal obbligu kostruttiv meta kkomunikat lil dawk affettwati minnu, l-implimentazzjoni tiegħu teħtieġ li tkun ippjanata li tibda kemm jista’ jkun malajr u tkun kompluta f’qafas ta’ ħin li jagħmel bidliet sinifikanti fil-pjan improbabbli. Jekk huwa mistenni li ser ikun hemm dewmien twil qabel jibda r-ristrutturar jew li r-ristrutturar ser jieħu ammont irraġonevoli ta’ żmien, huwa improbabbli li l-pjan iwassal għal aspettativa valida min-naħa ta’ oħrajn li l-entità fil-preżent hija impenjata għar-ristrutturar, għaliex il-qafas taż-żmien jippermetti opportunitajiet għall-entità biex tbiddel il-pjani tagħha.

75 Deċiżjoni tal-maniġment jew tal-bord meħuda biex isir ristrutturar meħuda qabel ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ ma twassalx għal obbligu kostruttiv ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ għajr meta l-entità tkun, qabel ►M5  it-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar: ◄

(a) bdiet timplimenta l-pjan ta' ristrutturar; jew

(b) ħabbret il-punti ewlenin tal-pjan ta' ristrutturar ta' dawk affettwati minnu b'mod suffiċjenti biżżejjed speċifiku li jqajjem aspettativa valida fihom li l-entità ser twettaq ir-ristrutturar.

Jekk entità tibda timplimenta pjan ta’ ristrutturar, jew tħabbar il-karatterisitiċi prinċipali tiegħu lil dawk milqutin, biss wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ huwa meħtieġ żvelar skont l-IAS 10 Dak li Ġara Wara l-Għeluq tas-Sena Finanzjarja, jekk ir-ristrutturar huwa materjali u n-nuqqas ta’ żvelar jista’ jinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi ►M5  li l-utenti jagħmlu ◄ abbażi tar-rapporti finanzjarji.

76 Għalkemm obbligu kostruttiv ma jinħoloqx biss minn deċiżjoni tal-maniġment, obbligu jista’ jirriżulta minn avvenimenti aktar bikrin b’deċiżjoni bħal din. Pereżempju, negozjati mar-rappreżentanti tal-impjegati għal ħlasijiet ta’ terminazzjoni, jew ma’ xerrejja għall-bejgħ ta’ operazzjoni, jistgħu jkunu ġew konklużi soġġett biss għal approvazzjoni tal-bord. Ladarba dik l-approvazzjoni tkun inkisbet u ġiet ikkomunikata lill-partijiet l-oħrajn, l-entità għandha obbligu kostruttiv għal ristrutturar, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 72.

77 F’xi pajjiżi, l-awtorità finali tinsab f’idejn bord li l-membri tiegħu jinkludu rappreżentanti ta’ interessi barra minn dawk tal-maniġment (eż. impjegati) jew notifika lil dawk ir-rappreżentanti tista’ tkun meħtieġa qabel tittieħed id-deċiżjoni tal-bord. Minħabba li deċiżjoni minn bord bħal dan tinvolvi komunikazzjoni ma’ dawn ir-rappreżentanti, din tista’ tirriżulta f’obbligu kostruttiv ta’ ristrutturar.

78 Ma jirriżulta l-ebda obbligu għall-bejgħ ta’ operazzjoni sakemm l-entità mhijiex impenjata għall-bejgħ, jiġifieri hemm ftehim vinkolanti għall-bejgħ.

79 Anke meta entità tkun ħadet deċiżjoni li tbigħ operazzjoni u tkun ħabbret dik id-deċiżjoni pubblikament, hija ma tistax tkun impenjata għall-bejgħ sakemm ix-xerrej ma jkunx ġie identifikat u jkun hemm ftehim vinkolanti għall-bejgħ. Sakemm ma hemmx ftehim vinkolanti għall-bejgħ, l-entità tista’ tbiddel fehemtha u fil-fatt ikollha taqbad triq oħra ta’ azzjoni jekk ma jkunx jista’ jinstab xerrej b’termini aċċettabbli. Meta huwa previst il-bejgħ ta’ operazzjoni bħala parti minn ristrutturar, l-assi tal-operazzjoni huma riveduti għal indeboliment, skont l-IAS 36. Meta bejgħ huwa biss parti minn ristrutturar, jista’ jirriżulta obbligu kostruttiv għall-partijiet l-oħrajn tar-ristrutturar qabel ma jkun jeżisti ftehim għall-bejgħ vinkolanti.

80 Provvediment ta’ ristrutturar għandu tinkludi biss in-nefqiet diretti li jirriżultaw mir-ristrutturar, li huma dawk li huma kemm:

(a) neċessarjament involuti fir-ristrutturar; u

(b) mhumiex assoċjati mal-attivitajiet li jinsabu għaddejin tal-entità.

81 Provvediment ta’ ristrutturar ma jinkludix nefqiet bħal:

(a) taħriġ mill-ġdid jew rilokazzjoni ta’ impjegati għall-kontinwità;

(b) kummerċjalizzazzjoni; jew

(ċ) investiment f’sistemi ġodda u netwerks ta’ distribuzzjoni.

Dawn in-nefqiet huma relatati mal-imġiba futura tan-negozju u mhumiex obbligazzjonijiet għar-ristrutturar ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ Dawn in-nefqiet huma rikonoxxuti fuq l-istess bażi bħalma kieku rriżultaw indipendentament mir-ristrutturar.

82 Telf tal-operat futur identifikabbli sad-data tar-ristrutturar mhuwiex inkluż fi provvediment, ħlief jekk ikun relatat ma’ kuntratt oneruż kif iddefinit fil-paragrafu 10.

83 Kif meħtieġ mill-paragrafu 51, qligħ fuq it-tneħħija mistennija ta’ assi m’huwiex ikkunsidrat fil-kejl ta’ provvediment ta’ ristrutturar, anke jekk il-bejgħ ta’ assi huwa previst bħala parti mir-ristrutturar.

ŻVELAR

84 Għal kull klassi ta’ provvediment, entità għandha tiżvela:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba fil-bidu u t-tmiem tal-perijodu;

(b) provvedimenti addizzjonali magħmulin fil-perijodu, inklużi żjidiet għal provvedimenti eżistenti;

(ċ) ammonti użati (jiġifieri mġarrba u mitlubin kontra l-provvediment) waqt il-perijodu;

(d) ammonti mhux użati mreġġa’ lura waqt il-perijodu; u

(e) iż-żjieda waqt il-perijodu fl-ammont skontat li jirriżulta mill-mogħdija taż-żmien u l-effett ta’ kull bidla fir-rata ta’ skont.

M’hijiex meħtieġa informazzjoni komparattiva.

85 Entità għandha tiżvela dan li ġej għal kull klassi ta’ provvediment:

(a) deskrizzjoni qasira tan-natura tal-obbligu u ż-żmien mistenni ta’ kwalunkwe ħruġ ta’ benefiċċji ekonomiċi li jirriżultaw;

(b) indikazzjoni tal-inċertezzi dwar l-ammont jew iż-żmien ta’ dawk il-ħruġ. Meta jkun meħtieġ li tingħata informazzjoni adegwata, entità għandha tiżvela l-suppożizzjonijiet maġġuri magħmulin rigward l-avvenimenti futuri, kif indirizzati fil-paragrafu 48; u

(ċ) l-ammont ta’ kull rimborż mistenni, b’dikjarazzjoni tal-ammont ta’ kull assi li kien rikonoxxut għal dak ir-rimborż mistenni.

86 Ħlief jekk il-possibbiltà ta’ kull ħruġ bħala saldu tkun remota, entità għandha tiżvela għal kull klassi ta’ obbligazzjoni kontinġenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ deskrizzjoni qasira tan-natura tal-obbligazzjoni kontinġenti u, fejn prattikabbli:

(a) stima tal-effett finanzjajru tagħha, imkejla skont il-paragrafi 36–52;

(b) indikazzjoni tal-inċertezzi marbutin mal-ammont jew l-iskedar fiż-żmien ta’ kull ħruġ; u

(ċ) il-possibbiltà ta’ kull rimborż.

87 Sabiex ikun iddeterminat liema provvedimenti jew obbligazzjonijiet kontinġenti jistgħu jkunu aggregati biex jifformaw klassi, huwa meħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk in-natura tal-entrati hijiex simili biżżejjed għal dikjarazzjoni unika dwarhom biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 85(a) u (b) u 86(a) u (b). Għalhekk, jista’ jkun adatt li jiġu ttrattati bħala klassi unika ta’ provvediment, ammonti relatati ma’ garanziji ta’ prodotti differenti, iżda ma jkunx adatt li jiġu ttrattati bħala klassi waħda ammonti relatati ma’ garanziji u ammonti normali li huma soġġett għal proċedimenti legali.

88 Meta provvediment u obbligazzjoni kontinġenti jirriżultaw mill-istess sett ta’ ċirkostanzi, entità tagħmel l-iżvelar meħtieġ fil-paragrafi 84–86 b’mod li juri r-rabta bejn il-provvediment u l-obbligazzjoni kontinġenti.

89 Fejn huwa probabbli dħul ta’ benefiċċji ekonomiċi, entità għandha tiżvela deskrizzjoni qasira tan-natura tal-assi kontinġenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ u, fejn prattikabbli, stima tal-effett finanzjarju tagħhom, imkejla bl-użu tal-prinċipji mniżżlin għal provvedimenti fil-paragrafi 36-52.

90 Huwa importanti li l-iżvelar ta’ assi kontinġenti jevita li jagħti indikazzjonijiet qarrieqa tal-probabbiltà li jkun hemm introjtu.

91 Fejn xi informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 86 u 89 mhijiex żvelata minħabba li mhuwiex prattikabbli li jsir hekk, dan il-fatt għandu jkun iddikjarat.

92 F’każijiet estremament rari, l-iżvelar ta’ xi parti mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-paragrafi 84–89 jista’ jkun mistenni li jippreġudika serjament il-pożizzjoni tal-entità li tkun tinstab f’tilwima ma’ partijiet oħrajn dwar is-suġġett tad-provvediment, obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti. F’każijiet bħal dawn, entità m’għandhiex għalfejn tiżvela l-informazzjoni, iżda għandha tiżvela n-natura ġenerali tat-tilwima, flimkien mal-fatt li, u r-raġuni għaliex, l-informazzjoni ma kinitx żvelata.

PROVVEDIMENTI TRANŻITORJI

93 L-effett tal-adozzjoni ta’ dan l-Istandard mid-data effettiva tiegħu (jew aktar qabel) għandu jkun rappurtat bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal għall-perijodu li fih l-Istandard kien adottat għall-ewwel darba. L-entitajiet huma mħeġġa, iżda mhux meħtieġa, li jaġġustaw il-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal għall-iktar preijodu bikri ppreżentat u biex jiddikjaraw b’mod ġdid informazzjoni komparattiva. Jekk l-informazzjoni komparattiva ma tkunx iddikjarata b’mod ġdid, dan il-fatt għandu jkun żvelat.

94 [Imħassra]

DATA EFFETTIVA

95 Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji annwali li jkopru perijodi li jibdew fl-1 ta’ Lulju 1999 jew wara. L-applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodi li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 1999, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

96 [Imħassra]




STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 38

Assi Intanġibbli

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard hu li jippreskrivi t-trattament fil-kontijiet għal assi intanġibbli li mhumiex indirizzati b'mod specifiku f'xi Standard ieħor. Dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi assi intanġibbli jekk, u biss jekk, jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi. L-Istandard jispeċifika wkoll kif għandu jitkejjel l-miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli u jeħtieġ żvelar speċifiku dwar assi intanġibbli.

AMBITU

2 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità ta' assi intanġibbli, minbarra:

(a) assi intanġibbli li jaqgħu taħt l-ambitu ta' xi Standard ieħor:

(b) assi finanzjarji, kif definiti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni;

(ċ) ir-rikonoxximent u l-kejl ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni (ara l-IFRS 6 L-Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni tagħhom); jew

(d) infiq fuq l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejt, gass naturali u riżorsi simili li ma jiġġeddux.

3 Jekk Standard ieħor jippreskrivi l-ikkontabilizzar għal tip speċifiku ta' assi intanġibbli, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) assi intanġibbli miżmuma għall-bejgħ minn entità matul il-kors normali tan-negozju (ara l-IAS 2 Inventarji u l-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni).

(b) assi ta' taxxi differiti (ara l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul).

(ċ) kuntratti ta' kiri li jaqgħu taħt l-ambitu tal-IAS 17: Kuntratti ta' Kiri.

(d) assi li jirriżultaw mill-benefiċċji tal-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati).

▼M32

(e) assi finanzjarji kif iddefiniti fl-IAS 32. Ir-rikonoxximent u l-kejl ta' xi assi finanzjarji huma koperti mill-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati u l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti.

▼B

(f) avvjament akkwistat f'kombinament ta' negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji).

(g) spejjeż differiti tal-akkwist, u assi intanġibbli, li joriġinaw mid-drittijiet kuntrattwali ta' assiguratur taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li jaqgħu taħt l-ambitu tal-IFRS 4 Kuntratti ta' Assigurazzjoni. L-IFRS 4 jistabbilixxi obbligi speċifiċi ta' żvelar għal dawk il-kosti differiti tal-akkwist iżda mhux għal dawk l-assi intanġibbli. Għalhekk, il-ħtiġijiet ta' żvelar f'dan l-Istandard japplikaw għal dawk l-assi intanġibbli.

(h) assi intanġibbli mhux kurrenti kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ (jew inkluż fi grupp tad-disponiment li hu kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

4 Xi assi intanġibbli jistgħu jkunu fi jew fuq sustanza fiżika bħal kompakt disk (fil-każ ta' software tal-kompjuter), dokumentazzjoni legali (fil-każ ta' liċenzja jew privattiva) jew film. Sabiex jiġi ddeterminat jekk assi li jinkorpora elementi kemm intanġibbli kif ukoll tanġibbli għandux jiġi trattat taħt l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir jew bħala assi intanġibbli taħt dan l-Istandard, entità tuża ġudizzju għaqli biex tevalwa liema element hu l-aktar sinifikanti. Pereżempju, software tal-kompjuter għal għodda mekkanika kkontrollata bil-kompjuter li ma tistax topera mingħajr dak is-softwer speċifiku, hu parti integrali mill-hardware relatat u hu meqjus bħala proprjetà, impjant u tagħmir. L-istess japplika għas-sistema operattiva ta' kompjuter. Meta s-sortware ma jkunx parti integrali mill-hardware relatat, is-software tal-kompjuter jitqies bħala assi intanġibbli.

5 Dan l-Istandard japplika għal, fost affarijiet oħrajn, infiq fuq reklamar, taħriġ, bidu ta' negozju, riċerka u attivitajiet ta' żvilupp. Attivitajiet ta' riċerka u żvilupp huma diretti lejn l-iżvilupp ta' għarfien. Għalhekk, għalkemm dawn l-attivitajiet jistgħu jirriżultaw f'assi b'sustanza fiżika (eż. prototip), l-element fiżiku tal-assi hu sekondarju għall-komponent intanġibbli tiegħu, i.e. l-għarfien li jkun tinsab fih.

6 Fil-każ ta' kuntratt ta' kiri finanzjarju, l-assi prinċipali jista' jkun jew tanġibbli jew intanġibbli. Wara r-rikonoxximent inizjali, il-kerrej jirrapporta fil-kontijiet assi intanġibbli miżmum taħt kuntratt ta' kiri finanzjarju b'konformità ma' dan l-Istandard. Id-drittijiet taħt ftehim ta' liċenzja għal entrati bħal films, video recordings, drammi, manuskritti, privattivi u drittijiet tal-awtur huma esklużi mill-ambitu tal-IAS 17 u jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan l-Istandard.

7 Esklużjonijiet mill-ambitu ta' Standard jistgħu jseħħu jekk l-attivitajiet jew it-tranżazzjonijiet ikunu tant speċjalizzati li jagħtu lok għal kwistjonijiet ta' kontabilità li jistgħu jkunu jeħtieġu li jiġu indirizzati b'mod differenti. Kwistjonijiet bħal dawn jinqalgħu fil-kontabilità għan-nefqa fuq l-esplorazzjoni għal, jew l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta', żejt, gass u despożiti minerali f'industriji tal-estrazzjoni u fil-każ ta' kuntratti tal-assigurazzjoni. Għalhekk, dan l-Istandard ma japplikax għan-nefqa għal attivitajiet u kuntratti bħal dawn. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal assi intanġibbli oħrajn użati (bħal software tal-kompjuter), u nfiq ieħor li jkun sar (bħal spejjeż inizjali ta' negozju) f' industriji tal-estrazzjoni jew minn assiguraturi.

DEFINIZZJONIJIET

8  It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

[imħassar]

(a)  [imħassar]

(b)  [imħassar]

(c)  [imħassar]

Amortizzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont li jiġi ddeprezzat ta' assi intanġibbli matul iż-żmien tal-utilità.

Assi huwa riżorsa:

(a) ikkontrollat minn entità bħala rizultat ta' avvenimenti fl-imgħoddi; u

(b) li minnu benefiċċji ekonomiċi futuri għall-entità hu mistennija li jseħħu.

Ammont miżmum fil-kotba hu l-ammont li bih assi jiġi rikonoxxut wara li jitnaqqas kull amortizzament akkumulat u telf ta' indeboliment akkumulat fuqu.

Kost hu l-ammont ta' flus jew ekwivalenti ta' flus mħallsa jew il-valur ġust ta' korrispettiv ieħor mogħti biex jiġi akkwistat assi fil-ħin tal-akkwiżizzjoni jew il-kostruzzjoni tiegħu, jew meta applikabbli, l-ammont attribwit għal dak l-assi meta jiġi rikonoxxut fil-bidu b'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi ta' xi IFRS ieħor, eż. l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq Ishma.

Ammont li jiġi ddeprezzat huwa l-kost ta' assi, jew ammont ieħor sostitwit għall-kost, wara li jitnaqqas il-valur residwu tiegħu.

Żvilupp hu l-applikazzjoni tas-sejbiet tar-riċerka jew għarfien oħra għal pjan jew disinn għall-produzzjoni ta' materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi ġodda jew sostanzjalment imtejba qabel il-bidu ta' produzzjoni jew użu kummerċjali.

Valur speċifiku għall-entità hu l-valur preżenti tal-flussi ta' flus li entità tistenna li ser jirriżulta mill-użu kontinwu ta' assi u mid-disponiment tiegħu fit-tmiem taż-żmien tal-utilità tiegħu jew li tistenna li ser iġġarrab meta tħallas xi obbligazzjoni.

Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Telf ta' indeboliment hu l-ammont li bih l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi jaqbeż l-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat.

Assi intanġibbli hu assi mhux monetarju identifikabbli mingħajr sustanza fiżika.

Assi monetarji huma flus miżmuma u assi li jkunu ser jiġu riċevuti f'ammonti fissi jew determinabbli ta' flus.

Riċerka hija investigazzjoni oriġinali u ppjanata li ssir bil-prospett li tiġi akkwistata għarfien u għarfien ġdid xjentifiku jew tekniku.

Il-valur residwu ta' assi hu l-ammont stmat li entità tista' tikseb fil-preżent mid-disponiment tal-assi, wara li tnaqqas il-kosti stmati tad-disponiment, li kieku l-assi kien diġà tal-età u fil-kondizzjoni mistennija fit-tmiem taż-żmien tal-utilità tiegħu.

Żmien tal-utilità hu:

(a) il-perijodu li matulu assi hu mistenni li jkun disponibbli għall-użu minn entità; jew

(b) in-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili li huma mistennija li ser jinkisbu mill-assi minn entità.

Assi intanġibbli

9 L-entitajiet spiss jużaw riżorsi, jew iġarrbu obbligazzjonijiet, mal-akkwiżizzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni jew it-titjib ta' riżorsi intanġibbli bħal għarfien xjentifiku jew tekniku, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' proċessi jew sistemi ġodda, liċenzji, proprjetà intellettwali, għarfien tas-suq u trademarks (inklużi ismijiet ta' ditti u titli tal-pubblikazzjoni). Eżempji komuni ta' entrati li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji wesgħin huma software tal-kompjuter, privattivi, drittijiet tal-awtur, films, listi ta' klijenti, drittijiet ta' żamma ta' ipoteki, liċenzji tas-sajd, kwoti tal-importazzjoni, franchises, relazzjonijiet mal-klijenti jew mal-fornituri, lealtà tal-klijent, sehem mis-suq u drittijiet ta' marketing.

10 Mhux l-entrati kollha deskritti fil-paragrafu 9 jissodisfaw id-definizzjoni ta' assi intanġibbli, i.e. identifikabbiltà, kontroll fuq riżorsa u l-eżistenza ta' benefiċċji ekonomiċi futuri. Jekk xi entrata li taqa' taħt l-ambitu ta' dan l-Istandard ma tissodisfax id-definizzjoni ta' assi intanġibbli, in-nefqa biex din tiġi akkwistata jew iġġenerata internament tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta ssir. Madankollu, jekk l-entrata tkun akkwistata f'kombinament ta' negozji, dan jifforma parti mill-avvjament rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 68).

Identifikabbiltà

▼M12

11 Id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli teħtieġ li assi intanġibbli jkun identifikabbli biex jingħaraf mill-avvjament. Avvjament rikonoxxut f’kombinament ta’ negozji huwa assi li jirrappreżenta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li jirriżultaw minn assi oħrajn akkwistati f’kombinament ta’ negozji li mhumiex identifikati individwalment u rikonoxxuti separatament. Il-benefiċċji ekonomiċi futuri jistgħu jirriżultaw minn sinerġija bejn l-assi identifikabbli akkwistati jew minn assi li, individwalment, ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji.

12 Assi huwa identifikabbli jekk ikun jew:

(a) separabbli, jiġifieri jkun jista’ jiġi separat jew mifrud mill-entità u mibjugħ, trasferit, liċenzjat, mikri jew skambjat, jew individwalment jew flimkien ma’ kuntratt relatat, jew ma’ assi jew obbligazzjoni identifikabbli, irrispettivament minn jekk l-entità għandhiex il -ħsieb li tagħmel dan; jew

(b) joriġina minn drittijiet kuntrattwali jew minn drittijiet legali oħrajn, irrispettivament minn jekk dawk id-drittijiet ikunux trasferibbli jew separabbli mill-entità jew minn drittijiet u obbligi oħrajn.

▼B

Kontroll

13 Entità tikkontrolla assi jekk l-entità jkollha l-poter li tikseb il-benefiċċji ekonomiċi futuri mir-riżorsa prinċipali u li tirrestrinġi l-aċċess ta' ħaddieħor għal dawk il-benefiċċji. Il-kapaċità ta' entità li tikkontrolla l-benefiċċji ekonomiċi futuri minn assi intanġibbli normalment tiġi minn drittijiet legali li jistgħu jiġu infurzati quddiem qorti tal-ġustizzja. Fin-nuqqas ta' drittijiet legali, hu aktar diffiċli li l-kontroll jintwera. Madankollu, l-infurzar tal-liġi legali ta' dritt mhix kondizzjoni neċessarja għall-kontroll minħabba li entità tista' tkun kapaċi tikkontrolla l-benefiċċji ekonomiċi futuri b'xi mod ieħor.

14 Il-għarfien tas-suq u dak tekniku jistgħu jagħtu lok għal benefiċċji ekonomiċi futuri. Entità tikkontrolla dawk il-benefiċċji jekk, pereżempju, l-għarfien ikun protett bi drittijiet legali bħal drittijiet tal-awtur, limitazzjoni ta' ftehim tal-kummerċ (meta dan ikun permess) jew minn dover legali fuq l-impjegati li jżommu l-kunfidenzjalità.

15 Entità jista' jkollha grupp ta' personal tas-sengħa u tista' tkun kapaċi tidentifika kapaċitajiet li jiżdiedu tal-personal, li jwasslu għal benefiċċji ekonomiċi futuri mit-taħriġ. L-entità tista' tistenna wkoll li l-impjegati ser ikomplu jagħmlu l-kapaċitajiet tagħhom disponibbli għall-entità. Madankollu, entità normalment ma jkollhiex kontroll biżżejjed fuq il-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li jirriżultaw minn grupp ta' impjegati tas-sengħa u mit-taħriġ għal dawk l-entrati biex tissodisfa d-definizzjoni ta' assi intanġibbli. Għal raġuni simili, il-maniġment speċifiku jew talent tekniku x'aktarx li mhux ser jissodisfa d-definizzjoni ta' assi intanġibbli, ħlief jekk ikun protett bi drittijiet legali biex jintuża u biex jinkisbu benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija minnu, u jekk ikun jissodisfa wkoll il-partijiet l-oħrajn tad-definizzjoni.

16 Entità jista' jkollha portafoll ta' klijenti jew sehem mis-suq u tistenna li, minħabba l-isforzi tagħha fil-bini ta' relazzjonijiet u lealtà mal-klijenti, dawn ser ikomplu jinnegozjaw mal-entità. Madankollu, fin-nuqqas ta' drittijiet legali li jipproteġu, jew metodi oħrajn ta' kontroll, ir-relazzjonijiet mal-klijenti jew il-lealtà tal-klijenti mal-entità, l-entità normalment ma jkollhiex kontroll biżżejjed fuq il-benefiċċji ekonomiċi mistennija mir-relazzjonijiet u l-lealtà tal-klijenti għal entrati bħal dawn (eż. portafoll ta' klijenti, ishma mis-suq, relazzjonijiet mal-klijenti u lealtà tal-klijenti) biex tissodisfa d-definizzjoni ta' assi intanġibbli. Fin-nuqqas ta' drittijiet legali li jipproteġu r-relazzjonijiet mal-klijenti, tranżazzjonijiet ta' skambju għall-istess relazzjonijiet mhux kuntrattwali mal-klijenti jew relazzjonijiet simili (minbarra bħala parti minn kombinament ta' negozju) jipprovdu evidenza li l-entità minkejja kollox hi kapaċi li tikkontrolla l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li joħorġu mir-relazzjonijiet mal-klijenti. Minħabba li tranżazzjonijiet ta' skambju bħal dawn jipprovdu wkoll evidenza li r-relazzjonijiet mal-klijenti huma separabbli, dawk ir-relazzjonijiet mal-klijenti jissodisfaw id-definizzjoni ta' assi intanġibbli.

Benefiċċji ekonomiċi futuri

17 Il-benefiċċji ekonomiċi futuri li joħorġu minn assi intanġibbli jistgħu jinkludu d-dħul mill-bejgħ ta' prodotti jew servizzi, tifdil mill-ispiża, jew benefiċċji oħrajn li jirriżultaw mill-użu tal-assi mill-entità. Pereżempju, l-użu ta' proprjetà intellettwali fi proċess tal-produzzjoni jista' jnaqqas l-ispejjeż futuri tal-produzzjoni minflok ma jżid id-dħul fil-futur.

RIKONOXXIMENT U KEJL

18 Ir-rikonoxximent ta' entrata bħala assi intanġibbli jeħtieġ li entità turi li l-entrata tissodisfa:

(a) id-definizzjoni ta' assi intanġibbli (ara l-paragrafi 8–17); u

(b) il-kriterji ta' rikonoxximent (ara l-paragrafi 21–23).

Dan il-ħtieġa tapplika għall-ispejjeż li jsiru fil-bidu biex jiġi akkwistat jew iġġenerat internament assi intanġibbli u dawk li jsiru sussegwentement biex jiżdied, jew titbiddel parti minnu, jew biex issir manutenzjoni fuqu.

19 Il-paragrafi 25–32 jittrattaw l-applikazzjoni tal-kriterji ta' rikonoxximent għal assi intanġibbli akkwistati separatament, u l-paragrafi 33–43 jittrattaw l-applikazzjoni tagħhom għal assi intanġibbli akkwistati f'kombinament ta' negozji. Il-paragrafu 44 jittratta l-kejl inizjali ta' assi intanġibbli akkwistati permezz ta' għotja tal-gvern, il-paragrafi 45–47 jittrattaw skambju ta' assi intanġibbli, u l-paragrafi 48–50 it-trattament ta' avvjament iġġenerat internament. Il-paragrafi 51–67 jittrattaw ir-rikonoxximent inizjali u l-kejl ta' assi intanġibbli ġġenerati internament.

20 In-natura ta' assi intanġibbli hi tali li, f'ħafna każijiet, ma jsiru l-ebda żidiet mal-assi jew bidliet ta' xi parti minnu. Għalhekk, ħafna mill-infiq sussegwenti x'aktarx li jżommu l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li jinsabu f'assi intanġibbli eżistenti aktar milli jissodisfaw id-definizzjoni ta' assi intanġibbli u l-kriterji ta' rikonoxximent iddeterminati f'dan l-Istandard. Barra minn hekk, hu spiss diffiċli biex tiġi attribwita nefqa sussegwenti direttament għal assi intanġibbli partikulari milli għan-negozju kollu. Għalhekk, hu biss f'każijiet rari biss li nefqa sussegwenti — nefqa li ssir wara r-rikonoxximent inizjali ta' assi intanġibbli akkwistat jew wara t-tlestija ta' assi intanġibbli ġġenerat internament — tiġi rikonoxxuta fl-ammont rikonoxxut ta' assi. B'mod konsistenti mal-paragrafu 63, nefqa sussegwenti fuq ditti, mastheads, titli tal-pubblikazzjoni, listi ta' klijenti u entrati simili fis-sustanza (kemm jekk akkwistati minn barra jew iġġenerati internament) hi dejjem rikonoxxuta fi profitt jew f'telf hekk kif issir. Dan għaliex nefqa bħal din ma tistax tkun distinta mill-infiq għall-iżvilupp tan-negozju kollu.

21 Assi intanġibbli għandu jiġi rikonoxxut jekk, u biss jekk:

(a) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma attribwibbli għall-assi ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) l-ispiża tal-assi tista' titkejjel b'mod affidabbli.

22 Entità għandha tevalwa l-probabbiltà ta' benefiċċji ekonomiċi futuri permezz ta' suppożizzjonijiet raġonevoli u sostenibbli li jirrappreżentaw l-aħjar stima tal-maniġment tal-firxa ta' kondizzjonijiet ekonomiċi li ser jeżistu matul il-bqija taż-żmien tal-utilità tal-assi.

23 Entità tuża l-ġudizzju għaqli tagħha biex tevalwa l-grad ta' ċertezza marbuta mal-fluss ta' benefiċċji ekonomiċi futuri li huma attribwibbli għall-użu tal-assi fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-ħin tar-rikonoxximent inizjali, billi tagħti aktar piż lil evidenza esterna.

24 Assi intanġibbli għandu jitkejjel fil-bidu skont il-kost tiegħu.

Akkwiżizzjoni separata

▼M12

25 Normalment, il-prezz li entità tħallas biex takkwista separatament assi intanġibbli jirrifletti l-aspettativi dwar il-probabbiltà li l-benefiċċji ekonomiċi futuri inkorporati fl-assi ser jgħaddu għal fuq l-entità. Fi kliem ieħor, l-entità tistenna li jkun hemm dħul ta’ benefiċċji ekonomiċi, anki jekk ikun hemm inċertezza dwar iż-żmien jew l-ammont tad-dħul. Għalhekk, il-kriterju ta’ rikonoxximent ibbażat fuq il-probabbiltà fil-paragrafu 21(a) jitqies dejjem li hu sodisfatt għal assi intanġibbli akkwistati separatament.

▼B

26 Barra minn hekk, il-kost ta' assi intanġibbli akkwistat separatament tista' normalment titkejjel b'mod affidabbli. Dan hu l-każ b'mod partikulari meta l-korrispettiv għax-xiri jkun fil-forma ta' flus jew assi monetarji oħrajn.

27 Il-kost ta' assi intanġibbli akkwistat separatament tinkludi:

(a) il-prezz tax-xiri tiegħu, inklużi d-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi mhux rifondibbli fuq xiri, wara li jitnaqqsu l-iskonti u r-rifużjonijiet tal-kummerċ.

(b) kull kost attribwibbli direttament fit-tħejjija tal-assi għall-użu intenzjonat tiegħu.

28 Eżempji ta' spejjeż direttament attribwibbli huma:

(a) l-ispejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati (kif definiti fl-IAS 19) li joriġinaw direttament mit-tħejjija biex l-assi jinġieb għall-kondizzjoni operattiva tiegħu;

(b) drittijiet professjonali li joriġinaw direttament biex l-assi jinġieb fil-kondizzjoni operattiva tiegħu; u

(ċ) l-ispejjeż tal-ittestjar dwar jekk l-assi hux jaħdem sew.

29 Eżempji ta' nfiq li mhumiex parti mill-kost ta' assi intanġibbli huma:

(a) il-kosti tal-introduzzjoni ta' prodott jew servizz ġdid (inklużi l-spejjeż tar-reklamar u ta' attivitajiet promozzjonali);

(b) il-kosti tat-tmexxija ta' negozju f'lok ġdid jew ma' klassi ġdida ta' konsumatur (inklużi l-spejjeż tat-taħriġ tal-personal); u

(ċ) il-kosti tal-amministrazzjoni u spejjeż indiretti ġenerali oħrajn.

30 Ir-rikonoxximent tal-kosti fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli jieqaf meta l-assi jkun fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun jista' jitħaddem bil-mod intenzjonat mill-maniġment. Għaldaqstant, il-kosti li jsiru fl-użu jew l-użu mill-ġdid ta' assi intanġibbli mhumiex inklużi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' dak l-assi. Pereżempju, il-osti li ġejjin mhumiex inklużi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli:

(a) il-kosti li jsiru meta l-assi li jkun jista' jitħaddem bil-mod intenzjonat mill-maniġment ikun għad irid jibda jintuża; u

(b) telf inizjali mill-operat, bħal dawk li jsiru sakemm id-domanda għall-produzzjoni tal-oġġett titla' bil-mod il-mod; u

31 Xi operazzjonijiet iseħħu b'konnessjoni mal-iżvilupp ta' assi intanġibbli, iżda mhumiex meħtieġa biex l-assi jinġab fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun kapaċi li jibda jitħaddem bil-mod intenzjonat mill-maniġment. Dawn l-operazzjonijiet inċidentali jistgħu jseħħu qabel jew matul l-attivitajiet ta' żvilupp. Minħabba li l-operazzjonijiet inċidentali mhumiex meħtieġa biex l-assi jinġab fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun jista' jitħaddem bil-mod intenzjonat mill-maniġment, l-introjtu u l-ispejjeż relatati ta' operazzjonijiet inċidentali huma rikonoxxuti immedjatament fi profitt jew f'telf, u inklużi fil-klassifikazzjonijiet rispettivi tagħhom ta' introjtu u spiża.

▼M1

32 Jekk il-ħlas għal assi intanġibbli jkun differit lil hemm mit-termini normali tal-kreditu, il-kost tiegħu jkun l-ekwivalenti tal-prezz fi flus. Id-differenza bejn dan l-ammont u l-pagamenti totali hi rikonoxxuta bħala spiża tal-imgħax fuq il-perjodu tal-kreditu, sakemm ma tkunx ikkapitalizzata b'konformità mal-IAS 23 L-Ispejjeż tas-Self.

▼B

Akkwiżizzjoni bħala parti minn kombinament ta' negozji

▼M12

33 F’konformità mal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozju, jekk assi intanġibbli jiġi akkwiżit f’kombinament ta’ negozju, il-kost ta’ dak l-assi intanġibbli jkun l-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Il-valur ġust ta’ assi intanġibbli jirrifletti l-aspettativi tal-parteċipanti fis-suq fid-data tal-akkwiżizzjoni dwar il-probabilità li l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inkorporati fl-assi sejrin imorru għall-entità. ◄ Fi kliem ieħor, l-entità tistenna li jkun hemm dħul ta’ benefiċċji ekonomiċi, anki jekk ikun hemm inċertezza dwar iż-żmien jew l-ammont ta’ dħul. Għalhekk, il-kriterju ta’ rikonoxximent ibbażat fuq il-probabbiltà fil-paragrafu 21(a) jitqies dejjem li hu ssodisfat għal assi intanġibbli akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji. Jekk assi akkwistat f’kombinament ta’ negozji huwa separabbli jew jirriżulta minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn, tkun teżisti informazzjoni suffiċjenti biex il-valur ġust tal-assi jitkejjel b’mod affidabbli. Għalhekk, il-kriterju tal-kejl affidabbli fil-paragrafu 21(b) jitqies dejjem li hu ssodisfat għal assi intanġibbli akkwistati f’kombinamenti ta’ negozji.

34 Skont dan l-Istandard u l-IFRS 3 (kif rivedut mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008), akkwirent jirrikonoxxi fid-data tal-akkwiżizzjoni, separatament mill-avvjament, assi intanġibbli tal-akkwiżit, irrispettivament minn jekk l-assi kienx ġie rikonoxxut mill-akkwiżit qabel il-kombinament ta’ negozji. Dan ifisser li l-akkwiżit jirrikonoxxi bħala assi, separatament mill-avvjament, proġett ta’ riċerka u żvilupp li jkun jinsab għaddej tal-akkwiżit jekk il-proġett jissodisfa d-definizzjoni ta’ assi intanġibbli. Proġett ta’ riċerka u żvilupp li jkun jinsab għaddej tal-akkwiżit jissodisfa d-definizzjoni ta’ assi intanġibbi meta:

(a) jissodisfa d-definizzjoni ta’ assi; u

(b) ikun identifikabbli, i.e. ikun separabbli jew joriġina minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn.

▼M33

Assi intanġibbli miksub f’kombinament ta’ negozju

▼M12

35 Jekk assi intanġibbli akkwistat f’kombinament ta’ negozji huwa separabbli jew jirriżulta minn drittijiet kuntrattwali jew minn drittijiet legali oħrajn, tkun teżisti informazzjoni suffiċjenti biex il-valur ġust tal-assi jitkejjel b’mod affidabbli. Meta, għall-istimi użati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi intanġibbli, ikun hemm firxa ta’ riżultati possibbli bi probabbiltajiet differenti, dik l-inċertezza tidħol fil-kejl tal-valur ġust tal-assi.

▼M22

36 Assi intanġibbli akkwistat f'kombinament ta' negozji jista' jkun separabbli, iżda biss flimkien ma' kuntratt relatat, jew ma’ assi jew obbligazzjoni identifikabbli. F'każijiet bħal dawn, l-akkwirent jirrikonoxxi l-assi intanġibbli separatament mill-avvjament, iżda flimkien mal-oġġett relatat.

37 L-akkwirent jista’ jirrikonoxxi grupp ta' assi intanġibbli kumplimentari bħala assi wieħed kemm-il darba l-assi individwali jkollhom iż-żmien tal-utilità simili. Pereżempju, it-termini “ditta” u “isem id-ditta” spiss jintużaw bħala sinonimi għal marki reġistrati u marki oħrajn. Madankollu, dawn tal-ewwel huma termini ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni li tipikament jintużaw biex jirreferu għal grupp ta' assi kumplimentari bħal trademark (jew marka tas-servizz) u l-isem kummerċjali, il-formuli, ir-riċetti u l-ħila esperta teknoloġika relatati.

▼M12 —————

▼M33 —————

▼B

Nefqa sussegwenti fuq proġett ta' riċerka u żvilupp akkwistat li l-proċess tiegħu jkun għadu għaddej

42 Nfiq fuq riċerka u żvilupp li:

(a) jkun relatat ma' proġett ta' riċerka u żvilupp li l-proċess tiegħu jkun għadu għaddej akkwistat separatament jew f'kombinament ta' negozji u rikonoxxut bħala assi intanġibbli; u

(b) li jiġġarrab wara l-akkwiżizzjoni ta' dak il-proġett

għandha tkun irrappurtata b'konformità mal-paragrafi 54–62.

43 L-applikazzjoni tal-ħtiġijiet fil-paragrafi 54–62 tfisser li n-nefqa sussegwenti fuq proġett ta' riċerka u żvilupp li l-proċess tiegħu jkun għadu għaddej akkwistat separatament jew f'kombinament ta' negozji u rikonoxxut bħala assi intanġibbli hi;

(a) rikonoxxuta bħala spiża meta ssir, jekk tkun nefqa ta' riċerka;

(b) rikonoxxuta bħala spiża meta ssir, jekk tkun nefqa ta' żvilupp li ma tissodisfax il-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli fil-paragrafu 57; u

(ċ) miżjuda mal-ammont rikonoxxut tal-proġett akkwistat ta' riċerka u żvilupp li l-proċess tiegħu jkun għadu għaddej jekk tkun nefqa ta' żvilupp li tissodisfa l-kriterji ta' rikonoxximent fil-paragrafu 57.

Akkwiżizzjoni permezz ta' għotja tal-Gvern

44 F'xi każijiet, assi intanġibbli jista' jiġi akkwistat b'xejn, jew għal korrispettiv nominali, permezz ta' għotja tal-gvern. Dan jista' jseħħ meta gvern jittrasferixxi jew jalloka lil entità assi intanġibbli bħal drittijiet ta' nżul f'ajruport, liċenzji biex jiġu operati stazzjonijiet tar-radju jew tat-televizjoni, liċenzji jew kwoti tal-importazzjoni jew drittijiet għall-aċċess ta' riżorsi ristretti oħrajn. B'konformità mal-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet tal-Gvern u Żvelar tal-Għajnuna tal-Gvern, entità tista' tagħżel li tirrikonoxxi kemm l-assi intanġibbli kif ukoll l-għotja fil-bidu skont il-valur ġust. Jekk entità tagħżel li ma tirrikonoxxix l-assi fil-bidu skont il-valur ġust, l-entità tirrikonoxxi l-assi fil-bidu skont l-ammont nominali (it-trattament l-ieħor permess mill-IAS 20) flimkien ma' kull nefqa li hi attribwibbli direttament għat-tħejjija tal-assi għall-użu intiż tiegħu.

Skambji ta' assi

45 Assi intanġibbli wieħed jew aktar jista' jiġi akkwistat bi skambju għal assi jew assi mhux monetarji, jew taħlita ta' assi monetarji u mhux monetarji. Id-diskussjoni li ġejja tirreferi sempliċement għall-iskambju ta' assi mhux monetarju għal ieħor, iżda tapplika wkoll għall-iskambji kollha deskritti fis-sentenza preċedenti. Il-kost ta' assi intanġibbli bħal dan hu mkejjel skont il-valur ġust ħlief jekk (a) it-tranżazzjoni ta' skambju ma jkollhiex sustanza kummerċjali jew (b) la l-valur ġust tal-assi riċevut u lanqas ta' dak mogħti ma jkun jista' jitkejjel b'mod affidabbli. L-assi akkwistat jitkejjel b'dan il-mod anke jekk entità ma tistax ma tirrikonoxxix immedjatament l-assi mogħti. Jekk l-assi akkwistat ma jitkejjilx skont il-valur ġust, il-kost tiegħu jitkejjel bl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi mogħti.

46 Entità tistabbilixxi jekk tranżazzjoni ta' skambju għandhiex sustanza kummerċjali billi tikkunsidra kemm il-flussi ta' flus futuri tagħha huma mistennija li jinbidlu minħabba t-tranżazzjoni. Tranżazzjoni ta' skambju għandha sustanza kummerċjali jekk:

(a) il-konfigurazzjoni (i.e. r-riskju, ż-żmien u l-ammont) tal-fluss ta' flus tal-assi riċevut tkun differenti mill-konfigurazzjoni tal-fluss ta' flus tal-assi ttrasferit, jew

(b) il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mill-bidliet fit-tranżazzjoni jinbidel minħabba l-iskambju, u

(ċ) id-differenza f'(a) jew (b) tkun sinifikanti meta mqabbla mal-valur ġust tal-assi skambjati.

Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni ta' skambju jkollhiex sustanza kummerċjali, il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni għandu jirrifletti l-flussi ta' flus wara t-taxxa. Ir-riżultat ta' dawn l-analiżi jista' jkun ċar mingħajr ma entità jkollha twettaq kalkoli dettaljati.

▼M33

47 Il-paragrafu 21(b) jispeċifika li kundizzjoni għar-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli tkun li l-kost tal-assi jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Il-valur ġust ta’ assi intanġibbli jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikant għal dak l-assi jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista' tkejjel il-valur ġust b’mod affidabbli kemm tal-assi riċevut jew tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti.

▼B

Avvjament iġġenerat internament

48 Avvjament iġġenerat internament m'għandux jiġi rikonoxxut bħala assi.

49 F'xi każijiet, l-infiq isir biex jinħolqu benefiċċji ekonomiċi futuri, iżda ma tirriżultax fil-ħolqien ta' assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterji ta' rikonoxximent f'dan l-Istandard. Nfiq bħal din spiss tiġi deskritta bħala li tikkontribwixxi għall-avvjament iġġenerat internament. L-avvjament iġġenerat internament ma jiġix rikonoxxut bħala assi minħabba li mhuwiex riżorsa identifikabbli (i.e. mhuwiex separabbli jew ma joriġinax minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn) ikkontrollata mill-entità li tista' titkejjel b'mod affidabbli skont kemm tkun swiet.

▼M33

50 Id-differenzi bejn il-valur ġust ta’ entità u l-ammont riportat tal-assi netti identifikabbli tagħha fi kwalunkwe ħin jistgħu jinkludu medda ta’ fatturi li jaffettwaw il-valur ġust tal-entità. Madankollu, dawn id-differenzi ma jirrappreżentawx il-kost ta’ assi intanġibbli kkontrollat mill-entità.

▼B

Assi intanġibbli ġġenerati internament

51 Xi kultant hu diffiċli biex tevalwa jekk assi intanġibbli ġġenerat internament jikkwalifikax għar-rikonoxximent minħabba problemi ta':

(a) identifikazzjoni jekk u meta hemmx assi identifikabbli li ser jiġġenera l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija; u

(b) determinazzjoni tal-kost tal-assi b'mod affidabbli. F'xi każijiet, il-kost tal-ħolqien interna ta' assi intanġibbli ma tistax tiġi distinta mill-kost taż-żamma jew tat-titjib tal-avvjament tal-entità ġġenerat internament jew tat-tmexxija tal-operazzjonijiet minn jum għal jum.

Għalhekk, minbarra li tikkonforma mal-ħtiġijiet ġenerali għar-rikonoxximent u l-kejl inizjali ta' assi intanġibbli, entità tapplika l-ħtiġijiet u d-direttivi fil-paragrafi 52–67 għall-assi intanġibbli kollha ġġenerati internament.

52 Sabiex jiġi evalwat jekk assi ġġenerat internament jissodisfax il-kriterji tar-rikonoxximent, entità tikklassifika l-ħolqien tal-assi b'konformità ma' dan li ġej:

(a) fazi tar-riċerka; u

(b) fażi tal-iżvilupp.

Għalkemm it-termini 'riċerka' u 'żvilupp' huma definiti, it-termini 'fażi tar-riċerka' u 'fażi tal-iżvilupp' għandhom tifsira aktar wiesgħa għall-iskop ta' dan l-Istandard.

53 Jekk entità ma tkunx tista' tiddistingwi bejn il-fażi tar-riċerka u l-fażi tal-iżvilupp ta' proġett intern għall-ħolqien ta' assi intanġibbli, l-entità titratta l-infiq fuq dak il-proġett daqs li kieku tkun saret biss fil-fażi tar-riċerka.

Fażi tar-riċerka

54 L-ebda assi intanġibbli li joriġina mir-riċerka (jew mill-fażi tar-riċerka ta' proġett intern) m'għandu jiġi rikonoxxut. In-nefqa fuq ir-riċerka (jew fuq il-fażi tar-riċerka ta' proġett intern) għandha tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta ssir.

55 Fil-fażi tar-riċerka ta' proġett intern, entità ma tistax turi li jeżisti assi intanġibbli li ser jiġġenera l-probabbiltà ta' benefiċċji ekonomiċi futuri. Għalhekk, din in-nefqa tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta ssir.

56 Eżempji ta' attivitajiet ta' riċerka huma:

(a) attivitajiet immirati lejn il-kisba ta' għarfien ġdid;

(b) it-tiftix għal, l-evalwazzjoni u l-għażla finali ta', applikazzjoni tas-sejbiet tar-riċerka jew għarfien ieħor;

(ċ) it-tiftix għal alternattivi għal materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi; u

(d) il-formulazzjoni, id-disinn, l-evalwazzjoni u l-għażla finali ta' alternattivi posibbli għal materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi ġodda jew imtejba.

Fażi tal-iżvilupp.

57 Assi intanġibbli li jirriżulta mill-iżvilupp (jew mill-fażi tal-iżvilupp ta' proġett intern) għandu jiġi rikonoxxut jekk, u biss jekk, entità tista' turi dan kollu li ġej:

(a) il-fattibbiltà teknika tat-tlestija tal-assi intanġibbli biex ikun disponibbli għall-użu jew bejgħ.

(b) l-intenzjoni tagħha li tlesti l-assi intanġibbli u li tużah jew tbiegħu.

(ċ) il-kapaċità tagħha li tuża jew tbiegħ l-assi intanġibbli.

(d) kif l-assi intanġibbli ser joħloq il-probabbiltà ta' benefiċċji ekonomiċi futuri. Fost affarijiet oħrajn, l-entità tista' turi l-eżistenza ta' suq għall-produzzjoni tal-assi intanġibbli jew għall-assi intanġibbli nnifsu jew, jekk ikun ser jintuża internament, l-użu tal-assi intanġibbli.

(e) id-disponibbiltà ta' riżorsi tekniċi, finanzjarji u riżorsi oħrajn biex jitlesta l-iżvilupp u biex jintuża jew jinbiegħ l-assi intanġibbli.

(f) il-kapaċità tagħha li tkejjel b'mod affidabbli n-nefqa attribwibbli għall-assi intanġibbli matul l-iżvilupp tiegħu.

58 Fil-fażi tal-iżvilupp ta' proġett intern, entità tista', f'xi każijiet, tidentifika assi intanġibbli u turi li l-assi ser joħloq il-probabbiltà ta' benefiċċji ekonomiċi futuri. Dan għaliex il-fażi tal-iżvilupp ta' proġett tkun aktar avvanzata mill-fażi tar-riċerka.

59 Eżempji ta' attivitajiet ta' żvilupp huma:

(a) id-disinn, il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta' prototipi u mudelli ta' qabel il-produzzjoni jew l-użu;

(b) id-disinn ta' għodod, ġiggs, forom u żeba' li jinvolvu teknoloġija ġdida;

(ċ) id-disinn, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' impjant pilota li ma jkunx fuq skala ekonomikament vijabbli għall-produzzjoni kummerċjali; u

(d) id-disinn, il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta' alternattiva magħżula għal materjali, strumenti, prodotti, proċessi, sistemi jew servizzi ġodda jew imtejba.

60 Sabiex turi kif assi intanġibbli ser joħloq il-probabbiltà ta' benefiċċji ekonomiċi futuri, entità tevalwa l-benefiċċji ekonomiċi futuri li għandhom jittieħdu mill-assi b'konformità mal-prinċipji li jinsabu fl-IAS 36 Indeboliment ta' Assi. Jekk l-assi jkun ser joħloq benefiċċji ekonomiċi biss f'kumbinazzjoni ma' assi oħrajn, l-entità tapplika l-kunċett ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus fl-IAS 36.

61 Id-disponibbiltà ta' riżorsi biex jitlesta, jintuża u jittieħdu l-benefiċċji minn assi intanġibbli jistgħu jintwerew permezz ta' pjan ta' negozju li juri r-riżorsi tekniċi, finanzjarji u -riżorsi oħrajn meħtieġa u l-kapaċità tal-entità li tiżgura dawn ir-riżorsi. F'xi każijiet, entità turi d-disponibbiltà ta' finanzi esterni billi tikseb indikazzjoni mingħand min isellef dwar ir-rieda tiegħu li jiffinanzja l-pjan.

62 Is-sistemi tal-kost ta' entità spiss jistgħu jkejlu b'mod affidabbli l-kost tal-ħolqien interna ta' assi intanġibbli, bħas-salarju u kull nfiq oħra li ssir biex jiġu żgurati drittijiet tal-awtur jew liċenzji jew l-iżvilupp ta' software tal-kompjuter.

63 Ditti, mastheads, titli tal-pubblikazzjoni, listi ta' klijenti u entrati simili fis-sustanza li jkunu ġġenerati internament m'għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala assi intanġibbli.

64 Nefqa fuq ditti, mastheads, titli tal-pubblikazzjoni, listi ta' klijenti u entrati simili fis-sustanza li jkunu ġġenerati internament ma jistgħux jiġu distinti mill-kost tal-iżvilupp tan-negozju kollu. Għalhekk, entrati bħal dawn m'humiex rikonoxxuti bħala assi intanġibbli.

Il-kost ta' assi intanġibbli ġġenerat internament

65 Il-kost ta' assi intanġibbli ġġenerat internament għall-iskop tal-paragrafu 24 hi t-total tal-ispiża li tkun intefqet mid-data meta l-assi intanġibbli jissodisfa għall-ewwel darba l-kriterji ta' rikonoxximent fil-paragrafi 21, 22 u 57. Il-paragrafu 71 jipprojbixxi r-ristabbiliment ta' nefqa li kienet rikonoxxuta qabel bħala spiża.

66 Il-kost ta' assi intanġibbli ġġenerat internament tinkludi l-spejjeż kollha attribwibbli direttament li huma neċessarji biex jinħoloq, jiġi prodott u mħejji l-assi biex ikun jista' jitħaddem bil-mod intiż mill-maniġment. Eżempji ta' spejjeż direttament attribwibbli huma:

(a) spejjeż ta' materjali u servizzi użati jew kkunsmati fil-ħolqien tal-assi intanġibbli;

(b) il-kosti tal-benefiċċji tal-impjegati (kif definiti fl-IAS 19) li jirriżultaw mill-ħolqien tal-assi intanġibbli;

(ċ) onorarji għar-reġistrazzjoni ta' dritt legali; u

(d) l-amortizzament ta' brevetti u liċenzji li jintużaw biex jinħoloq l-assi intanġibbli.

L-IAS 23 jispeċifika kriterji għar-rikonoxximent ta' interess bħala element tal-kost ta' assi intanġibbli ġġenerat internament.

67 Dawn li ġejjin mhumiex komponenti tal-kost ta' assi intanġibbli ġġenerat internament:

(a) spejjeż ta' bejgħ, tal-amministrazzjoni u spejjeż indiretti ġenerali oħra, ħlief jekk din in-nefqa tista' tiġi attribwita direttament għat-tħejjija tal-assi għall-użu;

(b) ineffiċjenzi identifikati u telf inizjali tal-operat li jsiru qabel mal-assi jikseb il-prestazzjoni ppjanata; u

(ċ) nefqa fuq taħriġ tal-istaff biex iħaddmu l-assi.

Eżempju biex jispjega l-paragrafu 65

Entità qed tiżviluppa proċess ġdid ta' produzzjoni. Matul l-20X5, l-infiq imġarrab kien ta' CU1,000 ( 30 ), li minnu CU900 ġġarrab qabel l-1 ta' Diċembru 20X5 u CU100 ġġarrab bejn l-1 ta' Diċembru 20X5 u l-31 ta' Diċembru 20X5. L-entità hija kapaċi turi li, fl-1 ta' Diċembru 20X5, il-proċess tal-produzzjoni ssodisfa l-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli. L-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-għarfien li tinsab fil-proċess (inklużi ħruġ ta' flus fil-futur biex jintemm il-proċess qabel ma jkun disponibbli għall-użu) hu stmat li hu ta' CU500.

Fit-tmiem tal-20X5, il-proċess tal-produzzjoni jiġi rikonoxxut bħala assi intanġibbli b'kost ta' CU100 (nefqa li tkun saret mid-data meta jkunu ġew ssodisfati l-kriterji ta' rikonoxximent, i.e. l-1 ta' Diċembru 20X5). In-nefqa ta' CU900 imġarrba qabel l-1 ta' Diċembru 20X5 hija rikonoxxuta bħala spiża minħabba li l-kriterji ta' rikonoxximent ma ġewx sodisfatti sal-1 ta' Diċembru 20X5. Dan l-infiq ma jifformax parti mill-kost tal-proċess ta' produzzjoni rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

Matul l-20X6, in-nefqa li saret hi ta' CU2,000. Sat-tmiem tal-20X6, l-ammont li jista' jiġi rkuprat tal-għarfien li jinsab fil-proċess (inklużi ħruġ ta' flus fil-futur li jtemmu l-proċess qabel ma jkun disponibbli għall-użu) hu stmat li hu ta' CU1,900.

Fit-tmiem tal-20X6, l-kost tal-produzzjoni hi ta' CU2,100 (nefqa ta' CU100 rikonoxxuta fit-tmiem tal-20X5 flimkien ma' nefqa ta' CU2,000 rikonoxxuta fl-20X6). L-entità tirrikonoxxi telf ta' indeboliment ta' CU200 biex taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tal-proċess qabel it-telf tal-indeboiment (CU2,100) għall-ammont li jista' jiġi rkuprat tiegħu (CU1,900). Dan it-telf ta' indeboliment jiġi invertit f'perijodu sussegwenti jekk il-ħtiġijiet għat-treġġigħ lura ta' telf ta' indeboliment fl-IAS 36 jkunu ssodisfati.

RIKONOXXIMENT TA' SPIŻA

▼M12

68 Nefqa fuq oġġett intanġibbli għandha tiġi rikonoxxuta bħala spiża meta ssir, ħlief jekk:

(a) tifforma parti mill-kost ta’ assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent (ara l-paragrafi 18-67); jew

(b) l-oġġett jiġi akkwistat f’kombinament ta’ negozji u ma jistax jiġi rikonoxxut bħala assi intanġibbli. Jekk dan ikun il-każ, jifforma parti mill-ammont rikonoxxut bħala avvjament fid-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-IFRS 3).

69 F’xi każijiet, l-ispejjeż imħallsa biex jipprovdu benefiċċji ekonomiċi futuri lejn entità, iżda l-ebda assi intanġibbli jew assi ieħor huwa akkwistat jew maħluq li jista’ jkun rikonoxxut. Fil-każ tal-provvista ta’ oġġetti, l-entità tirrikonoxxi din in-nefqa bħala spiża meta jkollha d-dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. Fil-każ tal-provvista ta’ servizzi, l-entità tirrikonoxxi n-nefqa bħala spiża meta tirċievi s-servizzi. Per eżempju, nefqa fuq ir-riċerka hija rikonoxxuta bħala spiża meta titħallas (ara l-paragrafu 54), minbarra meta tkun akkwistata bħala parti minn kombinazzjoni tan-negozju. Eżempji oħrajn tan-nefqa li huma rikonoxxuti bħala spiża meta jitħallsu jinkludu:

(a) l-infiq fuq attivitajiet tal-bidu ta' negozju (jiġifieri spejjeż relatati mal-bidu ta' negozju), sakemm dan l-infiq ikun inkluż fil-kost ta' oġġett ta' proprjetà, impjant jew tagħmir skont l-IAS 16. L-ispejjeż tal-bidu ta' negozju jistgħu jinkludu spejjeż bħal spejjeż legali u segretarjali li jsiru biex tiġi stabbilita entità legali, infiq biex tinfetaħ faċilità jew negozju ġdid (jiġifieri spejjeż ta' qabel il-ftuħ) jew infiq biex jinbdew operazzjonijiet ġodda jew biex jiġu introdotti prodotti jew proċessi ġodda (jiġifieri kosti ta' qabel l-operat).

(b) nefqa fuq attivitajiet ta' taħriġ.

▼M8

(ċ) nefqa fuq attivitajiet tar-reklamar u promozzjonali (inklużi katalgi ta’ ordnijiet bil-posta).

▼B

(d) nefqa tar-rilokazzjoni jew ir-riorganizzazzjoni ta' entità kollha jew parti minnha.

▼M8

69A Entità għandha d-dritt li taċċessa l-oġġetti meta jsiru tagħha. L-istess, għandha dritt taċċessa l-oġġetti meta jkunu mibnijin mill-fornitur skont it-termini ta’ kuntratt tal-provvista u l-entità tista’ titlob il-kunsinna tagħhom għal pagament. Servizzi jkunu riċevuti meta jkunu eżekwiti minn fornitur skont kuntratt tal-kunsinna tagħhom lill-entità u mhux meta l-entità tużahom għall-kunsinna ta’ servizz ieħor, per eżempju, għall-kunsinna ta’ reklamar lill-klijenti.

▼M8

70 Il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi ħlasijiet bil-quddiem bħala assi meta l-ħlas tal-oġġetti jsir minn qabel l-entità tikseb d-dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. L-istess, il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi ħlasijiet bil-quddiem bħala assi meta l-ħlas għal servizzi jsir qabel l-entità tirċievi dawk is-servizzi.

▼B

Spejjeż li saru fil-passat li m'għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala assi.

71 Nefqa fuq entrata intanġibbli li kienet rikonoxxuta fil-bidu bħala nefqa m'għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala parti mill-kost ta' assi intanġibbli f'data aktar tard.

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

72 Entità għandha tagħżel jew il-mudell tal-kost fil-paragrafu 74 jew il-mudell ta' rivalutazzjoni fil-paragrafu 75 bħala l-politika tal-kontabilità tagħha. Jekk assi intanġibbli jiġi rrappurtat permezz tal-mudell ta' rivalutazzjoni, l-assi l-oħrajn kollha għandhom jiġi rrappurtati permezz tal-istess mudell, ħlief jekk ma jkun hemm l-ebda suq attiv għal dawk l-assi.

73 Klassi ta' assi intanġibbli hi grupp ta' assi ta' natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta' entità. L-entrati fi klassi ta' assi intanġibbli huma stmati mill-ġdid fl-istess ħin biex tiġi evitata rivalutazzjoni selettiva ta' assi u r-rappurtaġġ ta' ammonti fir-rapporti finanzjarji li jirrappreżentaw taħlita ta' spejjeż u valuri f'dati differenti.

Mudell tal-kost

74 Wara r-rikonoxximent inizjali, assi intanġibbli għandu jiġi rikonoxxut skont il-kost tiegħu wara li jitnaqqas kull amortizzament akkumulat u telf ta' indeboliment akkumulat.

Mudell ta' rivalutazzjoni

75 Wara rikonoxximent inizjali, assi intanġibbli jista' jiġi rikonoxxut skont ammont stmat mill-ġdid, li jkun il-valur ġust tiegħu fid-data ta' rivalutazzjoni wara li jitnaqqas kull amortizzament akkumulat u telf ta' indeboliment akkumulat. ►M33  Għall-finijiet tar-rivalwazzjonijiet taħt dan l-Istandard, il-valur ġust għandu jitkejjel b’referenza għal suq attiv.  ◄ Ir-rivalutazzjonijiet għandhom isiru b'tali regolarità li ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ma jkunx materjalment differenti mill-valur ġust tiegħu.

76 Il-mudell ta' rivalutazzjoni ma jippermettix:

(a) ir-rivalutazzjoni ta' assi intanġibbli li ma kienux ġew rikonoxxuti bħala assi qabel; jew

(b) ir-rikonoxximent inizjali ta' assi intanġibbli f'ammonti apparti mill-kost.

77 Il-mudell ta' rivalutazzjoni jkun ġie rikonoxxut fil-bidu skont il-kost. Madankollu, jekk parti biss mill-kost ta' assi intanġibbli tkun rikonoxxuta bħala assi minħabba li l-assi ma jkunx jissodisfa l-kriterji tar-rikonoxximent sakemm tkun għaddiet parti mill-proċess (ara l-paragrafu 65), il-mudell ta' rivalutazzjoni jista' jiġi applikat għal dak l-assi kollu. Ma' dan, mudell ta' rivalutazzjoni jista' jiġi applikat għal assi intanġibbli li jkun ġie riċevut permezz ta' għotja tal-gvern u rikonoxxut skont l-ammont nominali (ara l-paragrafu 44).

78 Mhuwiex komuni li jeżisti suq attiv għal assi intanġibbli, għalkemm dan jista’ jseħħ. ◄ Pereżempju, f'xi ġurisdizzjonijiet, suq attiv jista' jeżisti għal-liċenzji tat-taksi, liċenzji tas-sajd jew kwoti tal-produzzjoni li jkunu jistgħu jiġu trasferiti b'mod liberu. Madankollu, suq attiv ma jistax jeżisti għal ditti, mastheads tal-gazzetti, drittijiet ta' produzzjoni ta' mużika u films, privattivi jew marki reġistrati, minħabba li kull assi bħal dan hu uniku. Ma' dan, għalkemm assi intanġibbli huma mixtrija u mibjugħa, kuntratti huma nnegozjati bejn xerrejja u bejjiegħa individwali, u t-tranżazzjonijiet huma relattivament mhux frekwenti. Għal dawn ir-raġunijiet, il-prezz imħallas għal assi wieħed ma jistax jipprovdi evidenza suffiċjenti tal-valur ġust ta' ieħor. Ma' dan, il-prezzijiet huma spiss mhux disponibbli għall-pubbliku.

79 Il-frekwenza ta' rivalutazzjonijiet tiddependi fuq kemm ikunu volatili l-valuri ġusti tal-assi intanġibbli li jkunu qed jiġu stmati mill-ġdid. Meta l-valur ġust ta' assi stmat mill-ġdid ikun ivarja materjalment mill-ammont rikonoxxut tiegħu, tkun meħtieġa rivalutazzjoni ulterjuri. Xi assi intanġibbli jistgħu jgħaddu minn bidliet sinifikanti u volatili fil-valur ġust, u b'hekk ikunu meħtieġa rivalutazzjoni kull sena. Dawn r-rivalutazzjonijiet ta' spiss mhumiex meħtieġa għal assi intanġibbli b'bidliet insinifikanti biss fil-valur ġust.

80 Jekk assi intanġibbli jiġi stmat mill-ġdid, kull amortizzament akkumulat fid-data ta' rivalutazzjoni tkun jew:

(a) iddikjarata mill-ġdid b'mod proporzjonat mal-bidla fl-ammont gross fil-kotba biex l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi wara rivalutazzjoni jkun ugwali għall-ammont stmat mill-ġdid tiegħu; jew

(b) eliminat kontra l-ammont miżmum fil-kotba gross tal-assi u l-ammont nett iddikjarat mill-ġdid għall-ammont stmat mill-ġdid tal-assi.

81 Jekk assi intanġibbli fi klassi ta' assi intanġibbli stmati mill-ġdid ma jkunx jista' jiġi stmat mill-ġdid minħabba li ma jkun hemm l-ebda suq attiv għal dan l-assi, l-assi għandu jiġi rikonoxxut skont il-kost tiegħu wara li jitnaqqsu kull amortizzament u telf ta' indeboliment.

▼M33

82  Jekk il-valur ġust ta’ assi intanġibbli rivalwat ma jkunx jista' jitkejjel aktar b’referenza għal suq attiv, l-ammont riportat tal-assi għandu jkun l-ammont rivalwat tiegħu fid-data tal-aħħar rivalwazzjoni b’referenza għas-suq attiv mingħajr kwalunkwe amortizzament sussegwenti akkumulat u kwalunkwe telf sussegwenti minn indeboliment akkumulat.

▼B

83 Il-fatt li suq attiv ma jeżistix iżjed għal assi intanġibbli stmat mill-ġdid jista' jindika li l-assi jista' jkun indebolit u li jeħtieġ li jiġi ttestjat b'konformità mal-IAS 36.

▼M33

84 Jekk il-valur ġust tal-assi jkun jista’ jitkejjel b’referenza għal suq attiv f’data ta’ kejl sussegwenti, il-mudell ta’ rivalwazzjoni jiġi applikat minn dik id-data.

▼B

85 Jekk l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi jiżdied b'riżultat ta’ rivalutazzjoni, iż-żieda għandha tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u akkumulata fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni. Madankollu, ◄ iż-żjieda għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew f'telf sal-punt li din tagħmel inverżjoni tat-tnaqqis fir-rivalutazzjoni tal-istess assi rikonoxxut qabel fi profitt jew f'telf.

86 Jekk l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli jitnaqqas b'riżultat ta' rivalutazzjoni, it-tnaqqis għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew f'telf. ►M5  Madankollu, it-tnaqqis għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv sal-punt ta’ kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu eżistenti fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni fir-rigward ta’ dak l-assi. It-tnaqqis rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv inaqqas l-ammont akkumulat fl-ekwità taħt l-intestatura ta’ bilanċ fuq rivalutazzjoni. ◄

87 Il-bilanċ favorevoli ta' rivalutazzjoni kumulattiva inkluża f'ekwità tista' tiġi trasferita direttament għal qligħ imfaddal meta l-bilanċ favorevoli jiġi realizzat. Il-bilanċ favorevoli kollu jista' jiġi realizzat mal-irtirar jew mad-disponiment tal-assi. Madankollu, xi ftit mil-bilanċ favorevoli jista' jiġi realizzat hekk kif l-assi jintuża mill-entità; f'dan il-każ, l-ammnt tal-bilanċ favorevoli realizzat hu d-differenza bejn l-amortizzament bbażata fuq l-ammont miżmum fil-kotba stmat mill-ġdid tal-assi u l-amortizzament li kieku kienet tiġi rikonoxxuta bbażata fuq il-kost storiku tal-assi. It-trasferiment minn rivalutazzjoni tal-bilanċ favorevoli għal qligħ imfaddal ma jsirx permezz ►M5  tal-profitt jew telf ◄ .

ŻMIEN TAL-UTILITÀ

88 Entità għandha tevalwa jekk iż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli huwiex definit jew indefinit u, jekk definit, it-tul ta', jew l-għadd ta' unitajiet ta' produzzjoni jew unitajiet simili li jikkostitwixxu, dak iż-żmien tal-utilità. Assi intanġibbli għandu jitqies mill-entità li għandu żmien tal-utilità indefinit meta, fuq il-bażi ta' analiżi tal-fatturi rilevanti kollha, ma jkun hemm l-ebda limitu prevedibbli għall-perijodu li matulu l-assi hu mistenni li joħloq flussi ta' flus netti għall-entità.

89 Il-kontabilità għal assi intanġibbli hi bbażata fuq iż-żmien tal-utilità tiegħu. Assi intanġibbli bi żmien tal-utilità definit hu amortizzat (ara l-paragrafi 97–106), u assi intanġibbli bi żmien tal-utilità indefinit mhuwiex (ara l-paragrafi 107–110). L-Eżempji Illustrattivi li jakkompanjaw dan l-Istandard juru kif isir il-kalkolu taż-żmien tal-utilità għal assi intanġibbli differenti, u l-kontabilità sussegwenti għal dawk l-assi bbażata fuq il-determinazzjoniet taż-żmien tal-utilità.

90 Jiġu kkunsidrati bosta fatturi biex jiġi stabbilit iż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli, inklużi:

(a) l-użu mistenni tal-assi mill-entità u jekk l-assi jistax jiġi mmaniġġjat b'mod effiċjenti minn tim ta' maniġment ieħor;

(b) iċ-ċikli tipiċi tal-ħajja tal-prodott għall-assi u informazzjoni pubblika dwar stimi ta' żminijiet ta' utilità li jintużaw b'mod simili;

(ċ) meta jeqdiem għal raġunijiet tekniċi, teknoloġiċi, kummerċjali jew tipi oħra ta' ħruġ mill-użu;

(d) l-istabbiltà tal-industrija li fiha jopera l-assi u bidliet fid-domanda tas-suq għall-prodotti jew servizzi mogħtija mill-assi;

(e) azzjonijiet mistennija minn kompetituri jew kompetituri potenzjali;

(f) il-livell ta' nfiq ta' manutenzjoni meħtieġa biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija mill-assi u l-kapaċità u l-intenzjoni tal-entità biex jintlaħaq livell bħal dan;

(g) il-perijodu ta' kontroll fuq l-assi u limiti legali jew limiti simili fuq l-użu tal-assi, bħad-dati ta' skadenza ta' kirjiet relatati; u

(h) jekk iż-żmien tal-utilità tal-assi jkunx dipendenti fuq iż-żmien tal-utilità ta' assi oħrajn tal-entità.

91 It-terminu “indefinit” ma jfissirx “infinit”. Iż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli jirrifletti biss dak il-livell ta' nefqa futura fuq manutenzjoni meħtieġa biex l-assi jinżamm bl-istandard ta' prestazzjoni tiegħu evalwat fil-ħin tal-istima taż-żmien tal-utilità tal-assi, u l-kapaċità u l-intenzjoni tal-entità li tilħaq livell bħal dan. Konklużjoni li ż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli hu indefinit m'għandhiex tiddependi fuq nefqa futura ppjanata li taqbeż dak li hu meħtieġ biex l-assi jinżamm f'dak l-istandard ta' prestazzjoni.

92 Minħabba l-istorja ta' bidliet ta' malajr fit-teknoloġija, software tal-kompjuter u bosta oħrajn, assi intanġibbli huma suxxettibbli li joħorġu mill-użu mil-lat teknoloġiku. Għalhekk, aktarx li ż-żmien tal-utilità tagħhom ikun qasir.

93 Iż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli jista' jkun twil ħafna jew saħansitra indefinit. L-inċertezza tiġġustifika li ż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli jiġi stmat fuq bażi ta' prudenza, iżda ma tiġġustifikax li jintgħażel żmien li jkun tant qasir li ma jkunx realistiku.

▼M12

94 Iż-żmien tal-utilità ta’ assi intanġibbli li jirriżulta minn drittijiet kuntrattwali jew minn drittijiet legali oħrajn ma jistax jaqbeż il-perijodu tad-drittijiet kuntrattwali jew tad-drittijiet legali oħrajn, iżda jista’ jkun iqsar skont il-perijodu li matulu l-entità tkun qed tistenna li tuża l-assi. Jekk id-drittijiet kuntrattwali jew id-drittijiet legali oħrajn jingħataw għal terminu limitat li jista’ jiġi mġedded, iż-żmien tal-utilità tal-assi intanġibbli għandu jinkludi l-perijodu(i) ta’ tiġdid biss jekk ikun hemm evidenza li turi li t-tiġdid mill-entità sar mingħajr kost sinifikanti. Iż-żmien tal-utilità ta’ dritt akkwistat mill-ġdid rikonoxxut bħala assi intanġibbli f’kombinament ta’ negozji huwa l-bqija tal-perijodu kuntrattwali tal-kuntratt li fih ingħata d-dritt u ma għandux jinkludi perijodi ta’ tiġdid.

▼B

95 Jista' jkun hemm kemm fatturi ekonomiċi kif ukoll legali li jinfluwenzaw iż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli. Il-fatturi ekonomiċi jistabbilixxu l-perijodu li matulu l-benefiċċji ekonomiċi futuri jkunu ser jiġu riċevuti mill-entità. Fatturi legali jistgħu jirrestrinġu l-perijodu li matulu l-entità tikkontrolla l-aċċess għal dawn il-benefiċċji. Iż-żmien tal-utilità hu l-iqsar mill-perijodi ddeterminati permezz ta' dawn il-fatturi.

96 L-eżistenza tal-fatturi li ġejjin, fost oħrajn, tindika li entità tkun kapaċi ġġedded id-drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn mingħajr kost sinifikanti.

(a) ikun hemm evidenza, possibbilment ibbażata fuq l-esperjenza, li d-drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn ikunu ser jiġġeddu. Jekk it-tiġdid ikun jiddependi fuq il-kunsens ta' parti terza, dan jinkludi evidenza li l-parti terza ser tagħti l-kunsens tagħha;

(b) ikun hemm evidenza li kwalunkwe kondizzjoniiet meħtieġa biex jinkiseb il-kunsens ser ikunu ssodisfati; u

(ċ) il-kost tat-“tiġdid” għall-entità ma tkunx sinifikanti meta mqabbla mal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija li jmorru għal għand l-entità permezz tat-tiġdid.

Jekk il-kost tat-tiġdid ikun sinifikanti meta mqabbel mal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu mistennija li jmorru għand l-entità permezz tat-tiġdid, il-kost tat-'tiġdid', fis-sustanza, jirrappreżenta l-kost biex jiġi akkwistat assi intanġibbli ġdid fid-data tat-tiġdid.

ASSI INTANĠIBBLI BI ŻMIEN TA' UTILITÀ DEFINIT

Perijodu tal-amortizzament u metodu ta' amortizzament

97 L-ammont li jiġi ddeprezzat ta' assi intanġibbli bi żmien tal-utilità definit għandu jiġi allokat fuq bażi sistematika matul iż-żmien tal-utilità. L-amortizzament tibda meta assi jkun disponibbli għall-użu, i.e. meta jkun fil-lok u fil-kondizzjoni meħtieġa biex ikun jista' jitħaddem bil-mod intiż mill-maniġment. L-amortizzament għandu jieqaf fid-data meta l-assi jiġi kklassifikat bħala li hu miżmum għall-bejgħ ((jew inkluż fi grupp tad-disponiment li hu kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5, jew id-data meta l-assi jiġi derikonoxxut, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. Il-metodu ta' amortizzament użat għandu jirrefletti l-format ta' kif il-benefiċċji ekonomiċi futuri tal-assi huma mistennija li jiġu kkunsmati mill-entità. Jekk dak il-format ma jkunx jista' jiġi stabbilit b'mod affidabbli, għandu jintuża l-metodu tal-linja dritta. L-ammont ta' amortizzament għal kull perijodu għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew f'telf ħlief jekk xi Standard ieħor ikun jippermetti jew jeħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi ieħor.

▼M8

98 Varjetà ta’ metodi tal-amortizzament tista’ tintuża biex talloka l-ammont li jiġi ddeprezzat ta’ assi fuq bażi sistematika fuq iż-żmien tal-utilità tiegħu. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu tal-linja dritta, il-metodu tal-bilanċ ridott u l-metodu tal-unità tal-produzzjoni. Il-metodu użat jintgħażel fuq il-bażi tad-disinn mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inklużi fl-assi u huwa applikat b’mod konsistenti minn perjodu għal perjodu, sakemm ikun hemm bidla fid-disinn mistenni tal-konsum ta’ dawk il-benefiċċji ekonomiċi futuri.

▼B

99 L-amortizazzament hu normalment rikonoxxuta fi profitt jew f'telf. Madankollu, xi kultant, il-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu f'assi jiġu assorbiti fil-produzzjoni ta' assi oħrajn. F'dan il-każ, id-debitu tal-amortizzament jikkostitwixxi parti tal-ispiża tal-assi l-ieħor u jiġi inkluż fl-ammont rikonoxxut tiegħu. Pereżempju, l-amortizzament ta' assi intanġibbli użati fi proċess ta' produzzjoni hu inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba ta' inventarji (ara l-IAS 2 Inventarji).

Valur residwu

100  Il-valur residwu ta’ assi intanġibbli b'ħajja ta’ utilità definitagħandu jitqies li jkun zero ħlief jekk:

(a) ikun hemm impenn minn parti terza li tixtri l-assi fit-tmiem taż-żmien tal-utilità tiegħu; jew

▼M33

(b)  ikun hemm suq attiv (kif iddefinit fl-IFRS 13) għall-assi u:

(i) il-valur residwu jista' jiġi ddeterminat b'referenza għal dak is-suq; u

(ii) hu probabbli li dan is-suq ser ikun jeżisti fit-tmiem taż-żmien tal-utilità tal-assi.

101 L-ammont li jiġi ddeprezzat ta' assi bi żmien tal-utilità definit jiġi ddeterminat wara li jitnaqqas il-valur residwu tiegħu. Valur residwu li mhux żero jimplika li entità tkun qed tistenna li tiddisponi mill-assi intanġibbli qabel it-tmiem tal-ħajja ekonomika tiegħu.

102 Stima tal-valur residwu ta' assi hi bbażata fuq l-ammont li jista' jiġi rkuprat mid-disponiment bl-użu tal-prezzijiet l-iktar komuni li jkun hemm fid-data tal-istima għall-bejgħ ta' assi simili li jkun laħaq it-tmiem taż-żmien tal-utilità tiegħu u li jkun tħaddem taħt kondizzjonijiet simili għal dawk li fihom ikun ser jintuża l-assi. Il-valur residwu jiġi rivedut ta' mill-inqas fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja. Bidla fil-valur residwu ta' assi tkun irrappurtata bħala bidla fi stima tal-kontabilità b'konformità mal-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

103 Il-valur residwu ta' assi intanġibbli jista' jiżdied għal ammont ugwali jew akbar mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi. Jekk jagħmel hekk, l-ammont ta' amortizzament ikun żero ħlief jekk u sakemm il-valur residwu tiegħu sussegwentement jonqos għal ammont taħt l-ammont rikonoxxut tal-assi.

Reviżjoni tal-perijodu tal-amortizzament u metodu ta' amortizzament

104 Il-perijodu tal-amortizzament u l-metodu ta' amortizzament għal assi intanġibbli bi żmien tal-utilità definit għandhom jiġu riveduti ta' mill-inqas fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja. Jekk iż-żmien tal-utilità mistenni tal-assi jkun differenti mill-istimi preċedenti, il-perijodu tal-amortizzament għandu jinbidel kif suppost. Jekk ikun hemm bidla fil-format mistenni ta' konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu fl-assi, il-metodu ta' amortizzament għandu jinbidel biex jirrifletti l-format mibdul. Dawn il-bidliet għandhom jiġu rrappurtati bħala bidliet fl-istimi tal-kontabilità b'konformità mal-IAS 8.

105 Matul il-ħajja ta' assi intanġibbli, jista' jibda jidher b'mod ċar li l-istimi taż-żmien ta' utilità tiegħu ma jkunux adattati. Pereżempju, ir-rikonoxximent ta' telf ta' indeboliment jista' jindika li l-perijodu tal-amortizzament għandu bżonn jinbidel.

106 Matul iż-żmien, il-format ta' benefiċċji ekonomiċi futuri li jkunu mistennija li jmorru għal għand l-entità minn assi intanġibbli jista' jinbidel. Pereżempju, jista' jibda jidher b'mod ċar li metodu ta' bilanċ ridott ta' amortizzament hu aktar adattat minn metodu tal-linja dritta. Eżempju ieħor hu jekk l-użu tad-drittijiet irrappreżentati minn liċenzja jiġi differit waqt li tkun pendenti azzjoni fuq komponenti oħrajn tal-pjan tan-negozju. F'dan il-każ, il-benefiċċji ekonomiċi li jirrizultaw mill-assi ma jistgħux jiġu riċevuti qabel perijodi li jiġu aktar tard.

ASSI INTANĠIBBLI BI ŻMIEN TAL-UTILITÀ INDEFINIT

107 Assi intanġibbli bi żmien tal-utilità indefinit m'għandux jiġi amortizzat.

108 B'konformità mal-IAS 36, entità hija meħtieġa li tittestja assi intanġibbli bi żmien tal-utilità indefinit għall-indeboliment billi tqabbel l-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat mal-ammont rikonoxxut tiegħu.

(a) darba fis-sena, u

(b) kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-assi intanġibbli jista' jiġi indebolit.

Reviżjoni tal-istima taż-żmien tal-utilità

109 Iż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli li ma jkunx qed jiġi amortizzat għandu jiġi rivedut f'kull perijodu biex jiġi ddeterminat jekk l-avvenimenti u ċ-ċirkustanzi jkomplux jappoġġaw stima ta' żmien tal-utilità indefinit għal dak l-assi. Jekk le, il-bidla fl-istima taż-żmien tal-utilità minn indefinit għal definit għandha tkun irrappurtata bħala bidla fi stima tal-kontabilità b'konformità mal-IAS 8.

110 B'konformità mal-IAS 36, rivalutazzjoni taż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli bħala definit minflok indefinit hi indikatur li l-assi jista' jkun indebolit. Minħabba f'hekk, l-entità tittestja l-assi għall-indeboliment billi tqabbel l-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat, iddeterminat b'konformità mal-IAS 36, mal-ammont rikonoxxut tiegħu, u tirrikonoxxi kull eċċess tal-ammont miżmum fil-kotba fuq l-ammont li jista' jiġi rkuprat bħala telf ta' indeboliment.

POTENZJAL TA' RKUPRU TAL-AMMONT MIŻMUM FIL-KOTBA – TELF TA' INDEBOLIMENT

111 Biex tistabbilixxi jekk assi intanġibbli huwiex indebolit, entità tapplika l-IAS 36. Dak l-Istandard jispjega meta u kif entità tirrevedi l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi tagħha, kif hi tistabbilixxi l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' assi, u meta hi tirrikonoxxi jew tagħmel inverżjoni ta' telf ta' indeboliment.

IRTIRAR U DISPONIMENTI

112 Assi intanġibbli m'għandux jibqa' jiġi rikonoxxut:

(a) mad-disponiment; jew

(b) meta l-ebda benefiċċji ekonomiċi futuri ma jkunu mistennija mill-użu jew mid-disponiment tiegħu.

113 Il-qligħ jew telf li jirriżulta mill-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi intanġibbli għandu jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn il-qligħ disponibbli nett, jekk ikun hemm, u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi. Dan għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf meta l-assi ma jibqax rikonoxxut (ħlief jekk l-IAS 17 ikun jeħtieġ mod ieħor fuq tranżazzjoni ta' bejgħ u kiri lura). Il-qligħ m'għandux jiġi kklassifikat bħala dħul.

114 Id-disponiment ta' assi intanġibbli jista' jseħħ f'varjetà ta' modi (eż. b'bejgħ, billi tidħol għal kiri finanzjarju jew b'donazzjoni). Sabiex tiġi ddeterminata d-data tad-disponiment ta' assi bħal dan, entità għandha tapplika l-kriterji fl-IAS 18 Dħul għar-rikonoxximent ta' dħul mill-bejgħ ta' prodotti. l-IAS 17 japplika għad-disponiment b'bejgħ u kiri lura.

115 Jekk, b'konformità mal-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 21, entità tirrikonoxxi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi l-kost tas-sostituzzjoni ta' parti ta' assi intanġibbli, hi għandha tagħmel derikonoxximent tal-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita. Jekk ma jkunx prattikabbli għal entità li tiddetermina l-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita, hija tista' tuża l-kost tas-sostituzzjoni bħala indikazzjoni ta' x'kien il-kost tal-parti sostitwita fil-ħin meta ġiet akkwistata jew iġġenerata internament.

▼M12

115A Fil-każ ta’ dritt akkwistat mill-ġdid f’kombinament ta’ negozji, jekk sussegwentament id-dritt jinħareġ mill-ġdid (jinbigħ) lil terzi, l-ammont relatat miżmum fil-kotba, jekk ikun hemm, għandu jintuża sabiex jiġi ddeterminat il-qligħ jew telf mal-ħruġ mill-ġdid.

▼B

116 Il-korrispettiv riċevibbli mad-disponiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir hu rikonoxxut inizjalment skont il-valur ġust tiegħu. Jekk il-ħlas għall-assi intanġibbli jiġi differit, il-korrispettiv riċevut jiġi rikonoxxut fil-bidu bl-ekwivalenti tal-prezz fi flus. Id-differenza bejn l-ammont nominali tal-korrispettiv u l-prezz fi flus ekwivalenti hi rikonoxxuta bħala dħul ta' interessi skont l-IAS 18 li jirrifletti r-rendita effettiva fuq l-ammont riċevibbli.

117 L-amortizzament ta' assi intanġibbli bi żmien tal-utilità definit ma jieqafx meta l-assi intanġibbli ma jkunx għadu jintuża, ħlief jekk l-assi jkun ġie deprezzat għal kollox jew jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew inkluż fi grupp ta' disponiment li hu kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5.

ŻVELAR

Ġenerali

118 Entità għandha tiżvela dan li ġej għal kull klassi ta' assi intanġibbli, b'tali mod li tiddistingwi bejn assi intanġibbli ġġenerati internament u assi intanġibbli oħrajn:

(a) jekk iż-żmien tal-utilità tagħhom ikunx indefinit jew definit u, jekk definit, iż-żmien tal-utilità jew ir-rati ta' amortizzament użati;

(b) il-metodi ta' amortizzament użati għal assi intanġibbli bi żmien tal-utilità definit;

(ċ) l-ammont gross miżmum fil-kotba u kull amortizzament totali (miżjuda bit-telf ta' indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu;

(d) entrata(i) f'linja tar-rapport tal-introjtu li fiha jkun inkluż kull amortizzament ta' assi intanġibbli;

(e) tqabbil tal-ammont miżmum fil-kotba fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu li juri:

(i) żjidiet, li jindikaw separatament dawk mill-iżvilupp intern, dawk akkwistati separatament, u dawk akkwistati permezz ta' kombinamenti ta' negozji;

(ii) assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 u disponimenti oħrajn;

(iii) żjidiet jew tnaqqis matul il-perijodu li jirriżultaw minn rivalutazzjonijiet taħt il-paragrafi 75, 85 u 86 u minn telf ta' indeboliment rikonoxxuti jew imreġġa' lura ►M5  fi dħul ieħor komplessiv ◄ b'konformità mal-IAS 36 (jekk ikun hemm);

(iv) telf ta' indeboliment rikonoxxut fi profitt jew f'telf matul il-perijodu b'konformità mal-IAS 36 (jekk ikun hemm);

(v) telf ta' indeboliment rikonoxxut fi profitt jew f'telf matul il-perijodu b'konformità mal-IAS 36 (jekk ikun hemm);

(vi) kull amortizzament rikonoxxut matul il-perijodu;

(vii) id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji fil-munita tal-preżentazzjoni, u mill-qlib ta' operazzjoni barranija fil-munita tal-preżentazzjoni tal-entità; u

(viii) bidliet oħrajn fl-ammont miżmum fil-kotba matul il-perijodu.

119 Klassi ta' assi intanġibbli hi grupp ta' assi ta' natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta' entità. Eżempji ta' klassijiet separati jistgħu jinkludu:

(a) ismijiet ta' ditti;

(b)  mastheads u titli tal-pubblikazzjoni;

(ċ)  software tal-kompjuter;

(d) liċenzji u franchises;

(e) Drittijiet tal-awtur, privattivi u drittijiet ta' proprjetà industrijali oħrajn, drittijiet ta' servizz u ta' operazzjoni;

(f) riċetti, formoli, mudelli, disinni u prototipi; u

(g) assi intanġibbli li qed jiġu żviluppati.

Il-klassijiet imsemmija hawn fuq jiġu diżaggregati (aggregati) fi klassijiet iżgħar (ikbar) jekk dan jirriżulta f'informazzjoni aktar rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji.

120 Entità tiżvela informazzjoni dwar assi intanġibbli indeboliti b'konformità mal-IAS 36 flimkien mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 118(e)(iv)-(v).

121 IAS 8 jeħtieġ li entità tiżvela n-natura u l-ammont ta' bidla fl-istima tal-kontabilità li jkollha effett materjali fil-perijodu kurrenti jew li hi mistennija li jkollha effett materjali f'perijodi sussegwenti. Żvelar bħal dan jista' jirriżulta minn bidliet:

(a) fl-istima taż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli;

(b) fil-metodu ta' amortizzament; jew

(ċ) fil-valuri residwi.

122 Entità għandha tiżvela wkoll:

(a) għal assi intanġibbli stmat bħala li għandu żmien tal-utilità, l-ammont miżmum fil-kotba ta' dak l-assi u r-raġunijiet li jappoġġjaw l-istima ta' żmien tal-utilità indefinit. Meta tagħti dawn ir-raġunijiet, l-entità għandha tiddeskrivi l-fattur(i) li jkollhom sehem sinifikanti fil-kalkolu tal-assi bħala li għandu żmien tal-utilità indefinit.

(b) deskrizzjoni, l-ammont miżmum fil-kotba u l-perijodu li jkun baqa' tal-amortizzament ta' kull assi individwali intanġibbli li jkun materjali għar-rapporti finanzjarji tal-entità.

(ċ) għal assi intanġibbli akkwistati permezz ta' għotja tal-gvern u fil-bidu rikonoxxuti skont il-valur ġust (ara l-paragrafu 44):

(i) il-valur ġust rikonoxxut fil-bidu għal dawn l-assi;

(ii) l-ammont rikonoxxut tagħhom; u

(iii) jekk ikunux imkejla wara r-rikonoxximent taħt il-mudell tal-kost jew il-mudell ta' rivalutazzjoni mill-ġdid.

(d) l-eżistenza u l-ammonti rikonoxxuti ta' assi intanġibbli li t-titlu tagħhom ikun ristrett u l-ammonti rikonoxxuti ta' assi intanġibbli mirhun bħala garanzija għall-obbligazzjonijiet.

(e) l-ammont ta' impenji kuntrattwali għall-akkwiżizzjoni ta' assi intanġibbli.

123 Meta entità tiddeskrivi l-fattur(i) li kellhom sehem importanti biex jiġi ddeterminat li ż-żmien tal-utilità ta' assi intanġibbli hu wieħed indefinit, l-entità tikkunsidra l-lista ta' fatturi fil-paragrafu 90.

Assi intanġibbli mkejla wara r-rikonoxximent bl-użu tal-mudell ta' rivalutazzjoni

124  Jekk assi intanġibbli jkun rrapportati f’ammonti rivalwati, entità għandha tiddivulga dan li ġej:

(a)  skont il-klassi ta’ assi intanġibbli:

(i) id-data effettiva tar-rivalutazzjoni;

(ii) l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli stmat mill-ġdid; u

▼M33

(iii) l-ammont riportat fil-kotba li kien ikun rikonoxxut li kieku l-klassi stmata mill-ġdid ta' assi intanġibbli kellha titkejjel wara r-rikonoxximent permezz tal-mudell tal-kost il-paragrafu 74; u

(b) l-ammont ta’ bilanċ favorevoli tar-rivalutazzjoni li jkun relatat ma' assi intanġibbli fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu, li jindika l-bidliet matul il-perijodu u kull restrizzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-bilanċ lill-azzjonisti.

(ċ)  [imħassar]

▼B

125 Jista' jkun neċessarju li jiġu magħquda l-klassijiet ta' assi stmati mill-ġdid fi klassijiet akbar għal skopijiet ta' żvelar. Madankollu, il-klassijiet ma jiġux magħquda jekk dan jirriżulta fi klassi ta' assi intanġibbli li tinkludi ammonti mkejla kemm taħt il-mudell tal-kost kif ukoll dak ta' rivalutazzjoni.

Spiża fuq riċerka u żvilupp

126 Entità għandha tiżvela l-ammont totali ta' nefqa fuq riċerka u żvilupp rikonoxxut bħala nefqa matul il-perijodu.

127 In-nefqa fuq riċerka u żvilupp tinkludi kull nefqa li tkun direttament attribwibbli għal attivitajiet ta' riċerka jew ta' żvilupp (ara l-paragrafi 66 u 67 għal gwida dwar it-tip ta' nefqa li għandha tiġi inkluża għall-iskop tal-ħtieġa ta' żvelar fil-paragrafu 126).

Informazzjoni oħra

128 Entità hi mħeġġa, iżda mhix meħtieġa, li tiżvela l-informazzjoni li ġejja:

(a) deskrizzjoni ta' kull assi intanġibbli li jkun totalment amortizzat li jkun għadu jintuża; u

(b) deskrizzjoni fil-qosor ta' assi intanġibbli sinifikanti kkontrollati mill-entità iżda mhux rikonoxxuti bħala assi minħabba li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji ta' rikonoxximent f'dan l-Istandard jew minħabba li kienu ġew akkwistati jew ġġenerati qabel ma daħal fis-seħħ l-IAS 38 Assi Intanġibbli li nħareġ fl-1998.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DATA EFFETTIVA

130 Entità għandha tapplika dan l-Istandard:

(a) għall-kontabilità ta' assi intanġibbli akkwistati f'kombinamenti ta' negozji li d-Data tal-ftehim tagħhom tkun il-31 ta' Marzu 2004, jew aktar tard; u

(b) għall-kontabilità ta' kull assi intanġibbli ieħor b'mod prospettiv mill-bidu tal-ewwel perijodu annwali li jibda fil-31 ta' Marzu 2004, jew aktar tard. Għalhekk, l-entità m'għandhiex taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi intanġibbli rikonoxxuti f'dik id-data. Madankollu, l-entità għandha, f'dik id-data, tapplika dan l-Istandard biex tagħmel rivalutazzjoni taż-żmien tal-utilità ta' dawn l-assi intanġibbli. Jekk, minħabba dik ir-rivalutazzjoni, l-entità tibdel l-istima tagħha taż-żmien tal-utilità ta' assi, dik il-bidla għandha tkun irrappurtata bħala bidla fi stima tal-kontabilità b'konformità mal-IAS 8.

130A Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafu 2 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 6 għal perijodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri.

▼M5

130B L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 85, 86 u 118(e)(iii). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M22

130C L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 12, 33–35, 68, 69, 94 u 130, ħassar il-paragrafi 38 u 129 u żied il-paragrafu 115A. It-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009 emenda l-paragrafi 36 u 37. Entità għandha tapplika dawk l-emendi prospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2009 jew wara. Għalhekk, ammonti rikonoxxuti għal assi intanġibbli u avvjament f’kombinamenti ta’ negozji preċedenti m’għandhomx jiġu aġġustati. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, hija għandha tapplika l-emendi għal dak il-perijodu aktar bikri u tiżvela dak il-fatt.

▼M8

130D Il-paragrafi 69, 70 u 98 kienu emendati u l-paragrafu 69A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M33 —————

▼M32

130F L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 3(e). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

130G L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 33, 47, 50, 75, 78, 82, 84, 100 u 124 u ħassar il-paragrafi 39–41 u 130E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼B

Skambji ta' assi simili

131 Ir-rekwiżit fil-paragrafi 129 u 130(b) biex jiġi applikat dan l-Istandard b'mod prospettiv ifisser li jekk skambju ta' assi kien imkejjel qabel id-data effettiva ta' dan l-Istandard fuq il-bażi tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ċedut, l-entità ma terġax tiddikjara l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi akkwistat biex tirrifletti l-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Applikazzjoni bikrija

132 Entitajiet li għalihom japplika l-paragrafu 130 huma mħeġġa li japplikaw ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard qabel id-dati effettivi speċifikati fil-paragrafu 130. Madankollu, jekk entità tapplika dan l-Istandard qabel dawk id-dati effettivi, għandha tapplika wkoll l-IFRS 3 u l-IAS 36 (kif riveduti fl-2004) fl-istess ħin.

IRTIRAR TAL-IAS 38 (MAĦRUĠ FL-1998)

133 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 38 Assi Intanġibbli (maħruġ fl-1998).




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard hu li jistabbilixxi prinċipji għar-rikonoxximent u l-kejl ta' assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji u xi kuntratti ta' bejgħ jew xiri ta' oġġetti mhux finanzjarji. Rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni dwar strumenti finanzjarji jinsabu fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni Rekwiżiti għal żvelar ta' informazzjoni dwar strumenti finanzjarji jinsabu fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar

AMBITU

▼M38

2 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju minbarra:

(a) dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jeħtieġu jew jippermettu lil entità tikkontabbilizza interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta skont uħud mir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard jew skonthom kollha. L-entitajiet għandhom japplikaw dan l-Istandard ukoll għal derivattivi fuq interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta sakemm id-derivattiv ma jissodisfax id-definizzjoni ta' strument tal-ekwità tal-entità fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji. Preżentazzjoni.

▼B

(b) drittijiet u obbligi taħt kuntratti ta' kera li ghalihom japplika l-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri. Madankollu:

(i) debituri minn kuntratti ta' kiri rikonoxxuti mis-sid huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tar-rikonoxximent u indeboliment ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 15–37, 58, 59, 63–65 u Appendiċi A l-paragrafi AG36–AG52 u AG84–AG93);

(ii) kredituri ta' kuntratti ta' kera finanzjarja rikonoxxuti minn kerrej huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-irtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 39–42 u Appendiċi A l-paragrafi AG57–AG63); u

(iii) derivati mdeffsa f'kuntratti ta' kiri huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar derivati mdeffsa ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 10–13 u Appendici A l-paragrafi AG27–AG33).

(c) drittijiet u obbligi ta' min iħaddem taħt pjani ta' benefiċċju tal-impjegati, li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

▼M6

(d) strumenti finanzjarji maħruġa mill-entità li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ strument azzjonarju f’IAS 32 (inklużi opzjonijiet u ċertifikati) jew li jkollhom bżonn ikunu kklassifikati bħala strument azzjonarju skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. Madankollu, detentur ta’ dawn l-istrumenti azzjonarji għandu japplika dan l-Istandard għal dawk l-istrumenti, sakemm ma jaqgħux taħt l-eċċezzjoni f’(a) ta’ hawn fuq.

▼B

(e) drittijiet u obbligi li jirriżultaw skont (i) kuntratt tal-assigurazzjoni kif imfisser fl-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, għajr id-drittijiet tal-emittent u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratt tal-assigurazzjoni li jissodisfa d-definizzjoni ta' kuntratt ta' garanzija finanzjarja fil-paragrafu 9, jew (ii) kuntratt li jaqa' fl-ambitu tal-IFRS 4 minħabba li fih aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal derivat li hu mdeffes f'kuntratt li jaqa' fl-ambitu tal-IFRS 4 jekk id-derivat mhux hu nnifsu kuntratt li jaqa' fl-ambitu tal-IFRS 4 (ara l-paragrafi 10-13 u Appendici A l-paragrafi AG23–AG33). Barra minn hekk, jekk emittent ta' kuntratti ta' garanzija finanzjarja jkun asserixxa b'mod espliċitu preċedentament li huwa jqis tali kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u jkun uża l-kontabilità applikabbli għal kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista' jagħżel li japplika jew dan l-Istandard jew l-IFRS 4 għal tali kuntratti ta' garanzija finanzjarja (ara l-paragrafi AG4 u AG4A). L-emittent jista' jagħmel dak il-kuntratt ta' għażla b'kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli.

▼M12 —————

▼M38

(g) kwalunkwe kuntratt forward bejn akkwirent u azzjonist bejjiegħ għax-xiri jew il-bejgħ ta' akkwiżit li jirriżulta f’kombinament ta’ negozju fl-ambitu tal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji f’data ta’ akkwiżizzjoni futura. It-terminu tal-kuntratt forward ma għandux jaqbeż perjodu raġonevoli li normalment huwa neċessarju sabiex tinkiseb kwalukwe approvazzjoni meħtieġa u titlesta t-tranżazzjoni.

▼B

(h) impenni ta' self għajr dawk l-impenni ta' self deskritti fil-paragrafu 4. Emittent ta' impenni ta' self għandu japplika l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontingenti u Assi Kontingenti għal impennji ta' self li ma jaqgħux fl-ambitu ta' dan l-Istandard. Madankollu, l-impenji ta' self kollha huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' rtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 15-42 u Appendiċi A l-paragrafi AG36-AG63).

(i) strumenti finanzjarji, kuntratti u obbligi taħt tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, ħlief għal kuntratti fl-ambitu tal-paragrafi 5-7 ta' dan l-Istandard, li għalihom japplika dan l-Istandard.

(j) drittijiet għal ħlasijiet biex l-entità tiġi rrimborżata għall-infiq li hi jeħtieġilha tagħmel biex tħallas obbligazzjoni li tirrikonoxxi bħala provvediment b'konformità mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligi Kontinġenti u Assi Kontinġenti, jew, li għalihom, f'perijodu iktar bikri, tkun irrikonoxxiet bħala provvediment b'konformità mal-IAS 37.

3 [Imħassra]

4 L-impenni ta' self li ġejjin jaqgħu fl-ambitu ta' dan l-Istandard:

(a) impenni ta' self li l-entità tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjari indikati f'valur xieraq permezz ta' profitt jew telf: Entità li għandha prattika passata ta' bejgħ ta' assi li jirriżultaw mill-impenji tas-self tagħha ftit wara li jkunu bdew għandha tapplika dan l-Istandard fuq l-impenji ta' ammonti mislufa kollha f'din l-istess kategorija.

(b) impenni ta' self li ma jistgħux jissaldu netti fi flus jew b'għoti jew ħruġ ta' strument finanzjarju ieħor. Dawn l-impenni ta' self huma derivati. Impenn ta' self mhux ikkunsidrat saldat nett minħabba li s-self ikun qed jitħallas bin-nifs (pereżempju, ammonti mislufa fuq ipoteka tal-bini li hu mħallas bin-nifs skont il-progress tal-bini).

(c) impenni li jkun provdut self b'rata ta' mgħax taħt dik tas-suq. il-paragrafu 47(d) jispeċifika l-kejl sussegwenti ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn dawn l-impenni ta' self.

5 Dan l-Istandard ser jiġi applikat għal dawk il-kuntratti li jixtru jew ibiegħu oġġett mhux finanzjarju li jista' jissalda nett bi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, bħallikieku l-kuntratti kienu strumenti finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta' kuntratti li kienu saru u li għadhom qed jinżammu għall-iskop tal-wasla jew tal-kunsinna ta' effett mhux finanzjarju, b'konformità mal-ħtiġijiet tax-xiri mistenni, bejgħ jew użu mill-entità.

6 Hemm diversi modi kif kuntratt biex jinxtara jew jinbiegħ effett mhux finanzjarju jista' jissalda nett fi flus jew bi strument finanzjarju jew bi skambju ta' strumenti finanzjarji. Dawn jinkludu:

(a) meta t-termini tal-kuntratt jippermettu lil kwalunkwe parti li ssaldah b'mod nett fi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor, jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji;

(b) meta l-kapaċità li jsir ħlas permezz ta' flus jew strument ieħor, jew bi skambju ta' strumenti finanzjarji, mhix iddikjarata b'mod espliċitu fit-termini tal-kuntratt, izda l-entità għandha l-prattika li tħallas kuntratti simili bi flus jew strument finanzjarju ieħor jew bi skambju ta' strumenti finanzjarji (kemm jekk mal-kontroparti, bi dħul f'kuntratti ta' tpaċija jew bil-bejgħ ta' kuntratt qabel ma jiġi eżerċitat jew jiskadi);

(c) meta, għal kuntratti simili, l-entità għandha l-prattika li tieħu l-konsenja ta' dan u tbiegħu fi żmien qasir wara l-konsenja bl-iskop li tiġġenera profitt minn varjazzjonijiet fil-prezz fi żmien qasir jew fil-marġni tan-negozjant; u

(d) meta l-effett mhux finanzjarju li hu s-suġġett tal-kuntratt jista' jiġi kkonvertit malajr fi flus.

Wieħed m'għandux jidħol għal kuntratt li għalih (b) jew (c) japplikaw għall-iskop biex jirċievi jew biex jiġi kkunsinnat lilu l-effett mhux finanzjarju b'konformità mal-ħtiġijiet ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità, u b'hekk, il-kuntratt ikun fl-ambitu ta' dan l-Istandard. Kuntratti oħrajn li għalihom japplika l-paragrafu 5 huma stmati sabiex jiġi stabbilit jekk sarux u baqgħux jinżammu għall-iskop tal-wasla jew kunsinna tal-effett mhux finanzjarju b'konformità max-xiri, bejgħ jew użu meħtieġ mistenni mill-entità u, għaldaqstant, jekk jaqgħux fl-ambitu ta' dan l-Istandard.

7 Opzjoni bil-miktub għax-xiri jew bejgħ ta' effett mhux finanzjarju li jista' jissalda nett fi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor jew bl-iskambju ta' strumenti finanzjarji, b'konformità mal-paragrafu 6(a) jew (d) taqa' fl-ambitu ta' dan l-Istandard. Wieħed ma jistax jidħol għal dan il-kuntratt għall-iskop tal-wasla jew kunsinna ta' effett mhux finanzjarju b'konformità mal-ħtiġijiet ta' xiri, bejgħ jew użu mistenni mill-entità.

DEFINIZZJONIJIET

8 It-termini definiti fl-IAS 32 huma użati f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fil-paragrafu 11 tal-IAS 32. l-IAS 32 jiddefenixxi t-termini li ġejjin:

 strument finanzjarju

 assi finanzjarju

 obbligazzjoni finanzjarja

 strument azzjonarju

u jipprovdi gwida fl-applikazzjoni ta' dawk it-tifsiriet.

▼M33

9  It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

▼B

Definizzjoni ta' derivat

Derivat huwa strument finanzjarju jew kuntratt ieħor li jaqa' fl-ambitu ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 2-7) li jissodisfa t-tliet karatteristici li gejjin:

(a) il-valur tiegħu jinbidel b'risposta għall-bidla fir-rata ta' mgħax speċifika, prezz ta' strument finanzjarju, prezz ta' prodott kummerċjali, rata tal-kambju, indiċi ta' prezzijiet jew rati jew klassifikazzjoni jew indiċi ta' kreditu jew varjabbli ieħor, provdut fil-każ ta' varjabbli mhux finanzjarju fejn il-varjabbli mhux speċifiku għal parti kontraenti (xi kultant imsejjaħ “il-bażi”);

(b) ma jinħtieġx investiment inizjali nett jew investiment inizjali nett li hu inqas minn dak li jkun meħtieġ għal tipi oħra ta' kuntratti li jkun mistenni li jkollhom rispons bħal dan għal bidliet fil-fatturi tas-suq; u

(c) jissalda f'data fil-futur.

Definizzjonijiet ta' erba' kategoriji ta' strumenti finanzjarji

Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf hu assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li jissodisfa xi waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet.

▼M8

(a) Hija kklassifikata bħal miżmuma għan-negozju. Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja hija kklassifikata bħala miżmuma għan-negozju jekk:

(i) hija akkwistata jew titħallas l-aktar għall-iskop tal-bejgħ jew tax-xiri mill-ġdid tagħha fil-perjodu l-qasir;

(ii) fir-rikonoxximent inizjali kienet parti minn portafoll ta’ strumenti finanzjarji identifikati li huma amministrati flimkien u li dwarhom hemm evidenza ta’ disinn attwali riċenti ta’ teħid ta’ profitti għal żmien qasir; jew

(iii) hija derivattiva (minbarra għal derivattiva li hija kuntratt ta’ garanzija finanzjarja jew strument speċifikat u effettiv għall-hedging).

▼B

(b) Mar-rikonoxximent inizjali huwa indikat mill-entità bħala li qiegħed b'valur gust permezz ta' profitt jew telf. Entità tista' tuża din il-klassifikazzjoni biss meta permess mill-paragrafu 11A, jew jekk meta tagħmel hekk jirriżulta f'tagħrif iktar rilevanti, minħabba li jew

(i) hi telimina jew tnaqqas b'mod sinifikanti inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “nuqqas ta' qbil tal-kontabilità”) li kieku kienet tinħoloq mill-kejl ta' assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji jew mir-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf fuqhom fuq bażijiet differenti; jew

(ii) grupp ta' assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn, huma mmaniġġjati u l-prestazzjoni tagħhom hi evalwata fuq bażi ta' valur ġust, skont il-maniġment tar-riskju dokumentat jew skont l-istrateġija tal-investiment, u t-tagħrif dwar il-grupp hu pprovdut internament fuq dik il-bażi għal personàl maniġerjali (kif definit fl-IAS 24 Żvelar ta' Partijiet Relatati (kif rivedut fl-2003)), pereżempju, il-bord tad-diretturi tal-entità u l-kap eżekuttiv.

Fl-IFRS 7, il-paragrafi 9–11 u B4 jirrikjedu li entità tipprovdi tagħrif dwar l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li tkun indikat bħala f'valur xieraq permezz ta' profitt jew telf, inkluż kif issodisfat dawn il-kundizzjonijiet. Għal strumenti li jikkwalifkaw b'konformità ma' (ii) hawn fuq, dak l-iżvelar jinkludi deskrizzjoni dwar kif il-klassifikazzjoni fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf hi konsistenti mal-maniġment tar-riskju dokumentat jew mal-istrateġija tal-investiment.

Investimenti fi strumenti tal-ishma li m'għandhomx prezz tas-suq ikkwotat f'suq attiv, u li l-valur ġust tagħhom ma jistax ikun imkejjel b'mod ta' min jorbot fuqu (ara l-paragrafu 46(c) u Appendiċi A l-paragrafi AG80 u AG81), m'għandhomx jiġu kklassifikati bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

Ta’ min jinnota li l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust jistabilixxi r-rekwiżiti għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, kemm bi speċifikazzjoni jew le, jew li l-valur ġust tagħha jkun ddivulgat.

Investimenti miżmumin sal-maturità huma assi finanzjarji mhux derivati b'pagamenti stabbiliti jew fissi u b'maturità fissa li entità għandha l-ħsieb pożittiv u l-kapaċità li żżomm sal-maturità (ara Appendiċi A l-paragrafi AG16–AG25) barra minn:

(a) dawk li l-entità mar-rikonoxximent inizjali tindika bħala li qeghdin f'valur gust permezz ta' profitt jew telf;

(b) dawk li l-entità tindika bħala disponibbli ghall-bejgħ; u

(c) dawk li jissodisfaw id-definizzjoni ta' ammonti mislufa u debituri.

Entità m'għandhiex tikklassifika assi finanzjarji bħala miżmumin sal-maturità jekk l-entità, matul is-sena finanzjarja attwali jew matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel, biegħet jew ikklassifikat mill-ġdid aktar minn ammont insinifikanti ta' investimenti miżmumin sat-tmiem qabel il-maturità (aktar milli insinifikanti fir-rigward tal-ammont totali ta' investimenti miżmumin sal-maturità) barra bejgħ jew klassifikazzjonijiet mill-ġdid li:

(i) huma qrib il-maturità jew id-data tas-sejħa tal-assi finanzjarju (pereżempju, inqas minn tliet xhur qabel il-maturità) li tibdiliet fir-rata tal-imgħax fis-suq mhux ser ikollu effett sinifikanti fuq il-valur ġust tal-assi finanzjarju;

(ii) isehhu wara li l-entità gabret sostanzjalment il-kapital oriġinali kollu tal-assi finanzjarju permezz ta' ħlasijiet jew ħlasijiet minn qabel skedati; jew

(iii) huma attribwiti għal avveniment iżolat li hu lil hinn mill-kontroll tal-entità, ma jerġax iseħħ, u ma setgħax ikun antiċipat b'mod raġonevoli mill-entità.

Ammonti mislufa u ricevibbli huma assi mhux derivati bi ħlasijiet fissi jew stabbiliti li mhux ikkwotati f'suq miftuħ, barra minn:

(a) dawk li l-entità taħseb biex tbigħ minnufih jew f'perijodu ta' żmien qasir, li ser jiġu kklassifikati bħala miżmumin għan-negozju u dawk li l-entità mar-rikonoxximent inizjali tindika bħala li huma ta' valur ġust permezz ta' profitt jew telf;

(b) dawk li l-entità mar-rikonoxximent inizjali tindika bħala disponibbli għall-bejgħ; jew

(c) dawk li għalihom il-proprjetarju jista' ma jirkuprax b'mod sostanzjali l-investiment inizjali tiegħu, barra dawk minħabba deterjorazzjoni ta' kreditu, li għandhom jiġu kklassifikati bħala disponibbli għal bejgħ.

Interess miksub fi ġbir ta' assi li mhumiex ammonti mislufa jew debituri (pereżempju, interess f'fond komuni jew f'kull fond simili) mhux ammonti mislufa jew ammont riċevibbli.

Assi finanzjarji lesti għall-bejgħ huma dawk l-assi finanzjarji mhux derivati li huma indikati bħala disponibbli għal bejgħ jew mhumiex ikklassifikati bħala (a) ammonti mislufa u riċevibbli, (b) investimenti miżmuma sal-maturità jew (c) assi finanzjarji li huma ta' valur ġust bil-profitt jew telf.

Definizzjoni ta' kuntratt ta' garanzija finanzjarja

Xi kuntratti ta' garanzija finanzjarja jeħtieġu li emittent jagħmel pagamenti speċifici biex jirrimborsaw lid-detentur għal telf li jerfa' minhabba li debitur specifiku jonqos milli jagħmel pagament meta dovut taħt it-termini oriġinali jew modifikati ta' strument ta' debitu.

Definizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent u kejl

Il-kost amortizzat ta' assi jew obligazzjoni finanzjarja hu l-ammont li bih l-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja hu mkejjel skont ir-rikonoxximent inizjali mnaqqas bl-ispejjeż kapitali mill-ġdid, bl-amortizzament kumulattiv miżjud jew mnaqqas permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv ta' kull differenza bejn l-ammont inizjali u l-ammont fil-maturità, u li minnu titnaqqas kull riduzzjoni (direttament jew permezz tal-użu ta' kont ta' konċessjoni) għal indeboliment jew minħabba li ma jistax jinġabar.

Il-metodu tal-imgħax effettiv huwa metodu li jikkalkula l-kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja jew grupp ta' assi finanzjarji jew obbligi finanzjarji) u li jalloka l-introjtu mill-imgħax jew l-ispejjeż mill-imgħax fuq il-perijodu rilevanti. Ir-rata tal-imgħax effettiva hija r-rata li tnaqqas b'mod eżatt il-ħlasijiet ta' flus futuri jew l-irċevuti matul il-perijodu mistenni tal-istrument finanzjarju jew, meta jkun xieraq, perijodu iqsar għall-ammont nett miżmum fil-kotba tal-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Meta tiġi kkalkulata r-rata tal-imgħax, entità għandha tagħmel stima tal-flussi ta' flus billi tikkunsidra t-termini kuntrattwali tal-istrument finanzjarju (pereżempju ħlas minn qabel, opzjonijiet msejħa u simili) iżda m'għandiex tikkunsidra telf minn kreditu fil-futur. Il-kalkolazzjoni tinkludi d-drittijiet kollha u punti mħallsa jew irċevuti bejn il-partijiet fil-kuntratt li huma parti integrali tar-rata effettiva tal-imgħax (ara l-IAS 18 Dħul), kosti ta' tranżazzjoni u l-premji jew skontijiet l-oħra kollha. Hemm is-suppożizzjoni li l-flussi ta' flus u l-ħajja mistennija ta' grupp ta' strumenti finanzjarji simili jistgħu jiġu stmati b'mod kredibbli. Madankollu, f'dawk il-każijiet rari fejn mhux possibli li jkun hemm stima affidabli l-flussi ta' flus jew il-ħajja mistennija ta' strument finanzjarju (jew grupp ta' strumenti finanzjarji) l-entità għandha tuża l-flussi ta' flus kuntrattwali fuq it-terminu kuntrattwali sħiħ tal-istrument finanzjarju (jew grupp ta' strumenti finanzjarji)

Irtirar tar-rikonoxximent hu t-tneħħija ta' assi finanzjarju jew obbligazzoni finanzjarja li qabel kien rikonoxxut minn ►M5  rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ ta' entità.

▼M33

Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

▼B

Xiri jew bejgħ b'mod regolari hu xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarju taħt kuntratt li t-termini jinħtieġu kunsinna tal-assi fil-perijodu ta' ħin stabbilit ġeneralment b'regolament jew b'konvenzjoni fil-post tas-suq ikkonċernat.

Kosti ta' tranżazzjoni huma kosti inkrementali li huma direttament attribwiti mal-akkwiżizzjoni, il-ħruġ jew id-disponiment ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja (ara Appendiċi A l-paragrafu AG13). Kost li jiżdied hu wieħed li l-entità ma kinitx ser iġġarrab kieku l-entità ma akkwistatx, ma ħarġitx jew ma ddisponitx l-istrument finanzjarju.

Definizzjonijiet marbuta ma' kontabilità tal-hedge

Impenn sod huwa ftehim li jorbot għall-iskambju ta' kwantità ta' riżorsi bi prezz speċifiku f'data jew dati futuri speċifiċi.

Tranżazzjoni mbassra hi tranżazzjoni futura antiċipata mingħajr impenn.

Strument tal-hedging huwa derivat indikat jew (għal hedge b'riskju ta' bidliet fir-rati tal-kambju biss) hu mhux-derivat ta' assi finanzjarju jew mhux-derivat ta' obbligazzjoni finanzjarja li l-valur ġust tiegħu jew flussi ta' flus huma mistennija li jpaċu għal bidliet fil-valur ġust jew flussi ta' flus ta' entrata hedged magħżul (il-paragrafi 72-77 u Appendiċi A l-paragrafi AG94-AG97 jelaboraw fuq id-definizzjoni ta' strument tal-hedging).

Entrata hedged huwa assi, obbligazzjoni, impenn sod, ta' tranżazzjoni mbassra bi probabbiltà għolja jew investiment nett li jseħħ f'operazzjoni barranija li (a) tesponi l-entità għal riskju f'bidliet ta' valur ġust jew fi fluss futur ta' flus u (b) hi indikata bħala hedged (il-paragrafi 78-84 u Appendici A l-paragrafi AG98-AG101 jelaboraw fuq id-definizzjonijiet ta' entrati hedged).

Effettività tal-hedge hi l-grad li biha bidliet fil-valur ġust jew flussi ta' flus ta' entrata hedged li huma attribwiti għal riskju hedged huma paċuti b'bidliet fil-valur ġust jew flussi ta' flus tal-istrument tal-hedging (ara Appendiċi A l-paragrafi AG105-AG113).

DERIVATI MDEFFSA

10 Derivat imdeffes hu komponent ta' strument (ikkombinat) ibridu li jinkludi wkoll kuntratt li jospita li mhux derivat — bl-effett li parti mil-flussi ta' flus tal-istrument ikkombinat tvarja b'mod simili għal derivat waħdu. Derivat imdeffes jikkaġuna li partijiet jew il-flussi ta' flus kollha li f'ċirkostanzi oħra tkun meħtieġa mill-kuntratt biex ikun modifikat skont ir-rata tal-imgħax speċifika, prezz ta' strument finanzjarju, prezz ta' kommodità, rata tal-kambju, indiċi tal-prezzijiet jew rati, rata tal-kreditu jew indiċi tal-kreditu, jew varjabbli ieħor, diment, fil-każ ta' varjabbli mhux finanzjarju li l-varjabbli mhuwiex speċifiku għal parti għall-kuntratt. Derivat li jkun mehmuż ma' strument finanzjarju iżda hu trasferibbli kuntrattwalment b'mod indipendenti minn dak l-istrument, jew għandu kontroparti differenti minn dak l-istrument, m'huwiex derivat imdeffes, iżda strument finanzjarju separat.

11 Derivat imdeffes għandu jkun separat mill-kuntratt li jospita hu kkunsidrat bħala derivat taħt dan l-Istandard jekk, u biss jekk:

(a) il-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji tad-derivat imdeffes m'humiex assoċjati mill-qrib mal-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji tal-kuntratt li jospita (ara Appendiċi A l-paragrafi AG30 u AG33);

(b) strument separat bl-istess termini bħad-derivat imdeffes għandu jissodisfa d-definizzjoni ta' derivat; u

(c) l-istrument ibridu (kombinat) ma jitkejjilx b'valur ġust ma' bidliet fil-valur ġust rikonoxxut fil-profitt u telf (jiġifieri derivat li huwa mdeffes f'assi finanzjarju jew responsabbiltà finanzjarja b'valur ġust permezz ta' profitt u telf ma tkunx separata).

Jekk derivat imdeffes huwa separat, il-kuntratt li jospita għandu jittieħed f'ħlas taħt dan l-Istandard, jekk hu strument finanzjarju, u b'konformità ma' Standards xierqa oħrajn jekk m'huwiex strument finanzjarju. Dan l-Istandard ma jindirizzax jekk derivat imdeffes għandux jiġi ppreżentat separatament ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

11A Minkejja l-paragrafu 11, jekk kuntratt ikun fih wieħed jew iktar derivati mdeffsa, entità tista' tikklassifika l-kuntratt sħiħ ibridu (kombinat) bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf ħlief jekk:

(a) id-derivat imdeffes (jew derivati mdeffsa) ma jibdlux b'mod sinifikanti l-flussi tal-flus li kieku kienu jkunu meħtieġa mill-kuntratt; jew

(b) ikun jidher ċar bi ftit jew mingħajr l-ebda analiżi meta strument ibridu (kombinat) simili jkun ikkunsidrat l-ewwel, li s-separazzjoni tad-derivat imdeffes (derivati mdeffsa) hi pprojbita, bħal opzjoni ta' ħlas bil-quddiem imdeffsa f'ammonti mislufa li tippermetti lid-detentur li jħallas l-ammonti mislufa bil-quddiem għal bejn wieħed u ieħor il-kost amortizzat tiegħu.

▼M20

12 Jekk l-entità tkun meħtieġa b'dan l-Istandard biex tissepara derivat imdeffes mill-kuntratt li jospitah, iżda ma tistax tkejjel id-derivat imdeffes separatament jew mal-akkwiżizzjoni jew fi tmiem perijodu ta' rappurtaġġ finanzjarju sussegwenti, għandha tittratta l-kuntratt ibridu (kombinat) kollu bħala bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Bl-istess mod, jekk entità ma tkunx tista’ tkejjel separatament id-derivat imdeffes li jkun jeħtieġ li jiġi sseparat malli ssir riklassifikazzjoni ta’ kuntratt ibridu (kombinat) ‘il barra mill-kategorija ta’ “valur ġust permezz tal-profitt jew telf”, dik ir-riklassifikazzjoni mhix permessa. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-kuntratt ibridu (kombinat) jibqa’ kklassifikat fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fl-intier tiegħu.

▼M33

13 Jekk entità ma tkunx tista’ tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust ta’ derivat inkorporat fuq il-bażi tal-patti u l-kundizzjonijiet tagħha, (pereżempju, peress li d-derivat inkorporat ikun ibbażat fuq strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku, jiġfieri input tal-Livell 1) il-valur ġust tad-derivat inkorporat ikun id-differenza bejn il-valur ġust tal-istrument ibridu (ikkumbinat) u l-valur ġust tal-kuntratt ospitanti. Jekk l-entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tad-derivat inkorporat b’dan il-metodu, il-paragrafu 12 japplika u l-istrument ibridu (ikkombinat) ikun identifikat skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

▼B

RIKONOXXIMENT U RTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT

Rikonoxximent inizjali

14 Entità għandha tirrikonoxxi assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja ►M5  fir-rapport tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ meta, u meta biss, l-entità ssir parti għal-provvedimenti kuntrattwali tal-istrument. (Ara l-paragrafu 38 fir-rigward ta' mod regolari għax-xiri ta' assi finanzjarji.)

Irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarju

▼M32

15 F'rapporti finanzjarji konsolidati, il-paragrafi 16–23 u l-Appendiċi A il-paragrafi AG34–AG52 jiġu applikati f’livell konsolidat. Għalhekk, entità l-ewwel tikkonsolida s-sussidjarji kollha skont l-IFRS 10 u mbagħad tapplika l-paragrafi 16–23 u l-Appendiċi A paragrafi AG34–AG52 għall-grupp li jirriżulta.

▼B

16 Qabel ma tistma jekk, u sa liema punt, irtirar tar-rikonoxximent hux xieraq taħt il-paragrafi 17–23, entità għandha tistabilixxi jekk dawk il-paragrafi għandhomx jiġu applikati bħala parti minn assi finanzjarju (jew bħala parti minn grupp ta' assi finanzjarji simili) jew assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili) fit-totalità, kif ġej.

(a) Il-paragrafi 17–23 huma applikati għal parti ta' assi finanzjarju (ta' parti minn grupp ta' assi finanzjarji simili) jekk, u biss jekk, il-parti li qed tiġi kkunsidrata għall-irtirar tar-rikonoxximent tissodisfa waħda mit-tliet kundizzjonijiet li ġejjin.

(i) Il-parti tikkonsisti minn flussi ta' flus identifikati speċifikament minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol fi strixxa tar-rata tal-imgħax fejn il-kontroparti tikseb id-dritt għall-imgħax fuq flussi ta' flus iżda mhux il-flussi ta' flus fuq il-kapital minn strument tad-debitu, il-paragrafi 17–23 huma applikati għall-imgħax fuq il-flussi ta' flus.

(ii) Il-parti tikkonsisti biss f'sehem (pro rata) proporzjonat sħiħ tal-flussi ta' flus minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol f'arranġament fejn il-kontroparti tikseb id-drittijiet għal 90 fil-mija tal-flussi ta' flus kollha ta' strument ta' debitu, il-paragrafi 17–23 huma applikati għal 90 fil-mija ta' dawk il-flussi ta' flus. Jekk hemm aktar minn kontroparti waħda, kull kontroparti mhux meħtieġa li jkollha sehem proporzjonat tal-flussi ta' flus kemm-il darba l-entità li qed tittrasferixxi jkollha sehem proporzjonali sħiħ.

(iii) Il-parti tikkonsisti biss minn sehem (pro rata) proporzjonali sħiħ ta' flussi ta' flus identifikati speċifikament minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili). Pereżempju, meta entità tidħol f'arranġament fejn il-kontroparti tikseb id-drittijiet għal 90 fil-mija ta' sehem mill-imgħax ta' flussi ta' flus minn assi finanzjarju, il-paragrafi 17–23 huma applikati għal 90 fil-mija ta' dawk l-imgħaxijiet ta' flussi ta' flus. Jekk hemm aktar minn kontroparti waħda, kull kontroparti mhix meħtieġa li jkollha sehem proporzjonali tal-flussi ta' flus identifikata speċifikament kemm-il darba l-entità li qed tittrasferixxi jkollha sehem proporzjonali sħiħ.

(b) Fil-każijiet kollha l-oħra, il-paragrafi 17–23 huma applikati għall-assi finanzjarju fit-totalità tiegħu (jew għall-grupp ta' assi finanzjarji simili fit-totalità tagħhom). Pereżempju, meta entità tittrasferixxi (i) id-drittijiet lill-ewwel jew l-aħħar 90 % ta' ġbir ta' flus minn assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji), jew (ii) id-drittijiet ta' 90 fil-mija ta' flussi ta' flus minn grupp ta' debituri, iżda tipprovdi garanzija biex tikkompensa x-xerrej għal kull telf ta' kreditu sa 8 fil-mija tal-ammont kapitali tad-debituri, il-paragrafi 17–23 huma applikati għall-assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili) fit-totalità tagħhom.

Fil-paragrafi 17–26, it-terminu assi finanzjarju jirreferi jew għal parti tal-assi finanzjarju (jew għal parti minn grupp ta' assi finanzjarji simili) kif identifikati f'(a) fuq jew, inkella, assi finanzjarju (jew grupp ta' assi finanzjarji simili) fit-totalità tiegħu.

17 Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta' assi finanzjarju meta, u dan biss meta:

(a) Id-drittijiet kuntrattwali għall-flussi ta' flus mill-assi finanzjarju jiskadu; jew

(b) titrasferixxi l-assi finanzjarju kif stabbilit fil-paragrafi 18 u 19 u t-trasferiment jikkwalifika għal irtirar tar-rikonoxximent b'konformità mal-paragrafu 20.

(Ara l-paragrafu 38 għal mod regolari ta' xiri ta' assi finanzjarji.)

18 Entità għandha tittrasferixxi assi finanzjarju jekk, u biss jekk, meta jew:

(a) tittrasferixxi d-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus tal-assi finanzjarju; jew

(b) Meta entita' żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus tal-assi finanzjarju, iżda tippreżumi obbligazzjoni kuntrattwali biex tħallas il-flussi ta' flus lil riċevitur wieħed jew aktar fi ftehiem li jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 19.

19 Meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus fuq assi finanzjarju (l-assi oriġinali), iżda tippreżumi obbligazzjoni kuntrattwali biex tħallas dak il-flussi ta' flus lil entità waħda jew aktar (ir-riċevitturi eventwali), l-entità tikkunsidra t-tranżazzjoni bħala trasferiment ta' assi finanzjarju jekk, u biss jekk, it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin huma milħuqa.

(a) L-entità mhix obbligata li tħallas ammonti lir-riċevituri eventwali ħlief meta tiġbor l-ammonti ekwivalenti mill-assi oriġinali. Ammonti mislufa fuq terminu ta' żmien qasir mill-entità bid-dritt ta' rkupru sħiħ tal-ammont misluf flimkien mal-imgħax dovut bir-rati tas-suq ma' jiksrux din il-kundizzjoni.

(b) L-entità hija pprojbita bit-termini tal-kuntratt ta' trasferiment milli tbigħ jew twiegħed l-assi oriġinali barra milli bħala sigurtà lir-riċevituri eventwali għall-obligazzjoni biex tħallashom b'flussi ta' flus.

(c) L-entità hi obbligata li tgħaddi kull flussi ta' flus li tiġbor f'isem ir-riċevitturi eventwali mingħajr dewmien materjali. Barra minn hekk, l-entità mhix intitolata biex tinvesti mill-ġdid dawn il-flussi ta' flus, ħlief għal investimenti bi flus jew ekwivalenti għal flus (kif imfisser fl-IAS 7 ►M5  Rapporti ◄ tal-Flussi ta' Flus) matul il-perijodu qasir ta' sald mid-data tal-ġbir ta' remissjoni meħtieġa lill-riċevitturi eventwali, u dħul mill-imgħax magħmul fuq dawn l-investimenti huwa mgħoddi lir-riċevituri eventwali.

20 Meta entità tittrasferixxi assi finanzjarju (ara l-paragrafu 18), għandha tevalwah sal-punt li ġġorr ir-riskji u l-benefiċċji ta' pussess tal-assi finanzjarju. F'dan il-każ:

(a) jekk l-entità tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha ta' pussess tal-assi finanzjarju, l-entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarju u tirrikonoxxi separatament bħala assi jew obbligi kull dritt u obbligazzjoni maħluq jew miżmum fit-trasferimenti.

(b) jekk l-entità żżomm b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha ta' pussess tal-assi finanzjarju, l-entità għandha tissokta fir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju.

(c) jekk l-entità la tittrasferixxi u lanqas iżżomm b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi finanzjarju, l-entità għandha tistabbilixxi jekk baqgħetx iżżomm kontroll tal-assi finanzjarju. F'dan il-każ:

(i) jekk l-entità ma baqgħetx iżżomm kontroll, din għandha tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarju u tirrikonoxxi separatament bħala assi jew obbligi d-drittijiet u l-obbligi kollha maħluqa jew miżmuma fit-trasferiment;

(ii) jekk l-entità baqgħet iżomm kontroll, hi għandha tibqa' tirrikonoxxi l-assi finanzjarju sal-punt tal-involviment li jkompli tagħha fl-assi finanzjarju (ara l-paragrafu 30).

21 It-trasferiment ta' riskji u benefiċċji (ara l-paragrafu 20) hu evalwat bit-tqabbil tal-esponiment tal-entità, qabel u wara t-trasferiment, bil-varjazzjoni fl-ammonti u l-għażla taż-żmien ta' flussi ta' flus netti tal-assi ttrassferrit. Entità tkun żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji tal-pussess ta' strument finanzjarju jekk l-esponiment tagħha għal varjazzjoni fil-valur attwali tal-flussi ta' flus netti futuri mill-assi finanzjarju ma jinbidlux sinifikament bħala riżultat tat-trasferiment (eż. minħabba li l-entità tkun biegħet assi finanzjarju soġġett għal ftehim biex tixtrih lura bi prezz stabbilit jew bil-prezz tal-bejgħ flimkien ma' redditu għas-sellief). Entità tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha ta' pussess ta' assi finanzjarju meta l-esponiment tagħha għal dan il-varjabbli ma jibqax aktar sinifikanti fir-rigward tal-varjabilità totali fil-valur attwali ta' flussi ta' flus netti futuri relatati mal-assi finanzjarju (eż. minħabba li l-entità tkun biegħet assi finanzjarju li hu soġġett biss għal opzjoni biex jinxtara lura bil-valur ġust fiż-żmien ta' xiri mill-ġdid jew ikun ittrasferit is-sehem proporzjonali sħiħ tal-flussi ta' flus minn assi finanzjarju akbar b'arranġament, bħal sotto-parteċipazzjoni f'ammonti mislufa, li jilħaq il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 19).

22 Xi kultant ikun evidenti jekk l-entità tkunx ittrasferiet jew żammet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji ta' pussess u ma jkunx hemm bżonn li jitwettqu xi komputazzjonijiet. F'każijiet oħrajn, ikun meħtieġ li jiġi magħdud u mqabbel l-esponiment tal-entità għall-varjabilità fil-valur attwali tal-flussi ta' flus netti futuri qabel u wara t-trasferiment. Il-komputazzjoni u t-tqabbil jsiru billi jintuża bħala rata ta' skont dik ir-rata tal-imgħax attwali tas-suq adatta. Kull varjabilità possibbli b'mod raġonevoli f'flussi ta' flus netti hija kkunsidrata, b'piż akbar li jingħata fuq dawk ir-riżultati li għandhom aktar ċans li jseħħu.

23 Jekk l-entità żammitx kontroll (ara l-paragrafu 20(c)) tal-assi ttrasferit jiddependi fuq il-ħila tad-destinatarju tat-trasferiment biex ibigħ l-assi. Jekk id-destinatarju tat-trasferiment għandu l-ħila jbiegħ l-assi fit-totalità lil parti terza mhux relatata u jista' jagħmel hekk b'mod unilaterali u mingħajr il-bżonn li jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferiment, l-entità ma jkunx fadlilha kontroll. Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-entità tkun żammet kontroll.

Trasferimenti li jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent (ara l-paragrafu 20(a) u (c)(i))

24 Jekk entità tittrasferixxi assi finanzjarju fi trasferiment li jikkwalifika bħala rtirar tar-rikonoxximent fit-totalità tiegħu u żżomm id-dritt li jħaddem l-assi finanzjarju b'miżata, għandha tirrikonoxxi jew assi għas-servizz jew obbligazzjoni għas-servizz għal dak il-kuntratt tas-servizz. Jekk il-miżata li trid tiġi rċevuta mhix mistennija li tikkumpensa lill-entità b'mod adegwat għat-twettiq tat-tħaddim, obbligazzjoni għal għoti ta' servizz sabiex jagħti obbligazzjoni tas-servizz għandu jiġu rikonoxxut fil-valur ġust tiegħu. Jekk il-miżata li trid tiġi rċevuta hi mistennija li tkun kumpens aktar minn biżżejjed għat-tħaddim, l-assi tat-tħaddim għandu jiġi rikonoxxut għad-dritt tat-tħaddim f'ammont stabbilit skont il-bażi ta' allokazzjoni tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi finanzjarju akbar b'konformità mal-paragrafu 27.

25 Jekk, bħala riżultat tat-trasferiment, ir-rikonoxximent ta' assi finanzjarju jiġi rtirat fit-totalità tiegħu iżda t-trasferiment jirriżulta fil-kisba ġdida mill-entità ta' assi finanzjarju ġdid jew f'obbligazzjoni finanzjarja ġdida, jew obbligazzjoni tas-servizz, l-entità għandha tirrikonoxxi l-assi finanzjarju ġdid, obbligazzjoni finanzjarja jew obbligazzjoni ta' servizz fil-valur ġust.

26 Mal-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarju fit-totalità tiegħu, id-differenza bejn:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba u

(b) is-somma (i) tal-korrispettiv irċevut (li tinkludi kull assi ġdid miksub mnaqqas minn kull obbligazzjoni preżunta) u (ii) kull qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ (ara l-paragrafu 55(b))

għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf.

27 Jekk l-assi ttrasferit jagħmel parti minn assi finanzjarju akbar (eż. meta entità tittrasferixxi mgħaxijiet ta' flussi ta' flus li huma parti minn strument ta' debitu, ara l-paragrafu 16(a)) u l-parti ttrasferita tikkwalifika għal irtirar tar-rikonoxximent fit-totalità tagħha, l-ammont miżmum fil-kotba qabel tal-assi finanzjarju akbar għandu jiġi allokat bejn il-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat, ibbażati fuq il-valuri ġusti relattivi ta' dawk il-partijiet fid-data tat-trasferiment. Għal dan il-għan, assi ta' servizz miżmum ser jibqa jiġi ttrattat bħala parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta. Id-differenza bejn:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba allokat għal parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat u

(b) is-somma (i) tal-ħlas riċevuta għal parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat (li tinkludi kull assi ġdid miksub li minnu jitnaqqas kull obbligazzjoni preżunt) u (ii) kull qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie allokat jekk tkun ġiet ►M5  rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv ◄ (ara l-paragrafu 55(b))

għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. Qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ huwa allokat bejn il-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat, skont il-valuri ġusti relattivi ta' dawk il-partijiet.

28 Meta entità talloka l-ammont riportat preċedenti ta’ assi finanzjarju akbar bejn il-parti li tkompli tkun rikonoxxuta u l-parti b’rikonoxximent irtirat, jeħtieġ li jitkejjel il-valur ġust tal-parti li tkompli tkun rikonoxxuta. ◄ Meta l-entità għandha storja li tbiegħ partijiet simili għal parti li tkompli tiġi rikonoxxuta jew jeżistu tranżazzjonijiet fis-suq oħrajn għal partijiet bħal dawn, prezzijiet riċenti ta' tranżazzjonijiet attwali jipprovdu l-aħjar stima tal-valur ġust tagħhom. Meta ma hemmx prezzijiet ikkwotati jew tranżazzjonijiet fis-suq riċenti biex jiġi appoġġjat il-valur ġust tal-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta, l-aħjar stima tal-valur ġust hija d-differenza bejn il-valur ġust tal-assi finanzjarju akbar intier u l-korrispettiv li ngħatat lid-destinatarju tat-trasferiment għal parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat.

Trasferimenti li ma jikkwalifikawx għal irtirar tar-rikonoxximent (ara l-paragrafu 20(b))

29 Jekk trasferiment ma tirrizultax f'irtirar tar-rikonoxximent minħabba li l-entità tkun żammet sostanzjalment r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi ttrasferit, l-entità għandha tkompli tibqa' tirrikonoxxi l-assi ttrasferit fit-totalità tiegħu u għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni finanzjarja għal korrispettiv irċevut. F'perijodi sussegwenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kull introjtu fuq l-assi ttrasferit u kull spiża magħmula fuq l-obbligazzjoni finanzjarja.

Involviment kontinwat f'assi ttrasferiti (ara l-paragrafu 20(c)(ii))

30 Jekk entità la titrasferixxi u lanqas ma żżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha ta' pussess ta' assi ttrasferit, u żżomm kontroll tal-assi ttrasferit, l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi ttrasferit sal-punt tal-involviment li jkompli tagħha. Il-grad tal-involviment li jkompli tal-entità fl-assi ttrasferit huwa l-grad sa fejn huwa espost għal bidliet fil-valur tal-assi ttrasferit. Pereżempju:

(a) meta l-involviment li jkompli tal-entità jieħu l-għamla li jiggarantixxi l-assi ttrasferit, il-grad tal-involviment li jkompli tal-entità huwa inqas minn (i) l-ammont tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv riċevut li l-entità tkun meħtieġa li tħallas mill-ġdid (“l-ammont garantit”).

(b) meta l-involviment li jkompli tal-entità jieħu l-forma ta' opzjoni mibjugħa jew mixtrija (jew it-tnejn) fuq l-assi ttrasferit, il-grad tal-involviment li jkompli tal-entità huwa l-ammont tal-assi ttrasferit li l-entità tista' tixtri mill-ġdid. Madankollu, f'każ ta' opzjoni put miktuba f'assi li hi mkejla f'valur ġust, il-grad tal-involviment li jkompli huwa ristrett għall-inqas tal-valur ġust tal-assi ttrasferit u l-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni (ara l-paragrafu AG48).

(c) meta l-involviment li jkompli tal-entità jieħu l-għamla ta' opzjoni ssaldata bi flus jew provvediment simili fuq l-assi ttrasferit, il-grad tal-involviment li jkompli tal-entità huwa mkejjel bl-istess mod bħal dak li jirriżulta minn opzjonijiet issaldata mhux bi flus kif stabbilit f'(b) hawn aktar qabel.

31 Meta entità tkompli tirrikonoxxi assi sal-grad tal-involviment li jkompli taghha, l-entità tirrikonoxxi wkoll obbligazzjoni assoċjata. Minkejja l-ħtiġijiet ta' kejl oħrajn f'dan l-Istandard, l-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata huma mkejla fuq bażi li jirriflettu d-drittijiet u l-obbligi li l-entità tkun żammet. L-obbligazzjoni assoċjata hija mkejla b'tali mod li l-ammont nett miżmum fil-kotba tal-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni finanzjarja assoċjat hu:

(a) il-kost amortizzat tad-drittijiet u l-obbligi miżmuma mill-entità, jekk l-assi ttrasferit huwa mkejjel b'kost amortizzat;

(b) ugwali għall-valur ġust tad-drittijiet u l-obbligi miżmumin mill-entità meta mkejla fuq bażi ta' weħidhom biss, jekk l-assi ttrasferit huwa mkejjel bil-valur ġust.

32 L-entità għandha tibqa' tirrikonoxxi kull introjtu li jiġi mill-assi ttrasferit sal-punt tal-involviment tagħha li jkompli u, għandha tirrikonoxxi kull spiża magħmula fuq l-obbligazzjoni assoċjata.

33 Għall-iskop ta' kejl sussegwenti, bidliet rikonoxxuti fil-valur ġust tal-assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjata huma kkunsidrati għal konsistenza ma' xulxin b'konformità mal-paragrafu 55, u ma jistgħux jiġu paċuti.

34 Jekk l-involviment li jkompli tal-entità huwa biss f'parti minn assi finanzjarju (eż. meta entità żżomm opzjoni biex tixtri mill-ġdid parti minn assi ttrasferit, jew iżżomm interess residwu li ma jirriżultax fiż-żamma ta' sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha ta' pussess u l-entità żżomm kontroll), l-entità talloka l-ammont miżmum fil-kotba ta' qabel tal-assi finanzjarju bejn il-parti li tibqa' tirrikonoxxi minħabba involviment li jkompli, u l-parti li hi ma tirrikonoxxix aktar fuq bażi tal-valuri ġusti relattivi għal dawk il-partijiet fid-data tat-trasferiment. Għal dan l-iskop, il-ħtiġijiet tal-paragrafu 28 japplikaw. Id-differenza bejn:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba allokat għall-parti li mhix aktar rikonoxxuta u

(b) is-somma (i) tal-korrispettiv irċevut għall-parti li mhix aktar rikonoxxuta u (ii) kull qligħ jew telf kumulattiv allokat lilha jekk tkun ġiet ►M5  rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv ◄ (ara l-paragrafu 55(b))

għandha tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. Qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ hu allokat bejn il-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li mhix aktar rikonoxxuta, fuq bażi tal-valuri ġusti relattivi ta' dawk il-partijiet.

35 Jekk l-assi ttrasferit huwa mkejjel b'kost amortizzat, l-opzjoni f'dan l-Istandard biex jiġi indikat obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf mhix applikabbli għall-obbligazzjoni assoċjata.

It-trasferimenti kollha

36 Jekk assi ttrasferit jibqa' jiġi rikonoxxut, l-assi u l-obbligazzjoni assoċjati, m'għandhomx jiġu paċuti. Hekk ukoll, l-entità m'għandha tpaċi ebda introjtu li jiġi mill-assi ttrasferit b'xi spiża mġarrba fuq l-obbligazzjoni assoċjata (ara l-IAS 32 il-paragrafu 42).

37 Jekk il-mandatarju tat-trasferiment jipprovdi kollateral mhux ta' flus (bħal strumenti ta' debitu jew ta' strumenti azzjonarji lid-destinatarju tat-trasferiment, il-kontabilità għall-kollateral mill-mandatarju tat-trasferiment u lid-destinatarju tat-trasferiment jiddependi minn jekk id-destinatarju tat-trasferiment għandux id-dritt li jbiegħ jew li jagħti b'tirhin mill-ġdid il-kollateral u jekk il-mandatarju tat-trasferiment baqax inadempjenti. Il-mandatarju u d-destinatarju tat-trasferiment għandhom jagħtu kont tal-kollateral kif ġej:

(a) Jekk id-destinatarju tat-trasferiment għandu d-dritt b'kuntratt jew b'użanza biex ibiegħ jew jagħti b'tirhin mill-ġdid il-kollateral il-mandatarju tat-trasferiment għandu jikklassifika mill-ġdid dak l-assi ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tiegħu (eż bħala assi misluf, strument azzjonarju mirhan jew riċevibbli ta' xiri mill-ġdid) separatament minn assi oħrajn.

(b) Jekk id-destinatarju tat-trasferiment jbigħ il-kollateral mirhan lilu, għandu jirrikonoxxi r-rikavat mill-bejgħ u kull obbligazzjoni mkejjel bil-valur ġust għall-obbligazzjoni biex tirritorna l-kollateral.

(c) Jekk il-mandatarju tat-trasferiment jonqos taħt it-termini tal-kuntratt u m'għadux aktar intitolat biex jifdi l-kollateral, għandu jirtira r-rikonoxximent tal-kollateral u d-destinatarju tat-trasferiment għandu jirrikonoxxi l-kollateral bħala l-assi mkejjel fil-bidu fil-valur ġust jew, jekk diġà biegħ il-kollateral jirtira r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni tiegħu sabiex jirritorna l-kollateral.

(d) Ħlief kif provdut f'(c), il-mandatarju tat-trasferiment għandu jkompli jżomm il-kollateral bħala l-assi tiegħu, u d-destinatarju tat-trasferiment m'għandux jirrikonoxxi l-kollateral bħala assi.

Xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarju b'mod regolari

38 Ix-xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarji għandhom jiġu rikonoxxuti u derikonoxxuti, kif applikabbli, bl-użu ta' Kontabilità skont id-data tan-negozju jew kontabilità skont id-data tas-sald (ara Appendiċi A l-paragrafi AG53–AG56).

Irtirar tar-rikonoxximent ta' obbligazzjoni finanzjarja

39 Entità għandha tneħħi kull obbligazzjoni finanzjarja (jew kull parti ta' obbligazzjoni finanzjarja) mill-karti tal-bilanċ tagħha meta, u biss meta, jiġi eżawrit – jiġifieri meta l-obbligazzjoni speċifikata fil-kuntratt tiġi maħlula, jew ikkanċellata jew tiskadi.

40 Kull skambju bejn min jissellef u s-sellief eżistenti ta' strumenti tad-debitu b'termini sostanzjalment differenti għandu jiġi kontabilizzat bħala eżawriment tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali u r-rikonoxximent ta' obbligazzjoni finanzjarja ġdida. Bl-istess mod, modifika sostanzjali tat-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja eżistenti jew parti minnha (kemm jekk attribwita jew le għad-diffikultà finanzjarja tad-debitur) għandha tiġi kontabilizzata bħala eżawriment għal obbligazzjoni finanzjarja oriġinali u r-rikonoxximent ta' obbligazzjoni finanzjarja ġdida.

41 Id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) eżawrit jew ittrasferit għal parti oħra u l-korrispettiv imħallas, li tinkludi assi mhux fi flus ttrasferiti jew obbligiazzjonijiet preżunti, għandha tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf.

42 Jekk entità terġa' tixtri mill-ġdid parti minn obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha talloka l-ammont miżmum fil-kotba ta' qabel tal-obbligazzjoni finanzjarja bejn il-parti li tibqa' tiġi rikonoxxuta u l-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat skont il-valuri relattivi ġusti ta' dawk il-partijiet fid-data tax-xiri mill-ġdid. Id-differenza bejn (a) l-ammont miżmum fil-kotba allokat għall-parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat u (b) il-korrispettiv imħallas, li jinkludi kull assi mhux fi flus ttrasferiti jew obbligazzjonijiet preżunti, għal parti li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat għandha tiġi ►M5  rikonoxxuta ◄ fi profitt jew telf.

KEJL

Kejl inizjali ta' assi finanzjarji u obbligi finanzjarji

43 Meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja huma rikonoxxuti fil-bidu, kull entità għandha tkejlu skont il-valur ġust tiegħu flimkien, fil-każ ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur mhux ġust minħabba profitt jew telf, kosti ta' tranżazzjoni li huma direttament attribwiti għall-akkwiżizzjoni jew ħruġ ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja.

▼M33

43A  Madankollu, jekk il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafu AG76.

▼B

44 Meta entità tuża l-kontabilità skont id-data tas-sald għal assi li sussegwentement huwa mkejjel skont il-kost jew kost amortizzat, l-assi huwa rikonoxxut fil-bidu bil-valur ġust tiegħu fid-data li jiġi negozjat (ara Appendiċi A l-paragrafi AG53–AG56).

Kejl sussegwenti ta' assi finanzjarji

45 Għall-iskop ta' kejl ta' assi finanzjarju wara rikonoxximent inizjali, dan l-Istandard jikklassifika assi finanzjarji fl-erba' kategoriji li ġejjin mfissra fil-paragrafu 9:

(a) assi finanzjarji fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf;

(b) investimenti miżmuma sad-data tal-maturità;

(c) ammonti mislufa u riċevibbli; u

(d) assi finanzjarji lesti ghall-bejgħ.

Dawn il-kategoriji japplikaw għal kejl u għar-rikonoxximent minn profitt jew telf taħt dan l-Istandard. L-entità tista' tuża deskritturi oħrajn għal dawn il-kategoriji jew kategorizzazzjoni oħrajn meta tippreżenta t-tagħrif ►M5  fir-rapporti ◄ finanzjarji. L-entità għandha tiżvela fin-noti t-tagħrif meħtieġ mill-IFRS 7.

46 Wara rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel l-assi finanzjarji, li jinkludu derivati li huma assi, fil-valur ġust tagħhom, mingħajr ebda tnaqqis għall-kosti ta' tranżazzjoni li tista' teħel mal-bejgħ jew disponiment ieħor, ħlief għall-assi finanzjarji li ġejjin:

(a) ammonti mislufa u debituri kif mfissra fil-paragrafu 9, li għandhom jitkejlu b'kost amortizzat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv;

(b) investimenti miżmuma sal-maturità kif mfissra fil-paragrafu 9, li għandhom jitkejlu b' kost amortizzat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv; u

(c) investimenti fi strument azzjonarju li m'għandhomx prezz ikkwotat fis-suq f'suq attiv u li l-valur ġust ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli u derivati li huma marbuta magħhom u jridu jissaldu b'kunsinna ta' dawn l-istrumenti azzjonarji mhux ikkwotati, li għandhom ikunu mkejla skont il-kost (ara Appendiċi A l-paragrafi AG80 u AG81).

Assi finanzjarji li huma indikati bħala entrati hedged huma soġġett għal kejl taħt il-ħtiġijiet ta' Kontabilità għall-hedging fil-paragrafi 89–102. l-assi finanzjarji kollha ħlief dawk imkejla fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf huma soġġetti għal reviżjoni għal indeboliment b'konformità mal-paragrafi 58–70 u Appendiċi A l-paragrafi AG84-AG93.

Kejl sussegwenti ta' obbligazzjonijiet finanzjarji

47  Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha fil-kost amortizzat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv, ħlief fil-każ ta’:

(a)  obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Dawn l-obbligazzjonijiet, inklużi derivati li jkunu obbligazzjonijiet, għandhom jitkejlu skont il-valur ġust ħlief għal obbligazzjoni derivata marbuta ma’ u li trid tissalda bil-konsenja ta’ strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġfieri input tal-Livell 1) li l-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli, li għandu jitkejjel skont il-kost.

▼B

(b) obbligi finanzjarji li jirriżultaw meta trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent jew meta japplika l-metodu ta' involviment kontinwat. il-paragrafi 29 u 31 japplikaw għal kejl ta' dawn l-obbligi finanzjarji

(c) kuntratti ta' garanzija finanzjarja kif definiti fil-paragrafu 9. Wara rikonoxximent inizjali, emittent ta' tali kuntratt għandu (sakemm ma japplikax il-paragrafu 47(a) jew (b)) ikejlu skont l-ogħla bejn:

(i) l-ammonti stabbiliti skont l-IAS 37; u

(ii) l-ammont inizjalment rikonoxxut (ara l-paragrafu 43) li minnu jitnaqqas, meta meħtieġ, l-amortizzament kumulattiv rikonoxxut b'konformità mal-IAS 18.

(d) impenni li jkun provdut self b'rata ta' mgħax taħt dik tas-suq. Wara rikonoxximent inizjali, emittent ta' tali kuntratt għandu (sakemm ma japplikax il-paragrafu 47(a) jew (b)) ikejlu skont l-ogħla bejn:

(i) l-ammonti stabbiliti skont l-IAS 37; u

(ii) l-ammont inizjalment rikonoxxut (ara l-paragrafu 43) li minnu jitnaqqas, meta meħtieġ, l-amortizzament kumulattiv rikonoxxut b'konformità mal-IAS 18.

Obbligazzjonijiet finanzjarji li huma indikati bħala entrati hedged huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' kontabilità ta' hedge fil-paragrafi 89–102.

▼M33 —————

▼B

Klassifikazzjoni mill-Ġdid

50 Entità:

(a) ma għandhiex tirriklassifika derivattiv barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf filwaqt li dan jinżamm jew jinħareġ;

(b) ma għandhiex tirriklassifika kwalunkwe strument finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf jekk waqt ir-rikonoxximent inizjali tiegħu kien identifikat mill-entità skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; kif ukoll

(c) tista', jekk assi finanzjarju ma jkunx aktar miżmum għall-iskop tal-bejgħ jew xiri mill-ġdid tiegħu fit-terminu qrib (minkejja li l-assi finanzjarju jista' jkun inkiseb jew iġġarrab prinċiplment għall-iskop tal-bejgħ jew xiri mill-ġdid tiegħu fit-terminu qrib), tirriklassifika dak l-assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf jekk ir-rekwiżiti fil-paragrafu 50B u 50D jintlaħqu.

Entità ma għandhiex tirriklassifika strument finanzjarju fil-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf wara r-rikonoxximent inizjali.

▼M8

50A Il-bidliet fiċ-ċirkostanzi li ġejjin m’humiex riklassifikazzjonijiet għall-iskopijiet tal-paragrafu 50:

(a) derivattiva li qabel kienet strument speċifikat u effettiv tal-hedging f'hedge ta' fluss tal-flus jew hedge ta' investiment nett ma tibqax tikkwalifika bħala tali;

(b) derivattiva li qabel isir strument speċifikat u effettiv tal-hedging f'hedge ta' fluss tal-flus jew hedge ta' investiment nett;

(ċ) assi finanzjarju li huwa rrikklassifikat meta kumpanija tal-assigurazzjoni tbiddel il-politiki tal-kontabilità tagħha skond il-paragrafu 45 tal-IFRS 4.

▼B

50B Assi finanzjarju li għalih japplika l-paragrafu 50(c) (ħlief assi finanzjarju tat-tip deskritt fil-paragrafu 50D) jista' jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf f'ċirkostanzi rari biss.

50C Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50B, l-assi finanzjarju għandu jiġi riklassifikat fil-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni. Any gain or loss already recognised in profit or loss shall not be reversed. The fair value of the financial asset on the date of reclassification becomes its new cost or amortised cost, as applicable.

50D Assi finanzjarju li għalih japplika l-paragrafu 50(c) li jissodisfa d-definizzjoni ta' self u dovuti (jekk l-assi finanzjarju ma jkunx jeħtieġ li jiġi kklassifikat kif miżmum għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rikonoxximent inizjali) jista' jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profit jew telf jekk l-entità jkollha l-intenzjoni u l-abbiltà li żżomm l-assi finanzjarju għall-ġejjieni prevedibbli jew sakemm jimmatura.

50E Assi finanzjarju kklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ li jissodisfa d-definizzjoni ta' self u dovuti (jekk l-assi finanzjarju ma jkunx ġie identifikat għala disponibbli għal bejgħ) jista' jiġi riklassifikat barra mill-kategorija “lesti għall-bejgħ” għall-kategorija tas-self u d-dovuti jekk l-entità jkollha l-intenzjoni u l-abbiltà li żżomm l-assi finanzjarju għall-ġejjieni prevedibbli jew sakemm jimmatura.

50F Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50D jew barra mill-kategorija 'lesti għall-bejgħ' skont il-paragrafu 50E, hi għandha tirriklassifika l-assi finanzjarju fil-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni. Għal assi finanzjarju riklassifikat skont il-paragrafu 50D, kwalunkwe qligħ jew telf diġà rikonoxxut fil-profitt jew telf għandhom jitreġġgħu lura. Il-valur ġust tal-assi finanzjarju fid-data tar-riklassifikazzjoni ikun il-kost il-ġdid jew il-kost ammortizzat tiegħu, skont kif applikabbli. Għal assi finanzjarju riklassifikat fil-kategorija 'lesti għall-bejgħ' skont il-paragrafu 50E, kwalunkwe qligħ jew telf preċedenti fuq dak l-assi li kien ġie rrikonoxxut f'introjtu ieħor komplessiv skont il-paragrafu 55(b) għandu jiddaħħal fil-kotba skont il-paragrafu 54.

51 Jekk, bħala riżultat ta' bidla fil-ħsieb jew ħila, mhux aktar adattat li l-investiment jiġi kklassifikat bħala miżmum sal-maturità, għandu jiġi kklassifikat bħala disponibbli għal bejgħ u mkejjel mill-ġdid fil-valur ġust, u d-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba u l-valur ġust għandu jittieħed kont tiegħu b'konformità mal-paragrafu 55(b).

52 Kull meta l-bejgħ jew il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' aktar minn ammont insinifikanti ta' investimenti miżmumin sal-maturità ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 9, kull investiment miżmum sal-maturità li jibqa' għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala disponibbli għal bejgħ. Ma' din il-klassifikazzjoni mill-ġdid, id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba u l-valur ġust għandu jittieħed kont tiegħu b'konformità mal-paragrafu 55(b).

53 Jekk kejl kredibbli jsir disponibbli għal assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li għal kejl bħal dan ma kienx disponibbli qabel, u l-assi jew obbligazzjoni huma meħtieġa li jitkejlu fil-valuri ġusti jekk kejl affidabbli huwa disponibbli (ara l-paragrafi 46(c) u 47), l-assi jew obbligazzjoni għandhom jitkejlu mill-ġdid fil-valur ġust, u d-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba u l-valur ġust għandu jittieħed kont tiegħu f'konformità mal-paragrafu 55.

54 Jekk, bħala riżultat ta' bidla fil-ħsieb jew ħila jew fiċ-ċirkostanza rari li kejl affidabbli tal-valur ġust m'għadux aktar disponibbli (ara l-paragrafi 46(c) u 47) jew minħabba s-“sentejn finanzjarji ta' qabel” li għalihom saret referenza fil-paragrafu 9 ikunu għaddew, ikun xieraq li tgħaddi assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b'kost jew kost amortizzat aktar milli fil-valur ġust, l-ammont miżmum fil-kotba ta' valur ġust tal-assi finanzjarju jew l-obbligazzjoni finanzjarja f'dik id-data jsir il-kost il-ġdid jew kost amortizzat, kif applikabbli. ►M5  Kull qligħ jew telf ta’ qabel minn dak l-assi li ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 55(b), għandu jkun irrappurtat kif ġej: ◄

(a) Fil-każ ta' assi finanzjarju b'maturità stabbilita, il-qligħ jew telf għandu jiġi amortizzat għal profitt jew telf fuq il-perijodu li fadal tal-investiment tat-tip miżmum sal-maturità permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv. Kull differenza bejn il-kost amortizzat ġdid u l-ammont fil-maturità għandu jkun ukoll amortizzat fuq il-perijodu ta' ħajja li fadal tal-assi finanzjarju permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv, simili għall-amortizzament ta' primjum u skont. ►M5  Jekk l-assi finanzjarju jkun sussegwentement indebolit, kwalunkwe qligħ jew telf li kien ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, ikun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 67. ◄

▼M5

(b) Fil-każ ta’ assi finanzjarju li m'għandux maturità fissa, il-qligħ jew telf għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf meta l-assi finanzjarju jinbiegħ jew isir disponiment minnu b'mod ieħor. Jekk l-assi finanzjarju jkun sussegwentement indebolit, kwalunkwe qligħ jew telf ta’ qabel li kien ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, ikun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf b'konformità mal-paragrafu 67.

▼B

Qligħ u telf

55 Qligħ jew telf li jiġi minn bidla fil-valur ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li mhux parti minn relazzjoni ta' hedging (ara l-paragrafi 89–102), għandhom jiġu rikonoxxuti kif ġej.

(a) Qligħ jew telf ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja hekk kklassifikat fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf għandu jiġi rikonoxxut bi profitt jew telf.

▼M5

(b) Qligħ jew telf fuq assi finanzjarju li hu disponibbli għall-bejgħ għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, ħlief għal telf minn indeboliment (ara l-paragrafi 67–70) u qligħ jew telf mill-kambju (ara l-Appendiċi A, il-paragrafu AG83), sakemm ikun irtirat ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarju. F'dak il-ħin, il-qligħ jew telf kumulattiv li qabel kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv, għandu jkun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)). Madankollu, imgħax ikkalkulat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv (ara l-paragrafu 9) hu rikonoxxut fi profitt jew telf (ara l-IAS 18). Dividendi fi strument azzjonarju disponibbli għal bejgħ huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf meta d-dritt tal-entità li tirċievi ħlas hu stabbilit (ara l-IAS 18).

▼B

56 Għal assi finanzjarji u obbligi finanzjarji b'kost amortizzat (ara l-paragrafi 46 u 47), qligħ jew telf hu rikonoxxut fi profitt jew telf meta l-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja mhumiex rikonoxxuti jew indeboliti, u permezz tal-proċess ta' amortizzament. Madankollu, għal assi finanzjarji jew obbligi finanzjarji li huma entrati hedged (ara l-paragrafi 78–84 u Appendiċi A l-paragrafi AG98–AG101) il-kontabilità għall-qligħ jew għat-telf għandhom isegwu l-paragrafi 89–102.

57 Jekk entità tirrikonoxxi assi finanzjarji permezz tal-kontabilità skont id-data tas-sald (ara l-paragrafu 38 u Appendiċi A l-paragrafi AG53 u AG56), kull bidla fil-valur ġust tal-assi li għandu jiġi rċevut matul il-perijodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu mhux rikonoxxut għal assi miżmuma fil-kotba skont kemm swew jew kost amortizzat (barra t-telf minn indeboliment). Madankollu, għal assi ttrasferiti bil-valur ġust, il-bidla fil-valur ġust għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf jew ►M5  fi dħul ieħor komplessiv ◄ , kif jixraq taħt il-paragrafu 55.

Indeboliment u nuqqas ta' ġbir ta' assi finanzjarji

58 Entità għandha tassessja ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar ◄ jekk hemmx xhieda oġġettiva li assi finanzjarju jew grupp ta' assi finanzjarji humiex indeboliti. Jekk xhieda bħal din teżisti, l-entità għandha tapplika l-paragrafu 63 (għal assi finanzjarji ttrasferiti b'kost amortizzat), il-paragrafu 66 (għal assi finanzjarji miżmuma fil-kotba skont kemm swew) jew il-paragrafu 67 (għal assi finanzjarji disponibbli għal bejgħ) sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' telf minn indeboliment.

59 Assi finanzjarju jew grupp ta' assi finanzjarji huwa indebolit u telf minn indeboliment jseħħ meta, u biss meta, hemm evidenza oġġettiva ta' indeboliment bħala riżultat ta' avveniment wieħed jew aktar wara r-rikonoxximent inizjali tal-assi ('avveniment li jġib telf') u dak l-avveniment li jġib telf (jew avvenimenti) ikollu impatt fuq il-flussi ta' flus futuri stmata tal-assi finanzjarju jew grupp ta' assi finanzjarji li jistgħu jiġu stmati b'mod affidabbli. Jista' ma jkunx possibli li jiġi identifikat avveniment diskret wieħed li kkawża l-indeboliment. Pjuttost l-effett ikkombinat ta' diversi avvenimenti jistgħu jikkawżaw l-indeboliment. Telf mistenni bħala riżultat ta' avvenimenti futuri, minkejja l-possibbiltà li jseħħu, mhumiex rikonoxxuti. Xhieda oġġettiva li assi finanzjarju jew grupp ta' assi finanzjarji hu indebolit jinkludu tagħrif osservat li jsir jaf biha l-proprjetarju tal-assi dwar l-avvenimenti li jġibu telf li ġejjin:

(a) diffikultà finanzjarja sinifikanti tal-emittent jew ta' min jobbliga.

(b) kull ksur ta' kuntratt, bħal kull nuqqas jew delinkwenza fl-interess jew ħlasijiet kapitali;

(c) is-sellief, għal raġunijiet ekonomiċi marbuta mad-diffikultà finanzjarja ta' min issellef, jagħti konċessjoni lil min issellef li s-sellief f'ċirkostanzi oħrajn ma kienx jikkunsidra;

(d) meta jidher probabbli li min issellef għandu jidħol għal falliment jew ri-organizzazzjoni finanzjarja oħra;

(e) l-għajbien ta' suq attiv għal dak l-assi finanzjarju minħabba diffikultajiet finanzjarji; jew

(f) tagħrif osservat li jindika li hemm tnaqqis mkejjel fil-flussi ta' flus futuri minn grupp ta' assi finanzjarji billi r-rikonoxximent inizjali ta' dawk l-assi, għalkemm it-tnaqqis għad ma jistax jiġi identifikat mal-assi finanzjarji individwali fil-grupp, jinkludu:

(i) bidliet avversi fl-istat ta' pagament ta' min issellef fil-grupp (eż numru akbar ta' ħlasijiet mdewma jew numru akbar ta' min issellef b'karta ta' kreditu li jkunu laħqu l-limitu ta' kreditu u qed iħallsu l-ammont minimu kull xahar); jew

(ii) kundizzjonijiet nazzjonali jew lokali li jikkorrelataw b'fallimenti fuq l-assi fil-grupp (eż. żieda fir-rata ta' nies qiegħda fiż-żona ġeografika ta' min issellef, tnaqqis fil-prezzijiet tal-proprjetà għal ipoteki fiż-żona rilevanti, tnaqqis fil-prezz taż-żejt għal assi ta' ammonti mislufa lil produtturi taż-żejt, jew bidliet fil-kundizzjonijiet tal-industrija li jaffetwaw min jissellef fil-grupp).

60 L-għajbien ta' suq attiv fejn l-istrumenti finanzjarji ta' entità m'għadhomx aktar negozjati pubblikament, mhux evidenza ta' indeboliment. Tnaqqis fil-grad tar-rata ta' kreditu tal-entità mhux, fih nnifsu, evidenza ta' indeboliment, għalkemm jista' jkun evidenza ta' indeboliment meta kkunsidrat ma tagħrif ieħor disponibbli. Tnaqqis fil-valur ġust ta' assi finanzjarju taħt il-kost tiegħu jew il-kost amortizzat mhux neċċesarjament evidenza ta' indeboliment (pereżempju, tnaqqis fil-valur ġust ta' investiment fi strument tad-debitu li jirriżulta minn żjieda fir-rata mingħajr riskju).

61 Barra mit-tipi ta' avvenimenti fil-paragrafu 59, evidenza oġġettiva ta' indeboliment għal investment fi strument azzjonarju tinkludi tagħrif dwar bidliet sinifikanti b'effett avvers li jistgħu jseħħu fit-teknoloġija, is-suq, l-ambjenti ekonomiċi jew legali li fih jaħdem l-emittent, u li jindika li l-kost tal-investiment fl-istrument azzjonarju jista' ma jiġix rkuprat. Tnaqqis sinifikanti jew imdewwem fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju taħt il-kost hija wkoll evidenza oġġettiva ta' indeboliment.

62 F'xi każijiet it-tagħrif osservat meħtieġ biex jivvalorizza l-ammont ta' telf minn indeboliment fuq assi finanzjarju jista' jkun ristrett jew m'għadux rilevanti b'mod sħiħ fiċ-ċirkostanzi attwali. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ meta min jislef jinsab f'diffikultajiet u ftit ikun hemm tagħrif storiku disponibbli marbut ma' persuni simili li jisilfu. F'dawn il-każijiet, entità tuża l-ġudizzju għaqli tal-esperjenza tagħha sabiex tistima l-ammont ta' telf minn indeboliment. Hekk ukoll l-entità tuża l-ġudizzju għaqli mibni fuq l-esperjenza tagħha sabiex taġġusta t-tagħrif osservabbli għal grupp ta' assi finanzjarji biex jirriflettu ċirkustanzi attwali (ara l-paragrafu AG89). L-użu ta' stimi raġonevoli huwa parti essenzjali tal-preparazzjoni ta' rapporti finanzjarji u ma timminax l-affidibilità tagħhom.

Assi finanzjarji miżmuma b' kost amortizzat

63 Jekk m'hemmx evidenza oġġettiva li telf minn indeboliment fuq ammonti mislufa jew debituri jew investimenti miżmuma sal-maturità miżmuma b'kost ammortizzat tkun saret, l-ammont tat-telf huwa mkejjel bħala d-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u l-valur attwali ta' flussi ta' flus futuri stmati (barra telf minn kreditu futur li ma jkunux saru) skontati bir-rata tal-imgħax effettiva oriġinali tal-assi finanzjarju (jiġifieri r-rata tal-imgħax effettiv magħduda fir-rikonoxximent inizjali). L-ammont miżmum fil-kotba tal-assi għandu jiġi mnaqqas jew direttament jew indirettament jew permezz ta' kont ta' konċessjoni. L-ammont tat-telf għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf.

64 L-entità l-ewwel tassessja jekk evidenza oġġettiva ta' indeboliment teżistix individwalment għal assi finanzjarji li huma individwalment sinifikanti, u individwalment jew kollettivament għal assi finanzjarji li mhumiex individwalment sinifikanti (ara l-paragrafu 59). Jekk entità tistabilixxi li l-ebda evidenza oġġettiva ta' indeboliment ma teżisti għal assi finanzjarju assessjat individwalment, kemm jekk sinifikanti jew le, hi tinkludi l-assi fi grupp ta' assi finanzjarji b'karatteristiċi ta' riskju fuq il-kreditu simili u tevalwahom kollettivament għal indeboliment. Assi li huma stmati individwalment għal indeboliment u li għalihom telf minn indeboliment huwa jew jibqa' jiġi rikonoxxut mhumiex inklużi fi stima kollettiva ta' indeboliment.

65 Jekk, f'perijodu sussegwenti, l-ammont ta' telf minn indeboliment jonqos u t-tnaqqis jista' jiġi relatat oġġettivament ma' avveniment wara li l-indeboliment ikun ġie rikonoxxut (bħal titjib fir-rata ta' kreditu tad-debitur), it-telf minn indeboliment rikonoxxut qabel għandu jiġi mreġġa’ lura jew direttament jew b'aġġustament tal-kont ta' konċessjoni. It-treġġigħ lura m'għandux jirriżulta f'ammont miżmum fil-kotba tal-assi finanzjarju li jaqbeż dak li l-ispiża amortizzata kienet tkun li kieku l-indeboliment ma kienx rikonoxxut fid-data li l-indeboliment ġie mreġġa’ lura. L-ammont ta' treġġigħ lura għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf.

Assi finanzjarji miżmuma fil-kotba skont kemm swew

66 Jekk hemm xhieda oġġettiva li jkun sar telf minn indeboliment fuq strument azzjonarju mhux ikkwotat li mhux ittrasferit skont il-valur ġust minħabba li l-valur ġust tiegħu ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli, jew fuq assi derivat li hu marbut ma' u jrid jissalda b'kunsinna ta' strument azzjonarju mhux ikkwotat bħal dan, l-ammont tat-telf minn indeboliment huwa mkejjel bħala d-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi finanzjarju u l-valur attwali ta' flussi ta' flus futuri stmati u skontata skont ir-rata ta' redditu tas-suq attwali għal assi finanzjarju simili (ara l-paragrafu 46(c) u Appendiċi A l-paragrafi AG80 u AG81). Dan it-telf minn indeboliment m'għandhomx jiġu rivertiti.

Assi finanzjarji lesti għall-bejgħ.

67 Meta tnaqqis fil-valur ġust ta' assi finanzjarju tat-tip disponibbli għal bejgħ ikun ġie ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ u hemm xhieda oġġettiva li l-assi hu indebolit (ara l-paragrafu 59), it-telf kumulattiv li jkun ġie ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ għandu jitneħħa mill-ekwità u jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf minkejja li ma ġiex irtirat ir- ►M5  rikonoxximent ◄ tal-assi finanzjarju.

68 L-ammont ta' telf kumulattiv li hu ►M5  irriklassifikat minn ekwita' għal profitt jew telf ◄ taħt il-paragrafu 67 għandu jkun id-differenza bejn il-kost tal-akkwiżizzjoni (nett fuq kull ħlas mill-ġdid tal-kapital u amortizzament) u l-valur ġust attwali, nieqes kull telf minn indeboliment fuq dak l-assi finanzjarju rikonoxxut qabel fi profitt jew telf.

69 Telf minn indebolimenti rikonoxxuti fi profitt jew telf għal investiment fi strument azzjonarju kklassifikat bħala disponibbli għal bejgħ m'għandux jiġi rivertit permezz ta' profitt jew telf.

70 Jekk, f'perijodu sussegwenti, il-valur ġust ta' strument tad-debitu kklassifikat bħala disponibbli għal bejgħ jiżdied u ż-żieda tista' b'mod oġġettiv tiġi relatata ma' avveniment li jseħħ wara telf minn indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew telf, it-telf minn indeboliment għandu jitreġġa’ lura fi profitt jew telf.

HEDGING

71 Jekk hemm relazzjoni indikata ta' hedging bejn strument tal-hedging u entrata hedged kif deskritt fil-paragrafi 85–88 u Appendiċi A l-paragrafi AG102–AG104, kontabilità għall-qligħ jew it-telf tal-istrument tal-hedging u l-entrata hedged għandhom isegwu l-paragrafi 89–102,

Strumenti tal-hedging

Strumenti li jikkwalifikaw

72 Dan l-Istandard ma jillimitax iċ-ċirkostanzi li fihom derivat jista' jiġi indikat bħala strument tal-hedging kemm-il darba l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 88 ikunu milħuqa, ħlief għal xi opzjonijiet bil-miktub (ara l-Appendiċi A l-paragrafu AG94). Madankollu, assi finanzjarju mhux derivat jew obbligazzjoni finanzjarja mhux derivata jistgħu jkunu indikati bħala strument tal-hedging biss għal hedge ta' riskju fuq il-valuta barranija.

▼M8

73 Għal skopijiet tal-kontabilità tal-hedge, l-istrumenti biss li jinvolvi parti esterna għal entità tar-rappurtaġġ (jiġifieri esterni għall-grupp jew entità individwali li dwarha qed isir ir-rappurtaġġ) jistgħu jkunu speċifikati bħala strumenti tal-hedge. Għalkemm entitajiet individwi taħt grupp konsolidat jew diviżjonijiet taħt entità jistgħu jidħlu fi tranżazzjonijiet tal-hedging ma’ entitajiet oħrajn taħt il-grupp jew id-diviżjonijiet taħt l-entità, tali tranżazzjoni intragrupp huma eliminati mal-konsolidazzjoni. Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet tal-hedging ma jikkwalifikawx għal kontabilità tal-hedge fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Madankollu, jistgħu jikkwalifikaw għall–kontabilità tal-hedge fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta’ entitajiet individwali taħt il-grupp sakemm huma esterni għall-entità individwali li dwarha jsir ir-rapport.

▼B

L-għażla ta' strumenti tal-hedging

74 Ġeneralment hemm miżura ta' valur ġust wieħed għal strument tal-hedging fit-totalità tiegħu, u l-fatturi li joħolqu l-bidliet fil-valur ġust huma ko-dipendenti. Għalhekk, relazzjoni ta' hedging hija magħżula minn strument tal-hedging fit-totalità tagħha. L-uniċi eċċezzjonijiet permessi huma:

(a) is-separazzjoni tal-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien f'kuntratt ta' opzjoni u l-għażla bħala l-istrument tal-hedging biss il-bidla fil-valur intrinsiku ta' opzjoni u l-esklużjoni ta' bidla fil-valur taż-żmien; u

(b) is-separazzjoni tal-element ta' interess u l-prezz attwali ta' kuntratt bil-quddiem.

dawn l-eċċezzjonijiet huma permessi minħabba l-valur intrinsiku tal-opzjoni u l-primjum fuq ta' quddiem jista' ġeneralment jitkejjel separatament. Strateġija ta' hedging dinamika li tivvaluta kemm il-valur intrinsiku u l-valur ta' ħin ta' kuntratt ta' opzjoni tista' tikkwalifika għal kontabilità tal-hedge.

75 Proporzjon tal-istrument ta' hedging kollu, bħal 50 fil-mija tal-ammont mistħajjel, jista' jiġi magħżul bħala l-istrument ta' hedging f'relazzjoni ta' hedging. Madankollu, relazzjoni ta' hedging tista' ma tkunx għal parti biss mill-perijodu tal-ħin li matulha l-istrument tal-hedging jibqa' pendenti.

76 Strument tal-hedging wieħed jista' jiġi magħżul bħala hedge ta' aktar minn tip wieħed ta' riskju kemm-il darba (a) ir-riskji hedged jista' jiġu identifikati b'mod ċar; (b) l-effettività tal-hedge tista' tiġi murija; u (c) huwa possibli li jiġi żgurat li hemm għażla speċifika tal-istrument tal-hedging u pożizzjonijiet ta' riskju differenti.

77 Tnejn jew aktar derivati, jew proporzjonijiet minnhom (jew, fil-każ ta' hedge ir-riskju fuq il-valuta, tnejn jew aktar non-derivati jew proporzjonijiet minnhom, jew kull kombinazzjoni ta' derivati u non-derivati jew proporzjonijiet minn dawn), jistgħu jiġu meqjusa f'kombinazzjoni u konġuntament magħżula bħala l-strument tal-hedging, li jinkludi meta r-riskju(/i) li jiġi minn xi derivati jpaċi(u) dawk li jiġu minn oħrajn. Madankollu, rata ta' mgħax collar jew strument derivat ieħor li jikkombina opzjoni bil-miktub u opzjoni mixtrija ma tikkwalifikax bħala strument tal-hedging jekk tkun, effettivament, opzjoni bil-miktub netta (jiġifieri li għaliha primjum nett huwa riċevut). Hekk ukoll, żewġ instrumenti jew aktar (jew proporzjonijiet minnhom) jistgħu jiġu magħżula bħala strument tal-hedging biss jekk l-ebda wieħed minnhom m'hu opzjoni bil-miktub jew opzjoni bil-miktub netta.

Entrati Hedged

Entrati li jikkwalifikaw

78 Entrata hedged jista' jkun assi rikonoxxut jew obbligazzjoni, impenn sod mhux rikonoxxut, tranżazzjoni mbassra probabbli ħafna jew investiment nett f'operazzjoni barranija. L-entrata hedged jista' jkun (a) assi wieħed, obbligazzjoni b'impenn sod, tranżazzjoni mbassra probabbli ħafna jew investiment nett f'operazzjoni barranija, jew (b) grupp ta' assi, obbligi, impenji sodi, tranżazzjonijiet mbassra bi probabbiltajiet għolja jew investimenti netti f'ħidmiet barranin b'karatteristiċi ta' riskju simili jew (c) f'hedge fil-portafoll fuq iċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax biss, parti mill-portafoll ta' assi finanzjarji jew obbligi finanzjarji li jaqsmu r-riskju li qed jiġi hedged.

79 Kontra dak li jiġri f'ammonti mislufa u debituri, investiment miżmum sal-maturità ma jistax ikun entrata hedged fir-rigward ta' riskju b'rata tal-imgħax jew riskju ta' ħlas minn qabel minħabba li l-għażla ta' investiment bħala miżmum sal-maturiità jinħtieġ l-intenzjoni li l-investiment jinżamm sal-maturità mingħajr ħlas għal bidliet fil-valur ġust jew flussi ta' flus ta' dan l-investiment attribwit għal bidliet fir-rati tal-imgħax. Madankollu, investiment miżmum sal-maturità jista' jkun entrata hedged fir-rigward ta' riskji minn bidliet fir-rati tal-kambju u riskju fuq il-kreditu.

80 Għal skopijiet ta' kontabilità għall-hedging, huma biss assi, obbligazzjonijiet, impenji sodi jew tranżazzjonijiet mbassra bi probabbiltà għolja li jinvolvu parti li hi esterna mill-entità, li jistgħu jiġu magħżula bħala oġġetti hedged. ◄ ►M38  B'hekk l-kontabbilizzazzjoni tal-ħeġġ tista' tiġi applikata għal tranżazzjonijiet bejn entitajiet fl-istess grupp fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta' dawk l-entitajiet biss u mhux fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp, għajr għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' entità tal-investiment, kif definit fl-IFRS 10, fejn it-tranżazzjonijiet bejn entità tal-investiment u s-sussidjarji tagħha imkejla skont il-valur ġust permezz tal-introjtu mhux ser jiġu eliminati fir-rapporti finanzjarji konsolidati. ◄ Skont l-IAS 21, qligħ u telf fil-kambju fuq entrati monetarji barranin fi ħdan grupp mhumiex eliminati fit-totalità tagħhom b'konsolidament meta l-entrata monetarja fi ħdan grupp huwa ttrasferit bejn żewġ gruppi ta' entitajiet li għandhom muniti funzjonali differenti. Barra minn hekk, ir-riskju tal-valuta barranija ta' tranżazzjoni intragrupp bi tbassir probabbli ħafna jista' jikkwalifika bħala entrata hedged f'rapporti finanzjarji konsolidati diment li t-tranżazzjoni tkun denominata f'valuta għajr dik funzjonali tal-entità li tkun daħlet f'dik it-tranżazzjoni u r-riskju tal-valuta barranija jaffettwa l-profitt jew it-telf konsolidat.

L-għażla ta' entrati finanzjarji bħala entrati hedged

81 Jekk l-entrata hedged hija assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, jista' jkun entrata hedged fir-rigward tar-riskji assoċjati ma' biss parti waħda tal-flussi ta' flus tagħha stess jew valur ġust (bħal flussi ta' flus kuntrattwali magħżula waħda jew aktar jew partijiet minnhom jew perċentwal tal-valur ġust) kemm-il darba l-effettività tista' titkejjel. Pere żempju, porzjon indipendenti u separatament mkejjel tal-esponiment tar-rata tal-imgħax jew assi li jagħti l-imgħax jew obbligazzjoni li tagħti l-imgħax jista' jiġi magħżul bħala r-riskju hedged (bħal rata tal-imgħax mingħajr riskju jew komponent b'rata tal-imgħax ta' referenza tal-esponiment tar-rata tal-imgħax totali ta' strument finanzjarju hedged).

81A F'hedge ta' valur ġust tal-esponiment tar-rata tal-imgħax ta' portafoll ta' assi finanzjarji jew obbligi finanzjarji (u f'hedge bħal dan biss), il-porzjoni hedged tista' tiġi magħżula f'termini ta' ammont ta' munita (eż ammont ta' dollari, euro, lira sterlina jew rand) aktar milli bħala assi individwali (jew obbligi). Għalkemm il-portafoll jista', għal skopijiet ta' ġestjoni tar-riskju, jinkludi assi u obbligi, l-ammont magħżul huwa ammont ta' assi jew ammont ta' obbligazzjonijiet. L-għażla ta' ammont nett li jinkludi assi u obbligazzjonijiet mhux permess. L-entità tista' tagħmel hedge ta' porzjon tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax assoċjat b'dan l-ammont magħżul. Pereżempju, fil-każ ta' hedge ta' portafoll li fih assi li jitħallsu minn qabel, l-entità tista' titfa' f'hedge l-bidla fil-valur ġust li hu attribwit għal bidla fir-rata ta' mgħax hedged fuq il-bażi ta' dati ta' prezzar mill-ġdid mistennija, aktar milli kuntrattwali. […].

L-għażla ta' entrati mhux finanzjarji bħala entrati hedged

82 Jekk l-entrata hedged hija assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja, għandha tintgħażel bħala entrata hedged (a) għal riskji fuq il-valuta barranija, jew, (b) fit-totalità tiegħu għar-riskji kollha, minħabba d-diffikultà li jiġi iżolat u mkejjel il-porzjon xieraq tal-flussi ta' flus jew bidliet fil-valur ġust attribwiti għal riskji speċifiċi barra dawk minn riskji fuq il-valuta barranija.

L-għażla ta' gruppi ta' entrati bħala entrati hedged

83 Assi simili jew obbligazzjonijiet simili għandhom jiġu aggregati u hedged bħala grupp biss jekk assi individwali jew obbligazzjoni individwali fil-grupp jaqsmu l-esponiment għar-riskju li hi magħżula bħala li tkun hedged. Barra minn hekk, il-bidla fil-valur ġust attribwita għar-riskju hedged għal kull entrata individwali fil-grupp għandha tkun mistennija li tkun proporzjonalment approssimattiva meta mqabbla mal-bidla ġenerali fil-valur ġust attribwit għar-riskju hedged tal-grupp ta' entrati.

84 Minħabba li entità tassessja l-effettività tal-hedge billi tqabbel il-bidla fil-valur ġust jew il-fluss ta' flus ta' strument tal-hedging (jew grupp ta' strumenti tal-hedging simili) u entrata hedged (jew grupp ta' entrati hedged simili), it-tqabbil ta' strument tal-hedging mal-pożizzjoni totali (eż. in-nett ta' assi b'rata stabbilita u obbligi b'rata stabbilita b'maturitajiet simili), aktar milli ma' entrata speċifiku hedged, ma jikkwalifikax għal kontabilità għall-hedging.

Kontabilità tal-hedge

85 Il-kontabilità tal-hedge tirrikonoxxi l-effetti li jpaċu fil-profitt jew telf ta' bidliet fil-valuri ġusti tal-istrument tal-hedging u l-entrata hedged.

86 Ir-relazzjonijiet tal-hedging huma ta' tlett tipi:

(a)  hedge fil-valur ġust: hedge tal-esponiment għal bidliet fil-valur ġust ta' assi rikonoxxut jew obbligazzjoni jew kull impenn sod mhux rikonoxxut, jew kull porzjon identifikat ta' assi bħal dan, obbligazzjoni jew impenn sod, li hu attribwit għal riskju partikolari u jista' jaffetwa l-profitt jew telf.

(b)  hedge tal-fluss ta' flus: hedge tal-esponiment għal varjabilità f'flussi ta' flus li (i) hi attribwita għal riskju partikolari assoċjat ma' assi jew obbligazzjoni rikonoxxuti (bħal kull jew xi pagamenti tal-imgħax futuri jew debitu fir-rata varjabbli) jew tranżazzjoni mbassra probabbli ħafna u (ii) tista' taffetwa l-profitt jew t-telf.

(c)  hedge ta' investiment nett f'operazzjoni barranija kif imfissra fl-IAS 21.

87  Hedge tar-riskju fuq il-valuta barranija ta' mpenn sod tista' tiġi magħduda. bħala hedge ta' valur ġust jew hedge ta' fluss ta' flus.

88  Relazzjoni tal-iħħeġġjar tkun tikkwalifika għall-ikkontabilizzar għall-iħħeġġjar taħt il-paragrafi 89–102 jekk, u biss jekk, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati.

(a) Fil-bidu tal-hedge hemm għażla formali u dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-hedging u l-oġġettiv ta' ġestjoni ta' riskju tal-entità u l-istrateġija għal impenn ta' hedge. Dik id-dokumentazzjoni għandha tinkludi identifikazzjoni tal-istrument tal-hedging, l-entrata hedged jew t-tranżazzjoni, in-natura tar-riskju li qed jiġi hedged u kif l-entità tassessja l-effettività tal-istrument tal-hedging biex ipaċi għal esponiment għal bidliet fil-valur ġust tal-entrata hedged jew flussi ta' flus attribwita għar-riskju hedged.

(b) Il-hedge mistenni jkun effettiv ħafna (ara Appendiċi A l-paragrafi AG105–AG113) fil-kisba ta' bidliet paċuti fil-valur ġust jew flussi ta' flus attribwita għar-riskju hedged, b'mod konsistenti mal-istrateġija oriġinali ddokumentata fuq il-ġestjoni ta' riskju għal dik ir-relazzjoni partikolari ta' hedging.

(c) Għal hedges ta' fluss ta' flus, tranżazzjoni mbassra li hi s-suġġett tal-hedge għandha tkun probabbli ħafna u għandha tippreżenta esponiment għal varjazzjonijiet fil-flussi ta' flus li bażikament tista' taffetwa l-profitt jew it-telf.

▼M33

(d)  L-effikaċja tal-ħeġġ tkun tista’ titkejjel b’mod affidabbli, jiġifieri l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tal-oġġett ħeġġjat li jkun attribwibbli għar-riskju ħeġġjat u l-valur ġust tal-istrument tal-iħħeġġjar ikun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

▼B

(e) Il-hedge huwa assessjat fuq bażi kontinwa u li jiġi attwalment stabbilit li jkun effettiv ħafna matul il-perijodi finanzjarji ta' rappurtaġġ li għalihom il-hedge kien magħżul.

Hedges tal-valur ġust

89 Jekk hedge tal-valur ġust jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 88 matul il-perijodu, għandu jiġi kontabilizzat skont kif ġej:

(a) il-qligħ jew it-telf mill-kejl mill-ġdid tal-istrument tal-hedging fil-valur ġust (għal strument tal-hedging derivat) jew il-komponent fil-munita barranija tal-ammont miżmum fil-kotba tiegħu mkejjel f'konformità mal-IAS 21 (għal strument tal-hedging mhux derivat) għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf; u

(b) il-qligħ jew it-telf tal-entrata hedged attribwiti għar-riskju hedged għandu jaġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tal-entrata hedged u jkun rikonoxxut fi profitt jew telf. Dan japplika jekk l-entrata hedged hux b'mod ieħor imkejjel skont il-kost. Rikonoxximent tal-qligħ jew tat-telf attribwit għar-riskju hedged fi profitt jew telf japplika jekk l-entrata hedged hija assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ.

89A Għal hedge ta' valur ġust b'esponiment għar-rata tal-imgħax ta' porzjon ta' assi finanzjarju jew ta' obbligazzjoni finanzjarja (u biss f'dan it-tip ta' hedge), ir-rekwiżit tal-paragrafu 89(b) jista' jintlaħaq billi jiġi ppreżentat il-qligħ jew it-telf għall-entrata hedged jew billi:

(a) f'entrata f'linja waħda separata fi ħdan l-assi, għal dawk il-perijodi ta' ħin ta' pprezzar mill-ġdid li għalihom l-entrata hedged hija assi; jew

(b) f'entrata f'linja separata waħda fi ħdan l-obbligazzjonijiet, għal dawk il-perijodi ta' ħin ta' pprezzar mill-ġdid li għalihom l-entrata hedged hija obbligazzjoni;

L-entrati f'linji separati li għalihom saret referenza f'(a) u (b) hawn fuq għandhom ikunu ppreżentati ħdejn l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji. Ammonti inklużi f'dawn l-entrati elenkati għandhom jiġu mneħħija ►M5  mir-rapport tal-pożizzjoni finazjarja ◄ meta jiġi rtirat ir-rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet li magħhom huma relatati.

90 Jekk riskji partikolari attribwiti għal entrata hedged biss huma hedged, bidliet rikonoxxuti fil-valur ġust tal-entrata hedged li mhux relatat mar-riskju hedged huma rikonoxxuti kif stabbilit fil-paragrafu 55.

91   Entità għandha twaqqaf b'mod prospettiv il-kontabilità tal-hedging speċifikata fil-paragrafu 89 jekk:

(a)   l-istrument tal-hedging jiskadi jew jiġi mibjugħ, itterminat jew eżerċitat. Għal dan l-iskop, is-sostituzzjoni jew ir-rifinanzjament ta' strument tal-hedging bi strument ieħor tal-hedging ma jirrappreżentax skadenza jew terminazzjoni jekk tali sostituzzjoni jew rifinanzjament ikun parti mill-istrateġija tal-hedging dokumentata tal-entità. Barra minn hekk, għal dan l-għan l-istrument tal-hedging ma jiskadix jew ma jiġix itterminat jekk:

(i)   bħala konsegwenza ta' liġijiet jew regolamenti jew l-introduzzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument tal-hedging jaqblu li kontraparti tal-ikklerjar waħda jew aktar jieħdu post il-kontraparti oriġinali tagħhom biex isiru l-kontropartijiet il-ġodda għal kull waħda mill-partijiet. Għal dan l-għan, kontroparti tal-ikklerjar hi kontroparti ċentrali (xi kultant imsejħa “organizzazzjoni tal-ikklerjar” jew “aġenzija tal-ikklerjar”) jew entità jew entitajiet, pereżempju, membru tal-ikklerjar ta' organizzazzjoni tal-ikklerjar, li qed jaġixxu bħala kontroparti sabiex iwettqu l-ikklerarjar minn kontroparti ċentrali. Madankollu, meta l-partijiet għall-istrument tal-hedging jissostitwixxu l-kontrapartijiet oriġinali tagħhom b'kontropartijiet differenti dan il-paragrafu għandu japplika biss jekk kull waħda minn dawk il-partijiet twettaq l-ikklerjar mal-istess kontroparti ċentrali.

(ii)   bidliet oħra, jekk hemm, għall-istrument tal-hedging huma limitati għal dawk li huma neċessarji biex titwettaq tali sostituzzjoni tal-kontroparti. Dawn il-bidliet huma limitati għal dawk li huma konsistenti mat-termini li kienu jkunu mistennija jekk l-istrument tal-hedging oriġinarjament kien approvati mal-kontroparti tal-ikklerjar. Dawn il-bidliet jinkludu bidliet f’rekwiżiti kollaterali, drittijiet biex jiġu bbilanċjati l-bilanċi tar-riċevibbli u l-pagabbli, u l-ħlasijiet imposti.

▼B

(b) il-hedge m'għadux jissodisfa l-kriterji għal kontabilità ta' hedge fil-paragrafu 88; jew

(c) l-entità tirrevoka l-għażla.

92 Kull aġġustament li jiġi mill-paragrafu 89(b) għall-ammont miżmum fil-kotba ta' strument finanzjarju hedged li għalih jintuża l-metodu ta' mgħax effettiv (jew, fil-każ ta' hedge fil-portafoll ta' riskju fir-rata tal-imgħax, għall-entrata elenkata ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ deskritta fil-paragrafu 89A) għandu jiġi amortizzat għal profitt jew telf. Amortizzament jista' jibda malli jkun jeżisti aġġustament u m'għandux jibda aktar tard minn meta l-entrata hedged tieqaf tiġi aġġustata għal bidliet fil-valur ġust tiegħu minħabba fir-riskju li jkun hedged. L-aġġustament huwa bbażżat fuq rata effettiva tal-imgħax kkalkulata mill-ġdid fid-data li l-ammortizzament jibda. Madankollu, jekk, fil-każ ta' hedge ta' valur ġust ta' esponiment tar-rata ta' mgħax f'portafoll ta' assi finanzjarji jew obbligi finanzjarji (u biss f'dan it-tip ta' hedge), li tamortizza b'rata effettiva tal-imgħax mhux prattikabbli, l-aġġustament għandu jiġi amortizzat permezz tal-metodu tal-linja dritta. L-aġġustament għandu jiġi amortizzat b'mod sħiħ sal-maturità tal-istrument finanzjarju jew, fil-każ ta' hedge fil-portafoll tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, permezz tal-iskadenza tal-perijodu relevanti tal-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid.

93 Meta impenn sod mhux rikonoxxut huwa magħżul bħala entrata hedged, il-bidla kumulattiva sussegwenti fil-valur ġust tal-impenn sod attribwit għar-riskju hedged huwa rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni bi qligħ jew telf korrispondenti rikonoxxut fi profitt jew telf (ara l-paragrafu 89(b)). Il-bidliet fil-valur ġust tal-istrument tal-hedging huma rikonoxxuti ukoll fi profitt jew telf.

94 Meta entità tidħol għal impenn sod biex takkwista assi jew tassumi impenn li hi entrata hedged fuq il-valur ġust ta' hedge, l-ammont miżmum fil-kotba inizjali tal-assi jew l-obbligazzjoni li jirriżulta mill-entità li tissodisfa l-impenn sod huwa aġġustat sabiex jinkludi l-bidla kumulattiva fil-valur ġust tal-impenn sod attribwit għar-riskju hedged li kien rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄ .

Hedges tal-fluss ta' flus

95 Jekk hedge tal-fluss ta' flus tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 88 matul il-perijodu, għandha tiġi kontabilizzata skont kif ġej:

(a) Il-porzjon tal-qligħ jew tat-telf fuq l-istrument tal-hedging li hu stabbilit li hu hedge effettiv (ara l-paragrafu 88) għandu jiġi ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv; ◄ u

(b) il-porzjon mhux effettiv tal-qligħ jew tat-telf fuq l-istrument tal-hedging għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf.

96 B'mod aktar speċifiku, il-kontabilità ta' hedge tal-fluss ta' flus għandha ssir kif ġej:

(a) il-komponent separat ta' ekwità assoċjat mal-entrata hedged hu aġġustat għall-inqas minn li ġej (ammonti assoluti):

(i) il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-hedging mill-bidu tal-hedge; u

(ii) il-bidla kumulattiva fil-valur ġust (valur attwali) ta' flussi ta' flus futuri mistennija fuq entrata hedged mill-bidu tal-hedge;

(b) kull qligħ jew telf li jibqa' fuq l-istrument tal-hedging jew komponent magħżul ta' dan (dak li mhux hedge effettiv) hu rikonoxxut fi profitt jew telf; u

(c) jekk l-istrateġija dwar il-ġestjoni tar-riskju ddokumentata għal relazzjoni ta' hedging partikolari teskludi mill-eżami ta' effettività tal-hedge komponent speċifiku tal-qligħ jew it-telf jew flussi ta' flus relatata fuq l-istrument tal-hedging (ara l-paragrafi 74, 75 u 88(a)), dak il-komponent eskluż ta' qligħ jew telf huwa rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 55.

▼M22

97   Jekk hedge ta' tranżazzjoni mbassra sussegwentement jirriżulta fir-rikonoxximent ta' assi finanzjarju jew ta' obbligazzjoni finanzjarja, il-qligħ jew telf assoċjat li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv skont il-paragrafu 95 għandu jiġi rriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament ta’ riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (kif rivedut fl-2007)) fl-istess perijodu jew perijodi li fih il-flussi mbassra ta’ flus soġġetti għall-hedge jaffetwaw il-profitt jew telf (bħal f'perijodi fejn introjtu mill-imgħax jew spejjeż ta’ mgħax huma rikonoxxuti). Madankollu, jekk entità tistenna li t-telf kollu jew parti minnu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv mhux ser jiġi rkuprat f'perijodu jew perijodi futuri, dak l-ammont li mhux mistenni li jiġi rkuprat għandha tirriklassifikah fi profitt jew telf bħala aġġustament ta’ riklassifikazzjoni.

▼B

98 Jekk hedge ta' tranżazzjoni mbassra sussegwentement jirriżulta fir-rikonoxximent ta' assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja, jew tranżazzjoni mbassra ta' assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja u jsir impenn sod li għalih l-kontabilità għall-hedge fuq il-valur ġust jiġi applikat, allura l-entità għandha tadotta (a) jew (b) hawn isfel:

(a) Għandha tirriklassifika il-profitt jew telf assoċjat li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 95 fi qligħ jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)) fl-istess perjodu jew perjodi li fihom l-assi miksub jew l-obbligazzjoni merfugħa jaffettwaw il-profitt jew telf (bħal f'perjodi li fihom l-ispiża tad-deprezzament jew il-kost tal-bejgħ ikunu rikonoxxuti). Madankollu, jekk entità tistenna li t-telf kollu jew parti minnu li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv mhux ser ikun irkuprat f'xi perjodu jew perjodi fil-futur, għandha tirriklassifika minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni dak l-ammont li mhux mistenni li jkun irkuprat.

(b) Hi tneħħi l-qligħ jew telf assoċjati li kienu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 95 ◄ , u tinkludihom fil-kost inizjali jew ammont miżmum fil-kotba ieħor tal-assi jew l-obbligazzjoni.

99 Entità għandha tadotta jew (a) jew (b) fil-paragrafu 98 bħala l-politika ta' kontabilità tagħha u għandha tapplika b'mod konsistenti għal hedges kollha li għalihom jirreferi l-paragrafu 98.

▼M22

100   Għal hedges tal-flussi ta' flus barra dawk koperti bil-paragrafi 97 u 98, l-ammonti li kienu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv għandhom jiġu rriklassifikati minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament ta’ riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)) fl-istess perijodu jew perijodi li matulhom il-flussi mbassra ta’ flus soġġetti għall-hedge jaffetwaw il-profitt jew telf (pereżempju, meta jseħħ bejgħ imbassar).

101   F'kull ċirkostanza li ġejja entità għandha twaqqaf b'mod prospettiv l-kontabilità tal-hedge speċifikat fil-paragrafi 95–100:

(a)   L-istrument tal-hedging jiskadi jew jiġi mibjugħ, itterminat jew eżerċitat. F'dan il-każ, il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-hedging li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komprensiv mill-perijodu ta' meta l-hedge kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a) għandu jibqa' rikonoxxut separatament f'ekwità sakemm it-tranżazzjoni mbassra sseħħ. Meta t-tranżazzjoni sseħħ, japplika l-paragrafu 97, 98 jew 100. Għall-iskop ta'dan is-sottoparagrafu, is-sostituzzjoni jew ir-rifinanzjament ta' strument tal-hedging bi strument ieħor tal-hedging ma jirrappreżentax skadenza jew terminazzjoni jekk tali sostituzzjoni jew rifinanzjament ikun parti mill-istrateġija tal-hedging dokumentata tal-entità. Barra minn hekk, għall-iskop ta'dan is-sottoparagrafu l-istrument tal-hedging ma jiskadix jew ma jiġix itterminat jekk:

(i)   bħala konsegwenza ta' liġijiet jew regolamenti jew l-introduzzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti, il-partijiet għall-istrument tal-hedging jaqblu li kontraparti tal-ikklerjar waħda jew aktar jieħdu post il-kontraparti oriġinali tagħhom biex isiru l-kontropartijiet il-ġodda għal kull waħda mill-partijiet. Għal dan l-għan, kontroparti tal-ikklerjar hi kontroparti ċentrali (xi kultant imsejħa “organizzazzjoni tal-ikklerjar” jew “aġenzija tal-ikklerjar”) jew entità jew entitajiet, pereżempju, membru tal-ikklerjar ta' organizzazzjoni tal-ikklerjar, li qed jaġixxu bħala kontroparti sabiex iwettqu l-ikklerarjar minn kontroparti ċentrali. Madankollu, meta l-partijiet għall-istrument tal-hedging jissostitwixxu l-kontrapartijiet oriġinali tagħhom b'kontropartijiet differenti dan il-paragrafu għandu japplika biss jekk kull waħda minn dawk il-partijiet twettaq l-ikklerjar mal-istess kontroparti ċentrali.

(ii)   bidliet oħra, jekk hemm, għall-istrument tal-hedging huma limitati għal dawk li huma neċessarji biex titwettaq tali sostituzzjoni tal-kontroparti. Dawn il-bidliet huma limitati għal dawk li huma konsistenti mat-termini li kienu jkunu mistennija jekk l-istrument tal-hedging kien oriġinarjament approvat mal-kontroparti tal-ikklerjar. Dawn il-bidliet jinkludu bidliet f’rekwiżiti kollaterali, drittijiet biex jiġu bbilanċjati l-bilanċi tar-riċevibbli u l-pagabbli, u l-ħlasijiet imposti.

▼B

(b) Il-hedge ma tissodisfax aktar il-kriterji għall-kontabilità ta' hedge fil-paragrafu 88. F'dan il-każ, il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-hedging li ►M5  ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ mill-perijodu ta' meta l-hedge kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a) ►M5  għandu jibqa' separatament fl-ekwita' ◄ sakemm it-tranżazzjoni mbassra sseħħ. Meta t-tranżazzjoni sseħħ, il-paragrafu 97, 98 jew 100 japplikaw.

(c) It-tranżazzjoni mbassra mhix mistennija li sseħħ, f'liema każ kull qligħ jew telf kumulattiv relatat fuq l-istrument tal-hedging li ►M5  ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ mill-perijodu ta' meta l-hedge kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a)) ►M5  għandu jkun irriklassifikat minn ekwita' g]al profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni. ◄ Tranżazzjoni mbassra li ma tibqax aktar bi probabbiltà għolja (ara l-paragrafu 88(c)) xorta tkun għad tista' sseħħ.

(d) L-entità tirrevoka l-għażla. Għal hedges ta' tranżazzjoni mbassra, il-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-hedging li ►M5  ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ mill-perijodu ta' meta l-hedge kien effettiv (ara l-paragrafu 95(a)) ►M5  għandu jibqa' separatament fl-ekwita' ◄ sakemm it-tranżazzjoni mbassra sseħħ jew mhux mistennija aktar li sseħħ. Meta t-tranżazzjoni sseħħ, il-paragrafu 97, 98 jew 100 japplikaw. Jekk it-tranżazzjoni mhux mistennija aktar li sseħħ, kull qligħ jew telf kumulattiv li jkun ġie ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf.

Hedges ta' investiment nett

102  Hedges ta' investiment nett f'operazzjoni barranija, li jinkludu hedge fuq effett monetarju li l-kontabilità tiegħu jssir bħala parti minn investiment nett (ara l-IAS 21), għandhom ikunu mgħaduda b'mod simili għal hedges ta' fluss ta' flus:

(a) il-porzjon tal-qligħ jew telf fuq l-istrument tal-hedging li jkun stabbilit li hu hedge effettiv (ara l-paragrafu 88) għandu jkun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv; u

(b) dak il-porzjon li mhux effettiv għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf.

Il-qligħ jew it-telf mill-istrument tal-hedging relatat mal-porzjon effettiv tal-hedge li jkun ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv għandu jkun ikklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf minflok fl-ekwità bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid (ara l-IAS 1 (kif irrevedut fl-2007)) skont il-paragrafi 48–49 tal-IAS 21 dwar id-disponiment jew id-disponiment parzjali ta’ operazzjoni barranija.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

103 Entità għandha tapplika dan l-Istandard (li jinkludi l-emendi maħruġa f'Marzu 2004) għal perijodi annwali li jibdew nhar jew wara l-1 ta' Jannar 2005. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Entità m'għandhiex tapplika dan l-Istandard (li jinkludi l-emendi maħruġa f'Marzu 2004) għal perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2005 ħlief meta tapplika wkoll l-IAS 32 (maħruġ f'Diċembru 2003). Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

103A Entità għandha tapplika l-emenda fil-paragrafu 2 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRIC 5 Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonament, Restawr u Rijabilitazzjoni Ambjentali għal perijodu aktar bikri, dik l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perijodu aktar bikri.

103B  Kuntratti ta' Garanzija Finanzjarja (Emendi għal l-IAS 39 u l-IFRS 4), maħruġin f'Awissu 2005, emendaw il-paragrafi 2(e) u (h), 4, 47 u AG4, żiedu l-paragrafu AG4A, żiedu definizzjoni ġdida ta' kuntratti ta' garanzija finanzjarja fil-paragrafu 9 u ħassru l-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dawn il-bidliet għal perijodu preċedenti, għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati għal l-IAS 32 ( 31 ) u l-IFRS 4 fl-istess ħin.

▼M5

103C L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 26, 27, 34, 54, 55, 57, 67, 68, 95(a), 97, 98, 100, 102, 105, 108, AG4D, AG4E(d)(i), AG56, AG67, AG83 u AG99B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M29

103D L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 2(f). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jkun inħoloq minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

▼M11

103E L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 102. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M6

103F Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 2 għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, għal perjodu aktar qabel, l-emendi fil-paragrafu 2 għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ aktar qabel.

▼M14 —————

▼M15

103G Entità għandha tapplika l-paragrafi AG99BA, AG99E, AG99F, AG110A u AG110B retrospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara, skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika Oġġetti Hedged Eliġibbli (Emenda għall-IAS 39) għal perijodi li jibdew qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M14

103H  Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafi 50 u AG8, u jżid il-paragrafi 50B-50F. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara. Entità ma għandhiex tirriklassifika assi finanzjarju skont il-paragrafu 50B, 50D jew 50E qabel l-1 ta’ Lulju 2008. Kwalunkwe riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarju mwettqa fl-1 ta’ Novembru 2008 jew wara għandhom jidħlu fis-seħħ biss mill-jum meta ssir ir-riklassifikazzjoni. Kwalunkwe klassifikazzjoni mill-ġdid ta' assi finanzjarju skont il-paragrafi 50B, 50D jew 50E ma għandhiex tiġi applikata b'lura għal qabel l-1 ta' Lulju 2008.

103I  Riklassifikazzjoni tal-Assi FinanzjarjiData Effettiva u Tranżizzjoni (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Novembru 2008, emenda l-paragrafu 103H. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara.

▼M20

103J Entità għandha tapplika l-paragrafu 12, kif emendat mid-Derivati Mdeffsa (Emendi għall-IFRIC 9 u għall-IAS 39), maħruġ f’Marzu 2009, għal perijodi annwali li jintemmu fit-30 ta’ Ġunju 2009 jew wara.

▼M22

103K It-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009 emenda l-paragrafi 2(g), 97, 100 u AG30(g) Entità għandha tapplika l-emendi għall-paragrafi 2(g), 97 u 100 prospettivament għall-kuntratti kollha li ma jkunux skadew għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Entità għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu AG30(g) għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M29

103N Il-paragrafu 103D ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

▼M32

103P L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 2(a), 15, AG3, AG36–AG38 u AG41(a). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

103Q L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 9, 13, 28, 47, 88, AG46, AG52, AG64, AG76, AG76A, AG80, AG81 u AG96, żied il-paragrafu 43A u ħassar il-paragrafi 48–49, AG69–AG75, AG77–AG79 u AG82. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M38

103R  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 2 u 80. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼B

104 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat retrospettivament ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 105–108. Il-bilanċ tal-ftuħ ta' qligħ imfaddal għall-aktar perijodu bikri ta' qabel ippreżentat u kull ammont imqabbel ieħor għandhom jiġu aġġustati bħallikieku dan l-Istandard minn dejjem kien fis-seħħ ħlief jekk ma jkunx prattiku li l-informazjoni tiġi ddikjarata b'mod ġdid. Jekk mhux prattiku li ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid, l-entità għandha tiżvela dan il-fatt u tindika sa fejn l-informazzjoni kienet iddikjarata mill-ġdid.

105 Meta dan l-Istandard ikun applikat għall-ewwel darba, l-entità għandha permess li tikklassifika assi finanzjarju rikonoxxut qabel bħala disponibbli għall-bejgħ. ►M5  Għal kwalunkwe assi finanzjarju bħal dan, l-entità għandha tirrikonoxxi t-tibdil kumulattiv kollu fil-valur ġust f'komponent separat tal-ekwità sa meta jkun hemm l-irtirar tar-rikonoxximent jew indeboliment sussegwenti, meta mbagħad l-entità għandha tirriklassifika dak il-qligħ jew telf kumulattiv minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni (ara l-IAS 1 (rivedut fl-2007)). ◄ L-entità għandha wkoll:

(a) tiddikjara mill-ġdid l-assi finanzjarju billi tuża l-klassifikazzjoni l-ġdida fir-rapporti finanzjarji komparattivi; u

(b) tiżvela l-valur ġust tal-assi finanzjarji fid-data tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta' qabel.

105A Entità għandha tapplika l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi tal-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 għal perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa.

105B Entità li tapplika għall-ewwel darba l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi tal-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 fil-perijodu annwali tagħha li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2006

(a) għandha permess li, meta dawk il-paragrafi ġodda u emendati jiġu applikati għall-ewwel darba, tikklassifika bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuti qabel li mbagħad jikkwalifikaw għal klassifikazzjoni bħal din. Meta l-perijodu annwali jibda qabel l-1 ta' Settembru 2005, klassifikazzjonijiet bħal dawn m'għandhomx għalfejn jitlestew qabel l-1 ta' Settembru 2005, u jistgħu jinkludu wkoll assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti bejn il-bidu ta' dak il-perijodu annwali u l-1 ta' Settembru 2005. Minkejja l-paragrafu 91, kwalunkwe assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont dan is-sottoparagrafu li kienu kklassifikati qabel bħala entrata hedged fir-relazzjonijiet tal-kontabilità tal-hedge għandhom jiġu de-klassifikati minn dawn ir-relazzjonijiet fl-istess ħin li huma kklassifikati bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

(b) għandha tiżvela l-valur ġust ta' kull assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati skont is-sottoparagrafu (a) fid-data tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni u ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta' qabel.

(c) għanda tirtira l-klassifikazzjoni ta' kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li kienu kklassifikati qabel bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jekk dawn ma jikkwalifikawx għal klassifikazzjoni bħal din skont dawk il-paragrafi ġodda u emendati. Meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja jitkejlu bil-kost amortizzat wara l-irtirar tal-klassifikazzjoni, id-data tal-irtirar tal-klassifikazzjoni titqies li hi d-data tar-rikonoxximent inizjali tagħhom.

(d) għandha tiżvela l-valur ġust ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li l-klassifikazzjoni tagħhom tkun ġiet irtirata skont is-sottoparagrafu (c) fid-data tal-irtirar tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjonijiet ġodda tagħhom.

105Ċ Entità li tapplika għall-ewwel darba l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi tal-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 fil-perijodu annwali tagħha li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2006

(a) għanda tirtira l-klassifikazzjoni ta' kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li kienu kklassifikati qabel bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf biss jekk dawn ma jikkwalifikawx għal klassifikazzjoni bħal din skont dawk il-paragrafi ġodda u emendati. Meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja se jitkejlu fil-kost amortizzat wara l-irtirar tal-klassifikazzjoni, id-data tal-irtirar tal-klassifikazzjoni titqies li hi d-data tar-rikonoxximent inizjali tagħhom.

(b) m'għandhiex tikklassifika bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf kull assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti qabel.

(ċ) għandha tiżvela l-valur ġust ta' kull assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li l-klassifikazzjoni tagħhom tkun ġiet irtirata skont is-sottoparagrafu (c) fid-data tal-irtirar tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjonijiet ġodda tagħhom.

105D Entità għandha tiddikjara mill-ġdid ir-rapporti finanzjarji komparattivi tagħha billi tuża l-klassifikazzjonijiet il-ġodda fil-paragrafu 105B jew 105Ċ bil-patt li, fil-każ ta' assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja, jew grupp ta' assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn, ikklassifikati bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, dawk l-entrati jew gruppi li kieku kienu jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fil-bidu tal-perijodu komparattiv jew, jekk akkwistati wara l-bidu tal-perijodu komparattiv, kieku kienu jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fid-data tar-rikonoxximent inizjali.

106 Ħlief kif permess mill-paragrafu 107, entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta' rtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafi 15–37 u l-Appendiċi A l-paragrafi AG36–AG52 prospettivament. Għalhekk, jekk entità tirtira r-rikonoxximent ta' assi finanzjarji taħt l-IAS 39 (rivedut 2000) bħala riżultat ta' tranżazzjoni li tkun seħħet qabel l-1 ta' Jannar 2004 u l-klassifikazzjoni ta' dawk l-assi ma tkunx ġiet irtirata taħt dan l-Istandard, m'għandhiex tirrikonoxxi dawk l-assi.

107 Minkejja l-paragrafu 106, entità tista' tapplika r-rekwiżiti ta' rtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafi 15–37 u Appendiċi A l-paragrafi AG36–AG52 retrospettivament minn data li tagħżel l-entità, kemm-il darba t-tagħrif meħtieġ biex jiġi applikat l-IAS 39 għal assi u obbligazzjonijiet li l-klassifikazzjoni tagħhom tkun ġiet irtirata bħala riżultat ta' tranżazzjonijiet li saru fil-passat ikun ġie miksub fiż-żmien tal-kontabilità inizjali ta' dawk it-tranżazzjonijiet.

107A Minkejja l-paragrafu 104, entità tista' tapplika r-rekwiżiti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu AG76, u l-paragrafu AG76A, f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li saru wara l-25 t' Ottubru 2002; jew

(b) b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li saru wara l-1 ta' Jannar 2004.

▼M5

108 Entità m'għandhiex taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi mhux finanzjarji u obbligazzjonijiet mhux finanzjarji b’mod li jiġi eskluż qligħ jew telf relatat ma' hedges ta’ flussi ta’ flus li kien inkluż fl-ammont miżmum fil-kotba qabel il-bidu tas-sena finanzjarja li fiha dan l-Istandard ikun applikat għall-ewwel darba. Fil-bidu tal-perjodu finanzjarju li fih dan l-Istandard ikun applikat għall-ewwel darba, kull ammont rikonoxxut ‘il barra minn profitt jew telf (fi dħul ieħor komplessiv jew direttament fil-ekwità) għal hedge ta’ impenn sod li fil-kontabilità tiegħu taħt dan l-Istandard hu kkunsidrat bħala hedge fuq il-valur ġust, għandu jiġi rriklassifikat bħala assi jew obbligazzjoni, ħlief għal hedge ta’ riskju fuq valuta barranija li jibqa’ jiġi ttrattat bħala hedge tal-flussi ta’ flus.

▼B

108A Entità għandha tapplika l-aħħar sentenza tal-paragrafu 80, u l-paragrafi AG99A u AG99B, għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tkun ikklassifikat bħala l-entrata hedged tranżazzjoni ta' tbassir esterna li

(a) hija denominata fil-munita barranija tal-entità li tkun se tidħol fit-tranżazzjoni,

(b) tagħti lok għal esponiment li jkollu effett fuq il-profitt jew telf konsolidat (jiġifieri huwa denominat f'munita għajr il-munita tal-preżentazzjoni tal-grupp), u

(c) kienet tikkwalifika għal kontabilità hedge li kieku ma kinitx denominata fil-munita funzjonali tal-entità li tkun ser tidħol fit-tranżazzjoni,

tista' tapplika kontabilità tal-hedge fir-rapporti finanzjarji konsolidati fil-perijodu(i) ta' qabel id-data ta' applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 80, u l-paragrafi AG99A u AG99B.

108B Entità m'għandhiex għalfejn tapplika l-paragrafu AG99B għal informazzjoni komparattiva relatata ma' perijodi qabel id-data ta' applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 80 u l-paragrafi AG99A.

▼M22

108C Il-paragrafi 9, 73 u AG8 ġew emendati u l-paragrafu 50A ġie miżjud bit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008. Il-paragrafu 80 ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 9 u 50A sa mid-data u bil-mod kif applikat l-emendi tal-2005 deskritti fil-paragrafu 105A. Applikazzjoni aktar bikrija tal-emendi kollha hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M40

108D Novazzjoni ta’ Derivattivi u l-Kontinwazzjoni ta’ kontabilità għall-Hedging (Emendi għall-IAS 39), maħruġa f’Ġunju 2013, emendat il-paragrafi 91 u 101 u żiedet il-paragrafu AG113A. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara. Entità għandha tapplika dawk l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji. Hija permessa applikazzjoni aktar kmieni. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼B

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

109 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl rivedut f'Ottubru 2000.

110 Dan l-Istandard u l-Gwida ta' Implimentazzjoni li takkumpanjah jieħu post il-Gwida ta' Implimentazzjoni maħruġa mill-Kumitat tal-Gwida ta' Implimentazzjoni l-IAS 39, stabbilita mill-IASC ta' qabel.




Appendiċi

Gwida tal-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-Istandard.

AMBITU (il-paragrafi 2–7)

AG1 Xi kuntratti jeħtieġu pagament ibbażat fuq varjabbli klimatiċi, ġeoloġiċi jew varjabbli fiżiċi oħrajn. (Dawk ibbażati fuq varjabbli klimatiċi xi kultant issir referenza għalihom bħala “derivati marbutin mat-temp”.) Jekk dawk il-kuntratti ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-IFRS 4, jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan l-Istandard.

AG2 Dan l-Istandard ma jibdilx ir-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu ma' pjani ta' benefiċċju għall-impjegati li jikkonformaw mal-IAS 26 Kontabilità u Rappurtaġġ minn Pjani ta' Benefiċċju tal-Irtirar u ftehim ta' royalties ibbażati fuq il-volum ta' dħul minn bejgħ jew servizzi li huma mniżżlin taħt l-IAS 18.

▼M32

AG3 Kultant, entità tagħmel dak li tqis bħala “investiment strateġiku” fi strumenti azzjonarji maħruġ minn entità oħra, bil-ħsieb li tistabilixxi jew iżżomm relazzjoni operatorja fit-tul mal-entità li fiha jsir l-investiment. L-investitur jew l-imprenditur konġunt juża l-IAS 28 biex jiddetermina jekk il-metodu kontabilistiku tal-ekwità jkunx xieraq għal tali investiment. Jekk il-metodu tal-ekwità ma jkunx xieraq, l-entità tapplika dan l-Istandard għal dak l-investiment strateġiku.

▼B

AG3A Dan l-Istandard japplika għall-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji ta' assiguraturi, barra mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li l-paragrafu 2(e) jeskludi minħabba li jirriżultaw taħt kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 4.

AG4 Kuntratti ta' garanziji finanzjarji jistgħu jieħdu għamliet legali differenti, bħal garanzija, xi tipi ta' ittri ta' kreditu, kuntratt għal kreditu mhux imħallas jew kuntratt tal-assigurazzjoni. It-trattament fil-kontijiet tagħhom ma jiddependiex mill-għamla legali tagħhom. Li ġejjin huma eżempji tat-trattament xieraq (ara l-paragrafi 2(e)):

(a) Għalkemm kuntratt ta' garanzija finanzjarja jissodisfa d-definizzjoni ta' kuntratt ta' assigurazzjoni fl-IFRS 4 jekk ir-riskju trasferit huwa sinjifikanti, l-emittent japplika dan l-Istandard. Madankollu, jekk emittent ikun asserixxa b'mod espliċitu preċedentament li huwa jqis tali kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u jkun uża l-kontabilità applikabbli għal kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista' jagħżel li japplika jew dan l-Istandard jew l-IFRS 4 għal tali kuntratti ta' garanzija finanzjarja. Jekk dan l-Istandard japplika, il-paragrafu 43 jeħtieġ li l-emittent jirrikonoxxi kuntratt ta' garanzija finanzjarja inizjalment fil-valur ġust. Jekk il-kuntratt ta' garanzija finanzjarja jkun inħareġ lil parti mhux relatata fi tranżazzjoni distakkata waħidha, il-valur ġust tiegħu malli jinħoloq x'aktarx li jkun ugwali għall-primjum irċevut, ħlief jekk ikun hemm xi evidenza li turi l-kuntrarju. Sussegwentament, ħlief jekk il-kuntratt ta' garanzija finanzjarja jkun tfassal fil-bidu tiegħu fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jew ħlief jekk japplikaw il-paragrafi 29-37 u AG47-AG52 (meta trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirat tar-rikonoxximent jew japplika approċċ ta' involviment kontinwu), l-emittent ikejlu bl-ogħla fost:

(i) l-ammonti stabbiliti skont l-IAS 37; u

(ii) l-ammont inizjalment rikonoxxut li minnu jitnaqqas, meta meħtieġ, l-amortizzament kumulattiv rikonoxxut b'konformità mal-IAS 18 (ara l-paragrafu 47 (c)).

(b) Xi garanziji relatati mal-krediti ma jeħtiġux, bħala prekundizzjoni għal pagament, li d-detentur ikun espost għal, u jkun ġarrab telf fuq, in-nuqqas li debitur li jagħmel ħlasijiet fuq l-assi garantit meta dovut. Eżempju ta' tali garanzija hija waħda li teħtieġ pagamenti b'risposta għal bidliet fi klassifikazzjoni ta' kreditu speċifikata jew f'indiċi ta' kreditu. Tali garanziji mhumiex kuntratti ta' garanzija finanzjarja, kif definit f'dan l-Istandard, u mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni, kif definit fl-IFRS 4. Tali garanziji huma derivati u l-emittent japplika dan l-Istandard għalihom.

(ċ) Jekk il-kuntratt ta' garanzija finanzjarja nħareġ f'konnessjoni mal-bejgħ ta' oġġetti, l-emittent japplika l-IAS 18 biex jistabilixxi meta jirrikonoxxi d-dħul li jirriżulta mill-garanzija u mill-bejgħ ta' oġġetti.

AG4A Asserzjonijiet li emittent iqis kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni, tipikament jistgħu jinstabu fil-komunikazzjonijiet kollha tal-emittent mal-klijenti u mar-regolaturi, kuntratti, dokumentazzjoni kummerċjali u rapporti finanzjarji. Barra minn hekk, il-kuntratti tal-assigurazzjoni huma ta' spiss soġġetti għal rekwiżiti tal-kontabilità li huma differenti mir-rekwiżiti għal tipi oħrajn ta' tranżazzjoni, bħal kuntratti maħruġin minn banek jew kumpaniji kummerċjali. F'każijiet bħal dawn, ir-rapporti finanzjarji tipikament jinkludu dikjarazzjoni li l-emittent uża dawk ir-rekwiżiti tal-kontabilità.

DEFINIZZJONIJIET (il-paragrafi 8 u 9)

Klassifikazzjoni bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

AG4B Il-paragrafu 9 ta' dan l-Istandard jippermetti lil entità li tikklassifika assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja, jew grupp ta' strumenti finanzjarji (assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn) bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf bil-patt li jekk tagħmel hekk jirriżulta f'tagħrif iktar rilevanti.

AG4C Id-deċiżjoni ta' entità li tikklassifika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf hi simili għal għażla tal-politika tal-kontabilità (għalkemm, bil-kontra ta' għażla tal-politika tal-kontabilità, mhux meħtieġ li tkun applikata b'mod konsistenti għat-tranżazzjonijiet simili kollha). Meta entità għandha għażla bħal din, il-paragrafu 14(b) tal-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji jeħtieġ li l-politika magħżula twassal biex ir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni rilevanti li tkun aktar affidabbli dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħrajn fuq il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji jew il-flussi tal-flus tal-entità. Fil-każ ta' klassifikazzjoni bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, il-paragrafu 9 jistabbilixxi żewġ ċirkustanzi meta l-ħtieġa għal iktar informazzjoni rilevanti ser tkun issodisfata. Għalhekk, biex tagħżel klassifikazzjoni bħal din, b'konformità mal-paragrafu 9, l-entità jeħtieġ li turi li hi taqa' taħt wieħed (jew it-tnejn) minn dawn iċ-ċirkustanzi.

Il-paragrafu 9(b)(i): Il-klassifikazzjoni telimina jew tnaqqas b'mod sinifikanti inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent li kieku kienu jinħolqu

AG4D Taħt l-IAS 39, kejl ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja u klassifikazzjoni ta' bidliet rikonoxxuti fil-valur tiegħu huma ddeterminati mill-klassifikazzjoni tal-entrata u jekk l-entrata hix parti minn relazzjoni tal-hedging ikklassifikata. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu joħolqu inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent (xi kultant imsejħa “nuqqas ta' qbil tal-kontabilità”) meta, pereżempju, fin-nuqqas ta' klassifikazzjoni bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, assi finanzjarju kien ikun ikklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ (bil-biċċa l-kbira tal-bidliet fil-valur ġust ►M5  rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv) ◄ u obbligazzjoni li l-entità tikkunsidra li hi relatata kienet tkun imkejla fil-kost amortizzat (flimkien ma' bidliet fil-valur ġust mhux rikonoxxuti). F'ċirkustanzi bħal dawn, entità tista' tasal għal konlużjoni li r-rapporti finanzjarji tagħha jipprovdu aktar informazzjoni rilevanti li kieku kemm l-assi u kemm l-obbligazzjoni kienu kklassifikati bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

AG4E L-eżempji li ġejjin juru meta din il-kundizzjoni tista' tiġi ssodisfata. Fil-każijiet kollha, entità tista' tuża din il-kundizzjoni biex tikklassifika assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf biss jekk tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 9(b)(i).

(a) Entità għandha obbligazzjonijiet li l-flussi tal-flus tagħhom huma kuntrattwalment ibbażati fuq il-prestazzjoni tal-assi li kieku kienu jkunu kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ. Pereżempju, assiguratur jista' jkollu obbligazzjonijiet li jkun fihom aspett diskrezzjonarju tal-parteċipazzjoni li jħallas benefiċċji bbażati fuq redditu fuq l-investiment realizzat u/jew mhux realizzat ta' ġabra speċifikata tal-assi tal-assiguratur. Jekk il-kejl ta' dawk l-obbligazzjonijiet jirrifletti l-prezzijiet kurrenti tas-suq, li tikklassifika l-assi bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf ifisser li l-bidliet fil-valur ġust tal-assi finanzjarji huma rikonoxxuti fi profitt jew telf fl-istess perijodu bħala bidliet relatati fil-valur tal-obbligazzjonijiet.

(b) Entità għandha obbligazzjonijiet taħt kuntratti tal-assigurazzjoni li l-kejl tagħhom jinkorpora informazzjoni kurrenti (kif permess minn IFRS, il-paragrafu 24), u assi finanzjarji li hi tikkunsidra relatati li kieku kienu jkunu kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ jew imkejla fil-kost amortizzat.

(ċ) Entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li jaqsmu r-riskju, bħar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, li joħolqu bidliet opposti fil-valur ġust li għandhom tendenza li jpaċu lil xulxin. Madankollu, huma biss uħud mill-istrumenti li se jitkejlu fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf (i.e. huma derivati, jew huma kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju). Jista' wkoll ikun il-każ li r-rekwiżiti għal kontabilità' għall-hedging ma jkunux issodisfati, pereżempju minħabba li r-rekwiżiti għall-effettività fil-paragrafu 88 ma jkunux issodisfati.

(d) Entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li jaqsmu riskju, bħal riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, li joħolqu bidliet opposti fil-valur ġust li għandhom tendenza li jpaċu lil xulxin u l-entità ma tikkwalifikax għal kontabilità għall-hedging minħabba li l-ebda wieħed mill-istrumenti m'hu derivat. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' kontabilità għall-hedging ikun hemm inkonsistenza sinifikanti fir-rikonoxximent ta' qligħ u telf. Pereżempju:

(i) l-entità tkun iffinanzjat portafoll ta' assi b'rata fissa li kieku kienu jkunu kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ flimkien ma' obbligazzjonijiet b'rati fissi li l-bidliet fil-valur ġust tagħhom għandhom tendenza li jpaċu lil xulxin. Ir-rappurtaġġ kemm tal-assi u l-obbligazzjonijiet fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jikkoreġi l-inkonsistenza li kieku kienu kienet tinħoloq mill-kejl tal-assi fil-valur ġust ma' ►M5  tibdil rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ u l-obbligazzjonijiet fil-kost amortizzat.

(ii) l-entità iffinanzjat grupp speċifiku ta' ammonti mislufa bil-ħruġ ta' bonds innegozjati li l-bidliet fil-valur ġust tagħhom għandhom tendenza li jpaċu lil xulxin. Jekk, minbarra dan, l-entità tixtri u tbigħ il-bonds b'mod regolari iżda rarament, jew qatt, ma tixtri u tbigħ l-ammonti mislufa, ir-rappurtaġġ kemm tal-ammonti mislufa u kemm tal-bonds fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jelimina l-inkonsistenza fl-għażla taż-żmien tar-rikonoxximent ta' qligħ u telf li kieku kien jirriżulta mill-kejl tagħhom it-tnejn fil-kost amortizzat u li tirrikonoxxi qligħ jew telf kull darba li bond terġa' tinxtara.

AG4F F'każijiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu ta' qabel, li tikklassifika, fir-rikonoxximent inizjali, l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux imkejla b'mod ieħor bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, jista' jelimina jew inaqqas b'mod sinifikanti l-kejl jew l-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent u jipproduċi aktar informazzjoni rilevanti. Għal skopijiet prattiċi, l-entità mhix meħtieġa li tidħol fl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li joħolqu l-iinkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent eżattament fl-istess ħin. Dewmien raġonevoli hu permess bil-patt li kull tranżazzjoni hi kklassifikata bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf fir-rikonoxximent inizjali u, li f'dak il-ħin, kull tranżazzjonijiet li jkun fadal ikunu mistennija li jseħħu.

AG4G Ma jkunx aċċettabbli li tikklassifika biss xi wħud mill-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li joħolqu l-inkonsistenza bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jekk meta tagħmel hekk ma jeliminax jew ma jnaqqasx b'mod sinifikanti l-inkonsistenza u għalhekk ma jirriżultax f'aktar informazzjoni rilevanti. Madankollu, ikun aċċettabbli li tikklassifika biss xi wħud minn numru ta' assi finanzjarji simili jew obbligazzjonijiet finanzjarji simili jekk billi tagħmel hekk tikkawża tnaqqis sinifikanti (u possibbilment tnaqqis ikbar minn klassifikazzjonijiet permessi) fl-inkonsistenza. Pereżempju, assumi li entità għandha numru ta' obbligazzjonijiet finanzjarji simili li jlaħħqu għal CU100 ( 32 ) u numru ta' assi finanzjarji simili li jlaħħqu għal CU50 iżda li huma mkejla fuq bażi differenti. L-entità tista' tnaqqas b'mod sinifikanti l-inkonsistenza fil-kejl billi tikklassifika fir-rikonoxximent inizjali l-assi kollha, iżda biss xi wħud mill-obbligazzjonijiet (pereżempju, obbligazzjonijiet individwali b'total kombinat ta' CU45) bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Madankollu, minħabba klassifikazzjoni bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf tista' tapplika biss għall-istrument finanzjarju sħiħ, l-entità f'dan l-eżempju għandha tikklassifika obbligazzjoni waħda jew iktar fit-totalità tagħhom. Ma tistax tikklassifika la komponent ta' obbligazzjoni (eż. bidliet fil-valur attribwibbli għal riskju wieħed biss, bħal fil-każ ta' bidliet f'rata ta' mgħax benchmark) u lanqas proporzjon (i.e. perċentwali) ta' obbligazzjoni.

Il-paragrafu 9(b)(ii): Grupp ta' assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn huma mmaniġġati u l-prestazzjoni hi evalwata fuq il-bażi tal-valur ġust, b'konformità ma' strateġija dokumentata ta' ġestjoni tar-riskju jew ta' investiment

AG4H Entità tista' tiżdaniġġa u tevalwa l-prestazzjoni ta' grupp ta' assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn b'tali mod li l-kejl ta' dak il-grupp fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jirriżulta f'aktar informazzjoni rilevanti. Il-fokus f'dan il-każ hu fuq il-mod kif l-entità tiżdaniġġa u tevalwa l-prestazzjoni, milli fuq in-natura tal-istrumenti finanzjarji tagħha.

AG4I L-eżempji li ġejjin juru meta din il-kundizzjoni tista' tiġi ssodisfata. Fil-każijiet kollha, entità tista' tuża din il-kundizzjoni biex tikklassifika assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf biss jekk tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 9(b)(i).

▼M32

(a) L-entità hija organizzazzjoni tal-kapital ta’ riskju, fond mutwu, fiduċjarja ta’ unità jew entità simili li n-negozju tagħha hu li tinvesti f’assi finanzjarji bil-ħsieb li tagħmel profitt mir-redditu totali tagħhom forma ta’ mgħax jew dividendi u bidliet fil-valur ġust. L-IAS 28 jippermetti li tali investimenti jitkejlu skont il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont dan l-Istandard. Entità tista’ tapplika l-istess politika kontabilistika għal investimenti oħra mmaniġjati abbażi ta’ redditu totali iżda li l-influwenza tagħha fuqhom ma tkunx biżżejjed biex jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 28.

▼B

(b) L-entità għandha assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jaqsmu riskju wieħed jew iktar u dawk ir-riskji huma mmaniġġjati u evalwati fuq bażi ta' valur ġust b'konformità ma' politika dokumentata ta' maniġment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet. Eżempju ta' dan jista' jkun entità li ħarġet “prodotti strutturati” li fihom derivati mdeffsa multipli u tiżdaniġġja r-riskji li jirriżultaw fuq bażi tal-valur ġust billi tuża taħlita ta' strumenti finanzjarji derivati u mhux derivati. Eżempju simili jista' jkun entità li toriġina ammonti mislufa fuq rata tal-imgħax fissa u tiżdaniġġa r-riskju li jirriżulta fir-rata ta' mgħax benchmark billi tuża taħlita ta' strumenti finanzjarji derivati u mhux derivati.

(ċ) L-entità hi assiguratur li jkollha portafoll ta' assi finanzjarji, tiżdaniġġa dak il-portafoll sabiex tiżdassimizza r-redditu totali (i.e. imgħax jew dividendi u bidliet fil-valur ġust), u tevalwa l-prestazzjoni tagħhom fuq dik il-bażi. Il-portafoll jista' jinżamm biex jagħmel tajjeb għal obbligazzjonijiet speċifiċi, ekwità jew it-tnejn. Jekk il-portafoll jinżamm biex jagħmel tajjeb għal obbligazzjonijiet speċifiċi, il-kundizzjoni fil-paragrafu 9(b)(ii) tista' tiġi ssodisfata għall-assi mingħajr ma jingħata kas ta' jekk l-assiguratur jiżdaniġġax u jevalwax ukoll l-obbligazzjonijiet fuq bażi ta' valur ġust. Il-kundizzjoni fil-paragrafu 9(b)(ii) tista' tiġi ssodisfata meta l-għan tal-assiguratur hu li jiżdassimizza r-redditu totali fuq l-assi matul perijodu ta' żmien twil, anke jekk l-ammonti mħallsa lid-detenturi ta' kuntratti parteċipanti jiddependu fuq fatturi oħrajn bħal dawk ta' qligħ realizzat matul perijodu ta' żmien iqsar (eż. sena) jew li huma soġġetti għad-diskrezzjoni tal-assiguratur.

AG4J Kif innutat hawn fuq, din il-kundizzjoni tiddependi fuq il-mod l-entità tiżdaniġġa u tevalwa l-prestazzjoni tal-grupp ta' strumenti finanzjarji li qed ikunu kkunsidrati. Għalhekk, (soġġett għal ħtieġa ta' klassifikazzjoni fir-rikonoxximent inizjali) entità li tikklassifika strumenti finanzjarji bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf fuq bażi ta' din il-kundizzjoni għandha tikklassifika hekk l-istrumenti finanzjarji kollha eliġibbli li huma mmaniġġati u evalwati flimkien.

AG4K Id-dokumentazzjoni tal-istrateġija tal-entità m'hemmx bżonn li tkun estensiva, iżda għandha tkun biżżejjed biex turi konformità mal-paragrafu 9(b)(ii). Dokumentazzjoni bħal din mhix meħtieġa għal kull entrata individwali, iżda tista' tkun fuq bażi ta' portafoll. Pereżempju, jekk il-prestazzjoni tas-sistema tal-maniġment għal dipartiment — hekk kif approvat mill-personal maniġerjali prinċipali tal-entità — turi biċ-ċar li l-prestazzjoni tkun evalwata fuq bażi tar-redditu totali, l-ebda dokumentazzjoni oħra ma tkun meħtieġa biex turi konformità mal-paragrafu 9(b)(ii).

Rata effettiva tal-imgħax

AG5 F'xi każijiet, l-assi finanzjarji huma akkwistati bi skont kbir li jirrifletti telf fil-kreditu mġarrab. Entitajiet jinkludu telf fil-kreditu mġarrab bħal dan fil-likwiditajiet stmati meta tkun qed tinħadem ir-rata effettiva tal-imgħax.

AG6 Meta jiġi applikat il-metodu tal-imgħax effettiv, entità ġeneralment tamortizza kwalunkwe drittijiet, punti mħallsa jew riċevuti, kosti tat-tranżazzjoni u primjums jew skonti oħra inklużi fil-kalkolazzjoni tar-rata effettiva tal-imgħax fuq il-ħajja mistennija tal-istrument. Madankollu, perijodu iqsar huwa użat jekk dan huwa l-perijodu li għalih għandhom x'jaqsmu d-drittijiet, punti mħallsa jew irċevuti, kosti tat-tranżazzjoni, primjums jew skonti. Dan ikun il-każ meta l-varjabbli li miegħu għandhom x'jaqsmu d-drittijiet, punti mħallsa jew irċevuti, kosti tat-tranżazzjonijiet, primjums jew skonti jingħataw prezz ġdid skont ir-rati tas-suq qabel il-maturità mistennija tal-istrument. F'każ bħal dan, il-perijodu ta' amortizzament adattat hu l-perijodu għad-data ta' għoti ta' prezz ġdid li jmiss. Pereżempju, jekk primjum jew skont fuq strument ta' rata varjabbli jirrifletti mgħax li jkun dovut fuq l-istrument minn meta kien imħallas l-aħħar l-imgħax, jew bidliet fir-rati tas-suq minn meta r-rata varjabbli ta' mgħax ġiet stipulata mill-ġdid għar-rati tas-suq, dan jiġi amortizzat għad-data li jmiss meta l-imgħax varjabbli jiġi stipulat mill-ġdid għar-rati tas-suq. Dan jiġri minħabba li l-primjum jew l-iskont għandu x'jaqsam mal-perijodu għad-data ta' stipular mill-ġdid li jmiss minħabba, li f'dik id-data, il-varjabbli li miegħu għandhom x'jaqsmu l-primjum jew l-iskont (jiġifieri rati ta' mgħax) hu stipulat mill-ġdid għar-rati tas-suq. Jekk, madankollu, il-primjum jew l-iskont jirriżulta minn bidla fil-firxa tal-kreditu fuq ir-rata varjabbli speċifikata fl-istrument, jew varjabbli oħra li ma humiex stipulati mill-ġdid għar-rati tas-suq, dan hu ammortizzat fuq il-ħajja mistennija tal-istrument.

AG7 Għal assi finanzjarji b'rata varjabbli u obbligazzjonijiet finanzjarji b'rata varjabbli, stima mill-ġdid perjodika tal-flussi ta' flus biex tirrifletti l-movimenti fir-rati ta' mgħax tas-suq tibdel ir-rata effettiva tal-imgħax. Jekk assi finanzjarju b'rata varjabbli jew obbligazzjoni finanzjarja b'rata varjabbli tiġi rikonoxxuta fil-bidu b'ammont ugwali għall-kapital riċevibbli jew pagabbli mal-maturità, stima mill-ġdid tal-pagamenti ta' mgħax futuri normalment ma għandha ebda effett sinifikanti fuq l-ammont mizmum fil-kotba tal-assi jew obbligazzjoni.

▼M8

AG8 Jekk entitá tirrevedi l-istimi tagħha tal-pagamenti jew tar-riċevuti, l-entità għandha taġġusta l-ammont miżmum tal-assi finanzjarja jew obbligazzjoni finanzjarju (jew grupp ta’ strumenti finanzjarji) biex tirrifletti l-flussi attwali u stmati riveduti tal-flus. L-entità tikkalkula mill-ġdid l-ammont miżmum fil-kotba bil-komputazzjoni tal-valur preżenti tal-flussi stmati futuri tal-flus bir-rata tal-imgħax oriġinali effettiva tal-istrument finanzjarju jew, meta applikabbli, ir-rata tal-imgħax effettiva riveduta kkalkulata skont il-paragrafu 92. L-aġġustament huwa rikonoxxut fil-kont tal-qligħ jew telf bħala qligħ jew telf. Jekk assi finanzjarju jkun irriklassifikat skont il-paragrafi 50B, 50D jew 50E, u l-entita sussegwentement iżżid l-estimi tagħha tal-irċevuti futuri tal-flus b'riżultat ta' rekuperabbiltà akbar ta' dawk l-irċevuti ta' flus, l-effett ta' dik iż-żieda għandu jkun irrikonoxxut bħala aġġustament għar-rata ta' mgħax effettiva mid-data tal-bidla fl-estimi aktat milli bħala aġġustament għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi fid-data tal-bidla fl-estimi.

▼B

Derivati

AG9 Eżempji tipiċi ta' derivati huma futures u forward, swap u kuntratti ta' opzjonijiet. Derivat normalment għandu ammont mistħajjel, li hu ammont ta' munita, numru ta' ishma, numru ta' unitajiet tal-piż jew volum jew unitajiet oħra speċifikati fil-kuntratt. Madankollu, strument derivat ma jeħtieġx lid-detentur jew kittieb jinvesti jew jirċievi l-ammont mistħajjel malli jidħol fis-seħħ il-kuntratt. Inkella, derivat jista' jeħtieġ pagament fiss jew pagament ta' ammont li jista' jinbidel (iżda mhux b'mod proporzjonali ma' bidla fil-bażi) bħala riżultat ta' xi avveniment futur li ma jkollux x'jaqsam ma' ammont mistħajjel. Pereżempju, kuntratt jista' jeħtieġ pagament fiss ta' CU 1 000 ( 33 ) jekk il-LIBOR ta' sitt xhur jiżdied b'100 punt bażi. Kuntratt bħal dan huwa derivat anki jekk ammont mistħajjel ma jkunx speċifikat.

AG10 Id-definizzjoni ta' derivati f'dan l-Istandard tinkludi kuntratti ssaldati gross b'kunsinna tal-entrata bażi (eż kuntratt bil-quddiem biex jinxtara strument tad-dejn b'rata fissa). Entità jista' jkollha kuntratt biex tixtri jew tbigħ entrata mhux finanzjarja li tista' tissalda nett fi flus jew permezz ta' strument finanzjarju ieħor jew billi jiġu skambjati strumenti finanzjarji (eż kuntratt għal-xiri jew bejgħ ta' komodità bi prezz fiss f'data futura). Kuntratt bħal dan jaqa' fi ħdan l-ambitu ta' dan l-Istandard sakemm ikun iddaħħal fi u jibqa' jinżamm għall-għanijiet ta' kunsinna ta' entrati mhux finanzjarji skont ir-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ u użu mistennija tal-entità (ara l-paragrafi 5–7).

AG11 Waħda mill-karatteristiċi li jiddefinixxu derivat hi dik li għandu investiment nett fil-bidu li hu iżgħar minn dak li kieku kien ikun meħtieġ għal tipi oħra ta' kuntratt li kienu jkunu mistennija li jkollhom rispons simili għal bidliet fil-fatturi tas-suq. Kuntratt ta' opzjoni jissodisfa din id-definizzjoni minħabba li l-primjum huwa inqas mill-investiment li kieku kien ikun meħtieġ biex jinkiseb l-istrument finanzjarju fuq bażi li miegħu tkun marbuta l-opzjoni. Bidla fil-munita li teħtieġ kambju inizjali ta' muniti differenti ta' valuri ġusti tissodisfa d-definizzjoni minħabba li għandha investiment nett inizjali ta' żero.

AG12 Bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari jagħti bidu għal impenn fil-prezz fiss bejn id-data tan-negozju u d-data tas-sald li tissodisfa d-definizzjoni ta' derivati. Madankollu, minħabba t-tul ta' żmien qasir tal-impenn, mhux rikonoxxut bħala strument finanzjarju derivat. Anzi, dan l-Istandard jipprovdi għal kontabilità speċjali għal kuntratti b'mod regolari bħal dawn (ara l-paragrafi 38 u AG53–AG56).

AG12A Id-definizzjoni ta' derivat tirreferi għal varjabbli mhux finanzjarji li mhumiex speċifiċi għal xi parti kontraenti. Dawn jinkludu indiċi ta' telf minn terremoti f'reġjun partikolari u indiċi ta' temperaturi f'belt partikolari. Varjabbli mhux finanzjarji speċifiċi għal parti kontraenti jinkludu l-okkorrenza jew in-nuqqas ta' okkorrenza ta' nar li jagħmel ħsarat jew jeqred assi ta' parti kontraenti. Bidla fil-valur ġust ta' assi mhux finanzjarju hu speċifiku għas-sid jekk il-valur ġust jirrifletti mhux biss bidliet fil-prezzijiet ta' suq ta' dawn l-assi (varjabbli finanzjarju) iżda ukoll il-kundizzjoni tal-assi mhux finanzjarju speċifiku miżmum (varjabbli mhux finanzjarju). Pereżempju, jekk garanzija tal-valur residwu ta' vettura speċifika tesponi lill-garanti għar-riskju għal bidliet fil-kundizzjoni fiżika tal-vettura, il-bidla f'dak il-valur residwu hu speċifiku għas-sid tal-karozza.

Kosti tat-tranżazzjoni

AG13 Kosti tat-tranżazzjoni jinkludu drittijiet u kummissjonijiet imħallsa lill-aġenti (inkluż impjegati li jaġixxu bħala aġenti tal-bejgħ), konsulenti, sensara u kummerċjanti, levies minn aġenziji regolatorji u kambji tat-titoli, u trasferiment ta' taxxi u obbligazzjonijiet. Kosti tat-tranżazzjoni ma jinkludux primjums jew skontijiet ta' djun, kosti ta' finanzjament jew kosti tal-amministrazzjoni jew ta' investiment interni.

Assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozju

AG14 Negozju ġeneralment jirrifletti xiri u bejgħ b'mod attiv u frekwenti, u strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju ġeneralment huma użati bil-għan li jiġġeneraw profitt minn ċaqliq fuq perijodu ta' żmien qasir fil-prezz jew fil-marġini tan-negozjant.

AG15 Obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozju jinkludu:

(a) obbligazzjonijiet derivati li mhumiex rappurtati bħala strumenti tal-hedging;

(b) obbligazzjonijiet biex jiġu pprovduti assi finanzjarji mislufa minn bejjiegħ fuq il-karta (jiġifieri entità li tbigħ assi finanzjarji li tkun isselfet u li jkunu għadhom ma sarux propjetà tagħha);

(ċ) obbligazzjonijiet finanzjarji li huma mġarrba bl-intenzjoni għal xiri mill-ġdid tagħhom fil-viċin (eż strument ta' dejn ikkwotat li l-emittent jista' jixtrih lura fil-qrib skont bidliet fil-valur ġust tiegħu); u

(d) obbligazzjonijiet finanzjarji li huma parti minn portafoll ta' strumenti finanzjarji identifikati li huma mmaniġġjati flimkien u li għalihom hemm evidenza ta' similarità riċenti ta' teħid ta' profitt fuq żmien qasir.

Il-fatt li tintuża obbligazzjoni biex tiffinanzja attivitajiet kummerċjali ma twassalx biex l-obbligazzjoni tkun meqjusa bħala miżmuma għall-kummerċ.

Investimenti miżmuma sad-data tal-maturità

AG16 Entità m'għandhiex intenzjoni pożittiva biex iżżomm sal-maturità investiment f'assi finanzjarju b'maturità fissa jekk:

(a) l-entità għandha l-għan li żżomm l-assi finanzjarju għal perijodu mhux definit;

(b) l-entità tkun lesta tbigħ l-assi finanzjarju (ħlief jekk tinqala' sitwazzjoni li ma tkunx waħda li sseħħ ripetutament u ma tkunx waħda li setgħet tiġi antiċipata b'mod raġonevoli mill-entità) b'rispons għall-bidliet fir-rati ta' mgħax tas-swieq jew riskji, ħtiġijiet tal-flussi ta' flus, bidliet fid-disponibilità ta' u r-rendita fuq investimenti alternattivi, bidliet fis-sorsi u termini ta' finanzjament jew bidliet fir-riskju fuq il-munita; jew

(ċ) l-emittent għandu d-dritt isalda l-assi finanzjarju b'ammont li jkun ferm inqas mill-ispiża amortizzata tiegħu.

AG17 Strument ta' dejn b'rata ta' mgħax varjabbli jista' jissodisfa l-kriterji għal investiment miżmum sal-maturità. Strumenti azzjonarji ma jistgħux jinżammu sal-maturità jew minħabba li għandhom ħajja indefinita (bħal ishma ordinarji) jew minħabba l-ammonti li d-detentur jista' jirċievi jistgħu jvarjaw b'mod li mhux predeterminat (bħal opzjonijiet tal-ishma, garanziji u drittijiet simili). Fir-rigward tad-definizzjoni ta' investimenti miżmuma sal-maturità, pagamenti fissi jew determinabbli u maturità fissa jfissru li arranġament kuntrattwali jiddefinixxi l-ammonti u d-dati tal-pagamenti lid-detentur, bħall-pagamenti ta' mgħax u kapital. Riskju sinifikanti ta' nuqqas ta' pagament ma jimpedixxix il-klassifikazzjoni ta' assi finanzjarju kif miżmum sal-maturità sakemm il-pagamenti kuntrattwali tiegħu jkunu fissi u determinabbli u l-kriterji l-oħra għal dik il-klassifikazzjoni jiġu sodisfatti. Jekk it-termini ta' strument ta' dejn perpetwu jipprovdu għal pagamenti ta' mgħax għal perijodu indefinit, l-istrument ma jistax jiġi kklassifikat bħala miżmum sal-maturità minħabba li ma hemm ebda data tal-maturità.

AG18 Il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala investiment miżmum sal-maturità huma sodisfatti għal assi finanzjarju li jista' jinxtara mill-emittent jekk id-detentur għandu l-ħsieb u hu kapaċi jżommu biss sakemm jiġi msejjaħ jew sal-maturità u l-pussessur jirkupra sostanzjalment l-ammont rikonoxxut kollu tiegħu. L-opzjoni ta' xiri tal-emittent jekk eżerċitata, sempliċiment tħaffef il-maturità tal-assi. Madankollu, jekk l-assi finanzjarju jista' jinxtara fuq il-bażi li tirriżulta f'sitwazzjoni li d-detentur ma jirkuprax parti sostanzjali tal-ammont kollu rikonoxxut tiegħu, l-assi finanzjarju ma jistax jiġi kklassifikat bħala investiment miżmum sal-maturità. L-entità tikkunsidra kull primjum mħallas u kosti tat-tranżazzjoni kapitalizzati meta tistabbilixxi jekk l-ammont miżmum fil-kotba jkunx se jiġi sostanzjalment irkuprat.

AG19 Assi finanzjarju li hu puttable (jiġifieri d-detentur għandu d-dritt li jeħtieġ li l-emittent iħallas lura jew jifdi l-assi finanzjarju qabel il-maturità) ma jistax jiġi kklassifikat bħala investiment miżmum sal-maturità minħabba li meta wieħed iħallas għal karatteristika put f'assi finanzjarju dan mhux konsistenti mal-espressjoni tal-intenzjoni li wieħed iżomm assi finanzjarju sal-maturità.

AG20 Għal parti kbira mill-assi finanzjarji, valur ġust hu miżura aktar adattata mill-ispiża amortizzata. Il-klassifikazzjoni miżmuma sal-maturità hi eċċezzjoni, iżda biss jekk l-entità għandha intenzjoni pożittiva u l-ħila li żżomm l-investiment sal-maturità. Meta l-azzjonijiet tal-entità jitfgħu dubju fuq l-intenzjoni tagħha u l-ħila tagħha li żżomm investimenti bħal dawn sal-maturità, il-paragrafu 9 jimpedixxi l-użu tal-eċċezzjoni għal perijodu ta' żmien raġonevoli.

AG21 Xenarju ta' diżastru li hu possibbli biss b'mod remot, bħal kraxx fuq bank jew sitwazzjoni simili li taffettwa lill-assiguratur, mhix xi ħaġa li hi stmata mill-entità meta tiddeċiedi jekk għandhiex intenzjoni pożittiva u ħila li żżomm investiment sal-maturità.

AG22 Bejgħ qabel il-maturità jista' jissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 9 — u għalhekk ma jqajjimx mistoqsija dwar l-intenzjoni tal-entità li żżomm investimenti oħra sal-maturità — jekk dawn huma attribwibbli għal kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a) deterjorazzjoni sinifikanti f'kemm l-emittent hu sod biex issellfu. Pereżempju, bejgħ wara tnaqqis fil-klassifikazzjoni tal-kreditu minn aġenzija tal-klassifikazzjoni barranija mhux bilfors tqajjem mistoqsija dwar l-intenzjoni tal-entità li żżomm investimenti oħra sal-maturità jekk it-tnaqqis fil-klassifikazzjoni tipprovdi evidenza ta' deterjorazzjoni sinifikanti f'kemm hu sod l-emittent biex isselfu ġġudikata b'referenza għall-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-rikonoxximent inizjali. Bl-istess mod, jekk entità tuża klassifikazzjonijiet interni biex tistma l-esponimenti, bidliet f'dawk il-klassifikazzjonijiet interni jistgħu jgħinu jidentifikaw emittenti li għalihom kien hemm deterjorazzjoni sinifikanti f'kemm huma sodi biex ikunu mislufa, sakemm il-metodu tal-entità dwar kif tagħti l-klassifikazzjonijiet interni u bidliet f'dawk il-klassifikazzjonijiet jagħtu miżura konsistenti, affidabbli u oġġettiva tal-kwalità tal-kreditu tal-emittenti. Jekk hemm evidenza li assi finanzjarju huwa indebolit (ara l-paragrafi 58 u 59), id-deterjorazzjoni f'kemm huma sodi biex ikunu msellfa hija spiss meqjusa bħala sinifikanti.

(b) bidla fil-liġi fiskali li telimina jew tnaqqas b'mod sinifikanti l-istatus ta' eżenzjoni mit-taxxa ta' interess fuq l-investiment miżmum sal-maturità investiment (iżda mhux bidla fil-liġi tat-taxxa li tirrevedi r-rati tat-taxxa marġinali applikabbli għall-introjtu mill-interess).

(ċ) kombinament tan-negozju maġġuri jew dispożizzjoni maġġuri (bħall-bejgħ ta' segment) li teħtieġ il-bejgħ jew it-trasferiment ta' investimenti miżmuma sal-maturità biex tinżamm il-pożizzjoni ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tal-entità eżistenti jew il-politika tar-riskju fuq il-kreditu (għalkemm il-kombinament tan-negozju hi każ fi ħdan il-kontroll tal-entità, il-bidliet għall-portafoll tal-investiment biex tinżamm pożizzjoni ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew politika ta' riskju ta' kreditu tista' tkun konsekwenzjali aktar milli antiċipata).

(d) bidla fir-rekwiżiti statutorji jew regolatorji li jimmodifikaw b'mod sinifikanti jew dak li jikkostitwixxi investiment permissibbli jew il-livell massimu ta' tipi partikolari ta' investimenti, b'hekk jikkawżaw lill-entità sabiex tiddisponi minn investiment miżmum sal-maturità.

(e) żieda sinifikanti fir-rekwiżiti kapitali regolatorji tal-industrija li tikkawża l-entità biex tonqos fil-kobor billi tbigħ investimenti miżmuma sal-maturità.

(f) żieda sinifikanti fil-piżijiet ta' riskju ta' investimenti miżmuma sal-maturità użati għal għanijiet regolatorji ta' kapital ibbażat fuq ir-riskju.

AG23 Entità ma għandhiex ħila murija li żżomm investiment f'assi finanzjarju b'maturità fissa sal-maturità jekk:

(a) m'għandhiex ir-riżorsi finanzjarji disponibbli biex tkompli tiffinanza l-investiment sal-maturità; jew

(b) hi soġġetta għal ostakolu legali eżistenti jew xi ostakolu ieħor li jista' jħarbat l-intenzjoni tagħha li żżomm l-assi finanzjarju sal-maturità. (Madankollu, l-opzjoni ta' sejħa tal-emittent mhux bilfors tħarbat l-intenzjoni tal-entità li żżomm assi finanzjarju sal-maturità — ara l-paragrafu AG18.)

AG24 Ċirkostanzi ħlief dawk deskritti fil-paragrafi AG16–AG23 jistgħu jindikaw li entità ma jkollhiex intenzjoni pożittiva jew l-ħila li żżomm investiment sal-maturità.

AG25 Entità tistma l-intenzjoni u l-ħila tagħha li żżomm l-investimenti tagħha sal-maturità mhux biss meta dawk l-assi finanzjarji jiġu rikonoxxuti fil-bidu, iżda wkoll ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu sussegwenti tar-rappurtar. ◄

Ammonti mislufa u riċevibbli

AG26 Kull assi finanzjarju mhux derivat b'pagamenti fissi jew li jistgħu jiġu determinati (inkluż assi ta' ammonti mislufa, debituri tan-negozju, investimenti fi strumenti ta' dejn u depożiti miżmuma f'banek) jistgħu potenzjalment jissodisfaw id-definizzjoni ta' ammonti mislufa u debituri li għad iridu jitħallsu. Madankollu, assi finanzjarju li hu kkwotat f'suq attiv (bħal strument ta' dejn ikkwotat, ara l-paragrafu AG71) ma jikkwalifikax għall-klassifikazzjoni bħala ammonti mislufa jew kontijiet li għad iridu jitħallsu. Assi finanzjarji li ma jissodisfawx din id-definizzjoni ta' ammonti mislufa u debituri li jistgħu jiġu kklassifikati bħala investimenti miżmuma sal-maturità jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni (ara l-paragrafi 9 u AG16-AG25). Mar-rikonoxximent inizjali tal-assi finanzjarju li kien jiġi kklassifikat b'sitwazzjoni oħra bħala ammonti mislufa jew kont li għad irid jitħallas, entità tista' tinnominah bħala assi finanzjarju bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf, jew disponibbli għall-bejgħ.

DERIVATTIVI MDEFFSA (il-paragrafi 10–13)

AG27 Jekk kuntratt li jospita ma għandu ebda maturità ddikjarata jew predeterminata u jirrappreżenta interess residwu fl-attiv nett ta' entità, allura l-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tiegħu huma dawk ta' strument azzjonarju, u derivati mdeffes li jeħtieġu jkollhom karatteristiċi ta' ekwità li jkollhom x'jaqsmu mal-istess entità li għandha titqies bħala relatata mill-qrib. Jekk il-kuntratt li jospita mhuwiex strument azzjonarju u jissodisfa d-definizzjoni ta' strument finanzjarju, allura l-karatteristiċi ekonomiċi tiegħu huma dawk ta' strument ta' dejn.

AG28 derivat li mhux-opzjoni mdeffsa (bħal tpartit bil-quddiem jew imdeffes) hu sseparat mill-kuntratt tiegħu li jospita fuq il-bażi tat-termini sustantivi ddikjarati jew implikati tiegħu, biex dan jirriżulta f'valur ġust ta' żero mar-rikonoxximent inizjali. derivat ibbażat fuq opzjoni mdeffsa (bħal put, xiri, massimu, minimu jew swaption imdeffsa) hu sseparat mill-kuntratt li jospita tiegħu fuq il-bażi tat-termini ddikjarati tal-karatteristika tal-opzjoni. L-ammont miżmum fil-kotba tal-istrument ospitanti hu l-ammont residwali wara li jiġu sseparati d-derivati mdeffesin.

AG29 Ġeneralment, derivati mdeffsa multipli fi strument waħdieni huma ttrattati bħala derivattiv imdeffes kompost waħdieni. Madankollu, derivati mdeffsa li huma kklassifikati bħala ekwità (ara l-IAS 32) huma miktubin separatament minn dawk ikklassifikati bħala assi jew obbligazzjonijiet. Barra minn hekk, jekk strument għandu aktar minn derivat imdeffes wieħed u dawk id-derivati għandhom x'jaqsmu ma' esponimenti għal riskju differenti u jistgħu jiġu sseparati minn xulxin u huma indipendenti minn xulxin, dawn huma mniżżlin separatament minn xulxin.

AG30 Il-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi ta' derivat imdeffes mhumiex relatati mill-qrib mal-kuntratt li jospita (il-paragrafu 11(a)) fl-eżempji li ġejjin. F'dawn l-eżempji, filwaqt li wieħed jassumi li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 11(b) u (c) jiġu sodisfatti, entità tniżżel id-derivat imdeffes separatament mill-kuntratt li jospita.

(a) Opzjoni put imdeffsa fi strument li tippermetti lid-detentur li jeħtieġ lill-emittent li jikseb mill-ġdid l-istrument għal ammont ta' flus jew assi oħra li jvarja fuq il-bażi tal-bidla f'ekwità jew fil-prezz tal-komodità jew indiċi mhix relatata mill-qrib mal-istrument ospitant tad-dejn.

(b) Opzjoni ta' xiri mdeffsa fi strument azzjonarju li tippermetti lill-emittent jakkwista mill-ġdid l-istrument azzjonarju bi prezz speċifikat mhix relatata mill-qrib mal-istrument ospitanti ta' azzjonarju mill-perspettiva tad-detentur (mill-perspettiva tal-emittent, l-opzjoni ta' xiri hi strument azzjonarju sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni taħt l-IAS 32, f'liema każ, hi eskluża mill-ambitu ta' dan l-Istandard).

(ċ) Opzjoni jew dispożizzjoni awtomatika biex it-terminu ta' żmien li jibqa' jiġi estiż sal-maturità ta' strument ta' dejn mhiex relatata mill-qrib mal-istrument ospitanti tad-dejn sakemm ma jkunx hemm aġġustament konkorrenti għar-rata tas-suq kurrenti approssimata ta' mgħax fil-ħin tal-estensjoni. Jekk entità toħroġ strument ta' dejn u d-detentur ta' dak l-istrument ta' dejn jikteb opzjoni ta' call fuq l-istrument ta' dejn lil parti terza, l-emittent iqis l-opzjoni ta' call bħala li testendi t-terminu ta' maturità tal-istrument ta' dejn sakemm l-emittent ikun meħtieġ jipparteċipa fi jew jiffaċilita t-tqegħid mill-ġdid fis-suq tal-istrument ta' dejn bħala riżultat tal-eżerċitatazzjoni tal-opzjoni ta' call.

(d) Interess indiċizzat fuq l-ekwità jew pagament tal-kapital imdeffes fi strument ospitanti ta' dejn jew kuntratt ta' assigurazzjoni — li bih, l-ammont ta' interess jew kapital hu indiċizzat għall-valur tal-istrument azzjonarju — mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ospitanti minħabba r-riskji inerenti fl-ospitanti u d-derivat imdeffes m'humiex simili.

(e) Interess indiċizzat fuq il-komodità jew il-pagamenti tal-kapital imdeffes fi strument ospitanti ta' dejn jew kuntratt ta' assigurazzjoni — li bih, l-ammont ta' interess jew kapital hu indiċizzat għall-prezz tal-komodità (bħad-deheb)-mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ospitanti minħabba r-riskji inerenti fl-istrument ospitanti u d-derivat imdeffes mhumiex simili.

(f) Karatteristika ta' konversjoni ta' ekwità imdeffes fi strument ta' dejn konvertibbli mhix relatata mill-qrib mal-istrument ospitanti ta' dejn mill-perspettiva tad-detentur tal-istrument (mill-perspettiva tal-emittent, l-opzjoni ta' ekwità hi strument azzjonarju u hi eskluża mill-ambitu ta' dan l-Istandard sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni taħt l-IAS 32).

▼M22

(g) Opzjoni ta’ xiri, opzjoni put jew opzjoni ta’ ħlas bil-quddiem imdeffsa f'kuntratt ta' debitu ospitanti jew f’kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti mhix relatata fil-qrib mal-kuntratt li jospitaha ħlief jekk:

(i) il-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni hu bejn wieħed u ieħor ugwali f'kull data ta’ eżerċizzju għall-kost amortizzat tal-istrument ta' debitu ospitanti jew għall-ammont miżmum fil-kotba tal-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti; jew

(ii) il-prezz tal-eżerċizzju ta’ opzjoni ta’ ħlas bil-quddiem jirrimborża lis-sellief b’ ammont li jista’ jilħaq il-valur preżenti approssimattiv ta’ mgħax mitluf għat-terminu li jkun fadal tal-kuntratt ospitanti. L-imgħax mitluf huwa l-prodott tal-ammont ta’ kapital imħallas bil-quddiem immultiplikat bid-differenzjali tar-rata tal-imgħax. Id-differenzjali tar-rata tal-imgħax hija l-eċċess tar-rata effettiva tal-imgħax tal-kuntratt ospitanti fuq ir-rata effettiva tal-imgħax li l-entità kienet tirċievi fid-data tal-ħlas bil-quddiem kieku hija tkun investiet mill-ġdid l-ammont tal-kapital imħallas bil-quddiem f’kuntratt simili għat-terminu li jkun fadal tal-kuntratt ospitanti.

Il-valutazzjoni ta’ jekk l-opzjoni ta’ xiri jew l-opzjoni put hijiex relatata mill-qrib mal-kuntratt ta’ debitu ospitanti ssir qabel ma jiġi sseparat l-element ta’ ekwità ta’ strument konvertibbli ta’ debitu skont l-IAS 32.

▼B

(h) Derivati ta' kreditu li huma mdeffsa fi strument ospitanti ta' dejn u jippermettu parti waħda (il-“benefiċjarja”) li tittrasferixxi r-riskju ta' kreditu ta' assi ta' referenza partikolari, li jista' ma jkunx fid-detentur tagħha, lil parti oħra (il- “garanti'”) mhumiex relatati mill-qrib mal-istrument ospitanti ta' dejn. Derivati ta' kreditu bħal dawn jippermettu lill-garanti biex jassumi r-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-assi ta' referenza mingħajr ma jkun jippossedih direttament.

AG31 Eżempju ta' strument ibridu hu strument finanzjarju li jagħti lid-detentur dritt li jpoġġi l-istrument finanzjarju lura lill-emittent bħala kambju għal ammont ta' flus jew assi finanzjarji oħra li jvarja fuq il-bażi tal-bidla f'indiċi ta' ekwità jew komodità li jista' jiżdied jew jonqos (“strument puttable”). Sakemm l-emittent mar-rikonoxximent inizjali ma jinnominax l-istrument puttable bħala obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, hu meħtieġ li jissepara derivat imdeffes (jiġifieri l-pagament tal-kapital indiċizzat) taħt il-paragrafu 11 minħabba li l-kuntratt li jospita hu strument ta' dejn taħt il-paragrafu AG27 u l-pagament tal-kapital indiċizzat mhux relatat mill-qrib mal-istrument ospitanti ta' dejn taħt il-paragrafu AG30(a). Minħabba li l-pagament tal-kapital jista' jiżdied u jonqos, id-derivat imdeffes hu derivat mhux opzjoni li l-valur tiegħu huwa indiċizzat għall-varjabbli bażi.

AG32 Fil-każ ta' strument puttable li jista' jitpoġġa lura f'kull żmien għal flus ugwali għal sehem proporzjonat tal-valur nett tal-assi ta' entità (bħal unitajiet ta' fond komuni open-ended jew xi prodotti ta' investiment marbutin mal-unità), l-effett tas-separazzjoni ta' derivat imdeffes u r-rappurtaġġ ta' kull komponent hu biex jitkejjel l-istrument kombinat bl-ammont tal-fidi li hu pagabbli ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jekk id-detentur ikun eżerċita d-dritt tiegħu li jpoġġi l-istrument lura lill-emittent.

AG33 Il-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji ta' derivat imdeffes huma relatati mill-qrib mal-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji tal-kuntratt li jospita fl-eżempji li ġejjin. F'dawn l-eżempji, entità ma tniżżilx id-derivat imdeffes separatament mill-kuntratt li jospita.

(a) derivat imdeffes li fih il-bażi hu rata ta' mgħax jew indiċi ta' rata ta' mgħax li jista' jibdel l-ammont ta' mgħax li kieku jitħallas jew jiġi riċevut fuq kuntratt ta' debitu ospitanti li jerfa' l-imgħax jew kuntratt tal-assigurazzjoni li hu relatat mill-qrib mal-kuntratt ospitanti ħlief jekk l-istrument ikkombinat jista' jissalda b'tali mod li d-detentur ma jirkuprax b'mod sostanzjali l-investiment rikonoxxut kollu tiegħu jew id-derivat imdeffes jista' ta' lanqas jirdoppja r-rata ta' redditu inizzjali tad-detentur fuq il-kuntratt li jospita u jista' jirriżulta f'rata ta' redditu li hi ta' lanqas id-doppju ta' xi jkun fis-suq għal kuntratt bl-istess termini bħal kuntratt li jospita.

(b) Il-qiegħ imdeffes jew il-massimu fuq ir-rata ta' mgħax fuq kuntratt ta' debitu jew kuntratt tal-assigurazzjoni hu relatat mill-qrib mal-kuntratt li jospita, kemm-il darba l-massimu livell hu fl-istess livell jew iktar mir-rata ta' mgħax tas-suq u l-qiegħ qiegħed fil-livell jew inqas mir-rata tal-imgħax tas-suq meta l-kuntratt hu maħruġ, u l-massimu livell jew il-qiegħ mhux illievat fir-rigward tal-kuntratt li jospita. Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet inklużi f'kuntratt ta' xiri jew bejgħ ta' assi (eż komodità) li jistabbilixxu rata massima jew minima fuq il-prezz li għandu jitħallas jew riċevut għall-assi huma relatati mill-qrib mal-kuntratt li jospita li kieku r-rata massima jew minima kienu sfavorevoli mal-bidu u mhumiex ingranati.

(ċ) derivat imdeffes ta' munita barranija li jipprovdi sensiela ta' pagamenti tal-kapital u ta' mgħax li huma denominati f'munita barranija u hu mdeffes fi strument ta' dejn ospitanti (eż dual bond tal-munita) hu relatat mill-qrib mal-istrument ospitanti ta' dejn. derivat bħal dan mhux separat mill-istrument ospitanti minħabba li l-IAS 21 jeħtieġ il-qligħ jew telf tal-munita barranija fuq entrati monetarji li għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew telf.

(d) derivat imdeffes ta' munita barranija f'kuntratt li jospita li hu kuntratt tal-assigurazzjoni jew mhux strument finanzjarju (bħal kuntratt għax-xiri jew bejgħ ta' effett mhux finanzjarju fejn il-prezz hu denominat f'munita barranija) hu relatat mill-qrib mal-kuntratt li jospita kemm-il darba dan mhux miżjud, ma fihx aspett ta' opzjoni, u jeħtieġ pagamenti denominati f'wieħed mis-segwenti muniti:

(i) il-munita funzjonali ta' kwalunkwe parti sostanzjali għal dak il-kuntratt;

(ii) il-munita li fiha l-prezz tal-oġġett jew servizz relatat li hu akkwistat jew mogħti hi denominata b'rutina fi tranżazzjonijiet kummerċjali madwar id-dinja (bħad-dollaru Amerikan għal tranżazzjonijiet ta' żejt mhux raffinat); jew

(iii) munita li hi użata b'mod komuni għax-xiri jew bejgħ ta' entrati mhux finanzjarji fl-ambjent ekonomiku li fih isseħħ it-tranżazzjoni (eż munita relattivament stabbli u likwida hi użata b'mod komuni fi tranżazzjonijiet kummerċjali lokali jew kummerċ barrani).

(e) Opzjoni ta' ħlas minn qabel imdeffsa fi strixxa ta' interess biss jew kapital biss hi marbuta mill-qrib mal-kuntratt li jospita sakemm il-kuntratt li jospita (i) fil-bidu rriżulta minn separazzjoni tad-dritt li wieħed jirċievi flussi ta' flus kuntrattwali ta' strument finanzjarju li, fih innifsu, ma kienx fih derivat imdeffes, u (ii) ma fih ebda termini mhux preżenti fil-kuntratt tad-dejn tal-ospitu oriġinali.

(f) derivat imdeffes f'kuntratt ta' kiri ospitanti hu marbut mill-qrib mal-kuntratt li jospita jekk id-derivat imdeffes hu (i) indiċi relatat mal-inflazzjoni bħal indiċi ta' pagamenti ta' kiri ma' indiċi tal-prezz tal-konsumatur (sakemm il-kiri ma jkunx ingranat l-indiċi jkollu x'jaqsam mal-inflazzjoni fl-ambjent ekonomiku stess tal-entità), (ii) renta li tista' tinqala' bbażata fuq bejgħ relatat jew (ii) kirjiet kontinġenti fuq rati ta' mgħax varjabbli.

(g) Karatteristika unit-linking imdeffsa fi strument finanzjarju jew kuntratt tal-assigurazzjoni ospitu huwa relatat mill-qrib mal-istrument li jospita jew kuntratt li jospita jekk il-pagamenti denominati fl-unità huma mkejla f'valuri tal-unità attwali li jirriflettu l-valuri ġusti tal-assi tal-fond. Karatteristika unit-linking hija terminu kuntrattwali li jeħtieġ pagamenti denominati f'unitajiet ta' fond tal-investiment intern jew estern.

(h) Derivat imdeffes f'kuntratt tal-assiugurazzjoni hu relatat mill-qrib ma' kuntratt tal-assigurazzjoni ospitant jekk id-derivat imdeffes u l-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti tant jiddependu minn xulxin li entità ma tistgħax tkejjel id-derivat imdeffes separatament (ie mingħajr kunsiderazzjoni tal-kuntratt li jospita).

Strumenti li fihom derivati mdeffsa

AG33A Meta entità ssir parti minn istrument ibridu (kombinat) li fih derivat imdeffes wieħed jew aktar, il-paragrafu 11 jeħtieġ li l-entità tidentifika kull derivati mdeffsa bħal dawn, tassessja jekk dan ikunx meħtieġ li jiġu sseparati mill-kuntratt li jospita u, għal dawk li huma meħtieġa li jiġu sseparati, tkejjel id-derivati fil-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u sussegwentement. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu iktar kumplessi, jew jirriżultaw f'kejl li jkun inqas ta' min jorbot fuqu, mit-tkejjil tal-istrument sħiħ fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Għal dik ir-raġuni, dan l-Istandard jippermetti li l-istrument sħiħ ikun ikklassifikat bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf.

AG33B Klassifikazzjoni bħal din tista' tintuża kemm jekk il-paragrafu 11 ikun jeħtieġ li d-derivati mdeffsa jkunu separati mill-kuntratt li jospita u kemm jekk jipprojbixxi separazzjoni bħal din. Madankollu, il-paragrafu 11A ma jiġġusifikax li tikklassifika l-istrument ibridu (kombinat) bħala fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu 11A(a) u (b) minħabba li jekk isir hekk ma jnaqqasx il-kumplessità jew iżid il-fiduċja.

RIKONOXXIMENT U RTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT (il-paragrafi 14–42)

Rikonoxximent inizjali (il-paragrafu 14)

AG34 Bħala konsegwenza tal-prinċipju fil-paragrafu 14, entità tirrikonoxxi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħha kollha taħt id-derivati fil-karta ta' bilanċ tagħha bħala assi u obbligazzjonijiet, rispettivament, ħlief għal derivati li jimpedixxu milli t-trasferiment ta' assi finanzjarji jiġi mniżżel bħala bejgħ (ara l-paragrafu AG49). Jekk trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, id-destinatarju tat-trasferiment ma jirrikonoxxix l-assi ttrasferit bħala l-assi tiegħu (ara l-paragrafu AG50).

AG35 Dawn li ġejjin huma eżempji ta' applikazzjoni tal-prinċipju fil-paragrafu 14:

(a) debituri u kredituri mingħajr kundizzjoni huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet meta l-entità ssir parti għall-kuntratt u, bħala konsegwenza ta' dan, jkollha dritt legali li tirċievi jew obbligazzjoni legali li tħallas fi flus.

(b) assi li għandhom jiġu akkwistati u obbligazzjonijiet li għandhom jiġu mġarrba bħala riżultat ta' impenn sod għal xiri jew bejgħ ta' oġġetti jew servizzi huma ġeneralment mhux rikonoxxuti sakemm għallinqas waħda mill-partijiet tkun ħadmet taħt il-ftehim. Pereżempju, entità li tirċievi ordni ġeneralment ma tirrikonoxxix assi (u l-entità li tpoġġi l-ordni ma tirrikonoxxix obbligazzjoni) fil-ħin tal-impenn iżda, anzi ddewwem ir-rikonoxximent sakemm l-oġġetti jew is-servizzi ordnati jkunu ġew mibgħuta bil-baħar, kkunsinnati jew imwettqa. Jekk impenn sod għal xiri jew bejgħ ta' entrati mhux finanzjarji jaqa' fi ħdan l-ambitu ta' dan l-Istandard taħt il-paragrafi 5–7, il-valur ġust nett tiegħu hu rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni fid-data tal-impenn (ara (c) taħt). Barra minn hekk, jekk impenn sod li qabel ma kien rikonoxxut huwa mniżżel bħala entrata hedged f'hedge fuq il-valur ġust, kull bidla fil-valur ġust nett attribwibbli għar-riskju hedged hu rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni wara li jingħata bidu għall-hedge (ara l-paragrafi 93 u 94).

(ċ) kuntratt bil-quddiem li jaqa' fi ħdan l-ambitu ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 2–7) jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni fid-data tal-impenn, u mhux fid-data li fiha jseħħ is-sald. Meta entità ssir parti minn kuntratt bil-quddiem, il-valuri ġusti tad-dritt u l-obbligazzjoni huma spiss ugwali, biex il-valur ġust nett tal-ħlas bil-quddiem ikun żero. Jekk il-valur ġust nett tad-dritt u l-obbligazzjoni mhux żero, il-kuntratt hu rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni.

(d) kuntratti ta' opzjoni li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' dan l-Istandard (ara l-paragrafi 2–7) huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet meta d-detentur jew il-kittieb isir parti mill-kuntratt.

(e) tranżazzjonijiet futuri ppjanati, irrispettivament minn kemm ikun probabbli li ser iseħħu, m'humiex assi u obbligazzjonijiet minħabba li l-entità ma saritx parti għall-kuntratt.

Irtirar tar-rikonoxximent ta' assi finanzjarju (il-paragrafi 15–37)

AG36 Il-flow chart li ġejja turi l-evalwazzjoni ta' jekk u sa liema punt assi finanzjarju huwa derikonoxxut.

image

►(1) M32  

Arranġementi li taħthom entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali li tirċievi l-fluss ta' flus ta' assi finanzjarju, iżda li tassumi obbligazzjonijiet kummerċjali li tħallas il-flussi ta' flus għal reċipjent wieħed jew aktar (il-paragrafu 18(b))

▼M32

AG37 Is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 18(b) (meta entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi tal-flus tal-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi tal-flus lil riċevitur wieħed jew aktar) isseħħ, pereżempju, jekk l-entità tkun fiduċjarja, u toħroġ interessi ta' benefiċċju lill-investituri fl-assi finanzjarji bażiċi li jkollha u tipprovdi servizzjar ta' dawk l-assi finanzjarji. F'dak il-każ, l-assi finanzjarji jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 19 u 20.

AG38 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 19, l-entità tista', pereżempju, tkun l-oriġinatriċi tal-assi finanzjarju, jew tista' tkun grupp li jinkludi sussidjarja li jkun kiseb l-assi finanzjarju u jgħaddi l-flussi tal-flus lil investituri ta' parti terza mhux relatati.

▼B

Evalwazzjoni tat-trasferiment tar-riskji u benefiċċji tal-pussess (il-paragrafu 20)

AG39 Eżempji ta' meta entità tkun ittrasferiet b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess huma:

(a) bejgħ mingħajr kundizzjoni ta' assi finanzjarju;

(b) bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' opzjoni li l-assi finanzjarju jinxtara mill-ġdid bil-valur ġust tiegħu fil-ħin tax-xiri mill-ġdid; u

(ċ) bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' opzjoni put jew opzjoni ta' xiri li hi profondament sfavorevoli (jiġifieri opzjoni li tant hi sfavorevoli li huwa ferm improbabbli li ser issir favorevoli qabel l-iskadenza).

AG40 Eżempji ta' meta entità tkun żammet b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess huma:

(a) tranżazzjoni ta' bejgħ u xiri mill-ġdid fejn il-prezz tax-xiri mill-ġdid hu prezz fiss jew il-prezz tal-bejgħ flimkien mar-redditu għal min sellef;

(b) ftehim ta' self ta' titoli;

(ċ) bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' trasferiment bi tpartit totali li tittrasferixxi l-esponiment tar-riskju tas-suq lura lill-entità;

(d) bejgħ ta' assi finanzjarju flimkien ma' opzjoni put jew call deep in-the-money (jiġifieri opzjoni li tant hi favorevoli li huwa ferm improbabbli li ser issir sfavorevoli qabel l-iskadenza); u

(e) bejgħ ta' debituri fuq perijodu ta' żmien qasir li fih l-entità tiggarantixxi li tikkumpensa lid-destinatarju tat-trasferiment għal telf fil-kreditu li x'aktarx iseħħ.

AG41 Jekk entità tistabbilixxi li bħala riżultat tat-trasferiment, hi tkun ittrasferit b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi ttrasferit, hi ma tirrikonoxxix l-assi ttrasferit darba oħra f'perijodu futur, sakemm takkwista mill-ġdid l-assi ttrasferit fi tranżazzjoni ġdida.

Evalwazzjoni tat-trasferiment tal-kontroll

AG42 Entità ma żammitx il-kontroll ta' assi ttrasferit jekk id-destinatarju tat-trasferiment għandu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit. Entità żammet il-kontroll ta' assi ttrasferit jekk id- destinatarju tat-trasferiment ma għandux l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit. Id-destinatarju tat-trasferiment għandu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit jekk dan jiġi kkumerċjalizzat f'suq attiv minħabba li d-destinatarju tat-trasferiment jista' jixtri mill-ġdid l-assi ttrasferit fis-suq jekk jeħtieġ li jirritorna l-assi lill-entità. Pereżempju, d-destinatarju tat-trasferiment jista' jkollu l-ħila prattika li jbigħ assi ttrasferit jekk l-assi ttrasferit hu soġġett għal opzjoni li tippermetti lill-entità li tixtriha mill-ġdid, iżda d-destinatarju tat-trasferiment jista' jikseb minnufih l-assi ttrasferit fis-suq jekk tiġi eżerċitata l-opzjoni. Id-destinatarju tat-trasferiment m'għandux l-ħila prattika li jbigħ assi ttrasferit jekk l-assi jżomm opzjoni bħal din u d-destinatarju tat-trasferiment ma jkunx jista' jikseb minnufih l-assi ttrasferit fis-suq jekk l-entità teżerċita din l-opzjoni.

AG43 Id-destinatarju tat-trasferiment għandu l-ħila prattika li jbigħ l-assi ttrasferit biss jekk id-destinatarju tat-trasferiment jista' jbigħ l-assi ttrasferit fl-intier tiegħu lil parti terza li ma jkollha xejn x'taqsam u jkun kapaċi jeżerċita dik l-ħila b'mod unilaterali u mingħajr ma jimponi restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferiment. Il-mistoqsija kritika hija x'inhu kapaċi jagħmel fil-prattika d-destinatarju tat-trasferiment, mhux liema drittijiet kuntrattwali għandu d-destinatarju tat-trasferiment dwar x'jista' jagħmel bl-assi ttrasferit jew liema projbizzjonijiet kuntrattwali jeżistu. B'mod partikolari:

(a) dritt kuntrattwali ta' disponiment mill-assi ttrasferit għandu ftit li xejn effett prattiku jekk ma hemm ebda suq għall-assi ttrasferit; u

(b) ħila ta' disponiment tal-assi ttrasferit ma għandha ftit li xejn effett prattiku jekk din tkun tista' tiġi eżerċitata b'mod liberu. Għal dik ir-raġuni:

(i) il-ħila tad-destinatarju tat-trasferiment li jiddisponi mill-assi ttrasferit għandha tkun indipendenti mill-azzjonijiet ta' oħrajn (jiġifieri għandha tkun ħila unilaterali); u

(ii) id-destinatarju tat-trasferiment għandu jkun kapaċi jiddisponi mill-assi ttrasferit mingħajr il-ħtieġa li jehmeż kundizzjonijiet ta' restrizzjoni jew ħtiġijiet oħra għat-trasferiment (eż. kundizzjonijiet dwar kif assi ta' self jiġi mantenut jew opzjoni li tagħti lid-destinatarju tat-trasferiment id-dritt li jixtri l-assi mill-ġdid).

AG44 Id-destinatarju tat-trasferiment x'aktarx ma jbigħx l-assi ttrasferit ma tfissirx, fiha nnfisha, li mandatarju tat-trasferiment ikun żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit. Madankollu, jekk opzjoni put jew garanzija tillimita lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi ttrasferit, allura mandatarju tat-trasferiment ikun żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit. Pereżempju, jekk opzjoni put jew garanzija tiswa biżżejjed, din tillimita lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi ttrasferit minħabba lid-destinatarju tat-trasferiment jista', fil-prattika, ma jbigħx l-assi ttrasferit lil partijiet terzi mingħajr ma jkun ehmeż opzjoni simili jew kundizzjonijiet ta' restrizzjoni oħra. Minflok, id-destinatarju tat-trasferiment iżomm l-assi ttrasferit biex jikseb pagamenti taħt il-garanzija jew opzjoni put. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi mandatarju tat-trasferiment ikun żamm il-kontroll tal-assi ttrasferit.

Trasferimenti li jikkwalifikaw għal irtirar tar-rikonoxximent

AG45 Entità tista' żżomm id-dritt għal parti mill-pagamenti tal-interess fuq assi ttrasferiti bħala kumpens għall-manutenzjoni ta' dawk l-assi. Il-parti tal-pagamenti tal-interess li l-entità tkun lesta titlef malli jintemm jew mat-trasferiment tal-kuntratt ta' manutenzjoni hi allokata għall-assi tal-manutenzjoni jew għall-obbligazzjoni tal-manutenzjoni. Il-parti tal-pagamenti tal-interessi li l-entità ma tkunx lesta titlef hi riċevibbli ta' strixxa tal-imgħax biss. Pereżempju, jekk l-entità ma tkunx lesta titlef xi interessi mat-terminazzjoni jew trasferiment tal-kuntratt ta' manutenzjoni, il-firxa kollha tal-interessi hi riċevibbli ta' strixxa tal-imgħax biss. Bl-iskop li jiġi applikat il-paragrafu 27, il-valuri ġusti tal-assi ta' manutenzjoni u r-riċevibbli ta' strixxa tal-imgħax biss huma użati biex jallokaw l-ammont miżmum fil-kotba tar-riċevibbli bejn il-parti tal-assi li r-rikonoxximent tagħha ġie rtirat u dik il-parti li tibqa' rikonoxxuta. Jekk ma hemm ebda dritt għall-manutenzjoni speċifikata jew id-dritt li għandu jiġi riċevut mhux mistenni li jikkumpensal-entità b'mod adegwat għat-twettiq tal-manutenzjoni, obbligazzjoni għall-obbligazzjoni tal-manutenzjoni hi rikonoxxuta fil-valur ġust.

▼M33

AG46 Meta tkejjel il-valuri ġust tal-parti li tkompli tkun rikonoxxuta u l-parti b’rikonoxximent irtirat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 27, entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-kejl tal-valur ġust fl-IFRS 13 minbarra l-paragrafu 28.

▼B

Trasferimenti li ma jikkwalifikawx għal irtirar tar-rikonoxximent

AG47 Dan li ġej huwa applikazzjoni tal-prinċipju deskritt fil-paragrafu 29. Jekk garanzija pprovduta mill-entità għal telf awtomatiku fuq assi ttrasferiti timpedixxi assi ttrasferit milli jiġi derikonoxxut minħabba li l-entità tkun żammet b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi ttrasferit, l-assi ttrasferit jibqa' jiġi rikonoxxut kollu kemm hu u l-korrispettiv irċevut jiġi rikonoxxut bħala obbligazzjoni.

Involviment li jkompli f'assi ttrasferiti

AG48 Dawn li ġejjin huma eżempji ta' kif entità tkejjel assi ttrasferit u l-obbligazzjoni assoċjat taħt il-paragrafu 30.

L-assi kollha

(a) Jekk garanzija pprovduta minn entità biex tħallas għal telf awtomatiku fuq assi ttrasferit timpedixxi l-assi ttrasferit milli jiġi derikonoxxut sal-punt tal-involviment li jkompli, l-assi ttrasferit fid-data tat-trasferiment hu mkejjel skont l-aktar baxx minn (i) l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u (ii) l-ammont massimu tal-korrispettiv irċevut fit-trasferiment li l-entità tista' tkun meħtieġa li tħallas mill-ġdid (“l-ammont tal-garanzija”). L- obbligazzjoni assoċjat hi mkejjla fil-bidu fl-ammont tal-garanzija miżjuda bil-valur ġust tal-garanzija (li normalment hi l-korrispettiv irċevut għall-garanzija). Sussegwentament, il-valur ġust inizjali tal-garanzija hu rikonoxxut fi profitt jew telf fuq bażi ta' proporzjon ta' ħin (ara l-IAS 18) u l-valur rikonoxxut tal-assi hu mnaqqas b'kull telf minn indeboliment.

Assi mkejjla b'kost amortizzat

(b) Jekk obbligazzjoni ta' opzjoni put miktuba minn entità jew opzjoni ta' xiri miżmuma minn entità timpedixxi assi ttrasferit milli jiġi derikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit b'kost amortizzat, l-obbligazzjoni assoċjata hija mkejla skont kemm swiet (jiġifieri l-korrispettiv irċevut) aġġustat għall-amortizzament ta' kull differenza bejn dak il-kost u l-kost amortizzat tal-assi ttrasferit fid-data ta' skadenza tal-opzjoni. Pereżempju, nassumu li l-kost amortizzat u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi fid-data tat-trasferiment hu CU98 u li l-korrispettiv irċevut hija CU95 Il-kost ammortizzat tal-assi fuq id-data tal-eżerċitament tal-opzjoni jkun CU100. L-ammont inizjali miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjata hu CU95 u d-differenza bejn CU95 u CU100 hi rikonoxxuta fil-profitt jew telf billi jintuża l-metodu tal-imgħax effettiv. Jekk l-opzjoni tiġi eżerċitata, kull differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjata u l-prezz tal-eżerċitament hu rikonoxxut fi profitt jew telf.

Assi mkejjla fil-valur ġust

(ċ) Jekk dritt ta' opzjoni ta' xiri miżmuma minn entità jimpedixxi assi ttrasferit milli jiġi derikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit bil-valur ġust, l-assi jkompli jitkejjel bil-valur ġust tiegħu. L-obbligazzjoni assoċjat hu mkejjel fi (i) il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-opzjoni jekk l-opzjoni hi in jew at the money, jew (ii) il-valur ġust tal-assi ttrasferit li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-opzjoni jekk l-opzjoni tkun sfavorevoli. L-aġġustament għall-kejl tal-obbligazzjoni assoċjat jiżgura li l-ammont miżmum fil-kotba nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjat jkun il-valur ġust tad-dritt ta' opzjoni ta' xiri. Pereżempju, jekk il-valur ġust tal-assi bażi hu CU80, il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni hu ta' CU95 u l-valur tal-ħin tal-opzjoni huwa CU5, l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjat hu CU75 (CU80 – CU5) u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ttrasferit hu CU80 (ie l-valur ġust tiegħu).

(d) Jekk opzjoni put bil-miktub minn entità timpedixxi assi ttrasferit milli jiġi derikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi ttrasferit fil-valur ġust, l-obbligazzjoni assoċjata hija mkejla bil-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni li magħha jiżdied il-valur tal-ħin tal-opzjoni. Il-kejl tal-assi fil-valur ġust hu limitat għall-aktar baxx bejn il-valur ġust u l-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni minħabba li l-entità m'għandha ebda dritt għal żidiet fil-valur ġust tal-assi ttrasferit 'l fuq mill-prezz ta' eżerċitament tal-opzjoni. Dan jiżgura li l-ammont miżmum fil-kotba nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjat hu l-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-opzjoni put. Pereżempju, jekk il-valur ġust tal-assi bażi hu CU120, il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni huwa CU100 u l-valur tal-ħin tal-opzjoni hu CU5, l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni assoċjat hu CU105 (CU100 + CU5) u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi hu CU100 (F'dan il-każ il-prezz tal-eżerċitament tal-opzjoni).

(e) Jekk collar, fil-forma ta' call mixtrija u put miktuba, jimpedixxi assi ttrasferit milli jiġi derikonoxxut u l-entità tkejjel l-assi fil-valur ġust, din tibqa' tkejjel l-assi fil-valur ġust. L-obbligazzjoni assoċjat hu mkejjel f' (i) it-total tal-prezz tal-eżerċizzju tal-call u l-valur ġust tal-opzjoni put li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-Opzjoni ta' xiri, jekk l-opzjoni ta' xiri tkun in jew at the money, jew (ii) it-total tal-valur ġust tal-assi u l-valur ġust tal-opzjoni put li minnu jitneħħa l-valur tal-ħin tal-opzjoni ta' xiri jekk l-opzjoni ta' xiri tkun sfavorevoli. L-aġġustament għall-obbligazzjonijiettà assoċjata tiżgura li l-ammont miżmum fil-kotba nett tal-assi u l-obbligazzjoni assoċjat hu l-valur ġust tal-opzjonijiet miżmuma u miktuba mill-entità. Pereżempju, nassumu li entità tittrasferixxi assi finanzjarju li hu mkejjel fil-valur ġust filwaqt li tixtri simultanjament call bi prezz ta' eżerċitament ta' CU120 u tikteb put bi prezz ta' eżerċitament ta' CU80. Nassumu wkoll li dak il-valur ġust tal-assi hu CU100 fid-data tat-trasferiment. Il-valur tal-ħin tal-put u tal-call huma CU1 u CU5 rispettivament. F'dan il-każ, l-entità tirrikonoxxi assi ta' CU100 (il-valur ġust tal-assi) u obbligazzjoni ta' CU96 [(CU100 + CU1) – CU5]. Dan jagħti valur tal-assi nett ta' CU4, li hu l-valur ġust tal-opzjonijiet miżmuma u miktuba mill-entità.

It-trasferimenti kollha

AG49 Sal-punt li trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kuntrattwali ta' mandatarju tat-trasferiment li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment ma jiġux imniżżlin separatament bħala derivati jekk ir-rikonoxximent ta' kemm id-derivat kif ukoll l-assi ttrasferit jew l-obbligazzjoni li tirriżulta mit-trasferiment tirriżulta fir-rikonoxximent tal-istess drittijiet jew obbligazzjonijiet darbtejn. Pereżempju, opzjoni ta' xiri miżmuma minn mandatarju tat-trasferiment tista' timpedixxi trasferiment ta' assi finanzjarji milli jiġu mniżżlin bħala bejgħ. F'dan il-każ, l-opzjoni ta' xiri ma tiġix rikonoxxuta separatament bħala assi ta' derivat.

AG50 Sakemm it-trasferiment ta' assi finanzjarju ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent, id-destinatarju tat-trasferiment ma jirrikonoxxix l-assi ttrasferit bħala l-assi tiegħu. Id-destinatarju tat-trasferiment jirtira r-rikonoxximent tal-flus jew korrispettiv ieħor imħallas u jirrikonoxxi riċevibbli mingħand mandatarju tat-trasferiment. Jekk mandatarju tat-trasferiment għandu kemm dritt kif ukoll l-obbligazzjoni li jakkwista l-kontroll mill-ġdid tal-assi ttrasferit kollu għal ammont fiss (bħal taħt ftehim ta' xiri lura), id-destinatarju tat-trasferiment jista' jniżżel ir-riċevibbli tiegħu bħala ammonti mislufa jew riċevibbli.

Eżempji

AG51 L-eżempji li ġejjin juru l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' rtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard.

(a)  Ftehim ta' xiri lura u self ta' titoli. Jekk assi finanzjarju jinbigħ taħt ftehim għal xiri mill-ġdid tiegħu bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief jew jekk dan jiġi misluf taħt ftehim biex jiġi rritornat lil mandatarju tat-trasferiment, dan mhux derikonoxxut minħabba li mandatarju tat-trasferiment iżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess. Jekk id-destinatarju tat-trasferiment jikseb id-dritt li jbigħ jew li jirhan l-assi, mandatarju tat-trasferiment jikklassifika mill-ġdid l-assi ►M5  fir-rapport tiegħu tal-pożizzjoni finanzjarja, ◄ tiegħu, pereżempju, bħala assi misluf jew riċevibbli ta' xiri mill-ġdid.

(b)  Ftehim ta' xiri lura u self ta' titoli — assi li huma sostanzjalment l-istess. Jekk assi finanzjarju jinbigħ taħt ftehim għal xiri mill-ġdid tal-istess jew sostanzjalment l-istess assi bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief jew jekk l-assi finanzjarui jiġi misluf taħt ftehim ta' ritorn l-istess jew sostanzjalment l-istess assi lil mandatarju tat-trasferiment, dan mhux derikonoxxut minħabba li mandatarju tat-trasferiment jżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(ċ)  Ftehim ta' xiri lura u self ta' titoli — dritt ta' sostituzzjoni. Jekk ftehim ta' xiri lura bi prezz fiss ta' xiri mill-ġdid jew prezz ugwali għall-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief, jew tranżazzjoni ta' self ta' sigurtajiet simili, tipprovdi lid-destinatarju tat-trasferiment bid-dritt li jissostitwixxi l-assi li huma simili u li għandhom valur ġust ugwali għall-assi ttrasferit fid-data tax-xiri mill-ġdid, l-assi mibjugħ jew misluf taħt tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid jew ta' sigurtajiet mhux derikonoxxut minħabba li mandatarju tat-trasferiment jżomm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(d)  Dritt ta' xiri mill-ġdid tal-ewwel rifjut bil-valur ġust. Jekk entità tbigħ assi finanzjarju u żżomm biss dritt tal-ewwel rifjut biex tixtri mill-ġdid l-assi ttrasferit bil-valur ġust jekk id-destinatarju tat-trasferiment sussegwentament ibigħu, l-entità tirtira r-rikonoxximent tal-assi minħabba li hi tkun ittrasferiet sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(e)  Tranżazzjoniwash sale”. Ix-xiri mill-ġdid ta' assi finanzjarju ftit ħin wara li dan jinbigħ kultant hu riferit bħala bejgħ ta' sigurtà fi żmien qasir. Xiri mill-ġdid bħal dan ma jimpedixxi ebda rtirar tar-rikonoxximent sakemm it-tranżazzjoni oriġinali tkun issodisfat ir-rekwiżiti ta' rtirar tar-rikonoxximent. Madankollu, jekk wieħed jidħol għal ftehim biex jinbigħ assi finanzjarju fl-istess ħin ta' ftehim ta' xiri mill-ġdid tal-istess assi bi prezz fiss jew bil-prezz tal-bejgħ miżjud b'redditu għas-sellief, hawnhekk l-assi mhux derikonoxxut.

(f)  Opzjonijiet put u opzjonijiet ta' xiri li huma favorevoli ferm. Jekk assi finanzjarju ttrasferit ikun jista' jiġi msejjaħ lura minn mandatarju tat-trasferiment u l-opzjoni ta' xiri hi favorevoli, mandatarju tat-trasferiment ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent minħabba li mandatarju tat-trasferiment ikun żamm sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess. Bl-istess mod, jekk l-assi finanzjarju jista' jitpoġġa lura mid-destinatarju tat-trasferiment u l-opzjoni put tkun favorevoli, mandatarju tat-trasferiment ma jikkwalifikax għal irtirar tar-rikonoxximent minħabba li mandatarju tat-trasferiment ikun sostanzjalment żamm ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(g)  Opzjonijiet put u opzjonijiet ta' xiri li huma sfavorevoli ferm. Assi finanzjarju li huwa ttrasferit soġġett biss għal opzjoni put li hija sfavorevoli ferm miżmuma mid-destinatarju tat-trasferiment jew opzjoni ta' xiri sfavorevoli ferm miżmuma minn mandatarju tat-trasferiment hu derikonoxxut. Dan iseħħ minħabba li mandatarju tat-trasferiment ikun sostanzjalment ittrasferixxa r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(h)  Assi li jistgħu jinkisbu minnufih soġġetti għal opzjoni ta' xiri li la hi favorevoli lanqas sfavorevoli. Jekk entità tkun fil-pussess ta' opzjoni ta' xiri fuq assi li jista' jinkiseb minnufih fis-suq u l-opzjoni la hija favorevoli u lanqas sfavorevoli, l-assi hu derikonoxxut. Dan jiġri minħabba li l-entità (i) la tkun żammet u lanqas sostanzjalment ittrasferiet ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess, u (ii) ma tkunx żammet il-kontroll. Madankollu, jekk l-assi ma jkunx jista' jinkiseb minnufih fis-suq, l-irtirar tar-rikonoxximent huwa prekluż sal-ammont tal-assi li hu soġġett għal dik l-opzjoni ta' xiri minħabba li l-entità tkun żammet il-kontroll tal-assi.

(i)  Assi li mhux disponibbli minnufih li hu soġġett għal opzjoni put bil-miktub minn entità li la hi favorevoli lanqas sfavorevoli. Jekk entità tittrasferixxi assi finanzjarju li mhux disponibbli minnufih fis-suq, u tikteb opzjoni put li hija sfavorevoli, l-entità la żżomm il-kontroll tal-assi lanqas tittrasferixxi b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess minħabba tal-opzjoni put bil-miktub. L-entità żżomm il-kontroll tal-assi jekk l-opzjoni put tiswa biżżejjed biex tipprevjeni lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi, f'liema każ l-assi jibqa' jiġi rikonoxxut sal-punt tal-involviment kontinwu tal-mandatarju tat-trasferiment (ara l-paragrafu AG44). L-entità tittrasferixxi l-kontroll tal-assi jekk l-opzjoni put ma tiswiex biżżejjed biex tipprevjeni lid-destinatarju tat-trasferiment milli jbigħ l-assi, f'liema każ, l-assi jiġi derikonoxxut.

(j)  Assi soġġetti għall-valur ġust put jew opzjoni call jew ftehim ta' xiri lura minn qabel. Trasferiment ta' assi finanzjarju li hu soġġett biss għal opzjoni put jew ta' xiri biss jew ftehim ta' xiri lura minn qabel li għandu eżerċizzju jew prezz ta' xiri mill-ġdid ugwali għall-valur ġust tal-assi finanzjarju fil-ħin tar-riżultati tax-xiri mill-ġdid l-irtirar tar-rikonoxximent minħabba t-trasferiment sostanzjali tar-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess.

(k)  Opzjonijiet ta' xiri jew put issaldati bi flus. Entità tevalwa t-trasferiment ta' assi finanzjarju li hu s-suġġett għal opzjoni put jew ta' xiri jew għal ftehim ta' xiri lura li tkun se tissalda nett fi flus biex jiġi stabbilit jekk tkunx żammet jew ittrasferiet b'mod sostanzjali, ir-riski u l-benefiċċji kollha tal-pussess. Jekk l-entità ma tkunx żammet b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi ttrasferit, għandha tistabbilixxi jekk tkunx żammet il-kontroll tal-assi ttrasferit. Li l-opzjoni put jew ta' xiri jew il-ftehim ta' xiri lura minn qabel ssaldata fi flus ma jfissirx awtomatikament, li l-entità tkun ittrasferiet il-kontroll (ara l-paragrafi AG44 u (g), (h) u (i) fuq).

(l)  Tneħħija tad-dispożizzjoni tal-kontabilità. Tneħħija tad-dispożizzjoni tal-kontabilità hi opzjoni (call) ta' xiri mill-ġdid bla kundizzjoni li tagħti lill-entità d-dritt li titlob mill-ġdid assi ttrasferiti soġġetti għal xi restrizzjonijiet. Sakemm opzjoni bħal din tirriżulta fl-entità la żżomm u lanqas titrasferixxi b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess, tostakola l-irtirar tar-rikonoxximent biss sal-punt tal-ammont tax-xiri mill-ġdid (meta wieħed jassumi li d-destinatarju tat-trasferiment ma jistax ibigħ l-assi). Pereżempju, jekk l-ammont miżmum fil-kotba u r-rikavat mit-trasferiment ta' assi ta' self hu ta' CU 100 000 u kull ammont misluf individwali jista' jissejjaħ lura iżda t-total ta' self li jista' jinxtara mill-ġdid ma jaqbiżx CU 10 000, CU 90 000 tas-self jikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent.

(m)  Sejħiet ta' clean-up Entità, li tista' tkun mandatarju tat-trasferiment, li tmantni assi ttrasferiti jista' jkollha fil-pussess tagħha opzjoni ta' xiri clean-up biex tixtri l-bqija tal-assi ttrasferiti meta l-ammont ta' assi pendenti jaqa' għal livell speċifiku li fih il-kost tal-manutenzjoni ta' dawk l-assi jsir ta' piż fir-rigward tal-benefiċċji tal-manutenzjoni. Sakemm tali opzjoni ta' xiri clean-up tirriżulta li l-entità la żżomm u lanqas tittrasferixxi sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji tal-pussess u d-destinatarju tat-trasferiment ma jistax ibigħ l-assi, timpedixxi l-irtirar tar-rikonoxximent biss sal-punt tal-ammont tal-assi li huma s-suġġett għall-opzjoni ta' xiri.

(n)  Interessi miżmuma subordinati u garanziji ta' kreditu. Entità tista' tipprovdi lid-destinatarju tat-trasferiment b'titjib fil-kreditu billi tissubordina wħud jew l-interessi kollha tagħha miżmuma fl-assi ttrasferit. Inkella, entità tista' tipprovdi lid-destinatarju tat-trasferiment b'titjib fil-kreditu fil-forma ta' garanzija ta' kreditu li tista' tkun bla limitu jew limitata għal ammont specifiku. Jekk entità żżomm b'mod sostanzjali r-riskji u l-benefiċċji kollha tal-pussess tal-assi ttrasferit, l-assi jibqa' jiġi rikonoxxut kollu kemm hu. Jekk entità żżomm ftit, iżda mhux sostanzjalment ir-riskji u l-bnefiċċji tal-pussess kollha u tkun żammet kontroll, l-irtirar tar-rikonoxximent mhux permess sal-punt li l-ammont ta' flus jew assi oħra li l-entità tkun tista' tiġi mitluba tħallas.

(o)  Trasferiment bi tpartit totali Entità tista' tbigħ assi finanzjarju lid-destinatarju tat-trasferiment u tidħol fi trasferiment bi tpartit totali ma' destinatarju tat-trasferiment, u li b'hekk, il-flussi ta' flus ta' pagament ta' mgħax kollha tal-assi sottostanti jibtgħatu lill-entità bħala kambju għal pagament fiss jew pagament ta' rata varjabbli u kull żjidiet jew tnaqqis fil-valur ġust tal-assi bażi jiġu assorbiti mill-entità. F'każ bħal dan, l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi kollu hu pprojbit.

(p)  Tpartit tar-rata tal-imgħax Entità tista' tittrasferixxi lid-destinatarju tat-trasferiment assi finanzjarju b'rata fissa u tidħol fi tpartit tar-rata tal-imgħax ma' destinatarju tat-trasferiment biex tirċievi rata fissa ta' mgħax u tħallas rata varjabbli ta' mgħax ibbażata fuq ammont mistħajjel li hu ugwali għall-ammont kapitali tal-assi finanzjarju ttrasferit. It-tpartit tar-rata tal-imgħax ma timpedixxix l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi ttrasferit sakemm il-pagamenti fuq l-iswap mhumiex fuq il-kundizzjoni li jsiru pagamenti fuq l-assi ttrasferit.

(q)  Tpartit tar-rata tal-imgħax ta' amortizzament. Entità tista' titrasferixxi lid-destinatarju tat-trasferiment assi finanzjarju b'rata fissa li jitħallas maż-żmien, u tidħol fi tpartit tar-rata tal-imgħax ta' amortizzament ma' destinatarju tat-trasferiment biex jirċievi rata ta' mgħax fissa u jħallas rata ta' mgħax varjabbli bbażata fuq ammont mistħajjel. Jekk l-ammont mistħajjel tal-iswap jamortizza biex ikun ugwali għall-ammont prinċipali tal-assi finanzjarju ttrasferit pendenti f'kull ħin, ġeneralment tirriżulta swap fl-entità żżomm riskju ta' ħlas minn qabel sostanzjali, f'liema każ, l-entità jew tkompli tirrikonoxxi l-assi ttrasferit kollu jew tkompli tirrikonoxxi l-assi ttrasferit sal-punt tal-involviment kontinwu tiegħu. Inkella, jekk l-amortizzament tal-ammont mistħajjel tal-iswap ma tkunx relatata mal-ammont prinċipali pendenti tal-assi ttrasferit, swap bħal din ma tirriżultax fl-entità żżomm ir-riskju ta' ħlas minn qabel fuq l-assi. Għalhekk, ma timpedixxix l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi ttrasferit sakemm il-pagamenti fuq tali swap mhumiex fuq il-kundizzjoni fuq li jsiru pagamenti ta' mgħax fuq l-assi ttrasferit u l-iswap ma tirriżultax li l-entità żżomm ir-riskji jew benefiċċji tal-pussess fuq l-assi ttrasferit.

AG52 Dan il-paragrafu jispjega l-applikazzjoni tal-approċċ tal-involviment li jkompli meta l-involviment li jkompli tal-entità jkun f’parti ta’ assi finanzjarju.

Assumi li entità jkollha portafoll ta’ selfiet prepagabbli ◄ bil-quddiem li l-kupun u r-rata effettiva tal-imgħax hi 10 fil-mija u li l-ammont prinċipali u l-kost amortizzat hu CU 10 000. Tidħol fi tranżazzjoni li fiha, għal pagament ta' CU 9 115, id-destinatarju tat-trasferiment jikseb id-dritt għal CU 9 000 ta' kull ġbir tal-kapital miżjud bl-imgħax fuqhom ta' 9,5 fil-mija. L-entità żżomm drittijiet sa CU 1 000 ta' kull ġbir tal-kapital miżjud bl-imgħax fuqhom ta' 10 fil-mija, miżjud bil-firxa żejda ta' 0,5 fil-mija fuq il-bqija ta' CU 9 000 tal-kapital. Ġbir minn ħlasijiet bil-quddiem hu allokat bejn l-entità u d-destinatarju tat-trasferiment b'mod proporzjonali fil-proporzjon ta' 1:9, iżda kull kreditu mhux imħallas huma mnaqqsin mill-interess tal-entità ta' CU 1 000 sakemm dak l-interess jiġi eżawrit. ►M33  Il-valur ġust tas-selfiet fid-data tat-tranżazzjoni huwa UM10,100 u l-valur ġust tal-firxa tal-eċċess ta’ 0.5 fil-mija huwa UM40. ◄

L-entita tistabbilixxi li hija ttrasferiet xi riskji u benefiċċji sinifikanti tal-pussess (pereżempju, riskju ta' ħlas minn qabel sinifikanti) iżda żammet ukoll xi riskji u benefiċċji sinifikanti tal-pussess (minħabba l-interess miżmum subordinat tiegħu) u li żammet il-kontroll. Għalhekk tapplika l-metodu ta' involviment li jkompli.

Biex tapplika dan l-Istandard, l-entità tanalizza t-tranżazzjoni bħala (a) żamma ta' interess miżmum proporzjonat għal kollox ta' CU 1 000, miżjud (b) is-subordinazzjoni ta' dak l-interess miżmum biex jipprovdi titjib fil-kreditu lid-destinatarju tat-trasferiment għal telf fil-kreditu.

L-entità tikkalkula li CU 9 090 (90 fil-mija x CU 10 100) tal-korrispettiv irċevut ta' CU 9 115 tirrappreżenta l-korrispettiv għal sehem proporzjonat għal kollox ta' 90 fil-mija. Il-bqija tal-korrispettiv irċevut (CU25) tirrappreżenta korrispettiv iriċevut biex l-interess miżmum jiġi subordinat biex jipprovdi titjib fil-kreditu lid-destinatarju tat-trasferiment għal telf fil-kreditu. Barra minn hekk, il-firxa żejda ta' 0,5 fil-mija tirrappreżenta korrispettiv irċevut għal titjib fil-kreditu. B'hekk, il-korrispettiv totali rċevut ghat-titjib fil-kreditu hi ta' CU65 (CU25 + CU40).

▼M33

L-entità tikkalkula l-qligħ jew it-telf fuq il-bejgħ tas-sehem ta’ 90 fil-mija ta’ flussi ta’ flus. Jekk tassumi li l-valuri ġusti tal-parti ta’ 90 fil-mija trasferita u tal-parti ta’ 10 fil-mija miżmuma ma jkunux disponibbli fid-data tat-trasferiment, l-entità talloka l-ammont riportat tal-assi skont il-paragrafu 28 kif ġej:



 

Valur ġust

Persentaġġ

Ammont riportat allokat

Porzjon trasferit

9,090

90 %

9,000

Porzjon miżmum

1,010

10 %

1,000

Total

10,100

 

10,000

▼B

L-entità taħdem il-qligħ jew it-telf tagħha fuq il-bejgħ tas-sehem tad-90 fil-mija tal-flussi ta' flus billi tnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba allokat għall-porzjon ittrasferit mill-korrispettiv irċevut, jiġifieri CU90 (CU 9 090 – CU 9 000). L-ammont miżmum fil-kotba tal-porzjon miżmum mill-entità hu CU 1 000,

Barra minn hekk, l-entità tirrikonoxxi l-involviment li jkompli li jirriżulta mis-subordinazzjoni tal-interess miżmum tagħha għal telf fil-kreditu. B'hekk, tirrikonoxxi assi ta' CU 1 000 (l-ammont massimu rikonoxxut tal-flussi ta' flus li ma tirċievix taħt is-subordinazzjoni), u obbligazzjoni assoċjat ta' CU 1 065 (li hu l-ammont massimu tal-flussi ta' flus li ma tirċevix taħt is-subordinazzjoni, jiġifieri CU 1 000 miżjud bil-valur ġust tas-subordinazzjoni ta' CU65).

L-entità tuża l-informazzjoni kollha msemmija fuq biex tippreżenta t-tranżazzjoni kif ġej:



 

Debitu

 

Kreditu

Assi oriġinali

 

9 000

Assi rikonoxxut għas-subordinazzjoni jew l-imgħax residwali

1 000

 

Assi għall-korrispettiv irċevut fil-forma ta' firxa ta' eċċess

40

 

Profitt jew telf (qligħ mat-trasferiment)

 

90

Obbligazzjoni

 

1 065

Flus riċevuti

9 115

 

Total

10 155

 

10 155

Minnufih wara t-tranżazzjoni, l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi hu CU 2 040 li jinkludi CU 1 000, li jirrappreżenta l-kost allokat tal-porzjon miżmum, u CU 1 040, li jirrappreżenta l-involviment li jkompli addizzjonali tal-entità mis-subordinazzjoni tal-imgħax miżmum tiegħu għal telf fil-kreditu (li jinkludi l-firxa żejda ta' CU40).

F'perijodi sussegwenti, l-entità tirrikonoxxi l-korrispettiv irċevut għat-titjib fil-kreditu (CU65) fuq bażi pproporzjonata fuq il-ħin, tiġma interessi fuq l-assi rikonoxxut billi tuża l-metodu tal-imgħax effettiv u tirrikonoxxi kull indeboliment fil-kreditu fuq l-assi rikonoxxuti. Eżempju ta' dan tal-aħħar, assumi li fis-sena ta' wara hemm telf minn indeboliment fil-kreditu fuq is-self bażi ta' CU300. L-entità tnaqqas l-assi rikonoxxut tagħha bi CU600 (CU300 li għandhom x'jaqsmu mal-interess miżmum tagħha u CU300 li għandhom x'jaqsmu mal-involviment li jkompli addizzjonali li jirriżulta mis-subordinazzjoni tal-interess miżmum tagħha għal telf fil-kreditu), u tnaqqas l-obbligazzjoni rikonoxxut tagħha bi CU300. Ir-riżultat nett hu spiża fuq il-profitt jew telf għal indeboliment fil-kreditu ta' CU300.

Bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari ta' assi finanzjarju (il-paragrafu 38)

AG53 Ix-xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarji b'mod regolari huwa rikonoxxut bl-użu ta' kontabilità skont id-data tan-negozju jew kontabilità skont id-data tas-sald kif deskritt fil-paragrafi AG55 u AG56. Il-metodu użat hu applikat b'mod konsistenti għax-xiri u għall-bejgħ kollu ta' assi finanzjarji li jappartjenu għall-istess kategorija ta' assi finanzjarji definiti fil-paragrafu 9. Għal dan il-għan, assi li huma miżmuma għall-kummerċ jiffurmaw kategorija separati minn assi nnominati fil-valur ġust permezz tal-profitt u telf.

AG54 Kuntratt li jeħtieġ jew li jippermetti sald nett tal-bidla fil-valur tal-kuntratt mhux kuntratt b'mod regolari. Minflok, kuntratt bħal dan jiġi ppreżentat bħala derivat fil-perijodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-sald.

AG55 Id-data tan-negozju hi d-data li fiha entità tobbliga lilha nnifisha li tixtri jew tbigħ assi. Il-kontabilità skont id-data tan-negozju tirreferi għal (a) ir-rikonoxximent ta' assi li għandu jiġi riċevut u l-obbligazzjoni li għandu jitħallas għaliha fid-data tan-negozju, u (b)l- irtirar tar-rikonoxximent ta' assi li huwa mibjugħ, rikonoxximent ta' kull qligħ jew telf mad-disponiment u r-rikonoxximent ta' riċevibbli mix-xerrej għal pagament fid-data tan-negozju. Ġeneralment, l-imgħax ma jibdiex jakkumula fuq l-assi u l-obbligazzjoni korrispondenti sad-data tas-sald meta t-titlu jgħaddi.

AG56 Id-data tas-sald hi d-data li fiha assi jiġi kkunsinnjat għal jew minn entità. Il-kontabilità skont id-data tas-sald finali tirreferi għal (a) ir-rikonoxximent ta' assi fid-data li fiha jiġi riċevut mill-entità, u (b) l-irtirar tar-rikonoxximent ta' assi u r-rikonoxximent ta' kull qligħ jew telf mad-disponiment fid-data li dan jiġi kkunsinnat mill-entità. Meta tiġi applikata l-kontabilità skont id-data tas-saldu, entità tagħmel tajjeb għal kull bidla fil-valur ġust tal-assi li għandu jiġi riċevut matul il-perijodu bejn id-data tan-negozju u d-data tas-saldu bl-istess mod kif jagħmel tajjeb għall-assi akkwistat. Fi kliem ieħor, il-bidla fil-valur mhix rikonoxxuta għal assi miżmum fil-kotba skont kemm sewa jew b'kost amortizzat; hi rikonoxxuta fil-profitt jew telf għal assi kklassifikati bħala assi finanzjarji fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; u hi ►M5  rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv ◄ għal assi kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ.

L-irtirar tar-rikonoxximent ta' obbligazzjoni finanzjarja (il-paragrafi 39–42)

AG57 Obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minnha) tintemm meta d-debitur jew:

(a) jissodisfa l-obbligazzjoni (jew parti minnha) billi jħallas lill-kreditur, normalment bi flus, assi finanzjarji oħra, oġġetti jew servizzi; jew

(b) hu legalment rilaxxat minn responsabilità primarja għall-obbligazzjoni (jew parti minnha) jew bil-proċess tal-liġi jew mill-kreditur. (Jekk id-debitur ikun ta garanzija din il-kundizzjoni għad tista' tiġi ssodisfata.)

AG58 Jekk emittent ta' strument ta' dejn jixtri mill-ġdid dak l-istrument, id-dejn jinfeda anki jekk l-emittent hu markatur tas-suq f'dak l-istrument jew għandu l-ħsieb ibigħu mill-ġdid f'perijodu ta' żmien qasir.

AG59 Pagament lil terza persuna, inkluż fond fiduċarju (xi kultant imsejjaħ “annullament in-substance”), ma jeħlisx, minnu nnifsu, lid-debitur mill-obbligazzjoni primarju tiegħu lill-kreditur, fin-nuqqas tar-rilaxx legali.

AG60 Jekk debitur iħallas parti terza biex tassumi obbligazzjonijiet u jinnotifika lill-kreditur tiegħu li parti terza assumiet l-obbligazzjoni tad-dejn tiegħu, id-debitur ma jirtirax r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni tad-dejn sakemm il-kundizzjoni fil-paragrafu AG57(b) tiġi ssodisfata. Jekk id-debitur iħallas parti terza biex tassumi obbligazzjoni u jikseb rilaxx legali mill-kreditur tiegħu, id-debitur ikun feda d-dejn. Madankollu, jekk id-debitur jaqbel li jagħmel pagamenti fuq id-dejn lil parti terza jew direttament lill-kreditur oriġinali tiegħu, id-debitur jirrikonoxxi obbligazzjoni ta' dejn ġdida lil terz.

AG61 Għalkemm ir-rilaxx legali, kemm ġudizzjarju kif ukoll mill-kreditur, jirriżulta f'irtirar tar-rikonoxximent ta' obbligazzjoni, l-entità tista' tirrikonoxxi obbligazzjoni ġdid jekk il-kriterji tal-irtirar tar-rikonoxximent fil-paragrafi 15–37 ma jiġux sodisfatti għall-assi finanzjarji ttrasferiti. Jekk dawk il-kriterji ma jiġux issodisfati, l-assi ttrasferiti mhumiex derikonoxxuti, u l-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ġdida marbuta mal-assi ttrasferiti.

AG62 Għall-iskop tal-paragrafu 40, it-termini huma sostanzjalment differenti jekk il-valur preżenti skontat tal-flussi ta' flus taħt it-termini l-ġodda, inklużi d-drittijiet imħallsa netti kollha minn kull dritt riċevut u mnaqqas billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax oriġinali, li hu millinqas 10 fil-mija differenti mill-valur preżenti mnaqqas tal-bqija tal-flussi ta' flus tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali. Jekk skambju ta' strumenti ta' dejn jew modifikazzjoni fit-termini hi mniżżla bħala fidi, kull kosti jew drittijiet imġarrba huma rikonoxxuti bħala parti mill-qligħ jew telf marbut mal-fidi. Jekk l-iskambju jew il-modifikazzjoni ma tiġix imniżżla bħala fidi, kull kosti jew drittijiet imġarrba jaġġustaw l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni u huma amortizzati fuq il-bqija tat-terminu tal-obbligazzjoni modifikata.

AG63 F'xi każijiet, kreditur jeħles debitur mill-obbligazzjoni preżenti tiegħu biex jagħmel xi pagamenti, iżda d-debitur jassumi obbligazzjoni ta' garanzija li jħallas jekk il-parti li tassumi r-responsabilità primarja tonqos milli tħallas. F'din iċ-ċirkostanza, id-debitur:

(a) jirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja ġdida bbażata fuq il-valur ġust mill-obbligazzjoni tiegħu għall-garanzija; u

(b) jirrikonoxxi qligħ jew telf ibbażat fuq id-differenza bejn (i) kull ammonti mħallsa u (ii) l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni finanzjarja oriġinali li minnha jitnaqqas il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja l-ġdida.

KEJL (il-paragrafi 43–70)

Kejl inizjali ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji (il-paragrafu 43)

▼M33

AG64 Il-valur ġust ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment ikun il-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l- valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara ukoll l-IFRS 13 u l-paragrafu AG76). Madankollu, jekk parti mill-korrispettiv mogħti tkun għal xi ħaġa oħra għajr l-istrument finanzjarju, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju. Pereżempju, il-valur ġust ta’ self fit-tul jew riċevibbli li ma jġorr l-ebda imgħax jista’ jitkejjel bħala l-valur preżenti tal-irċevuti ta’ flus futuri kollha skontati permezz tar-rata/i tal-imgħax tas-suq prevalenti għal strument simili (simili fir-rigward tal-valuta, it-terminu, it-tip ta’ rata ta’ mgħax u fatturi oħrajn) bi klassifikazzjoni ta’ kreditu simili. Kull ammont addizzjonali misluf ikun spiża jew tnaqqisa fl-introjtu sakemm ma jikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala tip ieħor ta’ assi.

▼B

AG65 Jekk entità toriġina ammonti mislufa li jkollu rata ta' mgħax off-market (eż 5 fil-mija meta r-rata tas-suq għal self simili hi ta' 8 fil-mija), u tirċievi ħlas bil-quddiem bħala kumpens, l-entità tirrikonoxxi l-ammont misluf bil-valur ġust tiegħu, jiġifieri nett mill-ħlas li tirċievi. L-entità tkattar l-iskont għall-profitt jew telf billi jintuża l-metodu tar-rata effettiva tal-imgħax.

Kejl sussegwenti ta' assi finanzjarji (il-paragrafi 45 u 46)

AG66 Jekk strument finanzjarju li qabel kien rikonoxxut bħala assi finanzjarju jitkejjel bil-valur ġust u l-valur ġust tiegħu jaqa' taħt iż-żero, dan huwa obbligazzjoni finanzjarja mkejla skont il-paragrafu 47.

AG67 L-eżempju li ġej jispjega l-kontabilità għal kosti ta' tranżazzjoni fuq il-kejl inizjali u sussegwenti ta' assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ. Assi huwa akkwistat għal CU100 miżjud b'kommissjoni fuq ix-xiri ta' CU2. Fil-bidu, l-assi hu rikonoxxut f'livell ta' CU102. ►M5  It-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ jaqa' jum wara, meta l-prezz ikkwotat fis-suq tal-assi hu CU100. Li kieku l-assi kellu jinbigħ, ikollha titħallas kummissjoni ta' CU3. F'dik id-data, l-assi jitkejjel f'CU100 (mingħajr ebda kunsiderazzjoni għal-kummissjoni fuq il-bejgħ possibbli) u telf ta' CU2 hu rikonoxxut bħala ekwità. Jekk l-assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ għandu pagamenti fissi jew li jistgħu jiġu stabbiliti, il-kosti tat-tranżazzjoni huma amortizzati għall-profitt jew telf billi jintuża l-metodu tal-imgħax effettiv. Jekk l-assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ m'għandux pagamenti fissi jew li jistgħu jiġu stabbiliti, il-kosti tat-tranżazzjoni huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf meta l-assi huwa derikonoxxut jew isir indebolit.

AG68 Strumenti li huma kklassifikati bħala ammonti mislufa u debituri huma mkejjla fil-kost amortizzat irrispettivament mill-intenzjoni tal-entità li żżommhom sal-maturità.

▼M33 —————

▼B

Ebda Suq attiv: teknika ta' validazzjoni

▼M33 —————

▼M33

AG76 L-aħjar evidenza ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment ikun il-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara ukoll l-IFRS 13). Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 43A, l-entità għandha tirrapporta dak l-istrument f’dik id-data kif ġej:

(a) fil-kejl mitlub mill-paragrafu 43 jekk dak il-valur ġust ikun evidenzjat minn prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika (jiġifieri input tal-Livell 1) jew ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli. Entità għandha tirrikonoxxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni bħala qligħ jew telf.

(b) f’kull każ ieħor, fil-kejl mitlub mill-paragrafu 43, aġġustat sabiex jiddifferixxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni. Wara r-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tirrikonoxxi dik id-differenza differita bħala qligħ jew telf biss safejn tirriżulta minn bidla f’fattur (inkluż iż-żmien) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

AG76A Il-kejl sussegwenti ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja u r-rikonoxximent sussegwenti tal-qligħ jew it-telf għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard.

▼M33 —————

▼B

Ebda suq attiv: strumenti azzjonarji

▼M33

AG80 Il-valur ġust ta’ investimenti fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) u derivati li jkunu marbuta ma’ u jridu jissaldaw bil-konsenja ta’ tali strument azzjonarju (ara l-paragrafi 46(c) u 47) jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-istrument jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati raġonevolment u użati meta jitkejjel il-valur ġust.

AG81 Ikun hemm bosta sitwazzjonijiet li fihom il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ta’ investimenti fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) u derivati li jkunu marbuta ma’ u jridu jissaldaw bil-konsenja ta’ tali strument azzjonarju (ara l-paragrafi 46(c) u 47) x'aktarx li ma tkunx sinifikanti. Normalment ikun possibbli li jitkejjel il-valur ġust ta’ assi finanzjarju li entità tkun kisbet minn parti barranija. Madankollu, jekk il-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust tkun sinifikanti u l-probabilitajiet tad-diversi stimi ma jkunux jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli, entità tkun prekluża mill-kejl tal-istrument skont il-valur ġust.

▼M33 —————

▼B

Qligħ u telf (il-paragrafi 55–57)

AG83 Entità tapplika l-IAS 21 għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li huma effetti monetarji skont l-IAS 21 u denominati f'munita barranija. Taħt l-IAS 21, kull qligħ jew telf fil-kambju fuq assi monetarji u obbligazzjonijiet monetarji huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf. Eċċezzjoni hi effett monetarju li huwa kklassifikat bħala strument tal-hedging jew f’hedge ta' fluss ta' flus (ara l-paragrafi 95–101) jew hedge ta' investiment nett (ara l-paragrafu 102). Bl-iskop li jiġi rikonoxxut il-qligħ u t-telf fil-kambju tal-flus barranin taħt l-IAS 21, assi finanzjarju monetarju disponibbli għall-bejgħ hu ttrattat bħallikieku ġie rikonoxxut fil-kost amortizzat fil-munita barranija. B'hekk, għal assi finanzjarju bħal dan, differenzi tal-kambju li jirriżultaw minn bidliet fil-kost amortizzat huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf u bidliet oħra fl-ammont miżmum fil-kotba huma rikonoxxuti skont il-paragrafu 55(b). Għal assi finanzjarji lesti għall-bejgħ li mhumiex effetti monetarji skont l-IAS 21 (pereżempju, strumenti azzjonarji), il-qligħ jew it-telf li hu ►M5  rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv ◄ taħt il-paragrafu 55(b) tinkludi kwalunkwe komponent fil-kambju relatat. Jekk hemm relazzjoni ta' hedging bejn assi monetarju mhux derivat u obbligazzjoni monetarja mhux derivata, bidliet fil-komponent tal-munita barranija ta' dawk l-istrumenti finanzjarji huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf.

Indeboliment u nuqqas ta' ġbir ta' assi finanzjarji (il-paragrafi 58–70)

Assi finanzjarji rikonoxxuti fil-kost amortizzat (il-paragrafi 63–65)

AG84 Indeboliment ta' assi finanzjarju rikonoxxut fil-kost amortizzat hu mkejjel billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax oriġinali tal-istrument finanzjarju minħabba li skont fir-rata ta' mgħax tas-suq kurrenti, jista' fil-fatt, jimponi kejl tal-valur ġust fuq assi finanzjarji li f'sitwazzjonijiet differenti huma mkejjla fil-kost amortizzat. Jekk it-termini ta' ammonti mislufa, riċevibbli jew investiment miżmum sal-maturità huma nnegozjati mill-ġdid jew inkella modifikati minħabba diffikultajiet finanzjarji ta' min jissellef jew tal-emittent, indeboliment hu mkejjel billi tintuża r-rata effettiva tal-imgħax oriġinali qabel il-modifikazzjoni tat-termini. Flussi ta' flus marbuta ma' debituri fuq perijodu ta' żmien qasir mhumiex imnaqqsa jekk l-effett tal-iskont hu immaterjali. Jekk ammonti mislufa, riċevibbli jew investiment miżmum sal-maturità għandu rata ta' mgħax varjabbli, ir-rata tal-iskont għall-kejl ta' kwalunkwe telf minn indeboliment taħt il-paragrafu 63 hi r-rata(i) effettiva tal-imgħax attwali stabbilita/i taħt il-kuntratt. Bħala espedjent prattiku, kreditur jista' jkejjel indeboliment ta' assi finanzjarju rikonoxxut fil-kost amortizzat fuq il-bażi tal-valur ġust tal-istrument billi jintuża prezz osservabbli tas-suq. Il-kalkolazzjoni tal-valur preżenti ta' flussi ta' flus futuri stmati ta' assi finanzjarju kollateralizzat tirrifletti l-flussi ta' flus li jistgħu jirriżultaw mill-bejgħ b'subbasta li minnhom jitnaqqsu l-kosti għall-kisba u bejgħ tal-kollateral, kemm jekk il-bejgħ b'subbasta hi probabbli kif ukoll jekk le.

AG85 Il-proċess għall-istima ta' indeboliment jikkunsidra l-esponimenti ta' kreditu kollha, mhux biss dawk ta' kwalità ta' kreditu baxxa. Pereżempju, jekk entità tuża sistema ta' klassifikazzjoni ta' kreditu intern, tikkunsidra l-gradi tal-kreditu kollha, mhux biss dawk li jirriflettu deterjorazzjoni serja ta' kreditu.

AG86 Il-proċess għall-istima ta' ammont ta' telf ta' indeboliment jista' jirriżulta jew f'ammont uniku jew f'firxa ta' ammonti possibbli ( 34 ). Fil-każ tal-aħħar, l-entità tirrikonoxxi telf minn indeboliment ugwali għall-aħjar stima fi ħdan il-firxa filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli qabel ma jinħarġu r-rapporti finanzjarji dwar il-kundizzjonijiet eżistenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄

AG87 Għall-għan ta' evalwazzjoni kollettiva ta' indeboliment, assi finanzjarji huma raggruppati fuq il-bażi ta' karatteristiċi ta' riskju ta' kreditu simili li huma indikattivi tal-ħila tad-debituri li jħallsu l-ammonti kollha dovuti skont it-termini kuntrattwali (pereżempju, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tar-riskju ta' kreditu jew proċess ta' klassifikazzjoni li jikkunsidra t-tip ta' assi, l-industrija, il-lok ġeografiku, it-tip ta' kollateral, status wara d-data tal-għeluq u fatturi rilevanti oħra). Il-karatteristiċi magħżula huma rilevanti għall-istima ta' flussi ta' flus futuri għal gruppi ta' assi bħal dawn billi jkunu indikattivi tal-ħila tad-debituri li jħallsu l-ammonti kollha dovuti skont it-termini kuntrattwali tal-assi li jkunu qegħdin jiġu stmati. Madankollu, probabbiltajiet minn telf u statistiki dwar it-telf oħra huma differenti fil-livell tal-grupp bejn (a) assi li kienu ġew stmati individwalment u misjuba li ma ġewx indeboliti u (b) assi li ġew stmati individwalment għal indeboliment, bir-riżultat li jkun meħtieġ ammont differenti ta' indeboliment. Jekk entità m'għandhiex grupp ta' assi b'karatteristiċi tar-riskju simili, ma tagħmilx l-istima addizzjonali.

AG88 Telf minn indeboliment rikonoxxut fuq bażi ta' grupp jirrappreżenta pass interim li jagħmel l-identifikazzjoni ta' telf minn indeboliment pendenti fuq l-assi individwali fil-grupp ta' assi finanzjajrji li huma stmati kollettivament għal indeboliment. Malli jkun hemm informazzjoni disponibbli li speċifikament tidentifika telf fuq assi indeboliti individwalment fi grupp, dawk l-assi huma mneħħija mill-grupp.

AG89 Flussi ta' flus futuri fi grupp ta' assi finanzjarji li huma evalwati kollettivament għal indeboliment huma stmati fuq il-bażi tal-esperjenza tat-telf storiku b'karatteristiċi ta' riskju ta' kreditu simili għal dawk fil-grupp. Entitajiet li m'għandhom ebda esperjenza ta' telf speċifika għall-entità jew esperjenza mhux suffiċjenti, jużaw l-esperjenza ta' gruppi simili għal gruppi komparabbli ta' assi finanzjarji. Esperjenza ta' telf storiku hi aġġustata fuq il-bażi tat-tagħrif osservabbli attwali biex tirrifletti l-effetti tal-kundizzjonijiet kurrenti li ma effettwawx il-perijodu li fuqu hi bbażata l-esperjenza tat-telf storiku u li jitneħħew l-effetti tal-kundizzjonijiet fil-perijodu storiku li fil-preżent ma jeżistux. Stimi ta' bidliet ta' flussi ta' flus futuri jirriflettu u huma konsistenti direzzjonalment mal-bidliet f'data osservabbli relatati minn perijodu sa perijodu (bħal bidliet fir-rati tal-qgħad, prezzijiet tal-proprjetà, prezzijiet tal-komoditajiet, status ta' pagament jew fatturi oħra li huma indikattivi tat-telf imġarrab fil-grupp u l-kobor tiegħu). Il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati għall-istima ta' flussi ta' flus futuri huma riveduti regolarment biex jitnaqqsu kwalunkwe differenzi bejn l-istimi tat-telf u l-esperjenza tat-telf attwali.

AG90 Bħala eżempju tal-applikazzjoni tal-paragrafu AG89, entità tista' tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-esperjenza storika, li l-kawża prinċipali ta' nuqqas ta' ħlas fuq self b'karta ta' kreditu hi l-mewt ta' min jissellef. L-entità tista' tosserva li r-rata tal-mewt ma tinbidilx minn sena għal sena. Madankollu, uħud minn dawk l jissellfu l-flus fil-grupp tal-entità ta' self b'karti ta' kreditu setgħu mietu f'dik is-sena, li jindika li jkun seħħ telf minn indeboliment fuq dak is-self, anke jekk, fl-aħħar tas-sena, l-entità tkun għadha ma tkunx taf liema speċifikament mietu minn dawk li ssellfu. Ikun adattat għal telf ta' indeboliment li jiġi rikonoxxut għal dan it-telf “imġarrab iżda mhux irrappurtat”. Madankollu, ma jkunx jidher adattat li tirrikonoxxi telf minn indeboliment għal imwiet li huma mistennija li jseħħu f'perijodu futur, minħabba li l-avveniment li jġib telf neċessarju (il-mewt ta' min jissellef) tkun għadha ma seħħitx.

AG91 Meta jintużaw rati ta' telf storiċi biex jiġu stmati l-flussi ta' flus futuri, hu importanti li l-informazzjoni dwar ir-rati ta' telf storiċi tiġi applikata għal gruppi li huma definiti b'mod konsistenti mal-gruppi li għalihom ikunu ġew osservati r-rati ta' telf storiċi. Għalhekk, il-metodu użat għandu jippermetti lil kull grupp li jiġi assoċjat ma' informazzjoni dwar esperjenza ta' telf tal-passat fi gruppi ta' assi b'karatteristiċi ta' riskju ta' kreditu simili u tagħrif osservabbli rilevanti li tirrifletti l-kundizzjonijiet attwali.

AG92 Metodi bbażati fuq formula jew metodi statistiċi jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu telf minn indeboliment fi grupp ta' assi finanzjarji (eż. għal self ta' ammonti żgħar) sakemm dan ikun konsistenti mar-rekwiżiti fil-paragrafi 63–65 u AG87–AG91. Kwalunkwe mudell użat jinkorpora l-effett tal-valur tal-ħin tal-flus, jikkunsidra l-flussi ta' flus għall-bqija tal-ħajja tal-assi (mhux biss is-sena ta' wara), jikkunsidra l-età tas-self fi ħdan il-portafoll u ma joħloqx telf minn indeboliment fuq rikonoxximent inizjali ta' assi finanzjarju.

Introjtu minn interessi wara rikonoxximent ta' indeboliment

AG93 Ladarba assi finanzjarju jew grupp ta' assi finanzjarji simili jkun inkiteb bħala riżultat ta' telf ta' indeboliment, introjtu minn interessi jkun minn hawn 'l quddiem rikonoxxut billi tintuża r-rata ta' mgħax użata sabiex jitnaqqsu l-flussi ta' flus futuri għall-għan li jitkejjel it-telf minn indeboliment.

HEDGING (il-paragrafi 71–102)

Strumenti tal-hedging (il-paragrafi 72–77)

Strumenti li jikkwalifikaw (il-paragrafi 72 u 73)

AG94 It-telf potenzjali fuq opzjoni li entità tikteb jista' jkun ferm akbar mill-qligħ potenzjali fil-valur ta' entrata hedged relatata. Fi kliem ieħor, opzjoni bil-miktub mhix effettiva fit-tnaqqis tal-esponiment tal-profitt jew telf ta' entrata hedged. Għalhekk, opzjoni bil-miktub ma tikkwalifikax bħala strument tal-hedging sakemm ma tkunx imfassla bħala paċija għal opzjoni mixtrija, inkluż waħda li tinsab fi strument finanzjarju ieħor (pereżempju, opzjoni ta' xiri bil-miktub użata biex tagħmel hedge għal obbligazzjoni li tista' tinxtara). Għall-kuntrarju, opzjoni mixtrija għandha qligħ potenzjali ugwali jew akbar mit-telf u għalhekk għandha l-potenzjal li tnaqqas l-esponiment għall-profitt jew telf minn bidliet fil-valuri ġusti jew likwiditajiet. B'hekk, tista' tikkwalifika bħala strument tal-hedging.

AG95 Investiment miżmum sal-maturità rikonoxxut fil-kost amortizzat jista' jissejjaħ strument tal-hedging f'hedge ta' riskju fuq il-munita barranija

▼M33

AG96 Investiment fi strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġfieri input tal-Livell 1) ma jkunx riportat skont il-valur ġust għaliex il-valur ġust tiegħu ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli jew derivat li jkun marbut u jrid jissalda bil-konsenja ta’ tali strument azzjonarju (ara l-paragrafi 46(c) u 47) ma jkunx jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar.

▼B

AG97 Strumenti azzjonarji tal-entità stess mhumiex assi finanzjarji jew obbligazzjoni finanzjarui tal-entità u għalhekk ma jistgħux jissejħu strumenti tal-hedging.

Entrati hedged (il-paragrafi 78–84)

Entrati li jikkwalifikaw (il-paragrafi 78–80)

AG98 Impenn sod għal akkwiżizzjoni ta' negozju f'kombinament ta' negozju ma tistax tkun entrata hedged, ħlief għal riskju ta' skambju ta' flus barranin, minħabba li r-riskji l-oħra li jiġu hedged ma jistgħux jiġu identifikati u mkejla b'mod speċifiku. Dawn ir-riskji l-oħra huma riskji tan-negozju ġenerali.

AG99 Investiment fil-metodu ta' ekwità ma tistax tkun entrata hedged ġo hedge fuq il-valur ġust minħabba li l-metodu ta' ekwità jirrikonoxxi fil-profitt jew telf is-sehem tal-investitur tal-profitt jew telf tal-assoċjata, aktar milli l-bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Għal raġuni simili, investiment f'sussidjarja kkonsolidata ma tistax tkun entrata hedged ġo hedge fuq il-valur ġust minħabba li l-konsolidament jirrikonoxxi fil-profitt jew telf, il-profitt jew telf tas-sussidjarja, aktar milli l-bidliet fil-valur ġust tal-investiment. Hedge ta' investiment nett f'operazzjoni barranija hu differenti minħabba li hu hedge tal-esponiment tal-munita barranija, mhux hedge fuq il-valur ġust tal-bidla fil-valur tal-investiment.

AG99A Il-paragrafu 80 jiddikjara li f'rapporti finanzjarji konsolidati, ir-riskju tal-munita barranija ta' tranżazzjoni intragrupp bi tbassir probabbli ħafna jista' jikkwalifika bħala entrata hedged ġo hedge ta' fluss ta' flus, diment li t-tranżazzjoni tkun denominata f'munita għajr dik funzjonali tal-entità li tkun daħlet f'dik it-tranżazzjoni u r-riskju tal-munita barranija jaffettwa l-profitt jew it-telf konsolidat. Għal dan il-għan, entità tista' tkun kumpanija prinċipali, sussidjarja, assoċjata, impriża konġunta jew fergħa. Jekk ir-riskju tal-munita barranija ta' tranżazzjoni intragrupp imbassra ma taffettwax il-profitt jew it-telf konsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp ma tistax tikkwalifika bħala entrata hedged. Dan huwa normalment il-każ għal pagamenti ta' royalties, pagamenti ta' mgħax jew drittijiet tal-amministrazzjoni bejn membri tal-istess grupp sakemm ma jkunx hemm tranżazzjoni esterna relatata. Madankollu, jekk ir-riskju tal-munita barranija ta' tranżazzjoni intragrupp imbassra taffettwa l-profitt jew it-telf konsolidat, it-tranżazzjoni intragrupp tista' tikkwalifika bħala entrata hedged. Eżempju huwa l-bejgħ jew ix-xiri mbassar ta' inventarji bejn membri tal-istess grupp jekk ikun hemm bejgħ ’il ġewwa tal-inventarju għal parti esterna tal-grupp. Bl-istess mod, bejgħ intragrupp imbassar ta' impjant jew tagħmir mill-entità grupp li ffabbrikatu lil entità grupp li se tuża l-impjant u t-tagħmir fl-operazzjonijiet tagħha jista' jikkonsolida l-profitt jew it-telf. Dan jista' jseħħ pereżempju minħabba li impjant u tagħmir isirilhom deprezzament mill-entità tax-xiri u l-ammont inizjalment rikonoxxut għall-impjant u tagħmir jista' jinbidel jekk it-tranżazzjoni intragrupp imbassra tkun denominata f'munita oħra għajr dik funzjonali tal-entità tax-xiri.

▼M5

AG99B Jekk hedge tranżazzjoni mbassra intragrupp tikkwalifika għall-kontabilità tal-hedging, kwalunkwe qligħ jew telf li hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv b'konformità mal-paragrafu 95(a) għandu jkun irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament minħabba r-riklassifikazzjoni fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom ir-riskju tal-valuta barranija tat-tranżazzjoni li tkun hedged taffettwa l-profitt jew telf konsolidat.

▼M15

AG99BA Entità tista’ tiddenomina l-bidliet kollha fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta’ oġġett hedged f’relazzjoni ta’ hedging. Entità tista’ wkoll tiddenomina biss bidliet fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust ta’ oġġett hedged ‘il fuq jew ‘l isfel minn prezz speċifikat jew varjabbli ieħor (riskju fuq naħa waħda biss). Il-valur intrinsiku ta’ strument ta’ hedging għal opzjoni mixtrija (jekk wieħed jassumi li għandu l-istess termini prinċipali bħar-riskju ddenominat), iżda mhux il-valur tiegħu taż-żmien, jirrifletti riskju fuq naħa waħda f’oġġett hedged. Pereżempju, entità tista’ tiddenomina l-varjabbiltà ta’ eżiti futuri ta’ flussi ta’ flus li jirriżultaw minn żieda fil-prezz ta’ xiri previst ta’ prodott kummerċjali. F’sitwazzjoni bħal din, jiġi ddenominat biss it-telf ta’ flussi ta’ flus li jirriżulta minn żieda fil-prezz ‘il fuq mil-livell speċifikat. Ir-riskju hedged ma jinkludix il-valur taż-żmien ta’ opzjoni mixtrija peress li l-valur taż-żmien mhuwiex komponent tat-tranżazzjoni mbassra li jaffettwa l-profitt jew telf (il-paragrafu 86(b)).

▼B

Klassifikazzjoni ta' effetti finanzjarji bħala entrati hedged (il-paragrafi 81 u 81A)

AG99C […] L-entità tista' tikklassifika l-flussi ta' flus kollha tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja kollha bħala l-entrata hedged u tagħmilhom hedged għal riskju partikolari wieħed biss (eż. għal bidliet li huma attribwibbli għal bidliet fil-LIBOR). Pereżempju, fil-każ ta' obbligazzjoni finanzjarja li r-rata effettiva tal-imgħax tagħha hi 100 punt bażi taħt il-LIBOR, entità tista' ssejjaħ bħala l-entrata hedged l-obbligazzjoni kollha (jiġifieri l-kapital miżjud bl-imgħax fil-LIBOR li minnu jitnaqqas 100 punt bażi) u tagħmel hedge għall-bidla fil-valur ġust jew fil-flussi ta' flus ta' dik l-obbligazzjoni kollha li hi attribwibbli għall-bidliet fil-LIBOR. L-entità tista' tagħżel ukoll proporzjon ta' hedge li ma jkunx wieħed għal wieħed biex ittejjeb l-effettività tal-hedge kif deskritt fil-paragrafu AG100.

AG99D Barra minn hekk, jekk strument finanzjarju ta' rata fissa jiġi hedged xi żmien wara l-bidu tiegħu u r-rati ta' mgħax sadanittant ikunu nbidlu, l-entità tista' tikklassifika porzjon ugwali għar-rata ta' benchmark […]. Pereżempju, assumi li entità toriġina assi finanzjarju ta' rata fissa ta' CU100 li għandu rata effettiva ta' mgħax ta' 6 fil-mija fiż-żmien meta l-LIBOR hu 4 fil-mija. Tibda tagħmel hedge ta' dak l-assi ftit aktar tard meta l-LIBOR ikun żdied għal 8 fil-mija u l-valur ġust tal-assi jkun naqas għal CU90. L-entità tikkalkula li kieku kienet xtrat l-assi fid-data li fiha tikklassifikah bħala entrata hedged għall-valur ġust tiegħu ta' dak il-ħin ta' CU90, ir-rendita effettiva kienet tkun ta' 9,5 fil-mija. […].L-entità tista' tikklassifika porzjon tal-LIBOR ta' 8 fil-mija li hu magħmul parzjalment mil-flussi ta' flus ta' interessi kuntrattwali u parzjalment mid-differenza bejn il-valur ġust attwali (jiġifieri CU90) u l-ammont pagabbli mill-ġdid mal-maturità (jiġifieri CU100).

▼M15

AG99E Il-paragrafu 81 jippermetti li entità tiddenomina xi ħaġa apparti mill-bidla sħiħa fil-valur ġust jew il-varjabbiltà fil-flussi ta’ flus ta’ strument finanzjarju. Pereżempju:

(a) il-flussi ta’ flus kollha ta’ strument finanzjarju jistgħu jiġu ddenominati għal bidliet fil-flussi ta’ flus jew fil-valur ġust attribwibbli lil xi riskji (iżda mhux kollha); jew

(b) uħud mill-flussi ta’ flus (iżda mhux kollha) ta’ strument finanzjarju jistgħu jiġu ddenominati għal bidliet fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust attribwibbli għar-riskji kollha jew għal uħud minnhom biss (jiġifieri “porzjon” tal-flussi ta’ flus tal-istrument finanzjarju jista’ jiġi ddenominat għal bidliet attribwibbli għar-riskji kollha jew għal uħud minnhom biss).

AG99F Biex ikunu eliġibbli għall-kontabilità tal-hedging, ir-riskji u l-porzjonijiet iddenominati jridu jkunu komponenti identifikabbli separatament tal-istrument finanzjarju, u l-bidliet fil-flussi tal-flus jew fil-valur ġust tal-istrument finanzjarju kollu li jirriżultaw minn bidliet fir-riskji u l-porzjonijiet iddenominati jridu jkunu jistgħu jitkejlu b’mod affidabbli. Pereżempju:

(a) għal strument finanzjarju b’rata fissa li jkun hedged għal bidliet fil-valur ġust li jkunu attribwibbli għal bidliet f’rata ta’ imgħax ħielsa mir-riskji jew ta’ referenza, ir-rata ħielsa mir-riskji jew ta’ referenza normalment titqies kemm bħala komponent identifikabbli separatament tal-istrument finanzjarju kif ukoll bħala li tista’ tiġi mkejla b’mod affidabbli.

(b) l-inflazzjoni m’hijiex identifikabbli separatament u ma tistax titkejjel b’mod affidabbli u għalhekk ma tistax tiġi ddenominata bħala riskju jew porzjon ta’ strument finanzjarju ħlief jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti f’(c).

(c) il-porzjon ta’ inflazzjoni speċifikat kuntrattwalment tal-flussi ta’ flus ta’ bond rikonoxxut marbut mal-inflazzjoni (jekk wieħed jassumi li m’hemm ebda rekwiżit li derivat imdeffes jiġi kkontabilizzat separatament) huwa identifikabbli separatament u jista’ jiġi mkejjel b’mod affidabbli sakemm flussi oħrajn ta’ flus tal-istrument ma jkunux affettwati mill-porzjon tal-inflazzjoni.

▼B

Klassifikazzjoni ta' effetti mhux finanzjarji bħala entrati hedged (il-paragrafu 82)

AG100 Bidliet fil-prezz ta' ingredjent jew komponent ta' assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja ġeneralment m'għandhomx effett prevedibbli, li jista' jitkejjel b'mod separat fuq il-prezz tal-entrata li huwa komparabbli għall-effett ta', ngħidu aħna, bidla fir-rati ta' mgħax tas-suq fuq il-prezz ta' bond. Għalhekk, assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja hi entrata hedged biss fit-totalità tagħha jew għal riskju ta' kambju fi flus barranin. Jekk hemm differenza bejn it-termini tal-istrument tal-hedging u l-entrata hedged (bħal hedge tax-xiri mbassar tal-kafé Brażiljan permezz ta' kuntratt bil-quddiem għal xiri ta' kafé Kolombjan fuq termini simili), madankollu, ir-relazzjoni tal-hedging tista' tikkwalifika bħala relazzjoni hedge sakemm il-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 88 jiġu ssodisfati, inkluż dak li l-hedge hu mistenni li jkun ferm effettiv. Għal dan il-għan, l-ammont tal-istrument tal-hedging jista' jkun akbar jew inqas minn dak tal-entrata hedged jekk dan itejjeb l-effettività tar-relazzjoni ta' hedging. Pereżempju, analiżi rigressiva tista' ssir biex tistabbilixxi relazzjoni statistika bejn l-entrata hedged (eżempju tranżazzjoni fil-kafé Brażiljan) u l-istrument tal-hedging (eżempju tranżazzjoni fil-kafé Kolombjan). Jekk hemm relazzjoni statistika valida bejn iż-żewġ varjabbli (jiġifieri bejn il-prezzijiet tal-unità tal-kafè Brażiljan u l-kafè Kolombjan), in-niżla tal-linja ta' rigressjoni tista' tintuża biex tistabbilixxi r-relazzjoni tal-hedge li żżid għall-massimu l-effettività mistennija. Pereżempju, jekk in-niżla tal-linja ta' rigressjoni hi 1,02, relazzjoni ta' hedge ibbażata fuq kwantitajiet 0,98 ta' entrati hedged għal kwantitajiet 1,00 tal-istrument tal-hedging ittella' għal massimu l-effettività mistennija. Madankollu, ir-relazzjoni tal-hedging tista' tirriżulta f'nuqqas ta' effettività li huwa rikonoxxut fil-profitt jew telf matul it-terminu tar-relazzjoni tal-hedging.

Klassifikazzjoni ta' gruppi ta' entrati bħala entrati hedged (il-paragrafi 83 u 84)

AG101  Hedge ta' pożizzjoni netta totali (eż. n-nett tal-assi kollha netti ta' rata fissa u l-obbligazzjonijiet kollha ta' rata fissa b'maturitajiet simili), minflok tkun entrata hedged speċifika, ma tikkwalifikax għall-kontabilità tal-hedge. Madankollu, jista' jintlaħaq l-istess effett fuq il-profitt jew telf tal-kontabilità tal-hedge għal din it-tip ta' relazzjoni hedge li tista' tintlaħaq billi tiġi kklassifikata bħala l-parti mill-entrati bażi tal-entrata hedged. Pereżempju, jekk bank għandu CU100 ta' assi u CU90 ta' obbligazzjonijiet b'riskji u termini ta' natura simili u jwettaq hedging tal-esponiment nett ta' CU10, dan jista' jikklassifika bħala l-entrata hedged CU10 ta' dawk l-assi. Din il-klassifikazzjoni tista' tintuża jekk assi u obbligazzjonijiet bħal dawn huma strumenti ta' rata fissa, f'liema każ ikun hedge fuq il-valur ġust, jew li kieku kienu strumenti b'rata varjabbli, f'liema każ tkun hedge ta' fluss ta' flus. Bl-istess mod, jekk entità għandha impenn sod li tixtri f'munita barranija CU100 u għandha impenn sod li tbigħ fil-munita barranija CU90, tista' tagħmel hedge tal-ammont nett ta' CU10 billi takkwista derivat u tikklassifikah bħala strument tal-hedging assoċjat ma' CU10 tal-impenn sod ta' xiri ta' CU100.

Kontabilità tal-hedge (il-paragrafi 85-102)

AG102 Eżempju ta' hedge fuq il-valur ġust hu hedge ta' esponiment għal bidliet fil-valur ġust ta' strument ta' dejn b'rata fissa bħala riżultat tal-bidliet fir-rati ta' mgħax. Kemm l-emittent kif ukoll id-detentur tiegħu jidħlu għal hedge bħal dan.

AG103 Eżempju ta' hedge ta' fluss ta' flus hu l-użu ta' swap għal bidla fid-dejn b'rata varjabbli għal dejn b'rata fissa (jiġifieri hedge ta' tranżazzjoni futura fejn il-flussi ta' flus futuri li jkunu qegħdin jiġu hedged huma l-pagamenti tal-interessi futuri).

AG104  Hedge ta' impenn sod (eż hedge tal-bidla fil-prezz tal-fjuwil relatat ma' impenn kuntrattwali mhux rikonoxxut minn utilità tal-elettriku għal xiri ta' fjuwil bi prezz fiss) hu hedge ta' esponiment għal bidla fil-valur ġust. Għaldaqstant, hedge bħal dan hu hedge fuq il-valur ġust. Madankollu, taħt il-paragrafu 87 hedge tar-riskju fuq il-munita barranija ta' impenn sod jista' inkella jiġi mniżżel bħala hedge ta' fluss ta' flus.

Stima tal-effettività tal-hedge

AG105  Hedge huwa meqjus biss bħala effettiv ferm fil-każ li jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Mal-bidu tal-hedge u fil-perijodi sussegwenti, il-hedge hu mistenni li jkun ferm effettiv fl-ilħuq ta' bidliet ta' tpaċija fil-valur ġust jew flussi ta' flus attribwibbli għar-riskju hedged matul il-perijodu li għalih ikun ġie innominat il-hedge. Aspettattiva bħal din tista' tintwera b'modi diversi, inkluż tqabbil tal-bidliet tal-passat fil-valur ġust jew fil-flussi ta' flus tal-entrata hedged li huma attribwibbli għar-riskju hedged ma bidliet tal-passat fil-valur ġust jew fil-flussi ta' flus tal-istrument tal-hedging, jew b'turija ta' korrelazzjoni statistika għolja bejn il-valur ġust jew flussi ta' flus tal-entrata hedged u dawk tal-istrument tal-hedging. L-entità tista' tagħżel ukoll proporzjon ta' hedge li ma tkunx wieħed għal wieħed biex ittejjeb l-effettività tal-hedge kif deskritt fil-paragrafu AG100.

(b) Ir-riżultati attwali tal-hedge huma fi ħdan il-medda ta' 80–125 fil-mija. Pereżempju, jekk ir-riżultati attwali huma tali li t-telf fuq l-istrument tal-hedging hu CU120 u l-qligħ fuq l-istrumenti ta' flus hu ta' CU100, it-tpaċija tista' titkejjel permezz ta' 120/100, li hi 120 fil-mija, jew permezz ta' 100/120, li hi 83 fil-mija. F'dan l-eżempju, jekk nassumu li l-hedge jissodisfa l-kundizzjoni f'(a), l-entità tikkonkludi li l-hedge kien effettiv ferm.

AG106 L-effettività hi stmata, bħala minimu, fil-ħin li entità tħejji r-rapporti finanzjarji annwali jew interim tagħha.

AG107 Dan l-Istandard ma jispecifikax metodu waħdieni għal stima tal-effettività tal-hedge. Il-metodu li entità tadotta ghall-istima tal-effettività tal-hedge jiddependi fuq l-istrateġija tal-amministrazzjoni tar-riskju tagħha. Per ezempju, jekk l-istrategija tal-amministrazzjoni tar-riskju ta' entità hi li taggusta l-ammont tal-istrument tal-hedging perjodikament biex tirrifletti bidliet fil-pożizzjoni hedged, l-entità teħtieġ turi li l-hedge hu mistenni li jkun ferm effettiv biss għall-perijodu sakemm l-ammont tal-istrument tal-hedging jerġa' jiġi aġġustat. F'xi każijiet, entità tadotta metodi differenti għal tipi differenti ta' hedges. Id-dokumentazzjoni ta' entità tal-istrateġija tal-hedging tagħha tinkludi l-proċeduri tagħha għall-istima tal-effettività. Dawk il-proċeduri jiddikjaraw jekk l-istima tinkludix il-qligħ jew it-telf kollu fuq strument tal-hedging jew jekk il-valur taż-żmien tal-istrument huwiex eskluż.

AG107A […].

AG108 Jekk it-termini prinċipali tal-istrument tal-hedging u tal-assi, obbligazzjoni, impenn sod jew tranżazzjoni mbassra li hi probabbli ferm hedged, huma l-istess, il-bidliet fil-valur ġust u l-flussi ta' flus attribwibbli għar-riskju li jkun qiegħed jiġi hedged jistgħu jpaċu lil xulxin għal kollox, kemm meta ssir hedge kif ukoll wara. Pereżempju, tpartit tar-rata tal-imgħax x'aktarx li tkun hedge effettiva jekk l-ammonti spekulattiv u prinċipali, terminu, dati ta' pprezzar mill-ġdid, dati ta' mgħax u dħul u ħruġ kapitali, u bażi għall-kejl tar-rati ta' mgħax huma l-istess għall-istrument tal-hedging u l-entrata hedged. Barra minn hekk, hedge ta' xiri ta' komodità mbassra li jkun ferm probabbli b'kuntratt bil-quddiem x'aktarx li jkun ferm effettiv jekk:

(a) il-kuntratt bil-quddiem hu għax-xiri tal-istess kwantità tal-istess komodità fl-istess ħin u post tax-xiri mbassar hedged;

(b) il-valur ġust tal-kuntratt bil-quddiem mal-ħolqien tiegħu hu żero; u

(ċ) jew il-bidla fl-iskont jew il-primjum fuq il-kuntratt bil-quddiem huma esklużi mill-istima tal-effettività u huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf jew il-bidla fil-flussi ta' flus mistennija fuq it-tranżazzjoni mbassra li hi probabbli ferm hija bbażata fuq il-prezz bil-quddiem għall-komodità.

AG109 Xi kultant l-istrument tal-hedging jpaċi biss parti mir-riskju hedged. Pereżempju, hedge ma jkunx effettiv għal kollox jekk l-istrument tal-hedging u l-entrata hedged huma denominati f'muniti differenti li ma jimxux id f'id. Ukoll, hedge ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li juża derivat ma jkunx effettiv għal kollox jekk parti mill-bidla fil-valur ġust tad-derivat ikun attribwibbli għar-riskju ta' kreditu tal-kontraparti.

AG110 Biex jikkwalifika għall-kontabilità tal-hedge, il-hedge għandu jkollu x'jaqsam ma' riskju speċifiku identifikat u nnominat, u mhux biss għar-riskji tan-negozji ġenerali tal-entità, u għandu fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa l-profitt jew telf tal-entità. Hedge tar-riskju ta' hedge ta' ħruġ mill-użu ta' assi fiżiku jew ir-riskju tal-esproprjazzjoni tal-proprjetà minn gvern mhix eliġibbli għall-kontabilità tal-hedge; l-effettività ma tistax titkejjel minħabba li dawk ir-riskji ma jistgħux jitkejlu b'mod affidabbli.

▼M15

AG110A Il-paragrafu 74(a) jippermetti lil entità li tissepara l-valur intrinsiku u l-valur taż-żmien ta’ kuntratt ta’ opzjoni u li tiddenomina bħala l-istrument tal-hedging biss il-bidla fil-valur intrinsiku tal-kuntratt ta’ opzjoni. Tali denominazzjoni tista’ tirriżulta f’relazzjoni ta’ hedging li tkun perfettament effettiva biex jinkisbu bidliet ta’ tpaċija fil-flussi ta’ flus attribwibbli għal riskju fuq naħa waħda li jkun hedged ta’ tranżazzjoni prevista, jekk it-termini prinċipali tat-tranżazzjoni prevista u tal-istrument tal-hedging ikunu l-istess.

AG110B Jekk entità tiddenomina opzjoni mixtrija fit-totalità tagħha bħala l-istrument ta’ hedging ta’ riskju fuq naħa waħda li jirriżulta minn tranżazzjoni prevista, ir-relazzjoni ta’ hedging ma tkunx perfettament effettiva. Dan għaliex il-primjum imħallas għall-opzjoni jinkludi l-valur taż-żmien u, kif iddikjarat fil-paragrafu AG99BA, riskju fuq naħa waħda ddenominat ma jinkludix il-valur taż-żmien ta’ opzjoni. Għalhekk, f’din is-sitwazzjoni, ma jkun hemm ebda tpaċija bejn il-flussi ta’ flus relatati mal-valur taż-żmien tal-primjum imħallas tal-opzjoni u r-riskju hedged iddenominat.

▼B

AG111 Fil-każ ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-effettività tal-hedge tista' tiġi stmata billi titħejja skeda tal-maturità għal assi u passivi finanzjarji li turi l-esponiment tar-rata ta' mgħax netta għal kull perijodu ta' żmien, sakemm l-esponiment nett ikun assoċjat mal-assi jew passività speċifika (jew grupp speċifiku ta' assi jew obbligazzjonijiet jew porzjon speċifiku minnhom) li jirriżultaw fl-esponiment nett, u l-effettività tal-hedge li hi stmata kontra dik tal-assi jew tal-obbligazzjoni.

AG112 Fl-istima tal-effettività ta' hedge, entità ġeneralment tikkunsidra l-valur tal-flus maż-żmien. Ir-rata ta' mgħax fissa fuq entrata hedged ma teħtieġx li taqbel eżattament mar-rata ta' mgħax fissa fuq l-iswap nominat bħala hedge fuq il-valur ġust. Lanqas mar-rata ta' mgħax varjabbli fuq assi jew obbligazzjoni li jġorru mgħax ma teħtieġ li tkun l-istess bħar-rata ta' mgħax varjabbli fuq swap nominat bħala hedge ta' fluss ta' flus. Valur ġust ta' swap jinkiseb mis-saldi netti tiegħu. Ir-rati fissi u varjabbli fuq swap jistgħu jinbidlu mingħajr ma jeffettwaw is-saldu nett jekk it-tnejn li huma jinbidlu bl-istess ammont.

AG113 Jekk entità ma tissodisfax il-kriterji tal-effettività tal-hedge, l-entità tieqaf tuża l-kontabilità tal-hedge mill-aħħar data li fiha tkun ġiet murija l-konformità mal-effettività tal-hedge. Madankollu, jekk l-entità tidentifika l-avveniment jew bidla fiċ-ċirkostanzi li kkawżaw ir-relazzjoni tal-hedging li ma tgħaddix mill-kriterji tal-effettività, u turi li l-hedge kien effettiv qabel ma seħħ l-avveniment jew bidla fiċ-ċirkostanzi, l-entità tieqaf tuża l-kontabilità tal-hedge mid-data tal-avveniment jew tal-bidla fiċ-ċirkostanzi.

▼M40

AG113A Biex jiġi evitat id-dubju, l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-kontroparti oriġinali ma’ kontroparti tal-ikklerjar u li jsiru bidliet assoċjati kif deskritt fil-paragrafi 91(a)(ii) u 101(a)(ii) għandhom jiġu riflessi fil-kejl tal-istrument tal-hedging u għalhekk fil-valutazzjoni tal-effettività tal-hedge u l-kejl tal-effettività tal-hedge.

▼B

Kontabilità tal-hedge fuq il-valur ġust għal hedge fil-portafoll fuq iċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

AG114 Għal hedge fuq il-valur ġust ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax assoċjat ma' portafoll ta' assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, entità tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Istandard jekk tikkonforma mal-proċeduri stabbiliti fi (a)-(i) u l-paragrafi AG115–AG132 taħt.

(a) Bħala parti mill-proċess tal-amministrazzjoni tar-riskju tagħha, l-entità tiddentifika portafoll ta' entrati li tkun tixtieq tagħmel hedge tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tagħhom. Il-portafoll jista' jinkludi assi biss, obbligazzjonijiet biss jew kemm assi kif ukoll obbligazzjonijiet. L-entità tista' tidentifika żewġ portfolji jew aktar (eżempju l-entità tista' tiġbor l-assi tagħha disponibbli għall-bejgħ f'portafoll separat), f'liema każ tapplika l-gwida għal kull portafoll separatament.

(b) L-entità tanalizza l-portafoll f'perijodi ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid, ibbażati fuq dati ta' pprezzar mill-ġdid mistennija, u mhux kuntrattwali. L-analiżi fil-perijodi ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid tista' ssir f'diversi modi inkluż l-iskedar ta' flussi ta' flus fil-perijodi li fihom ikun mistennija li jseħħu, jew l-iskedar ta' ammonti prinċipali spekulattiv fil-perijodi kollha sakemm l-ipprezzar mill-ġdid ikun mistenni li jseħħ.

(ċ) Fuq il-bażi ta' din l-analiżi, l-entità tiddeċiedi l-ammont li hi tixtieq tagħmel hedge tiegħu. L-entità tagħżel bħala l-entrata hedged, ammont ta' assi jew obbligazzjonijiet (iżda mhux ammont nett) mill-portafoll identifikat ugwali għall-ammont li hi tixtieq tikklassifika biex tagħmel hedge tiegħu. […].

(d) L-entità tagħti r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li hi qed tagħmel hedging tagħha. Dan ir-riskju jista' jkun porzjon tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax f'kull wieħed mill-entrati fil-pożizzjoni hedged, bħal rata ta' mgħax benchmark (eż LIBOR).

(e) L-entità tagħżel strument wieħed jew aktar tal-hedging għal kull perijodu ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid.

(f) Billi tuża n-nominazzjonijiet magħmula f'(c)-(e) fuq, l-entità tanalizza fil-bidu u f'perijodi sussegwenti, jekk il-hedge hux mistenni li jkun effettiv ferm matul il-perijodu li għalih il-hedge hu mfassal.

(g) Perjodikament, l-entità tkejjel il-bidla fil-valur ġust tal-entrata hedged (kif imsemmi f'(c)) li hi attribwibbli għar-riskju hedged (kif imsemmi f'(d)), […]. Sakemm il-hedge hu fil-fatt stabbilit li kien effettiv ferm meta stmat bl-użu tal-metodu dokumentat tal-entità tal-istima tal-effettività, l-entità tirrikonoxxi l-bidla fil-valur ġust tal-entrata hedged bħala qligħ jew telf fil-profitt jew telf u f'wieħed minn żewġ entrati fil-linja ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ kif deskritt fil-paragrafu 89A. Il-bidla fil-valur ġust ma teħtieġx li tiġi allokata għal assi jew obbligazzjoni individwali.

(h) L-entità tkejjel il-bidla fil-valur ġust tal-istrument(i) tal-hedging (kif imsemmi f'(e)) u tirrikonoxxiha bħala qligħ jew telf fil-profitt jew telf. Il-valur ġust tal-istrument(i) tal-hedging hu rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

(i) Kull ineffettività ( 35 ) tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew telf bħala d-differenza bejn il-bidla fil-valur ġust li hemm referenza għalih f'(g) u dak li hemm referenza għalih f'(h).

AG115 Dan il-metodu huwa deskritt f'aktar dettall hawn taħt. Il-metodu għandu jiġi applikat biss għal hedge fuq il-valur ġust tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax assoċjat ma' portafoll ta' assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji.

AG116 Il-portafoll identifikat fil-paragrafu AG114(a) jista' jkun fih assi u obbligazzjonijiet. Inkella, jista' jkun portafoll li jkun fih assi biss, jew obbligazzjonijiet biss. Il-portafoll hu użat biex jistabbilixxi l-ammont tal-assi jew obbligazzjonijiet li l-entità tixtieq tagħmel hedge fuqhom. Madankollu, il-portafoll mhux mfassal fih inniffsu bħala l-entrata hedged.

AG117 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu AG114(b), l-entità tistabbilixxi d-data tal-ipprezzar mill-ġdid mistennija ta' entrata bħala dik l-aktar bikrija fost id-dati meta dik l-entrata hi mistennija li tiżdatura jew meta se tkun ipprezzata mill-ġdid mar-rati tas-suq. Id-dati mistennija tal-ipprezzar mill-ġdid huma stmati mal-ħolqien tal-hedge u matul it-terminu tal-hedge, ibbażati fuq l-esperjenza storika u informazzjoni oħra disponibbli, inkluż informazzjoni u aspetattivi dwar rati ta' ħlas minn qabel, rati ta' mgħax u l-interazzjoni bejniethom. Entitajiet li m'għandhom ebda esperjenza bħala entità speċifika jew esperjenza mhux suffiċjenti, jużaw l-esperjenza ta' gruppi simili għal strumenti finanzjarji komparabbli. Dawn l-istimi jiġu riveduti perjodikament u aġġornati fid-dawl tal-esperjenza. Fil-każ ta' entrata ta' rata fissa li hi pagabbli bil-quddiem, id-data tal-ipprezzar mill-ġdid mistennija hi d-data li fiha l-entrata hi mistennija li tħallas bil-quddiem sakemm ma tipprezzax mill-ġdid mar-rati tas-suq f'data aktar bikrija. Għal grupp ta' entrati simili, l-analiżi fil-perijodi ta' żmien ibbażati fuq id-dati ta' pprezzar mill-ġdid mistennija jistgħu jieħdu l-għamla ta' allokazzjoni ta' perċentwal tal-grupp, aktar milli entrati individwali, għal kull perijodu ta' żmien. Entità tista' tapplika metodoloġiji oħra għal skopijiet ta' allokazzjoni bħal dawn. Pereżempju, tista' tuża multiplikatur tar-rata tal-ħlas minn qabel għall-allokazzjoni ta' self ta' amortizzazzjoni għal perijodi ta' żmien ibbażati fuq dati mistennija ta' pprezzar mill-ġdid. Madankollu, il-metodoloġija għal allokazzjoni bħal din għandha tkun skont il-proċeduri u l-għanijiet tal-amministrazzjoni tar-riskju tal-entità.

AG118 Bħala eżempju tal-għażla li saret fil-paragrafu AG114(c), jekk f'perijodu ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid partikolari, entità tistma li għandha assi ta' rata fissa ta' CU100 u obbligazzjonijiet ta' rata fissa ta' CU80 u tiddeċiedi li tagħmel hedge tal-pożizzjoni netta kollha ta' CU20, hi tagħżel bħala l-entrata hedged l-assi fl-ammont ta' CU20 (porzjon tal-assi) ( 36 ). L-għażla hija mfissra bħala “ammont ta' munita” (eż. ammont ta' dollari, euro, lira sterlina jew rand) milli bħala assi individwali. Għalhekk l-assi (jew l-obbligazzjonijiet) kollha li minnhom jittieħed l-ammont hedged—jiġifieri l-CU100 kollha tal-assi fl-eżempju ta' fuq — għandhom ikunu entrati li t-tibdiliet fil-valur ġust tagħhom b'risposta għat-tibdiliet fir-rata ta' mgħax ġie hedged[…].

AG119 L-entità tikkonforma mar-rekwiżiti ta' għażla u dokumentazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 88(a). Għal hedge fil-portafoll fuq iċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, din l-għażla u d-dokumentazzjoni tispeċifika l-politika tal-entità għall-varjabbli kollha li huma użati biex jiġi identifikat l-ammont li hu hedged u kif l-effettività hi mkejla, inkluż dan li ġej:

(a) liema assi u obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-hedge tal-portafoll u l-bażi li għandha tintuża għat-tneħħija tagħhom mill-portafoll.

(b) kif l-entità tistima d-dati ta' pprezzar mill-ġdid, inkluż liema suppożizzjonijiet ta' rata ta' mgħax huma l-bażi ta' stimi ta' rati ta' pagamenti bil-quddiem u l-bażi għall-bidla ta' dawk l-istimi. L-istess metodu hu użat kemm għall-istimi inizjali magħmula fil-ħin li assi jew obbligazzjoni tkun inkluża fil-portafoll hedged u għal kull reviżjoni għal dawk l-istimi li jistgħu jsiru aktar tard.

(ċ) in-numru u t-tul tal-perijodi ta' ipprezzar mill-ġdid.

(d) kemm spiss l-entità sejra tittestja l-effettività […].

(e) il-metodoloġija użata mill-entità sabiex tistabbilixxi l-ammont tal-assi jew obbligazzjonijiet li huma kklassifikati bħala entrati hedged […].

(f) […]. jekk l-entità hijiex sejra tittestja l-effettività għal kull perijodu ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid individwalment, għall-perijodi ta' żmien totali, jew billi tuża xi kombinazzjoni tat-tnejn.

It-tipi ta' politika speċifikati fl-għażla u fid-dokumentazzjoni tar-relazzjoni tal-hedging għandhom ikunu skont il-proċeduri u għanijiet tal-amministrazzjoni tar-riskju tal-entità. Bidliet fit-tipi ta' politika m'għandhomx isiru b'mod arbitrarju. Għandhom ikunu ġġustifikati fuq il-bażi tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq u fatturi oħra u għandhom ikunu bbażati fuq u konsistenti mal-proċeduri u għanijiet tal-amministrazzjoni tar-riskju tal-entità.

AG120 L-istrument tal-hedging li hemm referenza għalih fil-paragrafu AG114(e) jista' jkun derivat uniku jew portafoll tad-derivati li kollha kemm huma fihom esponiment għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax hedged imsemmija fil-paragrafu AG114(d) (eż portafoll ta' tpartit tar-rata tal-imgħax li kollha kemm huma fihom esponiment għal-LIBOR). Portafoll ta' derivati bħal dan jista' jkun fih pożizzjonijiet ta' tpaċija għal riskju. Madankollu, m'għandux jinkludi opzjonijiet bil-miktub jew opzjonijiet netti bil-miktub, minħabba li l-Istandard ( 37 ) ma jippermettix li tali opzjonijiet jiġu msemmija bħala strumenti tal-hedging (ħlief meta opzjoni bil-miktub hi mfassla bħala paċija għal opzjoni mixtrija). Jekk l-istrument tal-hedging iwassal għal hedging tal-ammont imfassal fil-paragrafu AG114(c) għal aktar minn perijodu ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid wieħed, dan jiġi allokat għall-perijodi ta' żmien kollha li hu jagħmel hedge tiegħu. Madankollu, l-istrument tal-hedging kollu għandu jkun allokat għal dawk il-perijodi ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid minħabba li l-Istandard ( 38 ) ma jippermettix li relazzjoni ta' hedging tiġi msejjħa għal porzjon tal-perijodu ta' żmien li matulu strument tal-hedging jibqa' pendenti.

AG121 Meta l-entità tkejjel il-bidla fil-valur ġust ta' entrata li titħallas minn qabel skont il-paragrafu AG114(g), bidla fir-rati ta' mgħax taffettwa l-valur ġust tal-entrata li titħallas minn qabel b'żewġ modi: taffettwa l-valur ġust tal-flussi ta' flus kuntrattwali u l-valur ġust tal-għażla ta' pagament minn qabel li hemm f'entrata pagabbli minn qabel. Il-paragrafu 81 tal-Istandard jippermetti lill-entità tfassal porzjon ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, taqsam esponiment komuni għar-riskju, bħall-entrata hedged, sakemm l-effettività tkun tista' titkejjel. […].

AG122 L-Istandard ma jispeċifikax it-tipi ta' teknika użati biex jiġi stabbilit l-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu AG114(g), jiġifieri l-bidla fil-valur ġust tal-entrata hedged li hi attribwibbli għar-riskju hedged. […]. Mhux adattat li wieħed jassumi li bidliet fil-valur ġust tal-entrata hedged huma ugwali għall-bidliet fil-valur tal-istrument tal-hedging.

AG123 Il-paragrafu 89A jeħtieġ li jekk l-entrata hedged għal perijodu ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid partikolari tkun assi, il-bidla fil-valur tiegħu tiġi ppreżentata f'entrata f'linja separata fi ħdan l-assi. Inkella, jekk l-entrata hedged għal perijodu partikolari ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid hu obbligazzjoni, il-bidla fil-valur tiegħu hi ppreżentata f'entrata f'linja separata fi ħdan l-obbligazzjonijiet. Dawn huma entrati ta' linji separati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu AG114(g). Allokazzjoni speċifika għall-assi (jew obbligazzjonijiet) individwali mhix meħtieġa.

AG124 Il-paragrafu AG114(i) jinnota li l-ineffettività tinħoloq sal-punt li l-bidla fil-valur ġust tal-entrata hedged li hi attriwibbli għar-riskju hedged hi differenti mill-bidla fil-valur ġust tad-derivat ta' hedging. Differenza bħal din tista' tinħoloq minħabba numru ta' raġunijiet, inkluż:

(a) […];

(b) entrati fil-portafoll hedged li jsiru indeboliti jew li jsiru derikonoxxuti;

(ċ) id-dati ta' pagament tal-istrument tal-hedging u l-entrata hedged ikunu differenti; u

(d) kawżi oħrajn […].

Ineffettività bħal din ( 39 ) 0 għandha tiġi identifikata u rikonoxxuta fil-profitt jew telf.

AG125 Ġeneralment, l-effettività tal-hedge sejra titjieb:

(a) Jekk l-entità tiskeda entrati b'karatteristiċi ta' qabel il-pagament differenti b'tali mod li tqis id-differenzi fl-imġieba ta' qabel il-pagament.

(b) meta n-numru ta' entrati fil-portafoll ikun ikbar. Meta ftit entrati biss ikunu jinsabu fil-portfolji, ineffettività relattivament kbira tkun mistennija jekk wieħed mill-entrati jħallas bil-quddiem qabel jew wara milli mistenni. Għall-kuntrarju, meta l-portafoll jkun fih ħafna entrati, l-imġieba ta' qabel il-pagament tista' titbassar b'mod ħafna aktar preċiż.

(ċ) meta l-perijodi ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid huma aktar limitati (eż. xahar kontra perijodi ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid ta' 3 xhur). Perijodi ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid aktar limitati jnaqqsu l-effett ta' kull nuqqas ta' taqbil bejn id-dati ta' pprezzar mill-ġdid u d-dati tal-pagament (fi ħdan il-perijodu ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid) tal-entrata hedged u dawk tal-istrument tal-hedging.

(d) aktar ma tkun kbira l-frekwenza li biha l-ammont tal-istrument tal-hedging jiġi aġġustat biex jirrifletti l-bidliet fl-entrata hedged (eż minħabba l-bidliet fl-istenniji tal-ħlas minn qabel).

AG126 Entità tittestja l-effettività perjodikament. […]

AG127 Meta tkun qed tkejjel l-effettività, l-entità tiddistingwi reviżjonijiet għad-dati ta' pprezzar mill-ġdid stmati tal-assi (jew obbligazzjonijiet) eżistenti mill-oriġinazzjoni ta' assi (jew obbligazzjonijiet) ġodda, hekk li tal-ewwel biss jagħti bidu għall-ineffettività. […].Ladarba l-ineffettività tkun ġiet rikonoxxuta hekk kif stabbilita hawn fuq, l-entità tistabbilixxi stima ġdida tal-assi (jew obbligazzjonijiet) totali f'kull perijodu ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid, inkluż assi (jew obbligazzjonijiet) ġodda li kienu ġew oriġinati sa mill-aħħar darba li tkun ittestjat l-ineffettività, u tagħżel ammont ġdid bħala l-entrata hedged u perċentwal ġdid bħala l-perċentwal hedged. […]

AG128 Entrati li oriġinarjament ġew skedati f'perijodu ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid jistgħu jiġu derikonoxxuti minħabba ħlas minn qabel jew writeoffs aktar bikrija milli mistennija kkawżati minn indeboliment jew bejgħ. Meta dan iseħħ, l-ammont tal-bidla fil-valur ġust inkluż fl-entrata b'linja separata li hemm referenza għalih fil-paragrafu AG114(g) li għandu x'jaqsam mal-entrata derikonoxxut għandu jitneħħa ►M5  mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ◄ u għandu jiġi inkluż fil-qligħ jew telf li jinħoloq mal-irtirar tar-rikonoxximent tal-entrata. Għal dan il-għan, hu neċessarju li l-perijodu(i) ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid li fih kien skedat l-entrata derikonoxxuta, minħabba li dan jistabbilixxi l-perijodu(i) ta' żmien ta' ipprezzar mill-ġdid minn fejn għandu jitneħħa u għalhekk l-ammont li għandu jitneħħa mill-entrata b'linja separata li hemm referenza għaliha fil-paragrafu AG114(g). Meta entrata tiġi derikonoxxuta, jekk ikun jista' jiġi stabbilit f'liema perijodu ta' żmien ġie inkluż, titneħħa minn dak il-perijodu ta' żmien. Jekk le, jitneħħa mill-aktar perijodu ta' żmien bikri jekk l-irtirar tar-rikonoxximent irriżulta minn ħlasijiet bil-quddiemi ogħla milli mistennija, jew allokati għall-perijodi ta' żmien kollha li jkun fihom l-entrata derikonoxxuta fuq bażi sistematika u razzjonali jekk l-entrata tinbigħ jew issir indebolita.

AG129 Barra minn hekk, kwalunkwe ammont li għandu x'jaqsam ma' perijodu ta' żmien partikolari li ma kienx ġie derikonoxxut meta l-perijodu ta' żmien jiskadi hu rikonoxxut fil-profitt jew telf dak iż-żmien (ara l-paragrafu 89A). […]

AG130 […].

AG131 Jekk l-ammont hedged għal perijodu ta' żmien ta' pprezzar mill-ġdid jitnaqqas mingħajr ma l-assi (jew l-obbligazzjonijiet) relatati jiġu derikonoxxuti, l-ammont inkluż fl-entrata fil-linja separata li hemm referenza għalih fil-paragrafu AG114(g) li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis għandu jiġi amortizzat skont il-paragrafu 92.

AG132. Entità tista' tkun trid tapplika l-metodu stabbilit fil-paragrafi AG114-AG131 għal hedge tal-portafoll li qabel kien ġie mniżżel bħala hedge ta' fluss ta' flus skont l-IAS 39. Entità bħal din tirrevoka l-klassifikazzjoni preċedenti ta' hedge ta' fluss ta' flus skont il-paragrafu 101(d), u tapplika r-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu. Hi tagħżel ukoll il-hedge bħala hedge fuq il-valur ġust u tapplika l-metodu stabbilit fil-paragrafi AG114-AG131 b'mod prospettiv għall-perijodi bażi tal-kontijiet sussegwenti.

TRANŻIZZJONI (IL-PARAGRAFI 103–108B)

AG133 Entità setgħet ikklassifikat tranżazzjoni intragrupp imbassra bħala entrata hedged fil-bidu ta' perijodu annwali fl-ewwel ta' Jannar 2005 jew wara (jew, għall-għanijiet ta' dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' informazzjoni komparattiva, il-bidu ta' perijodu komparattiv aktar bikri) f’hedge li jikkwalifika għal kontabilità hedge skont dan l-Istandard (kif emendat bl-aħħar sentenza tal-paragrafu 80). Tali entità tista' tuża dik il-klassifikazzjoni sabiex tapplika kontabilità hedge f'rapporti finanzjarji konsolidati mill-bidu tal-perijodu annwali li jibda fl-ewwel ta' Jannar 2005 jew wara (jew il-bidu tal-perijodu komparattiv aktar bikri). Tali entità għandha tapplika l-paragrafi AG99A u AG99B mill-bidu tal-perijodu annwali li jibda fl-ewwel ta' Jannar 2005 jew wara. Madankollu, skont il-paragrafu 108B, mhux bilfors tapplika l-paragrafu AG99B għal informazzjoni komparattiva għal perijodi preċedenti.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 40

Proprjetà għall-Investiment

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament fil-kontijiet għall-proprjetà għall-investiment u rekwiżiti ta' żvelar relatati.

AMBITU

2 Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għar-rikonoxximent, il-kejl u żvelar ta' proprjetà għall-Investiment.

3 Fost affariiet oħra, dan l-Istandard japplika għall-kejl fir-rapporti finanzjarji ta' kerrej ta' interessi fi proprjetà għall-investiment miżmuma taħt kuntratt ta' kiri li jitniżżlu fil-kontijiet bħala kiri finanzjarju u għall-kejl fir-rapporti finanzjarji tas-sid ta' proprjetà għall-investiment mogħtija lil kerrej taħt kiri operattiv. Dan l-Istandard ma jindirizzax suġġetti koperti f'IAS 17 Kuntratti ta' Kiri, inkluż:

(a) il-klassifikazzjoni ta' kirjiet bħala kirjiet finanzjarji jew kirjiet operattivi;

(b) ir-rikonoxximent ta' introjtu minn kuntratt ta' kiri minn proprjetà għall-investiment (ara wkoll l-IAS 18 Dħul);

(ċ) kejl fir-rapporti finanzjarji ta' kerrej ta' interessi fi proprjetà miżmuma taħt kuntratt ta' kiri li titniżżel fil-kontijiet bħala kiri operattiv;

(d) kejl fir-rapporti finanzjarji tas-sid tal-investiment nett tiegħu f'kiri finanzjarju;

(e) kontabilità għal tranżazzjonijiet ta' bejgħ b'kiri lura; u

(f) żvelar dwar kirjiet finanzjarji u kirjiet operattivi.

4 Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) assi bijoloġiċi relatati ma' attività agrikola (ara l-IAS 41 Agrikoltura); u

(b) drittijiet minerali u riżervi minerali bħal żejt, gass naturali u riżorsi simili li ma jiġġeddux.

DEFINIZZJONIJIET

5 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Ammont miżmum fil-kotba huwa l-ammont li bih assi jiġi rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

Kost hu l-ammont ta' flus kontanti jew ekwivalenti ta' flus mħallsa jew il-valur ġust ta' korrispettiv ieħor mogħti biex jiġi akkwistat assi fil-ħin tal-akkwiżizzjoni jew il-kostruzzjoni tiegħu jew fejn ikun applikabbli, l-ammont attribwit għal dak l-assi meta jiġi rikonoxxut fil-bidu b'konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta' xi IFRS ieħor, eż. l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq Ishma.

Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Proprjetà għall-Investiment hija proprjetà (art jew bini — jew parti minn bini — jew it-tnejn) miżmuma (mis-sid jew mill-kerrej taħt kiri finanzjarju) għall-qligħ tal-kera jew għall-apprezzament tal-kapital jew it-tnejn, minflok għal:

(a) l-użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta' oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi; jew

(b) bejgħ fl-andament normali tan-negozju.

Proprjetà okkupata mis-sid hi proprjetà miżmuma (mis-sid jew mill-kerrej taħt kiri finanzjarju) għall-użu fil-produzzjoni jew il-forniment ta' oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi.

6 Interess fi proprjetà li tkun miżmuma mill-kerrej taħt kiri operattiv tista' tiġi kklassifikata u titniżżel fil-kontijiet bħala proprjetà għall-investiment jekk, u biss jekk, kieku kellu jkun mod ieħor il-proprjetà taqa' taħt id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment u l-kerrej juża l-mudell tal-valur ġust li jinsab fil-paragrafi 33–55 għall-assi rikonoxxut. Din l-alternattiva ta' klassifikazzjoni hi disponibbli fuq il-merti individwali ta' kull proprjetà. Madanakollu, ġaladarba din l-alternattiva ta' klassifikazzjoni tintgħażel għal interess fi proprjetà waħda miżmuma taħt kiri operattiv, il-proprjetà kollha kklassifikata bħala proprjetà għall-investiment għandha titniżżel fil-kontijiet permezz tal-mudell tal-valur ġust. Meta tintgħażel din l-alternattiva ta' klassifikazzjoni, kull interess ikklassifikat b'dan il-mod huwa inkluż fl-iżvelar meħtieġ mill-paragrafi 74–78.

7 Il-proprjetà għall-investiment tinżamm sabiex wieħed jdaħħal il-kera jew għall-apprezzament tal-kapital jew għat-tnejn. Għalhekk, proprjetà għall-investiment tiġġenera flussi tal-flus fil-biċċa l-kbira b'mod indipendenti mill-assi l-oħrajn miżmuma minn entità. Dan jiddistingwi l-proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid. Il-produzzjoni jew forniment ta' oġġetti jew servizzi (jew l-użu ta' proprjetà għal skopijiet amministrattivi) jiġġeneraw flussi tal-flus li huma attribwibbli mhux biss għall-proprjetà, iżda wkoll għal assi użati fil-proċess tal-produzzjoni jew tal-forniment. l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir japplika għal proprjetà okkupata mis-sid.

8 Dawn li ġejjin huma eżempji ta' proprjetà għall-investiment:

(a) art miżmuma għal apprezzament tal-kapital fuq medda twila ta' żmien aktar milli għal bejgħ fi żmien fil-qrib bħala att normali ta' negozju.

(b) art miżmuma għall-użu fil-futur li għadu ma ġiex stabbilit. (Jekk entità ma tkunx stabbiliet li ser tuża l-art bħala proprjetà okkupata mis-sid jew għal bejgħ fi żmien fil-qrib bħala att normali ta' negozju, l-art titqies li qed tinżamm għall-apprezzament tal-kapital).

(ċ) bini li jkun proprjetà tal-entità (jew miżmum mill-entità taħt kiri finanzjarju) u mikri taħt kuntratt jew kirjiet operattivi.

(d) bini li jkun vojt izda li jinżamm biex jinkera taħt kuntratt wieħed jew aktar ta' kiri operattiv.

▼M8

(e) proprjetà li qed tinbena jew tkun żviluppat għall-użu futur bħala proprjetà tal-investiment.

▼B

9 Dawn li ġejjin huma eżempji ta' elementi li m'humiex proprjetà għall-investiment u li għalhekk ma jaqgħux fl-ambitu dan l-Istandard:

(a) proprjetà maħsuba għall-bejgħ bħala att normali tan-negozju jew fil-proċess ta' kostruzzjoni jew żvilupp għal dan il-bejgħ (ara l-IAS 2 Inventarji), pereżempju, proprjetà akkwistata esklussivament bil-għan li jsir trasferiment sussegwenti fil-futur qarib jew għall-iżvilupp u bejgħ.

(b) proprjetà li tkun qed tinbena jew tiġi żviluppata f'isem partijiet terzi (ara l-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni).

(ċ) proprjetà okkupata mis-sid (ara l-IAS 16), inkluża (fost l-oħrajn) proprjetà miżmuma għall-użu fil-futur bħala proprjetà okkupata mis-sid, proprjetà miżmuma għal żvilupp fil-futur u użu sussegwenti bħala proprjetà okkupata mis-sid, proprjetà okkupata minn impjegati (kemm jekk l-impjegati jħallsu kera bir-rati tas-suq kemm jekk le) u proprjetà okkupata mis-sid waqt li tkun qed tistenna li jsir trasferiment minnha.

▼M8 —————

▼B

(e) proprjetà li tkun mikrija lil entità oħra taħt kiri finanzjarju.

10 Xi proprjetajiet jinkludu porzjon li jinżamm għall-qligħ tal-kera jew għall-apprezzament tal-kapital u porzjon ieħor li jinżamm għall-użu fil-produzzjoni jew provvista ta' merkanzija jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi. Jekk dawn il-porzjonijiet jistgħu jinbiegħu separatament (jew jinkrew separatament taħt kiri finanzjarju), l-entità għandha tniżżel dawn il-porzjonijiet fil-kontijiet tagħha separatament. Jekk il-porzjonijiet ma jistgħux jinbiegħu separatament, il-proprjetà hi proprjetà għall-investiment biss jekk porzjon mhux sinifikanti jinżamm għall-użu fil-produzzjoni jew forniment ta' oġġetti jew servizzi jew għal skopijiet amministrattivi.

11 F'xi każijiet, entità tipprovdi servizzi anċillari lill-okkupanti ta' proprjetà li tkun iżżomm. Entità tikkunsidra proprjetà bħala proprjetà għall-investiment jekk is-servizzi ma jkunux sinifikanti ħdejn l-arranġament fit-totalità tiegħu. Eżempju huwa meta s-sid ta' bini ta' uffiċċju jipprovdi servizzi ta' sigurtà u manutenzjoni lill-kerrejja li jokkupaw il-bini.

12 F'każijiet oħrajn, is-servizzi pprovduti huma sinifikanti. Pereżempju, jekk entità jkollha proprjetà u tkun tmexxi lukanda, is-servizzi pprovduti lill-klijenti huma sinifikanti għall-arranġament fit-totalità tiegħu. Għaldaqstant, lukanda mmexxija minn sidha hi proprjetà okkupata mis-sid, u mhux proprjetà għall-investiment.

13 Jista' jkun diffiċli li wieħed jistabbilixxi jekk servizzi anċillari humiex tant sinifikanti li proprjetà ma tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment. Pereżempju, is-sid ta' lukanda xi kultant jittrasferixxi xi responsabbiltajiet lil partijiet terzi taħt kuntratt ta' maniġment. Il-kundizzjonijiet ta' dawn il-kuntratti jvarjaw ħafna. Fuq naħa waħda tal-ispettrum, il-pożizzjoni tas-sid tista' tkun, fis-sustanza, dik ta' investitur passiv. Fuq in-naħa l-oħra tal-ispektrum, is-sid jista' jkun sempliċiment ta kuntratt lil ħaddieħor għal funzjonijiet ta' kuljum waqt li jkun żamm esponiment sinifikanti għall-varjazzjoni fil-flussi tal-flus ġġenerati mill-operazzjonijiet tal-lukanda.

14 Huwa meħtieġ ġudizzju għaqli biex jiġi ddeterminat jekk proprjetà tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment. Entità tiżviluppa kriterji sabiex tkun tista' teżerċita dak il-ġudizzju għaqli b'mod konsistenti u skont id-definizzjoni ta' proprjetà għall-investiment u bid-direzzjoni relatata fil-paragrafi 7–13. Il-paragrafu 75(c) jeħtieġ li entità tiżvela dawn il-kriterji meta l-klassifikazzjoni tkun diffiċli.

15 F'xi każijiet, entità jkollha proprjetà li tkun mikrija lil, u okkupata minn, kumpanija ewlenija tagħha jew minn sussidjarja oħra. Il-proprjetà ma tikkwalifikax bħala proprjetà għall-investiment fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati, minħabba li l-proprjetà hi okkupata mis-sid mill-perspettiva tal-grupp. Madanakollu, mill-perspettiva tal-entità li tkun is-sid, il-proprjetà hi proprjetà għall-investiment jekk tissodisfa d-definizzjoni fil-paragrafu 5. Għaldaqstant, is-sid jittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment fir-rapporti finanzjarji individwali tiegħu.

RIKONOXXIMENT

16 Proprjetà għall-investiment għandha tiġi rikonoxxuta bħala assi meta, u biss meta:

(a) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma assoċjati mal-proprjetà għall-investiment ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b) il-kost tal-proprjetà għall-investiment jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

17 Entità tevalwa taħt dan il-prinċipju ta' rikonoxximent tal-kosti kollha tal-proprjetà għall-investiment tagħha fil-ħin meta jintefqu. Dawn il-kosti jinkludu kosti li jintefqu inizjalment sabiex tiġi akkwistata proprjetà għall-investiment u kosti li jintefqu sussegwentement sabiex issir żjieda ma', jew tiġi mibdula parti minn, jew issir manutenzjoni fi proprjetà.

18 Taħt il-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 16, entità ma tirrikonoxxix fl-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà għall-investiment, il-kosti tal-manutenzjoni ta' kuljum ta' din il-proprjetà. Minflok, dawn il-kosti huma rikonoxxuti bħala profitt jew telf. Il-kosti tal-manutenzjoni ta' kuljum huma primarjament il-kost ta' xogħol u oġġetti konsumibbli, u jistgħu jinkludu l-kost ta' partijiet minuri. L-iskop ta' dan l-infiq huwa spiss deskritt bħala għal “tiswijiet u manutenzjoni” tal-proprjetà.

19 Partijiet minn proprjetajiet għall-investiment setgħu ġew akkwistati permezz ta' sostituzzjoni. Pereżempju, il-ħitan ta' ġewwa jistgħu jkunu sostituzzjoni ta' ħitan oriġinali. Taħt il-prinċipju ta' rikonoxximent, entità tirrikonoxxi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà għall-investiment, il-kost tas-sostituzzjoni ta' parti minn proprjetà għall-investiment eżistenti fil-ħin meta jsir il-kost jekk il-kriterji ta' rikonoxximent jiġu ssodisfati. L-ammont miżmum fil-kotba ta' dawn il-partijiet li huma sostitwiti jiġu rtirati mir-rikonoxximent skont id-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' dan l-Istandard.

KEJL MAR-RIKONOXXIMENT

20 Proprjetà għall-Investiment għandha tiġi mkejla inizjalment bil-kost tagħha. Kosti tat-tranżazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kejl inizjali.

21 Il-kost ta' proprjetà għall-investiment mixtrija tinkludi l-prezz tax-xiri tagħha u kull infiq direttament attribwibbli. Infiq direttament attribwibbli jinkludi, pereżempju, drittijiet professjonali għal servizzi legali, taxxi fuq id-disponiment ta' proprjetà u kosti oħrajn tat-tranżazzjoni.

▼M8 —————

▼B

23 Il-kost ta' proprjetà għall-investiment ma tkunx miżjuda bi:

(a) kosti tal-bidu, eċċ (ħlief jekk ikunu neċessarju sabiex il-proprjetà tinġieb għall-kundizzjoni neċessarja sabiex tkun tista' topera bil-mod intenzjonat mill-maniġment),

(b) telf mill-operat li jseħħ qabel mal-proprjetà għall-investiment tikseb il-livell ippjanat ta' okkupanza, jew

(ċ) ammonti mhux normali ta' materjal, xogħol jew riżorsi oħrajn moħlija fil-kostruzzjoni jew l-iżvilupp tal-proprjetà.

24 Jekk il-ħlas għal proprjetà għall-investiment jiġi differit, il-kost tagħha jkun l-ekwivalenti fil-prezz fi flus kontanti. Id-differenza bejn dan l-ammont u l-pagamenti totali huwa rikonoxxut bħala spiża ta' interessi matul il-perijodu tal-kreditu.

25 Il-kost inizjali ta' interess fi proprjetà miżmuma taħt kirja u kklassifikata bħala proprjetà għall-investiment għandha tkun kif preskritt għal kiri finanzjarju mill-paragrafu 20 tal-IAS 17, i.e. l-assi għandu jiġi rikonoxxut bil-valur ġust tal-proprjetà u l-valur preżenti tal-ħlas minimu tal-kuntratt ta' kiri, skont liem ikun l-inqas. Ammont ekwivalenti għandu jkun rikonoxxut bħala obbligazzjoni skont l-istess paragrafu.

26 Kull primjum imħallas għal kuntratt ta' kiri jiġi ttrattat bħala parti mill-ħlas minimu tal-kuntratt ta' kiri għal dan l-iskop, u huwa għalhekk inkluż fil-kost tal-assi, iżda huwa eskluż mill-obbligazzjoni. Jekk interess fil-proprjetà miżmuma taħt kuntratt ta' kiri jiġi kklassifikat bħala proprjetà għall-investiment, l-element li jitniżżel fil-kontijiet bil-valur ġust hu dak l-interess u mhux il-proprjetà prinċipali. ►M33  Il-gwida għall-kejl tal-valur ġust ta’ interess fil-proprjetà tkun stabilita għall-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–52 u fl-IFRS 13. Dik il-gwida tkun rilevanti wkoll għall-kejl tal-valur ġust meta dak il-valur jintuża bħala kost għall-finijiet tar-rikonoxximent inizjali. ◄

27 Proprjetà waħda jew iżjed għall-investiment tista' tiġi akkwistata bi skambju ma' assi jew assi mhux monetarji, jew taħlita ta' assi monetarji u mhux monetarji. Id-diskussjoni li ġejja tirreferi għall-iskambju ta' assi mhux monetarju ma' ieħor, iżda tapplika wkoll għall-iskambji kollha deskritti fis-sentenza preċedenti. Il-kost ta' din il-proprjetà għall-investiment tiġi mkejla bil-valur ġust ħlief jekk (a) it-tranżazzjoni ta' skambju ma jkollhiex sustanza kummerċjali jew (b) la l-valur ġust tal-assi rċevut u lanqas ta' dak mogħti ma jkun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli. L-assi akkwistat jitkejjel b'dan il-mod anke jekk entità ma tistax ma tirrikonoxxix immedjatament l-assi mogħti. Jekk l-assi akkwistat ma jitkejjilx skont il-valur ġust, il-kost tiegħu jitkejjel bl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi mogħti.

28 Entità tistabbilixxi jekk tranżazzjoni ta' skambju għandhiex sustanza kummerċjali billi tikkunsidra kemm il-flussi ta' flus futuri tagħha huma mistennija li jinbidlu minħabba t-tranżazzjoni. Tranżazzjoni ta' skambju għandha sustanza kummerċjali jekk:

(a) il-konfigurazzjoni (riskju, żmien u ammont) tal-flussi tal-flus tal-assi rċevut tkun tiddiferixxi mill-konfigurazzjoni tal-flussi tal-flus tal-assi ttrasferit, jew

(b) il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mill-bidliet fit-tranżazzjoni jinbidel minħabba l-iskambju, u

(ċ) id-differenza f'(a) jew (b) tkun sinifikanti meta mqabbla mal-valur ġust tal-assi skambjati.

Għall-finijiet biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni ta' skambju jkollhiex sustanza kummerċjali, il-valur speċifiku għall-entità tal-porzjon tal-operazzjonijiet tal-entità affettwati mit-tranżazzjoni għandu jirrifletti l-flussi ta' flus wara t-taxxa. Ir-riżultat ta' dawn l-analiżi jista' jkun ċar mingħajr ma entità jkollha twettaq kalkoli dettaljati.

▼M33

29 Il-valur ġust ta’ assi jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati raġonevolment u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista' tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust kemm tal-assi riċevut kif ukoll tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti.

▼B

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

Politika tal-kontabilità

30 Bl-eċċezzjonijiet innotati fil-paragrafi 32A u 34, kull entità għandha tagħżel bħala l-politika ta' kontabilità tagħha jew il-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–55 jew il-mudell tal-kost fil-paragrafu 56 u għandha tapplika dik il-politika għal proprjetà tal-investiment kollu tagħha.

▼M8

31 L-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji jiddikjara li bidla voluntarja fil-politika tal-kontabilità għandha ssir biss jekk il-bidla tirriżulta bir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni kredibbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, il-prestazzjoni finanzjarja jew il-fluss tal-flus. Ma tantx huwa probabbli li bidla mill-mudell tal-valur ġust għall-mudell tal-kost se twassal għal preżentazzjoni aktar rilevanti.

▼M33

32 Dan l-Istandard jeżiġi li l-entitajiet kollha jkejlu l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment, għall-fini kemm tal-kejl (jekk l-entità tuża l-mudell tal-valur ġust) jew tad-divulgazzjoni (jekk tuża l-mudell tal-kost). Entità hija mħeġġa, iżda mhux meħtieġa, li tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment fuq il-bażi ta’ valwazzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu kwalifika professjonali rikonoxxuta u rilevanti u jkollu esperjenza reċenti fil-post u l-kategorija tal-proprjetà għall-investiment li tkun qiegħda tiġi valwata.

▼B

32A Entità tista':

(a) tagħżel jew il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost għall-obbligi appoġġati b'investimenti ta' proprjetà kollha li jħallsu redditu marbut direttament mal-valur ġust ta', jew redditu minn, assi speċifiċi li jinkludu dak l-investiment ta' proprjetà; u

(b) tagħżel jew il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost għal kull proprjetà għall-investiment ieħor, minkejja l-għażla magħmula f'(a).

32B Xi assiguraturi u entitajiet oħrajn joperaw fond ta' proprjetà intern li joħroġ unitajiet spekulattivi, b'xi unitajiet miżmuma minn investituri f'kuntratti marbuta u oħrajn miżmuma mill-entità. Il-paragrafu 32A ma jippermettiex lil entità tkejjel il-proprjetà miżmuma mill-fond bi frazzjoni skont il-kost u bi frazzjoni b'valur ġust.

32Ċ Jekk entità tagħżel mudelli differenti għaż-żewġ kategoriji deskritti fil-paragrafu 32A, bejgħ ta' proprjetà għall-investiment bejn gruppi ta' assi mkejla b'mudelli differenti għandhom jiġu rikonoxxuti fil-valur ġust u l-bidla kumulattiva fil-valur ġust għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf. Għalhekk, jekk investiment ta' proprjetà hu mibjugħ minn grupp li fih il-mudell ta' valur ġust hu użat fi grupp fejn il-mudell tal-kost qed jintuża, il-valur ġust tal-proprjetà fid-data tal-bejgħ hu meqjus bħala kost.

Mudell tal-valur ġust

33 Wara rikonoxximent inizjali, entità li tagħżel il-mudell tal-valur ġust għandha tkejjel il-proprjetà għall-investiment kollha tagħha skont il-valur ġust, ħlief fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 53.

34 Meta interess fi proprjetà miżmuma minn kerrej taħt kiri operattiv tiġi kklassifikata bħala proprjetà għall-investiment taħt il-paragrafu 6, il-paragrafu 30 ma jkunx elettiv; il-mudell tal-valur ġust għandu jiġi applikat.

35 Qligħ jew telf li jirriżulta minn bidla fil-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf għall-perijodu meta jseħħ.

▼M33 —————

▼M33

40 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment f’konformità mal-IFRS 13, entità għandha tiżgura li l-valur ġust jirrifletti, fost affarijiet oħrajn, introjtu mill-kiri minn kuntratti ta’ kera kurrenti u suppożizzjonijiet oħrajn li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-proprjetà għall-investiment taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

▼B

41 Il-paragrafu 25 jispeċifika l-bażi għar-rikonoxximent inizjali tal-kost ta' interess fi proprjetà mikrija. Il-paragrafu 33 jeħtieġ li l-interess fil-proprjetà mikrija jiġi mkejjel mill-ġdid, jekk meħtieġ, skont il-valur ġust. F'kuntratt ta' kiri nnegozjat bir-rati tas-suq, il-valur ġust ta' interess fi proprjetà mikrija fil-ħin tal-akkwist, nett minn kull ħlasijiet mistennija tal-kiri (inklużi dawk relatati mal-obbligazzjonijiet rikonoxxuti), għandhom ikunu żero. Dan il-valur ġust ma jinbidilx minkejja jekk, għall-iskopijiet ta' kontabilità, assi jew obbligu mikri jkunu rikonoxxuti bil-valur ġust jew bil-valur preżenti ta' ħlas minimu tal-kuntratt ta' kiri, skont il-paragrafu 20 tal-IAS 17. B' hekk, il-kejl mill-ġdid ta' assi mikri mill-kost skont il-paragrafu 25 għall-valur ġust skont il-paragrafu 33 m'għandux jagħti lok għal xi qligħ jew telf inizjali, ħlief jekk il-valur ġust jiġi mkejjel f'ħinijiet differenti. Dan jista' jseħħ meta l-għażla li jiġi applikat il-mudell tal-valur ġust issir wara r-rikonoxximent inizjali.

▼M33 —————

▼M33

48 F’każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwiżixxi għall-ewwel darba proprjetà għall-investiment (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-varjabilità fil-medda tal-kejl raġonevoli tal-valur ġust tkun tant kbira, u l-probabilitajiet tad-diversi eżiti tant diffiċli li jkun ivvalutat, li l-utilità ta’ kejl wieħed ta’ valur ġust tkun miċħuda. Dan jista’ jindika li l-valur ġust tal-propjetà ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli (ara l-paragrafu 53).

50 Fl-istabbiliment tal-ammont miżmum tal-proprjetà tal-investiment taħt il-mudell tal-valur ġust, entità ma tgħoddx assi jew obbligazzjonijiet doppju li huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet separati. Per eżempju:

(a) tagħmir bħal liftijiet jew kundizzjonament tal-arja huwa spiss parti integrali minn bini u huwa ġeneralment inkluż fil-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment, minflok ma jkun rikonoxxut separatament bħala proprjetà, impjant u tagħmir.

(b) jekk uffiċċju jinkera attrezzat, il-valur ġust tal-uffiċċju ġeneralment jinkludi l-valur ġust tal-għamara, minħabba li l-introjtu ta' kera huwa relatat mal-uffiċċju attrezzat. Meta l-għamara tiġi inkluża fil-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment, l-entità ma tirrikonoxxix dik l-għamara bħala assi separat.

(ċ) il-valur ġust ta' proprjetà għall-investiment jeskludi introjtu minn kiri operattiv imħallas minn qabel jew akkumulat, għaliex l-entità tirrikonoxxih bħala obbligazzjoni jew assi separat.

▼M8

(d) il-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment miżmuma taħt kuntratt tal-kiri jirrifletti l-flussi mistennija tal-flus (inkluża l-renta li tista’ tinqala li mistennija ssir pagabbli). Għalhekk, jekk valutazzjoni miksuba għal proprjetà hija netta mill-pagamenti kollha mistennija li jsiru, hemm bżonn li kull obbligazzjoni rikonoxxuta tal-kuntratt tal-kiri tingħadd lura, biex jasal għall-ammont miżmum tal-proprjetà tal-investiment bl-użu tal-mudell tal-valur ġust.

▼M33 —————

▼B

52 F'xi każijiet, entità tistenna li l-valur preżenti tal-ħlasijiet tagħha relatati ma' proprjetà għall-investiment (minbarra ħlasijiet relatati ma' obbligazzjonijiet rikonoxxuti) ser jaqbżu l-valur preżenti tal-irċevuti ta' flus kontanti relatati. Entità tapplika l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti sabiex tistabbilixxi jekk għandhiex tirrikonoxxi obbligazzjoni u, jekk iva, kif għandha tkejjilha.

▼M33

In-nuqqas ta’ abilità li jitkejjel il-valur ġust b’mod affidabbli

53  Ikun hemm preżunzjoni konfutabbli li entità tkun tista' tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwista għall-ewwel darba proprjetà għall-investiment (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli. Dan iseħħ meta, u biss meta, is-suq għal proprjetajiet komparabbli ma jkunx attiv (eż. ikun hemm ftit tranżazzjonijiet reċenti, il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ma jkunux kurrenti jew il-prezzijiet osservati tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-bejjiegħ kien imġiegħel ibiegħ) u kejl affidabbli alternattiv tal-valur ġust (pereżempju, ibbażat fuq tbassir ta’ flussi ta’ flus skontati) ma jkunx disponibbli. Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli iżda tistenna li l-valur ġust tal-proprjetà jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli meta l-bini jitlesta, din għandha tkejjel il-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni skont il-kost sakemm jew il-valur ġust tagħha jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jew jitlesta l-bini tagħha (skont liema waħda tiġi l-ewwel). Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment (li ma tkunx proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni) ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli, l-entità għandha tkejjel dik il-proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16. Il-valur residwu tal-proprjetà għall-investiment għandu jitqies żero. L-entità għandha tapplika l-IAS 16 sad-disponiment tal-proprjetà għall-investiment.

▼M8

53A Hekk kif l-entità ssir kapaċi tkejjel b’mod kredibbli l-valur ġust ta’ proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni li qabel kienet titkejjel bil-kost, għandha tkejjel dik il-proprjetà bil-valur ġust tagħha. Hekk kif titlesta l-kostruzzjoni ta’ dik il-proprjetà, jitqies li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod kredibbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, skont il-paragrafu 53, il-proprjetà tkun ittrattata bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16.

53B Il-preżunzjoni li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni jista’ jitkejjel b’mod kredibbli jista’ jkun ikkonfutat biss fir-rikonoxximent inizjali. ►M33  Entità li tkun kejlet oġġett ta’ proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni skont il-valur ġust ma tistax tikkonkludi li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment kompluta ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli. ◄

54 F’każijiet eċċezzjonali, meta entità hija sfurzata, minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-paragrafu 53, li tkejjel proprjetà tal-investiment bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16, għandha tkejjel bil-valur ġust il-proprjetajiet tal-investiment l-oħra kollha tagħha, inkluża l-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni. F’dawn il-każijiet, għalkemm entità tista’ tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà waħda tal-investiment, l-entità għandha tkompli titratta l-mudell tal-valur ġust għal kull proprjetà li baqagħlha.

▼B

55 Jekk entità tkun preċedentement kejlet proprjetà għall-investiment skont il-valur ġust, hi għandha tkompli tkejjel il-proprjetà skont il-valur ġust sad-disponiment (jew sakemm il-proprjetà ssir proprjetà okkupata mis-sid jew l-entità tibda tiżviluppa l-proprjetà għal bejgħ sussegwenti matul negozju ordinarju) anki jekk tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli jsiru inqas spissi jew il-prezzijiet tas-suq isiru inqas faċilment disponbbli.

Mudell tal-kost

56 Wara r-rikonoxximent inizjali, entità li tagħżel il-mudell tal-kost għandha tkejjel il-proprjetajiet tal-investiment kollha tagħha b'konformità mar-rekwiżiti tal-IAS 16 għal dak il-mudell minbarra dawk li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew li jkunu inklużi fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx. Proprjetajiet għall-investiment li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew li jkunu inklużi fi grupp tad-disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) għandhom jiġu mkejla b'konformità mal-IFRS 5.

TRASFERIMENTI

57 Trasferimenti minn, jew għal, proprjetà tal-investiment għandhom isiru meta, u biss meta, hemm bidla fl-użu, b’evidenza ta’:

(a) il-bidu ta' okkupazzjoni mis-sid, għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment għal proprjetà okkupata mis-sid;

(b) il-bidu ta' żvilupp bl-iskop ta' bejgħ, għal trasferiment min proprjetà għall-investiment għal inventarji;

▼M8

(ċ) it-tmiem tal-okkupazzjoni tas-sid, għal trasferiment minn proprjetà okkupata mis-sid għal proprjetà tal-investiment; jew

(d) il-bidu ta’ kiri operattiv għal parti oħra, għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà tal-investiment.

▼M8 —————

▼B

58 Il-paragrafu 57(b) jeħtieġ li entità tittrasferixxi proprjetà minn proprjetà għall-investiment għal inventarji meta, u biss meta, ikun hemm bidla fl-użu, li jkun jirriżulta mill-bidu ta' żvilupp bl-iskop ta' bejgħ. Meta entità tiddeċiedi li tittrasferixxi proprjetà għall-investiment mingħajr żvilupp, hi tkompli tittratta l-proprjetà bħala proprjetà għall-investiment sakemm isir l-irtirar tar-rikonoxximent (eliminata mill-karta tal-bilanc) u ma tittrattahiex bħala inventarju. B'mod simili, jekk entità tibda tiżviluppa proprjetà eżistenti għall-investiment għall-użu kontinwu fil-futur bħala proprjetà għall-investiment, il-proprjetà tibqa' proprjetà għall-investiment u ma terġax tiġi kklassifikata bħala proprjetà okkupata mis-sid matul l-iżvilupp mill-ġdid.

59 Il-paragrafi 60–65 japplikaw għall-kwistjonijiet ta' rikonoxximent u kejl li jinqalgħu meta entità tuża l-mudell tal-valur ġust għal proprjetà għall-investiment. Meta entità tuża l-mudell tal-kost, it-trasferimenti bejn proprjetà għall-investiment, il-proprjetà okkupata mis-sid u l-inventarji ma jbiddlux l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà ttrasferita u ma jbiddlux il-kost ta' dik il-proprjetà għal skopijiet ta' kejl jew żvelar.

60 Għal trasferiment minn proprjetà għall-investiment miżmum fil-kotba skont il-valur ġust għal proprjetà okkupata mis-sid jew inventarji, il-kost preżunt tal-proprjetà għall-kontabilità sussegwenti skont l-IAS 16 jew l-IAS 2 għandu jkun il-valur ġust tagħha fid-data tal-bidla fl-użu.

61 Jekk proprjetà okkupata mis-sid issir proprjetà għall-investiment li tkun ser tiġi miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, l-entità għandha tapplika l-IAS 16 sad-data tal-bidla fl-użu. L-entità għandha tittratta kull differenza fid-data bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà skont l-IAS 16 u l-valur ġust tagħha bl-istess mod bħal rivalutazzjoni skont l-IAS 16.

62 Sad-data meta proprjetà okkupata mis-sid ssir proprjetà għall-investiment miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, l-entità tagħmel deprezzament tal-proprjetà u tirrikonoxxi kull telf ta' indeboliment li jkun seħħ. L-entità għandha tittratta kull differenza fid-data bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà skont l-IAS 16 u l-valur ġust tagħha bl-istess mod bħal rivalutazzjoni skont l-IAS 16. Fi kliem ieħor:

▼M5

(a) kull tnaqqis li jirriżulta fl-ammont tal-proprjetà miżmum fil-kotba hu rikonoxxut bħala profitt jew telf. Madankollu, sal-punt li ammont hu inkluż fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni għal dik il-proprjetà, it-tnaqqis hu rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv u jnaqqas il-bilanċ favorevoli tar-rivalutazzjoni fl-ekwità;

▼B

(b) kull tnaqqis li jirriżulta fl-ammont miżmum fil-kotba jiġi ttrattat b'konformità skont kif ġej:

(i) sakemm it-tnaqqis jaqleb telf ta' indeboliment preċedenti għal dik il-proprjetà, iż-żjieda tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf. L-ammont rikonoxxut fi profitt jew telf ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ sabiex jinkiteb mill-ġdid l-ammont miżmum fil-kotba għall-ammont miżmum fil-kotba li kieku kien jiġi stabbilit (nett mid-deprezzament) li kieku ebda telf ta' indeboliment ma kien ġie rikonoxxut.

(ii) kwalunkwe parti taż-żieda li jibqa’ hi rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u żżid il-bilanċ fuq rivalutazzjoni li hemm fl-ekwità. ◄ Mad-disponiment sussegwenti tal-proprjetà għall-investiment, il-bilanċ fuq rivalutazzjoni inkluża f'ekwità tista' tiġi ttrasferita għal qligħ imfaddal. id-disponiment minn bilanċ fuq rivalutazzjoni għal qligħ imfaddal ma jsirx permezz ta' profitt jew telf.

63 Għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà għall-investiment li tkun ser tiġi miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, kull differenza bejn il-valur ġust tal-proprjetà f'dik id-data u l-ammont miżmum fil-kotba preċedenti għandha tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf.

64 It-trattament ta' trasferimenti minn inventarji ta' proprjetà għall-investiment li jkunu ser jiġu miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust hu konsistenti mat-trattament ta' bejgħ ta' inventarji.

65 Meta entità tlesti l-kostruzzjoni jew l-iżvilupp ta' proprjetà għall-investiment li tkun bniet hi stess li tkun ser tiġi miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust, kull differenza bejn il-valur ġust tal-proprjetà f'dik id-data u l-ammont miżmum fil-kotba preċedenti għandha tiġi rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf.

DISPONIMENTI

66 Proprjetà għall-investiment għandha tiġi rtirata mir-rikonoxximent (eliminata mill-karta tal-bilanc) mad-disponiment jew meta l-proprjetà għall-investiment tiġi rtirata b'mod permanenti mill-użu u ebda benefiċċji ekonomiċi futuri ma jkunu mistennija mid-disponiment tagħha.

67 Id-disponiment ta' proprjetà għall-investiment jista' jinkiseb bil-bejgħ jew billi jiġi konkluż kiri finanzjarju. Sabiex tiġi stabbilita d-data tad-disponiment għal proprjetà għall-investiment, entità tapplika l-kriterji f'IAS 18 għar-rikonoxximent tad-dħul mill-bejgħ ta' oġġetti u tikkunsidra d-direzzjonijiet relatati fl-Appendiċi tal-IAS 18. l-IAS 17 japplika għad-disponiment li jkun sar bil-konklużjoni ta' kuntratt ta' kiri finanzjarju u għal bejgħ b'kiri lura.

68 Jekk, skont il-prinċipju tar-rikonoxximent fil-paragrafu 16, entità tirrikonoxxi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi l-kost tas-sostituzzjoni ta' parti ta' proprjetà għall-investiment, hi għandha tirtira r-rikonoxximent tal-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita. Għal proprjetà għall-investiment li titniżżel fil-kontijiet permezz tal-mudell tal-kost, parti sostitwita ma tistax tkun parti li tkun ġiet iddeprezzata separatament. Jekk ma jkunx prattikabbli għal entità li tistabbilixxi l-ammont miżmum fil-kotba tal-parti sostitwita, hi tista' tuża l-kost tas-sostituzzjoni bħala indikazzjoni ta' x'kienet il-kost tal-parti sostitwita fil-ħin meta ġiet din akkwistata jew mibnija. Skont il-mudell tal-valur ġust, il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment tista' tirrifletti li dik il-parti li tkun trid tiġi sostitwita diġà tilfet il-valur tagħha. F'każijiet oħrajn, jista' jkun diffiċli biex wieħed jevalwa kemm il-valur ġust għandu jiġi mnaqqas għall-parti li tkun qed tiġi sostitwita. Alternattiva għat-tnaqqis tal-valur ġust tal-parti sostitwita, meta ma jkunx prattiku li dan isir, huwa li jiġi inkluż il-kost tas-sostituzzjoni fl-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u li mbagħad jerġa' jiġi evalwat il-valur ġust, kif ikun meħtieġ għal żjidiet li ma jinvolvux sostituzzjoni.

69 Qligħ jew telf li jirriżultaw mill-irtirar jew id-disponiment ta' proprjetà għall-investiment għandu jiġi stabbilit bħala d-differenza bejn l-ammont nett rikavat minn disponiment u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf (ħlief jekk l-IAS 17 ikun jeħtieġ mod ieħor fuq bejgħ b'kiri lura) fil-perijodu tal-irtirar jew disponiment.

70 Il-korrispettiv riċevibbli mad-disponiment ta' proprjetà għall-investiment hi rikonoxxuta inizjalment bil-valur ġust. B'mod partikulari, jekk il-ħlas għal proprjetà għall-investiment jiġi differit, il-korrispettiv rċevut jiġi rikonoxxut inizjalment bl-ekwivalenti fil-prezz fi flus kontanti. Id-differenza bejn l-ammont nominali tal-konsiderazzjoni u l-prezz fi flus kontanti ekwivalenti hi rikonoxxuta bħala dħul ta' interessi skont l-IAS 18 permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv.

71 Entità tapplika l-IAS 37 jew Standards oħajn, skont kif hu adattat, għal kull obbligazzjoni li hi żżomm wara d-disponiment ta' proprjetà għall-investiment.

72 Kumpens minn partijiet terzi għal proprjetà għall-investiment li ġiet indebolita, mitlufa jew mogħtija għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf meta l-kumpens isir riċevibbli.

73 Indebolimenti jew telf ta' proprjetà għall-investiment, talbiet relatati għal jew ħlasijiet ta' kumpens minn partijiet terzi u kull xiri sussegwenti jew kostruzzjoni ta' assi ta' sostituzzjoni huma avvenimenti ekonomiċi separati u jitniżżlu fil-kontijiet separatament skont kif ġej:

(a) indebolimenti ta' proprjetà għall-investiment huma rikonoxxuti skont l-IAS 36;

(b) irtirar jew disponimenti ta' proprjetà għall-investiment huma rikonoxxuti skont il-paragrafi 66-71 ta' dan l-Istandard;

(ċ) kumpens minn partijiet terzi għal proprjetà għall-investiment li ġiet indebolita, mitlufa jew mogħtija għandu jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf meta l-kumpens isir riċevibbli; u

(d) il-kost ta' assi restawrati, mixtrija jew mibnija bħala sostituzzjonijiet tiġi stabbilita skont il-paragrafi 20–29 ta' dan l-Istandard.

ŻVELAR

Mudell tal-valur ġust u mudell tal-kost

74 L-iżvelar t'hawn isfel japplika flimkien ma' dawk f'IAS 17. Skont l-IAS 17, is-sid ta' proprjetà għall-investiment jipprovdi żvelar tas-sidien dwar kirjiet li jkun daħal għalihom. Entità li żżomm proprjetà għall-investiment taħt kiri finanzjarju jew kiri operattiv tipprovdi żvelar tal-kerrejja għal kirjiet finanzjarji u żvelar tas-sidien tal-kera għal kull kiri operattiv li tkun daħlet għalihom.

75 Entità għandha tiżvela:

(a) jekk tapplikax il-mudell tal-valur ġust jew il-mudell tal-kost.

(b) jekk tapplika l-mudell tal-valur ġust, jekk, u f'liema ċirkustanzi, l-interessi fi proprjetà miżmuma taħt kirjiet operattivi huma kklassifikati u jitniżżlu fil-kontijiet bħala proprjetà għall-investiment.

(ċ) meta l-klassifikazzjoni tkun diffilċli (ara l-paragrafu 14), il-kriterji li hi tuża biex tiddistingwi proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid u minn proprjetà miżmuma għal bejgħ bħala att ta' negozju normali.

▼M33 —————

▼B

(e) sa fejn il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment (kif imkejjel jew żvelat fir-rapporti finanzjarji) huwa bbażat fuq stima minn stimatur indipendenti li jkollu kwalifika professjonali rikonoxxuta u rilevanti u li jkollu esperjenza reċenti fil-post u kategorija tal-proprjetà għall-investiment li tkun qed tiġi stmata. Jekk ma kien hemm ebda stima ta' din ix-xorta, dan il-fatt għandu jiġi żvelat.

(f) l-ammonti rikonoxxuti fil-profitt jew fit-telf għal:

(i) introjtu ta' kera mill-proprjetà għall-investiment;

(ii) kosti diretti tal-operat (inclużi tiswijiet u manutenzjoni) li jirriżultaw mill-proprjetà għall-investiment li ġġenerat introjtu ta' kera matul il-perijodu; u

(iii) kosti diretti tal-operat (inklużi tiswijiet u manutenzjoni) li jirriżultaw mill-proprjetà għall-investiment li ma ġġeneratx introjtu ta' kera matul il-perijodu.

(iv) il-bidla kumulattiva fil-valur ġust rikonoxxut fi profitt jew telf fuq bejgħ ta' proprjetà għall-investiment minn grupp ta' assi li fih il-mudell ta' kost hu użat f'grupp fejn il-mudell tal-valur ġust hu użat (ara l-paragrafu 32C).

(g) l-eżistenza u ammonti ta' restrizzjonijiet fuq kemm tista' tiġi realizzata l-proprjetà għall-investiment jew il-pagament ta' introjtu u qligħ mid-disponiment.

(h) l-obbligi kuntrattwali li tinxtara, tinbena jew tiġi żviluppata proprjetà għall-investiment jew għal tiswijiet, manutenzjoni jew titjib.

Mudell tal-valur ġust

76 Minbarra l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 75, entità li tapplika l-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–55 għandha tiżvela t-tqabbil bejn l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-proprjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu, li turi dan li ġej:

(a) żjidiet, li jiżvelaw separatament dawk iż-żidiet li jirriżultaw minn akkwisti u dawk li jirriżultaw minn infiq sussegwenti rikonoxxut fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi;

(b) żjidiet li jirriżultaw minn akkwisti permezz ta' kombinamenti ta' negozji;

(ċ) assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 u trasferimenti oħrajn;

(d) qligħ jew telf netti minn aġġustamenti ta' valur ġust;

(e) id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji f'munita ta' preżentazzjoni differenti, u mill-qlib ta' operazzjoni barranija fil-munita ta' preżentazzjoni tal-entità li tirrapporta;

(f) trasferimenti minn u għal inventarji u proprjetà okkupata mis-sid; u

(g) bidliet oħrajn.

77 Meta stima miksuba għal proprjetà għall-investiment tiġi aġġustata b'mod sinifikanti għall-iskop tar-rapporti finanzjarji, pereżempju biex jiġi evitat l-għadd doppju ta' assi jew obbligazzjonijiet li huma rikonoxxuti bħala assi u obbligazzjonijiet separati kif deskritt fil-paragrafu 50, l-entità għandha tiżvela t-tqabbil bejn l-istima miksuba u l-istima aġġustata inkluża fir-rapporti finanzjarji, li turi b'mod separat l-ammont totali ta' kwalunkwe obbligi ta' kiri rikonoxxuta li tkunu żdiedet lura, u kull aġġustament ieħor sinifikanti.

78  Fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 53, meta entità tkejjel proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16, ir-rikonċiljazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 76 għandha tiddikjara ammonti relatati mal-proprjetà għall-investiment b’mod separat mill-ammonti relatati ma’ proprjetà għall-investiment oħra. Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga:

(a) deskrizzjoni tal-proprjetà għall-investiment;

▼M33

(b)  spjegazzjoni għaliex il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli;

▼B

(ċ) jekk possibbli, il-firxa ta' stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab; u

(d) mad-disponiment ta' proprjetà għall-investiment mhux miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust:

(i) il-fatt li l-entità ttrasferiet il-proprjetà għall-investiment mhux miżmuma fil-kotba skont il-valur ġust:

(ii) l-ammont miżmum fil-kotba ta' dik il-proprjetà għall-investiment fil-ħin tal-bejgħ; u

(iii) l-ammont ta' qligħ jew telf rikonoxxut.

Mudell tal-kost

79  Minbarra d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 75, entità li tapplika l-mudell tal-kost fil-paragrafu 56 għandha tiddivulga:

(a) il-metodi ta' deprezzament użati;

(b) iż-żminijiet ta' utilità jew ir-rati ta' deprezzament użati;

(ċ) l-ammont gross miżmum fil-kotba u d-deprezzament akkumulat (miżjud bit-telf ta' indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu;

(d) tqabbil tal-ammont miżmum fil-kotba ta' proprjetà għall-investiment fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu, li turi dan li ġej:

(i) żjidiet, li jiżvelaw separatament dawk iż-żjidiet li jirriżultaw minn akkwisti u dawk li jirriżultaw mill-infiq sussegwenti rikonoxxuti bħala assi;

(ii) żjidiet li jirriżultaw minn akkwisti permezz ta' kombinamenti ta' negozji;

(iii) assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ jew inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 u trasferimenti oħrajn;

(iv) deprezzament;

(v) l-ammont ta' telf ta' indeboliment rikonoxxut, u l-ammont ta' telf ta' indeboliment invertit, matul il-perijodu skont l-IAS 36;

(vi) id-differenzi netti tal-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-rapporti finanzjarji f'munita ta' preżentazzjoni differenti, u mill-qlib ta' operazzjoni barranija fil-munita ta' preżentazzjoni tal-entità li tirrapporta;

(vii) trasferimenti minn u għal inventarji u proprjetà okkupata mis-sid; u

(viii) bidliet oħrajn; u

(e)  il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment. Fil-każijiet eċċezzjonali deskritti fil-paragrafu 53, meta entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment b’mod affidabbli, din għandha tiddivulga:

(i) deskrizzjoni tal-proprjetà għall-investiment;

▼M33

(ii)  spjegazzjoni għaliex il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli; u

▼B

(iii) jekk possibbli, il-firxa ta' stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Mudell tal-valur ġust

80  Entità li qabel tkun applikat l-IAS 40 (2000) u għall-ewwel darba tagħżel li tikklassifika u tirrapporta l-interessi fil-proprjetà eliġibbli kollha, jew xi wħud minnhom, miżmuma taħt kiri operatorju bħala proprjetà għall-investiment għandha tirrikonoxxi l-effett ta’ dik l-għażla bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal għall-perjodu li fih issir l-għażla l-ewwel darba. Barra minn hekk:

(a)  jekk l-entità qabel tkun iddivulgat pubblikament (f’rapporti finanzjarji jew mod ieħor) il-valur ġust ta’ dawk l-interessi fil-proprjetà f’perjodi preċedenti (imkejla fuq bażi li tissodisfa d-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13), l-entità hija mħeġġa, iżda mhux meħtieġa li:

(i) li taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ ►M5  tal-qligħ ◄ imfaddal għall-perijodu l-aktar bikri ppreżentat li għalih dan il-valur ġust ġie żvelat pubblikament; u

(ii) li terġa' tiddikjara b'mod ġdid informazzjoni komparattiva għal dawn il-perijodi; u

(b) jekk l-entità ma kinitx preċedentement żvelat pubblikament l-informazzjoni deskritta f'(a), hi m'għandhiex terġa' tiddikjara b'mod ġdid informazzjoni komparattiva u għandha tiżvela dak il-fatt.

81 Dan l-Istandard jeħtieġ trattament differenti minn dak meħtieġ minn l-IAS 8. l-IAS 8 jeħtieġ li l-informazzjoni komparattiva terġa' tiġi ddikjarata b'mod ġdid ħlief jekk din id-dikjarazzjoni b'mod ġdid ma tkunx prattika.

82 Meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba, l-aġġustament għall-bilanċ ta' ftuħ ta' qligħ imfaddal jinkludi l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' kull ammont miżmum f'bilanċ fuq rivalutazzjoni għal proprjetà għall-investiment.

Mudell tal-kost

83 L-IAS 8 japplika għal kull bidla fil-politika tal-kontabilità li jsiru meta entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba u tagħżel li tuża l-mudell tal-kost. L-effett tal-bidla fil-politika tal-kontabilità jinkludi l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' kull ammont miżmum f'bilanċ fuq rivalutazzjoni għal proprjetà għall-investiment.

84 Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 27–29 dwar il-kejl inizjali ta' proprjetà għall-investiment akkwistata fi tranżazzjoni ta' skambju ta' assi għandhom jiġu applikati prospettivament biss għal tranżazzjonijiet futuri.

DATA EFFETTIVA

85 Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M5

85A L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 62. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M8

85B Il-paragrafi 8, 9, 48, 53, 54 u 57 kienu emendati, il-paragrafu 22 kien imħassar u l-paragrafi 53A u 53B kienu miżjuda bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. ►M33  Entità hija permessa li tapplika l-emendi għall-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni minn kwalunkwe data qabel l-1 ta’ Jannar 2009 sakemm il-valuri ġusti tal-proprjetajiet għall-investment taħt kostruzzjoni jkunu tkejlu f’dawk id-dati. ◄ Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi għall-paragrafi 5 u 81E tal-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir.

▼M33

85C L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fil-paragrafu 5, emenda l-paragrafi 26, 29, 32, 40, 48, 53, 53B, 78–80 u 85B u ħassar il-paragrafi 36–39, 42–47, 49, 51 u 75(d). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 40 (2000)

86 Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment (maħruġ fl-2000).




STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 41

Agrikoltura

GĦAN

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament fil-kontijiet u l-iżvelar relatati mal-attività agrikola.

AMBITU

1 Dan l-Istandard għandu jkun applikat għall-kontabilità ta' dawn li ġejjin meta jkunu relatati ma' attività agrikola:

(a) assi bijoloġiċi;

(b) prodotti agrikoli fil-punt tal-ħsad; u

(ċ) għotjiet pubbliċi koperti mill-paragrafi 34–35.

2 Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a) art relatata ma' attività agrikola (ara l-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u l-IAS 40 Proprjetà ta' Investiment); u

(b) assi intanġibbli relatati ma' attività agrikola (ara l-IAS 38 Assi Intanġibbli).

3 Dan l-Istandard huwa applikat għal prodotti agrikoli, li huma l-prodott maħsud tal-assi bijoloġiċi tal-entità, fil-punt tal-ħsad biss. Minn hemm il quddiem, huma applikati l-IAS 2 Inventarji jew xi Standard applikabbli ieħor. Għaldaqstant, dan l-Istandard ma jittrattax l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli wara l-ħsad; pereżempju, l-ipproċessar tal-għeneb f'inbid minn vitikultur li jkun kabbar l-għeneb. Waqt li dan l-ipproċessar jista' jkun estensjoni loġika u naturali tal-attività agrikola, u li l-avvenimenti li jseħħu jista' jkollhom xi similarità mat-trasformazzjoni bijoloġika, dan l-ipproċessar mhuwiex inkluż fid-definizzjoni ta' attività agrikola f'dan l-Istandard.

4 It-tabella hawn isfel tipprovdi eżempji ta' assi bijoloġiċi, prodotti agrikoli, u prodotti li huma r-riżultat ta' proċessar wara l-ħsad:



Assi bijoloġiċi

Prodotti agrikoli

Prodotti li huma r-riżultat ta' proċessar wara l-ħsad

Nagħaġ

Suf

Ħjut, twapet

▼M8

Siġar fil-foresta tal-pjantazzjoni

Siġar li twaqqgħu

Zkuk, injam maqtugħ

▼B

Pjanti

Qoton

Ħajt, ilbies

Kannamieli maħsuda

Zokkor

Frat tal-ħalib

Ħalib

Ġobon

Majjali

Karkassa

Zalzett, perżut ippreżervat

Arbuxelli

Weraq

Te', tabakk ippreżervat

Dwieli

Għeneb

Inbid

Siġar tal-frott

Frott maqtugħ

Frott ipproċessat

DEFINIZZJONIJIET

Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura

5 It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Attività agrikola hija l-ġestjoni ta’ entità tat-trasformazzjoni bijoloġika u l-ħsad tal-assi bijoloġiċi għall-bejgħ jew għall-konverżjoni fi prodotti agrikoli jew f’aktar assi bijoloġiċi.

Prodott agrikolu huwa prodott maħsud tal-assi bijoloġiċi tal-entità.

Assi bijoloġiku huwa annimal jew pjanta ħajja.

Trasformazzjoni bijoloġika tinkludi l-proċessi ta' tkabbir, deġenerazzjoni, produzzjoni, u prokreazzjoni li jikkawżaw bidliet kwalitattivi jew kwantitattivi fl-assi bijoloġiku.

Grupp ta' assi bijoloġiċi huwa ġabra ta' annimali jew pjanti simili ħajjin.

Ħsad huwa l-qtugħ tal-prodotti minn assi bijoloġiku jew it-twaqqif tal-proċessi tal-ħajja tal-assi bijoloġiku.

Kosti tal-bejgħ huma kosti inkrimentali li jistgħu jkunu direttament attribwiti għad-disponiment ta’ assi, esklużi l-kosti tal-finanzji u taxxi fuq id-dħul.

6 L-attività agrikola tkopri firxa wiesgħa ta' attivitajiet; pereżempju, it-trobbija ta' bhejjem, il-foresterija, it-tkabbir annwali jew perenni ta' uċuħ tar-raba’, kultivazzjoni ta' msaġar u pjantaġġuni, il-kultivazzjoni tal-fjuri, u l-akwakultura (inkluż it-trobbija tal-ħut). Ċerti fatturi komuni jeżistu fi ħdan din id-diversità:

(a)  Kapaċità ta' bidla: L-annimali u l-pjanti ħajjin għandhom il-kapaċità ta' trasformazzjoni bijoloġika;

(b)  Ġestjoni tal-bidla. Il-ġestjoni tiffaċilita t-trasformazzjoni bijoloġika billi ttejjeb, jew tal-inqas tistabbilizza, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-proċess biex iseħħ (pereżempju, livelli ta' nutrijenti, umdità, temperatura, fertilità u dawl). Din il-ġestjoni tiddistingwi l-attività agrikola minn attivitajiet oħrajn. Pereżempju, il-ħsad minn sorsi mhux ġestiti (bħas-sajd fl-oċeani u d-deforestazzjoni) mhuwiex attività agrikola; u

▼M8

(ċ)  Kejl tal-bidla. Il-bidla fil-kwalità (per eżempju, il-meritu ġenetiku, densità, maturità, kopertura tax-xaħam, kontenut tal-proteini, u s-saħħa tal-fibra) jew kwantità (per eżempju, proġeni, toqol, metri kubi, tul jew dijametru tal-fibra, u n-numru ta' żahar) li jinġiebu bit-trasformazzjoni jew ħsad bijoloġiku, titkejjel u hija sorveljata bħala funzjoni rutina tal-maniġment.

▼B

7 It-trasformazzjoni bijoloġika tirriżulta fit-tipi ta' riżultati li ġejjin:

(a) bidliet fl-assi permezz ta' (i) tkabbir (żjieda fil-kwantità jew titjib fil-kwalità ta' annimal jew pjanta), (ii) deġenerazzjoni (nuqqas fil-kwantità jew deterjorament fil-kwalità ta' annimal jew pjanta), jew (iii) prokreazzjoni (ħolqien ta' annimali jew pjanti ħajjin oħrajn); jew

(b) produzzjoni ta' prodotti agrikoli bħal latex, weraq tat-tè, suf u ħalib.

Definizzjonijiet ġenerali

8  It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

[imħassar]

(a)  [imħassar]

(b)  [imħassar]

(c)  [imħassar]

L-ammont miżmum fil-kotba huwa l-ammont li bih l-assi huwa rikonoxxut ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

Għotjiet pubbliċi huma kif definiti fl-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika.

▼M33 —————

▼B

RIKONOXXIMENT U KEJL

10 Entità għandha tirrikonoxxi assi bijoloġiku jew prodott agrikolu meta, u biss meta:

(a) l-entità tikkontrolla l-assi bħala riżultat ta' avvenimenti passati;

(b) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri li huma assoċjati mal-assi ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(ċ) il-valur ġust jew prezz tal-assi jistgħu jitkejlu b'mod affidabbli.

11 F'attività agrikola, tista' tingħata prova tal-kontroll fil-forma ta', pereżempju, il-jedd legali ta' proprjetà fuq l-ifrat u l-ittimbrar tagħhom, jew inkellha bl-ittimbrar tal-ifrat mal-akkwist, it-twelid jew il-ftim tal-ifrat. Il-benefiċċji futuri huma normalment ivvalutati billi jitkejlu l-attributi fiżiċi sinifikanti.

12 Assi bijoloġiku għandu jitkejjel f'rikonoxximent inzijali u ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar ◄ fil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis ►M8  tal-kosti tal-bejgħ ◄ , ħlief f'dawk il-każijiet deskritti fil-paragrafu 30 fejn il-valur ġust ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli.

13 Il-prodott agrikolu maħsud mill-assi bijoloġiċi ta' entità għandu jitkejjel bħala l-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ fil-punt tal-ħsad. Dan il-kejl huwa l-kost fid-data meta jkun applikat l-IAS 2 Inventarji jew xi Standard applikabbli ieħor.

▼M8 —————

▼B

15 Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi bijoloġiku jew ta’ prodott agrikolu jista’ jkun iffaċilitat permezz tar-raggruppament tal-assi bijoloġiċi jew tal-prodotti agrikoli skont attributi sinifikanti; pereżempju, skont l-età jew il-kwalità. ◄ Entità tagħżel l-attributi li jikkorrispondu mal-attributi użati fis-suq bħala bażi għall-ipprezzar.

16 L-entitajiet spiss jidħlu f’kuntratti sabiex ibiegħu l-assi bijoloġiċi jew il-prodotti agrikoli tagħhom f’data futura. Il-prezzijiet tal-kuntratt ma jkunux neċessarjament rilevanti fil-kejl tal-valur ġust, għaliex il-valur ġust jirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq li fihom ix-xerrejja u l-bejjiegħa parteċipanti fis-suq jidħlu fi tranżazzjoni. ◄ Bħala riżultat, il-valur ġust ta' assi bijoloġiku jew prodott agrikolu mhuwiex aġġustat minħabba l-eżistenza ta' kuntratt. F'xi każijiet, kuntratt għall-bejgħ ta' assi bijoloġiku jew prodott agrikolu jista' jkun kuntratt oneruż, kif iddeffinit fl-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. l-IAS 37 japplika għal kuntratti onerużi.

▼M33 —————

▼B

22 Entità ma tinkludi ebda flussi ta' flus mill-finanzjament ta' assi, tassazzjoni, jew ristabbiliment ta' assi bijoloġiċi wara l-ħsad (pereżempju, l-ispiża biex jerġgħu jitħawwlu siġar f'foresta ta' pjantaġġun wara l-ħsad).

▼M33 —————

▼B

24 Xi kultant, il-kost jista' jqarreb il-valur ġust, partikolarment meta:

(a) tkun saret ftit li xejn trasformazzjoni bijoloġika minħabba li l-ispiża inizjali saret (pereżempju, għal siġar żgħar tal-frott mħawwla immedjatament qabel ►M5  it-tmiem ta' perjodu tar-rappurtar); ◄ jew

(b) l-impatt tat-trasformazzjoni bijoloġika fuq il-prezz mhuwiex mistenni li jkun materjali (pereżempju, għat-tkabbir inizjali f'ċiklu tal-produzzjoni ta' 30 sena fi pjantaġġun tas-siġar tal-arznu).

25 L-assi bijoloġiċi spiss ikunu marbutin mal-art (pereżempju, siġar fi pjantaġġun f'foresta). Jista' ma jkun hemm l-ebda suq separat għal assi bijoloġiċi li huma marbutin mal-art iżda jista' jeżisti suq attiv għall-assi kkombinati, jiġifieri, għall-assi bijoloġiċi, art mhux maħduma, u titjib fl-art, bħala pakkett wieħed. ►M33  Entità tista’ tuża informazzjoni rigward l-assi kkumbinati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi bijoloġiċi. ◄ Pereżempju, il-valur ġust ta' art mhux maħduma u titjib fl-art jista' jinkiseb mill-valur ġust tal-assi kkombinati biex wieħed jasal għall-valur ġust tal-assi bijoloġiċi.

Qligħ u telf

26 Qligħ jew telf li ġej minn rikonoxximent inizjali ta' assi bijoloġiku fil-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ u minn bdil fil-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ ta' assi bijoloġiku għandu jkun inkluż fil-profitt jew telf għall-perijodu li fih jirriżulta.

27 Telf jista' jirriżulta f'rikonoxximent inizjali ta' assi bijoloġiku, minħabba li l- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ jitnaqqsu meta jiġi ddeterminat il-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ tal-assi bijoloġiku. Qligħ jista' jirriżulta f'rikonoxximent inzijali ta' assi bijoloġiku, bħal meta jitwieled għoġol.

28 Qligħ jew telf f'rikonoxximent inizjali ta' prodott agrikolu f'valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ għandu jkun inkluż fil-profitt jew telf għall-perijodu li fih jirriżulta.

29 Qligħ jew telf jista' jirriżulta f'rikonoxximent inzijali ta' prodott agrikolu bħala riżultat ta' ħsad.

Inabbiltà li jitkejjel il-valur ġust b'mod affidabbli

30  Ikun hemm preżunzjoni li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod affidabbli għal assi bijoloġiku. Madankollu, dik il-preżunzjoni tista’ tiġi kkonfutata biss fuq ir-rikonoxximent inizjali għal assi bijoloġiku li għalih ma jkunx hemm disponibbli prezzijiet kwotati tas-suq u li għalih ikun stabilit li kejl alternattiv tal-valur ġust ma jkunx affidabbli.  ◄ F'każ bħal dan, dak l-assi bioloġiku għandu jiġi mkejjel skont il-kost tiegħu wara li jitnaqqas kull deprezzament akkumulat u kull telf ta' indeboliment akkumulat. Malli l-valur ġust ta' assi bioloġiku bħal dan ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli, entità għandha tkejlu skont il-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ . Ladarba assi bijoloġiku mhux kurrenti jissodisfa l-kriterji biex ikun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew ikun inkluż fi grupp ta' disponiment li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) skont l-IFRS 5 Assi mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, huwa preżunt li l-valur ġust jista' jitkejjel b'mod affidabbli.

31 Il-suppożizzjoni fil-paragrafu 30 tista' tkun ikkonfutata biss f'rikonoxximent inizjali. Entità li preċedentement kejlet assi bijoloġiku bil-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ tkompli tkejjel l-assi bijoloġiku fil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ sad-disponiment tiegħu.

32 Fil-każijiet kollha, entità tkejjel prodott agrikolu fil-punt tal-ħsad fil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ . Dan l-Istandard jirrifletti l-fehma li l-valur ġust ta' prodott agrikolu fil-punt tal-ħsad dejjem jista' jitkejjel b'mod affidabbli.

33 Fl-iddeterminar tal-kost, deprezzament akkumulat u telf minn indeboliment akkumulat, entità tikkunsidra l-IAS 2 Inventarji, l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir u l-IAS 36 Indeboliment ta' Assi.

GĦOTJIET MILL-GVERN

▼M8

34 Għotja tal-gvern mingħajr kundizzjonijiet dwar assi bijoloġiku mkejjel bil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ għandha tkun rrikonoxxuta fil-profitt jew telf meta, u biss meta, l-għotja tal-gvern issir riċevibbli.

35 Jekk għotja tal-gvern dwar assi bijoloġiku mkejjel bil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ tkun mingħajr kundizzjonijiet, inkluż meta għotja tal-gvern tkun teħtieġ entità ma tidħolx f’attività agrikola speċifika, entità għandha tirrikonoxxi l-għotja tal-gvern fil-profitt jew telf tagħha meta, u biss meta, jitħaru l-kundizzjonijiet tal-għotja tal-gvern.

36 It-termini u l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-gvern ivarjaw. Per eżempju, għotja tista’ teħtieġ entità li tikkoltiva f’lokalità partikolari għal ħames snin u teħtieġ l-entità li tagħti l-għotja lura jekk tikkoltiva għal perjodu anqas minn ħames snin. F’dan il-każ, l-għotja ma tkunx rrikonoxxuta fil-profitt jew telf qabel ma jgħaddu l-ħames snin. Madankollu, jekk it-termini tal-għotja tippermettu li tinżamm parti minnha skont iż-żmien li għadda, l-entità tirrikonoxxi dik il-parti fil-profitt jew telf hekk kif jgħaddi ż-żmien.

▼B

37 Jekk għotja pubblika tirrelata ma' assi bijoloġiku mkejjel fl-ispiża tiegħu bit-tnaqqis ta' kull deprezzament akkumulat u kull telf minn ħsara akkumulat (ara l-paragrafu 30), għandu jiġi applikat l-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika.

38 Dan l-Istandard jeħtieġ trattament differenti mill-IAS 20, jekk għotja pubblika tirrelata ma' assi bijoloġiku mkejjel fil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ jew meta għotja pubblika teħtieġ li entità ma tinvolvix ruħha f'attività agrikola speċifika. L-IAS 20 huwa applikat biss għal għotja pubblika relatata ma' assi bijoloġiku mkejjel fil-prezz tal-kost tiegħu bit-tnaqqis ta' kull deprezzament akkumulat u kull telf minn ħsara akkumulat.

ŻVELAR

39 [Imħassra]

Ġenerali

40 Entità għandha tiżvela l-qligħ jew telf aggregat waqt il-perijodu preżenti fir-rikonoxximent inizjali tal-assi bijoloġiċi u l-prodott agrikolu u mill-bidla fil-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ tal-assi bijoloġiċi.

41 Entità għandha tipprovdi deskrizzjoni ta' kull grupp ta' assi bijoloġiċi.

42 L-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 41 jista' jieħu l-forma ta' deskrizzjoni narrativa jew kwantifikata.

43 Entità hija skoraġġuta milli tipprovdi deskrizzjoni kwantifikata ta' kull grupp ta' assi bijoloġiċi, billi tiddistingwi bejn assi bijoloġiċi konsumabbli u “bearer” jew bejn assi bijoloġiċi maturi u immaturi, kif adattat. Pereżempju, entità tista' tiżvela l-ammonti miżmumin fil-kotba ta' assi bijoloġiċi konsumabbli u assi bijoloġiċi “bearer” skont il-grupp. Entità tista' tiddividi wkoll dawk l-ammonti miżmumin fil-kotba bejn assi maturi u immaturi. Dawn id-distinzjonijiet jipprovdu informazzjoni li tista' tkun ta' għajnuna fl-ivvalutar ta' meta ser ikun hemm flussi ta' flus fil-futur. Entità tiżvela l-bażi biex isiru distinzjonijiet bħal dawn.

44 L-assi bijoloġiċi konsumabbli huma dawk li għandhom jinħasdu bħala prodott agrikolu jew jinbiegħu bħala assi bijoloġiċi. Eżempji ta' assi bijoloġiċi konsumabbli huma merħliet intenzjonati għall-produzzjoni tal-laħam, merħliet miżmumin għall-bejgħ, ħut f'razzett, għelejjel bħal qamħirrum u qamħ, u siġar li qed jitkabbru għall-injam. L-assi bijoloġiċi “bearer” huma dawk barra minn assi bijoloġiċi konsumabbli; pereżempju, merħliet li minnhom huwa prodott il-ħalib, dwieli għall-għeneb, siġar tal-frott, u siġar li minnhom jittieħed l-injam għall-ħruq waqt li jibqgħu s-siġar. L-assi bijoloġiċi “bearer” mhumiex prodott agrikolu iżda, pjuttost, huma awto-riġeneranti.

45 L-assi bijoloġiċi jistgħu jkunu kklassifikati jew bħala assi bijoloġiċi maturi jew assi bijoloġiċi immaturi. L-assi bijoloġiċi maturi huma dawk li laħqu speċifikazzjonijiet tal-ħsad (għal assi bijoloġiċi konsumabbli) jew li jistgħu jifilħu ħsad regolari (għal assi bijoloġiċi “bearer”).

46 Jekk mhux żvelati x'imkien ieħor f'informazzjoni ppubblikata fir-rapporti finanzjarji, entità għandha tiddeskrivi:

(a) in-natura tal-attivitajiet tagħha li jinvolvu kull grupp ta' assi bijoloġiku; u

(b) miżuri mhux finanzjarji jew stimi tal-kwantitajiet fiżiċi ta':

(i) kull grupp tal-assi bijoloġiċi tal-entità fit-tmiem tal-perijodu; u

(ii) riżultat tal-prodott agrikolu waqt il-perijodu.

▼M33 —————

▼B

49 Entità għandha tagħti tagħrif dwar:

(a) l-eżistenza u l-ammonti miżmumin fil-kotba ta' assi bijoloġiċi li t-titolu tagħhom huwa ristrett, u l-ammonti riportati ta' assi bijoloġiċi mwegħdin bħala sigurtà għal responsabbiltajiet;

(b) l-ammonti ta' impenji għall-iżvilupp jew akkwist ta' assi bijoloġiċi; u

(ċ) strateġiji għal ġestjoni tar-riskju finanzjarji relatati mal-attività agrikola.

50 Entità għandha tippreżenta tqabbil ta' bidliet fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi bijoloġiċi bejn il-bidu u t-tmiem ta' dan il-perijodu. It-tqabbil għandu jinkludi:

(a) il-qligħ jew telf li ġej minn bidla fil-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ ;

(b) żjidiet minħabba bejgħ;

(ċ) tnaqqis attribwibbli għal bejgħ u assi bioloġiċi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li hu kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) b'konformità mal-IFRS 5;

(d) tnaqqis minħabba ħsad;

(e) żjidiet li jirriżultaw minn kombinazzjonijiet ta' negozju;

(f) differenzi fil-kambju netti li jirriżultaw mal-qlib ta' rapporti finanzjarji f'munita tal-preżentazzjoni differenti, u mal-qlib ta' operazzjoni barranija fil-munita tal-preżentazzjoni tal-entità li tirrapporta; u

(g) bidliet oħrajn.

51 Il-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ ta' assi bijoloġiku jista' jinbidel kemm minħabba bidliet fiżiċi u kif ukoll minħabba bidliet fil-prezz fis-suq. L-iżvelar separat ta' bidliet fiżiċi u fil-prezz huwa utli biex isir apprezzament tal-prestazzjoni fil-perijodu preżenti u tal-prospetti futuri, partikolarment meta hemm ċiklu ta' produzzjoni ta' aktar minn sena. F'dawn il-każijiet, entità hija inkoraġġuta li tiżvela, skont il-grupp jew mod ieħor, l-ammont ta' bdil fil-valur ġust bit-tnaqqis tal- ►M8  kosti tal-bejgħ ◄ inklużi fil-profitt u t-telf minħaba bidliet fiżiċi u minħabba bidliet fil-prezz. Din l-informazzjoni hija ġeneralment inqas utli meta ċ-ċiklu tal-produzzjoni huwa inqas minn sena (pereżempju, meta jitrabbew il-flieles jew jitkabbru ċ-ċereali).

52 It-trasformazzjoni bijoloġika tirriżulta f'numru ta' tipi ta' bdil fiżiku – tkabbir, deġenerazzjoni, produzzjoni, u prokreazzjoni, li kull waħda minnhom hija osservabbli u miżurabbli. Kull waħda minn dawn il-bidliet fiżiċi għandha relazzjoni diretta mal-benefiċċji ekonomiċi futuri. Bidla fil-valur ġust ta' assi bijoloġiku minħabba l-ħsad hija wkoll bidla fiżika.

53 Attività agrikola hi ta' spiss esposta għal riskji klimatiċi, ta' mard u riskji naturali oħra. Jekk iseħħ avveniment li jagħti lok għal entrata materjali ta' introjtu jew spiża, in-natura u l-ammont tal-entrata huma żvelati skont l-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji. Eżempji ta' avveniment bħal dan jinkludu tfaqqiha ta' xi marda virulenti, għargħar, nixfa jew kesħa eċċessiva jew flaġell ta' insetti.

Żvelar addizjonali għal assi bijoloġiċi fejn il-valur ġust ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli

54 Jekk entità tkejjel l-assi bijoloġiċi skont l-ispiża tagħhom bit-tnaqqis ta' kull deprezzament akkumulat u kull telf minn ħsara akkumulat (ara l-paragrafu 30) fit-tmiem tal-perijodu, l-entità għandha tiżvela għal dawn l-assi bijoloġiċi:

(a) deskrizzjoni tal-assi bijoloġiċi;

(b) spjega tar-raġuni fejn il-valur ġust ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli;

(ċ) jekk possibbli, il-firxa ta' stimi fejn il-valur ġust aktarx li jinsab;

(d) il-metodu ta' deprezzament użat;

(e) il-ħajjiet utli jew ir-rati ta' deprezzament użati; u

(f) l-ammont gross miżmum fil-kotba u d-deprezzament akkumulat (miżjud bit-telf ta' indeboliment akkumulat) fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu.

55 Jekk, waqt il-perijodu preżenti, entità tkejjel l-assi bijoloġiċi skont l-ispiża tagħhom bit-tnaqqis ta' kull deprezzament akkumulat jew kull telf minħabba ħsara akkumulat (ara l-paragrafu 30), entità għandha tiżvela kull qligħ jew telf rikonoxxut meta tiddisponi minn assi bijoloġiċi bħal dawn u r-rikonċiljazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 50 għandha tiżvela l-ammonti relatati ma' dawn l-assi bijoloġiċi separatament. Barra minn hekk, ir-rikonċiljazzjoni għandha tinkludi l-ammonti li ġejjin inklużi fil-profitt jew telf relatati ma' dawk l-assi bijoloġiċi:

(a) telf minn ħsara;

(b) treġġigħ lura ta' telf minn indeboliment; u

(ċ) deprezzament.

56 Jekk il-valur ġust ta' assi bijoloġiċi mkejjel preċedentement skont l-ispiża tiegħu bit-tnaqqis ta' kull deprezzament akkumulat u kull telf minn indeboliment akkumulat isir b'mod li jista' jitkejjel b'mod affidabbli waqt il-perijodu preżenti, entità għandha tiżvela għal dawk l-assi bijoloġiċi:

(a) deskrizzjoni tal-assi bijoloġiċi;

(b) spjega ta' għaliex il-valur ġust sar tali li jista' jitkejjel b'mod affidabbli; u

(ċ) l-effett tal-bidla.

Għotjiet pubbliċi

57 Entità għandha tiżvela dawn li ġejjin relatati ma' attività agrikola koperta minn dan l-Istandard:

(a) in-natura u l-firxa tal-għotjiet pubbliċi rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji;

(b) kondizzjonijiet mhux milħuqin u kontinġenzi oħrajn marbutin ma' għotjiet pubbliċi; u

(ċ) tnaqqis sinifikanti mistennija fil-livell ta' għotjiet pubbliċi.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

58 Dan l-Istandard isir operattiv għar-rapporti finanzjarji annwali li jkopru l-perijodi li jibdew fi jew wara l-1 ta' Jannar 2003. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodi li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2003, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

59 Dan l-Istandard ma jistabbilixxi l-ebda dispożizzjoni tranżitorja speċifika. L-adozzjoni ta' dan l-Istandard hija kontabilizzata skont l-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

▼M8

60 Il-paragrafi 5, 6, 17, 20 u 21 kienu emendati u l-paragrafu 14 tħassar mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M33

61 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 15, 16, 25 u 30 u ħassar il-paragrafi 9, 17–21, 23, 47 u 48. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M16




STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 1

Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

GĦAN

1 L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jiżgura li l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS, u r-rapporti finanzjarji interim tagħha għal parti mill-perijodu kopert f'dawk ir-rapporti finanzjarji, jkun fihom informazzjoni ta’ kwalità għolja li:

(a) hi trasparenti għall-utenti u tkun paragunabbli għal perijodi kollha ppreżentati;

(b) tipprovdi punt ta’ tluq adegwat għal kontabilità skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs); u

(c) tista' titnissel b’kost li ma jeċċedix il-benefiċċji li jgawdu l-utenti.

AMBITU

2 Entità għandha tapplika dan l-IFRS fil-każ ta':

(a) l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS; u

(b) kull rapport finanzjarju interim, jekk ikun hemm, li hija tippreżenta skont l-IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim għal parti mill-perijodu kopert fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS.

3 L-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS huma l-ewwel rapporti finanzjarji annwali li fihom l-entità tadotta l-IFRSs, permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva f'dawk ir-rapporti finanzjarji ta’ konformità mal-IFRSs. Rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ikunu l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS jekk, pereżempju, l-entità:

(a) ippreżentat ir-rapporti finanzjarji preċedenti tagħha l-aktar reċenti:

(i) skont rekwiżiti nazzjonali li m'humiex konsistenti mal-IFRSs f'kull aspett;

(ii) li huma konformi mal-IFRSs f'kull aspett, iżda r-rapporti finanzjarji ma kienx fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva li kienu jikkonformaw mal-IFRSs;

(iii) li jkun fihom dikjarazzjoni espliċita ta’ konformità ma’ wħud mill-IFRSs, iżda mhux mal-IFRSs kollha;

(iv) skont rekwiżiti nazzjonali li huma inkonsistenti mal-IFRSs, bl-użu ta’ xi IFRSs individwali biex jingħata rendikont ta’ xi element li għalih ma kinux jeżistu rekwiżiti nazzjonali; jew

(v) skont rekwiżiti nazzjonali, bir-rikonċiljazzjoni ta’ xi ammonti mal-ammonti determinati skont l-IFRSs;

(b) ħejjiet rapporti finanzjarji skont l-IFRSs għal użu intern biss, mingħajr ma’ tqegħdu għad-dispożizzjoni tas-sidien tal-entità jew ta’ xi utenti esterni oħra;

(c) ħejjiet pakkett ta’ rappurtaġġ skont l-IFRSs għal skopijiet ta’ konsolidazzjoni mingħajr ma ħejjiet sett komplet ta’ rapporti finanzjarji hekk kif definit fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif irrevedut fl-2007); jew

(d) ma ppreżentatx rapporti finanzjarji għal perijodi preċedenti.

4 Dan l-IFRS japplika għal meta entità tadotta għall-ewwel darba l-IFRSs. Ma japplikax meta, pereżempju, entità:

(a) tieqaf milli tkompli tippreżenta rapporti finanzjarji skont rekwiżiti nazzjonali, wara li tkun preċedentement ippreżentathom kif ukoll sett ieħor ta’ rapporti finanzjarji li jkun fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta’ konformità mal-IFRSs;

(b) tkun ippreżentat rapporti finanzjarji s-sena ta’ qabel skont rekwiżiti nazzjonali u dawk ir-rapporti finanzjarji jkun fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta’ konformità mal-IFRSs; jew

(c) tkun ippreżentat rapporti finanzjarji fis-sena ta’ qabel li jkun fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta’ konformità mal-IFRSs, ukoll jekk l-awdituri jkunu kkwalifikaw ir-rapport ta’ verifika tagħhom dwar dawk ir-rapporti finanzjarji.

▼M36

4A Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 2 u 3, entità li tkun applikat l-IFRSs f’perjodu ta’ rappurtar preċedenti, iżda li r-rapporti finanzjarji annwali preċedenti l-aktar reċenti tagħha ma kienx fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riserva ta' konformità mal-IFRSs, għandha jew tapplika dan l-IFRS jew inkella tapplika l-IFRSs retrospettivament skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi u Żbalji daqs li kieku l-entità qatt ma waqfet tapplika l-IFRSs.

4B Meta entità ma tagħżilx li tapplika dan l-IFRS skont il-paragrafu 4A, l-entità għandha madankollu tapplika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-paragrafi 23A – 23B tal-IFRS 1, minbarra r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fl-IAS 8.

▼M16

5 Dan l-IFRS ma japplikax għal bidliet fil-politiki ta’ kontabilità magħmula minn entità li diġà tapplika l-IFRSs. Dawn il-bidliet huma s-suġġett ta’:

(a) rekwiżiti dwar bidliet fil-politiki ta’ kontabilità b'konfomità mal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji; u

(b) rekwiżiti tranżitorji speċifici f'IFRSs oħra.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS

6 Entità għandha tħejji rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Dan huwa l-punt tat-tluq għall-kontabilità tagħha skont l-IFRSs.

Politiki ta’ Kontabilità

7   Entità għandha tuża l-istess politiki ta’ kontabilità fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS u matul il-perijodi kollha preżentati fl-ewwel rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS. Dawk il-politiki ta’ kontabilità għandhom jikkonformaw ma’ kull IFRS li jkun fis-seħħ fit-tmiem tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ tiegħu skont l-IFRS, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 13-19 u l-Appendiċi B-E.

8 Entità m’għandhiex tapplika verżjonijiet differenti ta’ IFRSs li kienu effettivi f’dati aktar bikrin. Entità tista’ tapplika IFRS ġdid li jkun għadu mhux obbligatorju jekk dak l-IFRS ikun jippermetti applikazzjoni aktar bikrija.

Eżempju: Applikazzjoni konsistenti tal-aħħar verżjoni tal-IFRSs

Sfond

It-tmiem tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ skont l-IFRS tal-entità A huwa l-31 ta’ Diċembru 20X5. L-Entità A tiddeċiedi li f'dawk ir-rapporti finanzjarji tippreżenta informazzjoni komparattiva għal sena waħda biss (ara l-paragrafu 21). Għalhekk, id-data ta’ tranżizzjoni tagħha għall-IFRSs hija l-bidu tal-kummerċ nhar l-1 ta’ Jannar 20X4 (jew, b'mod ekwivalenti, għeluq il-kummerċ nhar il-31 ta’ Diċembru 20X3). Entità A ppreżentat rapporti finanzjarji skont il-GAAP preċedenti tagħha ta’ kull sena sa nhar il-31 ta’ Diċembru kull sena sa, u inkluż, il-31 ta’ Diċembru 20X4.

Applikazzjoni tar-rekwiżiti

Entità A hija mitluba li tapplika l-IFRSs effettivi għal perijodi li jispiċċaw nhar il-31 ta’ Diċembru 20X5 meta:

(a) tħejji u tippreżenta r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS fl-1 ta’ Jannar 20X4; u

(b) tħejji u tipprepara r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha għall-31 ta’ Diċembru 20X5 (inklużi ammonti komparattivi għall-20X4), rapport tad-dħul komplessiv, rapport ta’ bidliet fl-ekwità u rapport tal-flussi ta’ flus għas-sena sal-31 ta’ Diċembru 20X5 (inklużi ammonti komparattivi għall-20X4) u żvelar (inkluża informazzjoni komparattiva għall-20X4).

Jekk IFRS ġdid għadu m'huwiex obbligatorju iżda jkun permess li jiġi applikat qabel, entità A tista', iżda mhix obbligata, li tapplika dak l-IFRS fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS.

9 Id-dispożizzjonijiet tranżitorji f'IFRSs oħrajn japplikaw għat-tibdiliet fil-politiki ta’ kontabilità magħmulin minn entità li diġà tuża l-IFRSs; ma japplikawx għat-tranżizzjoni ta’ min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba ħlief kif speċifikat fl-Appendiċi B-E.

10 Ħlief kif deskritt fil-paragrafi 13-19 u l-Appendiċi B-E, entità għandha, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha tal-bidu skont l-IFRS:

(a) tirrikonoxxi kull assi u obbligazzjonijiet li r-rikonoxximent tagħhom huwa mitlub mill-IFRSs;

(b) ma tirrikonoxxix elementi bħala assi u obbligazzjonijiet jekk l-IFRSs ma jippermettux tali rikonoxximent;

(c) tikklassifika mill-ġdid elementi li taħt il-GAAP preċedenti kienet tirrikonoxxi bħala tip wieħed ta’ assi, obbligazzjoni jew komponent tal-ekwità, iżda li skont l-IFRSs huma tip differenti ta’ assi, obbligazzjoni jew komponent tal-ekwità; u

(d) tapplika l-IFRSs fil-valutazzjoni ta’ kull assi u obbligazzjonijiet rikonoxxuti.

11 Il-politiki ta’ kontabilità li entità tuża fir-rapport tal-pożizzjoni tagħha tal-bidu skont l-IFRS tista' tvarja minn dik li hija użat għall-istess data permezz tal-GAAP preċedenti tagħha. L-aġġustamenti li jirriżultaw jiġu minn fatti u operazzjonijiet li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Għalhekk, entità għandha tirrikonoxxi dawk l-aġġustamenti direttament fil-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun xieraq, f'xi kategorija oħra tal-ekwità) dakinhar tad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

12 Dan l-IFRS jistabbilixxi żewġ kategoriji ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju li r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu ta’ entità skont l-IFRS għandu jikkonforma ma’ kull IFRS:

(a) l-Appendiċi B jipprojbixxi l-applikazzjoni restrospettiva ta’ xi aspetti tal-IFRSs oħrajn;

(b) L-Appendiċi C-E jagħtu eżenzjonijiet minn xi rekwiżiti ta’ IFRSs oħrajn.

Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retroattiva ta’ IFRSs oħra

13 Dan l-IFRS jipprojbixxi l-applikazzjoni restrospettiva ta’ xi aspetti tal-IFRSs l-oħrajn. Dawn l-eċċezzjonijiet jinsabu fil-paragrafi 14-17 u l-Appendiċi B.

Estimi

14   L-estimi ta’ entità skont l-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandhom ikunu konsistenti mal-estimi li jkunu saru għall-istess data skont il-GAAP preċedenti (wara li jkunu saru l-aġġustamenti meħtieġa biex jirriflettu kull differenza fil-politiki dwar il-kontabilità), sakemm ma jkunx hemm evidenza oġġettiva li dawk l-estimi kien fihom xi żball.

15 Entità tista' tirċievi informazzjoni wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs dwar estimi li hija kienet għamlet skont il-GAAP preċedenti. Skont il-paragrafu 14, entità għandha tittratta l-irċevuta ta’ dik l-informazzjoni bl-istess mod bħal avvenimenti li ma jeħtiġux aġġustament wara l-perijodu ta’ rapportaġġ skont l-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perijodu ta’ Rapportaġġ. Pereżempju, nassumu li d-data ta’ tranżizzjoni ta’ entità għall-IFRSs hija l-1 ta’ Jannar 20X4 u informazzjoni ġdida fil-15 ta’ Lulju 20X4 tkun teħtieġ ir-reviżjoni ta’ stima li tkun saret b'mod konformi ma’ GAAP preċedenti fil-31 ta’ Diċembru 20X3. L-entità m’għandhiex tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fil-karta ta’ bilanċ ta’ ftuħ tal-IFRS tagħha (ħlief jekk l-estimi jkunu jeħtieġu aġġustament għal xi differenzi li jista' jkun hemm fil-politiki ta’ kontabilità jew jekk ikun hemm evidenza oġġettiva li l-estimi kienu żbaljati). Minflok, l-entità għandha tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fil-profitt jew telf (jew, jekk xieraq, fi dħul ieħor komplessiv) għas-sena li tintemm fil-31 ta’ Diċembru 20X4.

16 Entità jista' jkollha l-bżonn tagħmel estimi skont l-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs li ma kinux meħtieġa f'dik id-data skont il-GAAP preċedenti. Biex tinkiseb konsistenza mal-IAS 10, dawk l-estimi skont l-IFRSs għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. B'mod partikolari, l-estimi fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs ta’ prezzijiet tas-suq, rati ta’ mgħax jew ta’ rati tal-kambju għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq f'dik id-data.

17 Il-paragrafi 14-16 japplikaw għar-rapport tal-pożizzjoni tal-bidu mħejji skont l-IFRS. Dawn japplikaw ukoll għal perijodu komparattiv ippreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS, f'liema każ kull referenza għad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandha tkun sostitwita b'referenzi għal tmiem dak il-perijodu komparattiv.

Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

18 Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet li jinsabu fl-Appendiċi C-E. Entità m’għandhiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b’analoġija għal oġġetti oħrajn.

▼M33 —————

▼M16

PREŻENTAZZJONI U ŻVELAR

20 Dan l-IFRS ma jipprovdix eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni u żvelar f'IFRSs oħrajn.

Informazzjoni Komparattiva

▼M36

21 L-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jinkludu mill-inqas tliet rapporti dwar il-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tal-profitt jew it-telf u introjtu komprensiv ieħor, żewġ rapporti separati tal-profitt jew telf (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi ta’ flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità u noti relatati, inkluża informazzjoni komparattiva tar-rapporti kollha ppreżentati.

▼M16

Informazzjoni komparattiva u sommarji storiċi mhux tal-IFRS

22 Xi entitajiet jippreżentaw summarji storiċi ta’ informazzjoni magħżula għal perijodi ta’ qabel l-ewwel perijodu li għalih jippreżentaw l-informazzjoni komparattiva sħiħa skont l-IFRSs. Dan l-IFRS ma jeħtieġx taqsiriet bħal dawn biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ rikonoxximent u ta’ valutazzjoni tal-IFRSs. Barra minn dan, xi entitajiet jippreżentaw informazzjoni komparattiva skont il-GAAP preċedenti kif ukoll l-informazzjoni komparattiva mitluba mill-IAS 1. Jekk xi rapporti finanzjarji jkun fihom sommarji storiċi jew informazzjoni komparattiva taħt il-GAAP preċedenti, entità għandha:

(a) tindika b'mod ċar li l-informazzjoni skont il-GAAP preċedenti bħala li ma kinitx imħejjija skont l-IFRSs; u

(b) tiżvela n-natura tal-aġġustamenti ewlenin li tagħmilhom konformi mal-IFRSs. L-entità m'għandhiex għalfejn tikkwantifika dawk l-aġġustamenti.

Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs

23   Entità għandha tispjega kif it-tranżizzjoni mill-GAAP preċedenti għall-IFRSs affettwat il-pożizzjoni finanzjarja rappurtata tagħha, ir-riżultati finanzjarji tagħha u l-flussi ta’ flus tagħha.

▼M36

23A Entità li applikat l-IFRSs f'perjodu preċedenti, kif deskritt fil-paragrafu 4A, għandha tiddivulga:

(a) ir-raġuni li għaliha waqfet tapplika l-IFRSs; kif ukoll

(b) ir-raġuni għalfejn qed terġa’ tapplika l-IFRSs

23B Meta entità, skont il-paragrafu 4A, ma tagħżilx li tapplika l-IFRS 1, l-entità għandha tispjega r-raġunijiet għall-għażla li tapplika l-IFRSs bħallikieku qatt ma waqfet tapplika l-IFRSs.

▼M16

Rikonċiljazzjonijiet

24 Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjijin skont l-IFRS għandhom jinkludu:

(a) ir-rikonċiljazzjonijiet tal-ekwità tagħha hekk kif irrappurtata skont il-GAAP preċedenti mal-ekwità tagħha skont l-IFRSs għaż-żewġ dati li ġejjin:

(i) data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs; u

(ii) it-tmiem tal-aħħar perijodu ppreżentat fir-rapporti finanzjarji l-aktar reċenti ta’ entità skont il-GAAP preċedenti;

(b) rikonċiljazzjoni mad-dħul totali komplessiv tagħha skont l-IFRSs għall-aħħar perijodu fir-rapporti finanzjarji annwali l-aktar reċenti tal-entità. Il-punt tat-tluq għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun id-dħul totali komplessiv skont il-GAAP preċedenti għall-istess perijodu jew, jekk entità ma rrapportatx dak it-total, il-profitt jew telf taħt il-GAAP preċedenti;

(c) jekk l-entità rrikonoxxiet jew reġġgħet lura xi telf ta’ indeboliment għall-ewwel darba fit-tħejjija tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tagħha skont l-IFRS, l-iżvelar li kien ikun meħtieġ mill-IAS 36 Indeboliment ta’ Assi kieku l-entità rrikonoxxiet dak it-telf ta’ indeboliment jew treġġigħ lura tiegħu fil-perijodu li jibda bid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

25 Ir-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b) għandhom jagħtu dettall suffiċjenti sabiex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tad-dħul komplessiv. Jekk entità tkun ippreżentat rapport tal-flussi ta’ flus taħt il-GAAP preċedenti tagħha, hija għandha tispjega wkoll l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-flussi ta’ flus.

26 Jekk entità ssir konxja ta’ xi żbalji magħmula skont il-GAAP preċedenti, ir-rikonċiljazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 24(a) u (b) għandhom jiddistingwu l-korrezzjoni ta’ dawk l-iżbalji minn bidliet fil-politiki ta’ kontabilità.

▼M29

27 L-IAS 8 ma japplikax għall-bidliet fil-politiki tal-kontabilità li entità tagħmel meta tadotta l-IFRSs jew għall-bidliet f'dawk il-politiki qabel ma tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-IAS 8 dwar il-bidliet fil-politiki tal-kontabilità ma japplikawx fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRS ta' entità.

▼M29

27A Jekk matul il-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji tal-IFRS tagħha, entità tbiddel il-politiki tagħha tal-kontabilità jew l-użu li tagħmel mill-eżenzjonijiet li hemm f'dan l-IFRS, hija għandha tispjega l-bidliet bejn l-ewwel rapport finanzjarju interim tagħha skont l-IFRS u l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS, u għandha taġġorna r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b).

▼M16

28 Jekk entità ma kinitx ippreżentat rapporti finanzjarji għal perijodi preċedenti, l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS għandhom jiżvelaw dak il-fatt.

Klassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji

29 Entità għandha permess li tikklassifika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuti qabel bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew assi finanzjarju bħala disponibbli għall-bejgħ b’konformità mal-paragrafu D19. L-entità għandha tiżvela l-valur ġust ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati f'kull kategorija fid-data tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta’ qabel.

Użu tal-valur ġust bħala l-kost preżunt

30 Jekk entità tuża valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-bidu tagħha mħejjija skont l-IFRS bħala kost preżunt ta’ xi element ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, proprjetà ta’ investiment jew xi assi intanġibbli (ara l-paragrafi D5 u D7), l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jiżvelaw, għal kull element f'linja tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjara tal-bidu mħejjija skont l-IFRS:

(a) l-aggregat ta’ dawk il-valuri ġusti; u

(b) l-aġġustament aggregat magħmul fl-ammonti miżmuma fil-kotba rrappurtati skont il-GAAP preċedenti.

L-użu ta’ kost preżunt għal investimenti f’sussidjarji, ►M32  impriżi konġunti ◄ u kumpaniji assoċjati

31 B’mod simili, jekk entità tuża kost preżunt fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS għal investiment f’sussidjarja, ►M32  f'impriża konġunta ◄ jew f’assoċjata fir-rapporti finanzjarji separati tagħha (ara l-paragrafu D15), l-ewwel rapporti finanzjarji separati tal-entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jiżvelaw:

(a) il-kost preżunt aggregat ta’ dawk l-investimenti li għalihom il-kost preżunt ikun l-ammont tagħhom miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti;

(b) il-kost preżunt aggregat ta’ dawk l-investimenti li għalihom il-kost preżunt ikun valur ġust; u

(c) l-aġġustament aggregat magħmul fl-ammonti miżmuma fil-kotba rrappurtati skont il-GAAP preċedenti.

▼M24

Użu tal-kost preżunt għall-assi taż-żejt u l-gass

31A Jekk entità tuża l-eżenzjoni tal-paragrafu D8A(b) għall-assi taż-żejt u l-gass, hi għandha tiżvela dak il-fatt u l-bażi li fuqha ġew allokati l-ammonti miżmuma fil-kotba ddeterminati skont il-GAAP preċedenti.

▼M29

Użu tal-kost preżunt għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata

31B Jekk entità tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D8B għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u l-bażi li fuqha ġew stabiliti l-ammonti miżmuma fil-kotba skont il-GAPP preċedenti.

▼M33

Użu tal-kostijiet preżunti wara iperinflazzjoni gravi

31C Jekk entità tagħżel li tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet skont il-valur ġust u li tuża l-valur ġust bħala l-kost preżunt fl-ewwel rapport IFRS tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja minħabba iperinflazzjoni gravi (ara l-paragrafi D26-D30), l-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tal-entità għandhom jiddivulgaw spjegazzjoni ta’ kif u għalfejn l-entità kellha, u mbagħad waqfet ikollha, munita funzjonali li għandha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(a) mhuwiex disponibbli indiċi tal-prezz ġenerali affidabbli għall-entitajiet kollha bi tranżazzjonijiet u bilanċi fil-munita.

(b) ma teżistix skambjabilità bejn il-munita u munita barranija relativament stabbli.

▼M16

Rapporti finanzjarji interim

▼M29

32 Sabiex tikkonforma mal-paragrafu 23, jekk entità tippreżenta rapport finanzjarju interim skont l-IAS 34 għal parti mill-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tagħha, l-entità għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin flimkien mar-rekwiżiti tal-IAS 34:

(a) Kull rapport finanzjarju interim bħal dan għandu, jekk l-entità tkun ippreżentat rapport finanzjarju interim għall-perjodu interim komparabbli tas-sena finanzjarja ta' qabel, jinkludi:

(i) rikonċiljazzjoni tal-ekwità tagħha skont il-GAAP preċedenti fit-tmiem ta' dak il-perjodu interim paragunabbli mal-ekwità tagħha taħt l-IFRSs f'dik id-data; u

(ii) rikonċiljazzjoni mal-introjtu totali komprensiv tagħha skont l-IFRSs għal dak il-perjodu interim paragunabbli (kurrenti u tas-sena sa dik id-data). Il-punt tat-tluq għal dik ir-rikonċiljazzjoni għandu jkun l-introjtu totali komprensiv skont il-GAAP preċedenti għal dak il-perjodu jew, jekk entità ma tkunx irrapportat tali total, il-profitt jew telf skont il-GAAP preċedenti.

(b) Minbarra r-rikonċiljazzjonijiet mitluba minn (a), l-ewwel rapport finanzjarju interim ta' entità skont l-IAS 34 għal parti mill-perjodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tagħha, għandu jinkludi r-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 24(a) u (b) (supplimentati bid-dettalji meħtieġa mill-paragrafi 25 u 26) jew referenza għal dokument ippubblikat ieħor li jinkludi dawn ir-rikonċiljazzjonijiet.

(c) Jekk entità tbiddel il-politiki kontabilistiċi tagħha jew l-użu li tagħmel mill-eżenzjonijiet kontenuti f'dan l-IFRS, hija għandha tispjega l-bidliet f'kull rapport finanzjarju interim minn dawn skont il-paragrafu 23 u għandha taġġorna r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa minn (a) u (b).

▼M16

33 L-IAS 34 jeħtieġ għoti ta’ informazzjoni minimu, bażat fuq l-assunzjoni li l-utenti tar-rapport finanzjarju interim għandhom ukoll aċċess għall-aktar rapporti finanzjarji annwali reċenti. Iżda, l-IAS 34 jeħtieġ ukoll li entità tagħti informazzjoni fuq “kull fatt jew operazzjoni li hija materjali biex jinftiehem il-perijodu interim kurrenti”. Għalhekk, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba ma jkunx żvela, fl-iktar rapporti finanzjarji annwali reċenti skont il-GAAP preċedenti, informazzjoni materjali biex jinftiehem il-perijodu interim kurrenti, ir-rapport finanzjarju interim tiegħu għandu jiżvela dik l-informazzjoni jew jinkludi referenza għal band'oħra għal xi dokument ippubblikat ieħor li jinkludiha.

DATA EFFETTIVA

34 Entità għandha tapplika dan l-IFRS jekk l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS ikunu għal perijodu li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

35 Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi D1(n) u D23 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 23 Kosti tas-Self (kif rivedut fl-2007) għal perijodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri.

36 IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 19, C1 u C4(f) u (g). Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri.

37 IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 13 u B7. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri.

38  Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f’Mejju 2008, żied il-paragrafi 31, D1(g), D14 u D15. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-paragrafi għal perijodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

39 Il-Paragrafu B7 ġie emendat minn Titjib għall-IFRSs li nħareġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri.

▼M24

39A  Eżenzjonijiet addizzjonali għal Min Jadotta għall-Ewwel darba (Emendi għall-IFRS 1), maħruġa f'Lulju 2009, żied il-paragrafi 31A, D8A, D9A, u D21A u emenda l-paragrafi D1(c), (d) u (1). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M25

39C  Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010 żiedet il-paragrafu E3. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M29

39E It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f'Mejju 2010 żied il-paragrafi 27A, 31B u D8B u emenda l-paragrafi 27, 32, D1(c) u D8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal rapporti annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-entitajiet li adottaw IFRSs f'perjodi qabel id-data effettiva tal-IFRS1 jew applikaw l-IFRS 1 f'perjodu preċedenti huma permessi li japplikaw l-emenda għall-paragrafu D8 b'mod retrospettiv fl-ewwel perjodu annwali wara li l-emenda ssir effettiva. Entità li tapplika l-paragrafu D8 b'mod retrospettiv għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M30

39F  Divulgazzjonijiet—Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġin f'Ottubru tal-2010, il-paragrafu miżjud E4. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Lulju 2011. Hija permessa applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu bikri għandha tiddivulga dan il-fatt.

▼M33

39H  Iperinflazzjoni Gravi u Tneħħija tad-Dati Fissi għal min Jadottahom għall-Ewwel Darba (Emendi fl-IFRS 1), li ħareġ f'Diċembru 2010, emenda l-paragrafi B2, D1 u D20 u żied il-paragrafi 31C u D26-D30. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel.

▼M32

39I L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 31, B7, C1, D1, D14 u D15 u żiedu l-paragrafu D31. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

39J L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, ħassar il-paragrafu 19, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fl-Appendiċi A u emenda l-paragrafi D15 u D20. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

39K  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 21. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

(h) L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati (kif emendat f'Ġunju 2011) emenda fil-paragrafi D1, jitħassru l-paragrafi D10 u D11 u jiżdied il-paragrafu E5. Entità għandha tapplika dawn l-amendi meta tapplika IAS 19 (kif emendat f'Ġunju 2011).

▼M33

39M L-IFRIC 20 Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta' Minjiera tal-Wiċċ żied il-paragrafu D32 u enenda l-paragrafu D1. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 20.

▼M35

39N  Self tal-Gvern (Emendi għall-IFRS 1), maħruġ f’Marzu 2012, paragrafi miżjuda B1(f) u B10-B12. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel.

39O Paragrafi B10 u B11 jirreferu għall-IFRS 9. Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda tkun għadha mhix qiegħda tapplika l-IFRS 9, ir-referenzi fil-paragrafi B10 u B11 tal-IFRS 9 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

▼M36

39P Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, żied il-paragrafi 4A – 4B u 23A u 23B. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

39Q  Iċ-Ċiklu tat-Titjib Annwali 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu D23. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

39R  Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 21. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M37

39S  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Il-Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11 u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, emendat il-paragrafu D31. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11 (kif emendat f'Ġunju 2012).

▼M38

39T  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi D16, D17 u l-Appendiċi C u żiedu intestatura u l-paragrafi E6–E7. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼M16

IRTIRAR TAL-IFRS 1 (MAĦRUĠ FL-2003)

40 Dan l-IFRS jieħu post l-IFRS 1 (maħruġ fl-2003 u emendat f’Mejju 2008).




Appendiċi A

Termini mfissra

Din l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs

Il-bidu tal-iktar perijodu reċenti li għalih entità tippreżenta l-informazzjoni komparattiva sħiħa taħt l-IFRSs fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejji skont l-IFRS.

GAAP preċedenti

Il-bażi tal-kontabilità li min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba kien uża eżatt qabel l-adozzjoni tal-IFRSs.

kost preżunt

Ammont użat bħala sostitut għall-kost jew għall-kost deprezzat f'data partikolari. Id-deprezzament jew amortizzament sussegwenti jassumi li l-entità kienet inizjalment irrikonoxxiet l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data partikolari u li l-valur tiegħu/tagħha kien daqs il-kost preżunt.

l-ewwel prospetti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS

L-ewwel rapporti finanzjarji annwali fejn entità tadotta l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs), permezz ta' dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta' konformità mal-IFRSs.

l-ewwel perijodu tar-rappurtaġġ ta' IFRS

L-aħħar perijodu ta’ rapportaġġ kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità skont l-IFRS.

min jadotta [l-IFRS] għall-ewwel darba

Entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS.

Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS

Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

Standards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs)

L-Istandards u l-Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a) Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju;

(b) Standards Internazzjonali tal-Kontabilità; u

(c) Interpretazzjonijiet żviluppati mill-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) jew dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).

▼M33

Valur ġust

huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

▼M16




Appendiċi B

Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retroattiva ta’ IFRSs oħra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

▼M35

B1 Entità għandha tapplika dawn l-eċċezzjonijiet:

(a) l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligi finanzjarji (il-paragrafi B2 u B3);

(b) kontabilità għall-hedging (il-paragrafi B4-B6),

(c) interessi bla dritt ta’ kontroll (il-paragrafu B7).

(d) klassifikazzjoni u kalkolu ta’ assi finanzjarji (paragrafu B8);

(e) derivattivi integrati (paragrafu B9) u

(f) self tal-gvern (paragrafi B10-B12).

▼M16

Irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji

▼M33

B2 Ħlief kif permess mill-paragrafu B3, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti tar-irtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara. Pereżempju, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji mhux derivati jew ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati skont il-GAAP preċedenti tiegħu bħala riżultat ta’ tranżazzjoni li seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, ma għandux jirrikonoxxi dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-IFRSs (sakemm ma jkunux jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala riżultat ta’ tranżazzjoni jew avveniment li jseħħ wara).

▼M16

B3 Minkejja l-paragrafu B2, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 b’lura minn data li tintgħażel mill-entità, kemm-il darba t-tagħrif meħtieġ biex tapplika l-IAS 39 għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom ikun ġie rtirat bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet li saru fil-passat ġew miksuba fiż-żmien li nbdiet il-kontabilità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.

Kontabilità għall-hedging

B4 Kif meħtieġ mill-IAS 39, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha:

(a) tkejjel il-valur ġust ta’ kull derivattiv; u

(b) telimina kull telf u qligħ differit li jirriżulta minn derivattivi li kienu ġew irrappurtati skont il-GAAP preċedenti daqslikieku kienu assi jew obbligazzjonijiet.

B5 Entità m’għandhiex tirrifletti fil-karta tal-bilanċ tal-bidu tagħha mħejjija skont l-IFRS relazzjoni ta’ hedging ta’ tip li ma jikkwalifikax bħala kontabilità għall-hedging skont l-IAS 39 (pereżempju, ħafna relazzjonijiet ta’ hedging fejn l-istrument ta’ hedging huwa strument ta’ flus jew id-dritt ta’ opzjoni bil-miktub; meta l-entrata soġġetta għal hedging tkun f’pożizzjoni netta; jew meta l-hedge ikopri riskju ta’ mgħax f’investiment miżmum sal-maturità). Madankollu, jekk entità indikat pożizzjoni netta bħala oġġett soġġett għal hedging skont il-GAAP preċedenti, hija tista’ tinnomina element individwali f’dik il-pożizzjoni netta bħala oġġett soġġett għal hedging skont l-IFRSs, iżda dan ma tistax tagħmlu aktar tard minn dakinhar tad-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

B6 Jekk, qabel id-data ta’ tranżizzjoni għal IFRSs, entità tkun għażlet tranżazzjoni bħala hedge iżda l-hedge ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal kontabilità għall-hedging fl-IAS 39 l-entità għandha tapplika l-paragrafi 91 u 101 tal-IAS 39 (kif rivedut fl-2003) sabiex twaqqaf il-kontabilità għall-hedging. Tranżazzjonijiet konklużi qabel id-data ta’ transazzjoni għal IFRSs m’għandhomx jiġu magħżula b’mod retrospettiv bħala hedges.

Interessi bla dritt ta’ kontroll

▼M32

B7 Min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti li ġejjin tal-IFRS 10 b'mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs:

(a) ir-rekwiżit fil-paragrafu B94 li l-introjtu komprensiv totali jiġi attribwit lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi nonkontrollanti anki jekk dan iwassal biex l-interessi nonkontrollanti ikollhom bilanċ ta' defiċit;

(b) ir-rekwiżiti fil-paragrafi 23 u B93 għall-ikkontabilizzar tal-bidliet fl-interess propjetarju tal-kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll; u

(c) ir-rekwiżiti fil-paragrafi B97–B99 għall-ikkontabilizzar tat-telf tal-kontroll fuq sussidjarja, u r-rekwiżiti relatati tal-paragrafu 8A tal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li ma Tkomplewx.

Madankollu, jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 3 b'mod retrospettiv għal kombinamenti ta' negozji fil-passat, huwa għandu japplika wkoll l-IFRS 10 skont il-paragrafu C1 ta’ dan l-IFRS.

▼M35

Self tal-Gvern

B10 Min jadotta għall-ewwel darba għandu jikklassifika s-self kollu tal-gvern li jkun irċieva bħala obbligu finanzjarju jew bħala strument ta’ ekwità f’konformità mal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. Minbarra kif permess mill-paragrafu B11, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti fl-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IAS 20 Kontabbiltà għal Għotjiet tal-Gvern u Divulgazzjoni ta’ Assistenza tal-Gvern prospettivament għal self tal-gvern eżistenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u ma għandux jirrikonoxxi l-benefiċċju korrispondenti tas-self tal-gvern b’rata ta’ interess inqas minn tas-suq bħala għotja tal-gvern. Konsegwentement, jekk min jadotta għall-ewwel darba, skont il-GAAP preċedenti, ma rrikonoxxiex u ma kkalkulax self tal-gvern b’rata ta’ interessi inqas minn tas-suq fuq bażi konsistenti mar-rekwiżiti IFRS, għandu juża l-GAAP preċedenti tiegħu għall-ammont riportat tas-self fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs bħala l-ammont riportat tas-self fid-dikjarazzjoni tal-bidu tal-IFRS dwar il-pożizzjoni finanzjarja. Entità għandha tapplika l-IFRS 9 għall-kalkolu tat-tali self wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

B11 Minkejja l-paragrafu B10, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti fl-IFRS 9 u l-IAS 20 retrospettivament għal kwalunkwe self tal-gvern li joriġina qabel id-data tat-tranżizzjoni tal-IFRS, sakemm l-informazzjoni meħtieġa biex isir dan tkun inkisbet fiż-żmien tal-kontabbiltà inizjali għal dak is-self.

B12 Ir-rekwiżiti u l-gwida fil-paragrafi B10 u B11 ma jipprekludux entità milli tkun tista’ tuża l-eżenzjonijiet deskritti fil-paragrafi D19-D19D relatati mad-deżinjazzjoni ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel f’valur ġust permezz ta’ profit jew telf.

▼M16




Appendiċi C

Eżenzjonijiet għal kombinamenti ta’ negozju

▼M38

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-IFRS. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti li ġejjin għal kombinamenti ta' negozji li l-entità rikonoxxiet qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs. Din l-Appendiċi għandha tkun applikata biss għal kombinamenti ta' negozji li jaqgħu taħt l-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji.

▼M32

C1 Min jadotta għall-ewwel darba jista' jagħżel li ma japplikax l-IFRS 3 b'mod retrospettiv għal kombinamenti ta' negozji fil-passat (kombinamenti ta' negozji li seħħew qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs). Madankollu, jekk min jadotta għall-ewwel darba jiddikjara mill-ġdid li xi kombinament ta' negozji jikkonforma mal-IFRS 3, huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti ta' negozji kollha li seħħew aktar tard u għandu japplika wkoll l-IFRS 10 minn dik l-istess data. Pereżempju, jekk min jadotta għall-ewwel darba jagħżel li jiddikjara mill-ġdid kombinament ta' negozji li seħħ fit-30 ta' Ġunju 20X6, huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti kollha ta' negozji li seħħew fit-30 ta' Ġunju 20X6 u d-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, u għandu japplika wkoll l-IFRS 10 mit-30 ta' Ġunju 20X6.

▼M16

C2 Entità m’għandhiex għalfejn tapplika l-IAS 21 L-Effetti ta’ Tibdil fir-Rati tal-Kambju b’lura għal aġġustamenti fil-valur ġust jew fl-avvjament li jirriżultaw f’kombinamenti ta’ negozji li jkunu seħħu qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk l-entità ma tapplikax l-IAS 21 b’lura għal dawk l-aġġustamenti fil-valur ġust u l-avvjament, hija għandha tittrattahom bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità u mhux bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità li tkun ġiet akkwistata. Għalhekk, dawk l-avvjamenti u aġġustamenti għall-valur ġust jew huma diġà espressi fil-munita funzjonali tal-entità jew huma entrati ta’ munita barranija mhux monetarji, li huma rrappurtati billi tintuża r-rata tal-kambju applikata taħt il-GAAP preċedenti.

C3 Entità tista’ tapplika l-IAS 21 b’mod retrospettiv għal aġġustamenti għall-valur ġust u avvjament li jirriżultaw f’waħda minn dawn:

(a) il-kombinamenti ta’ negozji kollha li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs; jew

(b) il-kombinamenti ta’ negozji kollha li l-entità tagħżel li tiddikjara mill-ġdid biex tikkonforma ruħha mal-IFRS 3, kif permess mill-paragrafu C1 iktar ’il fuq.

C4 Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba ma japplikax l-IFRS 3 b’mod retroattiv għal xi kombinament ta’ negozji fil-passat, dan ikollu l-konsegwenzi li ġejjin fuq dak il-kombinament ta’ negozji:

(a) Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jżomm l-istess klassifikazzjoni (bħala akkwist mill-akkwirent legali, akkwist bil-maqlub mill-akkwiżit legali, jew bħala unjoni ta’ interessi) bħal fir-rapporti finanzjarji preċedenti tiegħu skont il-GAAP.

(b) Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs li kienu akkwistati jew assunti f’xi kombinament ta’ negozji fil-passat, ħlief għal:

(i) xi assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom kien irtirat taħt il-GAAP preċedenti (ara l-paragrafu B2); u

(ii) assi, inkluż avvjament, u obbligazzjonijiet li ma ġewx rikonoxxuti fir-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwirent skont il-GAAP preċedenti u li lanqas ma jikkwalifikaw għal rikonoxximent skont l-IFRSs fir-rapport separat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit (ara (f)-(i) hawn isfel).

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi kull bidla li tirriżulta billi jaġġusta l-qligħ imfaddal (jew, jekk xieraq, xi kategorija oħra tal-ekwità), kemm-il darba l-bidla tirriżulta mir-rikonoxximent ta’ xi assi intanġibbli li qabel kien inkluż fl-avvjament (ara (g)(i) hawn isfel).

(c) Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jeskludi mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS kull element rikonoxxut skont il-GAAP preċedenti li ma jikkwalifikax biex jiġi rikonoxxut bħala assi jew obbligazzjoni skont l-IFRSs. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jagħti rendikont għal bidliet riżultanti skont kif ġej:

(i) min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jkun ikklassifika kombinament ta’ negozji fil-passat bħala akkwist u rrikonoxxa bħala assi intanġibbli element li ma jikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala assi taħt l-IAS 38 Assi Intanġibbli. Huwa għandu jikklassifika mill-ġdid dak l-element (u, jekk ikun hemm, it-taxxa differita u l-interessi relatati bla dritt ta’ kontroll) bħala parti mill-avvjament (ħlief jekk ikun naqqas l-avvjament direttament minn ekwità taħt il-GAAP preċedenti, ara l-paragrafu (g)(i) u (i) hawn isfel).

(ii) min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jirrikonoxxi kull tibdil ieħor li jirriżulta fil-qligħ imfaddal ( 40 ).

(d) IFRSs jeħtieġu l-valutazzjoni sussegwenti ta’ xi assi u obbligazzjonijiet fuq bażi li mhix ibbażata fuq il-kost oriġinali, bħalma huwa l-valur ġust. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jivvaluta dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet fuq dik il-bażi fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tiegħu mħejji skont l-IFRS, ukoll jekk kienu ġew akkwistati jew assunti f’kombinament ta’ negozji fil-passat. Għandu jirrikonoxxi kull bidla riżultanti fl-ammont miżmum fil-kotba billi jaġġusta l-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun xieraq, kategorija oħra ta’ ekwità), aktar milli avvjament.

(e) Immedjatament wara l-kombinament ta’ negozji, l-ammont miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti ta’ assi akkwistati u obbligazzjonijiet assunti f’dak il-kombinament ta’ negozji għandu jkun il-kost preżunt tagħhom skont l-IFRSs f’dik id-data. Jekk l-IFRSs ikunu jeħtieġu kejl ibbażat fuq il-kost ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet f’data aktar tard, dak il-kost preżunt għandu jkun il-bażi għal diprezzament jew ammortizzament ibbażat fuq il-kost mid-data tal-kombinament ta’ negozji.

(f) Jekk xi ass akkwistat, jew xi obbligazzjoni assunta, f’xi kombinament ta’ negozji fil-passat ma kienx rikonoxxut skont il-GAAP preċedenti, m’għandux kost preżunt ta’ żero fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS. Minflok, l-akkwirent għandu jirrikonoxxih u jivvalutah fir-rapport ikkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fuq il-bażi meħtieġa mill-IFRSs fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit. Biex nispjegaw: jekk akkwirent ma kienx, skont il-GAAP preċedenti tiegħu, ikkapitalizza l-kirjiet finanzjarji akkwistati f’kombinament ta’ negozji fil-passat, għandu jikkapitalizza dawk il-kirjiet fir-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu, l-istess bħalma kieku l-IAS 17 Kuntratti ta’ Kiri jeħtieġ li l-akkwirent jagħmel fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tiegħu mħejjija skont l-IFRS. Bl-istess mod, jekk l-akkwirent ma kienx, skont il-GAAP preċedenti, irrikonoxxa obbligazzjoni kontinġenti li tkun għadha teżisti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi dik l-obbligazzjoni kontinġenti f’dik id-data ħlief jekk l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jipprojbixxi r-rikonoxximent tiegħu fir-rapporti finanzjarji tal-akkwiżit. Bil-kontra, jekk xi assi jew obbligazzjoni kienu inklużi fl-avvjament skont il-GAAP preċedenti iżda kieku kienu jiġu rikonoxxuti separatament skont l-IFRS 3, dak l-assi jew obbligazzjoni jibqgħu inklużi fl-avvjament kemm-il darba l-IFRSs ma jeħtiġux ir-rikonoxximent tiegħu fir-rapporti finanzjarji tal-akkwiżit.

(g) L-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS għandu jkun l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu skont il-GAAP preċedenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, wara li jsiru ż-żewġ aġġustamenti li ġejjin:

(i) Jekk mitlub mill-paragrafu (c)(i) hawn fuq, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jżid l-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament meta jikklassifika mill-ġdid xi element li kien irrikonoxxa bħala assi intanġibbli skont il-GAAP preċedenti. Bl-istess mod, jekk il-paragrafu (f) hawn fuq jeħtieġ li min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jirrikonoxxi xi assi intanġibbli li kien inkluż fl-avvjament skont il-GAAP preċedenti, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba fl-avvjament kif meħtieġ (u, jekk ikun applikabbli, jaġġusta t-taxxa diferita u l-interessi bla dritt ta’ kontroll).

(ii) Irrispettivament minn jekk hemmx xi indikazzjoni li l-avvjament jista’ jkun indebolit, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu japplika l-IAS 36 biex jittestja l-avvjament għal xi indeboliment fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u fir-rikonoxximent ta’ kull telf minħabba indeboliment fil-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun hekk mitlub mill-IAS 36, fil-bilanċ favorevoli minn rivalutazzjoni). Il-test tal-indeboliment għandu jkun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet preżenti fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(h) Ebda aġġustament ieħor m’għandu jsir lill-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Pereżempju, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux jerġa’ jiddikjara l-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament:

(i) biex jeskludi r-riċerka u l-iżvilupp li jinsabu għaddejjin akkwistati f’dak il-kombinament ta’ negozji (ħlief jekk l-assi intanġibbli involut jikkwalifika għar-rikonoxximent skont l-IAS 38 fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-akkwiżit);

(ii) biex jaġġusta ammortizzazzjoni preċedenti tal-avvjament;

(iii) biex jitreġġgħu lura aġġustamenti tal-avvjament li l-IFRS 3 ma jippermettix, iżda li saru skont il-GAAP preċedenti minħabba aġġustamenti lill-assi u lill-obbligazzjoni bejn id-data tal-kombinament ta’ negozji u d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

(i) Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jkun irrikonoxxa l-valur tal-avvjament taħt GAAP preċedenti bħala tnaqqis minn ekwità:

(i) m’għandux jirrikonoxxi dak l-avvjament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu tiegħu mħejji skont l-IFRS. Barra minn dan, m’għandux jikklassifika mill-ġdid dak l-avvjament għal profitt jew telf jekk huwa jiddisponi mill-kumpanija sussidjarja jew jekk l-investiment fil-kumpanija sussidjarja jsir indebolit;

(ii) aġġustamenti li jirriżultaw minn risoluzzjoni sussegwenti ta’ kontingenza li taffetwa l-korrispettiv tax-xiri għandhom jitqiesu bħala qligħ imfaddal.

(j) Skont il-GAAP preċedenti tiegħu, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba seta’ ma kienx ikkonsolida kumpanija sussidjarja akkwistata f’kombinament ta’ negozji (pereżempju, minħabba li l-kumpanija prinċipali ma kinitx tqisha bħala kumpanija sussidjarja skont il-GAAP preċedenti jew ma kinitx lestiet rapporti finanzjarji konsolidati). Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu jaġġusta l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija sussidjarja għall-ammonti li l-IFRSs ikunu jeħtieġu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija sussidjarja. Il-kost preżunt tal-avvjament huwa daqs id-differenza fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs bejn:

(i) l-interess tal-kumpanija prinċipali f’dawk l-ammonti miżmuma fil-kotba aġġustati; u

(ii) il-valur tal-investiment tal-kumpanija prinċipali fil-kumpanija sussidjarja preżenti fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

(k) Il-valutazzjoni tal-interessi minoritarji u tat-taxxa differita ssegwi mill-valutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet oħra. Għalhekk, l-aġġustamenti ta’ hawn fuq għall-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti jaffetwaw l-interessi bla dritt ta’ kontroll u t-taxxa differita.

C5 L-eżenzjoni għal kombinament ta’ negozji fil-passat tapplika wkoll għal akkwiżizzjonijet fl-imghoddi ta’ kumpaniji assoċjati u ta’ interessi f’impriżi konġunti. Barra minn dan, id-data magħżula fil-paragrafu C1 tapplika wkoll għal kull akkwiżizzjoni oħra bħal din.




Appendiċi D

Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

D1 Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

▼M33

(a) tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażat fuq ishma (il-paragrafi D2 u D3);

▼M16

(b) kuntratti tal-assigurazzjoni (il-paragrafu D4);

▼M29

(c) il-kost preżunt (il-paragrafi D5–D8 B);

▼M24

(d) kuntratti ta' kiri (il-paragrafi D9 u D9A);

▼M31 —————

▼M16

(f) differenzi kumulattivi fil-qlib (il-paragrafi D12 u D13);

(g) investimenti f’sussidjarji, ►M32  f'impriżi konġunti ◄ u f’kumpaniji assoċjati (il-paragrafi D14 u D15);

(h) assi u obbligazzjonijiet ta' sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti (il-paragrafi D16 u D17);

(i) strumenti finanzjarji komposti (il-paragrafu D18);

(j) id-denomina ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel (il-paragrafu D19);

(k) il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-ewwel rikonoxximent (il-paragrafu D20);

▼M24

(l) obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonament inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjant u tagħmir (il-paragrafi D21 u D21A);

▼M33

(m) assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabbilizzati skont l-IFRIC 12 Arranġamenti ta’ Konċessjoni ta’ Servizz (il-paragrafu D22);

(n) spejjeż ta’ self (il-paragrafu D23);

(o) trasferimenti ta’ assi mingħand il-klijenti (il-paragrafu D24);

▼M32

(p) estinzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ strumenti azzjonarji (il-paragrafu D25);

(q) iperinflazzjoni severa (il-paragrafi D26-D30);

(r) arranġamenti konġunti (il-paragrafu D31);

▼M33

(s) spejjeż għat-tneħħija tal-iskart fil-fażi tal-produzzjoni ta' minjiera tal-wiċċ (il-paragrafu D32).

▼M16

Entità m'għandiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b'analoġija għal elementi oħra.

Tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma

D2 Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma għal strumenti azzjonarji mogħtija fis-7 ta' Novembru 2002 jew qabel. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba hu mħeġġeġ ukoll, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal strumenti azzjonarji li kienu ngħataw wara s-7 ta' Novembru 2002 u li ġew vestiti qabel l-aħħar waħda minn dawn iż-żewġ dati: (a) id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs u (b) l-1 ta' Jannar 2005. Madankollu, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 2 għal strumenti azzjonarji bħal dawn, jista' jagħmel dan biss jekk l-entità tkun żvelat pubblikament il-valur ġust ta' dawk l-istrumenti azzjonarji, stabbilit fid-data tal-kejl, kif definit fl-IFRS 2. Għall-għotjiet kollha ta’ strumenti azzjonarji li għalihom l-IFRS 2 ma ġiex applikat (eż. strumenti azzjonarji mogħtija fis-7 ta’ Novembru 2002 jew qabel), min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba madankollu għandu jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 44 u 45 tal-IFRS 2. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jimmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ strumenti azzjonarji li għalihom ma ġiex applikat l-IFRS2, l-entità mhijiex meħtieġa li tapplika l-paragrafi 26-29 tal-IFRS 2 jekk il-modifika seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

D3 Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażat fuq ishma li ġew imħallsa qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ ukoll, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li ġew imħallsa qabel l-1 ta’ Jannar 2005. Għal obbligazzjonijiet li għalihom jiġi applikat l-IFRS 2, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba mhuwiex meħtieġ li jiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva sakemm l-informazzjoni tkun relatata ma' perijodu jew ma' data qabel is-7 ta' Novembru 2002.

Kuntratti tal-assigurazzjoni

D4 Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. L-IFRS 4 jirristrinġi bidliet fil-politiki ta' kontabilità għal kuntratti tal-assigurazzjoni, li jinkludu bidliet magħmula minn min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba.

Valur ġust jew rivalutazzjoni bħala kost preżunt

D5 Entità tista' tagħżel li tivvaluta element ta' proprjetà, impjanti u tagħmir fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs skont il-valur ġust tagħhom u tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt tagħhom f'dik id-data.

D6 Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jagħżel li juża rivalutazzjoni ta' element ta' proprjetà, impjanti u tagħmir magħmula skont il-GAAP preċedenti fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs jew qabel bħala l-kost preżunt fid-data tar-rivalutazzjoni, jekk ir-rivalutazzjoni kienet, fid-data tar-rivalutazzjoni, bejn wieħed u ieħor paragunabbli ma':

(a) valur ġust: jew

(b) il-kost jew il-kost deprezzat skont l-IFRSs, aġġustat biex jirrifletti, pereżempju, bidliet f'indiċi ġenerali jew speċifiku tal-prezzijiet.

D7 L-għażliet fil-paragrafi D5 u D6 huma wkoll disponibbli għal:

(a) proprjetà ta' investiment, jekk entità tagħżel li tuża l-mudell tal-kost fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment u

(b) assi intanġibbli li jissodisfaw:

(i) il-kriterji ta' rikonoxximent fl-IAS 38 (inkluż valutazzjoni affidabbli tal-kost oriġinali); u

(ii) il-kriterji fl-IAS 38 għar-rivalutazzjoni (inkluża l-eżistenza ta' suq attiv).

Entità m'għandiex tuża dawn l-għażliet għal xi assi jew obbligazzjonijiet oħrajn.

▼M29

D8 Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jkun stabilixxa kost preżunt skont il-GAAP preċedenti għal xi assi u obbligazzjonijiet jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu billi jkun stmahom skont il-valur ġust tagħhom f'data waħda partikolari minħabba xi avveniment bħal privatizzazzjoni jew offerta pubblika inizjali. It

(a) Jekk id-data tal-kejl tkun fi jew qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, l-entità tista' tuża dawn l-istimi ta' valur ġust misjuqa minn avvenimenti bħala l-kost preżunt għall-IFRSs fid-data ta' dak il-kejl.

(b) Jekk id-data tal-kejl tkun wara d-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, iżda matul il-perjodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji IFRS, il-valutazzjonijiet tal-valur ġust misjuqa mill-avvenimenti jistgħu jintużaw bħala l-kost preżunt meta jseħħ l-avveniment. Entità għandha tirrikonoxxi l-aġġustamenti li jirriżultaw b'mod dirett fil-qligħ imfaddal (jew, jekk xieraq, xi kategorija oħra ta' ekwità) fid-data tal-kejl. Fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRS, l-entità għandha jew tistabilixxi l-kost preżunt billi tapplika l-kriterji fil-paragrafi D5–D7 jew tistma l-assi u l-obbligazzjonijiet skont ir-rekwiżiti l-oħra f'dan l-IFRS.

▼M24

Kost preżunt

D8A Fl-ambitu ta' xi rekwiżiti nazzjonali tal-kontabbiltà, il-kostijiet għall-esplorazzjoni u l-iżvilupp għall-proprjetajiet taż-żejt u l-gass fil-fażijiet ta' żvilupp u produzzjoni jiġu rreġistrati f'ċentri tal-kostijiet li jinkludu l-proprejtajiet kollha f'żona ġeografika kbira. Min jadotta l-ewwel darba u juża tali kontabbiltà fl-ambitu tal-GAAP preċedenti jista' jagħżel li jkejjel l-assi taż-żejt u l-gass fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs abbażi ta' li ġej:

(a) assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni skont l-ammont iddeterminat fl-ambitu tal-GAAP preċedenti tal-entità; kif ukoll

(b) assi fil-fażi ta' żvilupp jew produzzjoni skont l-ammont iddeterminat għaċ-ċentru tal-kostijiet fl-ambitu tal-GAAP preċedenti tal-entità. L-entità għandha talloka dan l-ammont fuq l-assi sottostanti taċ-ċentru tal-kostijiet pro rata bl-użu ta' volumi ta' riżerva jew valuri ta' riżerva b'effett minn dik id-data.

L-entità għandha tittestja l-assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni u assi fil-fażi tal-iżvilupp u l-produzzjoni għall-indeboliment fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs skont l-IFRS 6 Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom jew l-IAS 36 rispettivament u, fejn meħtieġ, tnaqqas l-ammont iddeterminat skont (a) jew (b) hawn fuq. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, assi taż-żejt u l-gass jinkludu biss dawk l-assi użati fl-esplorazzjoni, evalwazzjoni, żvilupp jew produzzjoni taż-żejt u l-gass.

▼M29

D8B Xi entitajiet ikollhom oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir jew assi intanġibbli li jintużaw, jew kienu jintużaw qabel, f'operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata. L-ammont miżmum fil-kotba ta' tali oġġetti jista' jinkludi ammonti li kienu ġew stabiliti taħt GAAP preċedenti iżda li ma jikkwalifikawx għal kapitalizzazzjoni skont l-IFRSs. Jekk dan ikun il-każ, min jadotta l-istandard għall-ewwel darba jista' jagħżel li juża l-ammont miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti ta' dak it-tip ta' oġġett fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs bħala kost preżunt. Jekk entità tapplika din l-eżenzjoni għal oġġett, hija m'għandhiex għalfejn tapplika għall-oġġetti kollha. Fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tittestja għal xi indeboliment skont l-IAS 36 kull oġġett li għalih tintuża din l-eżenzjoni. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet huma soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata jekk huma jipprovdu prodotti jew servizzi lill-konsumaturi bi prezzijiet (jiġifieri rati) stabiliti minn korp awtorizzat li jkollu s-setgħa li jistabilixxi rati li jorbtu lill-konsumaturi u li jkunu mfassla sabiex jirkupraw l-ispejjeż speċifiċi li tagħmel l-entità sabiex tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi regolati u biex tagħmel redditu speċifikat. Ir-redditu speċifikat jista' jkun minimu jew medda u m'hemmx għalfejn ikun redditu fiss jew garantit.

▼M16

Kuntratti ta' Kiri

D9 Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRIC 4 Kif Tiddetermina jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera. Għalhekk, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jista' jiddetermina jekk arranġament eżistenti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs fihx kuntratt ta' kera fuq il-bażi tal-fatti u ċirkustanzi eżistenti f'dik id-data.

▼M24

D9A Jekk min ikun qed jadotta għall-ewwel darba jkun għamel l-istess determinazzjoni ta' jekk arranġament jinkludix kuntratt ta' kera skont il-GAAP preċedenti bħal dak meħtieġ skont l-IFRIC 4 iżda f'data oħra għajr dik meħtieġa mill-IFRIC 4, min jadotta l-ewwel darba ma jkunx meħtieġ jirrivaluta dik id-determinazzjoni meta jadotta l-IFRSs. Għal entità biex tkun għamlet l-istess determinazzjoni dwar jekk l-arranġament ikunx fih kuntratt ta' kera skont il-GAAP preċedenti, dik id-determinazzjoni trid tkun tat l-istess eżitu bħal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IAS 17 Kuntratti ta' kera u l-IFRIC 4.

▼M31 —————

▼M16

Differenzi kumulattivi fil-qlib

D12 L-IAS 21 jeħtieġ li entità:

(a) tirrikonoxxi xi differenzi fil-qlib fi dħul ieħor komplessiv u takkumula dawn f’komponent separat ta’ ekwità; u

(b) meta tiddisponi minn xi operazzjoni barranija, tikklassifika mill-ġdid id-differenza kumulattiva fil-qlib għal dik l-operazzjoni barranija (inkluż, jekk applikabbli, kull qligħ u telf riżultanti minn hedges relatati) minn ekwità għal profitt jew telf bħala parti mill-qligħ jew telf li jkun sar mid-disponiment.

D13 Madankollu, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal differenzi kumulattivi fil-qlib li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni:

(a) id-differenzi kumulattivi fil-qlib għall-operazzjonijiet barranin kollha għandhom jitqiesu li huma żero fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs; u

(b) il-qligħ jew telf riżultanti minn disponiment sussegwenti ta' xi operazzjoni barranija għandu jeskludi d-differenzi fil-qlib li kien hemm qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs u għandu jinkludi d-differenzi fil-qlib sussegwenti.

Investimenti f’sussidjarji, ►M32  impriżi konġunti ◄ u kumpaniji assoċjati

D14 Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) jeħtieġ li hija tkun responsabbli għall-investimenti tagħha f’sussidjarji, ►M32  f'impriżi konġunti ◄ u f’kumpaniji assoċjati jew:

(a) skont il-kost jew

(b) skont l-IAS 39.

D15 Jekk min jadotta għall-ewwel darba jkejjel investiment bħal dan fil-kost skont l-IAS 27, dan għandu jkejjel dak l-investiment f’wieħed minn dawn l-ammonti li ġejjin fir-rapport tal-ftuħ tal-IFRS separat tal-pożizzjoni finanzjarja:

(a) kost stabbilit skont l-IAS 27 jew

(b) kost meqjus. Il-kost meqjus ta’ investiment bħal dan għandu jkun:

(i) il-valur ġust tiegħu fid-data ta’ tranżizzjoni tal-entità għall-IFRSs fir-rapporti finanzjarji separati tagħha; jew

▼M16

(ii) l-ammont miżmum fil-kotba f’dik id-data skont il-GAAP preċedenti.

Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jagħżel (i) jew (ii) hawn fuq biex jivvaluta l-investiment tiegħu f’kull sussidjarja, ►M32  impriża konġunta ◄ jew kumpanija assoċjata li jagħżel li jivvaluta permezz ta' kost preżunt.

Assi u obbligazzjonijiet ta' kumpaniji sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti

▼M38

D16 Jekk xi kumpanija sussidjarja tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-kumpanija prinċipali tagħha, il-kumpanija sussidjarja għandha, fir-rapporti finanzjarji tagħha, tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha jew:

(a) skont l-ammonti riportati li kieku jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija prinċipali, abbażi tad-data ta' tranżizzjoni tal-kumpanija prinċipali għall-IFRSs, jekk ma' kinux saru aġġustamenti fil-proċeduri ta' konsolidazzjoni u għall-effetti tal-kombinament tan-negozji li fih il-kumpanija prinċipali akkwistat lis-sussidjarja (din l-għażla mhijiex disponibbli għal sussidjarja ta' entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10, li hija meħtieġa tkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu); jew

▼M16

(b) l-ammonti miżmuma fil-kotba meħtieġa mill-kumplament ta' dan l-IFRS, ibbażati fuq id-data ta' tranżizzjoni tas-sussidjarja għall-IFRS. Dawn l-ammonti miżmuma fil-kotba jistgħu jvarjaw minn dawk deskritti f'(a):

(i) meta l-eżenzjonijiet f'dan l-IFRS jirriżultaw f'valutazzjonijiet li jiddependu fuq id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs.

(ii) meta l-politiki ta' kontabilità użata fir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja jkunu jvarjaw minn dawk fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Pereżempju, is-sussidjarja tista' tuża bħala l-politiki ta' kontabilità tagħha l-mudell tal-kost fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir, waqt li l-grupp jista' juża l-mudell ta' rivalutazzjoni.

Għażla simili hija disponibbli għal kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-entità li għandha influwenza sinifikanti jew kontroll konġunt fuqha.

 

D17 Iżda, jekk entità tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba aktar tard mis-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta) tagħha, l-entità għandha, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta) bl-istess ammonti riportati fir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta), wara li taġġusta għall-konsolidazzjoni u l-aġġustamenti fil-kontabbiltà tal-ekwità u għall-effetti tal-kombinament tan-negozji li fih l-entità tkun akkwistat lis-sussidjarja. Minkejja dan ir-rekwiżit, entità prinċipali mhux tal-investiment ma għandhiex tapplika l-eċċezzjoni għal konsolidazzjoni li tintuża minn kwalunkwe entità tal-investiment sussidjarja. ◄ Bl-istess mod, jekk kumpanija prinċipali tadotta l-IFRS għall-ewwel darba għar-rapporti finanzjarji separati tagħha qabel jew wara ma' tagħmel hekk għar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, din għandha tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha fl-istess ammonti fiż-żewġ rapporti finanzjarji, ħlief fil-każ ta' aġġustamenti meħtieġa minħabba l-konsolidazzjoni.

Strumenti finanzjarji komposti

D18 L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni jeħtieġ li entità taqsam strument finanzjarju kompost mill-bidunett f'komponenti separati ta’ obbligazzjoni u ekwità. Jekk il-komponent ta’ obbligazzjoni m'għadux iktar pendenti, l-applikazzjoni retrospettiva tal-IAS 32 tinvolvi s-separazzjoni f'żewġ porzjonijiet tal-ekwità. L-ewwel porzjon jikkonsisti fi qligħ imfaddal u jirrappreżenta l-interess kumulattiv li jkun akkumula fuq il-komponent ta’ obbligazzjoni. Il-porzjon l-ieħor jirrappreżenta l-komponent oriġinali tal-ekwità. Madankollu, skont dan l-IFRS, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m'għandux għalfejn jissepara dawn iż-żewġ porzjonijiet jekk il-komponent tal-obbligazzjoni m’għadux iktar pendenti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

Klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel

D19 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jippermetti li assi finanzjarju jkun ikklassifikat fir-rikonoxximent inizjali bħala disponibbli għall-bejgħ jew strument finanzjarju (kemm-il darba jissodisfa ċerti kriterji) li jkun ikklassifikat bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Minkejja dan ir-rekwiżit, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin japplikaw eċċezzjonijiet:

(a) kull entità għandha permess li tagħmel klassifikazzjoni ta' disponibbli għall-bejgħ fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

(b) entità għandha permess li tiddenomina, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kemm-il darba l-assi jew l-obbligazzjoni jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A tal-IAS 39 f’dik id-data.

Il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali

D20 Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu AG76(a) tal-IAS 39, f’xi wieħed minn dawn il-modi:

(a) b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li saru wara l-25 ta' Ottubru 2002; jew

(b) b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li saru wara l-1 ta' Jannar 2004.

Obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonament inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir

D21 IFRIC 1 Bidliet f’obbligazzjonijiet eżistenti ta’ dekumissjonament, restawr u obbligazzjonijiet simili jeħtieġ bidliet speċifiċi fid-dekumissjonament, restawr u obbligazzjonijiet simili li għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-kost ta’ assi li huma relatati miegħu; l-ammont deprezzabbli aġġustat tal-assi mbagħad jiġi deprezzat prospettivament matul il-bqija taż-żmien ta’ utilità tiegħu. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal bidliet f’tali obbligazzjonijiet li seħħu qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni, huwa għandu:

(a) jivvaluta l-obbligazzjoni fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs b'konformità mal-IAS 37;

(b) sal-punt li l-obbligazzjoni tinsab fl-ambitu tal-IFRIC 1, jagħti stima tal-ammont li kieku kien ikun inkluż fil-kost tal-assi relatat meta l-obbligazzjoni seħħet għall-ewwel darba, billi titnaqqas l-obbligazzjoni sa dik id-data bl-użu tal-aħjar stima tar-rata(i) tal-iskont aġġustata għar-riskji storiċi, li kieku kellhom jiġu applikati għal dik l-obbligazzjoni matul dak il-perijodu ta' żmien; u

(c) jikkalkula d-deprezzament akkumulat fuq dak l-ammont, sad-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs, fuq il-bażi tal-istima preżenti taż-żmien tal-utilità tal-assi, bl-użu tal-politika ta’ deprezzament adottata mill-entità skont l-IFRSs.

▼M24

D21A Entità li tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D8A(b) (għall-assi taż-żejt u l-gass fil-fażijiet tal-iżvilupp jew il-produzzjoni rreġistrati fiċ-ċentri tal-kostijiet li jinkludu l-proprjetajiet kolla f'żona ġeografika kbira skont il-GAAP preċedenti) għandha, minflok tapplika l-paragrafu D21 jew l-IFRIC 1:

(a) tkejjel l-obbligazzjonijiet tad-dekummissjonament, restawr u obbligazzjonijiet simili fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs b'konformità mal-IAS 37; kif ukoll

(b) tirrikonoxxi direttament fil-qligħ imfaddal kwalunkwe differenza bejn dak l-ammont u l-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk l-obbligazzjonijiet fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs iddeterminati skont il-GAAP preċedenti ta' entità.

▼M16

Assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabilizzati skont l-IFRIC 12

D22 Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRIC 12.

Kosti tas-self

▼M36

D23 Min jadottahom għall-ewwel darba jista’ jagħżel li japplika r-rekwiżiti tal-IAS 23 mid-data tat-tranżizzjoni jew minn data aktar kmieni kif permess mill-paragrafu 28 tal-IAS 23. Mid-data li fiha entità li tapplika din l-eżenzjoni tibda tapplika l-IAS 23, l-entità:

(a) ma għandhiex terġa' tirrapporta l-komponent tal-kost tas-self li kien kapitalizzat skont il-GAAP preċedenti u li ġie inkluż fl-ammont riportat fil-kotba ta' assi f'dik id-data; kif ukoll

(b) għandha tikkontabilizza l-kosti tas-self imġarrba f’dik id-data jew wara skont l-IAS 23, inklużi dawk il-kosti tas-self imġarrba f’dik id-data jew wara fuq assi li diġà jikkwalifikaw taħt kostruzzjoni.

▼M18

Trasferimenti ta’ assi mingħand klijenti

D24 Min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 22 tal-IFRIC 18 Trasferimenti ta’ Assi mingħand Klijenti. F’dak il-paragrafu, referenza għad-data effettiva għandha tiġi interpretata bħala l-1 ta' Lulju 2009 jew id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs, skont liema tkun l-aktar tard. Barra minn hekk, min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba jista’ jagħżel kwalunkwe data qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs u japplika l-IFRIC 18 għat-trasferimenti kollha ta’ assi mingħand klijenti riċevuti f’dik id-data jew wara.

▼M28

Estinzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta' strumenti azzjonarji

D25 Dak li qed jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-IFRIC 19 Estinzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta' strumenti azzjonarji.

▼M33

Iperinflazzjoni gravi

D26 Jekk entità jkollha munita funzjonali li kienet, jew li hija l-munita ta’ ekonomija b'iperinflazzjoni, l-entità għandha tiddetermina jekk kinitx soġġetta għal iperinflazzjoni gravi qabel id-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs. Dan japplika għal entitajiet li qed jadottaw l-IFRSs għall-ewwel darba, kif ukoll għall-entitajiet li diġà kienu applikaw l-IFRSs.

D27 Il-munita ta’ ekonomija b'iperinflazzjoni hija soġġetta għal iperinflazzjoni jekk ikollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(a) mhuwiex disponibbli indiċi tal-prezz ġenerali affidabbli għall-entitajiet kollha bi tranżazzjonijiet u bilanċi fil-munita.

(b) ma teżistix skambjabilità bejn il-munita u munita barranija relativament stabbli.

D28 Il-munita funzjonali ta’ entità ma tibqax soġġetta għal iperinflazzjoni gravi fid-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali. Din hija d-data meta l-munita funzjonali titlef waħda mill-karatteristiċi, jew it-tnejn li huma, tal-paragrafu D27, jew meta jkun hemm bidla fil-munita funzjonali tal-entità għal munita li ma tkunx soġġetta għal iperinflazzjoni gravi.

D29 Meta d-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs tkun l-istess data li fiha tiġi nnormalizzata l-munita funzjonali, jew data wara, l-entità tista' tagħżel li tkejjel l-assi u l-obbligazzjonjiet kollha li kellha qabel id-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali skont il-valur ġust fid-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs. L-entità tista' tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt ta’ dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet fl-ewwel rapport IFRS tal-pożizzjoni finanzjarja.

D30 Meta d-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali tkun fi żmien perjodu komparattiv ta’ 12-il xahar, il-perjodu komparattiv jista' jkun anqas minn 12-il xahar, sakemm jiġi pprovdut sett sħiħ ta’ rapporti finanzjarji (kif meħtieġa mill-paragrafu 10 tal-IAS 1) għal dak il-perjodu iqsar.

▼M37

Arranġamenti konġunti

D31 Min jadotta għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni tal-IFRS 11 bl-eċċezzjonijiet li ġejja.

(a) Meta japplika d-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni fl-IFRS 11, min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika dawn id-dispożizzjonijiet fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRS.

(b) Meta jaqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, min jadotta għall-ewwel darba għandu jittestja l-investiment għall-indeboliment skont l-IAS 36 kif kien fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRS, irrispettivament jekk hemmx indikazzjoni li l-investiment jista’ jkun indebolit. Kwalunkwe indeboliment li jirriżulta għandu jiġi rikonoxxut bħala aġġustament fil-qligħ imfaddal fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRS.

▼M33

Spejjeż għat-tneħħija tal-iskart fil-fażi tal-produzzjoni ta' minjiera tal-wiċċ

D32 Persuna li tadotta għall-ewwel darba tista' tapplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fil-paragrafi A1 sa A4 tal-IFRIC 20 Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta' Minjiera tal-Wiċċ. F’dak il-paragrafu, ir-referenza għad-data effettiva għandha tiġi interpretata bħala l-1 ta' Jannar 2013 jew il-bidu tal-ewwel perjodu ta' rappurtat tal-IFRS, skont liema tkun l-aktar tard.

▼M16




Appendiċi E

Eżenzjonijiet għal żmien qasir mill-IFRSs

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-IFRS

[Appendiċi rriżervata għal eżenzjonijiet għal żmien qasir li jistgħu jingħataw fil-futur]

▼M25

Żvelar dwar strumenti finanzjarji

E3 Min jadotta għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafu 44G tal-IFRS 7. ( 41 )

▼M30

E4 Min jadotta għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafu 44M tal-IFRS 7. ( 42 )

▼M31

Benefiċċji tal-Impjegati

E5 Min jadotta għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafu 173(b) tal-IAS 19.

▼M38

Entitajiet tal-investiment

E6 Kumpanija prinċipali li tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba, għandha tivvaluta jekk hijiex entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10, abbażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jkunu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

E7 Entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10 u li tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba tista' tapplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi C3C–C3D tal-IFRS 10 u fil-paragrafi 18C–18G tal-IAS 27 jekk l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS ikunu għal perjodu annwali li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2014 jew qabel. Ir-referenzi f’dawk il-paragrafi għall-perjodu annwali li jippreċedi immedjatament id-data tal-applikazzjoni inizjali għandhom jinqraw bħala l-eqreb perjodu annwali ppreżentat. Konsegwentement, ir-referenzi f'dawk il-paragrafi għandhom jinqraw bħala d-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TA' RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 2

Pagament Ibbażat fuq l-Ishma

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-IFRS hu li jispeċifika r-rappurtaġġ finanzjarju minn entità meta twettaq tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma. B'mod partikolari, dan jeħtieġ li l-entità tirrifletti fil-profitt jew fit-telf tagħha u fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha l-effetti tat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma, inklużi spejjeż assoċjati ma' tranżazzjonijiet li fihom opzjonijiet fuq l-ishma jingħataw lill-impjegati.

AMBITU

▼M23

2 Entità għandha tapplika dan l-IFRS fil-kontabilità tat-tranżazzjonijiet kollha ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, irrispettivament minn jekk l-entità tkunx tista' tidentifika speċifikament l-oġġetti u s-servizzi riċevuti kollha jew uħud minnhom, inklużi:

(a)  tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b'ekwità,

(b)  tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus, u

(c) tranżazzjonijiet li fihom l-entità tirċievi jew takkwista oġġetti jew servizzi u fejn it-t-termini tal-arranġament jipprovdu jew lill-entità jew lill-fornitur ta' dawk l-oġġetti jew servizzi b'għażla dwar jekk l-entità ssaldax it-tranżazzjoni bi flus (jew assi oħra) jew billi toħroġ strumenti azzjonarji,

ħlief kif innutat fil-paragrafi 3A–6. Fin-nuqqas ta’ oġġetti jew servizzi speċifikament identifikabbli, ċirkostanzi oħra jistgħu jindikaw li jkunu ġew (jew se jkunu) riċevuti oġġetti jew servizzi, u f’dak il-każ japplika dan l-IFRS.

▼M23 —————

▼M23

3A Tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma tista' tissalda minn entità ta' grupp oħra (jew azzjonist ta' kwalunkwe entità ta' grupp) f'isem l-entità riċeventi jew akkwirenti tal-oġġetti jew servizzi. Il-paragrafu 2 japplika wkoll għal entità li

(a) tirċievi oġġetti jew servizzi meta entità oħra fl-istess grupp (jew azzjonist ta' kwalunkwe entità ta' grupp) ikollha l-obbligu li ssalda t-tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma, jew

(b) ikollha obbligu li ssalda tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma meta entità oħra fl-istess grupp tirċievi l-oġġetti jew servizzi

sakemm it-tranżazzjoni ma tkunx ċarament għal fini ieħor għajr il-pagament ta' oġġetti jew servizzi fornuti lill-entità li tirċivihom.

▼B

4 Għall-għanijiet ta' dan l-IFRS, tranżazzjoni ma' impjegat (jew parti oħra) fil-kapaċità tiegħu/tagħha bħala propjetarju/a ta' strumenti azzjonarji tal-entità mhix tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma. Pereżempju, jekk entità tagħti lill-propjetarji kollha ta' klassi partikolari tal-istrumenti azzjonarji tagħha d-dritt li jakkwistaw strumenti azzjonarji addizzjonali tal-entità bi prezz li hu inqas mill-valur ġust ta' dawk l-istrumenti azzjonarji, u impjegat jirċievi dritt bħal dan minħabba li hu/hi huwa/hija propjetarju/a ta' strumenti azzjonarji ta' dik il-klassi partikolari, l-għoti jew l-eżerċizzju ta' dak id-dritt mhuwiex suġġett għar-rekwiżiti ta' dan l-IFRS.

5 Kif innutat fil-paragrafu 2, dan l-IFRS japplika għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li fihom entità takkwista jew tirċievi oġġetti jew servizzi. Oġġetti jinkludu inventarji, oġġetti ta' konsum, propjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra mhux finanzjarji. ►M22  Madankollu, entità m'għandhiex tapplika dan l-IFRS għal tranżazzjonijiet li fihom l-entità takkwista oġġetti bħala parti mill-assi netti akkwistati f'kombinament ta' negozji kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji, (kif rivedut fl-2008), f’kombinament ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni kif deskritt fil-paragrafi B1-B4 tal-IFRS 3, jew bħala kontribut ta' negozju lejn il-formazzjoni ta' impriża konġunta kif iddefinita fl- ►M32  IFRS 11 Arranġamenti Konġunti  ◄ . Għalhekk, strumenti azzjonarji maħruġa ◄ f'kombinament ta' negozji bħala skambju għall-kontroll tal-akkwiżit mhumiex fl-ambitu ta' dan l-IFRS. Madankollu, strumenti azzjonarji mogħtija lill-impjegati tal-akkwiżit fil-kapaċità tagħhom bħala impjegati (eż. bħala skambju għat-tkomplija tas-servizz) jidħlu fl-ambitu ta' dan l-IFRS. ►M12  Bl-istess mod, il-kanċellazzjoni, is-sostituzzjoni jew kull modifika oħra ta’ arranġamenti ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma minħabba kombinament ta’ negozji jew ristrutturar ieħor tal-ekwità għandu jiġi kkontabilizzat skont dan l-IFRS. l-IFRS 3 jipprovdi gwida dwar kif għandu jiġi ddeterminat jekk strumenti azzjonarji maħruġa f’kombinament ta’ negozji humiex parti mill-ħlas ittrasferit bi skambju għal kontroll tal-akkwiżit (u għalhekk fl-ambitu tal-IFRS 3) jew humiex bi skambju għal kontinwazzjoni ta’ servizz li għandu jiġi rikonoxxut fil-perijodu ta’ wara l-kombinament (u għalhekk fl-ambitu ta’ dan l-IFRS). ◄

6 Dan l-IFRS ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażati fuq ishma li fihom l-entità tirċievi jew takkwista oġġetti jew servizzi taħt kuntratt fl-ambitu tal-paragrafi 8-10 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (kif rivedut fl-2003)) ( 43 ) jew tal-paragrafi 5-7 tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif rivedut fl-2003).

▼M33

6A Dan l-IFRS juża t-terminu “valur ġust” b’mod li jvarja f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. Għalhekk, meta tapplika l-IFRS 2 entità għandha tkejjel il-valur ġust skont dan l-IFRS, u mhux skont l-IFRS 13.

▼B

RIKONOXXIMENT

7 Entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew servizzi rċevuti jew akkwistati fi tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma meta tikseb l-oġġetti jew hekk kif tirċievi s-servizzi. L-entità għandha tirrikonoxxi żjieda korrispondenti fl-ekwità jekk l-oġġetti jew is-servizzi jkunu ġew irċevuti fi tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata b'ekwità, jew obbligazzjoni jekk l-oġġetti jew is-servizzi ġew akkwistati fi tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata bi flus.

8 Meta l-oġġetti jew is-servizzi rċevuti jew akkwistati fi tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent bħala assi, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spejjeż.

9 Tipikament, spiża toriġina mill-konsum ta' oġġetti jew servizzi. Pereżempju, servizzi huma tipikament ikkunsmati minnufih, u f'dak il-każ tiġi rikonoxxuta spiżahekk kif il-kontroparti tagħti s-servizz. L-oġġetti jistgħu jiġu kkunsmati fuq perijodu ta' żmien jew, fil-każ ta' inventarji, mibjugħa aktar tard, u f'dak il-każ, tiġi rikonoxxuta spiża meta l-oġġetti jiġu kkunsmati jew mibjugħa. Madankollu, xi kultant ikun meħtieġ li spiża tiġi rikonoxxuta qabel ma l-oġġetti jew is-servizzi jiġu kkunsmati jew mibjugħa, minħabba li dawn ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent bħala assi. Pereżempju, entità tista' takkwista oġġetti bħala parti mill-fażi ta' riċerka ta' proġett biex jiġi żviluppat prodott ġdid. Għalkemm dawk l-oġġetti ma jkunux ġew ikkunsmati, jistgħu ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent bħala assi taħt l-IFRS applikabbli.

TRANŻAZZJONIJIET TA' PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA SSALDATI B'EKWITÀ

Ħarsa ġenerali

10 Għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati b'ekwità, l-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi rċevuti, u ż-żjieda korrispondenti fl-ekwità, direttament, skont il-valur ġust tal-oġġetti jew tas-servizzi rċevuti, sakemm dak il-valur ġust ma jkunx ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli. Jekk l-entità ma tkunx tista' tistma l-valur ġust tal-oġġetti jew servizzi b'mod affidabbli, l-entità għandha tkejjel il-valur tagħhom, u ż-żjieda korrispondenti fl-ekwità, indirettament, b'referenza ( 44 ) għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija.

11 Biex tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafu 10 għal tranżazzjonijiet ma' impjegati u oħrajn li jipprovdu servizzi simili ( 45 ), l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tas-servizzi rċevuti b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, minħabba li tipikament mhuwiex possibbli li l-valur ġust tas-servizzi rċevuti jiġi stmat b'mod affidabbli, kif spjegat fil-paragrafu 12. Il- valur ġust ta' dawk l-istrumenti azzjonarji għandu jitkejjel fid-data tal-għoti.

12 Tipikament, ishma, opzjonijiet fuq l-ishma jew strumenti azzjonarji oħra huma mogħtija lill-impjegati bħala parti mill-pakkett ta' rimunerazzjoni, flimkien ma' salarju fi flus u benefiċċji oħra tal-impieg. Normalment, mhuwiex possibbli li s-servizzi rċevuti jitkejlu direttament għal komponenti partikolari tal-pakkett ta' rimunerazzjoni tal-impjegat. Jista' wkoll ma jkunx possibbli li tkejjel il-valur ġust tal-pakkett totali tar-rimunerazzjoni b'mod indipendenti, mingħajr ma tkejjel direttament il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija. Barra minn hekk, ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma xi kultant jingħataw bħala parti minn arranġament ta' bonus, aktar milli bħala parti minn rimunerazzjoni bażika, eż. bħala inċentiv biex l-impjegati jibqgħu impjegati mal-entità jew biex jiġu ppremjati għall-isforzi tagħhom biex itejbu l-prestazzjoni tal-entità. Bl-għoti ta' ishma jew ta' opzjonijiet fuq l-ishma, barra minn rimunerazzjoni oħra, l-entità tkun qiegħda tħallas rimunerazzjoni addizzjonali biex tikseb benefiċċji addizzjonali. L-istima tal-valur ġust ta' dawk il-benefiċċji x'aktarx li tkun diffiċli. Minħabba d-diffikultà biex il-valur ġust tas-servizzi rċevuti jitkejjel b'mod dirett, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tas-servizzi tal-impjegati li tkun irċiviet b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija.

13 Biex jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 10 għal tranżazzjonijiet ma' partijiet li mhumiex l-impjegati, għandu jkun hemm preżunzjoni konfutabbli li l-valur ġust tal-oġġetti jew servizzi rċevuti jkun jista' jiġi stmat b'mod affidabbli. Dak il-valur ġust għandu jitkejjel fid-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti tagħti s-servizz. F'każijiet rari, jekk l-entità tirribatti din il-preżunzjoni minħabba li ma tkunx tista' tistma l-valur ġust tal-oġġetti jew tas-servizzi rċevuti b'mod affidabbli, l-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew servizzi rċevuti, u ż-żjieda korrispondenti fl-ekwità, indirettament, b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, imkejla fid-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti twettaq is-servizz.

▼M23

13A B’mod partikolari, jekk il-korrispettiv identifikabbli riċevut (jekk ikun hemm) mill-entità jkun jidher li hu anqas mill-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, jew mill-obbligi meħuda, sitwazzjoni bħal din tipikament tkun tindika li jkun ġie riċevut (jew se jkun riċevut) ħlas ieħor (jiġifieri oġġetti jew servizzi mhux identifikabbli). L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi identifikabbli riċevuti skont dan l-IFRS. L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti (jew li għad jiġu riċevuti) bħala d-differenza bejn il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma u l-valur ġust ta’ kull prodott jew servizz identifikabbli riċevuti (jew li għad iridu jiġu riċevuti). L-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti fid-data tal-għotja. Madankollu, għal tranżazzjonijiet issaldati bi flus, l-obbligazzjoni għandha titkejjel mill-ġdid fi tmiem kull perijodu bażi ta' rappurtar, sakemm tissalda skont il-paragrafi 30-33.

▼B

Tranżazzjonijiet li fihom jiġu rċevuti servizzi

14 Jekk l-istrumenti azzjonarji mogħtija jsiru vestiti minnufih, il-kontroparti mhix meħtieġa li tagħti perijodu speċifiku sħiħ ta' servizz qabel ma ssir intitolata mingħajr l-ebda kundizzjoni għal dawk l-istrumenti azzjonarji. Fin-nuqqas ta' evidenza kuntrarja, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi mwettqa mill-parti l-oħra bħala korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji jkunu ġew irċevuti. F'dan il-każ, fid-data tal-għoti, l-entità għandha tirrikonoxxi s-servizzi rċevuti bi sħiħ b'żjieda korrispondenti fl-ekwità.

15 Jekk l-istrumenti azzjonarji mogħtija ma jsirux vestiti sakemm il-kontroparti tagħti perijodu speċifiku sħiħ ta' servizz, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi li għandhom jitwettqu mill-parti l-oħra bħala korrispettiv għal dawk l-istrumenti azzjonarji se jiġu rċevuti fil-futur, matul il-perijodu tal-vestiment. L-entità għandha tikkontabilizza dawk is-servizzi hekk kif jiġu mwettqa mill-parti l-oħra matul il-perijodu tal-vestiment, b'żjieda korrispondenti fl-ekwità. Pereżempju:

(a) jekk impjegat jingħata opzjonijiet fuq l-ishma fuq il-kundizzjoni li jtemm tliet snin servizz, allura l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi li għandhom jingħataw mill-impjegat bħala korrispettiv għall-opzjonijiet fuq l-ishma ser jiġu rċevuti fil-futur, matul dak il-perijodu ta' vestiment ta' tliet snin.

(b) jekk impjegat jingħata opzjonijiet fuq l-ishma bil-kundizzjoni li tintlaħaq xi kundizzjoni ta' prestazzjoni u li jibqa' impjegat mal-entità sakemm tiġi ssodisfata dik il-kundizzjoni ta' prestazzjoni, u t-tul tal-perijodu tal-vestiment ivarja skont meta tiġi ssodisfata dik il-kundizzjoni ta' prestazzjoni, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi li għandhom jingħataw mill-impjegat bħala korrispettiv għall-opzjonijiet fuq l-ishma ser jiġu rċevuti fil-futur, matul il-perijodu tal-vestiment mistenni. L-entità għandha tistma t-tul tal-perijodu mistenni tal-vestiment fid-data tal-għoti, ibbażat fuq l-aktar riżultat probabbli tal-kundizzjoni ta' prestazzjoni. Jekk il-kundizzjoni ta' prestazzjoni hi kundizzjoni tas-suq, l-istima tat-tul tal-perijodu mistenni tal-vestiment għandha tkun konsistenti mal-preżunzjonijiet użati fl-istima tal-valur ġust tal-opzjonijiet mogħtija, u m'għandhiex tiġi riveduta sussegwentement. Jekk il-kundizzjoni ta' prestazzjoni mhix kundizzjoni tas-suq, l-entità għandha tirrevedi l-istima tagħha tat-tul tal-perijodu tal-vestiment, jekk ikun meħtieġ, jekk informazzjoni sussegwenti tindika li t-tul tal-perijodu tal-vestiment ikun differenti mill-istimi preċedenti.

Tranżazzjonijiet imkejla b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija

Determinazzjoni tal-valur ġust ta' strumenti azzjonarji mogħtija

16 Għal tranżazzjonijiet imkejla b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, entità għandha tkejjel il-valur ġust ta' strumenti azzjonarji mogħtija fid-data tal-kejl, ibbażat fuq il-prezzijiet tas-suq jekk disponibbli, wara li tqis it-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ġew mogħtija dawk l-istrumenti azzjonarji (suġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafi 19–22).

17 Jekk il-prezzijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, l-entità għandha tistma l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija billi tintuża teknika ta' valutazzjoni li tistma x'kien ikun il-prezz ta' dawk l-istrumenti azzjonarji fid-data tal-kejl fi tranżazzjoni distakkata bejn partijiet infurmati u disposti. It-teknika tal-valutazzjoni għandha tkun konsistenti ma' metodoloġiji ta' valutazzjoni aċċettati b'mod ġenerali għall-ipprezzar ta' strumenti finanzjarji, u għandha tinkorpora l-fatturi u l-preżunzjonijiet kollha li parteċipanti fis-suq infurmati u disposti jkunu jridu jikkunsidraw fl-iffissar tal-prezz (suġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafi 19–22).

18 L-Appendiċi B fih aktar gwida dwar il-kejl tal-valur ġust ta' ishma u opzjonijiet fuq l-ishma, u jiffoka fuq it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi li huma karatteristiċi komuni ta' għoti ta' ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma lill-impjegati.

Trattament ta' kundizzjonijiet tal-vestiment

19 Għotja ta' strumenti azzjonarji tista' ssir fuq kundizzjoni li tissodisfa kundizzjonijiet speċifiċi tal-vestiment. Pereżempju, għotja ta' ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma lil impjegat tipikament issir fuq kundizzjoni li l-impjegat jibqa' fl-impieg mal-entità għal perijodu speċifiku ta' żmien. Jista' jkun hemm kundizzjonijiet ta' prestazzjoni li jridu jiġu ssodisfati, bħal pereżempju li l-entità tikseb tkabbir speċifiku fil-profitt jew żjieda speċifika fil-prezz tal-ishma tal-entità. Kundizzjonijiet ta' vestiment, ħlief il-kundizzjonijiet tas-suq, m'għandhomx jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tal-ishma jew tal-opzjonijiet fuq l-ishma fid-data tal-kejl. Minflok, il-kundizzjonijiet tal-vestiment għandhom jiġu kkunsidrati billi jiġi aġġustat in-numru ta' strumenti azzjonarji inkluż fil-kejl tal-ammont tat-tranżazzjoni biex, finalment, l-ammont rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi rċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji mogħtija jkun ibbażat fuq in-numru ta' strumenti azzjonarji li eventwalment jiġu vestiti. Għalhekk, fuq bażi kumulattiva, l-ebda ammont m'hu rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi rċevuti jekk l-istrumenti azzjonarji mogħtija ma jiġux vestiti minħabba n-nuqqas li tiġi ssodisfata kundizzjoni ta' vestiment, eż. il-kontroparti tonqos milli ttemm perijodu speċifikat ta' servizz, jew kundizzjoni ta' prestazzjoni ma tiġix issodisfata, suġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 21.

20 Biex tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafu 19, l-entità għandha tirrikonoxxi ammont għall-oġġetti jew għas-servizzi rċevuti matul il-perijodu tal-vestiment ibbażat fuq l-aħjar stima disponibbli tan-numru ta' strumenti azzjonarji mistennija li jiġu vestiti u għandha tirrevedi dik l-istima, jekk ikun meħtieġ, jekk informazzjoni sussegwenti tindika li n-numru ta' strumenti azzjonarji li hu mistenni li jiġi vestiti jkun differenti mill-istimi preċedenti. Fid-data tal-vestiment, l-entità għandha tirrevedi l-istima biex din issir ugwali għan-numru ta' strumenti azzjonarji li finalment ikunu ġew vestiti, soġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 21.

21 Il-kundizzjonijiet tas-suq, bħall-prezz ta l-ishma li wieħed jimmira għalih u li fuqu hu kkundizzjonat l-vestiment (jew l-eżerċitabbiltà), għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun qiegħed jiġi stmat il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija. Għalhekk, għal għotjiet ta' strumenti azzjonarji b'kundizzjonijiet tas-suq, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew servizzi rċevuti minn kontraparti li tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha tal-vestiment (eż. servizzi rċevuti minn impjegat li jibqa' fis-servizz ta' dik l-entità għall-perijodu speċifikat tas-servizz), irrispettivament minn jekk il-kundizzjoni tas-suq tiġix issodisfata.

▼M2

Trattament ta’ kundizzjonijiet li ma joħolqux vestiment

21A Bl-istess mod, entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet kollha li ma joħolqux vestiment meta tistma l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija. Għalhekk, għal għotjiet ta' strumenti azzjonarji b'kundizzjonijiet li ma joħolqux vestiment, l-entità għandha tirrikonoxxi l-prodotti jew servizzi rċevuti minn kontraparti li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-vestiment li mhumiex kundizzjonijiet tas-suq (eż. servizzi rċevuti minn impjegat li jibqa' fis-servizz ta’ dik l-entità għall-perjodu speċifikat tas-servizz), irrispettivament minn jekk dawk il-kundizzjonijiet li ma joħolqux vestiment ikunux issodisfati.

▼B

Trattament ta' aspett ta' reload

22 Għal opzjonijiet b'aspett ta' reload, l-aspett ta' reload m'għandux jitqies meta jiġi stmat il-valur ġust tal-opzjonijiet mogħtija fid-data tal-kejl. Minflok, opzjoni reload għandha tiġi kkontabilizzata bħala għotja ta' opzjoni ġdida, jekk u meta tiġi sussegwentement mogħtija opzjoni reload.

Wara d-data tal-vestiment

23 Wara li tkun irrikonoxxiet l-oġġetti jew is-servizzi riċevuti skont il-paragrafi 10–22, u ż-żjieda korrispondenti fl-ekwità, l-entità m'għandha tagħmel l-ebda aġġustament sussegwenti għall-ekwità totali wara d-data tal-vestiment. Pereżempju, l-entità m'għandhiex sussegwentement treġġa' lura l-ammont rikonoxxut għas-servizzi rċevuti minn impjegat jekk id-dritt għall-istrumenti azzjonarji vestiti jintilef aktar tard jew, fil-każ ta' opzjonijiet fuq l-ishma, l-opzjonijiet ma jiġux eżerċitati. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jimpedixxix lill-entità milli tirrikonoxxi trasferiment fl-ekwità, i.e. trasferiment minn komponent ta' ekwità għal ieħor.

Jekk il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji ma jkunx jista' jiġi stmat b'mod affidabbli

24 Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 16–23 japplikaw meta l-entità hi meħtieġa li tkejjel tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija. F'każijiet rari, jista' jkun li l-entità ma tkunx tista' tistma b'mod affidabbli l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija fid-data tal-kejl, skont ir-rekwiżiti fil-paragrafi 16–22. F'dawn il-każijiet rari biss, l-entità għandha minflok:

(a) tkejjel l-istrumenti azzjonarji skont il-valur intrinsiku tagħhom, inizjalment fid-data meta l-entità tikseb l-oġġetti, jew il-kontroparti twettaq is-servizz u sussegwentement f'kull data tar-rapportar u fid-data tas-saldu finali, bi kull bidla fil-valur intrinsiku tkun rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf. Għal għotja ta' opzjonijiet fuq l-ishma, l-arranġament tal-pagament ibbażat fuq l-ishma jiġi finalment imħallas meta l-opzjonijiet jiġu eżerċitati, jew meta d-dritt għalihom jintilef (eż. mal-waqfien tal-impjieg) jew jiskadu (eż. fit-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni).

(b) tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi rċevuti fuq il-bażi tan-numru ta' strumenti azzjonarji li finalment jiġu vestiti jew (fejn hu applikabbli) huma finalment eżerċitati. Sabiex tapplika dan ir-rekwiżit għal opzjonijiet fuq l-ishma, pereżempju, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi rċevuti matul il-perijodu tal-vestiment, jekk ikun hemm, skont il-paragrafi 14 u 15, ħlief li r-rekwiżiti fil-paragrafu 15(b) dwar kundizzjoni tas-suq ma japplikawx. L-ammont rikonoxxut għall-oġġetti jew għas-servizzi rċevuti matul il-perijodu tal-vestiment għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta' opzjonijiet fuq l-ishma li huma mistennija li jiġu vestiti. L-entità għandha tirrevedi dik l-istima, jekk ikun meħtieġ, jekk informazzjoni sussegwenti tindika li n-numru ta' opzjonijiet fuq l-ishma mistennija li jiġu vestiti jkun differenti minn stimi preċedenti. Fid-data tal-vestiment, l-entità għandha tirrevedi l-istima biex tiġi ugwali għan-numru ta' strumenti azzjonarji li finalment jiġu vestiti. Wara d-data tal-vestiment, l-entità għandha treġġa' lura l-ammont rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi rċevuti jekk l-opzjonijiet fuq l-ishma jintilfu aktar tard, jew jiskadu fit-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni fuq l-ishma.

25 Jekk entità tapplika l-paragrafu 24, m'hemmx bżonn li jiġu applikati l-paragrafi 26–29, minħabba li kull modifiki għat-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ġew mogħtija l-istrumenti azzjonarji jiġu kkunsidrati meta jiġi applikat il-metodu tal-valur intrinsiku stabbilit fil-paragrafu 24. Madankollu, jekk entità tħallas għotja ta' strumenti azzjonarji li għaliha jkun ġie applikatil-paragrafu 24:

(a) jekk is-saldu jseħħ matul il-perijodu tal-vestiment, l-entità għandha tikkontabilizza s-saldu bħala aċċellerazzjoni tal-vestiment, u għandha għalhekk tirrikonoxxi minnufih l-ammont li kieku kien ikun rikonoxxut għal servizzi rċevuti matul il-bqija tal-perijodu tal-vestiment.

(b) kull pagament magħmul mas-saldu għandu jiġi kontabilizzat bħala x-xiri lura ta' strumenti azzjonarji, i.e. bħala tnaqqis mill-ekwità, ħlief sal-punt li l-pagament jaqbeż il-valur intrinsiku tal-istrumenti azzjonarji, imkejjel fid-data tax-xiri lura. Kull eċċess bħal dan għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża.

Modifikazzjonijiet għat-termini u għall-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu ġew mogħtija l-istrumenti azzjonarji, inklużi kanċellamenti u saldi

26 Entità tista' timmodifika t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu ġew mogħtija l-istrumenti azzjonarji. Pereżempju, tista' tnaqqas il-prezz tal-eżerċizzju ta' opzjonijiet mogħtija lill-impjegati (i.e. tipprezza l-opzjonijiet mill-ġdid), u b'hekk iżżid il-valur ġust ta' dawk l-opzjonijiet. Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 27–29 għall-kontabilità tal-effetti tal-modifikazzjonijiet huma espressi fil-kuntest ta' tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma mal-impjegati. Madankollu, ir-rekwiżiti għandhom japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ma' partijiet oħra barra mill-impjegati, li huma mkejla b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija. F'dan l-aħħar każ, kull referenza fil-paragrafi 27–29 għad-data tal-għotja għandha minflok tirreferi għad-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew li fiha l-kontroparti tagħti servizz.

27 L-entità għandha tirrikonoxxi, bħala minimu, is-servizzi rċevuti mkejla bil-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, ħlief meta dawk l-istrumenti azzjonarji ma jiġux vestiti minħabba li jonqsu milli jissodisfaw kundizzjoni ta' vestiment (jekk mhix kundizzjoni tas-suq) li kienet ġiet speċifikata fid-data tal-għotja. Dan japplika irrispettivament minn kull modifikazzjoni għat-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ġew mogħtija l-istrumenti azzjonarji, jew minn xi kanċellament jew saldu ta' dik l-għotja ta' strumenti azzjonarji. Barra minn hekk, l-entità għandha tirrikonoxxi l-effetti ta' modifikazzjonijiet li jżidu l-valur ġust totali tal-arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma jew li huma b'xi mod ieħor ta' benefiċċju għall-impjegat. Gwida għal meta jiġi applikat dan ir-rekwiżit hi mogħtija f'Appendiċi B.

28 Jekk għotja ta’ strumenti azzjonarji tiġi kkanċellata jew saldata matul il-perjodu tal-vestiment (minbarra għotja kkanċellata minħabba telf ta' dritt meta l-kundizzjonijiet tal-vestiment ma jiġux issodisfati):

(a) l-entità għandha tirrapporta l-kanċellament jew is-saldu bħala aċċellerazzjoni tal-vestiment, u għandha għalhekk tirrikonoxxi minnufih l-ammont li kieku kien ikun rikonoxxut għal servizzi rċevuti matul il-bqija tal-perijodu tal-vestiment.

▼M2

(b) kull pagament magħmul lill-impjegat mal-kanċellament jew saldu tal-għotja għandu jiġi kkontabilizzat bħala x-xiri lura ta' interess propjetarju, i.e. bħala tnaqqis fl-ekwità, ħlief sal-punt li l-pagament jaqbeż il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, imkejla fid-data tax-xiri lura. Kwalunkwe eċċess bħal dan għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża. Madankollu, jekk l-arranġament ta’ pagament ibbażat fuq ishma kien jinkludi komponenti ta’ obbligazzjoni, l-entità għandha tkejjel mill-ġdid il-valur ġust ta-obbligazzjoni fid-data tal-kanċellament jew saldu. Kull pagament li jsir għas-saldu tal-komponent tal-obbligazzjoni għandu jiġi kontabilizzat bħala tħassir tal-obbligazzjoni.

▼B

(c) jekk jingħataw strumenti azzjonarji ġodda lill-impjegat u, fid-data meta jingħataw dawk l-istrumenti azzjonarji ġodda, l-entità tidentifika l-istrumenti azzjonarji ġodda mogħtija bħala strumenti azzjonarji ta' sostituzzjoni għall-istrumenti azzjonarji kkanċellati, l-entità għandha tikkontabilizza l-għoti ta' strumenti azzjonarji ta' sostituzzjoni bl-istess mod bħal modifikazzjoni għall-għotja oriġinali ta' strumenti azzjonarji, skont il-paragrafu 27 u l-gwida f'Appendiċi B. Il-valur ġust inkrementali mogħti hu d-differenza bejn il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji ta' sostituzzjoni u l-valur ġust nett tal-istrumenti azzjonarji kkanċellati, fid-data li fiha jingħataw l-istrumenti azzjonarji ta' sostituzzjoni. Il-valur ġust nett tal-istrumenti azzjonarji kkanċellati hu l-valur ġust tagħhom, eżattament qabel il-kanċellament, nieqes l-ammont ta' kull pagament magħmul lill-impjegat mal-kanċellament tal-istrumenti azzjonarji li hu entrat bħala tnaqqis mill-ekwità skont (b) hawn fuq. Jekk l-entità ma tidentifikax l-istrumenti azzjonarji ġodda mogħtija bħala strumenti azzjonarji ta' sostituzzjoni għall-istrumenti azzjonarji kkanċellati, l-entità għandha tikkontabilizza dawk l-istrumenti azzjonarji ġodda bħala għotja ġdida ta' strumenti azzjonarji.

▼M2

28A Jekk entità jew kontroparti tista’ tagħżel jekk tissodisfax kundizzjoni li ma toħloqx vestiment, l-entità għandha tittratta n-nuqqas tal-entità jew tal-kontroparti li tissodisfa, matul il-perjodu tal-vestiment, dik il-kundizzjoni li ma toħloqx vestiment, bħala kanċellazzjoni.

▼B

29 Jekk entità tixtri lura strumenti azzjonarji vestiti, il-pagament magħmul lill-impjegat għandu jiġi kkontabilizzat bħala tnaqqis mill-ekwità, ħlief sal-punt li l-pagament jeċċedi l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mixtrija lura, imkejla fid-data tax-xiri lura. Kull eċċess bħal dan għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża.

TRANŻAZZJONIJIET TA' PAGAMENTI BBAŻATI FUQ L-ISHMA SSALDATI BI FLUS

30 Għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati bi flus, l-entità għandha tkejjel l-oġġetti jew is-servizzi akkwistati u l-obbligazzjoni mġarrba fil-valur ġust tal-obbligazzjoni. Sakemm titħallas l-obbligazzjoni, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni mill-ġdid f'kull data tar-rapportaġġ u fid-data tas-saldu, bi kull tibdil fil-valur ġust jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf għall-perijodu.

31 Pereżempju, entità tista' tagħti drittijiet ta' apprezzament ta' ishma f'għotja lill-impjegati bħala parti mill-pakkett ta' rimunerazzjoni tagħhom, u b'hekk l-impjegati jsiru intitolati għal pagament futur fi flus (minflok fi strument azzjonarju), ibbażat fuq iż-żjieda fil-prezz tal-ishma tal-entità minn livell speċifikat fuq perijodu ta' żmien speċifikat. Jew entità tista' tagħti lill-impjegati tagħha dritt li jirċievu pagament futur fi flus billi tagħtihom dritt għall-ishma (inklużi ishma li għandhom jinħarġu mal-eżerċizzju tal-opzjonijiet fuq l-ishma) li jistgħu jinfdew, jew b'mod obbligatorju (eż. mal-waqfien tal-impjieg) jew fuq għażla tal-impjegat.

32 L-entità għandha tirrikonoxxi s-servizzi rċevuti, u l-obbligazzjoni li tħallas għal dawk is-servizzi, hekk kif l-impjegati jwettqu s-servizz. Pereżempju, xi drittijiet ta' apprezzament tal-ishma jiġu vestiti minnufih, u għalhekk l-impjegati mhumiex meħtieġa jtemmu perijodu speċifikat ta' servizz biex isiru intitolati għall-pagament fi flus. Fin-nuqqas ta' evidenza kuntrarja, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi mwettqa mill-impjegati bi skambju għad-drittijiet ta' apprezzament tal-ishma jkunu ġew riċevuti. Għalhekk, l-entità għandha tirrikonoxxi minnufih is-servizzi rċevuti u l-obbligazzjoni li għandha tħallas għalihom. Jekk drittijiet ta' apprezzament tal-ishma ma jsirux vestiti sakemm l-impjegati jkunu temmew perijodu speċifikat ta' servizz, l-entità għandha tirrikonoxxi s-servizzi rċevuti, u l-obbligazzjoni li għandha tħallas għalihom, hekk kif l-impjegati jwettqu s-servizz matul dak il-perijodu.

33 L-obbligazzjoni għandha titkejjel, inizjalment u f'kull data tar-rapportaġġ sakemm titħallas, fil-valur ġust tad-drittijiet tal-apprezzament tal-ishma, billi jiġi applikat mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet, filwaqt li jiġu kkunsidrati t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ġew mogħtija d-drittijiet ta' apprezzament tal-ishma, u kemm l-impjegati jkunu taw servizz sa dik id-data.

TRANŻAZZJONIJIET TA' PAGAMENTI BBAŻATI FUQ L-ISHMA B'ALTERNATTIVI TA' ĦLAS BI FLUS

34 Għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li fihom it-termini tal-arranġament jagħtu l-għażla jew lill-entità jew lill-kontroparti li l-entità tħallas it-tranżazzjoni bi flus (jew b'assi oħra) jew li toħroġ strumenti azzjonarji, l-entità għandha tikkontabilizza dik it-tranżazzjoni, jew il-komponenti ta' dik it-tranżazzjoni, bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata bi flus jekk, u sal-punt li, l-entità tkun daħlet għal obbligazzjoni biex tħallas bi flus jew b'assi oħra, jew bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata b'ekwità jekk, u sal-punt li, ma tkun daħlet għal ebda obbligazzjoni bħal din.

Tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li fihom it-termini tal-arranġament jipprovdu lill-kontroparti b'għażla ta' saldu

35 Jekk entità tkun tat id-dritt lill-kontroparti biex tagħżel jekk tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma tiġix issaldata fi flus ( 46 ) jew bil-ħruġ ta' strumenti azzjonarji, l-entità tkun tat strument finanzjarju kompost, li jinkludi komponent tad-dejn (i.e. id-dritt tal-kontroparti li titlob pagament fi flus) u komponent ta' ekwità (i.e. id-dritt tal-kontroparti li titlob saldu fi strumenti azzjonarji minflok fi flus). Għal tranżazzjonijiet ma' partijiet li mhumiex l-impjegati, li fihom il-valur ġust tal-oġġetti jew servizzi rċevuti jitkejjel direttament, l-entità għandha tkejjel il-komponent tal-ekwità tal-istrument finanzjarju kompost bħala d-differenza bejn il-valur ġust tal-oġġetti jew servizzi rċevuti u l-valur ġust tal-komponent tad-dejn, fid-data meta jiġu rċevuti l-oġġetti jew servizzi.

36 Għal tranżazzjonijiet oħra, li jinkludu tranżazzjonijiet mal-impjegati, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost fid-data tal-kejl, filwaqt li tikkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom kienu ġew mogħtija d-drittijiet għall-flus jew għall-istrumenti azzjonarji.

37 Biex tapplika l-paragrafu 36, l-entità għandha l-ewwel tkejjel il-valur ġust tal-komponent tad-dejn, u mbagħad għandha tkejjel il-valur ġust tal-komponent tal-ekwità — filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-kontroparti għandha ċċedi d-dritt li tirċievi flus biex tirċievi l-istrument azzjonarju. Il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost hu s-somma totali tal-valuri ġusti taż-żewġ komponenti. Madankollu, tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma, li fihom il-kontroparti għandha l-għażla ta' saldu huma spiss strutturati b'tali mod li l-valur ġust ta' alternattiva partikolari ta' saldu jkun l-istess bħal tal-oħra. Pereżempju, il-kontroparti jista' jkollha l-għażla li tirċievi opzjonijiet fuq l-ishma jew drittijiet ta' apprezzament ta' ishma ssaldati fi flus. F'każijiet bħal dawn, il-valur ġust tal-komponent tal-ekwità hu żero, u għalhekk il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost hu l-istess bħal dak tal-valur ġust tal-komponent tad-dejn. Bil-maqlub, jekk il-valuri ġusti tal-alternattivi tal-saldu jkunu differenti, il-valur ġust tal-komponent tal-ekwità normalment ikun iktar minn żero, u f'dan il-każ il-valur ġust tal-istrument finanzjarju kompost ikun akbar mill-valur ġust tal-komponent tad-dejn.

38 L-entità għandha tirrapporta separatament l-oġġetti jew is-servizzi rċevuti jew akkwistati għar-rigward ta' kull komponent tal-istrument finanzjarju kompost. Għall-komponent tad-dejn, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew is-servizzi akkwistati, u l-obbligazzjoni li tħallas għal dawk l-oġġetti jew servizzi, waqt li l-kontroparti tforni l-oġġetti jew tagħti s-servizz, skont ir-rekwiżiti li japplikaw għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati bi flus (paragrafi 30–33). Għall-komponent tal-ekwità (jekk ikun hemm), l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġetti jew s-servizzi rċevuti, u żjieda fl-ekwità, waqt li l-kontroparti tforni l-oġġetti jew tagħti s-servizz, skont ir-rekwiżiti li japplikaw għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati b'ekwità (paragrafi 10–29).

39 Fid-data tas-saldu, l-entità għandha tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni skont il-valur ġust tagħha. Jekk entità toħroġ strumenti azzjonarji mas-saldu minflok tħallas fi flus, l-obbligazzjoni għandha tiġi ttrasferita direttament lill-ekwità, bħala l-korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji maħruġa.

40 Jekk l-entità tħallas bi flus mas-saldu minnflok ma toħriġ strumenti ta' ekwità, dak il-pagament għandu jiġi applikat sabiex l-obbligazzjoni tiġi ssaldata kollha. Kull komponent ta' ekwità rikonoxxut qabel għandu jibqa' fi ħdan l-ekwità. Meta tkun għażlet li tirċievi flus għall-ħlas, il-kontroparti tkun irrinunzjat d-dritt li tirċievi strumenti ta' ekwità. Madankollu, dan ir-rekwżit ma jimpedixxix lill-entità milli tirrikonoxxi trasferiment fl-ekwità, i.e. trasferiment minn komponent ta' ekwità għal ieħor.

Tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li fihom it-termini tal-arranġament jipprovdu lill-entità b'għażla ta' saldu

41 Għal tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma, li fiha t-termini tal-arranġament jipprovdu lil entità bl-għażla jekk tħallasx bi flus jew bil-ħruġ ta' strumenti azzjonarji, l-entità għandha tiddetermina jekk għandhiex obbligu preżenti biex tħallas fi flus u tikkontabilizza t-tranżazzjoni tal-pagament ibbażat fuq l-ishma b'dak il-mod. L-entità għandha obbligu preżenti biex tħallas fi flus jekk l-għażla li tħallas fi strumenti azzjonarji m'għandha l-ebda sustanza kummerċjali (eż. minħabba li l-entità hi pprojbita legalment milli toħroġ ishma), jew l-entità għandha prattika fil-passat jew politika ddikjarata ta' ħlas bi flus, jew ġeneralment tħallas bi flus kull meta l-kontroparti titlob għal ħlas bi flus.

42 Jekk entità għandha obbligu preżenti biex tħallas bi flus, hija għandha tikkontabilizza t-tranżazzjoni skont ir-rekwiżiti li japplikaw għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati fi flus, fil-paragrafi 30–33.

43 Jekk ma jeżisti l-ebda obbligu bħal dan, l-entità għandha tikkontabilizza t-tranżazzjoni skont ir-rekwiżiti li japplikaw għat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati b'ekwità, fil-paragrafi 10–29. Mas-saldu:

(a) jekk l-entità tagħżel li tħallas bi flus, il-pagament bi flus għandu jiġi kkontabilizzat bħala x-xiri lura ta' interess propjetarju, i.e. bħala tnaqqis minn ekwità, ħlief kif innutat f'(c) hawn taħt.

(b) jekk entità tagħżel li tħallas billi toħroġ strumenti azzjonarji, ma tkun meħtieġa l-ebda entrata oħra fil-kotba (barra t-trasferiment minn komponent ta' ekwità għal ieħor, jekk ikun meħtieġ), ħlief kif innutat f'(c) hawn taħt.

(c) jekk l-entità tagħżel l-alternattiva tas-saldu bl-ogħla valur ġust, hekk kif jidher fid-data tas-saldu, l-entità għandha tirrikonoxxi spiża addizzjonali għall-eċċess ta' valur mogħti, i.e. id-differenza bejn il-flus mħallsa u l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji li kieku kienu jinħarġu, jew id-differenza bejn il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa u l-ammont ta' flus li kieku kien jitħallas, skont liema minnhom hu applikabbli.

▼M23

TRANŻAZZJONIJIET TA' PAGAMENT IBBAŻAT FUQ L-ISHMA FOST ENTITAJIET FI GRUPP (L-EMENDI TAL-2009)

43A Għal tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi gruppi, fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha, entità li tkun qed tirċievi l-oġġetti jew servizzi għandha tkejjel l-oġġetti jew servizzi riċevuti bħala tranżazzjoni ta' pagament bbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità jew issaldata bi flus billi tivvaluta:

(a) in-natura tal-għotjiet mogħtija, u

(b) id-drittijiet u l-obbligi tagħha stess.

L-ammont rikonoxxut mill-entità li tkun qed tirċievi oġġetti jew servizzi jista' jvarja mill-ammont rikonoxxut mill-grupp konsolidat jew minn entità oħra fil-grupp li tkun qed issalda t-tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma.

43B L-entità li tkun qed tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tkejjel l-oġġetti u s-servizzi bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità meta:

(a) l-għotjiet mogħtija jkunu strumenti ta' ekwità proprja tagħha, jew

(b) l-entità ma jkollha ebda obbligu li ssalda tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

L-entità għandha sussegwentement tkejjel mill-ġdid tali tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità biss fejn jirrigwarda bidliet fil-kundizzjonijiet mhux tas-suq ta' vestiment skont il-paragrafi 19-21. Fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha, l-entità li tkun qed tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha tkejjel l-oġġetti u s-servizzi riċevuti bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata bi flus.

43C L-entità li tkun qed issalda tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma meta entità oħra fil-grupp tirċievi l-oġġetti jew s-servizzi għandha tirrikonoxxi t-tranżazzjoni bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata b'ekwità biss fejn din tkun issaldat fl-istrumenti azzjonarji proprji tal-entità. Inkella, it-tranżazzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma ssaldata bi flus.

43D Xi tranżazzjonijiet ta' grupp jinvolvu arranġamenti ta' rimborż li jeħtieġ entità fi grupp tħallas entità oħra fil-grupp talli din tkun ipprovdiet pagamenti bbażati fuq l-ishma lill-fornituri ta' oġġetti jew servizzi. F'tali każijiet, l-entità li tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi għandha takkonta għat-tranżazzjoni ta' pagament ibbażata fuq l-ishma skont il-paragrafu 43B irrispettivament mill-arranġamenti ta' rimborżi interni fil-grupp.

▼B

ŻVELAR

44 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jifhmu n-natura u l-kwantità tal-arranġamenti ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li kienu jeżistu matul il-perijodu.

45 Biex iddaħħal fis-seħħ il-prinċipju fil-paragrafu 44, l-entità għandha bħala minimu tiżvela dan li ġej:

(a) deskrizzjoni ta' kull tip ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li kien jeżisti fi kull żmien matul il-perijodu, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' kull arranġament, bħal rekwiżiti ta' vestiment, it-terminu massimu tal-opzjonijiet mogħtija, u l-metodu tas-saldu (eż. jekk hux fi flus jew f'ekwità). Entità b'tipi sostanzjalment simili ta' arranġamenti ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma tista' tiġbor din l-informazzjoni f'daqqa, ħlief jekk żvelar separat ta' kull arranġament ikun meħtieġ biex jissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 44.

(b) in-numru u l-medja ppiżata tal-prezzijiet tal-eżerċizzju tal-opzjonijiet fuq l-ishma għal kull wieħed mill-gruppi ta' opzjonijiet li ġejjin:

(i) pendenti fil-bidu tal-perijodu;

(ii) mogħtija matul il-perijodu;

(iii) ċeduti matul il-perijodu;

(iv) eżerċitati matul il-perijodu;

(v) skaduti matul il-perijodu;

(vi) pendenti fit-tmiem tal-perijodu; u

(vii) eżerċitabbli fit-tmiem tal-perijodu.

(c) għal opzjonijiet fuq l-ishma eżerċitati matul il-perijodu, il-medja ppiżata tal-prezz tal-ishma fid-data tal-eżerċizzju. Jekk l-opzjonijiet ikunu ġew eżerċitati fuq bażi regolari matul il-perijodu kollu, l-entità tista' minflok tiżvela l-medja ppiżata tal-prezz tal-ishma matul dak il-perijodu.

(d) għal opzjonijiet fuq l-ishma pendenti fit-tmiem tal-perijodu, il-medda tal-prezzijiet tal-eżerċizzju u medja ppiżata tal-bqija tal-ħajja kuntrattwali. Jekk il-medda tal-prezzijiet tal-eżerċizzju tkun wiesgħa, l-opzjonijiet pendenti għandhom jitqassmu f'meded li jkunu ta' siwi biex jiġi stmat in-numru u l-għażla taż-żmien tal-ishma addizzjonali li jistgħu jinħarġu u l-flus li jistgħu jiġu rċevuti hekk kif dawk l-opzjonijiet jiġu eżerċitati.

46 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji li jifhmu kif il-valur ġust tal-oġġetti jew tas-servizzi rċevuti, jew il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, matul il-perijodu ġie stabbilit.

47 Jekk entità tkun kejlet il-valur ġust ta' oġġetti jew ta' servizzi riċevuti bħala korrispettiv għal strumenti azzjonarji tal-entità b'mod indirett, b'referenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, biex tagħti effett għall-prinċipju fil-paragrafu 46 l-entità għandha bħala minimu tiżvela dawn li ġejjin:

(a) għal opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija matul il-perijodu, il-medja ppiżata tal-valur ġust ta' dawk l-opzjonijiet fid-data tal-kejl u informazzjoni dwar kif dak il-valur ġust kien ġie mkejjel, inkluż:

(i) il-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet użat u l-inputs għal dak il-mudell, inklużi, il-medja ppiżata tal-prezz tal-ishma, il-prezz tal-eżerċizzju, il-volatilità mistennija, il-ħajja tal-opzjoni, dividendi mistennija, ir-rata ta' imgħax li tkun ħielsa mir-riskju u kull inputs oħra għall-mudell, inklużi l-metodu użat u l-preżunzjonijiet magħmula biex jiġu inkorporati l-effetti tal-eżerċizzju bikri mistenni;

(ii) kif il-volatilità mistennija ġiet stabbilita, inkluża spjegazzjoni ta' kemm il-volatilità mistennija kienet ibbażata fuq il-volatilità storika; u

(iii) jekk u kif ġew inkorporati karatteristiċi oħra tal-għotja ta' opzjoni fil-kejl tal-valur ġust, bħal kundizzjoni tas-suq.

(b) għal strumenti azzjonarji mogħtija matul il-perijodu (i.e. dawk li mhumiex opzjonijiet fuq l-ishma), in-numru u l-medja ppiżata tal-valur ġust ta' dawk l-istrumenti azzjonarji fid-data tal-kejl, u informazzjoni dwar kif ġie mkejjel dak il-valur ġust, inkluż:

(i) jekk il-valur ġust ma ġiex imkejjel fuq il-bażi ta' prezz tas-suq osservabbli, kif ġie stabbilit;

(ii) jekk u kif id-dividendi mistennija ġewx inkorporati fil-kejl tal-valur ġust; u

(iii) jekk u kif xi karatteristiċi oħra tal-istrumenti azzjonarji mogħtija ġew inkorporati fil-kejl tal-valur ġust.

(c) għal arranġamenti ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li kienu ġew immodifikati matul il-perijodu:

(i) spjegazzjoni ta' dawk il-modifikazzjonijiet;

(ii) il-valur ġust inkrementali mogħti (bħala riżultat ta' dawk il-modifikazzjonijiet); u

(iii) informazzjoni dwar kif ġie mkejjel il-valur ġust inkrementali mogħti, b'mod konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f'(a) u (b) fuq, fejn applikabbli.

48 Jekk entità tkun kejlet il-valur ġust ta' oġġetti jew servizzi rċevuti matul il-perijodu b'mod dirett, l-entità għandha tiżvela kif ġie stabbilit dak il-valur ġust, eż. jekk il-valur ġust ġiex imkejjel bi prezz tas-suq għal dawk l-oġġetti jew servizzi.

49 Jekk entità tkun ikkonfutat is-suppożizzjoni fil-paragrafu 13, għandha tiżvela dak il-fatt, u għandha tagħti spjegazzjoni għaliex is-suppożizzjoni ġiet ikkonfutata.

50 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji li jifhmu l-effett tat-tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma fuq il-profitt jew fuq it-telf tal-entità għall-perijodu u fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha.

51 Biex il-prinċipju fil-paragrafu 50 ikollu effett, l-entità għandha bħala minimu tiżvela dan li ġej:

(a) l-ispiża totali rikonoxxuta għall-perijodu li tirriżulta minn tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li fihom l-oġġetti jew is-servizzi rċevuti ma kkwalifikawx għal rikonoxximent bħala assi u għalhekk ġew rikonoxxuti minnufih bħala spiża, inkluż l-iżvelar separat ta' dik il-parti tal-ispiża totali li tirriżulta minn tranżazzjonijiet entrati bħala tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati bl-ekwità;

(b) għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma:

(i) l-ammont totali miżmum fil-kotba fit-tmiem tal-perijodu; u

(ii) il-valur intrinsiku totali fit-tmiem tal-perijodu ta' obbligazzjonijiet li għalihom, id-dritt tal-kontroparti għal flus jew assi oħra jkun vestiti sat-tmiem tal-perijodu (eż. drittijiet vestiti ta' apprezzament ta' ishma).

52 Jekk l-informazzjoni meħtieġa li tiġi żvelata minn dan l-IFRS ma tissodisfax il-prinċipji fil-paragrafi 44, 46 u 50, l-entità għandha tiżvela dik l-informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa biex dawn jiġu ssodisfati.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

53 Għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati b'ekwità, l-entità għandha tapplika dan l-IFRS għal għotjiet ta' ishma, opzjonijiet fuq l-ishma jew strumenti azzjonarji oħra li kienu ngħataw wara s-7 ta' Novembru 2002 u li kienu għadhom ma ġewx vestiti fid-data effettiva ta' dan l-IFRS.

54 L-entità hi inkoraġġita, iżda mhix meħtieġa, li tapplika dan l-IFRS għal għotjiet oħrajn ta' strumenti azzjonarji jekk l-entità tkun żvelat pubblikament il-valur ġust ta' dawk l-istrumenti azzjonarji, stabbilit fid-data tal-kejl.

55 Għall-għotjiet kollha ta' strumenti azzjonarji li għalihom jiġi applikat l-IFRS, l-entità għandha tirrevedi u turi mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva u, fejn applikabbli, għandha taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal għall-perijodu l-aktar bikri ppreżentat.

56 Għall-għotjiet kollha ta' strumenti azzjonarji li għalihom ikun għadu ma ġiex applikat dan l-IFRS (eż. strumenti azzjonarji mogħtija fis-7 ta' Novembru 2002 jew qabel), l-entità għandha madankollu tiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 44 u 45.

57 Jekk, wara li l-IFRS isir effettiv, entità timmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet ta' għotja ta' strumenti azzjonarji li għalihom ma jkunx ġie applikat dan l-IFRS, l-entità għandha madankollu tapplika l-paragrafi 26–29 biex tikkontabilizza kull modifikazzjonijiet bħal dawn.

58 Għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma eżistenti fid-data effettiva ta' dan l-IFRS, l-entità għandha tapplika l-IFRS b'mod retrospettiv. Għal dawn l-obbligazzjonijiet, l-entità għandha tirrevedi u turi mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva, inkluż aġġustament tal-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal tal-aktar perijodu bikri ppreżentat li għalih tkun ġiet riveduta l-informazzjoni komparattiva, ħlief li l-entità mhix meħtieġa tirrevedi l-informazzjoni komparattiva sakemm dik l-informazzjoni tirreferi għal perijodu jew data li tiġi qabel is-7 ta' Novembru 2002.

59 L-entità hi mħeġġa, iżda mhix meħtieġa, tapplika l-IFRS b'mod retrospettiv għal obbligazzjonijiet oħra li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma, pereżempju, għal obbligazzjonijiet li jkunu ġew issaldati matul il-perijodu li għalih tkun ġiet ippreżentata l-informazzjoni komparattiva.

DATA EFFETTIVA

60 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika l-IFRS għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M22

61 L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) u t-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009 emendaw il-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom japplikaw ukoll għal dak il-perijodu aktar bikri.

▼M2

62 Entità għandha tapplika l-emendi li ġejjin retrospettivament għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara.

(a) ir-rekwiżiti fil-paragrafu 21A fir-rigward tat-trattament ta’ kundizzjonijiet li ma joħloqux vestiment;

(b) id-definizzjonijiet riveduti ta’ “vesta” u “kundizzjonijiet tal-vestiment” fl-Appendiċi A;

(c) l-emendi fil-paragrafi 28 u 28A fir-rigward tal-kanċellamenti.

Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M23

63 Entità għandha tapplika l-emendi segwenti magħmula minn Tranżazzjonijiet ta' Pagament Ibbażat fuq l-Ishma ta' Grupp Issaldati bi Flus maħruġa f'Ġunju 2009 retrospettivament, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi 53-59, skont l-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara.

(a) l-emendi għall-paragrafu 2, it-tħassir tal-paragrafu 3 u ż-żieda tal-paragrafi 3A u 43A-43D u l-paragrafi B45, B47, B50, B54, B56–B58 u B60 fl-Appendiċi B fir-rigward tal-kontabilità tat-tranżazzjonijiet fost l-entitajiet fi grupp.

(b) id-definizzjonijiet riveduti fl-Appendiċi A tat-termini li ġejjin:

 tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata bi flus,

 tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata b'ekwità,

 arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma, u

 tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

Jekk l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni retrospettiva ma tkunx disponibbli, entità għandha turi fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali tagħha l-ammonti li kienu rikonoxxuti preċedentement fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Applikazzjoni abkar hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2010, għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M32

63A L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 5 u l-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M23

IRTIRAR TAL-INTERPRETAZZJONIJIET

64  Tranżazzjonijiet ta' Pagament Ibbażat fuq l-Ishma ta' Grupp Issaldati bi Flus maħruġ f'Ġunju 2009 jissostitwixxi l-IFRIC 8 Ambitu tal-IFRS 2 u l-IFRIC 11 IFRS 2-Tranżazzjonijiet fl-Ishma tal-Grupp u tat-Teżor. L-emendi li saru minn dak id-dokumenti inkorpora r-rekwiżiti preċedenti stipulati fl-IFRIC 8 u l-IFRIC 11 kif ġej:

(a) emenda l-paragrafu 2 u żied il-paragrafu 13A fir-rigward tal-kontabilità tat-tranżazzjonijiet li fihom l-entità ma tkunx tista’ tidentifika speċifikament l-oġġetti jew is-servizzi kollha, jew uħud minnhom, li tkun irċeviet. Dawk ir-rekwiżiti kienu effettivi għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Mejju 2006 jew wara.

(b) daħħal il-paragrafi B46, B48, B49, B51–B53, B55, B59 u B61 fl-Appendiċi B fir-rigward tal-kontabilità tat-tranżazzjonijiet fost entitajiet fi grupp. Dawk ir-rekwiżiti kienu effettivi għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Marzu 2007 jew wara.

Dawk ir-rekwiżiti ġew applikati retrospettivament skont ir-rekwiżiti tal-IAS 8, bħal ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tal-IFRS 2.

▼B




Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS



▼M23

arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma

Ftehim bejn l-entità (jew entità oħra fil-grupp () jew kwalunkwe azzjonist ta' kwalunkwe entità fil-grupp) u parti oħra (inkluż impjegat) li jintitola l-parti l-oħra tirċievi

(a)  flus jew assi oħra tal-entità għal ammonti li huma bbażati fuq il-prezz (jew valur) tal-istrumenti azzjonarji (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma) tal-entità jew entità oħra fil-grupp, jew

(b)  strumenti azzjonarji (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma) tal-entità jew entità oħra fil-grupp,

sakemm il-kundizzjonijiet ta' vestiment speċifikati, fejn applikabbli, ikunu ġew issodisfati.

▼B

aspett ta' reload

Karatteristika li tipprovdi għal għotja awtomatika ta' opzjonijiet addizzjonali fuq l-ishma kull meta d-detentur tal-opzjoni jeżerċita opzjonijiet mogħtija preċedentament billi juża l-ishma ta' entità, minflok flus, biex jissodisfa l-prezz tal-eżerċizzju.

data tal-għotja

Id-data li fiha l-entità u parti oħra (inkluż impjegat) jaqblu fuq arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma, li taħbat meta l-entità u l-kontroparti jkollhom ftehim komuni tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġament. Fid-data tal-għotja, l-entità tikkonferixxi fuq il-kontroparti d-dritt għal flus, assi oħra, jew strumenti azzjonarji tal-entità, sakemm il-kundizzjonijiet tal-vestiment speċifikati, jekk ikun hemm, jiġu ssodisfati. Jekk dak il-ftehim hu suġġett għal proċess ta' approvazzjoni (pereżempju, mill-azzjonisti), id-data tal-għotja hi d-data meta tinkiseb l-approvazzjoni.

data tal-kejl

Id-data li fiha l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija jitkejjel għall-għanijiet ta' dan l-IFRS. Għat-tranżazzjonijiet ma' impjegati u oħrajn li jipprovdu servizzi simili, id-data tal-kejl hi d-data tal-għotja. Għal tranżazzjonijiet ma' partijiet oħra barra l-impjegati (u dawk li jipprovdu servizzi simili), id-data tal-kejl hi d-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew li fiha l-kontroparti tagħti s-servizz.

impjegati u oħrajn li jipprovdu servizzi simili

Individwi li jagħtu servizzi personali lill-entità u jew (a) l-individwi huma meqjusa bħala impjegati għal skopijiet legali jew ta' taxxa, (b) l-individwi jaħdmu għall-entità taħt id-direzzjoni tagħha bl-istess mod bħal individwi li huma meqjusa bħala impjegati għal skopijiet legali jew ta' taxxa, jew (c) is-servizzi mogħtija huma simili għal dawk mogħtija mill-impjegati. Pereżempju, it-terminu jħaddan il-personal tal-maniġment kollu, i.e. dawk il-persuni li għandhom l-awtorità u r-responsabbiltà li jippjanaw, jidderieġu u jikkontrollaw l-attivitajiet tal-entità, inklużi diretturi mhux eżekuttivi.

kundizzjoni tas-suq

Kundizzjoni li fuqha jiddependu l-prezz tal-eżerċizzju, il-vestiment jew l-eżerċitabbiltà ta' strument azzjonarju li hu relatat mal-prezz tas-suq tal-istrumenti azzjonarji tal-entità, bħal pereżempju li jintlaħaq prezz tas-sehem speċifikat jew ammont speċifikat ta' valur intrinsiku ta' opzjoni fuq l-ishma, jew li tintlaħaq mira speċifikata li hi bbażata fuq il-prezz tas-suq tal-istrumenti azzjonarji tal-entità b'relazzjoni ma' indiċi tal-prezzijiet tas-suq ta' strumenti azzjonarji ta' entitajiet oħra.

▼M2

kundizzjonijiet tal-vestiment

Il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw jekk l-entità tirċevix is-servizzi li jintitolaw lill-kontroparti biex tirċievi flus, assi oħra jew strumenti azzjonarji tal-entità, taħt arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma. Il-kundizzjonijiet tal-vestiment jistgħu jkunu jew kundizzjonijiet ta’ servizz jew kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni. Kundizzjonijiet ta’ servizz jeħtieġu li l-kontroparti ttemm perjodu speċifikat ta’ servizz. Kundizzjonijet ta’ prestazzjoni jeħtieġu li l-kontroparti ttemm perjodu speċifikat ta' servizz u li jintlaħqu miri speċifikati ta’ prestazzjoni (bħal żieda speċifikata fil-profitt ta' l-entità fuq perjodu speċifikat ta' żmien). Kundizzjoni ta’ prestazzjoni tista’ tinkludi kundizzjoni tas-suq.

vesta

Sar dritt. Taħt arranġament ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma, id-dritt tal-kontroparti li tirċievi flus, assi oħra, jew strumenti azzjonarji tal-entità jiġi vestit meta l-intitolament tal-kontroparti ma jkunx għadu dipendenti fuq li jiġu ssodisfati xi kundizzjonijiet tal-vestiment.

▼B

opzjoni reload

Opzjoni ġdida fuq l-ishma mogħtija meta jintuża sehem biex jissodisfa l-prezz tal-eżerċizzju ta' opzjoni preċedenti fuq l-ishma.

perijodu tal-vestiment

Il-perijodu li matulu għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha speċifikati tal-vestiment ta' arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma.

strument azzjonarju

Kuntratt li jagħti evidenza ta' interess residwu fl-assi ta' entità wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tagħha. (1)

strument azzjonarju mogħti

Id-dritt (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali) għal strument azzjonarju tal-entità kkonferit mill-entità fuq parti oħra, taħt arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma.

▼M23

tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma

Tranżazzjoni fejn l-entità:

(a)  tirċievi oġġetti jew servizzi mill-fornituri ta' dawk l-oġġetti jew servizzi (inkluż implegat) f'arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma, jew

(b)  iġġarrab obbligu li ssalda tranżazzjoni mal-fornitur f'arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma meta entità oħra fil-grupp tirċievi dawk l-oġġetti jew is-servizzi.

tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata b'ekwità

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fejn l-entità:

(a)  tirċievi oġġetti jew servizzi bħala korrispettiv għal strumenti azzjonarji tagħha stess (inklużi ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma), jew

(b)  tirċievi oġġetti jew servizzi imma ma jkollha ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-fornitur.

tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldata bi flus

Tranżazzjoni ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li fiha, l-entità takkwista oġġetti jew servizzi billi tidħol f’obbligazzjoni biex tittrasferixxi flus jew assi oħra lill-fornitur ta' dawk l-oġġetti jew servizzi għal ammonti li huma bbażati fuq il-prezz (jew valur) tal-istrumenti azzjonarji (inkluż ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma) tal-entità jew entità oħra fil-grupp.

▼B

valur ġust

L-ammont li għalih jista' jiġi skambjat assi, tista' tiġi saldata obbligazzjoni, jew jista' jiġi skambjat strument azzjonarju mogħti, bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata.

valur intrinsiku

Id-differenza bejn il-valur ġust tal-ishma li għalihom il-kontroparti għandha d-dritt (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali) li tissottoskrivi jew li għandha d-dritt li tirċievi, u l-prezz (jekk ikun hemm) li l-kontroparti hi (jew li se tkun) meħtieġa tħallas għal dawk l-ishma. Pereżempju, opzjoni fuq l-ishma bi prezz tal-eżerċizzju ta' CU15 (ħmistax-il unità monetarja), (2) fuq sehem b'valur ġust ta' CU20, għandha valur intrinsiku ta' CU5.

vesta

Sar dritt. Taħt arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma, id-dritt tal-kontroparti li tirċievi flus, assi oħra, jew strumenti azzjonarji tal-entità jiġi vestit hekk kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-vestiment li jista' jkun hemm speċifikati.

(1)    Il-Qafas jiddefinixxi obbligazzjoni bħala obbligu preżenti tal-entità li tirriżulta minn avvenimenti tal-passat, li s-saldu tagħha hu mistenni li jirriżulta fi ħruġ mill-entità ta' riżorsi li jinkorporaw benefiċċji ekonomiċi (i.e. ħruġ ta' flus jew assi oħra tal-entità).

(2)   F'dan l-Appendiċi, l-ammonti monetarji huma ddenominati fi 'unitajiet tal-munita' (CU).

(3)    ►M32   ◄




Appendiċi B

Gwida għall-Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

Stima tal-valur ġust ta' strumenti azzjonarji mogħtija

B1 Il-paragrafi B2–B41 ta' dan l-appendiċi jiddiskutu l-kejl tal-valur ġust ta' ishma u opzjonijiet mogħtija fuq l-ishma, u jiffokaw fuq it-termini u kundizzjonijiet speċifiċi li huma karatteristiċi komuni ta' għotja ta' ishma jew ta' opzjonijiet fuq l-ishma lill-impjegati. Għalhekk, mhuwiex eżawrjenti. Barra minn hekk, minħabba li l-kwistjonijiet tal-valutazzjoni diskussi hawn taħt jiffokaw fuq ishma u opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lill-impjegati, huwa preżunt li l-valur ġust tal-ishma jew tal-opzjonijiet fuq l-ishma jitkejjel fid-data tal-għotja. Madankollu, bosta mill-kwistjonijiet tal-valutazzjoni diskussi hawn taħt (eż. kif tiddetermina l-volatilità mistennija) japplikaw ukoll fil-kuntest tal-istima tal-valur ġust ta' ishma jew ta' opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lil partijiet, li mhumiex l-impjegati, fid-data li fiha l-entità tikseb l-oġġetti jew il-kontroparti tagħti s-servizz.

Ishma

B2 Għal ishma mogħtija lill-impjegati, il-valur ġust tal-ishma għandu jitkejjel bil-prezz tas-suq tal-ishma tal-entità (jew prezz tas-suq stmat, jekk l-ishma tal-entità ma jiġux innegozjati pubblikament), aġġustati biex jikkunsidraw it-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom ġew mogħtija l-ishma (ħlief għal kundizzjonijiet ta' vestiment li huma esklużi mill-kejl tal-valur ġust skont il-paragrafi 19–21).

B3 Pereżempju, jekk impjegat mhuwiex intitolat biex jirċievi dividendi matul il-perijodu tal-vestiment, dan il-fattur għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi stmat il-valur ġust tal-ishma mogħtija. Bl-istess mod, jekk ishma huma suġġetti għal restrizzjonijiet fuq trasferiment wara d-data tal-l-vestiment, dak il-fattur għandu jiġi kkunsidrat, iżda sal-punt biss li r-restrizzjonijiet ta' wara l-vestiment jaffettwaw il-prezz li parteċipant tas-suq infurmat u dispost kien iħallas għal dak is-sehem. Pereżempju, jekk ishma jiġu nnegozjati b'mod attiv f'suq attiv u likwidu, restrizzjonijiet fuq trasferiment wara l-vestiment jista' jkollhom ftit effett, jekk ikollhom, fuq il-prezz li parteċipant tas-suq infurmat u dispost kien iħallas għal dawk l-ishma. Restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew restrizzjonijiet oħra li jeżistu matul il-perijodu tal-vestiment m'għandhomx jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tad-data tal-għotja tal-ishma mogħtija, minħabba li dawk ir-restrizzjonijiet joriġinaw mill-eżistenza ta' kundizzjonijiet tal-vestiment, li huma meqjusa fl-entrati fil-kotba skont il-paragrafi 19–21.

Opzjonijiet fuq l-ishma

B4 Għal opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lill-impjegati, f'bosta każijiet il-prezzijiet tas-suq ma jkunux disponibbli, minħabba li l-opzjonijiet mogħtija huma suġġetti għal termini u kundizzjonijiet li ma japplikawx għal opzjonijiet innegozjati. Jekk opzjonijiet innegozjati b'termini u kundizzjonijiet simili ma jeżistux, il-valur ġust tal-opzjonijiet mogħtija għandu jiġi stmat billi jiġi applikat mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet.

B5 L-entità għandha tikkunsidra fatturi li parteċipanti tas-suq infurmati u disposti kieku kienu jikkunsidraw fl-għażla tal-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet li għandha tapplika. Pereżempju, bosta opzjonijiet tal-impjegati għandhom ħajja twila, huma normalment eżerċitabbli matul il-perijodu bejn id-data tal-vestiment u t-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni, u huma spiss eżerċitati kmieni. Dawn il-fatturi għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi stmat il-valur ġust tad-data tal-għoti tal-opzjonijiet. Għal bosta entitajiet, dan jista' jimpedixxi l-użu tal-formula Black-Scholes-Merton, li ma tippermettix il-possibbiltà ta' eżerċizzju qabel it-tmiem tal-ħajja tal-opzjoni u tista' ma tirriflettix b'mod adegwat l-effetti ta' eżerċizzju mistenni bikri. Din lanqas ma tippermetti l-possibbiltà li l-volatilità mistennija u inputs oħra tal-mudell jistgħu jvarjaw matul il-ħajja tal-opzjoni. Madankollu, għal opzjonijiet fuq l-ishma b'ħajja kuntrattwali relattivament qasira, jew li għandhom jiġu eżerċitati matul perijodu ta' żmien qasir wara d-data tal-vestiment, il-fatturi identifikati hawn fuq jistgħu ma japplikawx. F'dawn il-każijiet, il-formola Black-Scholes-Merton tista' tipproduċi valur li jkun sostanzjalment l-istess bħal ta'mudell iktar flessibbli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet.

B6 Il-mudelli kollha tal-ipprezzar tal-opzjonijiet, bħala minimu, jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin:

(a) il-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni;

(b) il-ħajja tal-opzjoni;

(c) il-prezz kurrenti tal-ishma sottostanti;

(d) il-volatilità mistennija tal-prezz tal-ishma;

(e) id-dividendi mistennija fuq l-ishma (jekk ikun il-każ); u

(f) ir-rata ta' imgħax bla riskju għal tul il-ħajja tal-opzjoni.

B7 Fatturi oħra li parteċipanti tas-suq infurmati u disposti jikkunsidraw fid-determinazzjoni tal-prezz għandhom jitqiesu wkoll (ħlief għal kundizzjonijiet tal-vestiment u aspetti ta' reload li huma esklużi mill-kejl tal-valur ġust skont il-paragrafi 19–22).

B8 Pereżempju, opzjoni fuq l-ishma mogħtija lil impjegat tipikament ma tistax tiġi eżerċitata matul il-perijodi speċifikati (eż. matul il-perijodu tal-vestiment jew matul il-perijodi speċifikati mir-regolaturi ta' titoli). Dan il-fattur għandu jiġi kkunsidrat jekk il-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet applikat jista' b'xi mod ieħor jassumi li l-opzjoni tista' tiġi eżerċitata fi kull ħin matul ħajjitha. Madankollu, jekk entità tuża mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet li jivvaluta l-opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati biss fit-tmiem tal-ħajja tal-opzjonijiet, l-ebda aġġustament mhu meħtieġ għall-inabbiltà li jiġu eżerċitati matul il-perijodu tal-vestiment (jew perijodi oħra matul il-ħajja tal-opzjonijiet), minħabba li l-mudell jassumi li l-opzjonijiet ma jistgħux jiġu eżerċitati matul dawk il-perijodi.

B9 Bl-istess mod, fattur komuni ieħor għal opzjonijiet fuq l-ishma tal-impjegati hi l-possibbiltà ta' eżerċizzju bikri tal-opzjoni, pereżempju, minħabba li l-opzjoni mhix trasferibbli b'mod ħieles, jew minħabba li l-impjegat jkollu jeżerċita l-opzjonijiet kollha li jkunu vestiti mal-waqfien mill-impieg. L-effetti tal-eżerċizzju bikri mistenni għandhom jiġu kkunsidrati, kif diskuss fil-paragrafi B16-B21.

B10 Fatturi li parteċipant tas-suq infurmat u dispost kieku ma jikkunsidrax fid-determinazzjoni tal-prezz ta' opzjoni fuq l-ishma (jew ta' strument azzjonarju ieħor) m'għandhomx jiġu kkunsidrati meta jkun qiegħed jiġi stmat il-valur ġust ta' opzjonijiet fuq l-ishma (jew strumenti azzjonarji oħra) mogħtija. Pereżempju, għal opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lill-impjegati, fatturi li jaffettwaw il-valur tal-opzjoni mill-perspettiva individwali tal-impjegat biss, mhumiex rilevanti biex jiġi stmat il-prezz li kieku kellu jiġi ffissat minn parteċipant tas-suq infurmat u dispost.

Inputs għal mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet

B11 Meta tkun qiegħda tiġi stmata l-volatilità mistennija tal-ishma sottostanti u tad-dividendi fuqhom, l-objettiv hu li jitqarrbu kemm jista' jkun l-aspettattivi li kieku kienu jiġu riflessi f'suq kurrenti jew fi prezz negozjat tal-iskambju għall-opzjoni. Bl-istess mod, meta jiġu stmati l-effetti ta' eżerċizzju bikri ta' opzjonijiet tal-impjegati fuq l-ishma, l-objettiv hu li jitqarrbu kemm jista' jkun l-aspettattivi li parti barranija b'aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar kif l-impjegati jeżerċitaw l-opzjonijiet kienet tiżviluppa fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fid-data tal-għoti.

B12 Ta' spiss, x'aktarx li jkun hemm firxa ta' aspettattivi raġonevoli dwar il-volatilità futura, id-dividendi u l-mod tal-eżerċizzju tal-opzjonijiet. Jekk dan ikun il-każ, għandu jiġi kkalkulat valur mistenni, billi kull ammont li jaqa' f'dik il-firxa jiġi ppiżat bil-probabbiltà assoċjata tiegħu ta' okkorrenza.

B13 Aspettattivi dwar il-futur huma ġeneralment ibbażati fuq l-esperjenza, immodifikati jekk il-futur hu raġonevolament mistenni li jkun differenti mill-passat. F'xi ċirkustanzi, fatturi li jistgħu jiġu identifikati jistgħu jindikaw li esperjenza storika mhux aġġustata tagħti tbassira relattivament fqira tal-esperjenza futura. Pereżempju, jekk entità b'żewġ linji ta' negozju li jvarjaw b'mod l-aktar ċar tiddisponi mil-linja li kienet ħafna inqas riskjuża mill-oħra, il-volatilità storika tista' ma tkunx l-aħjar informazzjoni li fuqha għandhom jiġu bbażati l-aspettattivi raġonevoli għall-futur.

B14 F'ċirkustanzi oħra, l-informazzjoni storika tista' ma tkunx disponibbli. Pereżempju, entità li għada kif bdiet tiġi kkwotata jkollha ftit, jekk ikollha, data storiċi dwar il-volatilità tal-prezz tas-sehem. Entitajiet mhux ikkwotati u entitajiet ikkwotati ġodda huma diskussi aktar iżjed 'l isfel.

B15 Fi ftit kliem, entità m'għandhiex tibbaża stimi ta' volatilità, ta' mod ta' eżerċizzju ta' opzjonijiet, u ta' dividendi sempliċement fuq informazzjoni storika mingħajr ma tikkunsidra l-grad li għalih l-esperjenza tal-passat hi mistennija li tista' tbassar b'mod raġonevoli l-esperjenza futura.

Eżerċizzju bikri mistenni

B16 L-impjegati spiss jeżerċitaw l-opzjonijiet fuq l-ishma kmieni, għal numru ta' raġunijiet. Pereżempju, opzjonijiet fuq l-ishma tal-impjegati huma tipikament mhux trasferibbli. Dan spiss iġiegħel lill-impjegati biex jeżerċitaw l-opzjonijiet fuq l-ishma tagħhom kmieni, minħabba li dan hu l-uniku mod għall-impjegati biex jillikwidaw il-pożizzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-impjegati li ma jibqgħux fl-impjieg huma normalment mistennija li jeżerċitaw kull opzjonijiet vestiti f'perijodu qasir ta' żmien, inkella l-opzjonijiet fuq l-ishma jintilfu. Dan il-fattur iwassal għall-eżerċizzju bikri ta' opzjonijiet fuq l-ishma tal-impjegati. Fatturi oħra li jwasslu għall-eżerċizzju bikri huma l-biża' mir-riskju u n-nuqqas ta' diversifikazzjoni tal-ġid.

B17 Il-mezz li bih l-effetti ta' eżerċizzju bikri mistenni jiġu kkunsidrati jiddependi fuq it-tip ta' mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet użat. Pereżempju, eżerċizzju bikri mistenni jista' jiġi kkunsidrat billi stima tal-ħajja mistennija tal-opzjoni (li, għal opzjoni fuq l-ishma ta' impjegati, hi l-perijodu ta' żmien mid-data tal-għotja sad-data li fiha l-opzjoni hi mistenni li tiġi eżerċitata) tintuża bħala input fil-mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet (eż. il-formula Black-Scholes-Merton). B'mod alternattiv, eżerċizzju bikri mistenni jista' jiġi mmuddellat f'mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet binomju, jew f'wieħed simili, li juża l-ħajja kuntrattwali bħala input.

B18 Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi stmat eżerċizzju bikri jinkludu:

(a) it-tul tal-perijodu tal-vestiment, minħabba li l-opzjoni fuq l-ishma tipikament ma tistax tiġi eżerċitata sat-tmiem tal-perijodu tal-vestiment. Għalhekk, id-determinazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-valutazzjoni ta' eżerċizzju bikri mistenni hi bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-opzjonijiet ser jiġu vestiti. L-implikazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tal-vestiment huma diskussi fil-paragrafi 19–21.

(b) it-tul medju ta' żmien li opzjonijiet simili baqgħu pendenti fil-passat.

(c) il-prezz tal-ishma sottostanti. L-esperjenza tista' tindika li l-impjegati għandhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet meta l-prezz tal-ishma jilħaq livell speċifikat "il fuq mill-prezz tal-eżerċizzju.

(d) il-livell tal-impjegat fi ħdan l-organizzazzjoni. Pereżempju, l-esperjenza tista' tindika li impjegati ta' livell għoli għandhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet aktar tard mill-impjegati ta' livell baxx (diskuss aktar fil-paragrafu B21).

(e) il-volatilità mistennija tal-ishma sottostanti. Bħala medja, l-impjegati jista' jkollhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet fuq ishma b'volatilità għolja aktar kmieni milli fuq ishma b'volatilità baxxa.

B19 Kif innutat fil-paragrafu B17, l-effetti ta' eżerċizzju bikri jistgħu jitqiesu billi tintuża stima tal-ħajja mistennija tal-opzjoni bħala input f'mudell tal-ipprezzar tal-opzjonijiet. Meta tiġi stmata l-ħajja mistennija ta' opzjonijiet fuq l-ishma mogħtija lil grupp ta' impjegati, l-entità tista' tibbaża dik l-istima fuq il-medja ppiżata b'mod adattat tat-tul mistenni ta' dik il-ħajja għall-grupp kollu tal-impjegati jew fuq il-medja ppiżata b'mod adattat tat-tul mistenni tal-ħajjiet għal sottogruppi ta' impjegati fil-grupp, ibbażata fuq data aktar dettaljati dwar il-mod ta' kif l-impjegati jeżerċitaw l-opzjonijiet (diskuss aktar iżjed 'l isfel).

B20 Is-separazzjoni ta' għotja ta' opzjonijiet fi gruppi għal impjegati li jeżerċitaw l-opzjonijiet b'mod relattivament omoġenju x'aktarx li tkun importanti. Il-valur ta' opzjoni mhuwiex funzjoni lineari tat-terminu ta' opzjoni; il-valur jiżdied b'rata dejjem tonqos aktar ma jitwal il-perijodu ta' żmien. Pereżempju, jekk il-preżunzjonijiet l-oħra kollha jkunu ugwali, għalkemm opzjoni ta' sentejn tiswa aktar minn opzjoni ta' sena, ma tiswiex id-doppju tagħha. Dan ifisser li meta l-kalkolu tal-istima tal-valur tal-opzjoni jsir fuq il-bażi ta' medja ppiżata waħda ta' ħajjiet li tinkludi ħajjiet individwali li huma ferm differenti bejniethom, dan jirriżulta f'valur ogħla mill-valur ġust totali tal-opzjonijiet mogħtija fuq l-ishma. Is-separazzjoni ta' opzjonijiet mogħtija f'bosta gruppi, li kull wieħed minnom ikollu medda ta' ħajjiet relattivament stretta inkluża fil-medja ppiżata tal-ħajjiet tiegħu, tnaqqas dak ir-riżultat ta' valur ogħla.

B21 Korrispettiv simili japplikaw meta jiġi użat mudell binomju jew mudell simili. Pereżempju, l-esperjenza ta' entità li tagħti opzjonijiet b'mod mifrux lil-livelli kollha ta' impjegati tista' tindika li l-personal eżekuttiv tal-ogħla grad għandu t-tendenza li jżomm l-opzjonijiet tiegħu għal aktar żmien minn kemm iżommuhom dawk l-impjegati li huma fil-grad ta' maniġment tan-nofs u li impjegati fi grad iktar baxx għandhom it-tendenza li jeżerċitaw l-opzjonijiet tagħhom aktar kmieni minn kull grupp ieħor. Barra minn hekk, impjegati li huma inkoraġġiti jew li huma meħtieġa li jkollhom ammont minimu ta' strumenti azzjonarji, inklużi opzjonijiet, tal-entità li timpjegahom jistgħu, bħala medja, jeżerċitaw l-opzjonijiet aktar tard minn impjegati li mhumiex suġġetti għal dik id-dispożizzjoni. F'dawk is-sitwazzjonijiet, is-separazzjoni tal-opzjonijiet skont gruppi ta' benefiċjarji li jeżerċitaw l-opzjonijiet b'mod relattivament omoġenju, tirriżulta fi stima aktar preċiża tal-valur ġust totali tal-opzjonijiet mogħtija fuq l-ishma.

Volatilità mistennija

B22 Il-volatilità mistennija hi l-kejl tal-ammont ta' kemm il-prezz hu mistenni li jvarja matul perijodu. Il-kejl tal-volatilità użat fil-mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet hu d-devjazzjoni standard annwalizzata tar-rati kontinwament rikomposti tar-redditu fuq is-sehem fuq perijodu ta' żmien. Il-volatilità hi tipikament espressa f'termini annwalizzati li huma komparabbli irrispettivament mill-perijodu ta' żmien użat fil-kalkolu, pereżempju, osservazzjonijiet tal-prezzijiet ta' kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar.

B23 Ir-rata ta' redditu (li tista' tkun pożittiva jew negattiva) fuq sehem għal perijodu, tkejjel kemm azzjonist ikun ibbenefika minn dividendi u minn apprezzament (jew deprezzament) tal-prezz tal-ishma.

B24 Il-volatilità annwalizzata mistennija ta' sehem hi l-medda li fiha r-rata annwali kontinwament rikomposta tar-redditu hi mistennija li taqa' f'bejn wieħed u ieħor żewġ terzi taż-żmien. Pereżempju, meta wieħed jgħid li sehem b'rata mistennija kontinwamene rikomposta ta' redditu ta' 12 fil-mija għandha volatilità ta' 30 fil-mija dan ifisser li l-probabbiltà li r-rata ta' redditu fuq is-sehem għal sena tkun bejn –18 fil-mija (12 % – 30 %) u 42 fil-mija (12 % + 30 %) hi ta' madwar żewġ terzi. Jekk il-prezz tas-sehem hu CU100 (mitt unità monetarja) fil-bidu tas-sena, u ma jitħallsu l-ebda dividendi, il-prezz tas-sehem fit-tmiem tas-sena jkun mistenni li jkun bejn CU83.53 (CU100 × e- 0,18) u CU152.20 (CU100 × e0,42) għal bejn wieħed u ieħor żewġ terzi taż-żmien.

B25 Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istima tal-volatilità mistennija jinkludu:

(a) il-volatilità implikata minn opzjonijiet innegozjati tal-ishma fuq l-ishma tal-entità, jew minn strumenti oħra nnegozjati tal-entità li jinkludu karatteristiċi ta' opzjoni (bħal dejn konvertibbli), jekk ikun hemm.

(b) il-volatilità storika tal-prezz tas-sehem fuq l-aktar perijodu riċenti li normalment ikun proporzjonat mal-perijodu mistenni taż-żmien tal-opzjoni (meta titqies il-bqija tal-ħajja kuntrattwali tal-opzjoni u l-effetti ta' eżerċizzju bikri mistenni).

(c) it-tul ta' żmien kemm ilhom jiġu nnegozjati pubblikament l-ishma tal-entità. Entità kkwotata ġdida jista' jkollha volatilità storika għolja, meta mqabbla ma' entitajiet simili li jkunu ilhom ikkwotati għal aktar żmien. Aktar gwida għal entitajiet ikkwotati ġodda hi mogħtija hawn taħt.

(d) it-tendenza tal-volatilità li tmur lura għall-medja tagħha, i.e. il-livell medju fuq perijodu ta' żmien fit-tul, u fatturi oħra li jindikaw li l-volatilità futura mistennija tista' tkun differenti mill-volatilità tal-passat. Pereżempju, jekk il-prezz tal-ishma ta' entità kien estremament volatili għal xi perijodu ta' żmien identifikabbli minħabba tentattiv ta' akkwiżizzjoni li ma rnexxiex jew minħabba ristrutturar maġġuri, dak il-perijodu jista' ma jitqiesx fil-kalkolu tal-volatilità storika medja annwali.

(e) intervalli xierqa u regolari għal osservazzjonijiet tal-prezzijiet. L-osservazzjonijiet tal-prezzijiet għandhom ikunu konsistenti minn perijodu għal perijodu. Pereżempju, entità tista' tuża l-prezz tal-għeluq għal kull ġimgħa jew l-ogħla prezz tal-ġimgħa, iżda m'għandhiex tuża l-prezz tal-għeluq għal xi ġimgħat u l-ogħla prezz għal ġimgħat oħra. Barra minn hekk, l-osservazzjonijiet tal-prezzijiet għandhom jiġu mfissra fl-istess munita tal-prezz tal-eżerċizzju.

Entitajiet ikkwotati ġodda

B26 Kif innutat fil-paragrafu B25, entità għandha tikkunsidra l-volatilità storika tal-prezz tal-ishma fuq l-aktar perijodu riċenti li ġeneralment jikkorrispondi mal-perijodu mistenni taż-żmien tal-opzjoni. Jekk entità ikkwotata ġdida m'għandhiex biżżejjed informazzjoni dwar il-volatilità storika, hija għandha madankollu tikkalkula l-volatilità storika fuq l-itwal perijodu li għalih l-attività tan-negozju tkun disponibbli. Tista' tikkunsidra wkoll il-volatilità storika ta' entitajiet simili wara perijodu komparabbli f'ħajjithom. Pereżempju, entità li tkun ġiet ikkwotata għal sena biss u li tagħti opzjonijiet b'ħajja mistennija medja ta' ħames snin tista' tikkunsidra t-tifsila u l-livell tal-volatilità storika ta' entitajiet fl-istess industrija għall-ewwel sitt snin li fihom l-ishma ta' dawk l-entitajiet ikunu ġew innegozjati pubblikament.

Entitajiet mhux ikkwotati

B27 Entità mhux ikkwotata ma jkollhiex informazzjoni storika x'wieħed jikkunsidra meta tiġi stmata l-volatilità mistennija. Xi fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati minflok huma elenkati hawn taħt.

B28 F'xi każijiet, entità mhux ikkwotata li toħroġ opzjonijiet jew ishma b'mod regolari lill-impjegati (jew lil partijiet oħra) setgħet stabbiliet suq intern għall-ishma tagħha. Il-volatilità ta' dawk il-prezzijiet tal-ishma tista' tiġi kkunsidrata meta tiġi stmata l-volatilità mistennija.

B29 B'mod alternattiv, l-entità tista' tikkunsidra l-volatilità storika jew implikata ta' entitajiet simili ikkwotati, li għalihom l-informazzjoni dwar il-prezz tal-ishma jew dwar il-prezz tal-opzjonijiet hi disponibbli, biex tiġi użata meta tiġi stmata l-volatilità mistennija. Dan ikun adatt jekk l-entità tkun ibbażat il-valur tal-ishma tagħha fuq il-prezzijiet tal-ishma ta' entitajiet simili kkwotati.

B30 Jekk l-entità ma tkunx ibbażat l-istima tal-valur tal-ishma tagħha fuq il-prezzijiet tal-ishma ta' entitajiet simili kkwotati, u minflok użat metodoloġija oħra ta' valutazzjoni biex tivvaluta l-ishma tagħha, l-entità tista' tiddeduċi stima tal-volatilità mistennija li tkun konsistenti mal-metodoloġija ta' valutazzjoni. Pereżempju, l-entità tista' tivvaluta l-ishma tagħha fuq il-bażi tal-attiv nett jew tal-qligħ. Tista' tikkunsidra l-volatilità mistennija ta' dawk il-valuri tal-attiv nett jew tal-qligħ.

Dividendi mistennija

B31 Jekk id-dividendi mistennija għandhomx jiġu kkunsidrati meta jitkejjel il-valur ġust ta' ishma jew opzjonijiet mogħtija jiddependi fuq jekk il-kontroparti hijiex intitolata għal dividendi jew ekwivalenti ta' dividendi.

B32 Pereżempju, jekk impjegati kienu mogħtija opzjonijiet u huma intitolati għal dividendi fuq l-ishma sottostanti jew ekwivalenti ta' dividendi (li jistgħu jiġu mħallsa fi flus jew applikati biex inaqqsu l-prezz tal-eżerċizzju) bejn id-data ta' għotja u d-data tal-eżerċizzju, l-opzjonijiet mogħtija għandhom jiġu vvalutati bħallikieku l-ebda dividendi mhuma ser jiġu mħallsa fuq l-ishma sottostanti, i.e. l-input għal dividendi mistennija għandu jkun żero.

B33 Bl-istess mod, meta jiġi stmat il-valur ġust tad-data tal-għotja ta' ishma mogħtija lill-impjegati, m'hu meħtieġ l-ebda aġġustament għal dividendi mistennija jekk l-impjegat hu intitolat biex jirċievi dividendi mħallsa matul il-perijodu tal-vestiment.

B34 Min-naħa l-oħra, jekk l-impjegati mhumiex intitolati għal dividendi jew ekwivalenti ta' dividendi matul il-perijodu tal-vestiment (jew qabel l-eżerċizzju, fil-każ ta' opzjoni), fil-valutazzjoni tad-data tal-għotja tad-drittijiet għall-ishma jew l-opzjonijiet għandhom jitqiesu d-dividendi mistennija. Dan ifisser li, meta l-valur ġust ta' għotja ta' opzjoni jiġi stmat, id-dividendi mistennija għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni ta' mudell tal-ipprezzar tal-opzjoni. Meta jiġi stmat il-valur ġust ta' għotja ta' ishma, dik il-valutazzjoni għandha titnaqqas bil-valur preżenti ta' dividendi mistennija li jitħallsu matul il-perijodu tal-vestiment.

B35 Mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet ġeneralment jiġu bżonn ir-rendita mistennija tad-dividendi. Madankollu, il-mudelli jistgħu jiġu mmodifikati biex jużaw ammont mistenni tad-dividendi aktar milli r-rendita. Entità tista' tuża jew ir-rendita mistennija tagħha jew il-pagamenti mistennija tagħha. Jekk entità tuża din tal-aħħar, għandha tikkunsidra x-xejra storika li kellha fiż-żjidiet fid-dividendi. Pereżempju, jekk il-politika ta' entità kienet waħda ġeneralment immirata biex iżżid id-dividendi b'madwar 3 fil-mija fis-sena, il-valur stmat tal-opzjoni m'għandux jassumi ammont ta' dividendi fiss matul il-ħajja kollha tal-opzjoni sakemm ma jkunx hemm evidenza li tappoġġa din is-suppożizzjoni.

B36 Generalment, is-suppożizzjoni dwar id-dividendi mistennija għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni disponibbli pubblikament. Entità li ma tħallasx dividendi u li m'għandha l-ebda pjan biex tagħmel dan għandha tassumi rendita mid-dividendi mistennija ta' żero. Madankollu, entità emerġenti mingħajr l-ebda storja ta' pagament ta' dividendi tista' tistenna li tibda tħallas id-dividendi matul il-ħajja mistennija tal-opzjonijiet fuq l-ishma tagħha tal-impjegati. Dawk l-entitajiet jistgħu jużaw medja tar-rendita mid-dividendi tagħhom fil-passat (żero) u r-rendita medja mid-dividendi ta' grupp adattat simili komparabbli.

Rata ta' imgħax bla riskju

B37 Tipikament, ir-rata ta' imgħax bla riskju hi r-rendita implikata disponibbli attwalment fuq bonds bla kupun tal-gvern tal-pajjiż li l-prezz tal-eżerċizzju hu mogħti fil-munita tiegħu, b'perijodu ta' żmien ugwali għall-perijodu mistenni tal-opzjoni li tkun qiegħda tiġi vvalutata (ibbażat fuq il-ħajja kuntrattwali li jkun baqgħalha l-opzjoni u b'kunsiderazzjoni għall-effetti tal-eżerċizzju bikri mistenni). Jista' jkun meħtieġ li jintuża sostitut adatt, jekk ma jkun jeżisti l-ebda ħruġ tal-gvern bħal dan jew jekk iċ-ċirkustanzi jindikaw li r-rendita implikata fuq bonds bla kupun tal-Gvern mhix rappreżentattiva tar-rata ta' imgħax bla riskju (pereżempju, f'ekonomiji b'inflazzjoni għolja). Għandu jintuża wkoll sostitut adatt jekk il-parteċipanti tas-suq tipikament jistabbilixxu r-rata ta' imgħax bla riskju billi jużaw dak is-sostitut, pjuttost milli r-rendita implikata ta' bonds bla kupun tal-Gvern, meta jistmaw il-valur ġust ta' opzjoni b'ħajja ugwali għat-terminu mistenni tal-opzjoni li tkun qiegħda tiġi vvalutata.

Effetti tal-istruttura kapitali

B38 Tipikament, ikunu terzi persuni, mhux l-entità, li jiktbu opzjonijiet nnegozjati tal-ishma. Meta dawn l-opzjonijiet fuq l-ishma jiġu eżerċitati, min ikun kitibhom jikkunsinna ishma lis-sid tal-opzjoni. Dawk l-ishma jiġu akkwistati minn azzjonisti eżistenti. Għalhekk l-eżerċizzju tal-opzjonijiet innegozjati tal-ishma m'għandu l-ebda effett dilwittiv.

B39 B'kuntrast ma' dan, jekk l-opzjonijiet fuq l-ishma jinkitbu mill-entità, jinħarġu ishma ġodda meta dawk l-opzjonijiet fuq l-ishma jiġu eżerċitati (jew għax maħruġa attwalment jew maħruġa fis-sustanza, jekk jintużaw ishma li qabel kienu nxtraw lura u nżammu fit-teżor). Minħabba li l-ishma jkunu ser jinħarġu bil-prezz tal-eżerċizzju pjuttost milli bil-prezz kurrenti tas-suq fid-data tal-eżerċizzju, din id-dilwizzjoni attwali jew potenzjali tista' tnaqqas il-prezz tal-ishma, hekk li s-sid tal-opzjoni ma jagħmilx qligħ daqshekk kbir fuq l-eżerċizzju daqs kemm kien jagħmel kieku eżerċita opzjoni nnegozjata li f'kull ħaġ"oħra hi simili, li ma ddgħajjifx il-prezz tas-sehem.

B40 Jekk dan ikollux effett sinifikanti fuq il-valur tal-opzjonijiet mogħtija fuq l-ishma jiddependi fuq bosta fatturi, bħan-numru ta' ishma ġodda li jkunu se jinħarġu hekk kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet meta mqabbel man-numru ta' ishma diġà maħruġa. Barra minn hekk, jekk is-suq diġà qed jistenna li l-għotja tal-opzjoni se sseħħ, jista' jkun li s-suq ikun diġà ikkunsidra d-dilwizzjoni potenzjali fil-prezz tas-sehem fid-data tal-għotja.

B41 Madankollu, l-entità għandha tikkunsidra jekk l-effett dilwittiv possibbli tal-eżerċizzju futur tal-opzjonijiet mogħtija fuq l-ishma jistax ikollu impatt fuq il-valur ġust stmat tagħhom fid-data tal-għotja. Mudelli tal-ipprezzar tal-opzjonijiet jistgħu jiġu adatti biex jikkunsidraw dan l-effett dilwittiv potenzjali.

Modifikazzjonijiet għal arranġamenti ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma ssaldati b'ekwità

B42 Il-paragrafu 27 jeħtieġ li, irrespettivament minn kull modifikazzjonijiet għat-termini u għall-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu ġew mogħtija istrumenti azzjonarji, jew minn kanċellament jew saldu ta' dik l-għotja ta' strumenti azzjonarji, l-entità għandha tirrikonoxxi, bħala minimu, is-servizzi rċevuti mkejla bil-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, sakemm dawk l-istrumenti azzjonarji ma jonqsux milli jiġu vestiti minħabba nuqqas li tiġi ssodisfata xi kundizzjoni tal-vestiment (ħlief kundizzjoni tas-suq) li kienet speċifikata fid-data tal-għotja. Barra minn hekk, l-entità għandha tirrikonoxxi l-effetti ta' modifikazzjonijiet li jżidu l-valur ġust totali tal-arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma jew li b'mod ieħor huma ta' benefiċċju għall-impjegat.

B43 Biex jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 27:

(a) jekk il-modifikazzjoni żżid il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija (eż. billi tnaqqas il-prezz tal-eżerċizzju), imkejjel minnufih qabel u wara l-modifikazzjoni, l-entità għandha tinkludi l-valur ġust inkrementali mogħti fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għal servizzi rċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji mogħtija. Il-valur ġust inkrementali mogħti hu d-differenza bejn il-valur ġust tal-istrument azzjonarju mmodifikat u dak tal-istrument azzjonarju oriġinali, it-tnejn li huma stmati fid-data tal-modifikazzjoni. Jekk il-modifikazzjoni sseħħ matul il-perijodu tal-vestiment, il-valur ġust inkrementali mogħti hu inkluż fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għas-servizzi rċevuti matul il-perijodu mid-data tal-modifikazzjoni sad-data meta l-istrumenti azzjonarji mmodifikati jiġu vestiti, flimkien mal-ammont ibbażat fuq il-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti azzjonarji oriġinali, li hu rikonoxxut matul il-bqija tal-perijodu tal-vestiment oriġinali. Jekk il-modifikazzjoni sseħħ wara d-data tal-vestiment, il-valur ġust inkrementali mogħti hu rikonoxxut minnufih, jew matul il-perijodu tal-vestiment jekk l-impjegat ikun meħtieġ li jtemm perijodu addizzjonali ta' servizz qabel isir intitolat mingħajr kundizzjoni għal dawk l-istrumenti azzjonarji mmodifikati.

(b) bl-istess mod, jekk modifikazzjoni żżid in-numru ta' strumenti azzjonarji mogħtija, l-entità għandha tinkludi l-valur ġust tal-istrumenti addizzjonali ta' ekwità mogħtija, imkejla fid-data tal-modifikazzjoni, fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għas-servizzi rċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji mogħtija, b'mod konsistenti mar-rekwiżiti f'(a) hawn fuq. Pereżempju, jekk il-modifikazzjoni sseħħ matul il-perijodu tal-vestiment, il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji addizzjonali mogħtija hu inkluż fil-kejl tal-ammont rikonoxxut għas-servizzi rċevuti matul il-perijodu mid-data tal-modifikazzjoni sad-data meta l-istrumenti azzjonarji addizzjonali jiġu vestiti, flimkien mal-ammont ibbażat fuq il-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti azzjonarji mogħtija oriġinarjament, li hu rikonoxxut matul il-bqija tal-perijodu oriġinali tal-vestiment.

(c) jekk l-entità timmodifika l-kundizzjonijiet tal-vestiment b'mod li dan ikun ta' benefiċċju għall-impjegat, pereżempju, billi tnaqqas il-perijodu tal-vestiment jew billi tiġi mmodifikata jew eliminata kundizzjoni ta' prestazzjoni (ħlief kundizzjoni tas-suq, li bidliet għaliha huma kontabilizzati skont (a) hawn fuq), l-entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet tal-vestiment immodifikati meta tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 19–21.

B44 Barra minn hekk, jekk l-entità timmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet tal-istrumenti azzjonarji mogħtija bmod li jnaqqas il-valur ġust totali tal-arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma, jew inkella li ma jkunx b'xi mod ieħor ta' benefiċċju għall-impjegat, l-entità għandha madankollu tkompli tikkontabilizza s-servizzi rċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji mogħtija bħallikieku dik il-modifikazzjoni ma seħħitx (ħlief għall-kanċellament ta' wħud mill-istrumenti azzjonarji mogħtija jew tagħhom kollha, li għandu jiġi kkontabilizzat skont il-paragrafu 28). Pereżempju:

(a) jekk il-modifikazzjoni tnaqqas il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija, imkejjel minnufih qabel u wara l-modifikazzjoni, l-entità m'għandhiex tikkunsidra dak it-tnaqqis fil-valur ġust u għandha tkompli tkejjel l-ammont rikonoxxut għas-servizzi rċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji fuq il-bażi tal-valur ġust tad-data tal-għotja tal-istrumenti azzjonarji mogħtija.

(b) jekk il-modifikazzjoni tnaqqas in-numru ta' strumenti azzjonarji mogħtija lil impjegat, dak it-tnaqqis għandu jiġi kkontabilizzat bħala kanċellament ta' dik il-parti tal-għotja, skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 28.

(c) jekk l-entità timmodifika l-kundizzjonijiet tal-vestiment b'tali mod li ma jkunx ta' benefiċċju għall-impjegat, pereżempju, billi żżid il-perijodu tal-vestiment jew billi tiġi mmodifikata jew miżjuda kundizzjoni ta' prestazzjoni (ħlief kundizzjoni tas-suq, li bidliet għaliha huma kontabilizzati skont (a) hawn aktar qabel), l-entità m'għandhiex tqis il-kundizzjonijiet modifikatital-vestiment meta jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafi 19–21.

▼M23

Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp (l-emendi tal-2009)

B45 Il-paragrafi 43A-43C jindirizzaw il-kontabilità tat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet fi grupp fir-rapport finanzjarju separat jew individwali ta' kull entità. Il-paragrafi B46-B61 jiddiskutu kif jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafi 43A-43C. Kif innutat fil-paragrafu 43D, it-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fost entitajiet ta' grupp jistgħu jseħħu għal diversi raġunijiet skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi. Għalhekk, din id-diskussjoni mhijiex eżawrijenti u tassumi li fejn entità tirċievi l-oġġetti jew is-servizzi ma jkollha ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni, it-tranżazzjoni hija kontribuzzjoni ta' ekwità mill-kumpanija prinċipali favur is-sussidjarja, irrispettivament minn kwalunkwe arranġament ta' rimborżi interni fil-grupp.

B46 Minkejja d-diskussjoni ta' hawn taħt tiffoka fuq tiffoka fuq tranżazzjonijiet mal-impjegati, tapplika wkoll għal tranżazzjonijiet simili ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ma' fornituri ta' oġġetti jew servizzi apparti l-impjegati. Arranġament bejn il-kumpanija prinċipali u sussidjarja tagħha jista' jeħtieġ lis-sussidjarja tħallas lill-prinċipali għall-provvediment tal-istrumenti azzjonarji lill-impjegati. Id-diskussjoni ta' hawn taħt ma tindirizzax kif għandhom jiġu rrappurtati tali arranġamenti ta' pagamenti interni fil-grupp.

B47 Hemm erba' kwistjonijiet jokkorru spiss fi tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma fost l-entitajiet fi grupp. Għall-konvenjenza, l-eżempji ta' hawn taħt jittrattaw il-kwistjonijiet f'termini ta' kumpanija prinċipali u sussidjarja tagħha.

Arranġamenti ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu l-istrumenti azzjonarji proprji tal-entità

B48 L-ewwel kwistjoni hija dwar jekk it-tranżazzjonijiet li ġejjin li jinvolvu l-istrumenti azzjonarji proprji ta' entità għandhomx jitqiesu bħala ssaldati b'ekwità' jew issaldati bi flus skont ir-rekwiżiti ta' dan l-IFRS:

(a) entità tagħti lill-impjegati tagħha drittijiet għal strumenti azzjonarji (bħal opzjonijiet fuq l-ishma), u jew tagħżel jew tkun obbligata tixtri strumenti azzjonarji (jiġifieri ishma tat-teżor) mingħand terza persuna, biex taqdi l-obbligi lejn l-impjegati tagħha; kif ukoll

(b) l-impjegati ta' entità jingħataw drittijiet għal strumenti azzjonarji tal-istess entità (bħal opzjonijiet fuq l-ishma), jew mill-entità nnifisha jew mill-azzjonisti tagħha, u l-azzjonisti tal-entità jipprovdu l-istrumenti azzjonarji meħtieġa.

B49 Tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fejn entità tirċievi servizzi bħala korrispettiv għal strumenti azzjonarji proprji tagħha bħala ssaldati b'ekwità. Dan japplika irrispettivament jekk l-entità tagħżilx jew teħtieġx tixtri dawk l-istrumenti azzjonarji mingħand ħaddieħor biex taqdi l-obbligi tagħha lejn l-impjegati tagħha skont l-arranġament ta' pagament ibbażat fuq l-ishma. Tapplika wkoll irrispettivament jekk:

(a) id-drittijiet tal-impjegat għall-istrumenti azzjonarji tal-entità jkunux ingħataw mill-entità nnifisha jew mill-azzjonist(i) tagħha; jew

(b) l-arranġament għall-pagament ibbażat fuq l-ishma jkunx issalda mill-entità nnifisha jew mill-azzjonist(i) tagħha.

B50 Jekk l-azzjonist ikollu obbligu li jsalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tal-entità li fiha investa, hu jipprovdi l-istrumenti azzjonarji tal-entità li fiha investa u mhux tiegħu stess. Għalhekk, jekk l-entità li fiha investa tkun fl-istess grupp tal-azzjonist, skont il-paragrafu 43C, l-azzjonist għandu jkejjel l-obbligu tiegħu skont ir-rekwiżiti applikabbli għal tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma fir-rapporti finanzjarji separati tal-azzjonist u dawk applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b'ekwità fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-azzjonist.

Arranġamenti ta' pagament bbażat fuq l-ishma li jinvolvu strumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali

B51 It-tieni kwistjoni hija dwar it-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq ishma bejn żewġ entitajiet jew aktar fl-istess grupp li jinvolvu strument azzjonarji ta' entità oħra fil-grupp. Pereżempju, impjegati ta' sussidjarja jintgħataw drittijiet għal strumenti azzjonarji tal-prinċipali bħala korrispettiv għas-servizzi pprovduti lis-sussidjarja.

B52 Għalħekk, it-tieni kwistjoni tindirizza l-arranġamenti li ġejjin għall-pagament ibbażat fuq l-ishma:

(a) kumpanija prinċipali tagħti drittijiet għall-istrumenti azzjonarji direttament lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha: il-kumpanija prinċipali (mhux is-sussidjarja) hi fl-obbligu li tipprovdi lill-impjegati tas-sussidjarja l-istrumenti azzjonarji; kif ukoll

(b) sussidjarja tagħti drittijiet għal strumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali lill-impjegati tagħha: is-sussidjarja hi fl-obbligu li tipprovdi lill-impjegati tagħha l-istrumenti azzjonarji.

Kumpanija prinċipali tagħti drittijiet għall-istrumenti azzjonarji tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha (il-paragrafu B52(a))

B53 Is-sussidjarja ma għandhiex obbligu li tipprovdi l-istrumenti azzjonarji tal-prinċipali tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja. Għalhekk, skont il-paragrafu 43B, is-sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi riċevuti mill-impjegati skont ir-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b'ekwità, u tirrikonoxxi żieda korrisponedenti fl-ekwità bħala kontribuzzjoni mill-kumpanija prinċipali.

B54 Il-kumpanija prinċipali għandha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tas-sussidjarja billi tipprovdi l-istrumenti azzjonarji proprji tal-kumpanija prinċipali. Għalhekk, skont il-paragrafu 43C, il-kumpanija prinċipali għandha tkejjel l-obbligu tagħha skont ir-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati b'ekwità.

Sussidjarja tagħti drittijiet għall-istrumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali lill-impjegati tagħha (il-paragrafu B52(b))

B55 Minħabba li l-entità ma tissodisfax l-ebda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 43B, hi għandha tirrapporta t-tranżazzjonijiet mal-impjegati tagħha bħala ssaldati bi flus. Dan ir-rekwiżit japplika irrispettivament minn kif is-sussidjarja tikseb l-istrumenti azzjonarji biex taqdi l-obbligi tagħha lejn l-impjegati tagħha.

Arranġamenti ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu pagamenti ssaldati bi flus lill-impjegati

B56 It-tielet kwistjoni hija dwar kif entità li tirċievi oġġetti jew servizzi mill-fornituri (inkluż l-impjegati) għandha tirrapporta l-arranġamenti bbażati fuq l-ishma li jkunu ssaldati bi flus meta l-entità nnifisha ma jkollha l-ebda obbligu tagħmel il-pagamenti meħtieġa lill-fornituri tagħha. Pereżempju, fl-arranġamenti li ġejjin fejn il-kumpanija prinċipali (mhux l-entità nnifisha) ikollha obbligu li tagħmel il-pagamenti fi flus meħtieġa lill-impjegati tal-entità.

(a) l-impjegati tal-entità ser jirċievu pagamenti fi flus li jkunu marbuta mal-prezz tal-instrumenti azzjonarji tagħha.

(b) l-impjegati tal-entità ser jirċievu pagamenti fi flus li jkunu marbuta mal-prezz tal-instrumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali tagħha.

B57 Is-sussidjarja ma jkollha l-ebda obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha. Għalhekk, is-sussidjarja għandha tirrapporta t-tranżazzjonijiet mal-impjegati tagħha bħala ssaldati b'ekwità, u jirrikonoxxu żieda korrispondenti fl-ekwità bħala kontribuzzjoni mill-kumpanija prinċipali tagħha. Is-sussidjarja sussegwentement għandha tkejjel mill-ġdid il-kost tat-tranżazzjoni minħabba kwalunkwe bidla li tirriżulta minn kundizzjonijiet mhux tas-suq ta' vestiment li ma jkunux ġew issodisfati skont il-paragrafi 19-21. Dan ikun differenti mill-kejl tat-tranżazzjoni li tkun issaldata bi flus fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp.

B58 Minħabba li l-kumpanija prinċipali għandha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegai, u l-korrispettiv fi flus, il-kumpanija prinċipali (u l-grupp konsolidat) għandha tkejjel l-obbligu tagħha skont ir-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-ishma ssaldati bi flus fil-paragrafu 43C.

It-trasferiment ta' impjegati bejn l-entitajiet tal-grupp

B59 Ir-raba' kwistjoni hija dwar l-arranġamenti ta' pagament ibbażat fuq l-ishma li jinvolvu impjegati minn aktar minn entità waħda fl-istess grupp. Pereżempju, kumpanija prinċipali tista' tagħti drittijiet għall-istrumenti azzjonarji tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha, bil-kundizzjoni li mat-tmiem jitkompla jingħata s-servizz kontinwu lill-grupp għal perjodu speċifiku. Impjegat ta' sussidjarja jista' jittrasferixxi l-impjieg tiegħu ma' sussidjarja oħra tul il-perjodu speċifikat tal-assenjazzjoni mingħajr ma jittiefsu d-drittijiet tal-impjegat għall-istrumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali skont l-arranġament oriġinali għal pagament ibbażat fuq l-ishma. Jekk is-sussidjarji ma jkollhom l-ebda obbligu jsaldaw it-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma mal-impjegati tagħhom, huma jirrappurtawha bħala tranżazzjoni ssaldata b'ekwità. Kull sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi li rċiviet mill-impjegat b'riferenza għall-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji fid-data meta dawk id-drittijiet għall-istrumenti azzjonarji kienu ngħataw oriġinarjament mill-kumpanija prinċipali kif stabbilit fl-Appendiċi A, u l-proporzjon tal-perjodu ta' vestiment li l-impjegat għamel ma' kull sussidjarja.

B60 Jekk is-sussidjarja jkollha obbligu li ssalda t-tranżazzjoni mal-impjegati tagħha bi strumenti azzjonarji tal-kumpanija prinċipali tagħha, hi tirrapporta t-tranżazzjoni bħala ssaldati bi flus. Kull sussidjarja għandha tkejjel is-servizzi riċevuti abbażi tal-valur ġust fil-jum tal-għotja tal-istrumenti azzjonarji għall-proporzjon tal-perjodu ta' vestiment li l-impjegat ikun serva ma' kull sussidjarja. Barra minn hekk, kull sussidjarja għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji matul il-perjodu tas-servizz tal-impjegat ma' kull sussidjarja.

B61 Tali impjegat, wara t-trasferiment fost entitajiet fil-grupp, jista' jonqos milli jissodisfa l-kundizzjoni ta' vestiment għajr kundizzjoni tas-suq kif stabbilit fl-Appendiċi A, bħal fil-każ fejn l-impjegat jitlaq mill-grupp qabel ma jtemm il-perjodu tas-servizz. F'dan il-każ, minħabba li l-kundizzjoni ta' vestiment hija servizz lill-grupp, kull sussidjarja għandha taġġusta l-ammont rikonoxxut preċedentement fir-rigward tas-servizzi riċevuti mingħand l-impjegat skont il-prinċipji tal-paragrafu 19. Għaldaqstant, jekk id-drittijiet għall-istrumenti azzjonarji mogħtija mill-kumpanija prinċipali ma jkunux eżerċitabbli minħabba n-nuqqas tal-impjegat li jissodisfa xi kundizzjoni tal-vestiment għajr kundizzjoni tas-suq, l-ebda ammont, għas-servizzi mogħtija mill-impjegat, ma jiġi rikonoxxut fuq bażi kumulattiva fir-rapporti finanzjarji ta' kwalunkwe entità fil-grupp.

▼M12




STANDARD INTERNAZZJONALI TA’ RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 3

Kombinamenti ta’ Negozji:

GĦAN

1. L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jtejjeb ir-relevanza, l-affidabbiltà u l-kumparabbiltà tal-informazzjoni li entità li tirrapporta għandha tipprovdi fir-rapporti finanzjarji tagħha dwar kombinament ta’ negozji u l-effetti tiegħu. Sabiex dan jinkiseb, dan l-IFRS jistabbilixxi prinċipji u rekwiżiti dwar kif l-akkwirent għandu:

(a) jirrikonoxxi u jkejjel fir-rapporti finanzjarji tiegħu l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet merfugħa u kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit;

(b) jirrikonoxxi u jkejjel l-avvjament akkwistat fil-kombinament ta’ negozji jew qligħ minn xiri bl-irħis; u

(ċ) jiddetermina liema informazzjoni għandha tiġi żvelata sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji tal-kombinament ta’ negozji.

AMBITU

2. Dan l-IFRS japplika għal tranżazzjoni jew avveniment ieħor li jissodisfa d-definizzjoni ta’ kombinament ta’ negozji. Dan l-IFRS ma japplikax għal:

(a) il-formazzjoni ta’ impriża konġunta.

(b) l-akkwiżizzjoni ta’ assi jew grupp ta’ assi li ma jikkostitwixxux negozju. F’każijiet bħal dawn l-akkwirent għandu jidentifika u jirrikonoxxi l-assi individwali identifikabbli akkwistati (inklużi dawk l-assi li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi intanġibbli, u l-kriterji ta’ rikonoxximent għalihom, fl-IAS 38 Assi Intanġibbli) u l-obbligazzjonijiet merfugħa. Il-kost tal-grupp għandu jiġi allokat lill-assi u l-obbligazzjonijiet individwali identifikabbli fuq il-bażi tal-valuri ġusti relattivi tagħhom fid-data tax-xiri. Tali tranżazzjoni jew avveniment ma jagħtux lok għal avvjament.

(ċ) kombinament ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni (il-paragrafi B1–B4 jipprovdu gwida dwar l-applikazzjoni relatata).

▼M38

2A. Ir-rekwiżiti ta' dan l-istandard ma japplikawx għall-akkwiżizzjoni minn entità tal-investiment, kif iddefinita fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, ta' investiment f'sussidjarja li jkun meħtieġ jitkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu.

▼M12

IDENTIFIKAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI

3.  Entità għandha tiddetermina jekk tranżazzjoni jew avveniment ieħor huwiex kombinament ta’ negozji billi tapplika d-definizzjoni f’dan l-IFRS, li teħtieġ li l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jikkostitwixxu negozju. Jekk l-assi akkwistati mhumiex negozju, l-entità li tirrapporta għandha tikkontabilizza t-tranżazzjoni jew l-avveniment l-ieħor bħala akkwiżizzjoni ta’ assi. Il-paragrafi B5–B12 jipprovdu gwida dwar l-identifikazzjoni ta’ kombinament ta’ negozji u d-definizzjoni ta’ negozju.

IL-METODU TAL-AKKWIŻIZZJONI

4.  Entità għandha tikkontabilizza kull kombinament ta’ negozji billi tapplika l-metodu tal-akkwiżizzjoni.

5. L-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni teħtieġ:

(a) l-identifikazzjoni tal-akkwirent;

(b) li tiġi stabbilita d-data tal-akkwiżizzjoni.

(ċ) ir-rikonoxximent u l-kejl tal-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet merfugħa u kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit; u

(d) ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ avvjament jew qligħ minn xiri bl-irħis.

Identifikazzjoni tal-akkwirent

6.  Għal kull kombinament ta’ negozji, waħda mill-entitajiet fil-kombinament għandha tiġi identifikata bħala l-akkwirent.

▼M32

7. Il-gwida fl-IFRS 10 għandha tintuża biex jiġi identifikat l-akkwirent ◄ —l-entità li tikseb il-kontroll ta’ entità oħra, jiġifieri l-akkwiżit. Jekk ikun seħħ kombinament ta' negozji iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IFRS 10 ma tindikax b'mod ċar liema mill-entitajiet ta' kombinament hija l-akkwirent, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi fil-paragrafi B14–B18 sabiex isir dak l-istabiliment.

▼M12

L-identifikazzjoni tad-data tal-akkwiżizzjoni

8.   L-akkwirent għandu jidentifika d-data tal-akkwiżizzjoni, li hi d-data li fiha l-akkwirent jikseb kontroll ta’ akkwiżit.

9. Id-data meta l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit hija ġeneralment id-data meta l-akkwirent jittrasfrixxi legalment il-kumpens, jakkwista l-assi u jassumi l-obbligazzjonijiet tal-akkwiżit—id-data tal-għeluq. Madankollu, l-akkwirent jista’ jikseb kontroll f’data li tkun qabel jew wara d-data tal-għeluq. Pereżempju, id-data tal-akkwiżizzjoni tiġi qabel id-data tal-għeluq jekk ftehim bil-miktub ikun jipprovdi li l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit f’data qabel id-data tal-għeluq. Akkwirent għandu jikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi pertinenti kollha għall-identifikazzjoni tad-data tal-akkwiżizzjoni.

Rikonoxximent u kejl ta’ assi identifikabbli akkwistati, ta’ obbligazzjonijiet merfugħa u ta’ kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit

Prinċipju ta’ rikonoxximent

10.   Sa mid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi, separatament mill-avvjament, l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet merfugħa u kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit. Ir-rikonoxximent tal-assi identifikabbli akkwistati u tal-obbligazzjonijiet merfugħa huwa soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 11 u 12.

Kundizzjonijiet tar-rikonoxximent

11. Biex jikkwalifikaw għar-rikonoxximent bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ assi u obbligazzjonijiet fil-Qafas għat-Tħejjija u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, kosti li l-akkwirent jistenna iżda mhuwiex obbligat li jġarrab fil-futur biex jaffettwa l-pjan tiegħu biex joħroġ minn attività tal-akkwiżit jew biex jittermina l-impjieg jew jagħmel rilokazzjoni tal-impjegati tal-akkwiżit mhumiex obbligazzjonijiet fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għalhekk, l-akkwirent ma jirrikonoxxix dawk il-kosti bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni. Minflok, l-akkwirent jirrikonoxxi dawk il-kosti fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament skont IFRSs oħrajn.

12. Barra minn hekk, biex jikkwalifikaw għar-rikonoxximent bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni, l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jridu jkunu parti minn dak li l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) ikunu partu fit-tranżazzjoni tal-kombinament ta’ negozji aktar milli r-riżultat ta’ tranżazzjonijiet separati. L-akkwirent għandu japplika l-gwida fil-paragrafi 51–53 biex jiddetermina liema assi akkwistati jew obbligazzjonijiet merfugħa huma parti mill-iskambju għall-akkwiżit u liema, jekk ikun hemm, huma r-riżultat ta’ tranżazzjonijiet separati li għandhom jitniżżlu fil-kontijiet skont in-natura tagħhom u l-IFRSs applikabbli.

13. L-applikazzjoni mill-akkwirent tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent jistgħu jirriżultaw fir-rikonoxximent ta’ xi assi u obbligazzjonijiet li l-akkwiżit ma kienx irrikonoxxa qabel bħala assi u obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji tiegħu. Pereżempju, l-akkwirent jirrikonoxxi l-assi intanġibbli akkwistati li huma identifikabbli, bħall-isem tad-ditta, privattiva jew relazzjoni ma’ klijent, li l-akkwiżit ma rrikonoxxiex bħala assi fir-rapporti finanzjarji tiegħu peress li żviluppahom internament u ddebita l-kosti relatati bħala spiża.

14. Il-paragrafi B28–B40 jipprovdu gwida dwar ir-rikonoxximent ta’ kiri operattiv u assi intanġibbli. Il-paragrafi 22–28 jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu uħud li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent.

Klassifikazzjoni jew speċifikazzjoni ta’ assi akkwistati u obbligazzjonijiet merfugħa li jkunu identifikabbli b’kombinament ta’ negozji

15.   Fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jikklassifika jew jispeċifika l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li jkunu identifikabbli skont kif ikun meħtieġ sabiex jiġu applikati IFRSs oħrajn sussegwentement. L-akkwirent għandu jagħmel dawk il-klassifikazzjonijiet jew speċifikazzjonijiet fuq il-bażi tat-termini kuntrattwali, il-kundizzjonijiet ekonomiċi, il-politika tiegħu tal-operat u tal-kontabilità u kundizzjonijiet pertinenti oħrajn skont kif ikunu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni.

16. F’xi sitwazzjonijiet, l-IFRSs jipprovdu għal kontabilità differenti skont kif entità tikklassifika jew tispeċifika assi jew obbligazzjoni partikolari. Eżempji ta’ klassifikazzjonijiet jew speċifikazzjonijiet li l-akkwirent għandu jagħmel fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet pertinenti hekk kif jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) klassifikazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji partikolari bħala assi jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz tal-profitt jew telf, jew bħala assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ jew miżmum sal-maturità skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl;

(b) speċifikazzjoni ta’ strument derivat bħala strument ta’ hedging skont l-IAS 39; u

(ċ) evalwazzjoni dwar jekk derivat imdeffes għandux jiġi sseparat mill-kuntratt li jospitah, skont l-IAS 39, (li hija kwistjoni ta’ “klassifikazzjoni” peress li dan l-IFRS juża dak it-terminu).

17. Dan l-IFRS jipprovdi żewġ eċċezzjonijiet għall-prinċipju fil-paragrafu 15:

(a) klassifikazzjoni ta’ kuntratt ta’ kiri jew bħala kiri operattiv jew kiri finanzjarju skont l-IAS 17 Kuntratti ta’ Kiri; u

(b) klassifikazzjoni ta’ kuntratt bħala kuntratt ta’ assigurazzjoni skont l-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

L-akkwirent għandu jikklassifika dawk il-kuntratti fuq il-bażi tat-termini kuntrattwali u fatturi oħrajn fil-bidu tal-kuntratt (jew, jekk it-termini tal-kuntratt ikunu ġew immodifikati b’mod li jbiddel il-klassifikazzjoni tiegħu, fid-data tal-modifika, li tista’ tkun id-data tal-akkwiżizzjoni).

Prinċipju tal-kejl

18.   L-akkwirent għandu jkejjel l-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa bil-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni.

▼M29

19. Għal kull kombinament ta’ negozju, l-akkwirent għandu jkejjel fid-data tal-akkwiżizzjoni, komponenti ta’ interessi bla dritt ta’ kontroll fit-trasferent li jkunu interessi ta’ sjieda preżenti u li jintitolaw lid-detenturi tagħhom għal sehem proporzjonat mill-assi netti tal-entità f’każ ta’ likwidazzjoni bħala jew:

(a) valur ġust; jew

(b) is-sehem proporzjonat tal-istrumenti tas-sjieda preżenti fl-ammonti rikonoxxuti tal-assi netti identifikabbli tat-trasferitur.

Il-komponenti l-oħrajn kollha tal-interessi bla dritt ta’ kontroll għandhom jitkejlu fil-valuri ġusti tad-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom, sakemm ma tkunx meħtieġa bażi ta’ valutazzjoni oħra mill-IFRSs.

▼M33

20. Il-paragrafi 24–31 jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu oġġetti li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju tal-kejl.

▼M12

Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tar-rikonoxximent u tal-kejl

21. Dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipji tar-rikonoxximent u tal-kejl. Il-paragrafi 22–31 jispeċifikaw kemm l-entrati partikolari li għalihom huma pprovduti eċċezzjonijiet kif ukoll in-natura ta’ dawk l-eċċezzjonijiet. L-akkwirent għandu jikkontabilizza dawk l-entrati billi japplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 22–31, li b’riżultat tagħhom xi entrati jkunu:

(a) rikonoxxuti jew billi jiġu applikati l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent flimkien ma’ dawk fil-paragrafi 11 u 12 jew billi jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ IFRSs oħrajn, b’riżultati li jvarjaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent.

(b) mkejla b’ammont differenti mill-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Eċċezzjoni għall-prinċipju tar-rikonoxximent

22. L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jiddefinixxi obbligazzjoni kontinġenti bħala:

(a) obbligazzjoni possibbli li toriġina minn avvenimenti li seħħew fil-passat u li l-eżistenza taghħa ser tkun ikkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment jew avvenimenti inċerti fil-futur, li mhumiex għal kollox taħt il-kontroll tal-entità; jew

(b) obbligazzjoni preżenti li toriġina minn avvenimenti li seħħew fil-passat iżda mhux rikonoxxuta għax:

(i) mhuwiex probabbli li l-ħruġ ta’ riżorsi li jirrappreżentaw benefiċċji ekonomiċi ser ikun meħtieġ biex titħallas l-obbligazzjoni; jew

(ii) l-ammont tal-obbligazzjoni ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli biżżejjed.

23. Ir-rekwiżiti fl-IAS 37 ma japplikawx għall-finijiet biex jiġi ddeterminat liema obbligazzjonijiet kontinġenti għandhom jiġu rikonoxxuti sa mid-data tal-akkwiżizzjoni. Minflok, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi sa mid-data tal-akkwiżizzjoni obbligazzjoni kontinġenti li jkun ħa fuqu f’kombinament ta’ negozji jekk tkun obbligazzjoni preżenti li tirriżulta minn avvenimenti fil-passat u l-valur ġust tagħha jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-IAS 37, l-akkwirent jirrikonoxxi obbligazzjoni kontinġenti li jkun ħa fuqu f’kombinament ta’ negozji fid-data tal-akkwiżizzjoni anki jekk ma jkunx probabbli li ser ikun meħtieġ ħruġ ta’ riżorsi li jirrappreżentaw benefiċċji ekonomiċi biex titħallas l-obbligazzjoni. Il-paragrafu 56 jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għall-obbligazzjonijiet kontinġenti.

Eċċezzjonijiet għaż-żewġ prinċipji tar-rikonoxximent u tal-kejl

24. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi u jkejjel assi jew obbligazzjoni ta’ taxxa differita li tirriżulta mill-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa f’kombinament ta’ negozji skont l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul.

25. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-effetti potenzjali għat-taxxa ta’ differenzi temporanji u ammonti mtella’ ta’ akkwiżit li jkunu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jew li jirriżultaw bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni skont l-IAS 12.

26. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi u jkejjel obbligazzjoni (jew assi, jekk ikun hemm) relatata mal-arranġamenti ta’ benefiċċji tal-impjegati tal-akkwiżit skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

27. Il-bejjiegħ f’kombinament ta’ negozji jista’ jindennizza kuntrattwalment lill-akkwirent għall-eżitu ta’ kontinġenza jew inċertezza relatata ma’ assi jew obbligazzjoni speċifika kollha jew parti minnha. Pereżempju, il-bejjiegħ jista’ jindennizza lill-akkwirent kontra telf ‘il fuq minn ammont speċifikat fuq obbligazzjoni li tirriżulta minn kontinġenza partikolari; fi kliem ieħor, il-bejjiegħ jiggarantixxi li l-obbligazzjoni tal-akkwirent mhux ser taqbeż ammont speċifikat. Bħala riżultat, l-akkwirent jikseb assi ta’ indennizz. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi assi ta’ indennizz fl-istess ħin li jirrikonoxxi l-oġġett indennizzat u mkejjel fuq l-istess bażi bħall-oġġett indennizzat, soġġett għall-ħtieġa għal konċessjoni ta’ valutazzjoni għal ammonti li ma jistgħux jinġabru. Għalhekk, jekk l-indennizz ikun relatat ma’ assi jew obbligazzjoni li tkun rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni u mkejla fil-valur ġust tagħha fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-assi ta’ indennizz fid-data tal-akkwiżizzjoni mkejjel skont il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Għal assi ta’ indennizz imkejjel skont il-valur ġust, l-effetti tal-inċertezza dwar flussi futuri ta’ flus minħabba kunsiderazzjonijiet dwar jekk jistgħux jinġabru huma inklużi fil-kejl tal-valur ġust u konċessjoni separata ta’ valutazzjoni mhijiex neċessarja (il-paragrafu B41 jipprovdi gwida relatata dwar l-applikazzjoni).

28. F’xi ċirkustanzi, l-indennizz jista’ jkun relatat ma’ assi jew obbligazzjoni li tkun eċċezzjoni għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl. Pereżempju, indennizz jista’ jkun relatat ma’ obbligazzjoni kontinġenti li ma tkunx rikonoxxuta fid-data tal-akkwiżizzjoni minħabba li l-valur ġust tagħha ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli f’dik id-data. Inkella, indennizz jista’ jkun relatat ma’ assi jew obbligazzjoni, pereżempju, waħda li tirriżulta minn benefiċċju tal-impjegati, li tkun imkejla fuq bażi differenti mill-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-assi ta’ indennizz għandu jiġi rikonoxxut u mkejjel permezz ta’ suppożizzjonijiet li jkunu konsistenti ma’ dawk użati għall-kejl tal-oġġett indennizzat, soġġett għall-istima tal-maniġment dwar jekk l-assi tal-indennizz jistax jinġabar u dwar kwalunkwe limitazzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ammont indennizzat. Il-paragrafu 57 jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti ta’ assi ta’ indennizz.

Eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-kejl

▼M33

29. L-akkwirent għandu jkejjel il-valur ta’ dritt riakkwiżit rikonoxxut bħala assi intanġibbli fuq il-bażi tat-terminu kuntrattwali li jifdal tal-kuntratt relatat irrispettivament minn jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidrawx tiġdid kuntrattwali potenzjali meta jkejjel il-valur ġust tiegħu. Il-paragrafi B35 u B36 jipprovdu Gwida għall-Applikazzjoni relatata.

▼M29

30. L-akkwirent għandu jkejjel strument ta’ obbligazzjoni jew ta’ ekwità relatat mat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tat-trasferitur jew is-sostituzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma ta’ trasferitur ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skont il-metodu fl-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma fid-data tal-akkwiżizzjoni. (Dan l-IFRS jirreferi għar-riżultat ta’ dak il-metodu bħala l-“kejl ibbażat fuq is-suq” tat-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.)

▼M12

31. L-akkwirent għandu jkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) akkwistat li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ fid-data tal-akkwiżizzjoni skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx skont il-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kosti tal-bejgħ skont il-paragrafi 15–18 ta’ dak l-IFRS.

Ir-rikonoxximent u l-kejl ta’ avvjament jew ta’ qligħ minn xiri bl-irħis

32.   L-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-avvjament fid-data tal-akkwiżizzjoni mkejjel bħala l-ammont li bih (a) hawn isfel jeċċedi (b):

(a)   it-total ta’:

(i)   il-kumpens ittrasferit imkejjel skont dan l-IFRS, li ġeneralment jeħtieġ valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 37);

(ii)   l-ammont ta’ kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit imkejjel skont dan l-IFRS; u

(iii)   f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji (ara l-paragrafi 41 u 42), il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess azzjonarju li l-akkwirent kellu qabel fl-akkwiżit.

(b)   in-nett tal-ammonti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi identifikabbli akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa mkejla skont dan l-IFRS.

33. F’kombinament ta’ negozji fejn l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) ipartu biss interessi azzjonarji, il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji fl-akkwiżit jistgħu jiġu mkejla b’mod aktar affidabbli mill-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji fl-akkwirent. Jekk dan ikun il-każ, l-akkwirent għandu jiddetermina l-ammont ta’ avvjament billi juża l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji fl-akkwiżit minflok il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji ttrasferiti. ►M33  Biex jiddetermina l-ammont ta’ avvjament f’kombinament ta’ negozju li fih ma jiġi ttrasferit l-ebda korrispettiv, l-akkwirent għandu juża l-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit minflok il-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv trasferit (il-paragrafu 32(a)(i)). ◄ Il-paragrafi B46-B49 jipprovdu gwida relatata dwar l-applikazzjoni.

Xiri bl-irħis

34. Xi kultant, akkwirent jista’ jagħmel xiri bl-irħis, li huwa kombinament ta’ negozji fejn l-ammont fil-paragrafu 32(b) jaqbeż it-total tal-ammonti speċifikati fil-paragrafu 32(a). Jekk dak l-eċċess jibqa’ wara li jiġu applikati r-rekwiżiti fil-paragrafu 36, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-qligħ riżultanti fil-profitt jew telf fid-data tal-akkwiżizzjoni. Il-qligħ għandu jiġi attribwit lill-akkwirent.

35. Xiri bl-irħis jista’ jseħħ, pereżempju, f’kombinament ta’ negozji li jkun bejgħ furzat fejn il-bejjiegħ ikun imġiegħel ibigħ. Madankollu, l-eċċezzjonijiet tar-rikonoxximent jew tal-kejl għal entrati partikolari diskussi fil-paragrafi 22–31 jistgħu jirriżultaw ukoll fir-rikonoxximent ta’ qligħ (jew f’bidla fl-ammont tal-qligħ rikonoxxut) fuq xiri bl-irħis.

36. Qabel ma jiġi rikonoxxut qligħ fuq xiri bl-irħis, l-akkwirent għandu jevalwa mill-ġdid jekk identifikax b’mod korrett l-assi kollha akkwistati u l-obbligazzjonijiet kollha merfugħa u għandu jirrikonoxxi kwalunkwe assi jew obbligazzjonijiet addizzjonali li huma identifikati f’dik ir-reviżjoni. L-akkwirent imbagħad għandu jirrevedi l-proċeduri użati biex jitkejlu l-ammonti li dan l-IFRS jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni għal dawn kollha li ġejjin:

(a) l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa li jkunu identifikabbli;

(b) l-interess li ma jagħtix kontroll fuq l-akkwiżit, jekk ikun hemm;

(ċ) għal kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, l-interess azzjonarju li l-akkwirent kellu qabel fl-akkwiżit; u

(d) il-ħlas ittrasferit.

L-objettiv tar-reviżjoni hu li jiġi żgurat li l-kejl jirrifletti b’mod xieraq il-kunsiderazzjoni ta’ kull informazzjoni disponibbli fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Ħlas ittrasferit

37. Il-ħlas ittrasferit f’kombinament ta’ negozji għandu jitkejjel skont il-valur ġust, li għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-valuri ġusti fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi ttrasferiti mill-akkwirent, l-obbligazzjonijiet li l-akkwirent iġarrab fil-konfront ta’ dawk li qabel kienu s-sidien tal-akkwiżit u l-interessi azzjonarji maħruġa mill-akkwirent. (Madankollu, kull porzjon tal-premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati għal premji miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit li jkun inkluż fil-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji għandu jitkejjel skont il-paragrafu 30 u mhux skont il-valur ġust.) Eżempji ta’ forom potenzjali ta’ ħlas jinkludu flus, assi oħrajn, negozju jew kumpannija sussidjarja tal-akkwirent, ħlas kontinġenti, strumenti azzjonarji ordinarji jew privileġġati, opzjonijiet, garanziji u interessi tal-membri f’entitajiet ta’ benefiċċju komuni.

38. Il-ħlas ittrasferit jista’ jinkludi assi jew obbligazzjonijiet tal-akkwirent li jkollhom ammonti miżmuma fil-kotba li jkunu jvarjaw mill-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni (pereżempju, assi mhux monetarji jew negozju tal-akkwirent). Jekk dan ikun il-każ, l-akkwirent għandu jkejjel mill-ġdid l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti skont il-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni u jirrikonoxxi l-qligħ jew telf riżultanti, jekk ikun hemm, fil-profitt jew telf. Madankollu, xi kultant l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti jibqgħu fi ħdan l-entità kkombinata wara l-kombinament ta’ negozji (pereżempju, għaliex l-assi jew l-obbligazzjonijiet ġew ittrasferiti lill-akkwiżit u mhux lil dawk li kienu s-sidien tiegħu), u l-akkwirent b’hekk iżomm il-kontroll tagħhom. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jkejjel dawk l-assi u obbligazzjonijiet skont l-ammonti tagħhom miżmuma fil-kotba immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni u m’għandux jirrikonoxxi qligħ jew telf fil-profitt jew telf fuq assi jew obbligazzjonijiet li huwa jikkontrolla kemm qabel kif ukoll wara l-kombinament ta’ negozji.

Ħlas kontinġenti

39. Il-ħlas li l-akkwirent jittrasferixxi bi skambju għall-akkwiżit jinkludi kwalunkwe assi jew obbligazzjoni li tirriżulta minn arranġament ta’ ħlas kontinġenti (ara l-paragrafu 37). L-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ ħlas kontinġenti bħala parti mill-ħlas ittrasferit bi skambju għall-akkwiżit.

40. L-akkwirent għandu jikklassifika obbligazzjoni biex jitħallas ħlas kontinġenti bħala obbligazzjoni jew bħala ekwità fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta’ strument azzjonarju u ta’ obbligazzjoni finanzjarja fil-paragrafu 11 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, jew IFRSs oħrajn applikabbli. L-akkwirent għandu jikklassifika bħala assi d-dritt għar-ritorn ta’ ħlas ittrasferit qabel jekk ċerti kundizzjonijiet speċifikati jiġu ssodisfati. Il-paragrafu 58 jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għal ħlas kontinġenti.

Gwida addizzjonali għall-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni għal tipi partikolari ta’ kombinamenti ta’ negozji

Kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji

41. Akkwirent xi kultant jikseb kontroll ta’ akkwiżit li fih kellu interess azzjonarju immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, fil-31 ta’ Diċembru 20X1, l-Entità A kellha 35 fil-mija tal-interess azzjonarju li ma jagħtix kontroll fl-Entità B. F’dik id-data, l-Entità A tixtri interess addizzjonali ta’ 40 fil-mija fl-Entità B, li jagħtiha kontroll fuq l-Entità B. Dan l-IFRS jirreferi għal tranżazzjoni ta’ dan it-tip bħala kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, li xi kultant jissejjaħ ukoll akkwiżizzjoni f’passi.

42. F’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, l-akkwirent għandu jkejjel mill-ġdid l-interess azzjonarju li kellu qabel fl-akkwiżit skont il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni u għandu jirrikonoxxi l-qligħ jew telf riżultanti, jekk ikun hemm, fi profitt jew telf. F’perijodi preċedenti ta’ rapportaġġ, l-akkwirent jista’ jkun irrikonoxxa bidliet fil-valur tal-interess azzjonarju tiegħu fl-akkwiżit fi dħul ieħor komplessiv (pereżempju, għaliex l-investiment ġie kklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ). Jekk dan ikun il-każ, l-ammont li ġie rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv għandu jiġi rikonoxxut fuq l-istess bażi bħal ma jkun meħtieġ kieku l-akkwirent iddispona direttament mill-interess azzjonarju li kellu qabel.

Kombinament ta’ negozji mwettaq mingħajr it-trasferiment ta’ ħlas

43. Akkwirent xi kultant jikseb kontroll ta’ akkwiżit mingħajr ma jittrasferixxi ħlas. Il-metodu tal-akkwiżizzjoni li bih issir il-kontabilità għal kombinament ta’ negozji japplika għal dawk il-kombinamenti. Dawk iċ-ċirkustanzi jinkludu:

(a) L-akkwiżit jixtri lura numru suffiċjenti tal-ishma tiegħu stess sabiex investitur eżistenti (l-akkwirent) jikseb kontroll.

(b) Jiskadu drittijiet minoritarji ta’ veto li preċedentement kienu jżommu lill-akkwirent milli jikkontrolla akkwiżit li fih l-akkwirent kellu l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot.

(ċ) L-akkwirent u l-akkwiżit jaqblu li jikkombinaw in-negozji tagħhom b’kuntratt biss. L-akkwirent ma jittrasferixxi ebda ħlas bi skambju għall-kontroll tal-akkwiżit u ma jkollu ebda interess azzjonarju fl-akkwiżit, la fid-data tal-akkwiżizzjoni u lanqas qabel. Eżempji ta’ kombinamenti ta’ negozji mwettqa b’kuntratt biss jinkludu meta żewġ negozji jinġiebu flimkien f’arranġament ta’ stapling jew permezz tal-formazzjoni ta’ korporazzjoni kkwotata f’żewġ listi.

44. F’kombinament ta’ negozji mwettaq b’kuntratt biss, l-akkwirent għandu jattribwixxi lis-sidien tal-akkwiżit l-ammont tal-assi netti tal-akkwiżit rikonoxxut skont dan l-IFRS. Fi kliem ieħor, l-interessi azzjonarji fl-akkwiżit miżmuma minn partijiet apparti l-akkwirent huma interess li ma jagħtix kontroll fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament tal-akkwirent anki jekk ir-riżultat ikun li l-interessi azzjonarji kollha fl-akkwiżit jiġu attribwiti għall-interess li ma jagħtix kontroll.

Perijodu tal-kejl

45.   Jekk il-kontabilità inizjali għal kombinament ta’ negozji ma tkunx kompleta sat-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ li fih iseħħ il-kombinament, l-akkwirent għandu jirrapporta fir-rapporti finanzjarji tiegħu ammonti provviżorji għall-entrati li għalihom il-kontabilità ma tkunx kompleta. Matul il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jaġġusta retrospettivament l-ammonti provviżorji rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni biex jirriflettu informazzjoni ġdida miksuba dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni u li, kieku kienet magħrufa, kienet taffettwa l-kejl tal-ammonti rikonoxxuti sa minn dik id-data. Matul il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi wkoll assi jew obbligazzjonijiet addizzjonali jekk tinkiseb informazzjoni ġdida dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni u li, kieku kienet magħrufa, kienet twassal għar-rikonoxximent ta’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet sa minn dik id-data. Il-perijodu tal-kejl jintemm malli l-akkwirent jirċievi l-informazzjoni li kien qed ifittex dwar fatti u ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni jew isir jaf li ma tistax tinkiseb aktar informazzjoni. Madankollu, il-perijodu tal-kejl ma jistax jaqbeż sena mid-data tal-akkwiżizzjoni.

46. Il-perijodu tal-kejl huwa l-perijodu wara d-data tal-akkwiżizzjoni li matulu l-akkwirent jista’ jaġġusta l-ammonti provviżorji rikonoxxuti għal kombinament ta’ negozji. Il-perijodu tal-kejl jipprovdi lill-akkwirent bi żmien raġonevoli biex jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifika u jkejjel dan li ġej fid-data tal-akkwiżizzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS:

(a) l-assi identifikabbli akkwistati, l-obbligazzjonijiet merfugħa u kull interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit;

(b) il-ħlas ittrasferit għall-akkwiżit (jew l-ammont l-ieħor użat għall-kejl tal-avvjament);

(ċ) f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji, l-interess azzjonarju li l-akkwirent kellu qabel fl-akkwiżit; u

(d) l-avvjament jew il-qligħ li jirriżulta minn xiri bl-irħis.

47. L-akkwirent għandu jikkunsidra l-fatturi pertinenti kollha meta jiddetermina jekk l-informazzjoni miksuba wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandhiex tirriżulta f’aġġustament tal-ammonti provviżorji rikonoxxuti jew jekk dik l-informazzjoni tirriżultax minn avvenimenti li seħħew wara d-data tal-akkwiżizzjoni. Fatturi pertinenti jinkludu d-data meta tinkiseb l-informazzjoni addizzjonali u jekk l-akkwirent jistax jidentifika raġuni għal bidla fl-ammonti provviżorji. Informazzjoni li tinkiseb ftit wara d-data tal-akkwiżizzjoni iktar hija probabbli li tirrifletti ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni milli informazzjoni li tinkiseb bosta xhur wara. ►M33  Pereżempju, sakemm ikun jista’ jiġi identifikat avveniment ta’ intervent li bidel il-valur ġust tiegħu, il-bejgħ ta’ assi lil parti terza ftit wara d-data tal-akkwiżizzjoni għal ammont li jvarja b’mod sinifikanti mill-valur ġust provviżorju tiegħu mkejjel f’dik id-data aktarx li jindika żball fl-ammont provviżorju. ◄

48. L-akkwirent jirrikonoxxi żieda (tnaqqis) fl-ammont provviżorju rikonoxxut għal assi (obbligazzjoni) identifikabbli permezz ta’ tnaqqis (żieda) fl-avvjament. Madankollu, informazzjoni ġdida miksuba matul il-perijodu tal-kejl xi kultant tista’ tirriżulta f’aġġustament tal-ammont provviżorju ta’ aktar minn assi jew obbligazzjoni waħda. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jkun ħa fuqu obbligazzjoni li jħallas danni relatati ma’ inċident f’waħda mill-faċilitajiet tal-akkwiżit, li parti minnhom jew it-totalità tagħhom tkun koperta mill-polza ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà tal-akkwiżit. Jekk l-akkwirent jikseb informazzjoni ġdida matul il-perijodu tal-kejl dwar il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ dik l-obbligazzjoni, l-aġġustament għall-valur ġust li jirriżulta minn bidla fl-ammont provviżorju rikonoxxut għall-obbligazzjoni jiġi paċut (totalment jew parzjalment) minn aġġustament korrispondenti fl-avvjament li jirriżulta minn bidla fl-ammont provviżorju rikonoxxut għall-klejm riċevibbli mill-assiguratur.

49. Matul il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi aġġustamenti għall-ammonti provviżorji bħallikieku l-kontabilità għall-kombinament tan-negozji kienet tlestiet fid-data tal-akkwiżizzjoni. B’hekk, l-akkwirent għandu jirrevedi kif meħtieġ informazzjoni komparattiva għal perijodi preċedenti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji, inkluż li jagħmel kwalunkwe bidla meħtieġa fid-diprezzament, fl-ammortizzament jew f’effetti oħrajn tad-dħul rikonoxxuti fit-tlestija tal-kontabilità inizjali.

50. Wara li jintemm il-perijodu tal-kejl, l-akkwirent għandu jirrevedi l-kontabilità għal kombinament ta’ negozji biss biex jikkoreġi żball b’konformità mal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji.

Identifikazzjoni ta’ x’inhu parti mit-tranżazzjoni ta’ kombinament ta’ negozji

51.   L-akkwirent u l-akkwiżit jista’ jkollhom relazzjoni jew arranġament ieħor diġà eżistenti qabel ma bdew in-negozjati għall-kombinament tan-negozji, jew jistgħu jidħlu f’arranġament matul in-negozjati li huwa separat mill-kombinament tan-negozji. F’kull waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, l-akkwirent għandu jidentifika kwalunkwe ammont li ma jkunx parti minn dak li l-akkwirent u l-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) skambjaw fil-kombinament tan-negozji, jiġifieri ammonti li mhumiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi bħala parti mill-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni biss il-ħlas ittrasferit għall-akkwiżit u għall-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa fl-iskambju għall-akkwiżit. Tranżazzjonijiet separati għandhom jiġu entrati skont l-IFRSs relevanti.

52. Tranżazzjoni miftiehma minn jew f’isem l-akkwirent jew primarjament għall-benefiċċju tal-akkwirent jew tal-entità kkombinata, aktar milli primarjament għall-benefiċċju tal-akkwiżit (jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu) qabel il-kombinament, aktarx li tkun tranżazzjoni separata. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ tranżazzjonijiet separati li m’għandhomx jiġu inklużi fl-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni:

(a) tranżazzjoni li effettivament tissalda relazzjonijiet li kienu jeżistu qabel bejn l-akkwirent u l-akkwiżit;

(b) tranżazzjoni li tagħti remunerazzjoni lill-impjegati jew dawk li qabel kienu s-sidien tal-akkwiżit għal servizzi futuri; u

(ċ) tranżazzjoni li tirrimborsa lill-akkwiżit jew lil dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu sabiex jitħallsu l-kosti tal-akkwirent relatati mal-akkwiżizzjoni.

Il-paragrafi B50–B62 jipprovdu gwida relatata dwar l-applikazzjoni.

Kosti relatati mal-akkwiżizzjoni

53. Kosti relatati mal-akkwiżizzjoni huma kosti li l-akkwirent iġarrab biex iwettaq kombinament ta’ negozji. Dawn il-kosti jinkludu l-ħlasijiet ta’ min isib; ħlasijiet oħrajn għal servizzi ta’ pariri, servizzi legali, ta’ kontabilità, ta’ valutazzjoni u servizzi oħrajn professjonali jew ta’ konsulenza; kosti ta’ amministrazzjoni ġenerali, inklużi l-kosti għaż-żamma ta’ dipartiment intern għall-akkwiżizzjonijiet; u kosti għar-reġistrazzjoni u l-ħruġ ta’ titoli ta’ djun u azzjonarji. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-kosti relatati mal-akkwiżizzjoni bħala spejjeż fil-perijodi meta l-kosti ġew imġarrba u s-servizzi ġew riċevuti, b’eċċezzjoni waħda. Il-kosti biex jinħarġu titoli ta’ djun jew azzjonarji għandhom jiġu rikonoxxuti skont l-IAS 32 u l-IAS 39.

KEJL U KONTABILITÀ SUSSEGWENTI

54.   B’mod ġenerali, akkwirent għandu sussegwentement ikejjel u jagħti rendikont ta’ assi akkwistati, obbligazzjonijiet merfugħa jew imġarrba u strumenti azzjonarji maħruġa f’kombinament ta’ negozji skont IFRSs oħrajn applikabbli għal dawk l-entrati, skont in-natura tagħhom. Madankollu, dan l-IFRS jipprovdi gwida dwar il-kejl u l-kontabilità sussegwenti għal dawn l-assi akkwistati, obbligazzjonijiet merfugħa jew imġarrba u strumenti azzjonarji maħruġa f’kombinament ta’ negozji:

(a)   drittijiet akkwistati mill-ġdid;

(b)   obbligazzjonijiet kontinġenti rikonoxxuti fid-data tal-akkwiżizzjoni;

(ċ)   assi ta’ kumpens; u

(d)   ħlas kontinġenti.

Il-paragrafu B63 jipprovdi gwida relatata dwar l-applikazzjoni.

Drittijiet akkwistati mill-ġdid

55. Dritt akkwistat mill-ġdid rikonoxxut bħala assi intanġibbli għandu jiġi amortizzat fuq il-perijodu kuntrattwali rimanenti tal-kuntratt li fih ikun ingħata d-dritt. Akkwirent li sussegwentement ibigħ dritt akkwistat mill-ġdid lil terz għandu jinkludi l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi intanġibbli meta jiddetermina l-qligħ jew telf fuq il-bejgħ.

Obbligazzjonijiet kontinġenti

56. Wara r-rikonoxximent inizjali u sakemm l-obbligazzjoni tiġi saldata, ikkanċellata jew tiskadi, l-akkwirent għandu jkejjel obbligazzjoni kontinġenti rikonoxxuta f’kombinament ta’ negozji bħala l-ogħla minn:

(a) l-ammont li kieku kien jiġi rikonoxxut b’konformità mal-IAS 37; u

(b) l-ammont inizjalment rikonoxxut li minnu jitnaqqas, meta meħtieġ, l-amortizzament kumulattiv rikonoxxut b’konformità mal-IAS 18 Dħul.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kuntratti li l-kontabilità tagħhom issir b’konformità mal-IAS 39.

Assi ta’ indennizz

57. Fit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ sussegwenti, l-akkwirent għandu jkejjel assi ta’ indennizz li kien rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni fuq l-istess bażi bħall-obbligazzjoni jew l-assi indennizzati, soġġett għal kwalunkwe limitazzjonijiet kuntrattwali fuq l-ammont tagħhom u, għal assi ta’ indennizz li sussegwentement ma jiġix imkejjel bil-valur ġust tiegħu, l-evalwazzjoni mill-maniġment dwar kemm l-assi ta’ indennizz jista’ jinġabar. L-akkwirent għandu jirtira r-rikonoxximent tal-assi ta’ indennizz biss meta jiġbor l-assi, ibiegħu jew b’xi mod ieħor jitlef id-dritt għalih.

Ħlas kontinġenti

58. Xi bidliet fil-valur ġust tal-ħlas kontinġenti li l-akkwirent jirrikonoxxi wara d-data tal-akkwiżizzjoni jistgħu jkunu r-riżultat ta’ informazzjoni addizzjonali li l-akkwirent ikun kiseb wara dik id-data dwar fatti u ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Dawk il-bidliet huma aġġustamenti tal-perijodu tal-kejl skont il-paragrafi 45–49. Madankollu, bidliet li jirriżultaw minn avvenimenti wara d-data tal-akkwiżizzjoni, bħall-ilħuq ta’ mira dwar qligħ, l-ilħuq ta’ prezz speċifikat tal-ishma jew l-ilħuq ta’ pass importanti fi proġett ta’ riċerka u żvilupp, mhumiex aġġustamenti tal-perijodu tal-kejl. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-bidliet fil-valur ġust ta’ ħlas kontinġenti li mhumiex aġġustamenti tal-perijodu tal-kejl skont kif ġej:

(a) Ħlas kontinġenti kklassifikat bħala ekwità m’għandux jitkejjel mill-ġdid u s-saldu sussegwenti tiegħu għandu jiġi kkontabilizzat fi ħdan l-ekwità.

(b) Ħlas kontinġenti kklassifikat bħala assi jew obbligazzjoni li:

(i) huwa strument finanzjarju u jaqa’ fl-ambitu tal-IAS 39 għandu jitkejjel skont il-valur ġust, u kull qligħ jew telf riżultanti għandu jiġi rikonoxxut jew fil-profitt jew telf jew inkella fi dħul ieħor komplessiv skont dak l-IFRS.

(ii) m’huwiex fl-ambitu tal-IAS 39 għandu jiġi kkontabilizzat skont l-IAS 37 jew IFRSs oħrajn skont kif xieraq.

ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI

59.   L-akkwirent għandu jiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jevalwaw in-natura u l-effett finanzjarju ta’ kombinament ta’ negozji li jseħħ:

(a)   jew matul il-perijodu ta’ rapportaġġ kurrenti;

(b)   jew wara t-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ.

60. Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 59, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi B64—B66.

61.   L-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tiegħu biex jevalwaw l-effetti finanzjarji ta’ aġġustamenti rikonoxxuti fil-perijodu ta’ rapportaġġ kurrenti li huma marbuta ma’ kombinamenti ta’ negozji li kienu mwettqa fil-perijodu preżenti jew perijodi preċedenti.

62. Biex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 61, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu B67.

63. Jekk l-informazzjoni li hi meħtieġa li tiġi żvelata minn dan l-IFRS jew IFRSs oħrajn ma tissodisfax l-objettivi stipulati fil-paragrafi 59 u 61, l-akkwirent għandu jiżvela kull informazzjoni addizzjonali li hi meħtieġa biex tilħaq dawk l-għanijiet.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

Data effettiva

64. Dan l-IFRS għandu jiġi applikat b’mod prospettiv għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, dan l-IFRS għandu jiġi applikat biss fil-bidu ta’ perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2007 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) fl-istess ħin.

▼M29

64B.  It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010 emenda l-paragrafi 19, 30 u B56 u żied il-paragrafi B62A u B62B. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-applikazzjoni għandha tkun prospettiva mid-data li fiha l-entità tapplika għall-ewwel darba dan l-IFRS.

64C. Il-paragrafi 65A–65E ġew miżjuda mat-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dan il-fatt. L-emendi għandhom jiġu applikati għal bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju b’data tal-akkwiżizzjoni li kienet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, kif maħruġ fl-2008.

▼M32

64E. L-IFRS 10, li ħareġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 7, B13, B63(e) u l-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta applika l-IFRS 10.

▼M33

64F. L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 20, 29, 33, 47, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A u emenda l-paragrafi B22, B40, B43–B46, B49 u B64. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M38

64G.  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 7 u żiedu l-paragrafu 2A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawn l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼M12

Tranżizzjoni

65. Assi u obbligazzjonijiet li rriżultaw minn kombinamenti ta’ negozji li d-dati tal-akkwiżizzjoni tagħhom ġew qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS m’għandhomx jiġu aġġustati mal-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS.

▼M29

65A. Il-bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju li d-dati tal-akkwiżizzjoni tagħhom kienu qabel id-data li fiha entità applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008 m’għandhomx jiġu aġġustati mal-ewwel applikazzjoni ta’ dan l-IFRS. Il-paragrafi 65B–65E għandhom jiġu applikati fil-kontabilità suċċessiva għal dawk il-bilanċi. Il-paragrafi 65B–65E m’għandhomx japplikaw għall-kontabilità għall-bilanċi ta’ korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju bid-dati tal-akkwiżizzjoni fi jew wara d-data li fiha l-entità tkun applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008. Fil-paragrafi 65B–65E, kombinament ta’ negozju tirreferi esklussivament għal kombinamenti ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom ġiet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008.

65B. Jekk xi ftehim dwar kombinament ta’ negozju jipprovdi għal aġġustament fil-kost tal-kombinament li jkun kontinġenti fuq avvenimenti futuri, l-akkwirent għandu jinkludi l-ammont ta’ dak l-aġġustament fil-kost tal-kombinament fid-data tal-akkwiżizzjoni jekk l-aġġustament ikun probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

65C. Ftehim dwar kombinament ta’ negozju jista’ jaħseb għal aġġustamenti għall-kost tal-kombinament li jkunu kontinġenti fuq avveniment wieħed jew aktar futuri. L-aġġustament jista’, pereżempju, jkun kontinġenti fuq li f’perjodi futuri jinżamm jew jinkiseb livell speċifikat ta’ profitt, jew fuq li jinżamm il-prezz tas-suq tal-istrumenti maħruġa. Ġeneralment huwa possibbli li wieħed jistma l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament bħal dan fiż-żmien tal-kontabilità inizjali għall-kombinament mingħajr ma tiddgħajjef l-affidabilità tal-informazzjoni, anki jekk tkun teżisti xi inċertezza. Jekk l-avvenimenti futuri ma jseħħux jew jekk tkun trid tiġi riveduta l-istima, il-kost tal-kombinament ta’ negozju għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

65D. Madankollu, meta ftehim dwar kombinament ta’ negozju jipprovdi għal tali aġġustament, dak l-aġġustament ma jiġix inkluż fil-kost tal-kombinament fil-ħin tal-kontabilità inizjali għall-kombinament jekk dan ma jkunx probabbli jew ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Jekk suċċessivament, dak l-aġġustament isir probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, il-korrispettiv addizzjonali għandu jiġi ttrattat bħala aġġustament fil-kost tal-kombinament.

65E. F’ċerti ċirkostanzi, l-akkwirent jista’ jkun meħtieġ li jagħmel ħlas sussegwenti lill-bejjiegħ bħala kumpens għal tnaqqis fil-valur tal-assi mogħtija, l-istrumenti azzjonarji maħruġa jew l-obbligazzjonijiet magħmula jew assunti mill-akkwirent bi skambju għall-kontroll tat-trasferitur. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta l-akkwirent jiggarantixxi l-prezz tas-suq tal-ekwità jew l-istrumenti tad-dejn maħruġa bħala parti mill-kost tal-kombinament ta’ negozju u jkun meħtieġ li joħroġ ekwità jew strumenti ta’ dejn addizzjonali sabiex ireġġa’ lura l-kost stabilit oriġinarjament. F’każijiet bħal dawn, ma tiġi rikonoxxuta l-ebda żieda fil-kost tal-kombinament ta’ negozju. Fil-każ tal-istrumenti azzjonarji, il-valur ġust tal-pagament addizzjonali huwa bbilanċjat minn tnaqqis ugwali fil-valur attribwit lill-istrumenti maħruġa fil-bidu. Fil-każ tal-istrumenti tad-dejn, il-ħlas addizzjonali jitqies bħala tnaqqis fil-primjum jew żieda fl-iskont fuq il-ħarġa inizjali.

▼M12

66. Entità, bħal entità ta’ benefiċċju komuni, li tkun għadha ma applikatx IFRS 3 u li kellha kombinament jew kombinamenti ta’ negozji li ġew ikkontabilizzati permezz tal-metodu tax-xiri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafi B68 u B69.

Taxxi fuq id-dħul

67. Għal kombinamenti ta’ negozji li fihom id-data tal-akkwiżizzjoni kienet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, l-akkwirent għandu japplika r-rekwiżiti tal-paragrafu 68 tal-IAS 12, kif emendati b’dan l-IFRS, prospettivament. Dan ifisser li l-akkwirent m’għandux jaġġusta l-kontabilità ta’ kombinamenti ta’ negozji preċedenti għal bidliet li kienu ġew rikonoxxuti qabel f’assi rikonoxxuti ta’ taxxa differita. Madankollu, mid-data meta dan l-IFRS jiġi applikat, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-profitt jew telf (jew jekk ikun meħtieġ mill-IAS 12, barra l-profitt jew telf), bidliet fl-assi rikonoxxuti ta’ taxxa differita.

IRTIRAR TAL-IFRS 3 (2004)

68. Dan l-IFRS jieħu post l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif maħruġ fl-2004).




Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

akkwirent

L-entità li tikseb kontroll tal-akkwiżit.

akkwiżit

In-negozju jew negozji li tagħhom l-akkwirent jikseb kontroll f’kombinament ta’ negozji.

assi intanġibbli

Assi mhux monetarju identifikabbli mingħajr sustanza fiżika.

avvjament

Assi li jirrappreżenta l-benefiċċji ekonomiċi futuri li jirriżultaw minn assi oħrajn akkwistati f’kombinament ta’ negozji li ma jkunux identifikati individwalment u rikonoxxuti separatament.

data tal-akkwiżizzjoni

Id-data li fiha l-akkwirent jikseb kontroll tal-akkwiżit.

entità ta’ benefiċċju komuni

Entità, apparti minn entità li hija propjetà ta’ investituri, li tipprovdi dividendi, kosti aktar baxxi jew benefiċċji ekonomiċi oħrajn lis-sidien, membri jew parteċipanti tagħha. Pereżempju, kumpannija tal-assigurazzjoni ta’ benefiċċju komuni, unjoni ta’ kreditu u entità kooperattiva lkoll huma entitajiet ta’ benefiċċju komuni.

identifikabbli

Assi huwa identifikabbli jekk ikun jew:

(a) separabbli, i.e. kapaċi li jkun separat jew mifrud mill-entità u mibjugħ, ittrasferit, liċenzjat, mikri jew skambjat, jew individwalment jew flimkien ma’ kuntratt, assi jew obbligazzjoni identifikabbli relatat/a, irrispettivament minn jekk l-entità jkollhiex il-ħsieb li tagħmel hekk; jew

(b) joriġina minn drittijiet kuntrattwali jew drittijiet legali oħrajn, irrispettivament minn jekk dawk id-drittijiet ikunux trasferibbli jew separabbli mill-entità jew minn drittijiet u obbligi oħrajn.

interessi azzjonarji

Għall-iskopijiet ta’ dan l-IFRS, interessi azzjonarji tintuża biex tfisser b’mod ġenerali interessi propjetarji ta’ entitajiet li jkunu l-propjetà ta’ investituri u interessi ta’ sidien, membri jew parteċipanti f’entitajiet ta’ benefiċċju komuni.

interess li ma jagħtix kontroll

L-ekwità f’kumpannija sussidjarja li mhuwiex attribwibbli, direttament jew indirettament, lil kumpannija prinċipali.

kombinament ta’ negozji

Tranżazzjoni jew avveniment ieħor fejn akkwirent jikseb kontroll ta’ negozju wieħed jew aktar. Tranżazzjonijiet xi kultant magħrufa bħala “amalgamazzjonijiet veri” jew “amalgamazzjonijiet ta’ partijiet ugwali” huma wkoll kombinamenti ta’ negozji skont kif dak it-terminu jintuża f’dan l-IFRS.

▼M32 —————

▼M12

kumpens kontinġenti

Normalment, obbligu tal-akkwirent li jittrasferixxi assi jew interessi azzjonarji addizzjonali lil dawk li qabel kienu s-sidien ta’ akkwiżit bħala parti mill-iskambju għall-kontroll tal-akkwiżit jekk iseħħu avvenimenti futuri speċifikati jew jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, ħlas kontinġenti jista’ wkoll jagħti lill-akkwirent id-dritt għar-restituzzjoni ta’ ħlas ittrasferit qabel jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.

negozju

Ġabra integrata ta’ attivitajiet u assi li tista’ titmexxa u tiġi amministrata bl-iskop li tipprovdi redditu fil-forma ta’ dividendi, kosti aktar baxxi jew benefiċċji ekonomiċi oħrajn direttament lill-investituri jew sidien, membri jew parteċipanti oħrajn.

sidien

Għall-iskopijiet ta’ dan l-IFRS, sidien tintuża b’mod ġenerali biex tinkludi detenturi ta’ interessi azzjonarji ta’ entitajiet li jkunu l-propjetà ta’ investituri u sidien jew membri ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni jew parteċipanti fihom.

▼M33

valur ġust

huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

▼M12




Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-IFRS.

KOMBINAMENTI TA’ NEGOZJI LI JINVOLVU ENTITAJIET TAĦT KONTROLL KOMUNI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 2(C))

B1 Dan l-IFRS ma japplikax għal kombinament ta’ negozji ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni. Kombinament ta’ negozji li jinvolvi entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni hu kombinament ta’ negozji li fih l-entitajiet jew negozji kollha li qed jikkombinaw huma fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati mill-istess parti jew partijiet kemm qabel kif ukoll wara l-kombinament ta’ negozji, u dak il-kontroll mhux tranżitorju.

B2 Grupp ta’ individwi għandhom jitqiesu li qed jikkontrollaw entità meta, bħala riżultat ta arranġament kuntrattwali, kollettivament huma għandhom is-setgħa li jiggvernaw il-politika finanzjarja u tal-operat tagħha biex jinkisbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha. Għalhekk, kombinament ta’ negozji jkun barra l-ambitu ta’ dan l-IFRS meta l-istess grupp ta’ individwi għandu, b’riżultat ta’ arranġament kuntrattwali, setgħa kollettiva finali li jiggverna l-politika finanzjarja u tal-operat ta’ kull waħda mill-entitajiet li jkunu qed jikkombinaw biex jikseb benefiċċji mill-attivitajiet tagħhom, u dik is-setgħa kollettiva finali mhix tranżitorja.

B3 Entità tista’ tkun ikkontrollata minn individwu, jew minn grupp ta’ individwi li jaġixxu flimkien taħt arranġament kuntrattwali, u dak l-individwu jew grupp ta’ individwi jistgħu ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ finanzjarju tal-IFRSs. Għalhekk, mhux meħtieġ għall-entitajiet li qed jikkombinaw li jkunu inklużi bħala parti tal-istess rapporti finanzjarji konsolidati biex kombinament ta’ negozji jitqies bħala wieħed li jinvolvi entitajiet taħt kontroll komuni.

B4 Il-grad tal-interessi li ma jagħtux kontroll f’kull waħda mill-entitajiet li qed jikkombinaw sew qabel kemm wara l-kombinament ta’ negozji mhux rilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk il-kombinament jinvolvix entitajiet taħt kontroll komuni. Bl-istess mod, il-fatt li waħda mill-entitajiet li qed jikkombinaw hija sussidjarja li kienet eskluża mir-rapporti finanzjarji konsolidati mhux rilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk il-kombinament jinvolvix entitajiet taħt kontroll komuni.

IDENTIFIKAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 3)

B5 Dan l-IFRS jiddefinixxi kombinament ta’ negozji bħala tranżazzjoni jew avveniment ieħor fejn akkwirent jikseb kontroll ta’ negozju wieħed jew aktar. Akkwirent jista’ jikseb kontroll ta’ akkwiżit b’diversi modi, pereżempju:

(a) billi jittrasferixxi flus, ekwivalenti ta’ flus jew assi oħrajn (inklużi assi netti li jikkostitwixxu negozju);

(b) billi jġarrab obbligazzjonijiet;

(ċ) billi joħroġ interessi azzjonarji;

(d) billi jipprovdi aktar minn tip wieħed ta’ ħlas; jew

(e) mingħajr ma jittrasferixxi ħlas, inkluż biss b’kuntratt (ara l-paragrafu 43).

B6 Kombinament ta’ negozji jista’ jkun strutturat f’varjetà ta’ modi għal raġunijiet legali, ta’ taxxa jew raġunijiet oħrajn, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) negozju wieħed jew aktar isiru sussidjarji ta’ akkwirent jew l-assi netti ta’ negozju wieħed jew aktar jiġu legalment amalgamenti mal-akkwirent;

(b) entità waħda fil-kombinament tittrasferixxi l-assi netti tagħha, jew is-sidien tagħha jittrasferixxu l-interessi azzjonarji tagħhom, lil entità oħra fil-kombinament jew lis-sidien tagħha;

(ċ) l-entitajiet kollha fil-kombinament jittrasferixxu l-assi netti tagħhom, jew is-sidien ta’ dawk l-entitajiet jittrasferixxu l-interessi azzjonarji tagħhom, lil entità ffurmata ġdida (xi kultant imsejħa tranżazzjoni roll-up jew put-together); jew

(d) grupp ta’ dawk li qabel kienu sidien ta’ waħda mill-entitajiet fil-kombinament jikseb kontroll tal-entità kkombinata.

DEFINIZZJONI TA’ NEGOZJU (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 3)

B7 Negozju jikkonsisti f’inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs li jkollhom il-kapaċità li joħolqu outputs. Għalkemm in-negozji normalment ikollhom outputs, l-outputs m’humiex meħtieġa biex ġabra integrata tikkwalifika bħala negozju. It-tlett elementi ta’ negozju huma ddefiniti skont kif ġej:

(a)

Input : Kull riżorsa ekonomika li toħloq, jew li jkollha l-kapaċità li toħloq, outputs meta proċess wieħed jew aktar jiġu applikati għaliha. Eżempji jinkludu assi mhux kurrenti (inklużi assi intanġibbli jew drittijiet biex jintużaw assi mhux kurrenti), propjetà intellettwali, il-kapaċità li jinkiseb aċċess għal materjali neċessarji jew drittijiet u għal impjegati.

(b)

Proċess : Kull sistema, standard, protokoll, konvenzjoni jew regola li meta tiġi applikata għal input jew inputs, toħloq jew ikollha l-kapaċità li toħloq outputs. Eżempji jinkludu proċessi ta’ mmaniġġjar strateġiku, proċessi operattivi u proċessi ta’ mmaniġġjar tar-riżorsi. Dawn il-proċessi tipikament ikunu dokumentati, iżda korp ta’ ħaddiema organizzat li jkollu l-kapaċitajiet u l-esperjenza meħtieġa u li jimxi skont regoli u konvenzjonijiet jista’ jipprovdi l-proċessi meħtieġa li jistgħu jiġu applikati għall-inputs biex jinħolqu outputs. (Il-kontabilità, il-fatturazzjoni, il-ħdim tal-pagi u sistemi amministrattivi oħrajn tipikament mhumiex proċessi użati biex jinħolqu outputs.)

(c)

Output : Ir-riżultat ta’ inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs li jipprovdu jew għandhom il-kapaċità li jipprovdu redditu fil-forma ta’ dividendi, kosti aktar baxxi jew benefiċċji ekonomiċi oħrajn direttament lill-investituri jew sidien, membri jew parteċipanti oħrajn.

B8 Sabiex tkun tista’ titmexxa u tiġi mmaniġġjata għall-iskopijiet iddefiniti, ġabra integrata ta’ attivitajiet u assi teħtieġ żewġ elementi essenzjali—inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs, li flimkien jintużaw jew ser jintużaw biex joħolqu outputs. Madankollu, negozju mhux bilfors jinkludi l-inputs jew il-proċessi kollha li l-bejjiegħ kien juża għall-operat ta’ dak in-negozju jekk il-parteċipanti fis-suq ikunu kapaċi jakkwistaw in-negozju u jkomplu jipproduċu outputs, pereżempju, billi jintegraw in-negozju fl-inputs u l-proċessi tagħhom stess.

B9 In-natura tal-elementi ta’ negozju tvarja skont l-industrija u l-istruttura tal-operazzjonijiet (attivitajiet) tal-entità, inkluż l-istadju ta’ żvilupp tal-entità. Negozji stabbiliti spiss ikollhom bosta tipi differenti ta’ inputs, proċessi u outputs, waqt li negozji ġodda spissa jkollhom ftit inputs u proċessi u xi kultant output (prodott) wieħed biss. Kważi n-negozji kollha jkollhom ukoll obbligazzjonijiet, iżda negozju mhux bilfors ikollu obbligazzjonijiet.

B10 Ġabra integrata ta’ attivitajiet u assi fl-istadju ta’ żvilupp jista’ ma jkollhiex outputs: Jekk le, l-akkwirent għandu jikkunsidra fatturi oħrajn biex jiddeterima jekk il-ġabra hijiex negozju. Dawn il-fatturi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, jekk il-ġabra:

(a) bdietx attivitajiet prinċipali ppjanati;

(b) għandhiex impjegati, propjetà intellettwali u inputs u proċessi oħrajn li jistgħu jiġu applikati għal dawk l-inputs;

(ċ) hux qed issegwi pjan biex tipproduċi outputs; u

(d) hux ser tkun tista’ tikseb aċċess għal klijenti li ser jixtru l-outputs.

Mhuwiex meħtieġ li dawk il-fatturi kollha jkunu preżenti sabiex ġabra integrata partikolari ta’ attivitajiet u assi fl-istadju ta’ żvilupp tikkwalifika bħala negozju.

B11 Id-determinazzjoni dwar jekk ġabra partikolari ta’ assi u attivitajiet hijiex negozju għandha tkun ibbażata fuq jekk il-ġabra integrata tistax tiġi mmexxijja u mmaniġġjata bħala negozju minn parteċipant fis-suq. B’hekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk ġabra partikolari hijiex negozju, mhuwiex relevanti jekk bejjiegħ ħaddimx il-ġabra bħala negozju jew jekk l-akkwirent għandux il-ħsieb li jħaddem il-ġabra bħala negozju.

B12 Fin-nuqqas ta’ evidenza għall-kuntrarju, ġabra partikolari ta’ assi u attivitajiet li fiha jkun hemm avvjament għandha tiġi preżunta li hija negozju. Madankollu, negozju mhux bilfors ikollu avvjament.

IDENTIFIKAZZJONI TAL-AKKWIRENT (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 6 U 7)

▼M32

B13 Il-gwida fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati għandha tintuża biex jiġi identifikat l-akkwirent—l-entità li tikseb il-kontroll tal-akkwiżit. Jekk ikun seħħ kombinament ta' negozji iżda l-applikazzjoni tal-gwida fl-IFRS 10 ma tindikax b'mod ċar liema mill-entitajiet ta' kombinament hija l-akkwirent, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi fil-paragrafi B14–B18 sabiex isir dak l-istabiliment.

▼M12

B14 Jekk kombinament ta’ negozji jitwettaq primarjament billi jiġu ttrasferiti flus jew assi oħrajn jew billi jiġġarbu obbligazzjonijiet, l-akkwirent normalment ikun l-entità li tittrasferixxi l-flus jew l-assi l-oħrajn jew li ġġarrab l-obbligazzjonijiet.

B15 F’kombinament ta’ negozji mwettaq primarjament permezz ta’ skambju ta’ interessi azzjonarji, l-akkwirent normalment ikun l-entità li toħroġ l-interessi azzjonarji tagħha. Madankollu, f’xi kombinamenti ta’ negozji, komunament imsejħa “akkwiżizzjonijiet inversi”, l-entità li toħroġ l-interessi azzjonarji hija l-akkwiżit. Il-paragrafi B19-B27 jipprovdu gwida dwar kontabilità għal akkwiżizzjonijiet inversi. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fatti u ċirkustanzi pertinenti oħrajn għall-identifikazzjoni tal-akkwirent f’kombinament ta’ negozji mwettaq bl-iskambju ta’ interessi azzjonarji, inklużi:

(a)  id-drittijiet relattivi tal-vot fl-entità kkombinata wara l-kombinament tan-negozji—L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li s-sidien tagħha bħala grupp iżommu jew jirċievu l-akbar porzjon tad-drittijiet tal-vot fl-entità kkombinata. Sabiex jiġi ddeterminat liema grupp ta’ sidien iżomm jew jirċievi l-akbar porzjon tad-drittijiet tal-vot, entità għandha tikkunsidra l-eżistenza ta’ kwalunkwe arranġament mhux normali jew speċjali ta’ votazzjoni kif ukoll ta’ opzjonijiet, garanziji jew titoli konvertibbli.

(b)  l-eżistenza ta’ interess minoritarju kbir bi dritt tal-vot fl-entità kkombinata jekk ebda sid ieħor jew grupp organizzat ta’ sidien ma jkollu interess sinifikanti ta’ vot—L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li s-sid uniku jew grupp ta’ sidien tagħha jkollu l-akbar interess minoritarju bid-dritt tal-vot fi ħdan l-entità kkombinata.

(ċ)  il-kompożizzjoni tal-korp governattiv tal-entità kkombinata—L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li s-sidien tagħha jkollhom il-kapaċità li jeleġġu jew jaħtru jew inkella li jneħħu maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv tal-entità kkombinata.

(d)  il-kompożizzjoni tal-maniġment ta’ grad għoli tal-entità kkombinata—L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li l-maniġment tagħha (li kellha qabel) jiddomina l-maniġment tal-entità kkombinata.

(e)  it-termini tal-iskambju tal-interessi azzjonarji—L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li tħallas primjum fuq il-valur ġust ta’ qabel il-kombinament tal-interessi azzjonarji tal-entità jew l-entitajiet l-oħrajn fil-kombinament.

B16 L-akkwirent normalment ikun l-entità fil-kombinament li d-daqs relattiv tagħha (imkejjel, pereżempju, f’assi, dħul jew profitt) huwa akbar b’mod sinifikanti minn dak tal-entità jew l-entitajiet l-oħrajn fil-kombinament.

B17 F’kombinament ta’ negozji li jinvolvi aktar minn żewġ entitajiet, l-identifikazzjoni tal-akkwirent għandha tinkludi kunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra, ta’ liema mill-entitajiet fil-kombinament tat bidu għall-kombinament, kif ukoll tad-daqs relattiv tal-entitajiet fil-kombinament.

B18 Entità ġdida fformata biex teffettwa kombinament ta’ negozji mhijiex neċessarjament l-akkwirent. Jekk entità ġdida tiġi ffurmata biex toħroġ interessi azzjonarji biex jitwettaq kombinament ta’ negozji, waħda mill-entitajiet fil-kombinament li kienet teżisti qabel il-kombinament għandha tkun identifikata bħala l-akkwirent billi tiġi applikata l-gwida fil-paragrafi B13-B17. B’kuntrast, entità ġdida li tittrasferixxi flus jew assi oħrajn jew li ġġarrab obbligazzjonijiet bħala ħlas tista’ tkun l-akkwirent.

AKKWIŻIZZJONIJIET INVERSI

B19 Akkwiżizzjoni inversa sseħħ meta l-entità li toħroġ titoli (l-akkwirent legali) tiġi identifikata bħala l-akkwiżit għall-iskopijiet ta’ kontabilità fuq il-bażi tal-gwida fil-paragrafi B13–B18. L-entità li l-interessi azzjonarji tagħha huma akkwistati (l-akkwiżit legali) għandha tkun l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità biex it-tranżazzjoni titqies bħala akkwiżizzjoni inversa. Pereżempju, akkwiżizzjonijiet inversi xi kultant iseħħu meta entità operattiva privata tkun trid issir entità pubblika iżda ma tkunx trid tirreġistra l-ishma azzjonarji tagħha. Biex isir dan, l-entità privata tirranġa sabiex entità pubblika takkwista l-interessi azzjonarji tagħha bi skambju għall-interessi azzjonarji tal-entità pubblika. F’dan l-eżempju, l-entità pubblika hija l-akkwirent legali minħabba li tkun ħarġet l-interessi azzjonarji tagħha, u l-entità privata hija l-akkwiżit legali peress li l-interessi azzjonarji tagħha jkunu ġew akkwistati. Madankollu, l-applikazzjoni tal-gwida fil-paragrafi B13–B18 tirriżulta fl-identifikazzjoni:

(a) tal-entità pubblika bħala l-akkwiżit għal skopijiet ta’ kontabilità (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità); u

(b) tal-entità privata bħala l-akkwirent għal skopijiet ta’ kontabilità (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità);

L-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità jrid jissodisfa d-definizzjoni ta’ negozju sabiex it-tranżazzjoni tiġi kkontabilizzata bħala akkwiżizjoni inversa, u l-prinċipji kollha ta’ rikonoxximent u ta’ kejl f’dan l-IFRS, inkluż ir-rekwiżit li jiġi rikonoxxut avvjament, japplikaw.

Kejl tal-ħlas ittrasferit

B20 F’akkwiżizzjoni inversa, l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità normalment ma joħroġ ebda ħlas għall-akkwiżit. Minflok, l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità joħroġ l-ishma azzjonarji tiegħu lis-sidien ta’ dak li hu l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità. Għaldaqstant, il-valur ġust tal-ħlas fid-data tal-akkwiżizzjoni ttrasferit minn dak li hu l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità għall-interess tiegħu fl-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità huwa bbażat fuq in-numru ta’ interessi azzjonarji li l-kumpannija sussidjarja legali kellha toħroġ biex tagħti lis-sidien tal-kumpannija prinċipali legali l-istess perċentwali ta’ interessi azzjonarji fl-entità kkombinata li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni inversa. Il-valur ġust tan-numru ta’ interessi azzjonarji kkalkulat b’dak il-mod jista’ jintuża bħala l-valur ġust tal-ħlas ittrasferit bi skambju għall-akkwiżit.

Preparazzjoni u preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati

B21 Rapporti finanzjarji konsolidati mħejjija wara akkwiżizzjoni inversa għandhom jinħarġu taħt l-isem tal-kumpannija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità), iżda deskritti fin-noti bħala kontinwazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità), b’aġġustament wieħed, jiġifieri li jiġi aġġustat retroattivament il-kapital legali tal-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità biex jirrifletti l-kapital legali tal-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità. Dak l-aġġustament huwa meħtieġ biex jirrifletti l-kapital tal-kumpannija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità). Informazzjoni komparattiva ppreżentata f’dawk ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati wkoll tiġi aġġustata retroattivament biex tirrifletti l-kapital legali tal-kumpannija prinċipali legali (akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità).

B22 Peress li r-rapporti finanzjarji konsolidati jirrappreżentaw kontinwazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja legali minbarra l-istruttura tal-kapital tiegħu, ir-rapporti finanzjarji konsolidati jirriflettu:

(a) l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità) li jkunu rikonoxxuti u mkejla skont l-ammonti tagħhom miżmuma fil-kotba ta’ qabel il-kombinament.

(b) l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kumpannija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità) li jkunu rikonoxxuti u mkejla skont dan l-IFRS.

(ċ) il-qligħ imfaddal u bilanċi oħrajn tal-ekwità tas-sussidarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità) qabel il-kombinament ta’ negozji.

►M33  

(d) l-ammont rikonoxxut bħala l-interess tal-proprjetarji maħruġ fir-rapporti finanzjarji konsolidati ddeterminat biż-żieda tal-interess tal-proprjetarji maħruġ tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabilizzanti) pendenti minnufih qabel il-kombinament tan-negozju mal-valur ġust tal-kumpanija prinċipali ġuridiku (l-akkwiżit kontabilizzanti). ◄ Madankollu, l-istruttura tal-ekwità (jiġifieri n-numru u t-tip ta’ interessi azzjonarji maħruġa) għandha tirrifletti l-istruttura tal-ekwità tal-kumpannija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità), inklużi l-interessi azzjonarji maħruġa mill-kumpannija prinċipali legali biex jitwettaq il-kombinament tan-negozji. Għaldaqstant, l-istruttura tal-ekwità tas-sussidarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità) għandha tiġi ddikjarata b’mod ġdid billi jintuża l-proporzjon ta’ skambju stabbilit fil-ftehim tal-akkwiżizzjoni biex jiġi rifless in-numru ta’ ishma tal-kumpannija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità) maħruġa fl-akkwiżizzjoni inversa.

(e) is-sehem proporzjonat tal-interess li ma jagħtix kontroll tal-ammonti miżmuma fil-kotba qabel il-kombinament ta’ qligħ imfaddal u interessi azzjonarji oħrajn tas-sussidjarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità) kif diskuss fil-paragrafi B23 u B24.

Interess li ma jagħtix kontroll

B23 F’akkwiżizzjoni inversa, uħud mis-sidien tas-sussidjarja legali (l-akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità) jistgħu ma jibdlux l-interessi azzjonarji tagħhom ma’ interessi azzjonarji tal-kumpanija prinċipali legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità). Dawk is-sidien jiġi ttrattati bħala interess li ma jagħtix kontroll fir-rapporti finanzjarji konsolidati wara l-akkwiżizzjoni inversa. Dan għaliex is-sidien tal-akkwiżit legali li ma jibdlux l-interessi azzjonarji tagħhom ma’ interessi azzjonarji tal-akkwirent legali għandhom interess biss fir-riżultati u l-assi netti tal-akkwiżit legali, u mhux fir-riżultati u l-assi netti tal-entità kkombinata. Min-naħa l-oħra, minkejja li l-akkwirent legali huwa l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità, is-sidien tal-akkwirent legali għandhom interess fir-riżultati u fl-assi netti tal-entità kkombinata.

B24 L-assi u l-obbligazzjonijiet tal-akkwiżit legali huma mkejla u rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fl-ammonti tagħhom miżmuma fil-kotba ta’ qabel il-kombinament (ara l-paragrafu B22(a)). Għalhekk, f’akkwiżizzjoni inversal-interess li ma jagħtix kontroll jirrifletti l-interess proporzjonat tal-azzjonisti li ma għandhomx kontroll fl-ammonti miżmuma fil-kotba ta’ qabel il-kombinament tal-assi netti tal-akkwiżit legali anki jekk l-interessi li ma jagħtux kontroll f’akkwiżizzjonijiet oħrajn huma mkejla skont il-valur ġust tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Qligħ sehem b’sehem

B25 Kif innutat fil-paragrafu B22(d), l-istruttura tal-ekwità li tidher fir-rapporti finanzjarji konsolidati mħejjija wara akkwiżizzjoni inversa tirrifletti l-istruttura tal-ekwità tal-akkwirent legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità) inklużi l-interessi azzjonarji maħruġa mill-akkwirent legali biex jitwettaq il-kombinament tan-negozji.

B26 Għall-iskop li tkun ikkalkulata l-medja ppiżata tan-numru ta’ ishma ordinarji pendenti (id-denominatur tal-kalkolu tal-qligħ sehem b’sehem) matul il-perijodu li fih isseħħ l-akkwiżizzjoni inversa:

(a) in-numru ta’ ishma ordinarji pendenti mill-bidu ta’ dak il-perijodu sad-data tal-akkwiżizzjoni għandu jkun ikkomputat fuq il-bażi tan-numru medju ppiżat ta’ ishma ordinarji tal-akkwiżit legali (akkwirent għall-iskopijiet tal-kontabilità) li jkunu pendenti matul il-perijodu, immultiplikati bil-proporzjon ta’ skambju stabbilit fil-ftehim ta’ amalgamazzjoni; u

(b) in-numru ta’ ishma ordinarji pendenti mid-data tal-akkwiżizzjoni sat-tmiem ta’ dak il-perijodu għandu jkun in-numru attwali ta’ ishma ordinarji tal-akkwirent legali (l-akkwiżit għall-iskopijiet tal-kontabilità) pendenti matul dak il-perijodu.

B27 Il-qligħ bażiku sehem b’sehem għal kull perijodu komparattiv qabel id-data tal-akkwiżizzjoni ppreżentat fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati wara akkwiżizzjoni inversa għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż:

(a) il-profitt jew telf tal-akkwiżit legali attribwibbli għal azzjonisti ordinarji f’kull wieħed minn dawk il-perijodi bin-

(b) numru medju ppiżat storiku tal-ishma ordinarji pendenti tal-akkwiżit legali mmultiplikat bil-proporzjon ta’ skambju stabbilit fil-ftehim tal-akkwiżizzjoni.

RIKONOXXIMENT TA’ ASSI PARTIKOLARI AKKWISTATI U OBBLIGAZZJONIJIET MERFUGĦA (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 10–13)

Kirjiet operattivi

B28 L-akkwirent m’għandu jirrikonoxxi ebda assi jew obbligazzjoni relatata ma’ kirja operattiva fejn l-akkwiżit ikun il-kerrej ħlief kif meħtieġ mill-paragrafi B29 u B30.

B29 L-akkwirent għandu jiddetermina jekk it-termini ta’ kull kirja operattiva fejn l-akkwiżit ikun il-kerrej humiex favorevoli jew sfavorevoli. L-akkwirent għandu jirrikonoxxi assi intanġibbli jekk it-termini tal-kirja operattiva jkunu favorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq u obbligazzjoni jekk it-termini jkunu sfavorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq. Il-paragrafu B42 jipprovdi gwida dwar il-kejl tal-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ assi soġġetti għal kirjiet operattivi li fihom l-akkwiżit ikun il-kerrej.

B30 Assi intanġibbli identifikabbli jista’ jkun assoċjat ma’ kiri operattiv, u dan jista’ jkun evidenzjat meta l-parteċipanti fis-suq ikunu disposti li jħallsu prezz għall-kiri anki jekk ikun skont it-termini tas-suq. Pereżempju, il-kiri ta’ gejts f’ajruport jew ta’ spazju ta’ bejgħ bl-imnut f’ċentru ewlieni ta’ bejgħ u xiri jista’ jipprovdi mezz ta’ dħul f’xi suq jew benefiċċji ekonomiċi futuri oħrajn li jikkwalifikaw bħala assi intanġibbli identifikabbli, pereżempju, bħala relazzjoni mal-klijenti. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-assi intanġibbli identifikabbli assoċjat(i) skont il-paragrafu B31.

Assi intanġibbli

B31 L-akkwirent għandu jirrikonoxxi, separatament mill-avvjament, l-assi intanġibbli identifikabbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji. Assi intanġibbli jkun identifikabbli jekk jissodisfa jew il-kriterju ta’ separabbiltà jew inkella l-kriterju kuntrattwali-legali.

B32 Assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterju kuntrattwali-legali huwa identifikabbli anki jekk l-assi ma jkunx trasferibbli jew separabbli mill-akkwiżit jew minn drittijiet u obbligi oħrajn. Pereżempju:

(a) akkwiżit jikri faċilità ta’ manifattura taħt kiri operattiv li jkollu termini li jkunu favorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq. It-termini tal-kiri jkunu jipprojbixxu espliċitament it-trasferiment tal-kuntratt ta’ kiri (jew permezz ta’ twellija jew b’sullokazzjoni). L-ammont li bih it-termini tal-kiri jkunu favorevoli meta mqabbla mat-termini ta’ tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess oġġetti jew għal oġġetti simili huwa assi intanġibbli li jissodisfa l-kriterju kuntrattwali-legali għar-rikonoxximent separatament mill-avvjament, u dan minkejja li l-akkwirent ma jistax iwilli jew jittrasferixxi b’mod ieħor il-kuntratt tal-kiri.

(b) akkwirent ikollu, u jopera, impjant tal-enerġija nukleari. Il-liċenzja biex jopera dak l-impjant tal-enerġija hija assi intanġibbli li jossidsfa l-kriterju kuntrattwali-legali għar-rikonoxximent separatament mill-avvjament, anki jekk l-akkwirent ma jistax ibigħha jew jittrasferiha separatament mill-impjant tal-enerġija akkwistat. Akkwirent jista’ jirrikonoxxi l-valur ġust tal-liċenza tal-operat u l-valur ġust tal-impjant tal-enerġija bħala assi wieħed għall-finijiet tar-rapportaġġ finanzjarju jekk iż-żminijiet ta’ utilità ta’ dawk l-assi jkunu simili.

(ċ) akkwiżit ikollu privattiva teknoloġika. Huwa jkun illiċenzja dik il-privattiva lil ħaddieħor għall-użu esklussiv tagħhom barra s-suq domestiku, u bi skambju jirċievi perċentwal speċifikat tad-dħul barrani futur. Kemm il-privattiva teknoloġika kif ukoll il-ftehim relatat tal-liċenzja jissodisfaw il-kriterju kuntrattwali-legali għar-rikonoxximent separatament mill-avvjament anki jekk ma jkunx prattiku li l-privattiva u l-ftehim relatat tal-liċenzja jinbiegħu jew jiġu skambjati separatament minn xulxin.

B33 Il-kriterju ta’ separabbiltà jfisser li assi intanġibbli akkwistat ikun kapaċi li jiġi separat jew mifrud mill-akkwiżit u mibjugħ, ittrasferit, liċenzjat, mikri jew skambjat, jew individwalment jew flimkien ma’ kuntratt relatat jew ma’ assi jew obbligazzjoni identifikabbli. Assi intanġibbli li l-akkwirent ikun kapaċi jbigħ, jilliċenzja jew jiskambja b’mod ieħor għal xi ħaġa oħra ta’ valur jissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà anki jekk l-akkwirent ma jkollux il-ħsieb li jbigħu, jilliċenzjah jew jiskambjah b’mod ieħor. Assi intanġibbli akkwistat jissodisfa l-kriterju tas-separabbiltà jekk ikun hemm evidenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ skambju għal dak it-tip ta’ assi jew għal assi ta’ tip simili, anki jekk dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux frekwenti u irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx involut fihom. Pereżempju, listi ta’ klijenti u abbonati ta’ spiss ikunu liċenzjati u b’hekk jissodisfaw il-kriterju tas-separabbiltà. Anki jekk l-akkwiżit ikun tal-fehma li l-listi tal-klijenti tiegħu għandhom karatteristiċi differenti minn listi ta’ klijenti oħrajn, il-fatt li l-listi tal-klijenti ta’ spiss huma liċenzjati ġeneralment ifisser li l-lista ta’ klijenti akkwistata tissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà. Madankollu, lista ta’ klijenti akkwistata f’kombinament ta’ negozji ma tissodisfax il-kriterju ta’ separabbiltà jekk it-termini ta’ kunfidenzjalità jew ftehimiet oħrajn jipprojbixxu entità milli tbigħ, tikri jew tiskambja b’mod ieħor informazzjoni dwar il-klijenti tagħha.

B34 Assi intanġibbli li m’huwiex separabbli individwalment mill-akkwiżit jew mill-entità kkombinata jissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà jekk ikun separabbli meta kkombinat ma’ kuntratt relatat, jew ma’ assi jew obbligazzjoni identifikabbli. Pereżempju:

(a) il-parteċipanti fis-suq jiskambjaw obbligazzjonijiet ta’ depożitu u assi intanġibbli relatati tar-relazzjoni mad-depożitant fi tranżazzjonijiet ta’ skambju osservabbli. Għalhekk, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi l-assi intanġibbli tar-relazzjoni mad-depożitant separatament mill-avvjament.

(b) akkwiżit ikollu marka reġistrata u dokumentazzjoni ta’ ħila teknika, li iżda ma tkunx irreġistrata bi privattiva, li jintużaw biex jiġi mmanifatturat il-prodott soġġett għall-marka reġistrata. Biex jiġi ttrasferit id-dritt ta’ marka reġistrata, is-sid huwa meħtieġ li jittrasferixxi wkoll dak kollu li huwa meħtieġ sabiex is-sid il-ġdid ikun jista’ jipproduċi prodott jew servizz li ma jintgħarafx minn dak li kien jipproduċi s-sid ta’ qabel. Peress li l-ħila teknika mhux reġistrata bħala privattiva għandha tkun isseparata mill-akkwiżit jew mill-entità kkombinata u għandha tkun mibjugħa jekk tinbiegħ il-marka reġistrata relatata, din tissodisfa l-kriterju ta’ separabbiltà.

Drittijiet akkwistati mill-ġdid

B35 Bħala parti minn kombinament ta’ negozji, akkwirent jista’ jakkwista mill-ġdid dritt li kien ta qabel lill-akkwiżit biex juża wieħed jew aktar mill-assi rikonoxxuti jew mhux rikonoxxuti tal-akkwirent. Eżempji ta’ drittijiet bħal dawn jinkludu dritt li jintuża l-isem kummerċjali tal-akkwirent fi ftehim ta’ konċessjoni jew dritt li tintuża t-teknoloġija tal-akkwirent taħt ftehim ta’ liċenzjar ta’ teknoloġija. Dritt akkwistat mill-ġdid huwa assi intanġibbli identifikabbli li l-akkwirent jirrikonoxxi separatament mill-avvjament. Il-paragrafu 29 jipprovdi gwida dwar il-kejl ta’ dritt akkwistat mill-ġdid u l-paragrafu 55 jipprovdi gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għal dritt akkwistat mill-ġdid.

B36 Jekk it-termini tal-kuntratt li jagħtu lok għal dritt akkwistat mill-ġdid ikunu favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini ta’ tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess oġġetti jew oġġetti simili, l-akkwirent għandu jirrikonoxxi qligħ jew telf ta’ saldu. Il-paragrafu B52 jipprovdi gwida dwar il-kejl ta’ dak il-qligħ jew telf ta’ saldu.

Korp ta’ ħaddiema miġbura u oġġetti oħrajn li mhumiex identifikabbli

B37 L-akkwirent għandu jeqleb f’avvjament il-valur ta’ assi intanġibbli akkwistat li ma jkunx identifikabbli fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, akkwirent jista’ jattribwixxi valur għall-eżistenza ta’ korp ta’ ħaddiema miġbura, li huwa ġabra eżistenti ta’ impjegati li tippermetti lill-akkwirent biex ikompli jopera negozju akkwistat mid-data tal-akkwiżizzjoni. Korp ta’ ħaddiema miġbura ma jirrappreżentax il-kapital intellettwali tal-korp ta’ ħaddiema mħarrġa—l-għarfien u l-esperjenza (spiss speċjalizzati) li l-impjegati ta’ akkwiżit iġibu magħhom f’xogħolhom. Peress li l- korp ta’ ħaddiema miġbura m’huwiex assi identifikabbli li għandu jiġi rikonoxxut separatament mill-avvjament, kwalunkwe valur attribwit lilu għandu jinqeleb f’avvjament.

B38 L-akkwirent għandu jeqleb ukoll f’avvjament kwalunkwe valur attribwit lil oġġetti li ma jikkwalifikawx bħala assi fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-akkwirent jista’ jattribwixxi valur għal kuntratti potenzjali li l-akkwirent ikun qed jinnegozja ma’ klijenti ġodda prospettivi fid-data tal-akkwiżizzjoni. Peress li dawk il-kuntratti potenzjali m’humiex fihom infushom assi fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent ma jirrikonoxxihomx separatament mill-avvjament. L-akkwirent m’għandux sussegwentement, għal avvenimenti li jseħħu wara d-data tal-akkwiżizzjoni, jikklassifika mill-ġdid mill-avvjament il-valur ta’ dawk il-kuntratti. Madankollu, l-akkwirent għandu jevalwa l-fatti u ċ-ċirkustanzi li jiċċirkondaw avvenimenti li jseħħu ftit wara l-akkwiżizzjoni sabiex jiddetermina jekk assi intanġibbli rikonoxxibbli separatament kienx jeżisti fid-data tal-akkwiżizzjoni.

B39 Wara r-rikonoxximent inizjali, akkwirent jikkontabilizza assi intanġibbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji skont id-dispożizzjonijiet tal-IAS 38 Assi Intanġibbli. Madankollu, kif deskritt fil-paragrafu 3 tal-IAS 38, il-kontabilità għal xi assi intanġibbli akkwistati wara r-rikonoxximent inizjali hija preskritta minn IFRSs oħrajn.

B40 Il-kriterji ta’ identifikabilità jiddeterminaw jekk assi intanġibbli jkun rikonoxxut separatament mill-avvjament. Madankollu, il-kriterji la jipprovdu gwida għall-kejl tal-valur ġust ta’ intanġibbli u lanqas jillimitaw is-suppożizzjonijiet użati fil-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli. Pereżempju, l-akkwirent jikkunsidra s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jiffissaw il-prezz ta’ assi intanġibbli, bħall-aspettativi ta’ tiġdid futur ta’ kuntratti, fil-kejl tal-valur ġust. ◄ Mhuwiex neċessarju li t-tiġdid innifsu jissodisfa l-kriterji ta’ identifikabbiltà. (Madankollu, ara l-paragrafu 29, li jistabbilixxi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ kejl tal-valur ġust għal drittijiet akkwistati mill-ġdid rikonoxxuti f’kombinament ta’ negozji.) Il-paragrafi 36 u 37 tal-IAS 38 jipprovdu gwida sabiex jiġi ddeterminat jekk assi intanġibbli għandhomx ikunu kkombinati f’unità waħda ta’ kont ma’ assi oħrajn intanġibbli jew tanġibbli.

KEJL TAL-VALUR ĠUST TA’ ASSI PARTIKOLARI IDENTIFIKABBLI U TA’ INTERESS LI MA JAGĦTIX KONTROLL F’AKKWIŻIT (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 18 U 19)

Assi bi flussi inċerti ta’ flus (konċessjonijiet ta’ valutazzjoni)

B41 L-akkwirent m’għandux jirrikonoxxi konċessjoni separata ta’ valutazzjoni sa mid-data tal-akkwiżizzjoni għal assi akkwistati f’kombinament ta’ negozji li jiġu mkejla skont il-valuri ġusti tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni minħabba li l-effetti ta’ inċertezza dwar flussi futuri ta’ flus jkunu inklużi fil-kejl tal-valur ġust. Pereżempju, peress li dan l-IFRS jeħtieġ li l-akkwirent ikejjel l-ammonti riċevibbli akkwistati, inklużi s-self fiss, skont il-valur ġust tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent ma jirrikonoxxix konċessjoni separata ta’ valutazzjoni għall-flussi kuntrattwali ta’ flus li jitqiesu li ma jistgħux jinġabru f’dik id-data.

Assi soġġetti għal kirjiet operattivi li fihom l-akkwiżit ikun sid il-kera

B42 Għall-kejl tal-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ assi bħal bini jew privattiva li tkun soġġetta għal kiri operattiv fejn l-akkwiżit ikun sid il-kera, l-akkwirent għandu jikkunsidra t-termini tal-kuntratt ta’ kiri. Fi kliem ieħor l-akkwirent ma jirrikonoxxix assi jew obbligazzjoni separata jekk it-termini tal-kiri operattiv ikunu jew favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mat-termini tas-suq kif meħtieġ mill-paragrafu B29 għal kirjiet fejn l-akkwiżit ikun sid il-kera.

Assi li l-akkwirent ma jkollux il-ħsieb li juża jew li jkun bi ħsiebu juża b’mod li jkun differenti mill-mod kif jużawhom parteċipanti oħrajn fis-suq

▼M33

B43 Sabiex iħares il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu, jew għal raġunijiet oħra, l-akkwirent jista’ jkollu l-intenzjoni li ma jużax assi mhux finanzjarju miksub, jew jista’ jkollu l-intenzjoni li ma jużax l-assi skont l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ ta’ assi intanġibbli ta’ riċerka u żvilupp miksub li l-akkwirent jippjana li juża b’mod difensiv billi ma jħallix lil oħrajn jużawh. Madankollu, l-akkwirent għandu jkejjel il-valur ġust tal-assi mhux finanzjarju filwaqt li jassumi l-ogħla u l-aħjar użu mill-parteċipanti fis-suq skont il-premessa ta’ valwazzjoni xierqa, kemm inizjalment kif ukoll meta jkejjel il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment għall-ittestjar sussegwenti tal-indeboliment.

▼M12

Interess li ma jagħtix kontroll f’akkwiżit

▼M33

B44 Dan l-IFRS jippermetti lill-akkwirent ikejjel interess nonkontrollanti fl-akkwiżit skont il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Xi drabi akkwirent ikun jista’ jkejjel il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ interess nonkontrollanti fuq il-bażi ta’ prezz kwotat f’suq attiv għall-ishma azzjonarji (jiġifieri dawk mhux miżmuma mill-akkwirent). F’sitwazzjonijiet oħrajn, madankollu, prezz kwotat f’suq attiv għall-ishma azzjonarji ma jkunx disponibbli. F’dawk is-sitwazzjonijiet, l-akkwirent ikejjel il-valur ġust tal-interess nonkontrollanti permezz ta’ tekniki oħrajn ta’ valwazzjoni.

B45 Il-valuri ġusti tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit u l-interess nonkontrollanti fuq bażi sehem b’sehem jistgħu jvarjaw. Id-differenza ewlenija aktarx li tkun l-inklużjoni ta’ primjum ta’ kontroll skont il-valur ġust sehem b’sehem tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit jew, għall-kuntrarju, l-inklużjoni ta’ skont għan-nuqqas ta’ kontroll (magħruf ukoll bħala skont għall-interess nonkontrollanti) skont il-valur ġust sehem b’sehem tal-interess nonkontrollanti jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw primjum jew skont bħal dan meta jipprezzaw l-interess nonkontrollanti.

▼M12

KEJL TAL-AVVJAMENT JEW TA’ QLIGĦ MINN XIRI BL-IRĦIS

Kejl tal-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit permezz ta’ tekniki ta’ valutazzjoni (applikazzjoni tal-paragrafu 33)

▼M33

B46 F’kombinament ta’ negozju miksub mingħajr it-trasferiment ta’ korrispettiv, l-akkwirent għandu jissostitwixxi l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tiegħu fl-akkwiżit bil-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv trasferit għall-kejl tal-avvjament jew qligħ fuq il-prezz ta’ kunsens (ara l-paragrafi 32–34).

▼M12

Kunsiderazzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-metodu tal-akkwiżizzjoni għal kombinamenti ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni (applikazzjoni tal-paragrafu 33)

B47 Meta żewġ entitajiet ta’ benefiċċju komuni jikkombinaw flimkien, il-valur ġust tal-interessi azzjonarji jew tal-membri fl-akkwiżit (jew il-valur ġust tal-akkwiżit) jista’ jitkejjel b’mod aktar affidabbli mill-valur ġust tal-interessi tal-membri ttrasferiti mill-akkwirent. F’dik is-sitwazzjoni, il-paragrafu 33 jeħtieġ li l-akkwirent jiddetermina l-ammont ta’ avvjament billi juża l-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji tal-akkwiżit minflok il-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-interessi azzjonarji tal-akkwirent ittrasferiti bħala ħlas. Barra minn hekk, l-akkwirent f’kombinament ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni għandu jirrikonoxxi l-assi netti tal-akkwiżit bħala żieda diretta mal-kapital jew l-ekwità fir-rapport tiegħu tal-pożizzjoni finanzjarja, u mhux bħala żieda fil-qligħ imfaddal, li huwa konsistenti mal-mod kif tipi oħrajn ta’ entitajiet japplikaw il-metodu tal-akkwiżizzjoni.

B48 Għalkemm f’ħafna modi huma simili għal negozji oħrajn, entitajiet ta’ benefiċċju komuni għandhom karatteristiċi distinti minħabba l-fatt li l-membri tagħhom huma kemm klijenti kif ukoll sidien. Membri ta’ entitajiet ta’ benefiċċju komuni ġeneralment jippretendu li jirċievu benefiċċji għas-sħubija tagħhom, spiss fil-forma ta’ ħlasijiet skontati għal prodotti u servizzi jew ta’ dividendi ta’ patronċinju. Il-porzjon ta’ dividendi ta’ patronċinju allokat lil kull membru spiss huwa bbażat fuq l-ammont ta’ negozju li l-membru jkun għamel mal-entità ta’ benefiċċju komuni matul is-sena.

▼M33

B49 Il-kejl tal-valur ġust ta’ entita’ ta’ benefiċċju komuni għandu jinkludi s-suppożizzjonijiet li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq dwar benefiċċji futuri tal-membri kif ukoll kwalunkwe suppożizzjoni rilevanti oħra li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq dwar l-entità ta’ benefiċċju komuni. Pereżempju, teknika ta’ valur preżenti tista’ tintuża sabiex jitkejjel il-valur ġust ta’ entita’ ta’ benefiċċju komuni. Il-flussi ta’ flus użati bħala inputs għall-mudell għandhom ikunu bbażati fuq il-flussi ta’ flus mistennija tal-entità ta’ benefiċċju komuni, li aktarx jirriflettu t-tnaqqis għall-benefiċċji tal-membri, bħal tariffi mnaqqsa mitluba għal oġġetti u servizzi.

▼M12

IDENTIFIKAZZJONI TA’ X’INHU PARTI MINN TRANŻAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 51 U 52)

B50 L-akkwirent għandu jikkunsidra l-fatturi li ġejjin, li la huma reċiprokament esklussivi u lanqas individwalment konklużivi, biex jiddetermina jekk tranżazzjoni hijiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit jew jekk it-tranżazzjoni hijiex separata mill-kombinament ta’ negozji:

(a)  ir-raġunijiet għat-tranżazzjoni—Li wieħed jifhem ir-raġunijiet għalfejn il-partijiet fil-kombinament (l-akkwirent u l-akkwiżit u s-sidien, id-diretturi u l-maniġers tagħhom—kif ukoll l-aġenti tagħhom) daħlu fi tranżazzjoni jew arranġament partikolari jista’ jixħet dawl fuq jekk hijiex parti mill-ħlas ittrasferit u mill-assi akkwistati jew l-obbligazzjonijiet merfugħa. Pereżempju, jekk tranżazzjoni ssir primarjament għall-benefiċċju tal-akkwirent jew tal-entità kkombinata, aktar milli primarjament għall-benefiċċju tal-akkwiżit jew dawk li l kienu s-sidien tiegħu qabel il-kombinament, huwa inqas probabbli li dak il-porzjon tal-prezz tat-tranżazzjoni mħallas (u kull assi jew obbligazzjoni relatata) ikun parti mill-iskambju għall-akkwiżit. Għaldaqstant, l-akkwirent jikkontabilizza dak il-porzjon separatament mill-kombinament ta’ negozji.

(b)  min ta bidu għat-tranżazzjoni—Li wieħed jifhem min ta bidu għat-tranżazzjoni jista’ wkoll jixħet dawl fuq jekk hijiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit. Pereżempju, tranżazzjoni jew avveniment ieħor li jingħata bidu mill-akkwirent jista’ jsir għall-iskop li jiġu pprovduti benefiċċji ekonomiċi futuri lill-akkwirent jew lill-entità kkombinata bi ftit jew ebda benefiċċju riċevut mill-akkwiżit jew minn dawk li kienu s-sidien tiegħu qabel il-kombinament. Min-naħa l-oħra, tranżazzjoni jew arranġament li jingħata bidu mill-akkwiżit jew dawk li qabel kienu s-sidien tiegħu inqas huwa probabbli li jkun għall-benefiċċju tal-akkwirent jew tal-entità kkombinata u aktar probabbli li jkun parti mit-tranżazzjoni tal-kombinament ta’ negozji.

(ċ)  meta ssir it-tranżazzjoni—Iż-żmien meta ssir it-tranżazzjoni jista’ wkoll jixħet dawl fuq jekk hijiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit. Pereżempju, tranżazzjoni bejn l-akkwirent u l-akkwiżit li sseħħ matul in-negozjati tat-termini ta’ kombinament ta’ negozji tista’ tkun saret bil-ħsieb tal-kombinament ta’ negozji sabiex jiġu pprovduti benefiċċji ekomoniċi futuri lill-akkwirent tal-entità kkombinata. Jekk dan ikun il-każ, l-akkwiżit jew dawk li kienu s-sidien tiegħu qabel il-kombinament ta’ negozji aktarx li jirċievu ftit jew ebda benefiċċju mit-tranżazzjoni ħlief għall-benefiċċji li jirċievu bħala parti mill-entità kkombinata.

Saldu effettiv ta’ relazzjoni li kienet teżisti qabel bejn l-akkwirent u l-akkwiżit f’kombinament ta’ negozji (applikazzjoni tal-paragrafu 52(a))

B51 L-akkwirent u l-akkwiżit jista’ jkollhom relazzjoni li kienet teżisti qabel ma kkontemplaw il-kombinament ta’ negozji, hawnhekk imsejħa “relazzjoni li kienet teżisti qabel”. Relazzjoni li kienet teżisti qabel bejn l-akkwirent u l-akkwiżit tista’ tkun kuntrattwali (pereżempju, bejjiegħ u klijent jew liċenzjatur u liċenzjat) jew mhux kuntrattwali (pereżempju, attur u konvenut).

B52 Jekk il-kombinament ta’ negozji effettivament jissalda relazzjoni li kienet teżisti qabel, l-akkwirent jirrikonoxxi qligħ jew telf, imkejjel skont kif ġej:

(a) għal relazzjoni mhux kuntrattwali li kienet teżisti qabel (bħal kawża legali), il-valur ġust.

(b) għal relazzjoni kuntrattwali li kienet teżisti qabel, l-inqas bejn (i) u (ii):

(i) l-ammont li bih il-kuntratt ikun favorevoli jew sfavorevoli mill-perspettiva tal-akkwirent meta mqabbel mat-termini għal tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess oġġett jew oġġetti simili. (Kuntratt sfavorevoli huwa kuntratt li huwa sfavorevoli f’termini ta’ termini kurrenti tas-suq. Mhuwiex neċessarjament kuntratt oneruż fejn il-kosti li ma jistgħux jiġu evitati biex jintlaħqu l-obbligi taħt il-kuntratt jeċċedu l-benefiċċji ekonomiċi mistennija li jkunu riċevuti minnu).

(ii) l-ammont ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ saldu mniżżla fil-kuntratt li tkun disponibbli għall-kontroparti li għaliha l-kuntratt ikun sfavorevoli.

Jekk it-(ii) ikun inqas mill-(i), id-differenza tiġi inkluża bħala parti mill-kontabilità tal-kombinament ta’ negozji.

L-ammont ta’ qligħ jew telf rikonoxxut jista’ jiddependi parzjalment fuq jekk l-akkwirent kienx irrikonoxxa qabel assi jew obbligazzjoni relatata, u l-qligħ jew telf irrapportat b’hekk jista’ jvarja mill-ammont ikkalkulat bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti hawn fuq imsemmija.

B53 Relazzjoni li kienet teżisti qabel tista’ tkun kuntratt li l-akkwirent jirrikonoxxi bħala dritt akkwistat mill-ġdid. Jekk il-kuntratt jinkludi termini li huma favorevoli jew sfavorevoli meta mqabbla mal-prezzijiet għal tranżazzjonijiet kurrenti fis-suq għall-istess oġġetti jew oġġetti simili, l-akkwirent jirrikonoxxi, separatament mill-kombinament ta’ negozji, qligħ jew telf għas-saldu effettiv tal-kuntratt, imkejjel skont il-paragrafu B52.

Arranġamenti għal ħlasijiet kontinġenti lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbiegħu (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))

B54 Jekk arranġamenti għal ħlasijiet kontinġenti lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbiegħu humiex ħlas kontinġenti fil-kombinament ta’ negozji jew tranżazzjonijiet separati jiddependi fuq in-natura tal-arranġamenti. Sabiex tiġi evalwata n-natura tal-arranġament ikun utli li wieħed jifhem ir-raġunijiet għalfejn il-ftehim ta’ akkwiżizzjoni jinkludi dispożizzjoni għal ħlasijiet kontinġenti, min ta bidu għall-arranġament u meta l-partijiet daħlu għall-arranġament.

B55 Jekk ma jkunx ċar jekk arranġament għal ħlasijiet lill-impjegati jew lill-azzjonisti li jbiegħu huwiex parti mill-iskambju għall-akkwiżit jew huwiex tranżazzjoni separata mill-kombinament ta’ negozji, l-akkwirent għandu jikkunsidra dawn l-indikaturi:

(a)  Kontinwazzjoni ta’ impjieg—It-termini ta’ kontinwazzjoni ta’ impjieg mill-azzjonisti li jbiegħu li jsiru impjegati kruċjali jistgħu jkunu indikatur tas-sustanza ta’ arranġament ta’ ħlas kontinġenti. It-termini relevanti tal-kontinwazzjoni tal-impjieg jistgħu jiġu inklużi fi ftehim ta’ impjieg, fi ftehim tal-akkwiżizzjoni jew f’xi dokument ieħor. Arranġament ta’ ħlas kontinġenti fejn il-ħlasijiet awtomatikament jintilfu jekk jintemm l-impjieg huwa remunerazzjoni għal servizzi ta’ wara l-kombinament. Arranġamenti li fihom il-ħlasijiet kontinġenti m’humiex affettwati mit-temm tal-impjieg jistgħu jindikaw li l-ħlasijiet kontinġenti huma ħlas addizzjonali u mhux remunerazzjoni.

(b)  Tul ta’ żmien tal-kontinwazzjoni tal-impjieg—Jekk il-perijodu tal-impjieg meħtieġ ikun daqs jew itwal mill-perijodu tal-ħlas kontinġenti, dak il-fatt jista’ jindika li l-ħlasijiet kontinġenti huma, essenzjalment, remunerazzjoni.

(ċ)  Livell ta’ remunerazzjoni—Sitwazzjonijiet fejn ir-remunerazzjoni ta’ impjegat apparti mill-ħlasijiet kontinġenti tkun f’livell raġonevoli meta mqabbla ma’ dik ta’ impjegati kruċjali oħrajn fl-entità kkombinata jistgħu jindikaw li l-ħlasijiet kontinġenti huma ħlas addizzjonali aktar milli remunerazzjoni.

(d)  Ħlasijiet inkrementali lill-impjegati—Jekk l-azzjonisti li jbiegħu u li ma jsirux impjegati jirċievu ħlasijiet kontinġenti aktar baxxi fuq bażi ta’ sehem b’sehem mill-azzjonisti li jbiegħu u li jsiru impjegati tal-entità kkombinata, dak il-fatt jista’ jindika li l-ammont inkrementali tal-ħlasijiet kontinġenti lill-azzjonisti li jbiegħu u li jsiru impjegati huwa remunerazzjoni.

(e)  Numru ta’ ishma miżmuma—In-numru relattiv ta’ ishma li jkollhom l-azzjonisti li jbiegħu li jibqgħu bħala kruċjali importanti jista’ jkun indikatur tas-sustanza tal-arranġament tal-ħlas kontinġenti. Pereżempju, jekk l-azzjonisti li jbiegħu u li sostanzjalment kellhom l-ishma kollha fl-akkwiżit ikomplu bħala impjegati kruċjali, dak il-fatt jista’ jindika li l-arranġament hu, essenzjalment, arranġament għall-qsim ta’ profitti intenzjonat biex jipprovdi remunerazzjoni għal servizzi ta’ wara l-kombinament. Alternattivament, jekk l-azzjonisti li jbiegħu u li jkomplu bħala impjegati kruċjali kellhom biss numru żgħir ta’ ishma fl-akkwiżit u l-azzjonisti kollha li jbiegħu jirċievu l-istess ammont ta’ ħlas kontinġenti fuq bażi ta’ sehem b’sehem, dak il-fatt jista’ jindika li l-ħlasijiet kontinġenti huma ħlas addizzjonali. L-interessi propjetarji ta’ qabel l-akkwiżizzjoni miżmuma minn partijiet relatati mal-azzjonisti li jbiegħu u li jkomplu bħala impjegati kruċjali, bħal membri tal-familja, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

(f)  Konnessjoni mal-valutazzjoni—Jekk il-ħlas inizjali ttrasferit fid-data tal-akkwiżizzjoni huwa bbażat fuq livell in-naħa t’isfel ta’ medda stabbilita fil-valutazzjoni tal-akkwiżit u l-formola kontinġenti hija relatata ma’ dak il-metodu ta’ valutazzjoni, dak il-fatt jista’ jissuġġerixxi li l-ħlasijiet kontinġenti huma ħlas addizzjonali. Alternattivament, jekk il-formola ta’ ħlas kontinġenti tkun konsistenti ma’ arranġamenti preċedenti għall-qsim ta’ profitti, dak il-fatt jista’ jissuġġerixxi li l-qofol tal-arranġament huwa li jipprovdi remunerazzjoni.

(g)  Formola biex jiġi ddeterminat il-ħlas—Il-formola użata biex jiġi ddeterminat il-ħlas kontinġenti tista’ tkun utli fl-evalwazzjoni tal-qofol tal-arranġament. Pereżempju, jekk ħlas kontinġenti huwa ddeterminat fuq il-bażi ta’ multiplu tad-dħul, dak jista’ jissuġġerixxi li l-obbligu huwa ħlas kontinġenti fil-kombinament ta’ negozji u li l-formola hija intenzjonata biex tistabbilixxi jew tivverifika l-valur ġust tal-akkwiżit. Għall-kuntrarju, ħlas kontinġenti li huwa perċentwal speċifikat tad-dħul jista’ jissuġġerixxi li l-obbligu lejn l-impjegati huwa arranġament għall-qsim ta’ profitti biex jiġu rremunerati l-impjegati għas-servizzi mogħtija.

(h)  Ftehimiet u kwistjonijiet oħrajn—It-termini ta’ arranġamenti oħrajn mal-azzjonisti li jbigħu (bħal ftehimiet biex ma ssirx kompetizzjoni, kuntratti eżekutorji, kuntratti ta’ konsulenza u ftehimiet għall-kiri ta’ propjetà) u t-trattament għall-iskopijiet tat-taxxa fuq id-dħul ta’ ħlasijiet kontinġenti jistgħu jindikaw li l-ħlasijiet kontinġenti huma attribwibbli għal xi ħaġa differenti mill-ħlas għall-akkwiżit. Pereżempju, b’konnessjoni mal-akkwiżizzjoni, l-akkwirent jista’ jidħol għal arranġament għall-kiri ta’ propjetà ma’ azzjonist sinifikanti li jkun qed ibigħ. Jekk il-ħlasijiet tal-kera speċifikati fil-kuntratt tal-kiri jkunu inqas b’mod sinifikanti minn dawk tas-suq, xi wħud mill-ħlasijiet kontinġenti jew kollha lil sid il-kera (l-azzjonist li jbigħ) meħtieġa permezz ta’ arranġament separat għal ħlasijiet kontinġenti jistgħu jkunu, essenzjalment, ħlasijiet għall-użu tal-propjetà mikrija li l-akkwirent għandu jirrikonoxxi separatament fir-rapporti finanzjarji tiegħu ta’ wara l-kombinament. Għall-kuntrarju, jekk kuntratt ta’ kiri jispeċifika ħlasijiet ta’ kera li huma konsistenti mat-termini tas-suq għall-propjetà mikrija, l-arranġament għal ħlasijiet kontinġenti lill-azzjonist li jbigħ jista’ jkun ħlas kontinġenti fil-kombinament ta’ negozji.

Premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati għal premji miżmuma mill-impjegati tal-akkwiżit (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))

▼M29

B56 Akkwirent jista’ jiskambja l-għotjiet ta’ pagament tiegħu bbażati fuq l-ishma ( 47 ) (għotjiet ta’ sostituzzjoni) ma’ għotjiet miżmuma mill-impjegati tat-trasferitur. Skambji ta’ opzjonijiet tal-ishma jew għotjiet oħra ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma flimkien ma’ kombinament ta’ negozju huma ġġustifikati bħala modifiki ta’ għotjiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma skont l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma. Jekk l-akkwirent jissostitwixxi l-għotjiet tat-trasferitur, jew il-kejl kollu bbażat fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni tal-akkwirent jew parti minnu għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozju. Il-paragrafi B57–B62 jipprovdu gwida dwar kif għandu jiġi allokat il-kejl ibbażat fuq is-suq.

Madankollu, f’sitwazzjonijiet, li fihom l-għotjiet tat-trasferitur jiskadu bħala konsegwenza ta’ kombinament ta’ negozju jew jekk l-akkwirent jibdel dawk l-għotjiet meta ma jkunx obbligat li jagħmel dan, il-kejl kollu bbażat fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala prezz tal-ħlas fid-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament skont l-IFRS 2. Jiġifieri, xejn mill-kejl ibbażat fuq is-suq ta’ dawk l-għotjiet m’għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-kunsiderazzjoni trasferita fil-kombinament ta’ negozju. L-akkwirent huwa obbligat li jibdel l-għotjiet tat-trasferitur jekk it-trasferitur jew l-impjegati tiegħu jkollhom il-kapaċità li jinfurzaw il-bdil. Pereżempju, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-gwida, l-akkwirent ikun obbligat li jibdel l-għotjiet tat-trasferitur jekk il-bdil ikun meħtieġ minn:

(a) il-patti tal-ftehim ta’ akkwiżizzjoni;

(b) il-patti tal-għotjiet tat-trasferitur; jew

(c) il-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli.

▼M12

B57 Biex jiġi ddeterminat il-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni li jkun parti mill-ħlas ittrasferit għall-akkwiżit u l-porzjon li jkun remunerazzjoni għal servizz ta’ wara l-kombinament, l-akkwirent għandu jkejjel kemm il-premji ta’ sostituzzjoni mogħtija mill-akkwirent kif ukoll il-premji tal-akkwiżit sa mid-data tal-akkwiżizzjoni skont l-IFRS 2. Il-porzjon tal-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju ta’ sostituzzjoni li huwa parti mill-ħlas ittrasferit bi skambju għall-akkwiżit huwa ugwali għall-porzjon tal-premju tal-akkwiżit li huwa attribwibbli għas-servizz ta’ qabel il-kombinament.

B58 Il-porzjon tal-premju ta’ sostituzzjoni attribwibbli għas-servizz ta’ qabel il-kombinament huwa l-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju tal-akkwiżit immultiplikat bil-proporzjon ta’ bejn il-porzjon tal-perijodu ta’ vestiment komplut u l-akbar mill-perijodu totali ta’ vestiment jew il-perijodu oriġinali ta’ vestiment tal-premju tal-akkwiżit. Il-perijodu ta’ vestiment huwa l-perijodu li matulu l-kundizzjonijiet speċifikati kollha tal-vestiment għandhom jiġu ssodisfati. Kundizzjonijiet ta’ vestiment huma ddefiniti fl-IFRS 2.

B59 Il-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni mhux vestit attribwibbli għal servizz ta’ wara l-kombinament, u għalhekk rikonoxxut bħala kost ta’ remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament, huwa ugwali għat-total tal-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju ta’ sostituzzjoni wara li jitnaqqas l-ammont attribwit għal servizz ta’ wara l-kombinament. Għalhekk, l-akkwirent jattribwixxi kwalunkwe eċċess tal-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju ta’ sostituzzjoni fuq il-kejl ibbażat fuq is-suq tal-premju tal-akkwiżit għal servizz ta’ wara l-kombinament u jirrikonoxxi dak l-eċċess bħala kost ta’ remunerazzjoni fir-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament. L-akkwirent għandu jattribwixxi porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni lil servizz ta’ wara l-kombinament jekk ikun jeħtieġ servizz ta’ wara l-kombinament, irrispettivament minn jekk l-impjegati jkunux taw is-servizz kollu meħtieġ biex il-premji tagħhom tal-akkwiżit jiġu vestiti qabel id-data tal-akkwiżizzjoni.

B60 Il-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni mhux vestit attribwibbli għal servizz ta’ qabel il-kombinament, kif ukoll il-porzjon attribwibbli għal servizz ta’ wara l-kombinament, għandu jirrifletti l-aħjar stima possibbli tan-numru ta’ premji ta’ sostituzzjoni li jkunu mistennija li jiġu vestiti. Pereżempju, jekk il-kejl ibbażat fuq is-suq tal-porzjon ta’ premju ta’ sostituzzjoni attribwit lil servizz ta’ wara l-kombinament ikun CU100 (100 unità monetarja) u l-akkwirent ikun jistenna li 95 fil-mija biss tal-premju ser jiġu vestiti, l-ammont inkluż fil-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji huwa CU95. Bidliet fin-numru stmat ta’ premji ta’ sostituzzjoni mistennija li jiġu vestiti huma riflessi fil-kost ta’ remunerazzjoni għall-perijodi li matulhom iseħħu l-bidliet jew ir-rinunzji—mhux bħala aġġustamenti għall-ħlas ittrasferit fil-kombinament ta’ negozji. Bl-istess mod, l-effetti ta’ avvenimenti oħrajn, bħal modifiki jew l-eżitu finali ta’ premji b’kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni, li jseħħu wara d-data tal-akkwiżizzjoni għandhom jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 2 sabiex jiġi ddeterminat il-kost tar-remunerazzjoni għall-perijodu li fih iseħħ avveniment.

B61 L-istess rekwiżiti li japplikaw sabiex jiġu ddeterminati l-porzjonijiet ta’ premju ta’ sostituzzjoni attribwibbli għas-servizz ta’ qabel u ta’ wara l-kombinament japplikaw irrispettivament minn jekk premju ta’ sostituzzjoni jkunx ikklassifikat bħala obbligazzjoni jew bħala strument azzjonarju skont id-dispożizzjonijiet tal-IFRS 2. Il-bidliet kollha fil-kejl ibbażat fuq is-suq ta’ premji kklassifikati bħala obbligazzjonijiet wara d-data tal-akkwiżizzjoni u l-effetti relatati tat-taxxa fuq id-dħul huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-akkwirent ta’ wara l-kombinament fil-perijodu(i) meta jseħħu l-bidliet.

B62 L-effetti tat-taxxa fuq id-dħul ta’ premji ta’ sostituzzjoni ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma għandhom jiġu rikonoxxuti skont id-dispożizzjonijiet tal-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul.

▼M29

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma bl-ekwità saldata tat-trasferitur

B62A It-trasferitur jista’ jkollu tranżazzjonijiet ta’ ħlas pendenti bbażati fuq l-ishma li l-akkwirent ma jibdilx mat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tiegħu bbażati fuq l-ishma. Jekk vestiti, dawk it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma tat-trasferitur ikunu parti mill-interess bla dritt ta’ kontroll fit-trasferitur u jitkejlu bil-kejl tagħhom ibbażat fuq is-suq. Jekk ma jkunux vestiti, huma jitkejlu fil-kejl tagħhom ibbażat fuq is-suq bħal li kieku d-data tal-akkwiżizzjoni kienet id-data tal-għoti skont il-paragrafi 19 u 30.

B62B Il-kejl ibbażat fuq is-suq tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma mhux vestiti huwa allokat għall-interess bla dritt ta’ kontroll fuq il-bażi tal-proporzjon tal-parti tal-perjodu ta’ vestiment kompletata sal-parti l-kbira tal-perjodu ta’ vestiment totali jew il-perjodu ta’ vestiment oriġinali tat-tranżazzjoni ta’ ħlas ibbażata fuq l-ishma. Il-bilanċ huwa allokat għas-servizz ta’ wara l-kombinament.

▼M12

IFRSS OĦRAJN LI JIPPROVDU GWIDA DWAR KEJL U KONTABILITÀ SUSSEGWENTI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 54)

B63 Eżempji ta' IFRSs oħra li jipprovdu gwida dwar il-kejl u l-ikkontabilizzar sussegwenti tal-assi akkwiżiti u l-obbligazzjonijiet meħuda jew magħmula f’kombinament ta’ negozji jinkludu:

(a) L-IAS 38 jippreskrivi l-kontabilità għal assi intanġibbli identifikabbli akkwistati f’kombinament ta’ negozji. L-akkwirent ikejjel l-avvjament skont l-ammont rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni wara li jitnaqqsu kwalunkwe telf ta’ indeboliment. L-IAS 36 Indeboliment ta’ Assi jippreskrivi l-kontabilità għal telf ta’ indeboliment.

(b) L-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni jipprovdi gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għal kuntratt tal-assigurazzjoni akkwistat f’kombinament ta’ negozji.

(ċ) L-IAS 12 jippreskrivi l-kontabilità sussegwenti għal assi ta’ taxxa differita (inklużi assi ta’ taxxa differita mhux rikonoxxuti) u għal obbligazzjonijiet akkwistati f’kombinament ta’ negozji.

(d) L-IFRS 2 jipprovdi gwida dwar kejl u kontabilità sussegwenti għall-porzjon ta’ premji ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma maħruġa minn akkwirent li jkun attribwibbli għas-servizzi futuri ta’ impjegati.

▼M32

(e) L-IFRS 10 jipprovdi gwida għall-ikkontabilizzar tal-bidliet fl-interess propjetarju ta' kumpanija prinċipali f'sussidjarja wara li jinkiseb il-kontroll.

▼M12

ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFI 59 U 61)

B64 Sabiex jilħaq l-għan tal-paragrafu 59, l-akkwirent għandu jiddivulga din l-informazzjoni għal kull kombinament ta’ negozju li jseħħ matul il-perjodu tar-rapportar:

(a) l-isem u deskrizzjoni tal-akkwiżit.

(b) id-data tal-akkwiżizzjoni.

(ċ) il-perċentwal ta’ strumenti azzjonarji bid-dritt tal-vot akkwistati.

(d) ir-raġunijiet ewlenin għall-kombinament tan-negozji u deskrizzjoni ta’ kif l-akkwirent kiseb kontroll tal-akkwiżit.

(e) deskrizzjoni kwalitattiva tal-fatturi li jikkostitwixxu l-avvjament rikonoxxut, bħal sinerġiji mistennija mill-kombinament ta’ operazzjonijiet tal-akkwiżit u tal-akkwirent, assi intanġibbli li ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent separat jew fatturi oħrajn.

▼M33

(f) il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv totali trasferit u l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ kull klassi ewlenija ta’ korrispettiv, bħal:

(i) flus;

(ii) assi oħrajn tanġibbli jew intanġibbli, inkluż negozju jew kumpannija sussidjarja tal-akkwirent;

(iii) obbligazzjonijiet imġarrba, pereżempju, obbligazzjoni ta’ ħlas kontinġenti; u

▼M33

(iv) l-interessi azzjonarji tal-akkwirent, inkluż in-numru ta’ strumenti jew interessi maħruġa jew li jistgħu jinħarġu u l-metodu tal-kejl tal-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti jew interessi.

▼M12

(g) għal arranġamenti ta’ ħlas kontinġenti u assi ta’ indennizz:

(i) l-ammont rikonoxxut sa mid-data tal-akkwiżizzjoni;

(ii) deskrizzjoni tal-arranġament u l-bażi biex jiġi ddeterminat l-ammont tal-ħlas; u

(iii) stima tal-medda ta’ eżiti (mhux skontati) jew, jekk medda ma tistax tiġi stmata, dak il-fatt u r-raġunijiet għalfejn medda ma tistax tiġi stmata. Jekk l-ammont massimu tal-ħlas ma jkunx limitat, l-akkwirent għandu jiżvela dak il-fatt.

(h) għal ammonti riċevibbli akkwistati:

(i) il-valur ġust tal-ammonti riċevibbli;

(ii) l-ammonti kuntrattwali grossi riċevibbli; u

(iii) l-aħjar stima fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-flussi kuntrattwali ta’ flus mhux mistennija li jinġabru.

L-iżvelar għandu jiġi pprovdut għal kull klassi prinċipali ta’ ammonti riċevibbli, bħal self, kirjiet finanzjarji diretti u kull klassi oħra ta’ ammonti riċevibbli.

(i) l-ammonti rikonoxxuti sa mid-data tal-akkwiżizzjoni għal kull klassi prinċipali ta’ assi akkwistati u obbligazzjonijiet merfugħa.

(j) għal kull obbligazzjoni kontinġenti rikonoxxuta skont il-paragrafu 23, l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 85 tal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. Jekk obbligazzjoni kontinġenti ma tkunx rikonoxxuta minħabba li l-valur ġust tagħha ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, l-akkwirent għandu jiżvela:

(i) l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 86 tal-IAS 37; u

(ii) ir-raġunijiet għalfejn l-obbligazzjoni ma tistax tiġi mkejla b’mod affidabbli.

(k) l-ammont totali ta’ avvjament li jkun mistenni li jista’ jitnaqqas għal skopijiet ta’ taxxa.

(l) għal tranżazzjonijiet li huma rikonoxxuti separatament mill-akkwiżizzjoni ta’ assi u l-irfigħ ta’ obbligazzjonijiet fil-kombinament ta’ negozji skont il-paragrafu 51:

(i) deskrizzjoni ta’ kull tranżazzjoni;

(ii) kif l-akkwirent irrapporta kull tranżazzjoni;

(iii) l-ammonti rikonoxxuti għal kull tranżazzjoni u l-entrata linja b’linja fir-rapporti finanzjarji li fiha kull ammont huwa rikonoxxut; u

(iv) jekk it-tranżazzjoni tkun is-saldu effettiv ta’ relazzjoni li kienet teżisti qabel, il-metodu użat biex jiġi ddeterminat l-ammont tas-saldu.

(m) l-iżvelar ta’ tranżazzjonijiet rikonoxxuti separatament li hu meħtieġ minn (l) għandu jinkludi l-ammont ta’ kosti relatati mal-akkwiżizzjoni u, separatament, l-ammont ta’ dawk il-kosti rikonoxxuti bħala spiża u l-entrata jew entrati linja b’linja fir-rapport tad-dħul komplessiv li fih ikunu rikonoxxuti dawk l-ispejjeż. Għandu jiġi żvelat ukoll l-ammont ta’ kwalunkwe kosti ta’ ħruġ mhux rikonoxxuti bħala spiża u kif ġew rikonoxxuti.

(n) f’xiri bl-irħis (ara l-paragrafi 34-36):

(i) l-ammont ta’ qligħ rikonoxxut skont il-paragrafu 34, u l-entrata f’linja fir-rapport ta’ dħul komplessiv li fiha hu rikonoxxut il-qligħ; u

(ii) deskrizzjoni tar-raġunijiet għaliex it-tranżazzjoni rriżultat fi qligħ.

▼M33

(o) għal kull kombinament ta’ negozju li fih l-akkwirent iżomm inqas minn 100 fil-mija tal-interessi azzjonarji fl-akkwiżit fid-data tal-akkwiżizzjoni:

(i) l-ammont ta’ interess li ma jagħtix kontroll fl-akkwiżit rikonoxxut fid-data tal-akkwiżizzjoni u l-bażi ta’ kejl għal dak l-ammont; u

▼M33

(ii) għal kull interess nonkontrollanti f’akkwiżit imkejjel skont il-valur ġust, it-teknika/i ta’ valwazzjoni u l-inputs sinifikanti użati għall-kejl ta’ dak il-valur.

▼M12

(p) f’kombinament ta’ negozji mwettaq fi stadji:

(i) il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess azzjonarju fl-akkwiżit miżmum mill-akkwirent immedjatament qabel id-data tal-akkwiżizzjoni; u

(ii) l-ammont ta’ kwalunkwe qligħ jew telf rikonoxxut bħala riżultat ta’ kejl mill-ġdid skont il-valur ġust tal-interess azzjonarju fl-akkwiżit miżmum mill-akkwirent qabel il-kombinament ta’ negozji (ara l-paragrafu 42) u l-entrata f’linja fir-rapport tad-dħul komplessiv li fiha huwa rikonoxxut il-qligħ jew telf.

(q) l-informazzjoni li ġejja:

(i) l-ammonti ta’ dħul u profitt jew telf tal-akkwiżit sa mid-data tal-akkwiżizzjoni inklużi fir-rapport konsolidat tad-dħul komplessiv għall-perijodu ta’ rapportaġġ; u

(ii) id-dħul u l-profitt jew telf tal-entità kkombinata għall-perijodu kurrenti ta’ rapportaġġ bħal li kieku d-data tal-akkwiżizzjoni għall-kombinamenti kollha ta’ negożji li seħħew matul is-sena kienu sa mill-bidu tal-perijodu annwali ta’ rapportaġġ.

Jekk l-iżvelar ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa minn dan is-subparagrafu ma tkunx prattikabbli, l-akkwirent għandu jiżvela dan il-fatt u jispjega għaliex l-iżvelar mhux prattikabbli. Dan l-IFRS juża t-terminu “mhux prattikabbli” bl-istess tifsira bħal fl-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji.

B65 Għal kombinamenti ta’ negozji individwalment immaterjali li jseħħu matul il-perijodu ta’ rapportaġġ u li jkunu materjali kollettivament, l-akkwirent għandu jiżvela b’mod aggregat l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu B64(e)–(q).

B66 Jekk id-data tal-akkwiżizzjoni ta’ kombinament ta’ negozji tkun wara t-tmiem tal-perijodu ta’ rapportaġġ iżda qabel ma r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu B64 ħlief jekk il-kontabilità inizjali għall-kombinament ta’ negozji ma tkunx kompluta fil-ħin meta r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ. F’dik is-sitwazzjoni, l-akkwirent għandu jiddeskrivi liema żvelar ma setax isir u r-raġunijiet għaliex ma jistax isir.

B67 Sabiex jintlaħaq l-objettiv fil-paragrafu 61, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni li ġejja għal kull kombinament ta’ negozji materjali jew b’mod aggregat għal kombinamenti ta’ negozji individwalment immaterjali li jkunu materjali kollettivament:

(a) jekk il-kontabilità inizjali għal kombinament ta’ negozji ma tkunx kompluta (ara l-paragrafu 45) għal assi partikolari, obbligazzjonijiet partikolari, interessi partikolari li ma jagħtux kontroll jew entrati partikolari ta’ ħlas u l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għall-kombinament ta’ negozji b’hekk ikunu ġew idderminati biss provviżorjament:

(i) ir-raġunijiet għaliex il-kontabilità inizjali għall-kombinament ta’ negozji m’hijiex kompluta;

(ii) l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-interessi azzjonarji jew l-entrati ta’ ħlas li għalihom il-kontabilità inizjali ma tkunx kompluta; u

(iii) in-natura u l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament fil-perijodu tal-kejl rikonoxxut matul il-perijodu ta’ rapportaġġ skont il-paragrafu 49.

(b) għal kull perijodu ta’ rapportaġġ wara d-data tal-akkwiżizzjoni sakemm l-entità tiġbor, tbigħ jew b’xi mod ieħor titlef id-dritt għal assi ta’ ħlas kontinġenti, jew sakemm l-entità tissalda obbligazzjoni ta’ ħlas kontinġenti jew l-obbligazzjoni tiġi kkanċellata jew tiskadi:

(i) kull bidla fl-ammonti rikonoxxuti, inkluża kwalunkwe differenza li tirriżulta mas-saldu;

(ii) kwalunkwe bidla fil-medda ta’ eżiti (mhux skontati) u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet; u

(iii) it-tekniki ta’ valutazzjoni u l-inputs ewlenin użati fil-mudell biex jitkejjel il-ħlas kontinġenti.

(ċ) għal obbligazzjonijiet kontinġenti rikonoxxuti f’kombinament ta’ negozji, l-akkwirent għandu jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 84 u 85 tal-IAS 37 għal kull klassi ta’ provvediment.

(d) tqabbil tal-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ li juri separatament:

(i) l-ammont gross u t-telf akkumulat minn indeboliment fil-bidu tal-perijodu ta’ rapportaġġ.

(ii) avvjament addizzjonali rikonoxxut matul il-perijodu ta’ rapportaġġ, minbarra avvjament inkluż fi grupp ta’ disponiment li, mal-akkwiżizzjoni, jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ b’konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx.

(iii) aġġustamenti li jirriżultaw mir-rikonoxximent sussegwenti ta’ assi ta’ taxxa differita matul il-perijodu ta’ rapportaġġ b’konformità mal-paragrafu 67.

(iv) avvjament inkluż fi grupp ta’ disponiment ikklassifikat bħala miżmum għal bejgħ b’konformità mal-IFRS 5 u avvjament li r-rikonoxximent tiegħu ġie rtirar matul il-perijodu ta’ rappurtaġġ mingħajr ma qabel kien inkluż fi grupp ta’ disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ;

(v) telf ta’ indeboliment rikonoxxut matul il-perijodu ta’ rapportaġġ skont l-IAS 36. (Minbarra dan ir-rekwiżit l-IAS 36 jeħtieġ l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-ammont li jista’ jiġi rkuprat u l-indeboliment tal-avvjament.)

(vi) differenzi netti tal-kambju li joriġinaw matul il-perijodu ta’ rapportaġġ b’konformità mal-IAS 21 L-Effettita’ Tibdil fir-Rati tal-Kambju.

(vii) kull bidla oħra fl-ammont miżmum fil-kotba matul il-perijodu ta’ rapportaġġ.

(viii) l-ammont gross u t-telf ta’ indeboliment akkumulat fit-tmiem tal-perijodu ta’ rappurtaġġ.

(e) l-ammont u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe qligħ jew telf rikonoxxut fil-perijodu kurrenti ta’ rapportaġġ li sew:

(i) huwa relatat mal-assi identifikabbli akkwistati jew l-obbligazzjonijiet merfugħa f’kombinament ta’ negozji li kien imwettaq fil-perijodu kurrenti jew f’perijodu preċedenti ta’ rapportaġġ; kemm

(ii) hu ta’ daqs, natura jew inċidenza tali li l-iżvelar tiegħu hu rilevanti biex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji tal-entità kkombinata.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI GĦAL KOMBINAMENTI TA’ NEGOZJI LI JINVOLVU BISS ENTITAJIET TA’ BENEFIĊĊJU KOMUNI JEW B’KUNTRATT BISS (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 66)

B68 Il-paragrafu 64 jistabbilixxi li dan l-IFRS għandu jiġi applikat b’mod prospettiv għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Madankollu, entità għandha tapplika dan l-IFRS biss fil-bidu ta’ perijodu ta’ rapportaġġ annwali li jibda fit-30 ta’ Ġunju 2007 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel id-data effettiva tiegħu, l-entità għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) fl-istess ħin.

B69 Ir-rekwiżit li dan l-IFRS jiġi applikat prospettivament għandu l-effett li ġej għal kombinament ta’ negozji li jinvolvi biss entitajiet ta’ benefiċċju komuni jew b’kuntratt biss jekk id-data tal-akkwiżizzjoni għal dak il-kombinament ta’ negozji tkun qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS:

(a)  Klassifikazzjoni—Entità għandha tkompli tikklassifika l-kombinamenti ta’ negozji preċedenti skont il-politika ta’ kontabilità preċedenti tal-entità għal tali kombinamenti.

(b)  Avvjament rikonoxxut qabel—Fil-bidu tal-ewwel perijodu annwali li fih jiġi applikat dan l-IFRS, l-ammont miżmum fil-kotba ta’ avvjament li joriġina mill-kombinament ta’ negozji preċedenti għandu jkun l-ammont tiegħu miżmum fil-kotba f’dik id-data skont il-politika ta’ kontabilità preċedenti tal-entità. Sabiex tiddetermina dak l-ammont, l-entità għandha telimina l-ammont miżmum fil-kotba ta’ kwalunkwe amortizzament akkumulat ta’ dak l-avvjament u t-tnaqqis korrispondenti fl-avvjament. Ebda aġġustament ieħor m’għandu jsir lill-ammont ta’ avvjament miżmum fil-kotba.

(ċ)  Avvjament rikonoxxut qabel bħala tnaqqis mill-ekwità—Il-politika ta’ kontabilità preċedenti tal-entità tista’ tkun wasslet biex avvjament li joriġina mill-kombinament ta’ negozji preċedenti jkun ġie rikonoxxut bħala tnaqqis mill-ekwità. F’dik is-sitwazzjoni l-entità m’għandhiex tirrikonoxxi l-avvjament bħala assi fil-bidu tal-ewwel perijodu annwali li fih jiġi applikat dan l-IFRS. Barra minn hekk, l-entità m’għandhiex tirrikonixxi bħala profitt jew telf xi parti minn dak l-avvjament meta tiddisponi min-negozju jew parti minnu li miegħu l-avvjament hu marbut jew meta tkun indebolita unità li tiġġenera l-flus li magħha hu marbut l-avvjament.

(d)  Kontabilità sussegwenti għall-avvjament—Sa mill-bidu tal-ewwel perijodu annwali li fih jiġi applikat dan l-IFRS, entità m’għandhiex tkompli tamortizza l-avvjament li joriġina mill-kombinament ta’ negozji preċedenti u għandha teżamina l-avvjament għal indeboliment skont l-IAS 36.

(e)  Avvjament negattiv rikonoxxut qabel—Entità li tkun ikkontabilizzat il-kombinament ta’ negozji preċedenti billi applikat il-metodu tax-xiri tista’ tkun irrikonoxxiet kreditu differit għal eċċess tal-interess tagħha fil-valur ġust nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet identifikabbli tal-akkwiżit fuq il-kost ta’ dak l-interess (xi kultant imsejjaħ avvjament negattiv). Jekk dan ikun il-każ, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ dak il-kreditu differit fil-bidu tal-ewwel perijodu annwali li fih huwa applikat dan l-IFRS b’aġġustament korrispondenti għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal f’dik id-data.

▼B




STANDARDS INTERNAZZJONALI TA' RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 4

Kuntratti tal-Assigurazzjoni

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-IFRS hu li jispeċifika r-rappurtaġġ finanzjarju għal kuntratti tal-assigurazzjoni minn kull entità li toħroġ dawn il-kuntratti (deskritti f'dan l-IFRS bħala assiguratur) sakemm il-Bord iġib fi tmiem it-tieni fażi tal-proġett tiegħu fuq kuntratti tal-assigurazzjoni. B'mod partikolari, dan l-IFRS jeħtieġ:

(a) titjib ristrett għal kontabilità minn assiguraturi għal kuntratti tal-assigurazzjoni.

(b) żvelar li jidentifika u jispjega l-ammonti f'rapporti finanzjarji ta' assiguratur li jiġu minn kuntratti tal-assigurazzjoni u jgħinu lil utenti ta' dawn ir-rapporti finanzjarji jifhmu l-ammont, l-għażla taż-żmien u l-inċertezza ta' flussi ta' flus futuri minn kuntratti tal-assigurazzjoni.

AMBITU

2 Kull entità għandha tapplika dan l-IFRS għal:

(a) kuntratti tal-assigurazzjoni (li jinkludu kuntratti ta' riassigurazzjoni) li toħroġ hi u kuntratti ta' riassigurazzjoni li żżomm.

(b) strumenti finanzjarji maħruġa b'karatteristika ta' parteċipazzjoni diskrezzjonali (ara l-paragrafu 35). L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar jirrikjedi tagħrif dwar strumenti finanzjarji, inklużi strumenti finanzjarji li għandhom dawn il-karatteristiċi.

3 Dan l-IFRS ma jindirizzax aspetti oħra ta' kontabilità minn assiguraturi, bħal kontabilità għal assi finanzjarji miżmuma minn assiguraturi u obbligazzjonijiet finanzjarji maħruġa minn assiguraturi (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IFRS 7), ħlief fid-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-paragrafu 45.

4 Entità m'għandhiex tapplika dan l-IFRS għal:

(a) garanziji tal-prodott maħruġin direttament minn manifattur, negozjant jew bejjiegħ bl-imnut (ara l-IAS 18 Dħul u l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti).

(b) assi u obbligazzjonijiet tas-sid taħt skemi ta' benefiċċju għall-impjegati (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati u l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma) u obbligu ta' benefiċċju tal-irtirar rappurtati minn skemi ta' benefiċċju tal-irtirar definiti (ara l-IAS 26 Kontabilità u Rappurtaġġ minn Skemi ta' Benefiċċju tal-Irtirar).

(ċ) drittijiet kuntrattwali jew obbligazzjonijiet kuntrattwali li huma kontinġenti fuq l-użu futur, jew dritt tal-użu, ta' effett mhux finanzjarju (pereżempju, xi drittijiet ta' liċenzja, royalties, pagamenti ta' kiri kontinġenti u entrati simili), kif ukoll bħala garanzija ta' valur residwu mdeffes f'kiri finanzjarju (ara l-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri, l-IAS 18 Dħul u l-IAS 38 Assi Intanġibbli).

(d) kuntratti ta' garanzija finanzjarja ħlief jekk l-emittent ikun asserixxa preċedentement b'mod espliċitu li huwa jirrigwarda dawk il-kuntratti bħala kuntratti ta' assigurazzjoni u li jkun uża kontabilità applikabbli għal kuntratti tal-assigurazzjoni, f'liema każ l-assiguratur jista' jagħżel li japplika jew l-IAS 39, l-IAS 32 u l-IFRS 7 jew dan l-Istandard għal dawk il-kuntratti ta' garanzija finanzjarja. L-emittent jista' jagħmel dik l-għażla kuntratt b'kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli.

(e) korrispettiv kontinġenti mħallas jew ammont riċevibbli f'kombinament ta' negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji).

(f)  kuntratti tal-assigurazzjoni diretta li l-entità żżomm (jiġifieri kuntratti tal-assigurazzjoni diretti li fihom l-entità hi detentur ta' polza). Madankollu, ċessjonarju għandu japplika dan l-IFRS għal kuntratti ta' riassigurazzjoni li hu jżomm.

5 Biex ikun hemm referenza faċli, dan l-IFRS jiddeskrivi kull entità li toħroġ kuntratt tal-assigurazzjoni bħala assiguratur, kemm jekk l-emittent hu meqjus bħala assiguratur għal skopijiet legali jew superviżorji u kemm mhux.

6 Kuntratt ta' riassigurazzjoni huwa tip ta' kuntratt tal-assigurazzjoni. Għalhekk, kull referenza f'dan l-IFRS għal kuntratti tal-assigurazzjoni japplika ukoll għal kuntratti ta' riassigurazzjoni.

Derivattivi mdeffsa

7 L-IAS 39 jeħtieġ li entità tissepara xi derivattivi mdeffsa mill-kuntratt li jospita tagħha, tkejjilhom fil-valur ġust u tinkludi bidliet fil-valur ġust fi profitt jew telf. L-IAS 39 japplika għal derivati mdeffsa f'kuntratt tal-assigurazzjoni għajr meta d-derivattiv imdeffes huwa nnifsu kuntratt tal-assigurazzjoni.

8 Bħala eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit fl-IAS 39, kull assiguratur mhux meħtieġ li jissepara, u jkejjel skont il-valur ġust, opzjoni ta' detentur ta' polza li jċedi kuntratt tal-assigurazzjoni għal ammont stabbilit (jew għal ammont ibbażat minn ammont stabbilit u rata tal-imgħax), anke jekk l-prezz ta' eżerċizzju jvarja mill-ammont miżmum fil-kotba ta' obbligazzjoni ospitanti tal-assigurazzjoni. Madankollu, ir-rekwiżit fl-IAS 39 japplika għal opzjoni put jew opzjoni ta' ċessjoni ta' flus imdeffsa f'kuntratt tal-assigurazzjoni jekk il-valur tat-tisrif ivarja fir-rispons tax-xejra f'varjabbli finanzjarju (bħal prezz jew indiċi ta' ekwità jew prodott kummerċjali), jew varjabbli mhux finanzjarju li mhux speċifiku għal parti b'sehem fil-kuntratt. Barra minn hekk, dak ir-rekwiżit japplika ukoll jekk il-kapaċità tad-detentur li jeżerċita opzjoni put jew opzjoni ta' ċessjoni ta' flus hija kkawżata minn bidla f'varjabbli bħal dan (pereżempju, opzjoni put li tista' tiġi eżerċitata jekk indiċi ta' borża jilħaq livell speċifiku).

9 Il-paragrafu 8 japplika b'mod ugwali għal opzjonijiet għal tisrif ta' strument finanzjarju li fih aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni.

Suddiviżjoni ta' komponenti ta' depożitu

10 Xi kuntratti tal-assigurazzjoni fihom kemm komponent tal-assigurazzjoni u komponent ta' depożitu. F'xi każijiet, assiguratur hu meħtieġ jew permess li jifred dawk il-komponenti:

(a) il-frid huwa meħtieġ jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(i) l-assiguratur jista' jkejjel il-komponent ta' depożitu (li jinkludi kull opzjoni ta' ċessjoni mdeffsa) separatament (ie mingħajr ma jikkunsidra l-komponent tal-assigurazzjoni).

(ii) il-politika ta' kontabilità tal-assiguratur ma teħtieġx b'mod li huwa jirrikonoxxi l-obbligazzjonijiet kollha u d-drittijiet li jiġu mill-komponent ta' depożitu.

(b) frid huwa permess, iżda mhux meħtieġ, jekk l-assiguratur jista' jkejjel il-komponent ta' depożitu separatament bħal f'(a)(i) iżda t-tipi ta' politika ta' kontabilità tiegħu jinħtieġu li jirrikonoxxi l-obbligi u d-drittijiet kollha li jiġu minn komponent ta' depożitu, ikun xi jkun il-bażi użat biex isir kejl ta' dawk id-drittijiet u obbligi.

(ċ) il-frid huwa pprojbita jekk assiguratur ma jistax ikejjel il-komponent ta' depożitu tiegħu separatament bħal f'(a)(i).

11 Li ġej hu eżempju ta' każ meta t-tipi ta' politika ta' kontabilità tal-assiguratur ma jeħtiġux li jirrikonoxxi l-obbligazzjonijiet kollha li jinħolqu minn komponent ta' depożitu. Ċessjonarju jirċievi kumpens għal telf mingħand riassiguratur, iżda l-kuntratt jobbliga liċ-ċessjonarju biex iħallas mill-ġdid il-kumpens fis-snin futuri. Dak l-obbligazzjoni joħroġ minn komponent ta' depożitu. Jekk il-politika ta' kontabilità taċ-ċessjonarju għall-kuntrarju tippermettilu li jirrikonoxxi l-kumpens bħala introjtu mingħajr ma jirrikonoxxi l-obbligazzjoni li jirriżulta, il-frid huwa meħtieġ.

12 Biex jifred kuntratt, assiguratur għandu:

(a) japplika dan l-IFRS għal komponent tal-assigurazzjoni.

(b) japplika l-IAS 39 għal komponent ta' depożitu.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Eżenzjoni temporanja minn xi IFRS oħrajn

13 Il-paragrafi 10–12 tal-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji jispeċifikaw kriterji għal entità li tuża l-iżvilupp ta' politika ta' kontabilità jekk l-ebda IFRS ma japplika speċifikament għal entrata. Madankollu, dan l-IFRS jeżenta assiguratur milli japplika dawk il-kriterji għal politika ta' kontabilità tiegħu għal:

(a) kuntratti tal-assigurazzjoni li joħroġ (li jinkludu kosti ta' akkwiżizzjoni relatat u assi intanġibbli relatati, bħal dawk deskritti fil-paragrafi 31u 32); u

(b) kuntratti ta' riassigurazzjoni li jżomm.

14 Madankollu, dan l-IFRS ma jeżentax assiguratur minn xi implikazzjonijiet tal-kriterji fil-paragrafi 10–12 tal-IAS 8. B'mod speċifiku assiguratur:

(a) m'għandux jirrikonoxxi bħala obbligazzjoni kull provvediment għal talbiet għal ħlas futuri possibli, jekk dawk it-talbiet joħorġu minn kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jeżistux fid-data tar-rappurtaġġ (bħal provvedimenti għal katastrofi u provvedimenti ta' ekwalizzazzjoni).

(b) għandu jwettaq it-test tal-adegwatezza tal-obbligazzjoni deskritt fil-paragrafi 15-19.

(ċ) għandu jneħħi kull obbligazzjoni tal-assigurazzjoni (jew parti mill-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni) mill-karta tal-bilanċ tiegħu meta, u biss meta, jiġi eliminat — i.e. meta l-obbligu speċifikat fil-kuntratt jkun imwettaq, ikkanċellat jew jiskadi.

(d) m'għandux ipaċi:

(i)  assi tar-riassigurazzjoni kontra l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni relatati; jew

(ii) introjtu jew spejjeż minn kuntratti ta' riassigurazzjoni kontra l-ispejjez jew introjtu mill-kuntratti tal-assigurazzjoni relatati.

(e) għandu jikkunsidra jekk l-assi ta' riassigurazzjoni humiex indeboliti (ara l-paragrafu 20).

Test ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni

15 Assiguratur għandu jassessja f'kull data tar-rappurtaġġ jekk l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni rikonoxxuti humiex adegwati, bl-użu ta' stimi attwali għal-fluss futur ta' flus taħt il-kuntratti tal-assigurazzjoni tieghu. Jekk dak l-eżami juri li l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni tiegħu (wara li jitnaqqsu l-kosti differiti tal-akkwiżizzjoni relatati u assi intanġibbli relatati, bħal dawk diskussi fil-paragrafi 31 u 32) mhux adegwat fid-dawl tal-fluss futur ta' flus stmat, it-telf totali għandu jiġi rikonoxxut fi profitt jew telf.

16 Jekk assiguratur japplika test ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti minimi speċifiċi, dan l-IFRS ma jimponiex aktar rekwiżiti. Ir-rekwiżiti minimi huma li ġejjin:

(a) It-test jikkunsidra stimi attwali tal-flussi ta' flus kuntrattwali kollha, u ta' flussi ta' flus relatata bħal talbiet għal ħlas għal kosti ta' żamma, kif ukoll flussi ta' flus li tirriżulta minn opzjonijiet imdeffsa u garanziji.

(b) Jekk it-test juri li l-obbligazzjoni mhux adegwat, it-telf kollu hu rikonoxxut fi profitt jew telf.

17 Jekk t-tipi ta' politika tal-assiguratur m'għandhomx bżonn ta' test ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 16, l-assiguratur għandu:

(a) jistabilixxi l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni rilevanti ( 48 ) nieqes l-ammont miżmum fil-kotba ta':

(i) xi kosti differiti tal-akkwiżizzjoni relatati; u

(ii) xi assi intanġibbli, bħal dawk akkwistati f'kombinament ta' negozji jew trasferiment ta' portafoll (ara l-paragrafi 31 u 32). Madankollu, assi ta' riassigurazzjoni relatati mhumiex ikkunsidrati minħabba li assiguratur jagħti rendikont għalihom b'mod separat (ara l-paragrafu 20).

(b) jiddetermina jekk l-ammont deskritt f'(a) huwiex inqas mill-ammont miżmum fil-kotba li kien ikun meħtieġ jekk l-obbligazzjonijiet relevanti ta' assigurazzjoni kienu jaqgħu taħt l-ambitu tal-IAS 37. Jekk ikun inqas, l-assiguratur għandu jirrikonoxxi d-differenza sħiħa fil-profitt jew fit-telf u jnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba tal-kosti relatati tal-akkwiżizzjoni ddifferita jew assi intanġibbli relatati jew iżid l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjonijiet relevanti tal-assigurazzjoni.

18 Jekk it-test tal-assiguratur ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 16, it-test jiġi applikat fil-livell ta' aggregazzjoni speċifikata f'dak it-test. Jekk it-test ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni tiegħu ma jissodisfax dawk ir-rekwiżiti minimi, it-tqabbil deskritt fil-paragrafu 17 ser ikun fil-livell ta' portafoll ta' kuntratti li huma soġġetti għal riskji simili b'mod wiesa' u ġestiti flimkien bħala portafoll wieħed.

19 L-ammont deskritt fil-paragrafu 17(b) (i.e. ir-riżultat tal-applikazzjoni tal-IAS 37) għandu jirrifletti marġni ta' investiment fil-futur (ara l-paragrafi 27–29) jekk, u biss jekk, l-ammont deskritt fil-paragrafu 17(a) jirrifletti ukoll dawk il-marġni.

Indeboliment ta' assi ta' riassigurazzjoni

20 Jekk assi ta' riassigurazzjoni taċ-ċessjonarju hi jndebolit, iċ-ċessjonarju għandu jnaqqas l-ammont miżmum fil-kotba skont dan u jirrikonoxxi dak it-telf minn indeboliment fi profitt jew telf. Assi ta' riassigurazzjoni hi jndebolit jekk, u biss jekk:

(a) hemm xhieda oġġettiva, bħala riżultat ta' każ li seħħ wara rikonoxximent inizjali ta' assi ta' riassigurazzjoni, li min iċedi jista' ma jirċevix l-ammonti kollha dovuti taħt it-termini tal-kuntratt; u

(b) li l-każ għandi jmpatt imkejjel b'mod affidabbli, fuq l-ammonti li min iċedi se jirċievi mingħand ir-riassiguratur.

Bidliet fil-politika ta' kontabilità

21 Il-paragrafi 22–30 japplikaw kemm għal bidliet magħmula minn assiguratur li diġà applika l-Istandards IFRSs u għal bidliet magħmula minn assiguratur li jadotta IFRSs għall-ewwel darba.

22 Assiguratur jista' jibdel l-politika ta' kontabilità għal kuntratti tal-assigurazzjoni jekk, u biss jekk, il-bidla tagħmel ir-rapporti finanzjarji aktar rilevanti għal bżonnijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi ta' utenti u mhux inqas affidabbli, jew aktar affidabbli u mhux inqas rilevanti għal dawk ir-rekwiżiti. Assiguratur għandu jiġġudika r-rilevanza u l-fiduċja skont il-kriterja fl-IAS 8.

23 Biex jiġġustifika l-bdil fil-politika ta' kontabilità għal kuntratti tal-assigurazzjoni, assiguratur għandu juri li l-bidla għandha ġġib ir-rapporti finanzjarji aktar qrib biex jintlaħqu l-kriterji fl-IAS 8, iżda l-bidla m'hemmx għalfejn tikseb konformità sħiħa ma dawk il-kriterji. Il-kwistjonijiet speċifiċi li ġejjin huma diskussi hawn iktar 'l isfel:

(a) rati tal-imgħax attwali (il-paragrafu 24);

(b) kontinwazzjoni ta' prattiċi eżistenti (il-paragrafu 25);

(ċ) prudenza (il-paragrafu 26);

(d) marġni ta' investiment fil-futur (il-paragrafi 27–29); u

(e)  shadow accounting (il-paragrafu 30).

Rati tal-imgħax fis-suq attwali

24 Assiguratur hu permess, iżda mhux meħtieġ, li jibdel il-politika ta' kontabilità tiegħu biex ikejjel mill-ġdid obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni kklassifikati ( 49 ) li jirriflettu rati tal-imgħax fis-suq attwali u jirrikonoxxi tibdiliet f'dawk l-obbligazzjonijiet fi profitt jew telf. F'dak iż-żmien, jista' jintroduċi wkoll politika ta' kontabilità li tinħtieġ stimi attwali oħra u suppożizzjonijiet għall-obbligazzjonijiet speċifikati. L-għażla f'dan il-paragrafu tippermetti assiguratur biex jibdel il-politika ta' kontabilità tiegħu għal obbligazzjonijiet speċifikati, mingħajr ma japplika dik il-politika b'mod konsistenti għall-obbligazzjonijiet kollha simili kif inkella meħtieġ mill-IAS 8. Jekk assiguratur jispeċifika obbligazzjonijiet għal din l-għażla, għandu jkompli japplika rati tal-imgħax attwali fis-suq (u, jekk applikabbli, l-istimi attwali l-oħrajn u suppożizzjonijiet) b'mod konsistenti fil-perijodi kollha għal dawn l-obbligazzjonijiet sakemm dawn huma estinti.

Kontinwazzjoni ta' prattiċi eżistenti

25 Assiguratur jista' jkompli l-prattiċi li ġejjin, iżda l-introjtu ta' xi wħud minnhom ma jissodisfax il-paragrafu 22:

(a) il-kejl ta' obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni fuq bażi mhux skontata.

(b) il-kejl ta' drittijiet kuntrattwali għal drittijiet ta' ġestjoni ta' investiment futur f'ammont li jaqbeż il-valur ġust tagħhom kif implikat meta mqabbel ma' drittijiet attwali imposti minn parteċipanti tas-suq oħrajn għal servizzi simili. Aktarx li l-valur ġust fil-bidu ta' dawk id-drittijiet kuntrattwali hu ugwali għal spejjeż biex toriġina, ħlief meta d-drittijiet ta' ġestjoni ta' investiment futur u kosti relatati ma jaqblux meta mqabbla ma' dawk tas-suq.

(ċ) permezz ta' tipi ta' politika ta' kontabilità mhux unifomi għall-kuntratti tal-assigurazzjoni (u kosti differiti tal-akkwiżizzjoni relatati u assi intanġibbli relatati, jekk ikun hemm) ta' sussidjarji, ħlief kif permess bil-paragrafu 24. Jekk dik il-politika ta' kontabilità mhix uniformi, assiguratur jista' jibdilhom jekk il-bidla ma tagħmilx il-politika ta' kontabilità aktar differenti u jissodisfa ukoll r-rekwiżiti l-oħrajn f'dan l-IFRS.

Prudenza

26 Assiguratur m'għandux għalfejn jibdel il-politika ta' kontabilità tiegħu għal kuntratti tal-assigurazzjoni biex jelimina prudenza eċċessiva. Madankollu, jekk assiguratur diġà jkejjel il-kuntratti tal-assigurazzjoni bi prudenza xierqa, m'għandux jintroduċi prudenza addizzjonali.

Marġni ta' investiment fil-futur

27 Assiguratur m'hemmx għalfejn jibdel il-politika ta' kontabilità tiegħu għal kuntratti tal-assigurazzjoni biex jelimina marġni ta' investiment fil-futur. Madankollu, hemm preżunzjoni konfutabbli li rapporti finanzjarji tal-assiguratur ser isiri jnqas rilevanti u affidabbli jekk jintroduċi politika ta' kontabilità li tirrifletti marġni ta' investiment fil-futur fil-kejl ta' kuntratti tal-assigurazzjoni ħlief meta dawk il-marġni għandhom effett fuq il-pagamenti kuntrattwali. Żewġ eżempji ta' tipi ta' politika tal-kontabilità li jirriflettu dawk il-marġni huma:

(a) permezz ta' rata ta' skont li tirrifletti r-redditu stmat fuq l-assi tal-assiguratur; jew

(b) proġettazzjoni ta' redditu fuq dawk l-assi f'rata stmata ta' redditu, li tiskonta dawk ir-redditi proġettat f'rata differenti u li tinkludi r-riżultat fil-kejl tal-obbligazzjoni.

28 Assiguratur jista' jegħleb il-preżunzjoni konfutabbli deskritta fil-paragrafu 27 jekk, u biss jekk, il-komponenti l-oħra ta' bidla fil-politika ta' kontabilità jżidu r-rilevanza u l-fiduċja ta' rapporti finanzjarji tagħhom biżżejjed biex jegħlbu t-tnaqqis fir-rilevanza u l-fiduċja kkawżata bl-introjtu ta' marġni ta' investiment futur. Pereżempju, jekk il-politika ta' kontabilità eżistenti ta' assiguratur għal kuntratti tal-assigurazzjoni jinvolvu suppożizzjonijiet prudenti eċċessivi stabbiliti fil-bidu u rata ta' skont stabbilita minn regolatur mingħajr referenza diretta għal kondizzjonijiet tas-suq, u mingħajr konsiderazzjoni ta' xi opzjonijiet u garanziji mdeffsa. L-assiguratur jista' jagħmel ir-rapporti finanzjarji tiegħu aktar rilevanti u mhux inqas affidabbli billi jaqleb fuq kontabilità li tkun ibbażata fuq orjentazzjoni lejn l-investitur b'mod komprensiv li hi użata b'mod wiesa' u tinvolvi:

(a) stimi attwali u preżunzjonijiet;

(b) aġġustament raġonevoli (iżda mhux prudenti żżejjed) biex jirrifletti riskju u inċertezza;

(ċ) kejl li jirrifletti kemm il-valur intrinsiku u l-valur ta' ħin ta' opzjonijiet mdeffsa u garanziji; u

(d) rata ta' skont attwali tas-suq, anke jekk dik ir-rata ta' skont ikunu jirriflettu r-redditu stmat fuq l-assi tal-assiguratur.

29 F'xi metodi ta' kejl, ir-rata ta' skont hija użata biex tistabilixxi l-valur attwali ta' marġni ta' profitt fil-futur. Dak il-marġni ta' profitt hu mbagħad attribwit għal perijodi differenti permezz ta' formola. F'dawk il-modi, ir-rata ta' skont taffetwa l-kejl tal-obbligazzjoni indirettament biss. B'mod partikolari, l-użu ta' rata ta' skont anqas adattata għandha effett ristrett jew m'għandha l-ebda effett fuq il-kejl tal-obbligazzjoni fil-bidu. Madankollu, f'modi differenti, ir-rata ta' skont tistabbilixxi l-kejl tal-obbligazzjoni direttament. Fil-każ tal-aħħar, minħabba l-introjtu ta' rata ta' skont ibbażata fuq l-assi għandha effett aktar sinifikanti, hemm possibiltà għolja li assiguratur ma jegħlibx il-preżunzjoni konfutabbli deskritta fil-paragrafu 27.

Shadow accounting

30 F'xi mudelli ta' kontabilità, qligħ jew telf realizzabbli fuq assi ta' assiguratur għandhom effett dirett fuq il-kejl ta' xi jew kull (a) obbligazzjoni finanzjarja tiegħu, (b) kosti differiti tal-akkwiżizzjoni relatati u (ċ) assi intanġibbli relatati, bħal dawk deskritti fil-paragrafi 31 u 32. Assiguratur hu permess, iżda mhux meħtieġ biex jibdel il-politika ta' kontabilità tiegħu biex qligħ jew telf rikonoxxut iżda mhux irrealizzat fuq assi jaffetwa dak il-kejl bl-istess mod li qligħ jew telf realizzabbli jagħmel hekk. ►M5  L-aġġustament relatat mal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni (jew kosti differiti tal-akkwiżizzjoni jew assi intanġibbli) jiġi rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv jekk, u biss jekk, il-qligħ jew telf mhux irrealizzat ikun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv. ◄ Din il-prattika hi ta' spiss deskritta bħala “'shadow accounting”.

Kuntratti tal-assigurazzjoni akkwistati f'kombinament tan-negozji jew trasferiment ta' portafoll.

31 Biex jikkonforma mal-IFRS 3, kull assiguratur għandu fid-data tal-akkwiżizzjoni, ikejjel skont il-valur ġust l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni preżunta u l-assi tal-assigurazzjoni miksuba f'kombinament ta' negozju. Madankollu, assiguratur hu permess, iżda mhux meħtieġ, biex juża preżentazzjoni mwessa' li tifred il-valur ġust ta' kuntratti tal-assigurazzjoni miksuba f'żewġ komponenti:

(a) obbligazzjoni mkejla b'konformità mat-tipi ta' politika ta' kontabilità tal-assiguratur għal kuntratti tal-assigurazzjoni li joħroġ; u

(b) assi intanġibbli, li jirrappreżenta d-differenza bejn (i) il-valur ġust tad-drittijiet tal-assigurazzjoni kuntrattwali miksuba u l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni preżunta u (ii) l-ammont deskritt f'(a). Il-kejl sussegwenti ta' dan l-assi għandu jkun konsistenti mal-kejl tal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni relatata.

32 Assiguratur li jakkwista portafoll ta' kuntratti tal-assigurazzjoni jista' juża l-preżentazzjoni mwessa' deskritta fil-paragrafu 31.

33 L-assi intanġibbli deskritti fil-paragrafi 31 u 32 huma esklużi mill-ambitu tal-IAS 36 Indeboliment ta' Assi u l-IAS 38. Madankollu, l-IAS 36 u l-IAS 38 japplikaw għal elenki ta' klijenti u relazzjonijiet ma' klijenti billi jirriflettu l-aspettattiva ta' kuntratti futuri li mhumiex parti tad-drittijiet tal-assigurazzjoni kuntrattwali u obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni kuntrattwali li kienu fis-seħħ fid-data ta' kombinament ta' negozji jew trasferiment ta' portafoll.

Aspetti Diskrezzjonali ta' Parteċipazzjoni

Aspetti diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni f'kuntratti tal-assigurazzjoni

34 Xi kuntratti tal-assigurazzjoni fihom aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni kif ukoll element garantit. L-emittent ta' kuntratt bħal dan:

(a) jista', iżda mhux meħtieġ, jirrikonoxxi l-element garantit separatament mill-aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni. Jekk l-emittent ma jirrikonoxihomx separatament, għandu jikklassifika l-kuntratt kollu bħala obbligazzjoni. Jekk l-emittent ma jirrikonoxihomx separatament, għandu jikklassifika l-element garantit bħala obbligazzjoni.

(b) għandu, jekk jirrikonoxxi l-aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni separatament mill-element garantit, jikklassifika dak l-aspett jew bħala obbligazzjoni jew bħala komponent separat ta' ekwità. Dan l-IFRS ma jispeċifikax kif l-emittent jistabilixxi jekk dak l-aspett hux obbligazzjoni jew ekwità. L-emittent jista' jifred dak l-aspett f'komponenti ta' obbligazzjoni u ekwità u għandu juża politika ta' kontabilità konsistenti għal dik il-firda. L-emittent m'għandux jikklasifika dak l-aspett bħala kategorija intermedjarja li la hi obbligazzjoni lanqas ekwità.

(ċ) jista' jirrikonoxxi l-primjums kollha rċevuti bħala dħul mingħajr separazzjoni ta' xi frazzjoni li jirrelata mal-komponent ta' ekwità. Il-bidliet li jirriżultaw fl-element garantit u fil-frazzjoni b'aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni kklassifikata bħala obbligazzjoni għandhom jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf. Jekk parti mill-aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni jew kollu hu kklassifikat f'ekwità, frazzjoni mill-profitt jew mit-telf tista' tiġi attribwita għal dak l-aspett (bl-istess mod li porzjon jista' jiġi attribwit għal ►M11  interessi li ma jagħtux kontroll ◄ ). L-emittent għandu jirrikonoxxi l-porzjon ta' profitt jew telf attribwit għal kull komponent ta' ekwità ta' aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni bħala allokazzjoni ta' profitt jew telf, mhux bħala spiża jew introjtu (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji).

(d) għandu, jekk il-kuntratt fih derivat imdeffes li jaqa' fl-ambitu tal-IAS 39, japplika l-IAS 39 għal dak id-derivat imdeffes.

(e) għandu, f'kull rigward mhux deskritt fil-paragrafi 14–20 u 34(a)-(d), jissokta bil-politika ta' kontabilità fis-seħħ tiegħu għal kuntratti bħal dawn, ħlief meta jibdel il-politika ta' kontabilità tiegħu b'mod li jikkonforma mal-paragrafi 21–30.

Aspetti diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni fi strumenti finanzjarji

35 Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 34 japplikaw ukoll għal kull strument finanzjarju li fih aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni. Flimkien ma' dan:

(a) jekk l-emittent jikklasifika l-aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni bħala obbligazzjoni, għandu japplika t-test ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni fil-paragrafi 15–19 għal kuntratt kollu (i.e. kemm għall-element garantit u l-aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni). L-emittent m'għandux għalfejn jistabilixxi l-ammont li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IAS 39 għall-element garantit.

(b) jekk l-emittent jiklassifika parti jew l-aspett kollu bħala komponent separat ta' ekwità, l-obbligazzjoni rikonoxxut għall-kuntratt sħiħ m'għandux ikun inqas mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IAS 39 għall-element garantit. Dak l-ammont għandu jinkludi l-ammont intrinsiku ta' opzjoni għat-tisrif tal-kuntratt, iżda m'għandux għalfejn jinkludi l-valur taż-żmien tiegħu jekk paragrafu 9 jeżenta dik l-opzjoni għal kejl fil-valur ġust. L-emittent m'għandux għalfejn jiżvela l-ammont li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-IAS 39 għall-element garantit, lanqas m'għandu għalfejn jippreżenta l-ammont separatament. Barra minn hekk, l-emittent m'għandux għalfejn jistabbilixxi dak l-ammont jekk l-obbligazzjoni totali rikonoxxut jidher ċar li hu ogħla.

(ċ) għalkemm dawn il-kuntratti huma strumenti finanzjarji, l-emittent jista' jkompli jirrikonoxxi l-primjums għal dawk il-kuntratti bħala dħul u jirrikonoxxi bħala spejjez iż-żjieda li tirriżulta mill-ammont miżmum fil-kotba tal-passiv.

(d) għalkemm dawn il-kuntratti huma strumenti finanzjarji, l-emmittent li japplika l-paragrafu 20(b) tal-IFRS 7 għal kuntratti b'karatteristika ta' parteċipazzjoni diskrezzjonali għandu jiżvela l-ispiża totali tal-interess rikonoxxuta fi profitt u telf, iżda m'għandux għalfejn jikkalkula din l-ispiża tal-interess billi juża l-metodu tal-interess effettiv.

ŻVELAR

Spjegazzjoni ta' ammonti rikonoxxuti

36 Emittent għandu jiżvela t-tagħrif li jidentifika u jispjega l-ammonti fir-rapporti finanzjarji tiegħu li joħorġu minn kuntratti tal-assigurazzjoni.

37 Biex ikun konformi mal-paragrafu 36, assiguratur għandu jiżvela:

(a) il-politika ta' kontabilità għal kuntratti tal-assigurazzjoni u assi relatati, obbligazzjonijiet, introjtu u spejjeż.

(b) l-assi, obbligazzjonijiet, introjtu u spejjeż rikonoxxuti (u, jekk jippreżenta d-dikjarazzjoni dwar il-flussi ta' flus permezz tal-metodu dirett, flussi ta' flus) li joħorġu minn kuntratti tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, jekk l-assiguratur hu dak li qed iċedi, għandu jiżvela:

(i) qligħ u telf rikonoxxut fi profitt jew telf fuq xiri ta' riassigurazzjoni; u

(ii) jekk min qed iċedi jiddiferixxi u jamortizza qligħ u telf li jiġi mix-xiri ta' riassigurazzjoni, l-amortizzament għall-perijodu u għall-ammonti li jibqgħu mhumiex amortizzati fil-bidu u tmiem il-perijodu.

(ċ) il-perijodu użat biex jistabilixxi s-suppożizzjonijiet li għandhom l-akbar effett fuq il-kejl tal-ammonti rikonoxxuti deskritti f'(b). Meta jkun prattiku, assiguratur għandu wkoll jagħti żvelar kwantifikata ta' dawk is-suppożizzjonijiet.

(d) l-effett ta' bidliet fis-suppożizzjonijiet użati fil-kejl ta' assi tal-assigurazzjoni u obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni, li juru separatament l-effett li kull bidla għandha effett materjali fuq ir-rapporti finanzjarji.

(e) tqabbil ta' bidliet f'obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni, assi tar-riassigurazzjoni u, jekk hemm kosti differiti tal-akkwiżizzjoni relatati.

In-natura u d-daqs ta' riskji naxxenti minn kuntratti ta' assigurazzjoni

38 Assiguratur għandu jiżvela informazzjoni li tgħin l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha biex jivvalutaw in-natura u d-daqs tar-riskji naxxenti minn kuntratti ta' assigurazzjoni.

39 Biex ikun konformi mal-paragrafu 38, assiguratur għandu jiżvela:

(a) l-għanijiet, il-modi u l-processi tiegħu ta' mmaniġġar ta' riskji naxxenti minn kuntratti assikurattivi u l-metodi użati fil-maniġġ ta' dawk ir-riskji.

(b) [mħassra]

(ċ) informazzjoni dwar riskju tal-assigurazzjoni (kemm qabel u kemm wara li jitnaqqas ir-riskju permezz ta' assigurazzjoni mill-ġdid), inkluża informazzjoni dwar:

(i) sensitività għal riskju ta' assigurazzjoni (ara l-paragrafu 39A).

(ii) konċentrazzjonijiet ta' riskju ta' assigurazzjoni, li jinkludi deskrizzjoni ta' kif il-maniġment jiddeċiedi dwar konċentrazzjonijiet u deskrizzjoni tax-xejra kondiviża li tidentifika kull konċentrazzjoni (eż. tip ta' eventwalità assigurata, żona ġeografika, jew munita).

(iii) talbiet ta' riżarċiment attwali kumparati ma' estimi ta' qabel (ie żvilupp ta' talbiet ta' riżarċiment). Dan it-tagħrif dwar żvilupp ta' talbiet ta' riżarċiment għandu jmur lura sal-perijodu meta tkun qamet l-ewwel talba ta' riżarċiment materjali u li għad hemm inċertezza dwar l-ammont u ż-żmien tal-pagament tagħha. Madankollu, dan it-tagħrif m'għandux għalfejn imur lura iktar minn għaxar snin. Assiguratur m'għandux għalfejn jiżvela din l-informazzjoni f'każ ta' talbiet li dwarhom ikun hemm inċertezza dwar l-ammont u żmien tal-pagament tagħom, jekk din l-inċertezza normalment tiġi ċċarata fi żmien sena.

(d) informazzjoni dwar riskju ta’ kreditu, riskju ta’ likwidità u riskju tas-suq li l-paragrafi 31-42 tal-IFRS 7 jirrikjedu li kieku l-kuntratti tal-assigurazzjoni kienu jaqgħu taħt l-IFRS 7. Madankollu:

(i) assiguratur m’għandux għalfejn jipprovdi l-analiżi tal-maturità meħtieġa mill-paragrafu 39(a) u (b) tal-IFRS 7 jekk, minflok jagħmel dan, jiżvela informazzjoni dwar iż-żmien stmat li fih mistenni li jsir il-ħruġ nett ta’ flus li jirriżulta minn obbligazzjonijiet rikonoxxuti ta’ assigurazzjoni. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ analiżi, skond iż-żmien stmat, tal-ammonti rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

▼B

(ii) jekk assiguratur juża metodu alternattiv għall-immaniġġjar tas-sensitività għal-kundizzjonijiet tas-suq, bħal analiżi tal-valur imdeffes, jista' juża l-analiżi tas-sensitività biex ikun konformi mar-rekwiżi tal-paragrafu 40(a) tal-IFRS 7. Dan l-assiguratur irid jipprovdi wkoll l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 41 tal-IFRS 7.

(e) informazzjoni dwar esponimenti għal riskju tas-suq naxxenti minn derivattivi mdeffsa li jinstabu f'kuntratt prinċipali ta' assigurazzjoni jekk l-assiguratur m'huwiex rikjest u li jkejjel, u ma jkejjilx, id-derivattivi mdeffsa f'valur xieraq.

39A Biex ikun konformi mal-paragrafu 39(ċ)(i), assiguratur għandu jiżvela jew (a) jew (b) kif ġej:

(a) analiżi tas-sensittività li turi kif il-profitt jew telf u l-ekwità kienu jkunu affettwati li kieku seħħew bidliet fil-varjabbli relevanti tar-riskju li setgħu b'mod raġonevoli jseħħu fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar; il-metodi u s-suppożizzjonijiet użati fil-preparazzjoni tal-analiżi ta’ sensittività; u l-bidliet li jista’ jkun hemm mill-perjodu ta’ qabel fil-metodi u s-suppożizzjonijiet użati. ◄ Madankollu, jekk assiguratur juża metodu alternattiv biex jimmaniġġja s-sensitività għall-kundizzjonijiet tas-suq, bħal l-analiżi tal-valur imdeffes, jista' jkun konformi ma' dan ir-rekwiżit billi jiżvela dik l-analiżi alternattiva ta' sensitività u l-iżvelar rikjest mill-paragrafu 41 tal-IFRS 7.

(b) informazzjoni kwalitattiva dwar sensitività, u informazzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet u modalitajiet ta' kuntratti ta' assigurazzjoni li għandhom effett materjali fuq l-ammont, żmien u inċertezza tal-flussi ta' flus futuri tal-assiguratur.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

40 Id-dispożizzjonijiet transizzjonali fil-paragrafi 41–45 japplikaw kemm għal entità li diġà qed tapplika l-Istandards IFRS meta tapplika għal ewwel dan l-IFRS u għal entità li tapplika l-IFRS għall-ewwel darba (min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba).

41 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika din l-IFRS għal perijodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

41A  Kuntratti ta' Garanzija Finanzjarja (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 4), maħruġa f'Awissu 2005, paragrafi emendati 4(d), B18(g) u B19(f). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hi inkoraġġita. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perijodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati mal-IAS 39 u l-IAS 32 ( 50 ) fl-istess ħin.

▼M5

41B L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 30. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M33

41E L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼B

Żvelar

42 Entità mhux meħtieġa tapplika r-rekwiżiti ta' żvelar f'dan l-IFRS għal tagħrif komparattiv dwar perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2005, ħlief għal dak l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 37(a) u (b) dwar il-politika ta' kontabilità, u assi rikonoxxuti, obbligazzjonijiet, introjtu u spejjeż (u flussi ta' flus jekk jintuża l-metodu dirett).

43 Jekk mhux prattiku li jiġi applikat rekwiżit partikolari tal-paragrafi 10–35 għal informazzjoni komparattiva dwar perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2005, entità għandha tiżvela dak il-fatt. L-applikazzjoni tat-test ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni (il-paragrafi 15–19) għal informazzjoni komparattiva bħal dan jista' kull tant żmien ikun imprattiku, iżda x'aktarx li mhux ser ikun imprattiku li jiġu applikati għal rekwiżiti oħrajn tal-paragrafi 10–35 għal informazzjoni komparattiva bħal din. L-IAS 8 jispjega t-terminu “imprattiku”.

44 Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 39(ċ)(iii), entità m'hemmx għalfejn tiżvela tagħrif dwar żvilupp ta' talbiet li seħħew aktar kmieni minn ħames snin qabel l-aħħar tas-sena finanzjarja li fiha tapplika l-ewwel darba dan l-IFRS. Barra minn hekk, huwa imprattiku, meta entità tapplika l-ewwel darba dan l-IFRS, li jiġi ppreparat tagħrif dwar żvilupp ta' talba għal ħlas li seħħew qabel il-bidu tal-aktar perijodu bikri li għalih entità tippreżenta informazzjoni komparattiva sħiħa li tikkonforma ma' dan l-IFRS, l-entità għandha tiżvela dak il-fatt.

L-għażla mill-ġdid ta' assi finanzjarji

45 Meta assiguratur jibdel il-politika ta' kontabilità għal obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni, huwa permess, iżda mhux meħtieġ, li xi assi finanzjarji jew kollha kemm huma jiġu kklassifikati mill-ġdid kif 'huma fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf'. Din il-klassifikazzjoni mill-ġdid hi permessa jekk assiguratur jibdel il-politika ta' kontabilità meta japplika l-ewwel darba dan l-IFRS u jekk jagħmel bidla fil-politika sussegwenti permessa bil-paragrafu 22. Il-klassifikazzjoni mill-ġdid hi bidla fil-politika ta' kontabilità u tapplika l-IAS 8.




Appendiċi A

Termini mfissra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS



aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni

Dritt kuntrattwali biex tirċievi, bħala suppliment għal benefiċċji garantiti, benefiċċji addizzjonali:

(a)  x'aktarx ikunu frazzjoni sinifikanti tal- benefiċċji kuntrattwali totali;

(b)  li l-ammont tagħhom jew l-għażla ta' żmien huwa b'mod kuntrattwali fid-diskrezzjoni tal-emittent; u

(c)  li huma kuntrattwalment ibbażati fuq:

(i)  il-prestazzjoni ta' grupp speċifiku ta' kuntratti jew tip speċifiku ta' kuntratt;

(ii)  redditi fuq l-investiment irrealizzati u/jew mhux irrealizzati fuq grupp speċifiku ta' assi miżmuma mill-utent; jew

(iii)  il-profitt jew telf tal-kumpanija, fond jew entità oħra li toħroġ il-kuntratt.

assiguratur

Il-parti li għandha obbligu taħt kuntratt ta' assigurazzjoni biex tikkumpensa lil detentur ta' polza jekk iseħħ avveniment assigurat.

assi tal-assigurazzjoni

Id-drittijiet kuntrattwali netti ta' assiguratur taħt kuntratt tal-assigurazzjoni.

assi tar-riassigurazzjoni

Min iċedi u d-drittijiet kuntrattwali netti tiegħu taħt kuntratt ta' riassigurazzjoni.

avveniment assigurat

Avveniment futur inċert li hu kopert minn kuntratt ta' assigurazzjoni u joħloq riskju tal-assigurazzjoni.

benefiċċji garantiti

Pagamenti jew benefiċċji oħrajn li għalihom detentur ta' polza partikolari jew investitur għandu dritt mhux ikkundizzjonat li mhux soġġett għal diskrezzjoni kuntrattwali tal-emittent.

ċessjonant

Id-detentur ta' polza taħt kuntratt ta' riassigurazzjoni.

detentur ta' polza

Parti li għandha dritt għal kumpens taħt kuntratt tal-assigurazzjoni jekk avveniment assigurat iseħħ.

element garantit

Obbligu għal ħlas ta' benefiċċji garantiti, inklużi f'kuntratt li fih aspett diskrezzjonali ta' parteċipazzjoni.

frid

Rappurtaġġ għall-komponenti ta' kuntratt bħallikieku kienu kuntratti separati.

komponent ta' depożitu

Kull komponent ta' kuntratt li mhux ikkunsidrat bħala derivat taħt l-IAS 39 u li jaqa' fl-ambitu tal-IAS 39 jekk kien strument finanzjarju separat.

kuntratt ta' garanzija finanzjarja

Kuntratt li jeħtieġ li l-emittent jagħmel pagamenti speċifiċi biex jirrimborsaw lid-detentur għal telf li jsofri minħabba li debitur speċifiku jonqos milli jagħmel pagament meta dovut taħt it-termini oriġinali jew modifikati ta' strument ta' debitu.

kuntratt tal-assigurazzjoni

Kuntratt li fih parti waħda (l-assiguratur) taċċetta riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti minn parti oħra (id-detentur tal-polza) billi tiftiehem biex tħallas lid-detentur tal-polza jekk avveniment futur inċert speċifiku (l-avveniment assigurat) jaffetwa b'mod negattiv id-detentur tal-polza. (Ara Appendiċi B għal gwida dwar din it-tifsira.)

kuntratt tal-assigurazzjoni diretta

Kull kuntratt tal-assigurazzjoni li mhux kuntratt tar-riassigurazzjoni.

kuntratt tar-riassigurazzjoni

Kull kuntratt tal-assigurazzjoni maħruġ minn assiguratur wieħed (ir-riassiguratur) biex jikkumpensa assiguratur ieħor (min ċeda) għal telf minn kuntratt wieħed jew aktar maħruġ minn min ċeda.

obbligazzjoni tal-assigurazzjoni

Id-drittijiet kuntrattwali netti ta' assiguratur taħt kuntratt tal-assigurazzjoni.

riassiguratur

Il-parti li għandha obbligu taħt kuntratt ta' riassigurazzjoni biex tikkumpensa lil min iċedi jekk iseħħ avveniment assigurat.

riskju finanzjarju

Ir-riskju ta' bidla futura possibbli f'rata tal-imgħax speċifika waħda jew aktar ta', prezz ta' strument finanzjarju, prezz ta' prodott kummerċjali, rata tal-iskambju, indiċi ta' prezzijiet jew rati jew klassifikazzjoni jew indiċi ta' kreditu jew varjabbli ieħor, provdut fil-każ ta' varjabbli mhux finanzjarju fejn il-varjabbli mhux speċifiku għal parti b'sehem fil-kuntratt.

riskju tal-assigurazzjoni

Riskju, barra mir-riskju finanzjarju, ittrasferit mingħand id-detentur ta' kuntratt għal għand l-emittent.

test ta' adegwatezza ta' obbligazzjoni

Stima ta' jekk l-ammont miżmum fil-kotba ta' obbligazzjoni tal-assigurazzjoni għandux jiżdied (jew l-ammont miżmum fil-kotba ta' kosti differiti tal-akkwiżizzjoni relatati jew assi intanġibbli relatati mnaqqsa), fuq bażi ta' reviżjoni ta' flussi futuri ta' flus.

▼M33

valur ġust

huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

▼B




Appendiċi B

Definizzjoni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

B1 Dan l-appendiċi jagħti gwida fuq it-tifsira ta' kuntratt tal-assigurazzjoni f'Appendiċi A. Hu jindirizza l-każijiet li ġejjin:

(a) it-terminu “avveniment futur inċert” (il-paragrafi B2-B4);

(b) pagament mhux fi flus (il-paragrafi B5-B7);

(c) riskju tal-assigurazzjoni u riskji oħrajn (il-paragrafi B8-B17);

(d) eżempji ta' kuntratti tal-assigurazzjoni (il-paragrafi B18-B21);

(e) riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti (il-paragrafi B22-B28); u

(f) bidliet fil-livell ta' riskju tal-assigurazzjoni (il-paragrafi B29 u B30).

Avveniment futur inċert

B2 L-inċertezza (jew riskju) hi l-essenza ta' kuntratt tal-assigurazzjoni. Għalhekk, ta' lanqas wieħed minn dawn li ġejjin huwa inċert fil-bidu ta' kuntratt tal-assigurazzjoni:

(a) jekk avveniment assigurat ikunx ser iseħħ;

(b) meta ser iseħħ; jew

(c) kemm għandu bżonn iħallas l-assiguratur jekk iseħħ.

B3 F'xi kuntratti ta' assigurazzjoni, l-avveniment assigurat hu s-sejba ta' telf matul il-perijodu tal-kuntratt, anke jekk it-telf joħroġ minn avveniment li seħħ qabel il-bidu tal-kuntratt. F'xi kuntratti tal-assigurazzjoni oħrajn, l-avveniment assigurat huwa l-avveniment li jseħħ matul il-perijodu tal-kuntratt, anke jekk it-telf hu skopert wara t-tmiem tal-perijodu tal-kuntratt.

B4 Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jkopru avvenimenti li diġà seħħew, iżda li l-effett finanzjarju tagħhom għadu inċert. Eżempju hu kuntratt tal-assigurazzjoni li jkopri l-assiguratur dirett kontra żvilupp negattiv ta' talbiet diġà rapportati minn detenturi ta' poloz. F'kuntratti bħal dawn, l-avveniment assigurat huwa l-kost aħħari ta' dawn it-talbiet.

Paġamenti mhux fi flus

B5 Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jeħtieġu jew jippermettu pagamenti sabiex isiru mhux fi flus. Eżempju hu meta assiguratur jibdel direttament oġġett misruq, minflok ma jirrimborża d-detentur tal-polza. Eżempju ieħor hu meta assiguratur juża l-isptarijiet u l-personal mediku tiegħu biex jipprovdi servizzi mediċi koperti bil-kuntratti.

B6 Xi kuntratti ta' servizz b'miżati stabbiliti fejn il-livell ta' servizz jiddependi fuq avveniment inċert jissodisfaw it-tifsira ta' kuntratt tal-assigurazzjoni f'dan l-IFRS iżda mhumiex regolati bħala kuntratti tal-assigurazzjoni f'xi pajjiżi. Eżempju wieħed hu l-kuntratt ta' manutenzjoni li bih il-fornitur tas-servizz jiftiehem li jsewwi t-tagħmir speċifiku wara ħsara. Il-miżata tas-servizz stabbilita hija bbażata fuq in-numru mistenni ta' ħsarat fit-tħaddim, iżda hu inċert jekk magna partikolari hux ser ikollha l-ħsara. Il-ħsara fit-tħaddim tat-tagħmir jaffetwa b'mod avvers lis-sid tagħha u l-kuntratt jikkompensa lis-sid (in speċi, aktar milli fi flus kontanti). Eżempju ieħor hu kuntratt għal servizzi fuq ħsarat ta' problemi fuq vetturi li fihom il-fornitur jaqbel li, għal miżata annwali stabbilita, jipprovdi assistenza tat-triq jew jirmonka l-vettura għal garaxx fil-qrib. Il-kuntratt tal-aħħar jista' jissodisfa kuntratt tal-assigurazzjoni anke meta l-fornitur ma jaqbilx li jwettaq it-tiswijiet jew jibdel il-partijiet.

B7 L-applikazzjoni tal-IFRS għal kuntratti deskritti fil-paragrafu B6 x'aktarx ma jkunx aktar impenjattivi mill-applikazzjoni tal-Istandards ta' IFRS li jkunu applikabbli jekk kuntratti bħal dawn kienu barra mill-ambitu ta' dan l-IFRS:

(a) Aktarx mhux se jkun hemm obbligazzjonijiet materjali għal ħsarat fit-tħaddim u ħsarat serji li jkunu diġà seħħew.

(b) Kieku l-IAS 18 Dħul kien applikabbli, il-fornitur tas-servizz kien jirrikonoxxi d-dħul b'referenza għall-istadju ta' tlestija (u soġġett għal kriterji speċifikati oħra). Dak l-approċċ hu aċċettat ukoll taħt dan l-IFRS, li jippermetti l-fornitur tas-servizzi (i) biex ikompli bil-politika ta' kontabilità tiegħu għal dawn il-kuntratti ħlief meta jinvolvu prattiċi projbiti skont paragrafu 14 u (ii) biex itejjeb l-politika ta' kontabilità tiegħu jekk permess mill-paragrafi 22–30.

(c) Il-fornitur tas-servizz jikkunsidra jekk il-kost li jissodisfa l-obbligu kuntrattwali biex jipprovdi servizz jaqbiżx id-dħul li rċieva bil-quddiem. Biex isir hekk, japplika t-test ta' adegwatezza tal-obbligazzjoni deskritt fil-paragrafi 15–19 ta' dan l-IFRS. Kieku dan l-IFRS ma kienx japplika għal dawn il-kuntratti, il-fornitur tas-servizz kien japplika l-IAS 37 biex jiddetermina jekk il-kuntratti humiex onerużi.

(d) Għal dawn il-kuntratti, ir-rekwiżiti ta' żvelar f'dan l-IFRS x'aktarx li mhux ser iżidu b'mod sinifikanti fuq dikjarazzjonijiet meħtieġa minn IFRS oħrajn.

Distinzjoni bejn riskju tal-assigurazzjoni u riskji oħrajn

B8 Id-definizzjoni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni tirreferi għal riskju tal-assigurazzjoni, li dan l-IFRS ifisser bħala riskju, barra minn riskju finanzjarju, ittrasferit mid-detentur ta' kuntratt għall-emittent. Kuntratt li jesponi lill-emittent għal riskju finanzjarju mingħajr riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni.

B9 Id-definizzjoni ta' riskju finanzjarju f'Appendiċi A jinkludi elenku ta' varjabbli finanzjarji u mhux finanzjarji. Dik il-lista tinkludi varjabbli mhux finanzjarji li m'humiex speċifiċi għal parti b'sehem fil-kuntratt, bħal indiċi minn telf ta' terremoti f'reġjun partikolari jew indiċi ta' temperaturi f'belt partikolari. Din teskludi varjabbli mhux finanzjarji li huma speċifiċi għal parti fil-kuntratt, bħal meta jseħħ jew ma jseħħx nar li jagħmel ħsara jew jeqred assi ta' dik il-parti. Barra minn hekk, ir-riskju ta' bidliet fil-valur ġust ta' assi mhux finanzjarju mhux riskju finanzjarju jekk il-valur ġust jirrifletti mhux biss bidliet fil-prezzijiet tas-suq għal assi bħal dawn (varjabbli finanzjarju) iżda ukoll il-kundizzjoni ta' assi mhux finanzjarju speċifiku miżmum minn parti fil-kuntratt (varjabbli mhux finanzjarju). Pereżempju, jekk garanzija ta' valur residwu ta' vettura speċifika tesponi lill-garanti għall-riskju għal bidliet fil-kundizzjoni fiżika tal-vettura, dak ir-riskju hu riskju tal-assigurazzjoni, mhux riskju finanzjarju.

B10 Xi kuntratti jesponu lill-emittent għal riskju finanzjarju, barra r-riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti addizzjonali Pereżempju, diversi kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja jiggarantixxu rata ta' redditu minima lill-proprjetarji ta' poloz (b'hekk joħolqu riskju finanzjarju) u jwegħdu benefiċċji ta' mewt li f'xi waqtiet jaqbżu b'mod sinifikanti l-bilanċ tal-kontijiet tal-proprjetarji tal-poloz (b'hekk joħolqu riskju tal-assigurazzjoni f'għamla ta' riskju fuq il-mewt). Kuntratti bħal dawn huma kuntratti tal-assigurazzjoni.

B11 Taħt xi kuntratti, avveniment assigurat jikkaġuna l-ħlas ta' ammont marbut ma' indiċi tal-prezzijiet. Kuntratti bħal dawn huma kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm-il darba l-pagament li hu kontinġenti fuq l-avveniment assigurat jista' jkun sinifikanti. Pereżempju, annwità kontinġenti fuq il-ħajja marbuta ma' indiċi fuq l-kosti tal-ħajja tittrasferixxi r-riskju tal-assigurazzjoni minħabba li pagament jkun sar minħabba avveniment inċert – is-sopravivenza tal-benefiċjarju tal-annwalità. Ir-rabta mal-indiċi tal-prezzijiet huwa derivat imdeffes, iżda ukoll titrasferixxi r-riskju tal-assigurazzjoni. Jekk it-trasferiment li jirriżulta ta' riskju tal-assigurazzjoni huwa sinifikanti, id-derivat imdeffes jissodisfa t-tifsira ta' kuntratt tal-assigurazzjoni, f'liema każ m'hemmx għalfejn li jiġi separat u mkejjel skont il-valur ġust (ara l-paragrafu 7 ta' dan l-IFRS).

B12 Id-definizzjoni ta' riskju tal-assigurazzjoni jirreferi għal riskju li l-assiguratur jaċċetta mingħand id-detentur tal-polza. Fi termini ieħor, ir-riskju tal-assigurazzjoni hu riskju li jeżisti minn qabel ittrasferit mingħand id-detentur tal-polza lill-assiguratur. Għalhekk, riskju ġdid maħluq mill-kuntratt mhux riskju tal-assigurazzjoni.

B13 Id-definizzjoni ta' kuntratt tal-assigurazzjoni tirreferi għal effett avvers fuq id-detentur tal-polza. Id-definizzjoni ma tirristrinġiex il-pagament mill-assiguratur għal ammont ugwali għall-impatt finanzjarju tal-avveniment avvers. Pereżempju, id-definizzjoni ma teskludiex kopertura 'ġdida għal antika' li tħallas lid-detentur tal-polza biżżejjed li tippermetti tibdil ta' assi antik imħassar ma' assi ġdid. Hekk ukoll, id-definizzjoni ma tirristrinġiex pagament taħt kuntratt tal-assigurazzjoni ta' ħajja għat-telf finanzjarju soffrut mid-dipendenti tal-mejjet, u lanqas ma tipprekludi l-ħlas ta' ammonti stabbiliti minn qabel biex jikkwantifikaw it-telf maħluq bil-mewt jew b'aċċident.

B14 Xi kuntratti jeħtieġu pagament jekk avveniment inċert speċifiku jseħħ, iżda m'għandhomx bżonn ta' effett avvers fuq id-detentur tal-polza bħala kundizzjoni minn qabel għal ħlas. Kuntratt bħal dan mhux kuntratt tal-assigurazzjoni anke jekk id-detentur juża l-kuntratt biex jimmitiga l-esponiment għal skopertura (għar-riskju). Pereżempju, jekk id-detentur juża derivat biex jagħmel hedge għal varjabbli mhux finanzjarju bażiku li hu korrelatat ma' flussi ta' flus minn assi ta' entità, id-derivat mhux kuntratt tal-assigurazzjoni minħabba li l-pagament mhux kundizzjonali fuq jekk id-detentur hux affetwat b'mod avvers bi tnaqqis fil-flussi ta' flus mill-assi. Għal kuntrarju, it-tifsira ta' kuntratt tal-assigurazzjoni tirreferi għal avveniment inċert li għaliha effett avvers fuq id-detentur tal-polza hi kundizzjoni kuntrattwali minn qabel għal pagament. Din il-kundizzjoni kuntrattwali minn qabel ma teħtieġx li l-assiguratur jinvestiga jekk l-avveniment realment ikkaġunax effett negattiv, iżda tippermetti l-assiguratur li jirrifjuta li jħallas jekk ma jkunx sodisfatt li l-avveniment ikkaġunax effett avvers.

B15 Preskrizzjoni jew riskju persistenti (ie ir-riskju li l-kontropartit jikkanċella l-kuntratt minn qabel jew aktar tard minn meta l-emittent ikun stenna biex jipprezza l-kuntratt) m'huwiex riskju ta' assigurazzjoni minħabba li l-pagament lill-kontropartit mhux kontinġenti għal avveniment futur inċert li jaffetwa b'mod avvers il-kontropartit. Hekk ukoll, riskju fl-ispejjeż (ie ir-riskju ta' żidiet mhux mistennija fil-kosti amministrattivi assoċjati mat-tħaddim ta' kuntratt, aktar milli l-kosti assoċjati mal-avvenimenti assigurati) mhux riskju tal-assigurazzjoni minħabba żjieda mhux mistennija fl-ispejjez ma jaffetwax b'mod avvers il-kontropartit.

B16 Għalhekk, kuntratt li jesponi l-emittent għal riskju ta' preskrizzjoni, riskju ta' persistenza jew riskju ta' spejjez mhux kuntratt tal-assigurazzjoni ħlief meta tesponi l-emittent għal riskju tal-assigurazzjoni. Madankollu, jekk l-emittent ta' dak il-kuntratt jimmitiga dak ir-riskju billi juża kuntratt sekondarju għat-trasferriment ta' parti minn dak ir-riskju lil parti oħra, it-tieni kuntratt jesponi l-parti l-oħra għar-riskju ta' assigurazzjoni.

B17 Assiguratur jista' jaċċetta riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti mingħand id-detentur tal-polza biss jekk l-assiguratur hu entità separata mid-detentur tal-polza. Fil-każ ta' assiguratur reċiproku, ir-reċiprokant jaċċetta riskju mingħand id-detentur tal-polza u jippulja dak ir-riskju. Għalkemm id-detenturi tal-poloz jġorru r-riskju b'mod kollettiv fil-kapaċità tagħhom ta' proprjetarji, ir-reċiprokant aċċetta xorta waħda r-riskju li hu l-essenza ta' kuntratt tal-assigurazzjoni.

Eżempju ta' kuntratti tal-assigurazzjoni

B18 Li ġejjin huma eżempji ta' kuntratti li huma kuntratti tal-assigurazzjoni, jekk it-trasferiment ta' riskju tal-assigurazzjoni hu sinifikanti:

(a) assigurazzjoni kontra s-serq jew il-ħsara lil proprjetà.

(b) assigurazzjoni kontra responsabbiltà għall-prodott, responsabbiltà professjonali, responsabbiltà ċivili jew spejjeż legali.

(c) assigurazzjoni fuq il-ħajja u skemi ta' ħlas minn qabel għal servizzi ta' funerali meta jkun hemm mewt jew, għal xi tipi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja meta l-mewt iseħħ fil-perijodu kopert mill-assigurazzjoni fuq il-ħajja).

(d) Annwalitajiet kontinġenti fuq il-ħajja u pensjonijiet (ie kuntratti li jipprovdu kumpens għal avveniment futur inċert — is-sopravivenza tal-benefiċjarju tal-annwalità jew pensjonant — biex jassisti lill-benefiċjarju tal-annwalità jew pensjonant fiż-żamma ta' standard ta' ħajja partikolari, li kieku mhux hekk jiġi affettwat b'mod avvers bis-sopravivenza tiegħu jew tagħha).

(e) kopertura għal diżabilità u kopertura medika.

(f)  bonds depożitati bħala garanzija, rabtiet ta' fiduċja, garanziji fuq xogħol b'kuntratt, u rabtiet (ta' flus) fuq l-offerta (i.e. kuntratti li jipprovdu kumpens jekk parti parti oħra tonqos milli twettaq obbligu kuntrattwali, pereżempju obbligu li jsir xi bini).

(g) assigurazzjoni tal-kreditu li tipprovdi għal pagamenti speċifiċi li jridu jsiru biex jirrimborsaw lid-detentur għal telf li jerfa' minħabba li debitur speċifiku jonqos milli jagħmel pagament meta dovut taħt it-termini oriġinali jew modifikati ta' strument ta' debitu. Dawn il-kuntratti jistgħu jieħdu għamliet legali differenti, bħal dak ta' garanzija finanzjarja, xi tipi ta' ittra ta' kreditu, kuntratt derivat kontra r-riskju fuq il-kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. Madankollu, għalkemm dawn il-kuntratti jissodisfaw id-definizzjoni ta' kuntratt ta' assigurazzjoni, jissodisfaw ukoll id-definizzjoni ta' kuntratt ta' garanzija finanzjarja fl-IAS 39 u jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 32 ( 51 ) u l-IAS 39, u mhux dan l-IFRS (ara l-paragrafu 4(d)). Madankollu, jekk emittent ta' kuntratti ta' garanzija finanzjarja jkun asserixxa preċedentement b'mod espliċitu li huwa jirrigwarda dawk il-kuntratti bħala kuntratti ta' assigurazzjoni u jkun uża kontabilità applikabbli għal kuntratti tal-assigurazzjoni, l-emittent jista' jagħżel li japplika jew l-IAS 39 u l-IAS 32 (51)  jew dan l-Istandard għal dawk il-kuntratti ta' garanzija finanzjarja.

(h) garanziji ta' prodott. Garanziji ta' prodott maħruġa minn parti oħra għal oġġetti mibjugħa minn manifattur, negozjant jew bejjiegħ bl-imnut jaqgħu fl-ambitu ta' dan l-IFRS. Madankollu, garanziji ta' prodott maħruġa direttament minn manifattur, negozjant jew bejjiegħ bl-imnut huma barra l-ambitu tiegħu, minħabba li huma jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 18 u l-IAS 37.

(i) assigurazzjoni titolari (ie assigurazzjoni kontra s-sejba ta' difetti fit-titlu għal art li ma kienux apparenti meta l-kuntratt tal-assigurazzjoni kien miktub). F'dan il-każ, l-avveniment assigurat huwa s-sejba ta' difett fit-titlu, mhux fid-difett nnifsu.

(j) assistenza għal vjaġġ (i.e. kumpens fi flus kontanti jew mhux fi flus lid-detenturi ta' poloz għal telf magħmul waqt li kienu jivvjaġġaw). Il-paragrafi B6 u B7 jiddiskutu xi kuntratti ta' dan it-tip.

(k)  Bonds għall-katastrofi li jipprovdu għal pagamenti mnaqqsa ta' kapital, imgħax jew it-tnejn jekk avveniment jaffetwa b'mod avvers l-emittent tal-bond (ħlief meta l-avveniment speċifiku ma joħloqx riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti, pereżempju jekk l-avveniment hu bidla fir-rata tal-imgħax jew rata tal-kambju barrani).

(l) skambji tal-assigurazzjoni u kuntratti oħrajn li jeħtieġu pagament ibbażat fuq bidliet fil-varjabbli klimatiċi, ġeoloġiċi jew varjabbli fiżiċi oħrajn li huma speċifiċi għal parti b'sehem fil-kuntratt.

(m) kuntratti ta' riassigurazzjoni

B19 Li ġejjin huma eżempji ta' entrati li mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni:

(a) kuntratti tal-investiment li huma f'għamla legali ta' kuntratt tal-assigurazzjoni iżda ma jesponux l-assiguratur għal riskju ta' assigurazzjoni sinifikanti, pereżempju kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li fihom l-assiguratur ma jġorr l-ebda riskju sinifikanti għal mortalità (kuntratti bħal dawn huma strumenti finanzjarji mhux assigurati jew kuntratti ta' servizz, ara l-paragrafi B20 u B21).

(b) kuntratti li huma fl-għamla legali ta' assigurazzjoni, iżda jgħaddu r-riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni kollu lura lid-detentur tal-polza permezz ta' mekkaniżmi li ma jitħassrux u li jistgħu jkunu infurzati biex jaġġustaw pagamenti futuri mid-detentur tal-polza bħala riżultat dirett ta' telf assigurat, pereżempju xi kuntratti ta' riassigurazzjoni finanzjarji jew xi kuntratti ta' gruppi (dawn il-kuntratti huma ġeneralment strumenti finanzjarji mhux assigurati jew kuntratti ta' servizz, ara l-paragrafi B20 u B21).

(c) assigurazzjoni minn wieħed innifsu, fi termini ieħor riskju li seta' kien kopert b'assigurazzjoni (m'hemmx kuntratt tal-assigurazzjoni minħabba li m'hemmx ftehiem ma parti oħra).

(d) kuntratti (bħal kuntratti tal-logħob tal-ażżard) li jeħtieġu pagament jekk avveniment futur inċert speċifiku jseħħ, iżda ma jeħtieġux bħala kundizzjoni kuntrattwali minn qabel għal ħlas, li l-avveniment jaffetwa b'mod avvers id-detentur tal-polza. Madankollu, dan ma jipprekludiex l-ispeċifikazzjoni ta' ħlas stabbilit minn qabel biex jiġi kkwantifikat it-telf ikkaġunat minn avveniment speċifiku bħal mewt jew xi aċċident (ara ukoll paragrafu B13).

(e) derivati li jesponu parti waħda għal riskju finanzjarju iżda mhux riskju ta' assigurazzjoni minħabba li jeħtieġu dak il-parti biex jagħmel pagament ibbażat biss fuq bidliet f'wieħed jew aktar ta' rata tal-imgħax speċifika, prezz ta' strument finanzjarju, prezz ta' prodott kummerċjali, rata tal-iskambju barrani, indiċi ta' prezzijiet jew rati, klassifika ta' debituri jew indiċi ta' kreditu jew varjabbli ieħor, provdut fil-każ ta' varjabbli mhux finanzjarju fejn il-varjabbli mhux speċifiku għal parti b'sehem fil-kuntratt ara l-IAS 39).

(f) garanzija relatata ma' kreditu (jew ittra ta' kreditu, kuntratt derivat kontra r-riskju fuq il-kreditu jew kuntratt ta' assigurazzjoni ta' kreditu) li jeħtieġ pagamenti anke jekk id-detentur ma jkunx sofra telf minn nuqqas tad-debitur li jagħmel ħlasijiet meta dovuti (ara l-IAS 39).

(g) kuntratti li jeħtieġu pagament ibbażat fuq varjabbli klimatiċi, ġeoloġiċi jew varjabbli fiżiku ieħor li mhux speċifiku għal parti b'sehem fil-kuntratt (ġeneralment deskritti bħala derivati marbutin mat-temp).

(h)  bonds għall-katastrofi li jipprovdu għal pagamenti mnaqqsa ta' kapital, mgħax jew it-tnejn, ibbażati fuq klima ġeoloġija jew varjabbli fiżiku ieħor li mhux speċifiku għal parti b'sehem fil-kuntratt.

B20 Jekk il-kuntratti deskritti fil-paragrafu B19 joħolqu assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, huma jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 39. Fost affarijiet oħra, dan ifisser li l-partijiet kontraenti jużaw dak li kultant jissejjaħ kontabilità ta' depożitu, li jinvolvi li ġej:

(a) parti waħda tirrikonoxxi l-korrispettiv irċevut bħala obbligazzjoni finanzjarja, aktar milli bħala dħul.

(b) il-parti l-oħra tirrikonoxxi l-korrispettiv imħallas bħala assi finanzjarju, aktar milli bħala spiża.

B21 Jekk il-kuntratti deskritti fil-paragrafu B19 ma joħolqux assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, japplika l-IAS 18. Skont l-IAS 18, dħul assoċjat ma' tranżazzjoni li jinvolvi l-għoti ta' servizzi hu rikonoxxut b'referenza għall-istadju ta' tlestija tat-tranżazzjoni jekk ir-riżultat tat-tranżazzjoni jista' jiġi stmat b'mod kredibbli.

Riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti

B22 Kuntratt huwa kuntratt tal-assigurazzjoni jekk jittrasferixxi riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti. Il-paragrafi B8-B21 jiddiskutu r-riskju ta' assigurazzjoni. Il-paragrafi li ġejjin jiddiskutu l-eżami jekk riskju tal-assigurazzjoni hux sinifikanti.

B23 Riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti jekk, u biss jekk, avveniment assigurat jista' jikkaġuna lill-assiguratur iħallas benefiċċji addizzjonali sinifikanti f'kull xenarju, barra xenarji li huma nieqsa minn sustanza kummerċjali (ie m'għandhom l-ebda effett li jiddistingwi fuq l-ekonomija tat-tranżazzjoni). Jekk benefiċċji addizzjonali sinifikanti jkunu pagabbli f'xenarji li għandhom sustanza kummerċjali, il-kundizzjoni fis-sentenza ta' qabel tista' tiġi ssodisfata jekk l-avveniment assigurat diffiċli ħafna li jseħħ jew anke jekk il-valur preżenti mistenni (ie mkejjel fuq probabbiltà) ta' flussi ta' flus kontinġenti huwa proporzjon żgħir tal-ammont attwali mistenni tal-flussi ta' flus kollha kuntrattwali li fadal.

B24 Il-benefiċċji addizzjonali deskritti fil-paragrafu B23 jirreferu għall-ammonti li jeċċedu dawk li jkunu pagabbli jekk l-ebda avveniment assigurat ma seħħ (barra xenarji li ma fihomx sustanza kummerċjali). Dawk l-ammonti addizzjonali jinkludu l-ġestjoni ta' talbiet għall-ħlas u kosti ta' stimi ta' talbiet għall-ħlas, iżda jeskludu:

(a) in-nuqqas ta' ħila fejn id-detentur tal-polza jiġi mitlub iħallas għal servizzi futuri. Pereżempju, f'kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma' investiment, il-mewt ta' detentur ta' polza jfisser li l-assiguratur ma jistax aktar iwettaq servizzi ta' ġestjoni ta' investiment u jiġbor il-miżata biex jagħmel hekk. Madankollu, it-telf ekonomiku għall-assiguratur ma jirriflettiex riskju tal-assigurazzjoni, bħalma maniġer ta' fond ta' benefiċċju komuni ma jieħux riskju tal-assigurazzjoni fir-rigward ta' mewt possibbli tal-klijent. Għalhekk, it-telf potenzjali ta' drittijiet għal ġestjoni ta' investiment fil-futur m'huwiex rilevanti fl-istima ta' kemm riskju tal-assigurazzjoni huwa ttrasferit b'kuntratt.

(b) ir-rinunzja fuq mewt ta' imposti li jsiru fuq kanċellazzjoni jew tisrif. Minħabba li l-kuntratt ġab dawk l-imposti f'eżistenza, ir-rinunzjar ta' dawk l-imposti ma jikkompensax lid-detentur tal-polza għal riskju li kien jeżisti minn qabel. Għal din ir-raġuni, m'humiex rilevanti biex jevalwaw kemm mir-riskju tal-assigurazzjoni huwa ttrasferit b'kuntratt.

(c) kull pagament li hu kundizzjonali għal avveniment li ma jikkawżax telf sinifikanti għad-detentur tal-kuntratt. Pereżempju, ikkunsidra kuntratt li jkun jeħtieġ li l-emittent iħallas miljun unità ta' munità, jekk l-assi jsofri ħsara fiżika li tikkawża telf ekonomiku insinifikanti ta' unità ta' munita waħda lid-detentur. F'dan il-kuntratt, id-detentur jittrasferixxi lill-assiguratur ir-riskju insinifikanti li jitlef unità ta' munita waħda. Fl-istess ħin, il-kuntratt joħloq riskju mhux ta' assigurazzjoni li l-emittent ser ikollu bżonn iħallas 999,999 unità ta' munita jekk l-avveniment speċifiku jseħħ. Minħabba l-emittent ma jaċċettax riskju ta' assigurazzjoni sinifikanti mingħand id-detentur, dan il-kuntratt mhux kuntratt tal-assigurazzjoni.

(d) irkupri ta' riassigurazzjoni possibbli L-assiguratur jagħti kunsiderazzjoni għal dawn b'mod separat.

B25 Assiguratur għandu jevalwa s-sinifikat tar-riskju ta' assigurazzjoni kuntratt b'kuntratt, aktar milli b'referenza għall-materjalità tar-rapporti finanzjarji. ( 52 ) B'hekk, ir-riskju tal-assigurazzjoni jista' jkun sinifikanti anki jekk ikun hemm probabbiltà minima ta' telf materjali għal ktieb sħiħ ta' kuntratti. Dan l-eżami ta' kuntratt b'kuntratt jagħmilha aktar faċli biex tikklassifika kuntratt bħala kuntratt tal-assigurazzjoni. Madankollu, jekk ktieb relattivament omoġenju ta' kuntratti żgħar hu magħruf li jikkonsisti minn kuntratti li kollha jittrasferixxu r-riskju tal-assigurazzjoni, assiguratur m'hemmx għalfejn jeżamina kull kuntratt f'dak il-ktieb biex jidentifika pagamenti mhux diskrezzjonarji li jittrasferixxu riskju tal-assigurazzjoni insinifikanti.

B26 Isegwi mill-paragrafi B23-B25 li jekk kuntratt iħallas benefiċċju tal-mewt li jaqbeż l-ammont imħallas fuq sopravivenza, il-kuntratt ikun kuntratt tal-assigurazzjoni għajr meta l-benefiċċju ta' mewt addizzjonali hu insinifikanti (iġġudikata b'referenza għall-kuntratt aktar milli għal portafoll sħiħ ta' kuntratti). Kif irrimarkat fil-paragrafu B24(b), ir-rinunzja fuq mewt ta' imposti ta' kanċellazzjoni jew tisrif mhux inkluża f'din l-istima jekk ir-rinunzja ma tikkompensax id-detentur tal-polza għal riskju li kien jeżisti qabel. Hekk ukoll, kull kuntratt ta' annwità li jħallas somom regolari għal kumplament ta' ħajjet detentur ta' polza hu kuntratt tal-assigurazzjoni, għajr meta l-pagamenti kontinġenti fuq il-ħajja totali huma insinifikanti.

B27 Il-paragrafu B23 jirreferi għal benefiċċji addizzjonali. Dawn il-benefiċċji addizzjonali jistgħu jinkludu rekwiżit għal ħlas bikri ta' benefiċċji jekk l-avveniment assigurat iseħħ aktar kmieni u l-ħlas mhux aġġustat għal valur tal-ħin tal-flus. Eżempju hu assigurazzjoni ta' ħajja sħiħa għal ammont stabbilit (fi termini ieħor, assigurazzjoni li tipprovdi benefiċċju tal-mewt stabbilit kull meta jmut detentur ta' polza, mingħajr data ta' skadenza għal kopertura) Hu ċert li d-detentur tal-polza se jmut, iżda d-data tal-mewt hi inċerta. L-assiguratur se jsofri telf f'dawk il-kuntratti individwali li għalihom detenturi ta' poloz imutu kmieni, anke jekk m'hemmx telf totali fuq il-portafoll sħiħ ta' kuntratti.

B28 Jekk kuntratt tal-assigurazzjoni mhux suddiviż f'komponent ta' depożitu u komponent tal-assigurazzjoni, is-sinifikat ta' trasferiment għal riskju ta' assigurazzjoni huwa stmat b'referenza għal komponent tal-assigurazzjoni. Is-sinifikat ta' riskju tal-assigurazzjoni ttrasferit b'derivat imdeffes huwa stmat b'referenza għad-derivat imdeffes.

Bidliet fil-livell ta' riskju tal-assigurazzjoni

B29 Xi kuntratti ma jittrasferux riskju tal-assigurazzjoni fil-bidu, għalkemm huma jittrasferixxu riskju tal-assigurazzjoni fi żmien aktar tard. Pereżempju, ikkunsidra kuntratt li jipprovdi redditu ta' investiment speċifiku u jinkludi opzjoni għad-detentur tal-polza biex juża r-rikavat tal-investiment fil-maturità sabiex jixtri annwità kontinġenti mal-ħajja bir-rati ta' annwità attwali ċċarġjati mill-assiguratur lill-benefiċjarji tal-annwalità ġodda oħrajn meta d-detentur tal-polza jeżerċita d-dritt tal-opzjoni. Il-kuntratt ma jittrasferixxi l-ebda riskju tal-assigurazzjoni lill-emittent sakemm l-opzjoni hi eżerċitata, minħabba li l-emittent jibqa' liberu biex jipprezza l-annwità fuq bażi li tirrifletti r-riskju tal-assigurazzjoni ttrasferit lill-assiguratur f'dak iż-żmien. Madankollu, jekk il-kuntratt jispeċifika r-rati ta' annwità (jew bażi li jistabilixxi r-rati ta' annwità), il-kuntratt jittrasferixxi r-riskju tal-assigurazzjoni lill-assiguratur fil-bidu.

B30 Kuntratt li jikkwalifika bħala kuntratt tal-assigurazzjoni jibqa' kuntratt tal-assigurazzjoni sakemm id-drittijiet u l-obbligi huma eżawriti jew jiskadu.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU 5

Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-IFRS hu li jispeċifika l-kontabilità għal assi miżmuma għall-bejgħ, u l-preżentazzjoni u l-iżvelar ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx. B'mod partikulari, l-IFRS jeħtieġ:

(a) li l-assi li jissodisfaw l-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jitkejlu skont l-inqas mill-ammont miżmum fil-kotba u l-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbigħ, u li jieqaf id-deprezzament fuq assi bħal dawn; u

(b) assi li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu ppreżentati separatament ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ u r-riżultati ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx għandhom jiġu ppreżentati separatament fir-rapport tal-introjtu.

AMBITU

2 Ir-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni u ta' preżentazzjoni ta' dan l-IFRS japplikaw għall-assi mhux kurrenti rikonoxxuti kollha ( 53 ) u għall-gruppi tad-disponiment kollha ta' entità. Ir-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-IFRS japplikaw għall-assi mhux kurrenti u l-gruppi tad-disponiment kollha rikonoxxuti (kif stabbilit fil-paragrafu 4), ħlief għal dawk l-assi elenkati fil-paragrafu 5 li għandhom ikomplu jitkejlu b'konformità mal-Istandard imsemmi.

3 Assi kklassifikati bħala mhux kurrenti b'konformità mal-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapport Finanzjarju ►M5  ————— ◄ m'għandhomx jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala assi kurrenti qabel ma jissodisfaw il-kriterji biex jigu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità ma' dan l-IFRS. L-assi ta' klassi li normalment jitqiesu minn entità bħala mhux kurrenti li jiġu akkwistati esklussivament bil-għan ta' bejgħ mill-ġdid m'għandhomx jiġu kklassifikati bħala kurrenti ħlief jekk jissodisfaw il-kriterji ta' klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità ma' dan l-IFRS.

4 Xi kultant entità tiddisponi minn grupp ta' assi, possibbilment b'xi obbligazzjonijiet direttament assoċjati, flimkien fi tranżazzjoni waħda. Dak il-grupp ta' disponiment jista' jkun grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw flus, unità waħda li tiġġenera flus, jew parti minn unità li tiġġenera flus. ( 54 ) Il-grupp jista' jinkludi kull assi u kull obbligazzjoni tal-entità, inklużi assi kurrenti, obbligazzjonijiet kurrenti u assi esklużi mill-paragrafu 5 mir-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-IFRS. Jekk xi assi mhux kurrenti fl-ambitu tar-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-IFRS ikun parti minn grupp tad-disponiment, ir-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-IFRS japplikaw għall-grupp kollu, b'tali mod li l-grupp jitkejjel skont l-inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tiegħu u l-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbigħ. Ir-rekwiżiti għall-kejl tal-assi u l-obbligazzjonijiet individwali fil-gruppi tad-disponiment huma diskussi fil-paragrafi 18, 19 u 23.

▼M8

5 Id-disposizzjonijiet tal-kejl ta’ dan l-IFRS ( 55 ) ma japplikawx għall-assi li ġejjin, li huma koperti mill-IFRSs imniżżlin, jew bħala assi individwali jew bħala parti minn grupp tad-disponiment:

(a) assi ta' taxxa differita (l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul).

(b) assi li joriġinaw minn benefiċċji tal-impjegati (l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati).

(ċ) assi finanzjarji li jaqgħu taħt l-ambitu tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

(d) assi mhux kurrenti li jiġu rrappurtati b'konformità mal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment.

▼M8

(e) assi mhux kurrenti li jitkejlu bil-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ skont l-IAS 41 Agrikoltura.

▼B

(f) drittijiet kuntrattwali taħt kuntratti tal-assigurazzjoni kif definiti fl-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

▼M17

5A Ir-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni, preżentazzjoni u kejl f'dan l-IFRS applikabbli għal assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ japplikaw ukoll għal assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) li huwa kklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lil sidien li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien (miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien).

▼M22

5B Dan l-IFRS jispeċifika l-iżvelar meħtieġ fir-rigward ta’ assi mhux kurrenti (jew gruppi ta’ disponiment) ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew operazzjonijiet li ma tkomplewx. L-iżvelar f’IFRSs oħrajn ma japplikax għal dawn l-assi (jew gruppi ta’ disponiment) ħlief jekk dawk l-IFRSs ikunu jeħtieġu:

(a) żvelar speċifiku fir-rigward ta’ assi mhux kurrenti (jew gruppi ta’ disponiment) ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew operazzjonijiet li ma tkomplewx; jew

(b) żvelar dwar il-kejl ta’ assi u obbligazzjonijiet fi ħdan grupp ta’ disponiment li ma jidħlux fl-ambitu tar-rekwiżit ta’ kejl tal-IFRS 5 u dak l-iżvelar ikun għadu ma sarx fin-noti l-oħrajn għar-rapporti finanzjarji.

Żvelar addizzjonali dwar assi mhux kurrenti (jew gruppi ta’ disponiment) ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew operazzjonijiet li ma tkomplewx jista’ jkun neċessarju sabiex tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti ġenerali tal-IAS 1, b’mod partikolari l-paragrafi 15 u 125 ta’ dak l-Istandard.

▼M17

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TA’ DISPONIMENT) BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ JEW MIŻMUMA GĦAD-DISTRIBUZZJONI LIS-SIDIEN

▼B

6 Entità għandha tikklassifika assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ jekk l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu ser ikun irkuprat prinċipalment permezz ta' tranżazzjoni ta' bejgħ aktar milli permezz ta' użu kontinwu.

7 Biex dan ikun il-każ, l-assi (jew grupp tad-disponiment) għandu jkun disponibbli għall-bejgħ immedjat fil-kondizzjoni preżenti tiegħu suġġett biss għal termini li jkunu normali u tas-soltu għall-bejgħ ta' assi bħal dawn (jew gruppi tad-disponiment) u l-bejgħ tiegħu jrid ikun probabbli ħafna.

▼M17

8 Sabiex il-bejgħ ikun ferm probabbli, il-livell adattat tal-maniġment għandu jkun impenjat bi pjan għall-bejgħ tal-assi (jew tal-grupp ta’ disponiment), u jrid ikun inbeda programm attiv biex jinstab xerrej u biex il-pjan iseħħ. Barra minn hekk, l-assi (jew il-grupp ta’ disponiment) għandu jiġi rriklamat b’mod attiv għall-bejgħ bi prezz li jkun raġonevoli meta mqabbel mal-valur ġust kurrenti tiegħu. Minbarra dan, il-bejgħ għandu jkun mistenni li jikkwalifika għal rikonoxximent bħala bejgħ komplut fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni, ħlief kif permess mill-paragrafu 9, u l-azzjonijiet meħtieġa biex il-pjan iseħħ għandhom jindikaw li mhuwiex probabbli li ser isiru bidliet sinifikanti għall-pjan jew li l-pjan ser jiġi rtirat. Il-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġurisdizzjoni) għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk il-bejgħ huwiex ferm probabbli.

▼M8

8A Entità li hija kommessa għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tikklassifika l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ dik is-sussidjarja li miżmuma għall-bejgħ meta jitħarsu l-kriterji ppreżentati fil-paragrafi 6–8, irrispettivament minn jekk l-entità żżommx interess mhux ta' kontroll fis-sussidjarja ta’ qabel tagħha wara l-bejgħ.

▼B

9 L-avvenimenti jew ċirkustanzi jistgħu jestendu l-perijodu biex jitwettaq il-bejgħ għal aktar minn sena. Estensjoni tal-perijodu meħtieġ biex jitwettaq bejgħ ma twaqqafx lill-assi (jew grupp tad-disponiment) milli jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jekk id-dewmien ikun ikkawżat minn avvenimenti jew ċirkustanzi li ma jkunux taħt il-kontroll tal-entità u jkun hemm evidenza biżżejjed li l-entità għadha impenjata lejn il-pjan tagħha li jinbiegħ l-assi (jew grupp tad-disponiment). Dan ikun il-każ meta l-kriterji f'Appendiċi B jiġu ssodisfati.

10 Tranżazzjonijiet ta' bejgħ jinkludu skambji ta' assi mhux kurrenti ma' assi oħrajn mhux kurrenti meta l-iskambju jkollu sustanza kummerċjali b'konformità mal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir.

11 Meta entità takkwista assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) esklussivament bil-għan li tiddisponi minnu sussegwentement, hi għandha tikklassifika l-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ fid-data tal-akkwiżizzjoni biss jekk il-ħtieġa ta' sena fil-paragrafu 8 tkun issodisfata (ħlief kif permess mill-paragrafu 9) u jkun probabbli ħafna li kull kriterji oħrajn fil-paragrafi 7 u 8 li ma jkunux issodisfati f'dik id-data jkunu ser ikunu ssodisfati f'perijodu qasir wara l-akkwiżizzjoni (normalment fi żmien tliet xhur).

12 Jekk il-kriterji fil-paragrafi 7 u 8 jiġu ssodisfati wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ , entità m'għandhiex tikklassifika assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ f'dawk ir-rapporti finanzjarji meta maħruġa. Madankollu, meta dawk il-kriterji jiġu ssodisfati wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ iżda qabel l-awtorizzazzjoni tar-rapporti finanzjarji għall-ħruġ, l-entità għandha tiżvela l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 41(a), (b) u (d) fin-noti.

▼M17

12A Assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) huwa kklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien meta l-entità tkun impenjata li tiddistribwixxi l-assi (jew il-grupp ta’ disponiment) lis-sidien. Sabiex dan ikun il-każ, l-assi jridu jkunu disponibbli għad-distribuzzjoni immedjata fil-kundizzjoni preżenti tagħhom u d-distribuzzjoni trid tkun ferm probabbli. Sabiex id-distribuzzjoni tkun ferm probabbli, iridu jkunu nbdew azzjonijiet biex isseħħ id-distribuzzjoni u għandhom ikunu mistennija li ser jintemmu fi żmien sena mid-data tal-klassifikazzjoni. L-azzjonijiet meħtieġa biex isseħħ id-distribuzzjoni għandhom jindikaw li mhuwiex probabbli li ser isiru bidliet sinifikanti għad-distribuzzjoni jew li d-distribuzzjoni ser tiġi rtirata. Il-probabbiltà ta’ approvazzjoni mill-azzjonisti (jekk meħtieġa fil-ġurisdizzjoni) għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-valutazzjoni dwar jekk id-distribuzzjoni hijiex ferm probabbli.

▼B

Assi mhux kurrenti li għandhom jiġu abbandunati

13 Entità m'għandhiex tikklassifika bħala miżmuma għall-bejgħ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li jkun ser jiġi abbandunat. Dan għax l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu ser jiġi rkuprat prinċipalment permezz ta' użu kontinwu. Madankollu, jekk il-grupp tad-disponiment li jkun ser jiġi abbandunat jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 32(a)-(ċ), l-entità għandha tippreżenta r-riżultati u l-fluss ta' flus tal-grupp tad-disponiment bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx b'konformità mal-paragrafi 33 u 34 fid-data meta jitwaqqaf l-użu tiegħu. Assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li għandhom jiġu abbandunati jinkludu assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li għandhom jintużaw sat-tmiem tal-ħajja ekonomika tagħhom u assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li għandhom jiġu magħluqa minflok ma jinbiegħu.

14 Entità m'għandhiex tirrapporta assi mhux kurrenti li jkun tneħħa mill-użu temporanjament daqs li kieku kien ġie abbandunat.

KEJL TA' ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TAD-DISPONIMENT) IKKLASSIFIKATI BĦALA MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ

Kejl ta' assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment);

15 Entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ skont l-inqas tal-ammont miżmum fil-kotba tiegħu u l-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbiegħ.

▼M17

15A Entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti (jew grupp ta’ disponiment) ikklassifikat bħala miżmum għad-distribuzzjoni lis-sidien skont liema hu l-anqas bejn l-ammont miżmum fil-kotba jew il-valur ġust tiegħu wara li jitnaqqsu l-kosti tad-distribuzzjoni ( 56 ).

▼B

16 Jekk assi li jkun għadu kif ġie akkwistat (jew grupp tad-disponiment) jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala miżmum għall-bejgħ (ara l-paragrafu 11), l-applikazzjoni tal-paragrafu 15 twassal għar-riżultat li l-assi (jew grupp tad-disponiment) jitkejjel mar-rikonoxximent inizjali skont l-inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tiegħu daqs li kieku ma kienx ikklassifikat b'dan il-mod (pereżempju, bħala kost) u l-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbigħ. Għaldaqstant, jekk l-assi (jew grupp tad-disponiment) jiġi akkwistat bħala parti minn kombinament ta' negozju, għandu jitkejjel skont il-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbigħ.

17 Meta l-bejgħ ikun mistenni li jseħħ wara aktar minn sena, l-entità għandha tkejjel l-ispejjeż biex tbiegħ skont il-valur preżenti tagħhom. Kull żjieda fil-valur preżenti tal-ispejjeż biex tbiegħ li tinħoloq minħabba l-mogħdija taż-żmien għandha tiġi ppreżentata fi profitt jew f'telf bħala kost tal-finanzjament.

18 Immedjatament qabel il-klassifikazzjoni inizjali tal-assi (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ, l-ammonti rikonoxxuti tal-assi (jew l-assi u l-obbigazzjonijiet kollha fil-grupp) għandhom jitkejlu b'konformità mal-IFRSs applikabbli.

19 Malli jsir kejl mill-ġdid sussegwenti ta' grupp tad-disponiment, l-ammonti rikonoxxuti ta' kull assi u obbligazzjonijiet li ma jkunux fl-ambitu tar-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-IFRS, iżda li jkunu inklużi fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, għandhom jitkejlu mill-ġdid b'konformità mal-IFRS applikabbli qabel ma jitkejjel mill-ġdid il-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbiegħ tal-grupp tad-disponiment.

Rikonoxximent ta' telf ta' indeboliment u inverżjonijiet

20 Entità għandha tirrikonoxxi telf ta' indeboliment għal kull tniżżil inizzjali jew sussegwenti tal-assi (jew grupp tad-disponiment) għal valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbiegħ, sakemm dan ma jkunx ġie rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 19.

21 Entità għandha tirrikonoxxi qligħ għal kull żjieda sussegwenti fil-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbigħ l-assi, iżda mhux aktar mit-telf ta' indeboliment kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut jew b'konformità ma' dan l-IFRS or preċedentement b'konformità mal-IAS 36 Indeboliment ta' Assi.

22 Entità għandha tirrikonoxxi qligħ għal kull żjieda sussegwenti fil-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbigħ ta' grupp tad-disponiment:

(a) sal-punt li dan ma jkunx ġie rikonoxxut b'konformità mal-paragrafu 19; iżda

(b) mhux aktar mit-telf ta' indeboliment kumulattiv li jkun ġie rikonoxxut, jew b'konformità ma' dan l-IFRS jew preċedentement b'konformità mal-IAS 36, fuq l-assi mhux kurrenti li jkunu fl-ambitu tar-rekwiżiti tal-kejl ta' dan l-IFRS.

23 It-telf ta' indeboliment (jew kull qligħ sussegwenti) rikonoxxut għal grupp tad-disponiment għandu jnaqqas (jew iżid) l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi mhux kurrenti fil-grupp li jkunu fl-ambitu tar-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-IFRS, fl-ordni tal-allokazzjoni stabbilita fil-paragrafi 104(a) u (b) u 122 tal-IAS 36 (kif rivedut fl-2004).

24 Qligħ jew telf li ma kienx rikonoxxut qabel sad-data tal-bejgħ ta' assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) għandu jiġi rikonoxxut fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent. Rekwiżiti relatati mal-irtirar tar-rikonoxximent jinsabu:

(a) fil-paragrafi 67–72 tal-IAS 16 (kif rivedut fl-2003) għal proprjetà, impjant u tagħmir, u

(b) fil-paragrafi 112-117 tal-IAS 38 Assi Intanġibbli (kif rivedut fl-2004) għal assi intanġibbli.

25 Entità m'għandhiex tagħmel deprezzament (jew amortizzazzjoni) ta' assi mhux kurrenti waqt li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew waqt li jkun parti minn grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ. Imgħax u spejjeż oħrajn attribwibbli għall-obligazzjonijiet ta' grupp tad-disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom ikomplu jiġu rikonoxxuti.

Bidliet għal pjan ta' bejgħ

26 Jekk entità tkun ikklassifikat assi (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ, iżda l-kriterji fil-paragrafi 7–9 ma jkunux għadhom issodisfati, l-entità m'għandhiex tkompli tikklassifika l-assi (jew grupp tad-disponiment) bħala miżmum għall-bejgħ.

27 L-entità għandha tkejjel assi mhux kurrenti li ma jibqax ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew li ma jibqax inkluż fi grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) skont l-inqas minn:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu qabel ma l-assi (jew grupp tad-disponiment) kien ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, aġġustat għal kull deprezzament, amortizzament jew rivalutazzjoni li ma kienux jibqgħu rikonoxxuti li kieku l-assi (jew grupp tad-disponiment) ma kienx ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, u

(b) l-ammont li jista' jiġi rkuprat tiegħu fid-data tad-deċiżjoni sussegwenti li ma jsirx il-bejgħ. ( 57 )

▼M32

28 L-entità għandha tinkludi kwalunkwe aġġustament meħtieġ fl-ammont riportat ta’ assi mhux kurrenti li ma jibqax klassifikat bħala miżmum għall-bejgħ fi profitt jew telf [nota f’qiegħ il-paġna tħalliet barra] minn operazzjonijiet li jkomplu fil-perjodu li fih il-kriterji fil-paragrafi 7-9 ma jibqgħux jintlaħqu. Rapporti finanzjarji għall-perjodi mill-klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu emendati għalhekk jekk il-grupp tad-disponiment jew l-assi mhux kurrenti li ma jibqax jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ hu sussidjarja, operazzjoni konġunta, impriża konġunta, kumpanija assoċjata, jew sehem minn interess f'impriża konġunta jew kumpanija assoċjata. L-entità għandha tippreżenta dak l-aġġustament fl-istess titolu fir-rapport tal-introjtu komprensiv użat biex jiġi preżentat qligħ jew telf, jekk hemm wieħed, rikonoxxut skont il-paragrafu 37.

▼B

29 Jekk entità tneħħi assi jew obbligazzjoni individwali minn grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, l-assi u l-obbligazzjonijiet li jibqa' tal-grupp tad-disponiment li jkunu ser jinbiegħu għandhom ikomplu jitkejlu bħala grupp biss jekk il-grupp jissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 7-9. Inkella, l-assi mhux kurrenti li jibqa' tal-grupp li individwalment jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom jitkejlu individwalment skont l-inqas tal-ammonti rikonoxxuti u l-valuri ġusti tagħhom wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbigħ f'dik id-data. Kull assi mhux kurrenti li ma jissodisfawx il-kriterji m'għandhomx jibqgħu kklasifikati bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-paragrafu 26.

PREŻENTAZZJONI U ŻVELAR

30 Entità għandha tippreżenta u tiżvela informazzjoni li tippermetti lil dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji li jevalwaw l-effetti finanzjarji ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx u disponimenti ta' assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment).

Preżentazzjoni ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx

31  Komponent ta' entità jinkludi operazzjonijiet u fluss ta' flus li jistgħu jiġu distinti b'mod ċar, mil-lat operattiv u għal skopijiet ta' rappurtaġġ finanzjarju, mill-kumplament tal-entità. Fi kliem ieħor, komponent ta' entità jkun unità li tiġġenera l-flus jew grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus waqt li jkunu qed jinżammu għall-użu.

32 Operazzjoni li ma komplietx hi komponent ta' entità li jew ikun sar disponiment minnha, jew li hi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ, u

(a) jirrappreżenta linja separata ewlenija ta' negozju jew żona ġeografika ta' operazzjonijiet,

(b) hu parti minn pjan wieħed koordinat biex isir disponiment minn linja ewlenija ta' negozju jew żona ġeografika ta' operazzjonijiet jew

(ċ) tkun sussidjarja akkwistata esklussivament bil-għan li tinbiegħ mill-ġdid.

33 Entità għandha tiżvela:

(a) ammont wieħed ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu li jinkludi t-total ta':

(i) profitt jew telf ta' wara t-taxxa ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx u

(ii) qligħ jew telf ta' wara t-taxxa rikonoxxut mal-kejl tal-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbiegħ, jew fuq id-disponiment tal-assi jew il-grupp(i) ta' disponiment li jikkostitwixxi(u) l-operazzjoni li ma tkomplietx.

(b) analiżi tal-ammont wieħed f'(a) fi:

(i) id-dħul, l-kosti u l-profitt jew telf ta' qabel it-taxxa ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx;

(ii) spiża relatata tat-taxxa fuq id-dħul kif meħtieġ mill-paragrafu 81(h) tal-IAS 12;

(iii) il-qligħ jew telf rikonoxxut mal-kejl ta' valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbiegħ jew għad-disponiment tal-assi jew grupp(i) ta' disponiment li jikkostitwixxu l-operazzjoni li ma komplietx; u

(iv) l-ispiża relatata tat-taxxa fuq id-dħul kif meħtieġ mill-paragrafu 81(h) tal-IAS 12;

L-analiżi tista' tiġi ppreżentata fin-noti jew ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu. Jekk tiġi ppreżentata ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu għandha tiġi ppreżentata f'taqsima identifikata bħala li hi relatata ma' operazzjonijiet li ma tkomplewx, jiġifieri separatament minn operazzjonijiet li jkomplu. L-analiżi mhix meħtieġa għal gruppi tad-disponiment li jkunu sussidjarji ġodda akkwistati li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ mal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 11).

(ċ) il-flussi ta' flus netti attribwibbli għall-attivitajiet tal-operat, investiment u finanzjament ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx. Dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati jew fin-noti jew ►M5  fir-rapporti ◄ finanzjarji. Dawn id-dikjarazzjonijiet m'humiex meħtieġa għal gruppi tad-disponiment li jkunu sussidjarji ġodda akkwistati li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ mal-akkwiżizzjoni (ara l-paragrafu 11).

▼M11

(d) l-ammont ta’ dħul minn operazzjonijiet li jkomplu u minn operazzjonijiet li ma tkomplewx attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali. Dan l-iżvelar jista’ jiġi ppreżentat jew fin-noti jew fir-rapport tad-dħul komplessiv.

▼M31

33A Jekk entità tippreżenta l-entrati tal-profitt jew it-telf f'rapport separat kif deskritt fil-paragrafu 10A tal-IAS 1 (kif emendat fl-2011), tiġi ppreżentata f'dak ir-rapport taqsima identifikata bħala li tirreferi għal operazzjonijiet li ma tkomplewx.

▼B

34 Entità għandha terġa' tippreżenta d-dikjarazzjonijiet fil-paragrafu 33 għal perijodi preċedenti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji biex id-dikjarazzjonijiet ikunu relatati mal-operazzjonijiet kollha li ma tkomplewx ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ għall-aħħar perijodu ppreżentat.

35 Aġġustamenti fil-perijodu kurrenti għal ammonti ppreżentati preċedentement f'operazzjonijiet li ma tkomplewx li jkunu direttament relatati mad-disponiment ta' operazzjoni li ma komplietx f'perijodu preċedenti għandhom jiġu kklassifikati separatament f'operazzjonijiet li ma tkomplewx. In-natura u l-ammont ta' aġġustamenti bħal dawn għandhom jiġu żvelati. Eżempji ta' ċirkustanzi fejn dawn l-aġġustamenti jistgħu jinħolqu jinkludu dawn li ġejjin:

(a) ir-riżoluzzjoni ta' inċertezzi li joriġinaw mit-termini tat-tranżazzjoni ta' disponiment, bħar-riżoluzzjoni ta' aġġustamenti tal-prezz tal-bejgħ u kwistjonijiet ta' indennizz max-xerrej.

(b) ir-riżoluzzjoni ta' inċertezzi li joriġinaw minn, u li jkunu direttament relatati ma', l-operazzjonijiet tal-komponent qabel id-disponiment tiegħu, bħal obbligi ambjentali u obbligi tal-garanzija tal-prodott miżmuma mill-bejjiegħ.

(ċ) is-sald tal-obbligi relatati mal-pjan ta' benefiċċju tal-impjegati, kemm-il darba s-sald ikun direttament relatat mat-tranżazzjoni ta' disponiment.

36 Jekk entità ma tibqax tikklassifika komponent ta' entità bħala miżmum għall-bejgħ, ir-riżultati ta' operazzjonijiet tal-komponent ippreżentat preċedentement f'operazzjonijiet li ma tkomplewx b'konformità mal-paragrafi 33–35 għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid u inklużi fl-introjtu minn operazzjonijiet li jkomplu għall-perijodi kollha ppreżentati. L-ammonti għal perijodi preċedenti għandhom jiġu deskritti bħala li ġew ippreżentati mill-ġdid.

▼M8

36A Entità li hija kommessa għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 33–36 meta s-sussidjarja hija grupp tad-disponiment li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx skont il-paragrafu 32.

▼B

Qligħ jew telf relatati ma' operazzjonijiet li jkomplu

37 Kull qligħ jew telf li jirriżulta mill-kejl mill-ġdid ta' assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ li ma jissodisfax id-definizzjoni ta' operazzjoni li ma tkomplietx, għandu jiġu inkluż fil-profitt jew telf minn operazzjonijiet li jkomplu.

Preżentazzjoni ta' assi mhux kurrenti jew ta' grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ.

38 Entità għandha tippreżenta assi mhux kurrenti kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ u l-assi ta' grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ separatament minn assi oħrajn ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ . L-obbligazzjonijiet ta' grupp tad-disponiment ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ għandhom jiġu ppreżentati separatament minn obbligazzjonijiet oħrajn ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄ . Dawn l-assi u obbligazzjonijiet m'għandhomx jiġu paċuti u għandhom jiġu ppreżentati bħala ammont wieħed. Il-klassijiet ta' assi u obbligazzjonijiet ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu żvelati separatament jew ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ jew fin-noti, ħlief b'konformità ma' kif jippermetti l-paragrafu 39. Entità għandha tippreżenta separatament kull introjtu jew nefqa kumulattiva ►M5  rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv ◄ relatat ma' assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ.

39 Jekk il-grupp tad-disponiment ikun sussidjarja akkwistata ġdida li tissodisfa l-kriterji biex tiġi kklassifikata bħala miżmuma għall-bejgħ (ara l-paragrafu 11), mhux meħtieġ li jsir żvelar tal-klassijiet maġġuri ta' assi u obbligazzjonijiet.

40 Entità m'għandhiex tikklassifika mill-ġdid jew tippreżenta mill-ġdid l-ammonti ppreżentati għal assi mhux kurrenti jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet ta' gruppi tad-disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ fil-karti tal-bilanċ għal perijodi preċedenti biex tirifletti l-klassifikazzjoni ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ għall-aħħar perijodu ppreżentat.

Żvelar addizzjonali

41 Kull entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja fin-noti għall-perijodi li fihom assi mhux kurrenti (jew grupp ta' bejgħ) kien ikklassifikat jew bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala mibjugħ:

(a) deskrizzjoni tal-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment);

(b) deskrizzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-bejgħ, jew li jwasslu għad-disponiment mistenni, u l-manjiera u l-għażla taż-żmien ta' dak id-disponiment;

(ċ) il-qligħ jew telf rikonoxxuti b'konformità mal-paragrafi 20–22 u, jekk ma jkunux ippreżentati separatament ►M5  fir-rapport ◄ tal-introjtu, l-intestatura fir-rapport tal-introjtu li tinkludi dak il-qligħ jew telf;

(d) meta jkun japplika, is-segment suġġett għar-rappurtaġġ li fih l-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) hu ppreżentat b'konformità mal-IFRS 8 Segmenti tal-Operat.

42 Jekk ikun japplika jew il-paragrafu 26 jew il-paragrafu 29, entità għandha tiżvela, fil-perijodu tad-deċiżjoni biex jinbidel il-pjan li jinbiegħ l-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment), deskrizzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jwasslu għad-deċiżjoni u l-effett tad-deċiżjoni fuq ir-riżultati tal-operazzjonijiet għall-perijodu u kull perijodi preċedenti ppreżentati.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

43 L-IFRS għandu jiġi applikat b'mod prospettiv għal assi mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li jissodisfaw il-kriterji tal-klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ u operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala li ma tkomplewx wara d-data effettiva tal-IFRS. Entità tista' tapplika r-rekwiżiti tal-IFRS għall-assi kollha mhux kurrenti (jew gruppi tad-disponiment) li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala miżmuma għall-bejgħ u operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala li ma tkomplewx wara kull data qabel id-data effettiva tal-IFRS, kemm-il darba l-istimi u informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi applikat l-IFRS ikunu nkisbu fil-ħin meta dawk il-kriterji kienu ssodisfati oriġinarjament.

DATA EFFETTIVA

44 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika l-IFRS għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M5

44A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan emenda l-paragrafi 3 u 38, u żied il-paragrafu 33A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M11

44B L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) żied il-paragrafu 33(d). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri. L-emenda tkun applikata retrospettivament.

▼M8

44C Il-paragrafi 8A u 36A kienu miżjuda ma’ Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Lulju 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Madankollu, entità m’għandhiex tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew wara l-1 ta’ Lulju 2009 sakemm ma tapplikax ukoll l-IAS 27 (kif emendata f’Mejju 2008). Jekk entità tapplika l-emendi qabel l-1 ta’ Lulju 2009, għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi b’mod prospettiv mid-data meta l-ewwel applikat l-IFRS 5, suġġetta għad-disposizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafu 45 tal-IAS 27 (emendata f’Mejju 2008).

▼M17

44D Il-paragrafi 5A, 12A u 15A ġew miżjuda u l-paragrafu 8 ġie emendat mill-IFRIC 17 Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien f’Novembru 2008. Dawk l-emendi għandhom jiġu applikati prospettivament għal assi mhux kurrenti (jew gruppi ta’ disponiment) li huma kklassifikati bħala miżmuma għad-distribuzzjoni lis-sidien f’perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhix permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif irrivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Mejju 2008) u l-IFRIC 17.

▼M22

44E Il-paragrafu 5B ġie miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda prospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M32

44G L-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti, maħruġ f’Mejju 2011, il-paragrafu 28 emendat. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11.

▼M33

44H L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

44I  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 33A. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 35

45 Dan l-IFRS jieħu post l-IAS 35 Operazzjonijiet Li Ma Jitkomplewx.




Appendiċi A

Termini mfissra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS



unità li tiġġenera l-flus

L-iżgħar grupp ta' assi identifikabbli li tiġġenera influssi ta' flus li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indipendenti mill-influssi ta' flus minn assi jew gruppi ta' assi oħrajn.

komponent ta' entità

Operazzjonijiet u flussi ta' flus li jistgħu jiġu distinti b'mod ċar, mil-lat operattiv u għal skopijiet ta' rappurtaġġ finanzjarju, mill-kumplament tal-entità.

spejjeż biex tbiegħ

Kosti li jiżdiedu li huma direttament attribwibbli għad-disponiment ta' assi (jew grupp tad-disponiment), minbarra l-kosti tal-finanzjament u l-ispiża tat-taxxa fuq id-dħul.

assi kurrenti

►M5  

Entità għandha tikklassifika assi bħala kurrenti meta:

(a)  tistenna li ser tirrealizza l-assi, jew għandha l-intenzjoni li tbigħu jew tikkonsmah, fiċ-ċiklu normali tal-operat tagħha;

(b)  iżżomm l-assi primarjament bl-iskop li tinnegozjah;

(c)  tistenna li tirrealizza l-assi fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar; jew

(d)  l-assi hu flus kontanti jew assi ekwivalenti għal flus kontanti (kif definit fl-IAS 7), ħlief jekk l-assi jkun ristrett milli jkun skambjat jew użat biex issalda obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rappurtar.

 ◄

operazzjoni li ma komplietx

Komponent ta' entità li jew ikun sar disponiment minnu, jew li jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ u:

(a)  jirrappreżenta linja separata ewlenija ta' negozju jew żona ġeografika ta' operazzjonijiet,

(b)  hu parti minn pjan wieħed koordinat biex isir disponiment minn linja ewlenija ta' negozju jew żona ġeografika ta' operazzjonijiet, jew

(c)  tkun sussidjarja akkwistata esklussivament bil-għan li tinbiegħ mill-ġdid.

grupp tad-disponiment

Grupp ta' assi li jkun ser isir disponiment minnu, permezz ta' bejgħ jew b'xi mod ieħor, flimkien bħala grupp fi tranżazzjoni waħda, u obbligazzjonijiet direttament assoċjati ma' dawk l-assi li jkunu ser jiġu trasferiti fit-tranżazzjoni. Il-grupp jinkludi l-avvjament akkwistat f'kombinament ta' negozji jekk il-grupp ikun unità li tiġġenera l-flus li għaliha jkun ġie allokat l-avvjament b'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 80-87 tal-IAS 36 Indeboliment ta' Assi (kif rivedut fl-2004) jew jekk tkun operazzjoni f'unità bħal din li tiġġenera l-flus.

▼M33

valur ġust

huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

▼B

impenn sod ta' xiri

Ftehim ma' parti mhux relatata, li jorbot liż-żewġ partijiet u li normalment ikun jista' jiġi infurzat legalment, li (a) jispeċifika t-termini sinifikanti kollha, inklużi l-prezz u l-għażla taż-żmien tat-tranżazzjonijiet, u (b) jinkludi disinċentiv għan-nuqqas ta' prestazzjoni li jkun qawwi biżżejjed li jagħmel ir-riżultati probabbli ħafna.

probabbli ħafna

Hu aktar possibbli li jseħħ milli probabbli, b'mod sinifikanti.

assi mhux kurrenti

Ass li ma jissodisfax id-definizzjoni ta' assi kurrenti.

probabbli

Hu aktar probabbli li jseħħ milli ma jseħħx.

ammont li jista' jiġi rkuprat

L-ogħla mill-valur ġust ta' assi wara li jitnaqqsu l-ispejjeż biex tbiegħ u l-valur waqt l-użu.

valur waqt l-użu

Il-valur preżenti tal-fluss futur ta' flus stmata li entità tistenna li ser tirriżulta mill-użu kontinwu ta' assi u mid-disponiment tiegħu fit-tmiem iż-żmien ta' utilità tiegħu.




Appendiċi B

Suppliment ta' Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

ESTENSJONI TAL-PERIJODU MEĦTIEĠ BIEX JITLESTA L-BEJGĦ

B1 Kif ġie innutat fil-paragrafu 9, estensjoni tal-perijodu meħtieġ biex jitwettaq bejgħ ma jwaqqafx assi (jew grupp tad-disponiment) milli jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jekk id-dewmien ikun ikkawżat minn avvenimenti jew ċirkustanzi li ma jkunux taħt il-kontroll tal-entità u jkun hemm evidenza biżżejjed li l-entità għadha impenjata lejn il-pjan tagħha li jinbiegħ l-assi (jew il-grupp tad-disponiment). Eċċezzjoni għall-ħtieġa ta' sena li tinsab fil-paragrafu 8 għandha għalhekk tapplika fis-sitwazzjonijiet li ġejjin li fihom jistgħu jseħħu avvenimenti jew ċirkustanzi bħal dawn:

(a) fid-data meta l-entità timpenja ruħha li tbiegħ assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li hi tkun tistenna raġonevolment li ħaddieħor (mhux ix-xerrej) ser jimponi kondizzjonijiet fuq it-trasferiment tal-assi (jew grupp tad-disponiment) li ser jestendi l-perijodu meħtieġ biex jitwettaq il-bejgħ, u:

(i) l-azzjonijiet meħtieġa biex tirrispondi għal dawn il-kondizzjonijiet ma jistgħux jinbdew qabel ma jinkiseb impenn sod ta' xiri, u

(ii) impenn sod ta' xiri jkun probabbli ħafna fi żmien sena.

(b) l-entità tikseb impenn sod ta' xiri u, b'riżultat ta' dan, xerrej jew xi ħaddieħor jimponu b'mod mhux mistenni kondizzjonijiet fuq it-trasferiment ta' assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li qabel kien ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ, li ser jestendu l-perijodu meħtieġ biex jitwettaq il-bejgħ, u:

(i) ikunu ttieħdu azzjonijiet f'waqthom biex jirrispondu għall-kondizzjonijiet, u

(ii) riżoluzzjoni favorevoli tal-fatturi li jkunu qed jikkawżaw dewmien tkun mistennija.

(c) matul il-perijodu inizzjali ta' sena, iseħħu ċirkustanzi li qabel kienu meqjusa li x'aktarx ma kinux ser iseħħu u, b'riżultat ta' dan, assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) li qabel kien ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ ma jinbiegħx sat-tmiem ta' dak il-perijodu, u:

(i) matul il-perijodu inizjali ta' sena, l-entità tkun ħadet l-azzjoni meħtieġa biex tirrispondi għall-bidla fiċ-ċirkustanzi,

(ii) l-assi mhux kurrenti (jew grupp tad-disponiment) ikun qed jiġi reklamat b'mod attiv bi prezz li jkun raġonevoli, meta wieħed iqis il-bidla fiċ-ċirkustanzi, u

(iii) il-kriterji fil-paragrafi 7 u 8 ikunu ssodisfati.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 6

Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-IFRS hu li jispeċifika r-rappurtaġġ finanzjarju għall-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom.

2 B'mod partikulari, l-IFRS jeħtieġ:

(a) li jsir titjib limitat għall-prattiċi eżistenti tal-kontabilità għall-infiq marbut mal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni.

(b) li entitajiet li jirrikonoxxu assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni jevalwaw assi bħal dawn għall-indeboliment b'konformità ma' dan l-IFRS u jkejlu kull indeboliment b'konformità mal-IAS 36 Indeboliment ta' Assi.

(ċ) li jkun hemm żvelar li jidentifika u jispjega l-ammonti fir-rapporti finanzjarji tal-entità li jirriżultaw mill-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom u li jgħinu lill-utenti ta' dawk ir-rapporti finanzjarji biex jifhmu l-ammont, l-għażla taż-żmien u ċ-ċertezza ta' flussi ta' flus futuri minn kull assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni rikonoxxuti.

AMBITU

3 Entità għandha tapplika l-IFRS għall-infiq tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni li hi tagħmel.

4 L-IFRS ma jindirizzax aspetti oħrajn tal-kontabilità minn entitajiet li huma impenjati fl-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u fl-evalwazzjoni tagħhom.

5 Entità m'għandhiex tapplika l-IFRS għall-infiq li jsir:

(a) qabel l-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom, bħal pereżempju l-infiq li jsir qabel ma l-entità tikseb id-drittijiet legali biex tesplora żona speċifika.

(b) wara li jkunu jistgħu jintwerew il-vijabilità teknika u kummerċjali tal-estrazzjoni ta' riżorsa minerali.

RIKONOXXIMENT TAL-ASSI TAL-ESPLORAZZJONI U L-EVALWAZZJONI

Eżenzjoni temporanja mill-IAS 8 il-paragrafi 11 u 12

6 Meta tkun qed tiżviluppa l-politika tal-kontabilità tagħha, entità li tirrikonoxxi l-assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni għandha tapplika l-paragrafu 10 tal-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

7 Il-paragrafi 11 u 12 tal-IAS 8 jispeċifikaw sorsi ta' rekwiżiti awtoritattivi u gwida li l-maniġment jeħtieġ li jikkunsidra fl-iżvilupp ta' politika tal-kontabilità għal entrata jekk l-ebda IFRS ma japplika speċifikament għal dik l-entrata. Bla ħsara għall-paragrafi 9 u 10 hawn taħt, dan l-IFRS jeżenta entità milli tapplika dawk il-paragrafi għall-politika tal-kontabilità tagħha għar-rikonoxximent u l-kejl ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni.

KEJL TAL-ASSI TAL-ESPLORAZZJONI U L-EVALWAZZJONI

Kejl mar-Rikonoxximent

8 Assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni għandhom jitkejlu skont il-kost.

Elementi tal-kost tal-assi tal-esplorazzjoni u evalwazzjoni

9 Entità għandha tiddetermina politika ta' kontabilità li tispeċifika liema nfiq hu rikonoxxut bħala assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni u tapplika l-politika b'mod konsistenti. Meta tkun qed tagħmel din id-determinazzjoni, entità tikkunsidra l-grad li bih l-infiq jista' tiġi assoċjat mas-sejba ta' riżorsi minerali speċifiċi. Dawn li ġejjin huma eżempji ta' nfiq li jistgħu jiġu inklużi fil-kejl inizjali ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni (il-lista mhix eżawrjenti):

(a) akkwiżizzjoni ta' dritiijiet biex issir l-esplorazzjoni;

(b) studji topografiċi, ġeoloġiċi, ġeokimiċi u ġeofiżiċi;

(ċ) titqib esploratorju;

(d) tħaffir;

(e) ġbir ta' kampjuni; u

(f) attivitajiet relatati mal-evalwazzjoni tal-vijabilità teknika u kummerċjali tal-estrazzjoni ta' riżorsa minerali.

10 Infiq relatat mal-iżvilupp ta' riżorsi minerali m'għandhux ikun rikonoxxut bħala assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni. Il-Qafas u l-IAS 38 Assi Intanġibbli jipprovdu gwida fuq ir-rikonoxximent ta' assi li jirriżultaw mill-iżvilupp.

11 B'konformità mal-IAS 37 Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti entità tirrikonoxxi kull obbligi għat-tneħħija u restawr li jsir waqt perijodu partikulari bħala konsegwenza tal-fatt li tkun qed twettaq esplorazzjoni għal riżorsi minerali u evalwazzjoni tagħhom.

Kejl wara r-Rikonoxximent

12 Wara r-rikonoxximent, entità għandha tapplika jew il-mudell tal-kost jew il-mudell tar-rivalutazzjoni għall-assi tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni. Jekk il-mudell tar-rivalutazzjoni jiġi applikat (jew il-mudell fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir jew il-mudell fl-IAS 38) dan għandu jkun konsistenti mal-klassifikazzjoni tal-assi (ara l-paragrafu 15).

Bidliet fit-tipi ta' politika ta' kontabilità

13 Entità tista' tibdel il-politika tal-kontabilità tagħha għall-infiq ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni, jekk il-bidla tagħmel ir-rapporti finanzjarji iktar rilevanti għall-ħtiġijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti, u mhux inqas kredibbli, jew iktar kredibbli u mhux inqas rilevanti għal dawk il-ħtiġijiet. Entità għandha tiġġudika r-rilevanza u l-kredibilità billi tuża l-kriterji fl-IAS 8.

14 Biex tiġġustifika l-politika tal-kontabilità tagħha għall-infiq ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni, l-entità għandha turi li l-bidla twassal lir-rapporti finanzjarji tagħha aktar fil-qrib li jissodisfaw il-kriterji fl-IAS 8, iżda l-bidla mhux meħtieġ li tissodisfa l-konformità sħiħa ma' ma' dawk il-kriterji.

PREŻENTAZZJONI

Klassifikazzjoni tal-assi tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni

15 Entità għandha tikklassifika assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni bħala tanġibbli jew intanġibbli skont in-natura tal-assi akkwistati u tapplika l-klassifikazzjoni b'mod konsistenti.

16 Xi assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni huma ttratati bħala intanġibbli (eż. drittijiet għat-tħaffir), filwaqt li oħrajn huma tanġibbli (eż. vetturi u pjattaformi għat-tħaffir). Sakemm l-assi tanġibbli jkun ikkonsmat fl-iżvilupp ta' assi intanġibbli, l-ammont li jirrifletti dak il-konsum hu parti mill-kost tal-assi intanġibbli. Madankollu, billi tuża assi tanġibbli biex tiżviluppa assi intanġibbli ma jbiddilx assi tanġibbli f'assi intanġibbli.

Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-assi tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni

17 Assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni m'għandux jiġi kklassifikat iktar hekk meta l-vijabilità teknika u kummerċjali tal-estrazzjoni ta' riżorsa minerali jkunu jistgħu jintwerew. Assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni għandhom ikunu assessjati għal indeboliment, u kull telf ta' indeboliment jiġi rikonoxxut, qabel il-klassifikazzjoni mill-ġdid.

INDEBOLIMENT

Rikonoxximent u kejl

18 Assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni għandhom ikunu assessjati għal indeboliment meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi jissuġġerixxu li l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni jista' jaqbeż l-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat. Meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi jissuġġerixxu li l-ammont miżmum fil-kotba jaqbeż l-ammont li jista' jiġi rkuprat, l-entità għandha tkejjel, tippreżenta u tiżvela kull telf ta' indeboliment li jirriżulta b'konformità mal-IAS 36, ħlief meta l-każ ikun kif spjegat mil-paragrafu 21 hawn aktar 'l isfel.

19 Għall-iskopijiet ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni biss, il-paragrafu 20 ta' dan l-IFRS għandu jiġi applikat minflok il-paragrafi 8–17 tal-IAS 36 meta jiġi identifikat assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni li jista' jkun indebolit. Il-paragrafu 20 juża t-terminu “assi” iżda japplika bl-istess mod għal assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni separati jew unità li tiġġenera l-flus.

20 Wieħed jew iżjed mill-fatti u ċirkustanzi li ġejjin jindikaw li entità għandha tittestja assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni għal indeboliment (il-lista mhix eżawrenti):

(a) il-perijodu li għalih l-entità jkollha d-dritt li tesplora f'żona speċifika jkun skada matul il-perijodu jew ikun ser jiskadi fil-futur qarib, u ma jkunx mistenni li jiġġedded;

(b) infiq sostanzjali fuq esplorazzjoni għal riżorsi minerali ulterjuri u evalwazzjoni tagħhom fiż-żona speċifika ma' jkunx sar estimi għalih u lanqas kien ippjanat;

(ċ) esplorazzjoni għal riżorsi minerali u evalwazzjoni tagħhom fiż-żona speċifika ma wasslux għas-sejba ta' kwantitajiet kummerċjalment vijabbli ta' riżorsi minerali u l-entità iddeċidiet li ma tkomplix b'dawn l-attivitajiet fiż-żona speċifika.

(d) teżisti data suffiċjenti li tindika li, għalkemm żvilupp fiż-żona speċifika aktarx li jkun ser ikompli, l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni x'aktarx li mhux ser ikun irkuprat b'mod sħiħ minn żvilupp li jirnexxi jew permezz ta' bejgħ.

F'kull każ bħal dan, jew każijiet simili, l-entità għandha twettaq test ta' indeboliment b'konformità mal-IAS 36. Kull telf ta' indeboliment hu rikonoxxut bħala spiża b'konformità mal-IAS 36.

Kif tispeċifika l-livell li fih l-assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni jkunu valutati għal indeboliment.2121

21 Entità għandha tagħżel politika ta' kontabilità għall-allokazzjoni ta' assi ta' tfittix u evalwazzjoni lill-unitajiet li jiġġeneraw l-flus jew kategoriji ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus għall-fini tal-valutar ta' tali assi fir-rigward tad-deterjorazzjoni. Kull unità jew grupp ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus u li lilhom ikun allokat assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni m'għandhomx ikunu ikbar minn segment iddeterminat b'konformità mal-IFRS 8 Segmenti tal-Operat.

22 Il-livell identifikat mill-entità għal skopijiet ta' ttestjar ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni għal indeboliment jista' jinkludi unità waħda jew iżjed li jiġġeneraw il-flus.

ŻVELAR

23 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tidentifika u tispjega l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha li jirriżultaw mill-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom.

24 Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, entità għandha tiżvela:

(a) il-politika tal-kontabilità tagħha għall-infiq tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni li tinkludi r-rikonoxximent ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni.

(b) l-ammonti ta' assi, obbligazzjonijiet, introjtu u spejjeż u flussi ta' flus tal-operat u l-investiment li jirriżultaw mill-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom.

25 Entità għandha tittratta assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni bħala klassi separata ta' assi u tagħmel l-iżvelar meħtieġ jew mill-IAS 16 jew mill-IAS 38 b'mod konsistenti ma' kif l-assi huma kklassifikati.

DATA EFFETTIVA

26 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hi inkoraġġita. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2006, għandha tiżvela dak il-fatt.

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

27 Jekk ikun imprattikabbli li xi rekwiżit partikulari tal-paragrafu 18 jiġi applikat għal skop ta' informazzjoni komparattiva li hi relatata ma' perijodi li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2006, l-entità għandha tiżvela dak il-fatt. L-IAS 8 jispjega t-terminu “imprattiku”.




Appendiċi A

Termini mfissra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS



assi tal-esplorazzjoni u evalwazzjoni

Infiq tal-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni rikonoxxuti bħala assi b'konformità mal-politika tal-kontabilità tal-entità.

esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom

It-tfittxija għal riżorsi minerali, li jinkludu minerali, żejt, gass naturali u riżorsi simili li ma jiġġeddux, wara li l-entità tkun kisbet id-drittijiet legali biex tesplora f'żona speċifika, kif ukoll id-determinazzjoni tal-vijabilità teknika u kummerċjali tal-estrazzjoni ta' riżorsa minerali.

infiq tal-esplorazzjoni u evalwazzjoni

Infiq li jsir mill-entità b'rabta mal-esplorazzjoni għal riżorsi minerali u l-evalwazzjoni tagħhom qabel ma l-vijabilità teknika u kummerċjali tal-estrazzjoni ta' riżorsa minerali jkunu jistgħu jintwerew.




STANDARD INTERNAZZJONALI TA' RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU 7

Strumenti Finanzjarji: Żvelar

GĦAN

1 L-għan ta' dan l-IFRS huwa biex entitajiet jinħtieġu jipprovdu żvelar fir-rapporti finanzjarji tagħhom li jgħinu lill-utenti jevalwaw:

(a) is-sinifikat ta' strumenti finanzjarji għall-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati finanzjarji tal-entità; u

(b) in-natura u l-grad ta' riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji li għalihom hija esposta l-entità matul il-perijodu u fid-data ta' rappurtaġġ, u kif l-entità timmaniġġa dawn ir-riskji.

2 Il-prinċipji f’dan l-IFRS jikkumplimentaw il-prinċipji għar-rikonoxximent, il-kejl u l-preżentazzjoni tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

AMBITU

3 Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, minbarra:

(a) dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpanniji assoċjati jew impriżi konġunti li jiġu kontabbilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpanniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jeħtieġu jew jippermettu lil entità tikkontabbilizza interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS u, għal dawk imkejla skont il-valur ġust, ir-rekwiżiti tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust. L-entitajiet għandhom ukoll japplikaw dan l-IFRS għad-derivattivi marbutin ma' interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti sakemm id-derivattiv ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ strument ta' ekwità fl-IAS 32.

▼B

(b) drittijiet u obbligi tas-sid li jirriżultaw minn pjani ta' benefiċċji tal-impjegati, li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

▼M12 —————

▼B

(d) kuntratti ta' assigurazzjoni kif definiti fl-IFRS 4 Kuntratti ta' Assigurazzjoni. Madankollu, dan l-IFRS japplika għad-derivati kollha li jinstabu f'kuntratti ta' assigurazzjoni jekk l-IAS 39 jeħtieġ li l-entità tagħti rendikont separat tagħhom. Barra minn hekk, emittent għandu japplika dan l-IFRS għal kuntratti ta' garanzija finanzjarja jekk l-emittent japplika l-IAS 39 fir-rikonoxximent u l-kejl tal-kuntratti, iżda għandu japplika l-IFRS 4 jekk l-emittent jagħżel, b'konformità mal-paragrafu 4(d) tal-IFRS 4, li japplika l-IFRS 4 għar-rikonoxximent u l-kejl tagħhom.

(e) strumenti finanzjarji, kuntratti u obbligi taħt tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq Ishma, għajr li dan l-IFRS japplika għall-kuntratti fl-ambitu tal-paragrafi 5-7 tal-IAS 39.

▼M6

(f) strumenti li għandhom bżonn ikunu kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skont il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32.

▼B

4 Dan l-IFRS japplika għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti. Strumenti finanzjarji rikonoxxuti jinkludu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 39. Strumenti finanzjarji mhux rikonoxxuti jinkludu xi strumenti finanzjarji li, għalkemm ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-IAS 39, jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan l-IFRS (bħal xi impenji ta' self).

5 Dan l-IFRS japplika għall-kuntratti ta' xiri u bejgħ ta' oġġetti mhux finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 39 (ara l-paragrafi 5-7 tal-IAS 39).

KLASSIJIET TA' STRUMENTI FINANZJARJI U LIVELL TA' ŻVELAR

6 Meta dan l-IFRS tirrekjedi żvelar tal-klassi ta' strument finanzjarju, entità għandha tiġbor l-istrumenti finanzjarji fi klassijiet li huma approprjati għan-natura ta' informazzjoni mogħtija u li jieħdu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi ta' dawk l-istrumenti finanzjarji. Entità għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti li tippermetti rikonċiljazzjoni mal-oġġetti ppreżentati ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. ◄

L-IMPORTANZA TA' STRUMENTI FINANZJARJI GĦAL POŻIZZJONI U ĦIDMA FINANZJARJA

7 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tippermetti lil dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji tagħha japprezzaw is-sinifikat tal-istrumenti finanzjarji għall-pożizzjoni u r-riżultati finanzjarji.

▼M5

Rapport tal-Pożizzjoni Finanzjarja

▼B

Kategoriji ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

8 L-ammonti li jinġarru ta' kull waħda mill-kategoriji msemmija hawn taħt, kif definiti fl-IAS 39, għandhom jiġu mgħarrfa jew ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ jew fin-noti:

(a) assi finanzjarji b'valur ġust minħabba profitt jew telf, li juru separatament (i) dawk meqjusa bħala tali fuq ir-rikonoxximent inizjali u (ii) dawk ikklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39;

(b) investimenti miżmuma sad-data tal-maturità;

(c) ammonti mislufa u riċevibbli;

(d) assi finanzjarji li qegħdin għall-bejgħ;

(e) obbligazzjonijiet finanzjarji b'valur ġust minħabba profitt jew telf, li juru separatament (i) dawk meqjusa bħala tali fuq ir-rikonoxximent inizjali u (ii) dawk ikklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39, u

(f) obbligazzjonijiet finanzjarji mkejjla b'kost amortizzat.

Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji bi valur ġust minħabba profitt jew telf

9 Jekk l-entità tkun iddesinjat ammont misluf jew riċevibbli (jew grupp ta' ammonti mislufa jew riċevibbli) bħala b'valur ġust minħabba profitt jew telf, hija għandha tiżvela:

(a) l-esponiment massimu għall-riskju ta' kreditu (ara l-paragrafu 36 (a)) tal-ammont misluf jew riċevibbli (jew grupp ta' ammonti mislufa jew riċevibbli) nhar id-data tar-rappurtaġġ.

(b) l-ammont li bih derivati ta' krediti relatati jew strumenti simili jnaqqsu l-esponiment massimu għar-riskju ta' kreditu.

(c) l-ammont ta' bidla, matul il-perijodu u kumulattivament, fil-valur ġust tal-ammont misluf jew riċevibbli (jew grupp ta' ammonti mislufa jew riċevibbli) li huwa attribwibbli lil bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-assi finanzjarju determinat jew:

(i) bħala l-ammont ta' bidla fil-valur ġust li ma huwiex attribwibbli għal bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jagħtu lok għar-riskju tas-suq, jew

(ii) billi tuża metodu alternattiv li l-entità temmen li jirrappreżenta aktar fedelment l-ammont ta' bidla fil-valur ġust li huwa attribwibbli lil bidliet fir-riskju tal-kreditu tal-assi.

Bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jagħtu lok għal riskju fis-suq jinkludu bidliet f'rata ta' mgħax osservata (benchmark), prezz ta' kommodità, rata tal-kambju jew indiċi ta' prezzijiet jew rati.

(d) l-ammont ta' bidla fil-valur ġust ta' xi derivati ta' krediti relatati jew strumenti simili li seħħet matul il-perijodu u kumulattivament minn meta l-ammont misluf jew riċevibbli ġie kklassifikat.

10 Jekk l-entità tkun qieset obbligazzjoni finanzjarja bħala li hi bi valur ġust minħabba profitt jew telf skont il-paragrafu 9 tal-IAS 39, hija għandha tiżvela:

(a) l-ammont ta' bidla, matul il-perijodu u kumulattivament, fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li huwa attribwibbli għall-bidliet fir-riskju tal-kreditu ta' dik l-obbligazzjoni ddeterminat jew:

(i) bħala l-ammont ta' bidla fil-valur ġust tiegħu li ma huwiex attribwibbli għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jagħtu lok għar-riskju tas-suq (ara Appendiċi B, il-paragrafu B4); jew

(ii) billi tuża metodu alternattiv li l-entità temmen li jirrapreżenta aktar fedelment l-ammont ta' bidla fil-valur ġust li huwa attribwibbli għall-bidliet fir-riskju tal-kreditu tal-obbligazzjoni.

Bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq li jagħtu lok għar-riskju tas-suq jinkludu bidliet f'rata ta' mgħax benchmark, il-prezz ta' strumenti finanzjarji ta' entità oħra, prezz ta' kommodità, rata tal-kambju jew l-indiċi ta' prezzijiet jew rati. Għal kuntratti li jinkludu karatteristika unit-linking, bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jinkludu bidliet fl-imġieba ta' fondi relatati ta' investiment interni jew esterni.

(b) id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni finanzjarja u l-ammont li l-entità tkun kontrattwalment meħtieġa li tħallas mal-maturità lid-detentur tal-obbligu.

11 L-entità għandha tiżvela:

(a) il-metodi użati sabiex ikun hemm qbil mar-rekwiżiti tal-paragrafi 9(c) u 10(a).

(b) jekk l-entità temmen li l-iżvelar li għamlet biex tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti tal-paragrafu 9(c) jew 10(a) ma jirrappreżentawx fedelment il-bidla fil-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja attribwibbli lil bidliet fir-riskju tal-kreditu, ir-raġunijiet li wasslu għal din il-konklużjoni u l-fatturi li taħseb li huma relevanti.

Riklassifikazzjoni

12 Jekk l-entità rriklassifikat assi finanzjarju (skont il-paragrafi 51-54 tal-IAS 39) bħala wieħed imkejjel:

(a) skont il-kost jew il-kost ammortizzat, minflok skont il-valur ġust; jew

(b) skont il-valur ġust, minflok skont il-kost jew il-kost ammortizzat,

hi għandha tiżvela l-ammont tar-riklassifikazzjoni f'kull kategorija u 'l barra minnha u r-raġuni għal dik ir-riklassifikazzjoni.

12A Jekk l-entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50B jew 50D tal-IAS 39 jew barra mill-kategorija “lesti għall-bejgħ” skont il-paragrafu 50E tal-IAS 39, hi għandha tiżvela:

(a) l-ammont riklassifikat f'kull kategorija jew 'il barra minnha;

(b) għal kull perjodu tar-rappurtar sal-irtirar tar-rikonoxximent, l-ammonti li jinżammu fil-kotba u l-valuri ġusti tal-assi finanzjarji kollha li ġew riklassifikati fil-perjodi tar-rappurtar attwali u preċedenti;

(c) jekk assi finanzjarji jkun ġie riklassifikat skont il-paragrafu 50B, is-sitwazzjoni rari, u l-fatti u ċ-ċirkostanzi li jindikat li dik is-sitwazzjoni kienet rari;

(d) għall-perjodu tar-rappurtar meta l-assi finanzjarju kien ġie riklassifikat, il-qligħ jew telf fil-valur ġust tal-assi finanzjarju rikonoxxut fil-profitt jew telf jew f'introjtu ieħor komplessiv matul dak il-perjodu tar-rapportar u l-perjodu preċedenti tar-rapportar.

(e) għal kull perjodu tar-rapportar wara r-riklassifikazzjoni (inkluż il-perjodu tar-rapportar li fih l-assi finanzjarju jkun ġie riklassifikat) sal-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarji, il-qligħ jew telf fil-valur ġust li kieku jiġi rrikonoxxut fil-profitt jew telf jew fl-introjtu ieħor komplessiv jekk l-assi finanzjarju ma jkunx ġie riklassifikat, u l-qligħ, telf, introjru u nefqa rrikonoxxuti fil-profitt jew telf; kif ukoll

(f) ir-rata effettiva tal-imgħax u l-ammonti stmati ta' flussi tal-flus li l-entità tistenna li tirkupra, fid-data tar-riklassifikazzjoni tal-assi finanzjarju.

▼M34 —————

▼M34

Tpaċija ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

13A Id-divulgazzjonijiet fil-paragrafi 13B-13E jissupplimentaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ divulgazzjoni f'dan l-IFRS u huma meħtieġa għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti kollha li jkunu tpaċew skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32. Id-divulgazzjonijiet japplikaw ukoll għall-istrumenti finanzjarji li huma soġġetti għal arranġament ta’ kumpens prinċipali infurzabbli jew ftehim simili, irrispettivament minn jekk dawn jitpaċewx skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32.

13B Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni biex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw l-effetti jew l-effetti potenzjali tal-arranġamenti ta’ kumpens fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Dan jinkludi l-effett jew l-effett potenzjali tal-jeddijiet ta’ tpaċija assoċjati mal-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti tal-entità li jkunu fl-ambitu tal-paragrafu 13A.

13C Biex jintlaħqu l-objettivi tal-paragrafu 13B, entità għandha tiddivulga, fi tmiem il-perjodu tar-rapportar, l-informazzjoni kwantitattiva li ġejja separatament għall-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti li jkunu fl-ambitu tal-paragrafu 13A.

(a) l-ammonti grossi ta’ dawk l-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti;

(b) l-ammonti li jkunu tpaċew skont il-kriterji fil-paragrafu 42 tal-IAS 32 meta jiġu ddeterminati l-ammonti netti ppreżentati fir-rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja;

(c) l-ammonti netti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja;

(d) l-ammonti soġġetti għal arranġamenti ta’ kumpens prinċipali infurzabbli jew ftehim simili li ma humiex altrimenti inklużi fil-paragrafu 13C(b), inkluż:

(i) ammonti relatati mal-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ tpaċija kollha jew uħud minnhom fil-paragrafu 42 tal-IAS 32; u

(ii) ammonti relatati ma’ kollateral finanzjarju (inkluż kollateral fi flus); u

(e) l-ammont nett wara t-tnaqqis tal-ammonti f'(d) mill-ammonti f'(c) hawn fuq.

L-informazzjoni meħtieġa minn dan il-paragrafu għandha tiġi ppreżentata f'format tabulari, għall-assi finanzjarji u għall-obbligazzjonijiet finanzjarji separatament, sakemm ma jkunx aktar xieraq xi format ieħor.

13D L-ammont totali divulgat skont il-paragrafu 13C(d) għal strument għandu jkun limitat għall-ammont fil-paragrafu 13C(c) għal dak l-istrument.

13E Entità għandha tinkludi deskrizzjoni fid-divulgazzjonijiet tal-jeddijiet ta’ tpaċija assoċjati mal-assi finanzjarji rikonoxxuti u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti tal-entità soġġetti għal arranġamenti ta’ kumpens prinċipali rinforzabbli u ftehimiet simili li jkunu ddivulgati skont il-paragrafu 13C(d), inkluż in-natura ta’ dawk il-jeddijiet.

13F Jekk l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 13B-13E tkun iddivulgata f'aktar minn nota waħda għar-rapporti finanzjarji, entità għandha tagħmel kontroreferenza bejn dawk in-noti.

▼B

Kollateral

14 Entità għandha tiżvela:

(a) l-ammonti tal-assi finanzjarji li huma progressivi li hija rahnet bħala kollateral għal obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti, li jinkludu ammonti li ġew riklassifikati skont il-paragrafu 37(a) tal-IAS 39; u

(b) it-termini u kundizzjonijiet relatati mal-istess rahan.

15 Meta entità żżomm kollateral (ta’ assi finanzjarji jew mhux finanzjarji) u titħalla tbigħ jew tirhan mill-ġdid il-kollateral jekk ma jkunx hemm nuqqas min-naħa tas-sid tal-kollateral, hija għandha tiżvela:

(a) il-valur ġust tal-kollateral miżmum;

(b) il-valur ġust ta' kull kollateral li jinbigħ jew li jintrahan mill-ġdid, u jekk l-entità għandhiex obbligu li tirritornaha; u

(c) it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati mal-użu tal-kollateral.

Kont ta' konċessjoni għat-telf ta' krediti

16 Meta assi finanzjarji jiġu indeboliti b'telf ta' krediti u l-entità tirreġistra dan l-indeboliment f'kont separat (eż. kont ta' konċessjoni użat għar-reġistrazzjoni ta' indebolimenti individwali jew kont simili użat sabiex jiġi rreġistrat indeboliment kollettiv tal-assi) minflok tnaqqas direttament l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi, hija għandha għandha tiżvela rikonċiljazzjoni ta' bidliet fil-kont matul il-perijodu għal kull klassi ta' assi finanzjarji.

Strumenti finanzjarji komposti ma' derivati mdeffsa multipli

17 Jekk entità ħarġet strument li jikkontjeni kemm obbligazzjoni u komponent ta' ekwità (ara l-paragrafu 28 tal-IAS 32) u l-istrument għandu derivati mdeffsa multipli l-valuri ta' liema mhumiex interdipendenti (bħal strument ta' dejn konvertibbli li jista' jinxtara), hija għandha tiżvela dawn il-karatteristiċi.

Nuqqas ta' ħlas u Ksur

18 Għas-self pagabbli rikonoxxut fid-data tar-rappurtaġġ, entità għandha tiżvela:

(a) dettalji ta' kull nuqqas ta' ħlas matul il-perijodu ta' prinċipal, imgħax, fond ta' amortizzament, jew termini ta' fidi ta' dawk is-self pagabbli;

(b) l-ammont miżmum fil-kotba tas-self pagabbli li ma tħallasx fid-data tar-rappurtaġġ; u

(c) jekk in-nuqqas ta' ħlas ġiex rimedjat, jew it-termini tas-self pagabbli ġewx rinegozjati, qabel ma r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għal ħruġ.

19 Jekk, matul il-perijodu, kien hemm ksur ieħor tat-termini tal-ftehim ta' self minbarra dawk deskritti fil-paragrafu 18, entità għandha tiżvela l-istess informazzjoni kif meħtieġ mill-paragrafu 18 jekk dak il-ksur ikun ippermetta lil min jislef li jitlob li dawk l-ammonti jerġgħu jitħallsu b'mod aċċelerat (sakemm dak il-ksur ma jkunx ġie rimedjat, jew it-termini tas-self ma kinux ġew rinegozjati, fid-data ta' rappurtaġġ jew wara).

▼M5

Rapport tad-dħul komplessiv

▼B

Oġġetti ta' introjtu, infiq, qligħ jew telf

20 Entità għandha tiżvela l-oġġetti ta' introjtu, infiq, qligħ jew telf jew ►M5  fir-rapporti ◄ finanzjarji jew fin-noti:

(a) qligħ netti jew telf netti fuq:

(i) assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji għal valur ġust minħabba profitt jew telf, li juru separatament dawk fuq assi finanzjarji u dawk fuq obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala tali mar-rikonoxximent inizjali, u dawk fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li huma kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39;

▼M5

(ii) assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, b’mod li jintwerew separatament l-ammont ta’ profitt jew telf rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv matul il-perjodu u l-ammont irriklassifikat minn ekwità għal qligħ jew telf għall-perjodu;

▼B

(iii) investimenti miżmuma sad-data tal-maturità;

(iv) ammonti mislufa u riċevibbli; u

(v) obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla b'kost amortizzat;

(b) introjtu ta' interess totali u ħruġ ta' interess totali (ikkalkolati b'użu tal-metodu ta' interess effettiv) għall-assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li ma humiex b'valur ġust minħabba profitt jew telf;

(c) introjtu u ħruġ minħabba ħlas (minbarra l-ammonti inklużi fid-determinazzjoni tar-rata tal-imgħax effettiva) li joħorġu minn:

(i) assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li ma humiex bil-valur ġust minħabba profitt jew telf; u

(ii)  trust jew attivitajiet fiduċjarji oħra li jirriżultaw fiż-żamma jew investiment ta' assi f'isem individwi, trusts, pjani ta' benefiċċji ta' rtirar, u istituzzjonijiet oħra;

(d) introjtu ta' mgħax fuq assi finanzjarji indeboliti akkumulati b'konformità mal-paragrafu AG93 tal-IAS 39; u

(e) l-ammont ta' xi telf minn indeboliment għal kull klassi ta' assi finanzjarji.

Żvelar ieħor

Politika ta' kontabilità

▼M5

21 B'konformità mal-paragrafu 117 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), entità tiżvela, fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità, il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl li jintużaw fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u politika oħra tal-kontabilità li tintuża u li tkun rilevanti sabiex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji.

▼B

Kontabilità tal-hedge

22 Entità għandha tiżvela dawn li jmiss separatament għal kull tip ta' hedge kif deskritta fl-IAS 39 (jiġifieri valur ġust tal-hedges, hedges tal-fluss ta' flus, u hedges ta' investimenti netti f'operazzjonijiet barranin):

(a) deskrizzjoni ta' kull tip ta' hedge;

(b) deskrizzjoni tal-istrumenti finanzjarji meqjusa bħala strumenti ta' hedging u l-valur ġust tagħhom nhar id-data tar-rappurtaġġ; u

(c) in-natura tar-riskji li qed jiġu hedged.

23 Għal hedges tal-fluss ta' flus, entità għandha tiżvela:

(a) il-perijodi meta l-flussi ta' flus huma mistennija li ser iseħħu u meta huma mistennija li jaffettwaw il-profitt jew telf;

(b) deskrizzjoni ta' kull tranżazzjoni li tista' tiġi prevista għal-liema l-kontabilità tal-hedge intużat preċedentement, imma li ma hix mistennija tiġri aktar;

▼M5

(c) l-ammont li kien rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv matul il-perjodu;

(d) l-ammont li kien irriklassifikat minn ekwità għal profitt jew telf għall-perjodu, b’mod li jintwera l-ammont inkluż f'kull entrata linja b’linja fir-rapport tad-dħul komplessiv; u

▼B

(e) l-ammont li ġie mneħħi minn ekwità matul il-perijodu u inkluż fil-prezz inizjali jew ammont miżmum fil-kotba ieħor ta' assi mhux finanzjarju jew obbligazzjoni mhux finanzjarja l-akkwiżizzjoni jew it-tiġrib tiegħu/tagħha kienet tranżazzjoni hedged probabbli ħafna.

24 Entità għandha tiżvela separatament:

(a) f’hedges tal-valur ġust, qligħ jew telf;

(i) fuq l-istrumenti tal-hedging; u

(ii) fuq l-oġġett hedged attribwibbli lir-riskju li ġie hedged.

(b) l-ineffettività rikonoxxuta fi profitt jew telf li jiġi minn hedges tal-fluss ta' flus; u

(c) l-ineffettività rikonoxxuta fi profitt jew telf li jiġi minn hedges ta' investimenti netti f'operazzjonijiet barranin.

Valur ġust

25 Barra minn dak li huwa espost fil-paragrafu 29, għal kull klassi ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji (ara l-paragrafu 6), entità għandha tiżvela l-valur ġust ta' dik il-klassi ta' assi u obbligazzjonijiet b'tali mod illi jippermetti li dan jiġi kkomparat mal-ammont miżmum fil-kotba.

26 Meta tiżvela valuri ġusti, entità għandha tiġbor assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fi klassijiet, imma għandha tpaċihom biss sal-punt li l-ammonti miżmuma fil-kotba jiġu paċuti fuq il-karta ta' bilanċ.

28 F’ċerti każijiet, entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf fuq ir-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja peress li l-valur ġust la huwa evidenzjat minn prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika (jiġifieri input tal-Livell 1) u lanqas ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli (ara l-paragrafu AG76 tal-IAS 39). F’dawn il-każijiet, l-entità għandha tiddivulga skont il-klassi ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja:

(a) il-politika kontabilistika tagħha sabiex tirrikonoxxi d-differenza fil-profitt jew it-telf bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni sabiex tirrifletti bidla fil-fatturi (inkluż iż-żmien) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni (ara l-paragrafu AG76(b) tal-IAS 39);

▼B

(b) id-differenza totali li għad trid tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf fil-bidu u fl-għeluq tal-perijodu u r-rikonċiljazzjoni tal-bidliet għal bilanċ ta' din id-differenza;

▼M33

(c) għaliex l-entità tkun ikkonkludiet li l-prezz tat-tranżazzjoni ma kienx l-aħjar evidenza ta’ valur ġust, inkluża deskrizzjoni tal-evidenza li tappoġġja l-valur ġust.

29 Id-divulgazzjoni tal-valur ġust ma tkunx meħtieġa:

(a) meta l-ammont miżmum fil-kotba huwa approssimazzjoni raġonevoli tal-valur ġust, pereżempju, għall-istrumenti finanzjarji bħal debituri u kredituri tan-negozju fuq perijodu qasir;

▼M33

(b) għal investiment fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz tas-suq kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1), jew derivati marbuta ma’ tali strumenti azzjonarji, li jitkejlu skont il-kost f’konformità mal-IAS 39 minħabba li l-valur ġust tagħhom ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli; jew

▼B

(c) għal kuntratt li jikkontjeni karatteristika ta' parteċipazzjoni diskrezzjonarja (kif deskritt fl-IFRS 4) jekk il-valur ġust ta' dik l-għamla ma jistax jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

30 fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 29(b) u (c), entità għandha tiżvela informazzjoni sabiex tgħin lil min juża rapporti finanzjarji jasal għall-ġudizzju għaqli tiegħu dwar id-daqs ta' differenzi possibbli bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji u l-valur ġust tagħhom, li jinkludi:

(a) il-fatt li l-informazzjoni dwar il-valur ġust ma ġietx mgħarrfa għal dawk l-istrumenti għaliex il-valur ġust tagħhom ma jistax jiġi mkejjel b'mod affidabbli,

(b) deskrizzjoni tal-istrumenti finanzjarji, l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom, u spegazzjoni tar-raġuni għaliex il-valur ġust ma jistax jiġi mkejjel b'mod affidabbli;

(c) informazzjoni dwar is-suq għall-istrumenti;

(d) informazzjoni dwar jekk u kif l-entità għandha ħsieb tiddisponi mill-istrumenti finanzjarji; u

(e) jekk l-istrumenti finanzjarji l-valur ġust ta' liema preċedentament ma setax jiġi mkejjel b'mod affidabbli jkun ġie dirikonoxxut, dak il-fatt, l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fil-ħin tad-dirikonoxximent, u l-ammont ta' qligħ jew telf rikonoxxut.

NATURA U D-DAQS TAR-RISKJI LI JIRRIŻULTAW MINN STRUMENTI FINANZJARJI

31 Entità għandha tiżvela informazzjoni li tgħin lil dawk li jużaw l-istrumenti finanzjarji tagħha sabiex jevalwaw in-natura u d-daqs tar-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji għal-liema l-entità hija esposta fid-data tar-rappurtaġġ.

32 L-iżvelar meħtieġ mill-paragrafi 33-42 jiffoka fuq ir-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji u kif dawn jiġu mmaniġġati. Dawn ir-riskji tipikament jinkludu, imma ma humiex limitati għal riskju ta' kreditu, riskju ta' likwidità u riskju tas-suq.

▼M29

32A Li jiġu provduti divulgazzjonijiet kwalitattivi fil-kuntest ta’ divulgazzjonijiet kwantitattivi jippermetti lill-utenti li jikkollegaw divulgazzjonijiet relatati u għalhekk jiffurmaw stampa globali tan-natura u l-livell tar-riskji li jirriżultaw mill-istrumenti finanzjarji. L-interazzjoni bejn id-divulgazzjonijiet kwalitattivi u d-divulgazzjonijiet kwantitattivi tikkontribwixxi għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li jippermetti lill-utenti jevalwaw aħjar l-iskopertura ta’ entità għar-riskji.

▼B

Żvelar kwalitattiv

33 Għal kull tip ta' riskju li jiġi minn strumenti finanzjarji, entità għandha tiżvela:

(a) l-esponimenti għar-riskju u kif dawn jiġu;

(b) l-objettivi, il-politika u l-proċessi tagħha għall-immaniġġar tar-riskju u l-metodi użati sabiex jiġi mkejjel ir-riskju; u

(c) kull bidla f'(a) jew (b) mill-perijodu ta' qabel.

Żvelar kwantitattiv

▼M29

34 Għal kull tip ta’ riskju li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji, entità għandha tiddivulga:

(a) informazzjoni kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura tagħha għal dak ir-riskju fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar. Din id-divulgazzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta internament lill-persunal maniġerjali prinċipali tal-entità (kif definit fl-IAS 24 Żvelar lil Partijiet Relatati), pereżempju l-bord tad-diretturi jew l-uffiċjali eżekuttiv ewlieni tal-entità.

(b) id-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 36–42, safejn mhux ipprovdut skont (a).

(c) il-konċentrazzjonijiet tar-riskju jekk ma jkunux evidenti mid-divulgazzjonijiet magħmula skont (a) u (b).

▼B

35 Jekk l-informazzjoni kwantitattivà żvelata fid-data ta' rappurataġġ ma tkunx tirrappreżenta b'mod siffuċjenti r-riskju ta' esponiment għall-entità matul dak il-perijodu, entità għandha tipprovdi aktar informazzjoni li tkun rappreżentattiva.

Riskju ta' kreditu

▼M29

36 Entità għandha tiddivulga skont il-klassi tal-istrument finanzjarju:

(a) l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-esponiment massimu tagħha għar-riskju ta’ kreditu fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar mingħajr ma titqies xi kollateral miżmum jew titjib ieħor tal-kreditu (eż. ftehimiet ta’ kalkolu tal-valur nett li ma jikkwalifikawx għal tpaċija skont l-IAS 32); din id-divulgazzjoni mhijiex meħtieġa għal strumenti finanzjarji li l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom jirrappreżenta l-aħjar l-skopertura massima għar-riskju ta’ kreditu.

(b) deskrizzjoni tal-kollateral miżmuma bħala sigurtà u ta’ titjib ieħor tal-kreditu, u l-effett finanzjarju tagħhom (eż. kwantifikazzjoni ta’ kemm il-kollateral u titjib ieħor tal-kreditu jimmitigaw ir-riskju ta’ kreditu) fir-rigward tal-ammont li l-aħjar li jirrappreżenta l-iskopertura massima għar-riskju ta’ kreditu (sew jekk divugat skont (a) jew rappreżentat mill-ammont miżmum fil-kotba ta’ strument finanzjarju).

(c) informazzjoni dwar il-kwalità tal-kreditu ta’ assi finanzjarji li la jkunu skadew u lanqas indeboliti.

(d) [imħassar]

Assi finanzjarji li la jkunu skaduew u lanqas indeboliti

37 Entità għandha tiddivulga skont il-klassi tal-assi finanzjarju:

(a) analiżi tal-età tal-assi finanzjarji li jkunu skadew fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar iżda li ma jkunux indeboliti; u

(b) analiżi tal-assi finanzjarji stabiliti individwalment bħala indeboliti fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar, inklużi l-fatturi li l-entità kkunsidrat meta stabiliet li huma indeboliti.

(c) [imħassar]

Kollateral u titjibiet tal-kreditu oħra miksuba

38 Meta entità tikseb assi finanzjarji jew mhux finanzjarji matul il-perjodu billi tieħu l-pussess ta’ kollateral li jkollha bħala titolu jew titlob titjibiet tal-kreditu oħra (eż. garanziji), u dawn l-assi jissodisfaw il-kriterji ta’ rikonoxximent f’IFRSs oħra, entità għandha tiddivulga għal dawn l-assi miżmuma fid-data tar-rappurtar:

(a) in-natura u l-ammont miżmum fil-kotba, tal-assi; u

(b) meta l-assi ma jkunux faċilment konvertibbli fi flus, il-linji politiċi tagħha biex teħles minn dawk l-assi jew biex tużahom fl-operazzjonijiet tagħha.

▼B

Riskju tal-likwidità

▼M19

39 Entità għandha tiżvela:

(a) analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati (inklużi kuntratti maħruġa ta’ garanzija finanzjarja) li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal.

(b) analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji derivati. L-analiżi tal-maturità għandha tinkludi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal għal dawk l-obbligazzjonijiet finanzjarji derivati li għalihom il-maturitajiet kuntrattwali huma essenzjali sabiex tinftiehem l-għażla taż-żmien tal-flussi ta’ flus (ara l-paragrafu B11B).

(c) deskrizzjoni ta’ kif tikkontrolla r-riskju tal-likwidità li huwa inerenti f’(a) u (b).

▼B

Riskju tas-suq

Analiżi ta' sensittività

40 Sakemm entità ma tkunx tikkonforma mal-paragrafu 41, hija għandha tiżvela:

(a) analiżi ta' sensittività għal kull tip ta' riskju tas-suq għal-liema l-entità hija esposta dak in-nhar tar-rappurtaġġ, li turi kif profitt jew telf u ekwità kienu jiġu effetwati b'bidliet fir-riskju varjabbli relevanti li kienu raġonevolment possibbli f'dik id-data;

(b) il-metodi u s-suppożizzjonijiet użati fil-preparazzjoni tal-analiżi ta' sensittività; u

(c) bidliet mill-perijodu preċedenti fil-metodi u s-suppożizzjonijiet u r-raġunijiet għal tali bidliet.

41 Jekk entità tipprepara analiżi ta' sensittività, bħal valur fir-riskju, li tirrifletti interdipendenzi bejn ir-riskji varjabbli (eż. rati tal-imgħax u rati tal-kambju) u tuża l-istess sabiex timmaniġġa riskji finanzjarji, hija tista' tuża dik l-analiżi ta' sensittività minfok l-analiżi speċifikata fil-paragrafu 40. L-entità għandha tiżvela wkoll:

(a) spjegazzjoni tal-metodu użat fil-preparazzjoni ta' tali analiżi ta' sensittività, u tal-parametri prinċipali u suppożizzjonijiet li fuqhom tkun ibbażata l-informazzjoni mogħtija; u

(b) spjegazzjoni tal-objettiv tal-metodu użat u tal-limitazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f'informazzjoni li ma tirriflettix bl-eżatt il-valur ġust tal-assi u l-obbligazzjonijiet involuti.

Żvelar ieħor dwar riskji tas-suq

42 Meta l-analiżi ta' sensittività żvelati skont il-paragrafu 40 jew 41 m’humiex rappreżentattivi tar-riskju inerenti fi strument finanzjarju (pereżempju għaliex l-esponiment f'għeluq is-sena ma jkunx jirrifletti l-esponiment matul dik is-sena), l-entità għandha tiżvela dan il-fatt u r-raġuni għaliex hija temmen li l-analiżi ta' sensittività m’ humiex rappreżentattivi.

▼M30

TRASFERMINETI TAL-ASSI FINANZJARJI

42A Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42B–42H marbuta mat-trasferimenti tal-assi finanzjarji jissuplimentaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tad-divulgazzjoni ta' din l-IFRS. Entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet rekwiżiti permezz tal-paragrafi 42B-42H f'nota waħda fir-rapporti finanzjarji tagħha. Entità għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet rekwiżiti għall-assi finanzjarji kollha ttrasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent u għal kwalunkwe involviment kontinwu f'assi trasferit, li jeżisti fid-data ta' rappurtar, irrispettivament ta' meta seħħet it-tranżazzjoni relatata tat-trasferiment. Għall-finijiet li jiġu applikati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni f'dawk il-paragrafi, entità tittrasferixxi l-assi finanzjarju kollu jew parti minnu (l-assi finanzjarju trasferit), jekk, u jekk biss:

(a) tittrasferixxi d-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus ta' dak l-assi finanzjarju; jew

(b) iżżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-flussi ta' flus ta' dak l-assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi ta' flus lil riċevitur wieħed jew aktar f'arranġament.

42B Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha:

(a) biex jifhmu r-relazzjoni bejn l-assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma jkunx ġie rtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom u l-obbligazzjonijiet assoċjati; u

(b) biex tevalwa n-natura ta', u r-riskji assoċjati ma', l-involviment kontinwu tal-entità f'assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent.

42C Għall-finijiet li jiġu applikati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, entità jkollha involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jekk, bħala parti mit-trasferiment, l-entità żżomm xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi inerenti fl-assi finanzjarju trasferit jew tikseb xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi ġodda marbuta mal-assi finanzjarju trasferit. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H, dawn li ġejjin ma jikkostitwixxux involviment kontinwu:

(a) rappreżentazzjonijiet u garanziji normali marbuta ma' trasferiment doluż u kunċetti ta' raġonevolezza, rieda tajba u negozjar ġust li b'riżultat ta' azzjoni legali jistgħu jinvalidaw trasferiment.

(b) kuntratti forward, tal-opzjoni jew oħrajn biex jerġgħu jiksbu l-assi finanzjarju trasferit li għalih il-prezz tal-kuntratt (jew il-prezz tal-eżerċizzju) ikun il-valur ġust tal-assi finanzjarju trasferit; jew

(c) arranġament li bih entità żżomm id-drittijiet kuntrattwali biex tirċievi l-fluss ta' flus ta' assi finanzjarju, iżda tassumi obbligu kuntrattwali biex tħallas il-flussi ta' flus lill-entità waħda jew aktar u l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 19(a)–(c) tal-IAS 39 jintlaħqu.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

42D Entità tista' tkun ittrasferiet assi finanzjarji b'tali mod li l-assi finanzjarji kollha jew parti minnhom ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent. Biex tilħaq l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 42B(a), l-entità għandha tiddivulga f'kull data ta' rappurtar għal kull klassi ta' assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom:

(a) in-natura tal-assi trasferiti.

(b) in-natura tar-riskji u l-gwadanji tas-sjieda li għalihom l-entità tkun skoperta.

(c) deskrizzjoni tan-natura tar-relazzjoni bejn l-assi trasferiti u l-obbligazzjonijiet assoċjati, inkluż ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mit-trasferiment fuq l-użu tal-assi trasferiti mill-entità relatriċi.

(d) meta kontroparti (kontropartijiet) għall-obbligazzjonijiet assoċjati tista' (jistgħu) jduru biss għall-assi trasferiti, għal skeda li tissettja l-valur ġust tal-assi trasferiti, il-valur ġust tal-obbligazzjonijiet assoċjati u l-pożizzjoni netta (id-differenza bejn il-valur ġust tal-assi trasferiti u l-obbligazzjonijeit assoċjati).

(e) meta l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi kollha trasferiti, l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi trasferiti u l-obbligazzjonijiet assoċjati.

(f) meta l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi sal-firxa tal-involviment kontinwu tagħha, (ara l-paragrafi 20(c)(ii) u 30 tal-IAS 39), l-ammont totali riportat tal-assi oriġinali qabel it-trasferiment, l-ammont riportat tal-assi li l-entità tkompli tirrikonoxxi, u l-ammont riportat tal-obbligazzjonijiet assoċjati.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

42E Biex tilħaq l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 42B(b), meta entità tirtira r-rikonoxximent tal-assi finanzjarji trasferiti fl-intier tagħhom (ara l-paragrafu 20(a) u (c)(i) tal-IAS 39) imma għandha involviment kontinwu fihom, l-entità għandha tiddivulga, tal-inqas, għal kull tip ta' involviment kontinwu f'kull data ta' rappurtar:

(a) l-ammont riportat tal-assi u l-obbligazzjonijiet li huma rikonoxxuti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u jirrappreżentaw l-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent, u l-entrati f'linja li fihom huwa rikonoxxut l-ammont riportat ta' dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet.

(b) il-valur ġust tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jirrappreżentaw l-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent.

(c) l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għal telf mill-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent, u informazzjoni li turi kif tiġi determinata l-iskopertura massima għat-telf.

(d) il-ħruġ mhux skontat ta' flus li jkunu jew jistgħu jkunu meħtieġa jirriakkwistaw l-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent (eż. il-prezz tal-eżerċitar fi ftehim ta' opzjoni) jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi trasferiti. Jekk il-ħruġ tal-flus ikun varjabbli, l-ammont divulgat għandu jkun ibbażat fuq il-kundizzjonijiet li jeżistu f'kull data ta' rappurtar.

(e) analiżi tal-maturità tal-ħruġ mhux skontat ta' flus li huma jew jistgħu jkunu meħtieġa jirriakkwistaw l-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi trasferiti, li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal tal-involviment kontinwu tal-entità.

(f) informazzjoni kwalitattiva li tispjega u tappoġġa d-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa f'(a)–(e).

42F Entità tista' taggrega l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 42E fir-rigward ta' assi partikolari jekk l-entità għandha aktar minn tip wieħed ta' involviment kontinwu f'dak l-assi finanzjarju li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent, u tirrapportah taħt tip wieħed ta' involviment kontinwu.

42G Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga għal kull tip ta' involviment kontinwu:

(a) il-qligħ jew telf rikonoxxut fid-data tat-trasferiment tal-assi.

(b) l-introjtu u l-ispejjeż rikonoxxuti, kemm fil-perjodu ta' rappurtar u b'mod kumulattiv, mill-involviment kontinwu tal-entità fl-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent (eż. bidliet ta' valur ġust fl-istrumenti derivattivi).

(c) jekk l-ammont totali ta' rikavat mill-attività tat-trasferiment (li tikkwalifika għall-irtirar tar-rikonoxximent) f'perjodu ta' rappurtar ma jkunx imqassam b'mod ekwu matul il-perjodu ta' rappurtar (eż. jekk proporzjon sostanzjali tal-ammont totali tal-attività tat-trasferiment iseħħ fil-ġranet ta' qabel l-għeluq ta' perjodu ta' rappurtar):

(i) meta l-ikbar attività tat-trasferiment iseħħ matul dak il-perjodu ta' rappurtar (eż l-aħħar ħamest ijiem qabel it-tmiem tal-perjodu ta' rappurtar).

(ii) l-ammont (eż. qligħ jew telf relatati) rikonoxxut mill-attività tat-trasferiment f'dik il-parti tal-perjodu ta' rappurtar, u

(iii) l-ammont totali ta' rikavat minn attività ta' trasferiment f'dik il-parti tal-perjodu ta' rappurtar.

Entità għandha tipprovdi din l-informazzjoni għal kull perjodu li għalih ikun ippreżentat rapport tal-introjtu komprensiv.

Informazzjoni supplimentari

42H Entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizjonali li tikkunsidra neċessarja biex tilħaq l-għanijiet tad-divulgazzjoni fil-paragrafu 42B.

▼B

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

43 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2007 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hia mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għal perijodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

44 Jekk entità tapplika dan l-IFRS għall-perijodi annwali li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2006, ma għandhiex għalfejn tippreżenta informazzjoni komparattiva għall-iżvelar meħtieġ mill-paragrafi 31-42 dwar in-natura u d-daqs tar-riskji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji.

▼M5

44A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafi 20, 21, 23(c) u (d), 27(c) u B5 tal-Appendiċi B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M29

44B L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 3(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li tkun inħolqot minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni għalih tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010).

▼M6

44C Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 3 għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, għal perjodu aktar qabel, l-emendi fil-paragrafu 3 għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ aktar qabel.

▼M8

44D Il-paragrafu 3(a) kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika għal perjodu aktar qabel l-emendi għall-ewwel paragrafu tal-IAS 28, l-ewwel paragrafu tal-IAS 31 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv.

▼M14

44E  Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafu 12 u jżid il-paragrafu 12A. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Lulju 2008.

▼M14

44F  Riklassifikazzjoni tal-Assi FinanzjarjiData Effettiva u Tranżizzjoni (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġ f'Novembru 2008, emenda l-paragrafu 44E. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara.

▼M25

44G   It-Titjib fl-Iżvelar dwar Strumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f’Marzu 2009, emenda l-paragrafi 27, 39 u B11 u żied il-paragrafi 27A, 27B, B10A u B11A–B11F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Fl-ewwel sena tal-applikazzjoni, entità m’għandhiex għalfejn tipprovdi informazzjoni komparattiva għall-iżvelar meħtieġ mill-emendi. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44G   It-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Marzu 2009, emenda l-paragrafi 27, 39 u B11 u żied il-paragrafi 27A, 27B, B10A u B11A-B11F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi l-iżvelar meħtieġ mill-emendi għal:

(a)   kwalunkwe perjodu annwali jew interim, fosthom kwalunkwe rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ippreżentata f'perjodu annwali komparattiv li jispiċċa qabel il-31 ta' Diċembru 2009, jew

(b)   kwalunkwe rapport tal-pożizzjoni finanzjarja hekk kif kienet fil-bidu tal-abkar perjodu komparattiv fi żmien qabel il-31 ta' Diċembru 2009

Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt. ( 58 )

▼M29

44K Il-paragrafu 44B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa.

44L It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010 żied il-paragrafu 32A u emenda l-paragrafi 34 u 36–38. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M30

44M  Divulgazzjonijiet—Trasferiment tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru tal-2010, tneħħa l-paragrafu 13 u ġew miżjuda l-paragrafi 42A–42H u B29–B39. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta' Lulju 2011. Hija permessa applikazzjoni bikrija. Jekk entità tapplika l-emendi minn data bikrija, għandha tiddivulga dak il-fatt. Entità ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dawk l-emendi għal kwalunkwe perjodu ppreżentat li jibda qabel id-data tal-applikazzjoni inizzjali tal-emendi.

▼M32

44O L-IFRS 10 u l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼M33

44P L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 3, 28, 29, B4 u B26 u l-Appendiċi A u ħassar il-paragrafi 27–27B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M31

44Q  Preżentazzjoni tal-Entrati ta’ Introjtu Komprensiv Ieħor (Emendi għall-IAS 1), maħruġ f'Ġunju 2011, emenda l-paragrafu 27B. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IAS 1 kif emendat f'Ġunju 2011.

▼M34

44R  Divulgazzjonijiet-Tpaċija ta’ Assi Finanzjarji u Obbligazzjonijiet Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Diċembru 2011, żied il-paragrafi IN9, 13A–13F u B40–B53. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2013 jew wara u perjodi interim f'dawk il-perjodi annwali. Entità għandha tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dawk l-emendi retrospettivament.

▼M38

44X  Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 30

45 Din l-IFRS tissostitwixxi l-IAS 30 Dikjarazzjonijiet fir-Rapporti Finanzjarji tal-Banek u Istituzzjonijiet Finanzjarji Simili.




Appendiċi A

Termini mfissra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS



▼M33

riskju ieħor tal-prezz

Ir-riskju li l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus futuri ta’ strument finanzjarju jistgħu jvarjaw minħabba bidliet fil-prezzijiet tas-suq (minbarra dawk ikkawżati minn riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew riskju fuq il-valuta), kemm jekk dawk il-bidliet ikunu kkawżati minn fatturi speċifiċi għall-istrument finanzjarju individwali jew għal min ħarġu, kif ukoll minn fatturi li jaffettwaw kull strument finanzjarju simili nnegozjat fis-suq.

▼B

riskju ta' kreditu

Ir-riskju li parti waħda ta' strumenti finanzjarji tikkawża telf finanzjarju lill-parti l-oħra billi ma tonorax obbligu

▼M19

riskju ta’ likwidità

Ir-riskju li entità ser tiltaqa’ ma’ diffikultà biex tissodisfa l-obbligi assoċjati ma’ obbligazzjonijiet finanzjarji li jissaldu bil-kunsinna ta’ flus jew ta’ xi assi finanzjarju ieħor.

▼B

riskju ta' rata tal-imgħax

Ir-riskju li l-valur ġust jew flussi ta' flus futuri ta' strumenti finanzjarji tvarja minħabba bidliet fir-rati tal-imgħax tas-suq.

riskju ta' munita

Ir-riskju li l-valur ġust jew flussi ta' flus futuri ta' strumenti finanzjarji tvarja minħabba bidliet f'rati tal-kambju.

riskju tas-suq

Ir-riskju li l-valur ġust jew flussi ta' flus futuri ta' strumenti finanzjarji tvarja minħabba tibdil fil-prezzijiet tas-suq. Riskju tas-suq jinkludi tliet tipi ta' riskju: ir-riskju tal-munita, ir-riskju tar-rata tal-imgħax u riskju ieħor tal-prezz.

self pagabbli

Self pagabbli huma obbligazzjonijiet finanzjarji, ħlief djun tan-negozju għal żmien qasir pagabbli b'termini ta' kreditu normali.

wara d-data tal-għeluq

Assi finanzjarju huwa wara d-data tal-għeluq meta kontroparti tkun naqset milli tagħmel ħlas meta dovut skont kuntratt.

It-termini li ġejjin huma definiti fil-paragrafu 11 tal-IAS 32 jew il-paragrafu 9 tal-IAS 39 u huma użati f'dan l-IFRS bit-tifsira speċifikata fl-IAS 32 u l-IAS 39.

 ammonti mislufa u riċevibbli

 assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

 assi finanzjarju

 assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

 assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja miżmuma għan-negozju

 derivat

 investimenti miżmuma sad-data tal-maturità

 irtirar tar-rikonoxximent

 kost amortizzat ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja

 kuntratt ta' garanzija finanzjarja

 metodu ta' interess effettiv

 obbligazzjoni finanzjarja

 strument azzjonarju

 strument finanzjarju

 strument ta' hedging

 tranżazzjoni prevista

 valur ġust

 xiri jew bejgħ magħmul b'mod regolari




Appendiċi B

Gwida ta' applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS

KLASSIJIET TA' STRUMENTI FINANZJARJI U LIVELL TA' ŻVELAR (IL-PARAGRAFU 6)

B1 Il-paragrafu 6 jirrikjedi li entità tpoġġi l-istrumenti finanzjarji fi klassijiet li huma xierqa għan-natura tal-informazzjoni mgħarrfa u li tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi ta' dawk l-istrumenti finanzjarji. Il-klassijiet deskritti fil-paragrafu 6 huma stabbiliti mill-entità u, għalhekk, huma distinti mill-kategorija ta' strumenti finanzjarji speċifikata fl-IAS 39 (li tiddetermina kif jitkejlu strumenti finanzjarji u fejn jiġu rikonoxxuti bidliet fil-valur ġust).

B2 Fid-deteriminazzjoni ta' klassijiet ta' strumenti finanzjarji, entità għandha, mill-inqas:

(a) tiddistingwi bejn strumenti mkejla b'kost amortizzat u dawk imkejla b'valur ġust.

(b) titratta bħala klassi jew klassijiet separati dawk l-istrumenti finanzjarji barra mill-ambitu ta' dan l-IFRS.

B3 Entità tiddeċiedi, fid-dawl taċ-cirkostanzi tagħha, kemm dettall għandha tipprovdi biex tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-IFRS, kemm enfasi tpoġġi fuq l-aspetti differenti tar-rekwiżiti u kif tiġbor informazzjoni biex turi l-istampa sħiħa mingħajr ma tgħaqqad informazzjoni b'karatteristiċi differenti. Huwa neċċessarju li jintlaħaq bilanċ bejn ir-rapporti finanzjarji li huma ta' piż kbir ma' dettalji eċċessivi li jistgħu ma jgħinux lill-utenti ta' rapporti finanzjarji u joskuraw informazzjoni importanti bħala riżultat ta' aggregazzjoni żejda. Pereżempju, entità m'għandhiex toskura informazzjoni importanti billi tinkludiha qalb ammont kbir ta' dettall insinifikanti. Bl-istess mod, entità m'għandhiex tiżvela informazzjoni li hija tant aggregata li toskura differenzi importanti bejn tranżazzjonijiet individwali jew riskji assoċjati.

L-IMPORTANZA TA' STRUMENTI FINANZJARJI GĦALL-POŻIZZJONI U R-RIŻULTATI FINANZJARJI

Obbligazzjonijiet finanzjarji meta jkun hemm valur ġust permezz ta' profitt jew telf (il-paragrafi 10 u 11)

B4 Jekk entità tikklassifika obbligazzjoni finanzjarja bħala li għandha valur ġust permezz ta' profitt jew telf, il-paragrafu 10(a) jobbligaha li tiżvela l-ammont tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja li hu attribwibbli ghall-bidla fir-riskju tal-kreditu tal-obbligazzjoni. Il-paragrafu 10(a)(i) jippermetti li entità tiddetermina dan l-ammont bħala l-ammont ta' bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni li mhux attribwibbli għal kundizzjonijiet ta' suq li jistgħu jagħtu lok għal riskju tas-suq. Jekk l-uniċi bidliet rilevanti fil-kundizzjonijiet tas-suq għal obbligazzjoni huma bidliet f'rata tal-imgħax osservata (benchmark), dan l-ammont jista' jiġi stmat kif spjegat hawn taħt:

(a) L-ewwel nett, l-entità tikkalkula r-rata interna ta' redditu tal-obbligazzjoni fil-bidu tal-perijodu billi tuża l-prezz osservat tas-suq tal-obbligazzjoni u l-flussi ta' flus kuntrattwali tal-obbligazzjoni fil-bidu tal-perijodu. Tnaqqas minn din ir-rata ta' redditu, ir-rata ta' mgħax osservata (benchmark) fil-bidu tal-perijodu, biex tasal għal komponent speċifiku għall-istrumenti tar-rata interna ta' redditu.

(b) Imbagħad, l-entità tikkalkula l-valur preżenti tal-fluss ta' flus assoċjati mal-obbligazzjoni billi tuża l-flussi ta' flus kuntrattwali tal-obbligazzjoni fit-tmiem tal-perijodu u rata ta' skont daqs is-somma ta' (1) ir-rata ta' mgħax osservata (benchmark) fit-tmiem tal-perijodu u (ii) il-komponent speċifiku għall-istrumenti tar-rata interna ta' redditu kif imfissra f'(a).

(ċ) Id-differenza bejn il-prezz osservat tas-suq tal-obbligazzjoni fit-tmiem tal-perijodu u l-ammont milħuq f'(b) hija l-bidla fil-valur ġust li mhijiex attribwibbli għal bidliet fir-rata tal-imgħax osservata (benchmark). Dan hu l-ammont li għandu jiġi mgħarraf.

Dan l-eżempju jassumi li l-bidliet fil-valur ġust ikkaġunati minn fatturi li mhumiex bidliet fir-riskju ta' kreditu tal-istrumenti u bidliet fir-rati tal-interess mhumiex sinifikanti. Jekk l-istrument fl-eżempju jkollu derivattiva mdeffsa, il-bidla fil-valur ġust tad-derivattiva mdeffsa m'għandhiex tiġi kkunsidrata meta jiġi determinat l-ammont li għandu jiġi żvelat skont il-paragrafu 10(a).

Żvelar ieħor – politika tal-kontabilità (il-paragrafu 21)

B5 Il-paragrafu 21 jirrikjedi l-iżvelar tal-bażi (jew bażijiet) ta' kejl użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u l-politika l-oħra tal-kontabilità użata li huma relevanti biex wieħed jifhem ir-rapporti finanzjarji. Għal strumenti finanzjarji, dan l-iżvelar jista' jinkludi:

(a) għal assi finanzjari jew obbligazzjonijiet finanzjari indikati f'valur ġust permezz ta' profitt jew telf:

(i) in-natura tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjonijiet finanzjari li l-entità indikat bħala dawk f'valur ġust permezz ta' profitt jew telf;

(ii) il-kriterji użati biex dawn l-assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji jiġu hekk indikati fir-rikonoxximent inizjali; u

(iii) kif l-entità issodisfat il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 9, 11A jew 12 tal-IAS 39 għal klassifikazzjoni bħal dik. Fil-każ ta' strumenti kklassifikati skont il-paragrafu (b)(ii) tad-definizzjoni fl-IAS 39 ta' assi finanzjari jew obbligazzjoni finanzjarja f'valur ġust permezz ta' profitt jew telf, dak l-iżvelar għandu jinkludi deskrizzjoni narrattiva taċ-ċirkustanzi fl-isfond tal-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent li kieku jkun hemm. Fil-każ ta' strumenti kklassifikati skont il-paragrafu (b)(ii) tad-definizzjoni fl-IAS 39 ta' assi finanzjari jew obbligazzjoni finanzjarja f'valur ġust permezz ta' profitt jew telf, dak l-iżvelar għandu jinkludi deskrizzjoni narrattiva ta' kif il-klassifikazzjoni f'valur ġust permezz ta' profitt jew telf taqbel mal-immaniġġar tar-riskju dokumentat jew l-istrateġija tal-investiment tal-entità.

(b) il-kriterji użati biex tindika li xi assi finanzjarji huma disponibbli għall-bejgħ.

(ċ) jekk xiri ta' natura regolari u bejgħ ta' assi finanzjarji jkunx ikkalkulat fid-data ta' meta l-assi jkunu ġew innegozjati jew fid-data tas-saldu (ara l-paragrafu 38 tal-IAS 39).

(d) meta kont ta' konċessjoni jkun użat biex inaqqas l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi finanzjarji milquta b'mod ħażin minn telf ta' kreditu.

(i) il-kriterji użati biex jiġi determinat meta l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi finanzjari milquta ħazin jiġi mnaqqas direttament (jew, fil-każ ta' ammortament imreġġa' lura, miżjud direttament) jew meta kont ta' konċessjoni jkun użat, u

(ii) il-kriterji użati biex ammonti li jridu jiġu mħallsa mill-kont ta' konċessjoni jiġu amortizzati kontra l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi finanzjarji milquta ħazin (ara l-paragrafu 16).

(e) kif jiġi ddeterminat qligħ nett jew telf nett fuq kull kategorija ta' istrumenti finanzjarji (ara l-paragrafu 20(a)), per eżempju, jekk il-qligħ nett jew telf nett fuq oġġetti bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf jinkludux imgħax jew introjtu minn dividendi.

(f) il-kriterji li entità tuża biex tiddetermina li hemm xhieda oġġettiva li jkun seħħ telf peress li l-assi jkun ġew milquta ħazin (ara l-paragrafu 20(e)).

(g) meta t-termini tal-assi finanzjarji li kieku jkunu wara d-data tal-għeluq jew milquta ħazin, iżda jkunu ġew negozjati mill-ġdid, il-politika tal-kontabilità tal-assi finanzjarji li huma s-suġġett ta' termini nnegozjati mill-ġdid (ara l-paragrafu 36(d)

Il-paragrafu 122 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jirrikjedi ukoll li l-entitajiet jiżvelaw, fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità jew f'noti oħrajn, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi, li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

IN-NATURA U-DAQS TAR-RISKJI LI JIRRIŻULTAW MINN STRUMENTI FINANZJARJI (IL-PARAGRAFI 31-42)

B6 L-iżvelar meħtieġ mill-paragrafi 31-42 għandu jingħata fir-rapporti finanzjarji jew inkella jkun inkorporat permezz ta' referenza għal band'oħra mir-rapporti finanzjarji għal xi rapport ieħor, bħal kummentarju tal-maniġment jew rapport dwar ir-riskju, li jkun aċċessibli mill-utenti tar-rapporti finanzjarji bl-istess mod bħar-rapporti finanzjarji u fl-istess ħin. Mingħajr l-informazzjoni inkorporata permezz ta' referenza għal band'oħra, ir-rapporti finanzjarji m'humiex sħaħ.

Żvelar kwantitattiv (il-paragrafu 34)

B7 Il-paragrafu 34(a) jeħtieġ l-iżvelar ta' informazzjoni kwantitattiva fil-qosor dwar l-esponiment ta' entità għal riskji bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta internament lil membru kruċjali tal-maniġment tal-entità. Meta entità tuża diversi metodi biex timmaniġġa l-esponiment għar-riskju, l-entità għandha tiżvela informazzjoni billi tuża l-metodu jew metodi li jipprovdu l-aktar informazzjoni relevanti u affidabbli. l-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji jiddiskuti r-relevanza u l-affidabbiltà.

B8 Il-paragrafu 34(ċ) jirrikjedi żvelar dwar il-konċentrazzjonijiet ta' riskju. Konċentrazzjonijiet ta' riskju jirriżultaw minn strumenti finanzjarji li għandhom karatteristiċi simili u li huma affetwati b'mod simili minn bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u oħrajn. L-identifikazzjoni ta' konċentrazzjonijet ta' riskju tirrikjedi ġudizzju għaqli li jikkunsidra ċ-ċirkustanzi tal-entità. Żvelar dwar il-konċentrazzjoni ta' riskju għandu jinkludi:

(a) deskrizzjoni ta' kif il-maniġment jiddetermina l-konċentrazzjonijiet;

(b) deskrizzjoni tal-karatteristika komuni li tidentifika kull konċentrazzjoni (eż. kontroparti, żona ġeografika, munita jew suq); u

(ċ) l-ammont ta' esponiment għar-riskju assoċjat ma' kull strument finanzjarju li jkollu dik il-karatteristika komuni.

L-esponiment massimu ta' riskju ta' kreditu (il-paragrafu 36(a))

B9 Il-paragrafu 36(a) jirrikjedi li jiġi żvelat l-ammont li l-iktar juri l-probbabiltà massima ta' riskju ta' kreditu. Fil-każ ta' assi finanzjarju, dan huwa tipikament l-ammont gross progressiv, nett minn:

(a) kull ammont paċut skont l-IAS 32; u

(b) kull telf ta' indeboliment rikonoxxut skont l-IAS 39.

B10 Attivitajiet li jagħtu lok għal riskju ta' kreditu u esponiment massimu assoċjata ta' riskju ta' kreditu jinkludu, iżda m'humiex limitati għal:

(a) għoti ta' ammonti mislufa u riċevibbli lill-konsumaturi, u t-tqegħid ta' depożiti f'entitajiet oħra. F'dawn il-każijiet, l-esponiment massimu għar-riskju ta' kreditu huwa l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi finanzjarji relatati.

(b) iffirmar ta' kuntratti derivati, eż. kuntratti dwar kambju ta' munita barranija, tpartit ta' rati tal-imgħax u derivati ta' kreditu. Meta l-assi riżultanti jkun imkejjel f'valur ġust, l-esponiment massimu għal riskju ta' kreditu fid-data tar-rapport għandha tkun daqs l-ammont miżmum fil-kotba.

(ċ) għoti ta' garanziji finanzjarji. F'dan il-każ, l-esponiment massimu ta' riskju ta' kreditu huwa l-ammont massimu li l-entità tista' tħallas jekk il-garanzija tiġi eżegwita, u liema ammont jista' jkun ħafna ikbar mill-ammont rikonoxxut bħala obbligazzjoni.

(d) li jsir impenn ta' self irrevokabbli waqt il-perijodu tal-validità tal-faċilità jew li jista' jiġi rrevokat biss bħala reazzjoni għal bidla materjali avversa. Jekk l-emittent ma jistax jsalda l-impenn ta' self nett permezz ta' flus jew permezz ta' xi strumenti finananzjarja oħra, l-esponiment massimu ta' riskju ta' kreditu huwa l-ammont sħiħ tal-impenn. Dan għaliex m'huwiex ċert jekk l-ammont ta' xi porzjon li ma jkunx maħruġ, ikunx jista' jinħareġ fil-futur. Dan jista' jkun ħafna ikbar mill-ammont rikonoxxut bħala obbligazzjoni.

▼M19

Żvelar kwantitattiv tar-riskju tal-likwidità (paragrafi 34(a) u 39(a) u (b))

B10A Skont il-paragrafu 34(a) entità tiżvela dejta kwantitattiva fil-qosor dwar l-iskopertura tagħha għar-riskju tal-likwidità fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta internament lil membri kruċjali tal-maniġment. Entità għandha tispjega kif ġiet iddeterminata dik id-dejta. Jekk il-flussi ’l barra ta’ flus (jew ta’ assi finanzjarju ieħor) inklużi f’dik id-dejta jistgħu:

(a) jew iseħħu aktar kmieni sew milli indikat fid-dejta,

(b) jew ikunu għal ammonti li huma sostanzjalment differenti minn dawk indikati fid-dejta (eż. għal derivat li huwa inkluż fid-dejta fuq bażi ta’ saldu nett iżda li għalih il-kontroparti għandha l-għażla li titlob saldu gross),

l-entità għandha tiddikjara dak il-fatt u tipprovdi informazzjoni kwantitattiva li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha li jivvalutaw il-kobor ta’ dak ir-riskju sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx inkluża fl-analiżi tal-maturità kuntrattwali meħtieġa mill-paragrafu 39(a) jew (b).

B11 Meta tkun qed tiġi ppreparata l-analiżi tal-maturità meħtieġa mill-paragrafu 39(a) u (b), entità tuża l-ġudizzju għaqli tagħha biex tiddedermina numru xieraq ta’ faxex ta’ żmien. Pereżempju, entità tista’ tiddetermina li dawn il-faxex ta’ żmien li ġejjin ikunu xierqa:

(a) mhux iktar tard minn xahar,

(b) iktar tard minn xahar iżda mhux iktar tard minn tliet xhur;

(c) iktar tard minn tliet xhur iżda mhux iktar tard minn sena; u

(d) iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn ħames snin.

B11A Meta tikkonforma mal-paragrafu 39(a) u (b), entità m'għandhiex tissepara derivat imdeffes minn strument finanzjarju ibridu (ikkombinat). Għal tali strument, entità għandha tapplika l-paragrafu 39(a).

B11B Il-paragrafu 39(b) jeħtieġ li entità tiżvela analiżi kwantitattiva tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji derivati li turi l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal jekk il-maturitajiet kuntrattwali jkunu essenzjali biex jinftiehem l-ipprogrammar tal-flussi tal-flus. Pereżempju, dan ikun il-każ għal:

(a) tpartit tar-rata tal-imgħax meta jkun fadal ħames snin għall-maturità f’hedge ta’ fluss ta’ flus ta’ assi jew obbligazzjoni finanzjarja b’rata varjabbli.

(b) kull impenn ta’ self.

B11C Il-paragrafu 39(a) u (b) jeħtieġ li entità tiżvela analiżi tal-maturità għal obbligazzjonijiet finanzjarji li juru l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji. F’dan l-iżvelar:

(a) meta kontroparti jkollha għażla ta’ meta ammont jitħallas, l-obbligazzjoni tiġi allokata għall-aktar perjodu bikri li fih l-entità tista’ tkun meħtieġa tħallas. Pereżempju, obbligazzjonijiet finanzjarji li entità tista’ tintalab tħallas bla avviż (eż. depożiti ta’ bla avviż) għandhom jiġu inklużi fl-iktar faxxa bikrija ta’ żmien.

(b) meta entità hija impenjata li tagħmel ammonti disponibbli bin-nifs, kull ammont minn dawn jiġi allokat għall-iktar perjodu bikri li fih dik l-entità tkun tista’ tintalab li tħallas. Pereżempju, impenn ta' self li ma jkunx intuża jiġi inkluż fil-faxxa taż-żmien li jkun fiha l-iktar data bikrija li fiha s-self ikun jista’ jinġibed.

(c) għal kuntratti maħruġa ta’ garanzija finanzjarja l-ammont massimu tal-garanzija jiġi allokat għall-iktar perjodu bikri li fih il-garanzija tista’ tiġi msejħa.

B11D L-ammonti kuntrattwali żvelati fl-analiżi tal-maturità kif meħtieġa mill-paragrafu 39(a) u (b) huma l-flussi ta’ flus kuntrattwali mhux skontati, pereżempju:

(a) l-obbligi grossi ta’ kiri finanzjarju (qabel ma jitnaqqsu l-ispejjeż finanzjarji);

(b) il-prezzijiet speċifikati f’kuntratti miftiehma bil-quddiem biex jinxtraw assi finanzjarji bi flus;

(c) l-ammonti netti f’każi ta’tpartit ta’ rati ta’ mgħax “ħlas-kurrenti/introjtu-fiss” li għalihom huma skambjati flussi ta’ flus netti;

(d) l-ammonti kuntrattwali li jkunu se jiġu skambjati fi strument finanzjarji derivat (eż. tpartit ta’ munita) li għalihom jiġu skambjati flussi grossi ta’ flus; u

(e) l-impenji grossi ta’ self.

Dawn il-flussi ta’ flus mhux skontati huma differenti mill-ammont inkluż fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja peress li l-ammont f’dak ir-rapport huwa bbażat fuq flussi ta’ flus skontati. Meta l-ammont pagabbli ma jkunx wieħed fiss, l-ammont li għandu jiġi żvelat ikun iddeterminat b’referenza għall-kundizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportaġġ. Pereżempju, meta l-ammont pagabbli jvarja skont bidliet f’indiċi, l-ammont żvelat jista’ jiġi bbażat fuq il-livell tal-indiċi fi tmiem il-perjodu.

B11E Il-paragrafu 39(c) jeħtieġ li entità tiddeskrivi kif hija tikkontrolla r-riskju tal-likwidità inerenti fl-entrati murija fl-iżvelar kwantitattiv meħtieġ fil-paragrafu 39(a) u (b). Entità għandha tiżvela analiżi tal-maturità ta' assi finanzjarji li hija żżomm biex tikkontrolla r-riskju tal-likwidità (eż. assi finanzjarji li jistgħu jinbiegħu ta’ malajr jew li huma mistennija li jiġġeneraw dħul ta’ flus biex jissodisfaw ħruġ ta’ flus fuq obbligazzjonijiet finanzjarji), jekk dik l-informazzjoni tkun neċessarja biex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha biex jivvalutaw in-natura u l-kobor tar-riskju tal-likwidità.

B11F Fatturi oħrajn li entità tista’ tikkunsidra meta tagħmel l-iżvelar meħtieġ fil-paragrafu 39(c) jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, jekk l-entità:

(a) tkunx rabtet faċilitajiet ta’ self (eż. faċilitajiet ta' karta kummerċjali) jew linji oħra ta' kreditu (eż. faċilitajiet ta' kreditu għal-lest) li hija tista’ taċċessa biex tissodisfa ħtiġijiet ta’ likwidità;

(b) iżżommx depożiti f’banek ċentrali biex tissodisfa ħtiġijiet ta’ likwidità;

(c) għandhiex sorsi ta’ fondi diversi ħafna;

(d) għandhiex konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ riskju ta’ likwidità jew fl-assi tagħha jew fis-sorsi ta’ fondi tagħha;

(e) għandhiex proċessi interni ta’ kontroll u pjani ta’ kontinġenza għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità;

(f) għandhiex strumenti li jinkludu termini ta’ ħlas lura aċċelarat (eż. malli titniżżel il-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-entità);

(g) għandhiex strumenti li jistgħu jeħtieġu l-impostament ta’ kollateral (eż. sejħiet għall-marġni għal derivati);

(h) għandhiex strumenti li jippermettu lill-entità tagħżel jekk issaldax l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha billi tikkunsinna flus (jew assi finanzjarju ieħor) jew billi tikkunsinna ishma tagħha stess; jew

(i) għandhiex strumenti li huma soġġetti għal arranġamenti ta' saldu uniku nett.

▼M19 —————

▼B

Riskju tas-suq – analiżi tas-sensittività (il-paragrafi 40 u 41)

B17 Il-paragrafu 40(a) jirrikjedi analiżi tas-sensitività għal kull tip ta' riskju tas-suq li għalih tkun esposta l-entità. B'mod konformi mal-paragrafu B3, entità tiddeċiedi kif tiġbor l-informazzjoni biex tagħti stampa sħiħa mingħajr ma tgħaqqad informazzjoni b'karatteristiċi differenti dwar esponimenti għal riskji minn ambjenti ekonomiċi notevolment differenti. Pereżempju:

(a) entità li tinnegozja strumenti finanzjarji tista' tiżvela din l-informazzjoni separatament għal strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju u dawk li mhumiex miżmuma għan-negozju.

(b) entità m'għandhiex għalfejn tittotalizza l-esponiment tagħha għal riskji tas-suq minn żoni ta' iperinflazzjoni mal-esponiment tagħha għall-istess riskji tas-suq minn żoni ta' inflazzjoni baxxa ħafna.

Jekk entità għandha esponiment għal tip wieħed ta' riskju tas-suq f'ambjent ekonomiku wieħed biss, m'għandhiex turi informazzjoni diżaggregata.

B18 Il-paragrafu 40(a) jirrikjedi li l-analiżi tas-sensitività turi l-effett fuq il-profitt u t-telf u l-ekwità ta' bidliet possibbli b'mod raġonevoli fil-varjabbli relevanti tar-riskju (eż. rati tal-imgħax tas-suq kurrenti, rati tal-kambju, prezzijiet ta' ekwità jew prezzijiet ta' prodotti kummerċjali). Għal dan l-għan:

(a) l-entitajiet m'humiex meħtieġa li jiddeterminaw xi profitt jew telf kien ikollhom f'dan il-perijodu li kieku l-varjabbli relevanti tar-riskju kienu differenti. Minnflok, l-entitajiet għandhom jiżvelaw l-effett fuq il-profitt jew it-telf u l-ekwità ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar  ◄ waqt li jassumu illi bidla raġonevolment possibbli fil-varjabbli tar-riskju relevanti seħħet ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar  ◄ u ġiet applikata għall-esponimenti tar-riskju eżistenti f'dik id-data. Jekk, pereżempju, entità kellha obbligazzjoni b'rata varjabbli fl-aħħar tas-sena, l-entità għandha tiżvela l-effett fuq il-profitt jew telf (ie spiża tal-interess) għas-sena kurrenti jekk ir-rati tal-interess ikunu varjaw b'ammonti raġonevolment possibbli.

(b) entitajiet li m'humiex meħtieġa li jgħarrfu l-effett fuq il-profitt jew telf u l-ekwità għal kull bidla f'sensiela ta' bidliet possibbli b'mod raġonevoli tal-varjabbli relevanti tar-riskju. Żvelar tal-effetti tal-bidla fil-limiti tal-medda raġonevolment possibbli huwa biżżejjed.

B19 Meta tiġi biex tiddetermina x'inhi bidla raġonevolment possibbli fil-varjabbli relevanti tar-riskju, entità għandha tikkunsidra:

(a) l-ambjenti ekonomiċi li fihom topera. Bidla possibbli b'mod raġonevoli m'għandhiex tinkludi xenarji remoti jew “l-iktar sitwazzjoni ħażina possibbli” jew 'testijiet tal-istress'. Barra minn hekk, jekk ir-rata ta' bidla f'varjabbli sottostanti ta' riskju hija stabbli, l-entità m'għandhiex għalfejn tibdel il-bidla possibbli b'mod raġonevoli magħżula fil-varjabbli tar-riskju. Pereżempju, f'każ li r-rata tal-interessi tkun ta' 5 fil-mija u l-entità tiddetermina li bidla fir-rata tal-interessi ta' ± 50 punti bażi tkun possibbli b'mod raġonevoli. L-entità jkollha tiżvela l-effett fuq il-profitt jew telf jekk ir-rati tal-interess jinbidlu għal 4,5 fil-mija jew 5,5 fil-mija. Fil-perijodu li jmiss, ir-rati ta' mgħax ikunu żdiedu b' 5,5 fil-mija. L-entità tkompli temmen li r-rati tal-interess ikunu jistgħu jinbidlu b' ± 50 punti bażi (ie li r-rata tal-bidla fir-rati tal-interess tkun stabbli). L-entità jkollha tiżvela l-effett fuq il-profitt jew telf jekk ir-rati tal-interess jinbidlu għal 5 fil-mija jew 6 fil-mija. L-entità ma jkollhiex għalfejn tirrevedi l-istima tagħha li r-rati tal-interess jkunu jistgħu raġjonevolment jinbdilu b' ± 50 punti bażi, sakemm ma jkunx hemm xhieda li r-rata tal-interessi tkun saret ħafna iktar instabbli.

(b) it-terminu ta' żmien li fuqu tkun qed tagħmel l-istima. L-analiżi tas-sensittività għandha turi l-effetti tal-bidliet li huma kkunsidrati li huma possibbli b'mod raġonevoli fil-perijodu sakemm l-entità tippreżenta dan it-tagħrif id-darba ta' wara, li s-soltu jseħħ fil-perijodu tar-rappurtaġġ annwali li jkun imiss.

B20 Paragrafu 41 jippermetti lil entità li tuża analiżi tas-sensitività li tirrifletti interdipendenzi bejn il-varjabbli tar-riskju, bħal ma hi l-metodoloġija tal-valur-fir-riskju, jekk tuża din l-analiżi biex timmaneġġa l-esponiment tagħha għal riskji finanzjarji. Dan japplika anki jekk metodoloġija bħal din tkejjel biss il-potenzjal ta' telf u ma tkejjilx il-potenzjal ta' qligħ. Entità bħal din tista' tikkonforma mal-paragrafu 41(a) billi tiżvela t-tip tal-mudell użat tal-valur-fir-riskju (eż. jekk il-mudell ikunx ibbażat fuq simulazzjonijiet Monte Carlo), spjegazzjoni dwar kif jaħdem il-mudell u s-suppożizzjonijiet ewlenin (eż. il-perijodu ta' parteċipazzjoni azzjonarja u l-livell ta' fiduċja). Entitajiet jistgħu wkoll jiżvelaw il-perijodu storiku ta' osservazzjoni u piż mogħti lil osservazzjonijiet fi ħdan dak il-perijodu, spjegazzjoni ta' kif l-opzjonijiet huma ttrattati f'dawk il-kalkoli u liema instabbilitajiet u korrelazzjonijiet (jew, inkella, simulazzjonijiet tad-distribuzzjoni ta' probabilità Monte Carlo) huma użati.

B21 Kull entità għandha tipprovdi analiżi tas-sensitività għall-kummerċ kollu tagħha, iżda tista' tipprovdi tipi differenti ta' analiżi ta' sensitività għal kategoriji differenti ta' strumenti finanzjarji.

Riskju tar-rata tal-imgħax

B22  Riskju tar-rata tal-imgħax jinħoloq f'dawk l-istrumenti finanzjarji li jagħtu mgħax u li huma rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ (eż. ammonti mislufa u riċevibbli u strumenti ta' dejn maħruġa) u fuq xi strumenti finanzjarji li m'humiex rikonoxxuti ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ (eż. xi impenji ta' self).

Riskju ta' munita

B23  Riskju ta' munita (jew riskju ta' kambju) jinħoloq f'dawk l-istrumenti finanzjarji li huma denominati f'munita barranija, i.e. f'munita differenti minn dik funzjonali li huma mkejjlin biha. Għall-għan ta' dan l-IFRS, ir-riskju ta' munita ma jinħoloqx minn istrumenti finanzjarji li huma oġġetti mhux monetarji jew minn strumenti finanzjarji denominati fil-munita funzjonali.

B24 Analiżi tas-sensitività għandha tiġi mgħarrfa għal kull munita li għaliha l-entità għandha esponiment sinifikanti.

Riskju ieħor tal-prezz

B25  Riskju ieħor tal-prezz jinħoloq fuq strumenti finanzjarji minħabba bidliet, pereżempju, fil-prezzijiet ta' materja prima u prezzijiet ta' ekwità. Sabiex tkun konformi mal-paragrafu 40, entità tista' tiżvela l-effett ta' tnaqqis fl-indiċi ta' borża speċifikata, prezz ta' prodott kummerċjali, jew varjabbli ieħor ta' riskju. Pereżempju, jekk entità tagħti garanziji ta' valur residwu li huma strumenti finanzjarji, l-entità tiżvela żjieda jew tnaqqis fil-valur tal-assi li għalihom tapplika dik il-garanzija.

B26 Żewġ eżempju ta' strumenti finanzjarji li jagħtu lok għal żjieda fir-riskju tal-prezz tal-ekwità huma (a) iż-żamma ta' ekwità f'entità oħra, u (b) investiment fi trust, liema trust ikollu investimenti fi strumenti azzjonarji. Eżempji oħra jinkludu kuntratti progressivi u opzjonijiet li tixtri jew tbiegħ għadd speċifiku ta' strument azzjonarju u tpartit li huwa indiċizzat ma' prezzijiet ta' ekwità. Il-valuri ġusti ta' dawn l-istrumenti finanzjarji huma affettwati b'bidliet fil-prezz tas-suq tal-istrumenti azzjonarji sottostanti.

B27 B'mod konformi mal-paragrafu 40(a), is-sensitività tal-profitt jew telf (li tirriżulta, pereżempju, minn strumenti kklassifikati f'valur ġust permezz ta' profitt jew telf u indebolimenti għal assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ), tiġi żvelata separatament mis-sensitività tal-ekwità (li tirriżulta, pereżempji, minn strumenti kklassifikati għall-bejgħ).

B28 Strumenti finanzjarji li entità tikklassifika bħala strumenti ta' ekwità ma jerġgħux jitkejlu. La l- profitt u t-telf lanqas l-ekwità ma jiġu affettwati bir-riskju tal-prezz tal-ekwità ta' dawk l-istrumenti. Għalhekk, l-ebda analiżi tas-sensitività m'hi meħtieġa.

▼M30

IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT (IL-PARAGRAFI 42C–42H)

Involviment kontinwu (il-paragrafu 42C)

B29 Il-valutazzjoni tal-involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit għall-finijiet tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 42E–42H issir fil-livell tal-entità li qed tirrapporta. Pereżempju, jekk sussidjarja tittrasferixxi assi finanzjarju fejn il-kumpanija prinċipali tas-sussidjarja jkollha involviment kontinwu, lill-parti terza mhux relatata, is-sussidjarja ma tinkludix l-involviment tal-kumpanija prinċipali fil-valutazzjoni dwar jekk għandhiex involviment kontinwu fl-assi ttrasferit fir-rapporti finanzjarji awtonomi tagħha (jiġifieri meta s-sussidjarja tkun l-entità relatriċi). Madankollu, kumpanija prinċipali tkun tinkludi l-involviment kontinwu tagħha (jew dak ta' membru ieħor tal-grupp) f'assi finanzjarju trasferit mis-sussidjarja tagħha fid-determinazzjoni dwar jekk ikollhiex involviment kontinwu f'assi trasferit fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha (jiġifieri meta l-entità relatriċi tkun il-grupp).

B30 Entità ma jkollhiex involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jekk, bħala parti mit-trasferiment, la żżomm xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi inerenti fl-assi finanzjarju trasferit u lanqas takkwista xi drittijiet kuntrattwali jew obbligi ġodda marbuta mal-assi finanzjarju trasferit. Entità ma jkollhiex involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jekk la għandha interess fil-prestazzjoni futura tal-assi finanzjarju trasferit u lanqas responsabbiltà taħt kwalunkwe ċirkostanza biex fil-futur tagħmel pagamenti fir-rigward tal-assi finanzjarju trasferit.

B31 L-involviment kontinwu f'assi finanzjarju trasferit jista' jirriżulta minn dispożizzjonijiet kuntrattwali fil-ftehim tat-trasferiment jew fi ftehim separat maċ-ċessjonarju jew parti terza mdaħħla f'konnessjoni mat-trasferiment.

Assi finanzjarji trasferiti li għalihom ma ġiex irtirat ir-rikonoxximent fl-intier tagħhom

B32 Il-paragrafu 42D jirrikjedi divulgazzjonijiet meta parti minn jew l-assi finanzjarji trasferiti kollha ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent. Dawk id-divulgazzjonijiet huma meħtieġa f'kull data ta' rappurtar li fiha l-entità tkompli tirrikonoxxi l-assi finanzjarji trasferiti, irrispettivmanet minn meta jkunu saru t-trasferimenti.

Tipi ta' involviment kontinwu (il-paragrafi 42E–42H)

B33 Il-paragrafi 42E–42H jirrikjedu divulgazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi għal kull tip ta' involviment kontinwu fl-assi finanzjarji li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent. Entità għandha taggrega l-involviment kontinwu tagħha f'tipi li jkunu rappreżentattivi tal-iskopertura tal-entità għar-riskji. Pereżempju, entità tista' taggrega l-involviment kontinwu tagħha skont it-tip ta' strument finanzjarju (eż. garanziji jew opzjonijiet ta' eżerċizzju) jew skont it-tip ta' trasferiment (eż. il-fatturament tar-riċevibbli, titolizzazzjonijiet u self b'titoli).

Analiżi tal-maturità għall-ħruġ mhux skontat ta' flus għar-riakkwist tal-assi trasferiti (il-paragrafu 42E(e))

B34 Il-paragrafu 42E(e) jirrikjedi entità biex tiddivulga analiżi tal-maturità tal-ħruġ mhux skontat ta' flus għar-riakkwist tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent jew ammonti oħrajn pagabbli liċ-ċessjonarju fir-rigward tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent, li juri l-maturitajiet kuntrattwali li jifdal tal-involviment kontinwu tal-entità. Din l-analiżi tiddistingwi l-flussi tal-flus li huma meħtieġa biex jitħallsu (eż. il-kuntratti forward), flussi ta' flus li l-entità tista' tkun meħtieġa tħallas (eż. opzjonijiet put bil-miktub) u flussi ta' flus li l-entità tista' tagħżel li tħallas (eż. opzjonijiet ta’ eżerċizzju akkwistati).

B35 Entità għandha tuża l-ġudizzju tagħha biex tiddetermina għadd xieraq ta' twieqi ta' żmien meta tipprepara l-analiżi tal-maturità meħtieġa skont il-paragrafu 42E(e). Pereżempju, entità tista’ tiddetermina li dawn it-twieqi ta’ żmien tal-maturità li ġejjin huma xierqa:

(a) mhux iktar tard minn xahar,

(b) iktar tard minn xahar iżda mhux iktar tard minn tliet xhur;

(c) iktar tard minn tliet xhur iżda mhux iktar tard minn sitt xhur;

(d) iktar tard minn sitt xhur iżda mhux iktar tard minn sena;

(e) iktar tard minn sena iżda mhux iktar tard minn tliet snin;

(f) iktar tard minn tliet snin iżda mhux iktar tard minn ħames snin; u

(g) iktar minn ħames snin.

B36 Jekk ikun hemm firxa ta' maturitajiet possibbili, il-flussi tal-flus jiġu inklużi abbażi tal-iktar data kmieni li fiha l-entità tista' tkun meħtieġa jew permessa tħallas.

Informazzjoni kwalitattiva (il-paragrafu 42E(f))

B37 L-informazzjoni kwalitattiva meħtieġa mill-paragrafu 42E(f) tinkludi deskrizzjoni tal-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent u n-natura u l-iskop tal-involviment kontinwu miżmum wara t-trasferiment ta' dawk l-assi. Tinkludi wkoll deskrizzjoni tar-riskji li għalihom hija skoperta l-entità, inkluż:

(a) deskrizzjoni ta' kif l-entità timmaniġġja ir-riskju inerenti fl-involviment kontinwu tagħha fl-assi finanzjarji li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent.

(b) jekk l-entità hijiex meħtieġa li ġġarrab telf qabel partijiet oħrajn, u l-gradazzjoni u l-ammonti ta' telf imġarrab mill-partijiet li l-interessi tagħhom jiggradaw aktar 'l isfel mill-interess tal-entità fl-assi (jiġifieri l-involviment kontinwu tagħha fl-assi).

(c) deskrizzjoni ta' kwalunkwe skattatur assoċjat mal-obbligi biex jipprovdi appoġġ finanzjarju jew biex jirriakkwista assi finanzjarju trasferit.

Qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent (il-paragrafu 42G(a))

B38 Il-paragrafu 42G(a) jirrikjedi entità biex tiddivulga l-qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent marbut ma' assi finanzjarji li għalihom l-entità jkollha involviment kontinwu. L-entità għandha tiddivulga jekk qligħ jew telf fl-irtirar tar-rikonoxximent irriżulta minħabba l-valuri ġusti tal-komponenti tal-assi li qabel kien rikonoxxut (jiġifieri l-interess fl-assi li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent u l-interess miżmum mill-entità) kienu differenti mill-valur ġust tal-assi li qabel kien rikonoxxut fis-sħiħ. F'dik is-sitwazzjoni, l-entità għandha tiddivulga wkoll dwar jekk il-kejl tal-valur ġust kienx jinkludi inputs sinifikanti li ma kinux bbażati fuq dejta osservabbli tas-suq, kif deskritt fil-paragrafu 27A.

Informazzjoni supplimentari (il-paragrafu 42H)

B39 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 42D–42G jistgħu ma jkunux suffiċjenti biex jilħqu l-għanijiet tad-divulgazzjoni fil-paragrafu 42B. Jekk dan ikun il-każ, l-entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex tissodisfa l-għanijiet tad-divulgazzjoni. L-entità għandha tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tagħha, kemm għandha bżonn tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-utenti u kemm għandha tagħmel enfasi fuq aspetti differenti tal-informazzjoni addizzjonali. Huwa neċċessarju li jintlaħaq bilanċ bejn ir-rapporti finanzjarji onerużi ma’ dettall eċċessiv li jista' jkun li ma jgħinx lill-utenti tar-rapporti finanzjarji u joskura l-informazzjoni b'riżultat ta’ wisq aggregazzjoni.

▼M34

Tpaċija ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji

(il-paragrafi 13A-13F)

Ambitu (il-paragrafu 13A)

B40 Id-divulgazzjonijiet fil-paragrafi 13B-13E huma meħtieġa għall-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti kollha li jkunu tpaċew skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32. Barra minn hekk, l-istrumenti finanzjarji jkunu fl-ambitu tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni fil-paragrafi 13B-13E jekk dawn ikunu soġġetti għal arranġament ta’ kumpens prinċipali infurzabbli jew ftehim simili li jkopri strumenti finanzjarji u tranżazzjonijiet simili, irrispettivament minn jekk l-istrumenti finanzjarji jitpaċewx skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32.

B41 Il-ftehimiet simili msemmija fil-paragrafi 13A u B40 jinkludu ftehimiet tal-ikklerjar tad-derivattivi, ftehimiet prinċipali globali ta’ riakkwist, ftehimiet prinċipali globali ta’ għoti b'self ta’ titoli, u kwlaunkwe jeddijiet relatati mal-kollateral finanzjarju. L-istrumenti finanzjarji u t-tranżazzjonijiet simili msemmija fil-paragrafu B40 jinkudi ftehimiet tad-derivattivi, ftehimiet tal-bejgħ u r-riakkwist (repo), ftehimiet ta’ bejgħ u riakkwist inversi (repo invers), ftehimiet ta’ teħid b'self u għoti b'self ta’ titoli. Eżempji ta’ strumenti finanzjarji li mhumiex fl-ambitu tal-paragrafu 13A huma s-selfiet u d-depożiti tal-klijenti fl-istess istituzzjoni (sakemm dawk ma jkunux tpaċew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja), u l-istrumenti finanzjarji li jkunu soġġetti biss għal ftehim ta’ kollateral.

Divulgazzjoni ta’ informazzjoni kwantitattiva għall-assi finanzjarji rikonoxxuti u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti fl-ambitu tal-paragrafu 13A (il-paragrafu 13C).

B42 L-istrumenti finanzjarji ddivulgati skont il-paragrafu 13C jistgħu jiġu soġġetti għal rekwiżiti differenti ta’ kejl (pereżempju, pagabbli reletat ma’ ftehim ta’ riakkwist jista' jitkejjel skont il-kost ammortizzat, filwaqt li derivattiv jitkejjel skont il-valur ġust). Entità għandha tinkludi l-istrumenti skont l-ammonti rikonoxxuti tagħhom u tiddeskrivi kwalunkwe differenzi fil-kejl li jirriżultaw b'rabta mad-divulgazzjonijiet.

Divulgazzjoni tal-ammonti gross tal-assi finanzjarji rikonoxxuti u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti fl-ambitu tal-paragrafu 13A (il-paragrafu 13C(a)).

B43 L-ammonti meħtieġa skont il-paragrafu 13C(a) huma dwar l-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li jkunu tpaċew skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32. L-ammonti rikjesti skont il-paragrafu 13C(a) huma wkoll dwar l-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li huma soġġetti għal arranġament ta’ kumpens prinċipali infurzabbli jew ftehim simili, irrispettivament minn jekk dawn jissodisfawx il-kriterji tat-tpaċija. Madankollu, id-divulgazzjonijiet rikjesti mill-paragrafu 13C(a) ma jikkonċernawx xi ammont rikonoxxut b'riżultat ta’ ftehimiet ta’ kollateral li ma jkunx jissodisfa l-kriterji ta’ tpaċija skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32. Minflok, tali ammonti jeħtieġ jiġu ddivulgati skont il-paragrafu 13C(d).

Id-divulgazzjoni tal-ammonti li jkunu tpaċew skont il-kriterji fil-paragrafu 42 tal-IAS 32(il-paragrafu 13C(b))

B44 Il-paragrafu 13C(b) jeħtieġ li l-entitatjiet jiddivulgaw l-ammonti li jkunu tpaċew skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32 meta jiġu ddeterminati l-ammonti netti ppreżentati fir-rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja. Kemm l-ammonti tal-assi finanzjarji rikonoxxuti kif ukoll dawk tal-obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti, li jkunu soġġetti għal tpaċija skont l-istess arranġament, jiġu ddivulgati fid-divulgazzjonijiet tal-assi finanzjarji u tal-obbligazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, l-ammonti ddivulgati (pereżempju, f'tabella) ikunu limitati għall-ammonti li jkunu soġġetti għal tpaċija, Pereżempju, entità jista' jkollha assi derivattiv rikonoxxut u obbligazzjoni derivattiva rikonoxxuta li jissodisfaw il-kriterji ta’ tpaċija fil-paragrafu 42 tal-IAS 32. Jekk l-ammont gross tal-assi derivat ikun akbar mill-ammont gross tal-obbligazzjoni derivattiva, it-tabella tad-divulgazzjoni tal-assi finanzjarji tinkludi l-ammont sħiħ tal-assi derivattiv (skont il-paragrafu 13C(a)) u l-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni derivattiva (skont il-paragrafu 13C(b)). Madankollu, filwaqt li tinkludi l-ammont sħiħ tal-obbligazzjoni derivattiva (skont il-paragrafu 13C(a)), it-tabella tad-divulgazzjoni tal-obbligazzjonijiet finanzjarji tinkludi biss l-ammont tal-assi derivattiv (skont il-paragrafu 13C(b)) li jkun daqs l-ammont tal-obbligazzjoni derivattiva.

Divulgazzjoni tal-ammonti netti ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja (il-paragrafu 13C(c))

B45 Jekk entità jkollha strumenti li jaqgħu fl-ambitu tad-divulgazzjoni (kif speċifikat fil-paragrafu 13A), imma li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ tpaċija fil-paragrafu 42 tal-IAS 32, l-ammonti rikjesti li jiġu ddivulgati mill-paragrafu 13C(c) ikunu daqs l-ammonti rikjesti li jiġu ddivulgati mill-paragrafu 13C(a).

B46 L-ammonti rikjesti li jiġu ddivulgati skont il-paragrafu 13C(c) iridu jiġu rrikonċiljati mal-ammonti tal-entrati ta’ partita individwali ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Pereżempju, jekk entità tiddetermina li l-aggregazzjoni jew id-diżaggregazzjoni ta’ ammonti tal-entrati ta’ partita individwali tar-rapporti finanzjarji tipprovdi aktar informazzjoni relevanti, din għandha tirrikonċilja l-ammonti aggregati jew diżaggregati divulgati skont il-paragrafu 13C(c) mal-ammonti tal-entrati ta’ partita individwali ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

Divulgazzjoni tal-ammonti soġġetti għal arranġament ta’ kumpens prinċipali infurzabbli jew ftehim simili li ma humiex altrimenti inklużi fil-paragrafu 13C(b) (il-paragrafu 13C(d))

B47 Il-paragrafu 13C(d) jeħtieġ li l-entitajiet jiddivulgaw l-ammonti li jkunu soġġetti għal arranġament ta’ kumpens prinċipali infurzabbli jew ftehim simili li ma humiex altrimenti inklużi fil-paragrafu 13C(b). Il-paragrafu 13C(d)(i) jirreferi għall-ammonti relatati mal-istrumenti finanzjarji rikonoxxuti li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ tpaċija kollha jew uħud minnhom skont il-paragrafu 42 tal-IAS 32 (pereżempju, jeddijiet kurrenti ta’ tpaċija li ma jissodisfawx il-kriterju fil-paragrafu 42(b) tal-IAS 32, jew jeddijiet kondizzjonali ta’ tpaċija li jkunu infurzabbli u eżerċitabbli biss fil-każ ta’ inadempjenza, jew fil-każ biss ta’ insolvenza jew falliment ta’ kwalunkwe kontraparti).

B48 Il-paragrafu 13C(d)(ii) jirreferi għall-ammonti relatati ma’ kollateral finanzjarju, inkluż kollateral fi flus, kemm irċevuti kif ukoll mirhuna. Entità għandha tiddivulga l-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji li jkunu ntrahnu jew irċevuti bħala kollateral. L-ammont divulgat skont il-paragrafu 13C(d)(ii) għandu jikkonċerna l-kollateral reali rċevut jew mirhun u l-ebda pagabbli jew riċevibbli riżultanti rikonoxxut li jirritorna jew jirċievi lura tali kollateral.

Limiti għall-ammonti divulgati fil-paragrafu 13C(d) (il-paragrafu 13D)

B49 Meta tiddivulga l-ammonti skont il-paragrafu 13C(d), entità trid tqis l-effetti fuq is-sovrakollateralizzazzjoni mill-istrument finanzjarju. Biex tagħmel dan, l-entità trid l-ewwel tnaqqas l-ammonti divulgati skont il-paragrafu 13C(d)(i) mill-ammont divulgat skont il-paragrafu 13C(c). L-entità għandha imbagħad tillimita l-ammonti divulgati skont il-paragrafu 13C(d)(ii) għall-bqija tal-ammont fil-paragrafu 13C(c) għall-istrument finanzjarju relatat. Madankollu, jekk il-jeddijiet ta’ kollateral ikunu jistgħu jiġu infurzati fl-istrumenti finanzjarji kollha, tali jeddijiet jistgħu jiġu inklużi fid-divulgazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 13D.

Deskrizzjoni tal-jeddijiet ta’ tpaċija soġġetti għal arranġamenti ta’ kumpens prinċipali infurzabbli u ftehimiet simli (il-paragrafu 13E)

B50 Entità għandha tiddeskrivi t-tipi ta’ jeddijiet ta’ tpaċija u arranġamenti simli ddivulgati skont il-paragrafu 13C(d), inkluż in-natura ta’ dawk il-jeddijiet. Pereżempju, entità għandha tiddeskrivi l-jeddijiet kondizzjonali tagħha. Għall-istrumenti soġġetti għal jeddijiet ta’ tpaċija li ma jkunux kontinġenti fuq avveniment futur imma li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji li jifdal fil-paragrafu 42 tal-IAS 32, l-entità għandha tiddeskrivi r-raġuni(jiet) għaliex il-kriterji ma ġew issodisfati. Għal kwalunkwe kollateral finanzjarju riċevut jew mirhum, l-entità għandha tiddeskrivi t-termini tal-ftehim ta’ kollateral (pereżempju, meta l-kollateral ikun ristrett).

Divulgazzjoni skont it-tip ta’ strument finanzjarju jew skont il-kontraparti

B51 Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi metħieġa skont il-paragrafu 13C(a)-(e) jistgħu jiġu ggruppjati skont it-tip ta’ strument finanzjarju jew it-tranżazzjoni (pereżempju, derivattivi, ftehimiet ta’ riakkwist u ftehimiet inversi ta’ riakkwist jew ftehimiet ta’ għoti jew teħid b'self ta’ titoli).

B52 Alternattivament, entità tista' tiġbor flimkien id-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa skont il-paragrafu 13C(a)-(c) skont it-tip ta’ strument finanzjarju, u d-divulgazzjonijiet kwantitattivi meħtieġa mill-paragrafu 13C(c)-(e) skont il-kontraparti. Jekk tipprovdi l-informazzjoni rikjesta skont il-kontraparti, l-entità ma tkunx meħtieġa tidentifika l-kontrapartijiet bl-isem. Madankollu, id-denominazzjoni tal-kontrapartijiet (Kontraparti A, Kontraparti B, Kontraparti C, eċċ) għandha tibqa' konsistenti minn sena għall-oħra għas-snin preżentati biex tinżamm il-komparabilità. Id-divulgazzjonijiet kwalitattivi għandhom jitqiesu sabiex tkun tista' tingħata aktar informazzjoni dwar it-tipi ta’ kontrapartijiet. Meta d-divulgazzjoni tal-ammonti fil-paragrafu 13C(c)-(e) tkun ipprovduta minn kontraparti, l-ammonti li jkunu individwalment sinifikanti f'termini ta’ ammonti totali tal-kontraparti, jiġu ddivulgati separatament u l-bqija tal-ammonti tal-kontraparti individwalment insinifikanti jiġu aggregati f'entrata ta’ partita waħda.

Affarijiet oħra

B53 Id-divulgazzjonijiet speċifiċi meħtieġa mill-paragrafi 13C-13E huma rekwiżiti minimi. Biex jinltaħaq l-objettiv fil-paragrafu 13B entità tista' tkun meħtieġa tissupplimentahom b'divulgazzjonijiet (kwalitattivi) addizzjonali, skont il-patti tal-arranġamenti ta’ kumpens prinċipali infurzabbli u ftehimiet relatati, inkluż in-natura tal-jeddijiet ta’ tpaċija, u l-effetti jew l-effetti potenzjali tagħhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

▼B




STANDARD INTERNAZZJONALI TA' RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 8

Segmenti tal-Operat

PRINĊIPJU ĊENTRALI

1 Entità għandha tiżvela informazzjoni biex tippermetti lil dawk li jagħmlu użu mir-rapporti finanzjarji tagħha biex jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji tal-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-kuntest ekonomiku li fih topera.

AMBITU

2 Dan l-IFRS għandu japplika:

(a) għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta' entità:

(i) li l-istrumenti ta' dejn jew azzjonarji tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inklużi swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu kull sett ta' strumenti f'suq pubbliku; u

(b) għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' grupp b'entità prinċipali:

(i) li l-istrumenti ta' dejn jew azzjonarji tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii) li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu kull sett ta' strumenti f'suq pubbliku.

3 Jekk entità li mhix meħtieġa biex tapplika dan l-IFRS tagħżel li tiżvela informazzjoni dwar segmenti li ma jikkonformawx ma' dan l-IFRS, m'għandhiex tiddeskrivi l-informazzjoni bħala informazzjoni segmentali.

4 Jekk rapport finanzjarju jkun fih kemm ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta' entità prinċipali li taqa' fl-ambitu ta' dan l-IFRS kif ukoll bħala r-rapporti finanzjarji separati tal-entità prinċipali, informazzjoni segmentali tkun meħtieġa biss fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

SEGMENTI TAL-OPERAT

5 Segment tal-operat huwa sezzjoni minn entità:

(a) li jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom jista' jaqla' dħul u jġarrab spejjeż (inkluż dħul u nfiq b'rabta ma' tranżazzjonijiet ma' komponenti oħra tal-istess entità);

(b) li r-riżultati tal-ħidma tiegħu huma regolarment analizzati mill-kap tal-entità li jiddeċiedi fl-operat, biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(c) li għalih hemm disponibbli informazzjoni finanzjarja diskreta.

Segment tal-operat jista' jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom għad irid ikollu dħul, pereżempju, operazzjonijiet ġodda jistgħu jkunu segmenti tal-operat qabel ma jaqalgħu dħul.

6 Mhux kull parti ta' entità hija neċessarjament segment tal-operat jew parti minn segment tal-operat. Pereżempju, kwartieri ġenerali tal-kumpanija jew xi dipartimenti funzjonali jistgħu ma jkunux qed idaħħlu flus jew jistgħu jdaħħlu flus li huma biss inċidentali għall-attivitajiet tal-entità u ma jkunux segmenti tal-operat. Għall-finijiet tal-IFRS, il-pjanijiet tal-benefiċċji tal-irtirar mill-impieg ta' entità mhumiex segmenti tal-operat.

7 It-termini “kap li jiddeċiedi fl-operat” jidentifikaw funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b'titlu speċifiku. Dik il-funzjoni hija li talloka r-riżorsi lil, u tanalizza r-rendiment tas-segment tal-operat ta' entità. Spiss il-kap li jiddeċiedi fl-operat ta' entità huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv jew l-uffiċjal kap operattiv imma, pereżempju, jista' jkun grupp ta' diretturi eżekuttivi jew oħrajn.

8 Għal bosta entitajiet, it-tliet karatteristiċi ta' segmenti tal-operat deskritti fil-paragrafu 5, kjarament jidentifikaw is-segmenti tal-operat tagħhom. Madankollu, entità tista' tipproduċi rapporti fejn l-attivitajiet tan-negozju ġew ippreżentati b'modi diversi. Jekk il-kap li jiddeċiedi fl-operat juża aktar minn ġabra waħda ta' informazzjoni segmentali, fatturi oħrajn jistgħu jidentifikaw sett singolu ta' sezzjonijiet li jikkositwixxu s-segmenti tal-operat ta' entità, inkluż in-natura tal-attivitajiet tan-negozju ta' kull sezzjoni, l-eżistenza ta' maniġers responsabbli għalihom, u informazzjoni ppreżentata lill-bord tad-diretturi.

9 Ġeneralment, segment tal-operat ikollu maniġer tas-segment, li jkun iwieġeb direttament lil u jżomm kuntatt regolari mal-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, li jiddiskuti attivitajiet operattivi, riżultati finanzjarji, previżjonijiet jew pjanijiet għas-segment. It-termini “maniġer tas-segment” jidentifikaw funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b'titlu speċifiku. Il-kap li jiddeċiedi fl-operat jista' wkoll ikun il-maniġer tas-segment għal xi segmenti tal-operat. Maniġer wieħed jista' jkun maniġer tas-segment għal aktar minn segment tal-operat wieħed. Jekk il-karatteristiċi fil-paragrafu 5 japplikaw għal aktar minn sett wieħed ta' sezzjonijiet f'organizzazzjoni imma jkun hemm biss sett wieħed li għalihom il-maniġers tas-segmenti jridu jwieġbu, dan is-sett ta' sezzjonijiet jikkostitwixxi s-segmenti tal-operat.

10 Il-karatteristiċi fil-paragrafu 5 jistgħu japplikaw għal tnejn jew aktar settijiet ta' sezzjonijiet li jikkoinċidu, li għalihom il-maniġers jinżammu responsabbli. Din l-istruttura xi drabi tissejjaħ bħala forma matriċi ta' organizzazzjoni. Pereżempju, f'ċerti entitajiet, xi maniġers ikunu responsabbli għal linji ta' prodotti u servizzi differenti madwar id-dinja, filwaqt li maniġers oħra jkunu responsabbli għal żoni ġeografiċi speċifiċi oħra. Il-kap li jiddeċiedi fl-operat regolarment janalizza r-riżultati operattivi taż-żewġ settijiet ta' sezzjonijiet, u l-informazzjoni finanzjarja hija disponibbli dwar it-tnejn. F'dik is-sitwazzjoni, l-entità għandha tiddetermina liema sett ta' sezzjonijiet jikkostitwixxi s-segmenti tal-operat b'riferenza għall-prinċipju ċentrali.

SEGMENTI SUĠĠETTI GĦAR-RAPPURTAĠĠ

11 Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar kull segment tal-operat li:

(a) ġie identifikat skont il-paragrafi 5-10 jew jirriżulta minn aggregazzjoni ta' tnejn jew aktar ta' dawk is-segmenti skont il-paragrafu 12; u

(b) jeċċedi l-limiti kwantitattivi tal-paragrafu 13.

Il-paragrafi 14-19 jispeċifikaw sitwazzjonijiet oħra li fihom għandha tiġi rrapportata informazzjoni separata dwar segment tal-operat.

Kriterji tal-aggregazzjoni

12 Is-segmenti tal-operat bosta drabi juru riżultati finanzjarji fit-tul simili jekk dawn ikollhom karatteristiċi ekonomiċi simili. Pereżempju, marġni grossi medji simili għal żewġ segmenti tal-operat ikunu mistennija jekk il-karatteristiċi ekonomiċi tagħhom kienu simili. Tnejn jew aktar segmenti tal-operat jistgħu jiġu aggregati f'segment tal-operat wieħed jekk l-aggregazzjoni tkun konsistenti mal-prinċipji ta' qofol ta' din l-IFRS, is-segmenti għandhom karatteristiċi simili u s-segmenti huma simili f'dan li ġej:

(a) in-natura tal-prodotti u s-servizzi;

(b) in-natura tal-proċessi tal-produzzjoni;

(c) it-tip jew klassi ta' klijenti għal prodotti jew servizzi tagħhom;

(d) il-metodi użati biex jitqassmu għall-prodotti tagħhom jew biex jiġu pprovduti s-servizzi;

(e) jekk applikabbli, in-natura tal-ambjent regolatorju, pereżempju, l-operazzjonijiet bankarji, l-assigurazzjoni jew l-utilitajiet pubbliċi.

Limiti kwantitattivi

13 Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar segment tal-operat li jilħaq kull wieħed mil-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a) Id-dħul irrapportat tiegħu, inkluż kemm il-bejgħ lill-klijenti esterni kif ukoll bejgħ jew trasferimenti lill-segmenti oħra, huwa 10 fil-mija jew aktar mid-dħul konsolidat, intern u estern, tas-segmenti kollha operattivi;

(b) l-ammont assolut tal-profitt jew telf irrapportat huwa anqas minn 10 fil-mija jew aktar mill-akbar ammont, f'ammont assolut, (i) mill-profitt konsolidat irrappurtat tas-segmenti tal-operat kollha li ma jkunux irrappurtawx telf, u (ii) mit-telf konsolidat irrappurtat tas-segmenti tal-operat kollha li jkunu rrappurtaw telf;

(c) L-assi tiegħu huma 10 fil-mija jew aktar mill-assi kollha tas-segmenti kollha tal-operat.

Is-segmenti tal-operat li ma jilħqu l-ebda wieħed mil-limiti kwantitattivi jistgħu jitqiesu suġġetti għar-rappurtaġġ, u jiġu rrappurtati separatament, jekk il-maniġment jemmen li l-informazzjoni dwar is-segment tista' tkun utli għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji.

14 Entità tista' tikkumbina informazzjoni dwar segmenti tal-operat li ma jkunux jilħqu l-limiti kwantitattivi mal-informazzjoni dwar segmenti tal-operat oħrajn li ma jilħqux il-limiti kwantitattivi biex jirriżultaw f'segment rapportabbli, jekk biss is-segmenti tal-operat ikollhom karatteristiċi ekonomiċi simili u għandhom komuni l-biċċa l-kbira tal-kriterji tal-aggregazzjoni mniżżla fil-paragrafu 12.

15 Jekk it-total tad-dħul estern irrappurtat mis-segmenti tal-operat huwa anqas minn 75 fil-mija tad-dħul tal-entità, segmenti tal-operat oħra għandhom jiġu identifikati wkoll bħala segmenti rapportabbli (anki jekk dawn ma jilħqux il-kriterji fil-paragrafu 13) sakemm ta' lanqas 75 fil-mija tad-dħul tal-entità jiġi inkluż fis-segmenti rapportabbli.

16 Informazzjoni dwar attivitajiet tan-negozju oħrajn u segmenti tal-operat li mhumiex suġġetti għar-rappurtaġġ għandha tiġi kkumbinata u żvelata f'kategorija dwar “is-segmenti l-oħra kollha” separatament mill-elementi rinkonċiljabbli l-oħra fir-rikonċiljazzjonijiet rekwiżiti mill-paragrafu 28. Is-sorsi tad-dħul inklużi fil-kategorija ta' “is-segmenti l-oħrajn kollha” għandhom ikunu deskritti.

17 Jekk il-maniġment jiddeċiedi li segment tal-operat identifikat bħala segment suġġett għar-rappurtaġġ fil-perijodu immedjatament preċedenti huwa ta' importanza kontinwa, l-informazzjoni dwar dak is-segment għandha tibqa' tiġi rrappurtata separatament fil-perijodu attwali ukoll jekk m'għadhiex tilħaq il-kriterji tar-rapportabbiltà fil-paragrafu 13.

18 Jekk segment tal-operat jiġi identifikat bħala segment rapportabbli fil-perijodu attwali skont il-limiti kwantitattivi, data dwar is-segment għal perijodu preċedenti ppreżentat għall-skopijiet komparattivi, għandha tiġi riformulata biex turi s-segment rapportabbli l-ġdid bħala segment separat, ukoll jekk dak is-segment ma jissodisfax il-kriterji tar-rapportabbiltà, stipulati fil-paragrafu 13, tul il-perijodu preċedenti, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi prodotta ma jkunx għoli żżejjed.

19 Jista' jkun hemm limitu prattiku għall-għadd ta' segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ li entità tiżvela separatament, li meta jinqabeż l-informazzjoni dwar is-segment tista' tkun dettaljata żżejjed. Minkejja li ma ġie deċiż l-ebda limitu preċiż, meta l-għadd ta' segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ skont il-paragrafi 13-18 jaqbeż l-għaxra, l-entità għandha tikkunsidra jekk intlaħaqx limitu prattiku.

ŻVELAR

20 Entità għandha tiżvela informazzjoni biex tippermetti lil dawk li jagħmlu użu mir-rapporti finanzjarji tagħha biex jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji tal-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-kuntest ekonomiku li fih topera.

21 Biex jitwettaq il-prinċipju tal-paragrafu 20, entità għandha tiżvela dan li ġej għal kull perijodu li għalih ikun ippreżentat rapport tal-introjtu:

(a) informazzjoni ġenerali kif deskritt fil-paragrafu 22;

(b) informazzjoni dwar il-profitt jew telf irrappurtat tas-segment, inkluż id-dħul u l-infiq speċifikati inklużi fil-profitt jew telf irrappurtati tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligazzjonijiet tas-segment u l-bażi tal-kalkolu, kif deskritt fil-paragrafi 23-27; u

(c) ir-rikonċiljazzjonijiet tat-totali tad-dħul tas-segment, il-profitt jew telf irrappurtat tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligi tas-segment u elementi sostanzjali oħra tas-segment ma' ammonti korrispondenti tal-entità kif deskritt fil-paragrafu 28.

Tqabbiliet tal-ammonti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għal segmenti li għandhom ikunu rrappurtati mal-ammonti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità għandhom isiru għal kull data li fiha jkun ippreżentat rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Informazzjoni għal perjodi fil-passat għandha tkun iddikjarata mill-ġdid kif deskritt fil-paragrafi 29 u 30.

Informazzjoni ġenerali

22 Entità għandha tiżvela l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

(a) fatturi użati biex jiġu identifikati s-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ tal-entità, inkluż il-bażi organizzattiva (pereżempju, jekk il-maniġment għażilx li jorganizza l-entità skont id-differenzi bejn il-prodotti u s-servizzi, skont iż-żoni ġeografiċi, il-kuntesti regolatorji, jew skont taħlita ta' fatturi u jekk s-segmenti tal-operat ġewx aggregati); u

(b) tipi ta' prodotti u servizzi li minnhom kull segment suġġett għar-rappurtaġġ jkollu dħul.

Informazzjoni dwar profitt jew telf, assi u obbligazzjonijiet

23 Entità għandha tirrapporta kalkolu ta’ profitt jew telf għal kull segment suġġett għar-rappurtaġġ. Entità għandha tirrapporta kalkolu ta’ assi u obbligazzjonijiet totali għal kull segment soġġett għal rappurtaġġ jekk tali ammonti jkunu pprovduti regolarment lill-kap li jiddeċiedi fl-operat. Entità għandha wkoll tiżvela li ġej dwar kull segment suġġett għar-rappurtaġġ jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment analizzat mill-kap li jiddeċiedi fl-operat, jew b’xi mod ieħor ikunu regolarment ipprovduti lill-kap li jiddeċiedi fl-operat, anki jekk mhux inklużi f'dak il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment:

(a) id-dħul minn klijenti esterni;

▼B

(b) id-dħul minn tranżazzjonijiet ma' segmenti tal-operat oħrajn fi-ħdan l-istess entità;

(c) dħul minn imgħax:

(d) spejjeż ta' imgħax;

(e) id-deprezzament u l-ammortizzament;

▼M5

(f) entrati materjali ta’ dħul u spiża żvelati skond il-paragrafu 97 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007);

▼B

(g) l-interess tal-entità fil-profitt jew it-telf ta' assoċjati jew impriżi konġunti rrappreżentati bil-metodu tal-ekwità;

(h) l-ispiża jew l-introjtu mit-taxxa fuq id-dħul;

(i) l-elementi sostanzjali mhux fi flus minbarra d-deprezzament u l-ammortizzament.

Entità għandha tirrapporta d-dħul mill-interessi separatament mill-ispiża fuq l-interessi għal kull segment suġġett għar-rappurtaġġ ħlief jekk il-parti l-kbira tad-dħul tas-segment ikun mill-interessi u l-kap li jiddeċiedi fl-operat primarjament joqgħod fuq id-dħul nett mill-interessi biex jevalwa r-rendiment tas-segment u jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment. F'dik is-sitwazzjoni, entità tista' tirrapporta d-dħul mill-interessi ta' dak is-segment nett mill-ispiża fuq l-interessi u tiddikjara li qed tagħmel dan.

24 Entità għandha tiddivulga dan li ġej dwar kull segment suġġett għar-rappurtaġġ jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-kejl tal-assi tas-segment analizzat mill-kap li jiddeċiedi fl-operat, jew xorta oħra jkunu regolarment ipprovduti lill-kap li jiddeċiedi fl-operat, ukoll jekk mhux inklużi fil-kejl tal-assi tas-segment:

(a) l-ammont ta' investiment f' assoċjati jew impriżi konġunti rrappreżentati bil-metodu tal-ekwità; u

▼M31

(b) l-ammonti ta’ żidiet għall-assi mhux kurrenti ( 59 ) apparti mill-istrumenti finanzjarji, assi ta’ taxxa differita, assi ta’ benefiċċji definiti netti (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati) u drittijiet li joriġinaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni.

▼B

KEJL

25 L-ammont għal kull element ta' segment irrappurtat għandu jkun il-kalkolu rrappurtat lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet bl-iskop li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi lis-segment u jevalwa r-rendiment tiegħu. Aġġustamenti u eliminazzjonijiet li jsiru fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji ta' entità u l-allokazzjoni ta' dħul, spejjeż, u qligħ jew telf għandhom jiġu inklużi biex jiġi determinat il-profitt jew telf irrappurtat tas-segment biss fil-każ li dawn ikunu inklużi fil-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment użat mill-kap li jiddeċiedi fl-operat. Bl-istess mod, dawk l-assi u obbligazzjonijiet biss li huma inklużi fil-kalkoli tal-assi u obbligazzjonijiet tas-segment użati mill-kap li jiddeċiedi fl-operat għandhom jiġu rrapportati għal dak is-segment. Jekk ammonti jiġu allokati fil-profitt jew it-telf, l-assi jew l-obbligazzjonijiet irrappurtati tas-segment, dawn l-ammonti għandhom jiġu allokati b'mod raġonevoli.

26 Jekk il-kap li jiddeċiedi fl-operat juża biss kalkolu wieħed ta' profitt jew telf ta' segment tal-operat, u tal-assi jew obbligazzjonijiet tas-segment fl-evalwazzjoni tar-rendiment tas-segment u fid-deċiżjoni dwar kif jiġu allokati r-riżorsi, il-profitt jew telf, l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment għandhom jiġu rrappurtati skont dawk il-kalkoli. Jekk il-kap li jiddeċiedi fl-operat juża aktar minn kalkolu wieħed ta' profitt jew telf ta' segment tal-operat, u tal-assi jew obbligazzjonijiet tas-segment, il-kalkoli rrappurtati għandhom jkunu dawk li l-maniġment jemmen li ntgħażlu skont il-prinċipji tal-kalkolazzjoni l-aktar konsistenti ma' dawk użati fil-kejl tal-ammonti korrispondenti fir-rapporti finanzjarji tal-entità.

27 Entità għandha tagħti spjegazzjoni tal-kejl ta' profitt jew telf, l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment għal kull segment suġġett għar-rappurtaġġ. Ta' lanqas, entità għandha tiżvela dan li ġej:

(a) il-bażi tal-kontabilità ta' kull tranżazzjoni bejn segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ;

(b) it-tip ta' kull differenzi bejn il-kalkoli tal-profitti jew telf tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ u l-profitt jew telf tal-entità qabel l-ispiża jew l-introjtu mit-taxxa fuq id-dħul u l-operazzjonijiet li ma tkomplewx (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politika ta' kontabilità u politika ta' allokazzjoni ta' kosti mġarrba ċentralment li jkunu meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrapportata;

(c) it-tip ta' kull differenzi bejn il-kalkoli tal-assi tas-segmenti suġġetti għar-rapportaġġ u l-assi tal-entità (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politika ta' kontabilità u politika ta' allokazzjoni ta' assi ta' użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrappurtata;

(d) it-tip ta' kull differenzi bejn il-kalkoli tal-obbligazzjonijiet tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ u l-obbligazzjonijiet tal-entità (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politika ta' kontabilità u politika ta' allokazzjoni ta' obbligazzjonijiet ta' użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrappurtat;

(e) it-tip ta' kull bidla minn perijodu preċedenti fil-metodi tal-kalkolu użati biex jiddeterminaw il-profitt jew telf irrappurtat tas-segment u l-effett, fejn applikabbli, ta' dawn il-bidliet fuq il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment;

(f) it-tip u l-effett ta' kull allokazzjonijiet asimetriċi għas-segmenti soġġetti għar-rappurtaġġ. Pereżempju, entità tista' talloka spiża ta' deprezzament lil segment mingħajr ma talloka l-assi deprezzabbli relatati mal-istess segment.

Rikonċiljazzjonijiet

28 Entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjonijiet għal dan kollu li ġej:

(a) it-total tad-dħul tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ fid-dħul tal-entità;

(b) it-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ fil-profitt jew telf tal-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (jew introjtu għat-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma jitkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka lis-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ bħal spiża tat-taxxa (jew introjtu għat-taxxa), l-entità tista' tirrikonċilja t-total tal-kejl tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf tal-entità wara li jkunu ddaħħlu dawk l-elementi;

(c) it-total tal-assi tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ fl-assi tal-entità;

(d) it-total tal-obbligazzjonijiet tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ mill-obbligazzjonijiet tal-entità jekk l-obbligazzjonijiet tas-segment ikunu rrappurtati skont il-paragrafu 23;

(e) it-total tal-ammonti tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ għal kull element sostanzjali informattiv ieħor żvelat fl-ammonti korrispondenti għall-entità.

L-elementi sostanzjali kollha ta' rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament. Pereżempju, l-ammont għal kull aġġustament sostanzjali meħtieġ għar-rikonċiljazzjoni tal-profitt jew telf ta' segment suġġett għar-rappurtaġġ mal-profitt jew telf ta' entità li joriġina minn politika differenti ta' kontabilità għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament.

Dikjarazzjoni b'mod ġdid ta' informazzjoni diġà rrappurtata

29 Jekk entità tbiddel l-istruttura interna tal-organizzazzjoni tagħha b'mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ, l-informazzjoni korrispondenti għall-perijodi preċedenti, inkluż għall-perijodi interim, għandhom ikunu ddikjarati b'mod ġdid sakemm l-informazzjoni ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv. Id-deċiżjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex disponibbli u jekk il-kost biex tinġabar huwiex eċċessiv tittieħed għal kull element individwali li jiġi żvelat. Wara bidla fil-kompożizzoni tas-segmenti tagħha suġġetti għar-rappurtaġġ, entità għandha tiżvela jekk hi tkunx iddikjarat mill-ġdid l-elementi korrispondenti tal-informazzjoni segmentali għall-perijodi preċedenti.

30 Jekk entità tkun biddlet l-istruttura interna tal-organizzazzjoni tagħha b'mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ u jekk l-informazzjoni segmentali għall-perijodi preċedenti, inklużi l-perijodi interim, ma tkunx ġiet iddikjarata mill-ġdid biex tirrifletti l-bidla, l-entità għandha tiżvela fis-sena li fiha seħħet il-bidla l-informazzjoni segmentali għall-perijodu attwali kemm dwar il-bażi l-antika kif ukoll dwar il-bażi l-ġdida ta' segmentazzjoni, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv.

ŻVELAR FL-ENTITÀ KOLLHA

31 Il-paragrafi 32-34 japplikaw għall-entitajiet kollha soġġetti għal din l-IFRS inkluż dawk l-entitajiet li għandhom segment wieħed suġġett għar-rappurtaġġ. Xi attivitajiet ta' negozju ta' entitajiet mhumiex organizzati abbażi tad-differenzi fi prodotti u servizzi relatati jew tad-differenzi fiż-żoni ġeografiċi tal-operazzjonijiet. Tali segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ ta' entità jistgħu jirrapportaw dħul minn firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi essenzjalment differenti, jew aktar minn segment wieħed tagħha suġġetti għar-rappurtaġġ jista' jipprovdi essenzjalment l-istess prodotti u servizzi. Bl-istess mod, segmenti suġġetti għar-rappurtaġġ ta' entità jistgħu jżommu assi differenti f'żoni ġeografiċi differenti u jirrapportaw dħul minn klijenti f'żoni ġeografiċi differenti, jew aktar minn segment wieħed tagħha suġġett għar-rappurtaġġ jista' jopera fl-istess żona ġeografika. L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 32-34 għandha tingħata biss jekk ma tkunx ingħatat bħala parti mill-informazzjoni tas-segment suġġett għar-rappurtaġġ kif meħtieġa minn dan l-IFRS.

Informazzjoni dwar prodotti u servizzi

32 Entità għandha tirrapporta dħul minn klijenti esterni għal kull prodott u servizz, jew kull grupp ta' prodotti u servizzi simili, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv, u f'dan il-każ dan il-fatt għandu jiġi żvelat. L-ammonti ta' dħul irrapportati għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji tal-entità.

Informazzjoni dwar żoni ġeografiċi

33 Entità għandha tirrapporta l-informazzjoni ġeografika li ġejja, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv:

(a) id-dħul mill-klijenti esterni (i) imqassma skont il-pajjiż tad-domiċilju tal-entità, u (ii) imqassma f'total skont il-pajjiżi barranin kollha li minnhom l-entità jkollha dħul. Jekk id-dħul minn klijenti esterni attribwit lil pajjiż barrani wieħed huwa sostanzjali, dan id-dħul għandu jiġi żvelat separatament. Entità għandha tiżvela l-bażi tat-tqassim tad-dħul minn klijenti esterni lill-pajjiżi individwali;

(b) assi mhux kurrenti ( 60 ) barra l-istrumenti finanzjarji, assi ta' taxxa differita, assi tal-benefiċċji ta' wara l-impieg, u jeddijiet li joriġinaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni (i) li jinsabu fil-pajjiż tad-domiċilju tal-entità u (ii) li jinsabu fil-pajjiżi barranin kollha bħala total fejn l-entità għandha l-assi. Jekk l-assi minn pajjiż barrani wieħed ikunu sostanzjali, dawn l-assi għandhom ikunu żvelati separatament.

L-ammonti rrappurtati għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji tal-entità. Jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv, dan il-fatt għandu jiġi żvelat. Entità tista' tipprovdi, barra l-informazzjoni meħtieġa f'dan il-paragrafu, is-subtotali tal-informazzjoni ġeografika dwar gruppi ta' pajjiżi.

Informazzjoni dwar klijenti prinċipali

▼M26

34 Entità għandha tagħti informazzjoni dwar sa fejn tasal id-dipendenza tagħha fuq il-klijenti prinċipali tagħha. Jekk id-dħul minn tranżazzjonijiet minn klijent estern wieħed jammontaw għal 10 fil-mija jew aktar tad-dħul tal-entità, l-entità għandha tiddikjara dan il-fatt, l-ammont totali tad-dħul minn kull klijent bħal dan, u l-identità tas-segment jew segmenti li qed jirrappurtaw dan id-dħul. L-entità m'għandhiex għalfejn tiżvela l-identità ta' klijent prinċipali jew l-ammont tad-dħul li kull segment jirrapporta mingħand dak il-klijent. Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, grupp ta’ entitajiet magħruf għall-entità li qed tirrapporta li jkun taħt kontroll komuni għandu jiġi meqjus bħala klijent wieħed,. Madankollu, huwa meħtieġ ġudizzju biex jkun ivvalutat jekk u gvern (nazzjonali, stat, provinċjali, territorjali, lokali jew barrani inkluż l-aġenziji tal-gvern u entitajiet simili kemm jekk lokali, nazzjonali jew internazzjonali) u entitajiet magħrufa għall-entità li qed tirrapporta li jkunu taħt il-kontroll ta' dak il-gvern għandhom jitqiesu bħal klijent wieħed. F'din il-valutazzjoni, l-entità li tirrapporta għandha tqis il-grad ta' integrazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet.

▼B

DATA TA' TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

35 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għar-rapporti finanzjarji annwali tagħha għall-perijodi li jibdew fl- 1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għar-rapporti finanzjarji għal perijodu qabel l- 1 ta' Jannar 2009, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M22

35A Il-paragrafu 23 ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perijodu aktar bikri hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M22

36 Informazzjoni segmentali għal snin preċedenti li tkun irrappurtata bħala informazzjoni komparattiva għall-ewwel sena tal-applikazzjoni (inkluża applikazzjoni tal-emenda fil-paragrafu 23 li saret f’April 2009) għandha tiġi riformulata biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din l-IFRS, ħlief jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi żviluppata jkun eċċessiv.

▼M5

36A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 23(f). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M26

36B L-IAS 24 Żvelar fuq Partijiet Relatati (kif rivedut fl-2009) emeda l-paragrafu 34 għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 24 (emendat fl-2009) għal perjodu li ġie qabel, hija għandha tapplika l-emenda fil-paragrafu 34 għal dak il-perjodu li ġie qabel.

▼B

IRTIRAR TAL-IAS 14

37 Dan l-IFRS jissostitwixxi l-IAS 14 Rappurtaġġ tas-Segment.




Appendiċi A

Terminu mfisser

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS



segment tal-operat

Segment tal-operat huwa sezzjoni minn entità:

(a)  li jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom jista' jaqla' dħul u jġarrab spejjeż (inkluż dħul u nfiq b'rabta ma' tranżazzjonijiet ma' komponenti oħra tal-istess entità);

(b)  li r-riżultati tal-ħidma tiegħu huma regolarment analizzati mill-kap tal-entità li jiddeċiedi fl-operat, biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(c)  li għalih hemm disponibbli informazzjoni finanzjarja diskreta.

▼M32




STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 10

Rapporti Finanzjarji Konsolidati

GĦAN

1 L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jistabilixxi prinċipji għall-preżentazzjoni u l-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati meta entità waħda tikkontrolla entità waħda oħra jew aktar.

Biex jintlaħaq l-għan

2 Sabiex jintlaħaq l-għan fil-paragrafu 1, dan l-IFRS:

(a) jitlob li entità (il-kumpanija prinċipali) li tikkontrolla entità waħda oħra jew aktar (sussidjarji) tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati;

(b) jiddefinixxi l-prinċipju ta’ kontroll, u jistabilixxi l-kontroll bħala l-bażi għall-konsolidament;

▼M38

(c) jistabbilixxi kif għandu jiġi applikat il-prinċipju tal-kontroll sabiex jiġi identifikat jekk investitur jikkontrollax destinatarju ta' investiment u għalhekk irid jikkonsolida d-destinatarju tal-investiment;

(d) jistabbilixxi r-rekwiżiti kontabilistiċi għall-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati; kif ukoll

(e) jiddefinixxi entità ta' investiment u jistipula eċċezzjoni għall-konsolidazzjoni ta' sussidjarji partikolari ta’ entità ta’ investiment.

▼M32

3 Dan l-IFRS ma jittrattax ir-rekwiżiti kontabilistiċi għall-kombinamenti ta’ negozji u l-effetti tagħhom fuq il-konsolidament, inkluż l-avvjament li jirriżulta fuq kombinament ta’ negozji (ara l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji).

AMBITU

4 Entità li tkun kumpanija prinċipali għandha tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati. Dan l-IFRS japplika għall-entitajiet kollha, għajr kif ġej:

(a) kumpanija prinċipali m'għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) hija tkun sussidjarja totalment proprjetà jew tkun sussidjarja parzjalment proprjetà ta’ entità oħra u s-sidien l-oħra kollha tagħha, inklużi dawk li altrimenti ma jkollhomx dritt għall-vot, ikunu ġew infurmati dwar, u ma joġġezzjonawx għaliex il-kumpanija prinċipali ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati;

(ii) l-istrumenti tagħha ta’ dejn u ta’ ekwità ma jiġux innegozjati f'suq pubbliku (borża lokali jew barranija jew suq barra l-borża, inklużi s-swieq lokali u reġjonali);

(iii) ma tkunx issottomettiet, u lanqas ma tkun fil-proċess li tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma’ kummissjoni għat-titoli jew organizzazzjoni regolatorja oħra għall-iskop ta’ ħruġ ta’ xi klassi ta’ strumenti f'suq pubbliku; u

(iv) il-kumpanija prinċipali finali tagħha jew xi kumpanija prinċipali intermedja tagħha tipproduċi rapporti finanzjarji konsolidati li jkunu disponibbli għall-użu pubbliku u jikkonformaw mal-IFRSs.

(b) pjani ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew pjani oħra ta’ benefiċċji ta’ terminu twil għall-impjegati li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

▼M38

(c) entità ta' investiment ma għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk tkun meħtieġa, skont il-paragrafu 31 ta' din l-IFRS, li tkejjel is-sussidjarji kollha tagħha skont il-valur ġust permezz tal-introjtu.

▼M32

Kontroll

5   Irrispettivament min-natura tal-involviment tiegħu f’entità (destinatarja ta’ investiment), investitur għandu jistabilixxi jekk ikunx kumpanija prinċipali billi jivvaluta jekk jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment.

6   Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment meta huwa jkun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment u jkollu l-kapaċità li jaffettwa dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment.

7   Għalhekk, investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment jekk u jekk biss l-investitur ikollu dawn kollha li ġejjin:

(a)  setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi 10–14);

(b)  skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi 15 u 16); u

(c)  il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi għall-investitur (ara l-paragrafi 17 u 18).

8 Investitur għandu jikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha meta jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment. L-investitur għandu jirrivaluta jekk huwa jikkontrollax destinatarja ta’ investiment jekk xi fatti u ċirkustanzi jindikaw li hemm bidliet f'xi waħda jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 7 (ara l-paragrafi B80–B85).

9 Żewġ investituri jew aktar jikkontrollaw kollettivament destinatarja ta’ investiment meta jkunu jridu jaġixxu flimkien biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti. F'każijiet bħal dawn, minħabba li l-ebda investitur ma jista' jiddirieġi l-attivitajiet mingħajr il-kooperazzjoni tal-oħrajn, l-ebda investitur ma jikkontrolla individwalment id-destinatarja ta’ investiment. Kull investitur ikun responsabbli għall-interess tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment skont l-IFRSs rilevanti, ngħidu aħna l-IFRS 11 Impriżi Konġunti, l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti jew l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

Setgħa

10 Investitur ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment meta l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti li jidderiġi l-attivitajiet rilevanti, jiġifieri l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment.

11 Is-setgħa toħroġ mid-drittijiet. Xi drabi l-valutazzjoni tas-setgħa tkun sempliċi, bħal meta s-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment tinkiseb direttament jew esklussivament mid-drittijiet tal-vot mogħtija minn strumenti azzjonarji bħall-ishma, u tista' tiġi vvalutata billi jitqiesu d-drittijiet tal-vot minn dawn l-azzjonijiet. F'każijiet oħra, il-valutazzjoni tkun aktar kumplessa u titlob li jitqies aktar minn fattur wieħed, pereżempju meta s-setgħa tirriżulta minn arranġament kuntrattwali wieħed jew aktar.

12 Investitur bil-kapaċità kurrenti li jidderiġi l-attivitajiet rilevanti jkollu s-setgħa anki jekk id-drittijiet tiegħu ta’ direzzjoni jkunu għad iridu jiġu eżerċitati. L-evidenza li l-investitur kien qiegħed jidderiġi l-attivitajiet rilevanti tista' tgħin biex jiġi ddeterminat jekk l-investitur għandux setgħa, iżda tali evidenza, fiha nnifisha, mhijiex konklużiva biex jiġi stabilit li l-investitur ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment.

13 Jekk żewġ investituri jew aktar kollha jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità unilaterali li jidderiġu attivitajiet rilevanti differenti, l-investitur li jkollu l-kapaċità kurrenti li jidderiġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment, ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

14 Investitur jista' jkollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment anki jekk entitajiet oħra jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità kurrenti li jipparteċipaw fid-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti, pereżempju meta entità oħra jkollha influwenza sinifikanti. Madankollu, investitur li jkollu biss drittijiet protettivi ma jkollux setgħa fuq destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B26–B28), u konsegwentement ma jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment.

Redditi

15 Investitur ikun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu f'destinatarja ta’ investiment, meta r-redditi tal-investitur mill-involviment tiegħu jkollhom il-potenzjal li jvarjaw minħabba r-riżultati tad-destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi tal-investitur jistgħu jkunu pożittivi biss, negattivi biss jew totalment pożittivi u negattivi.

16 Għalkemm investitur wieħed biss jista' jikkontrolla destinatarja ta’ investiment, aktar minn parti waħda tista' tieħu sehem mir-redditi ta’ destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, id-detenturi ta’ interessi nonkontrollanti jista' jkollhom sehem mill-profitti jew id-distribuzzjonijiet ta’ destinatarja ta’ investiment.

Rabta bejn is-setgħa u r-redditi

17 Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment jekk l-investitur mhux biss ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment u skopertura jew drittijiet għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment, iżda jkollu wkoll il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu biex jaffettwa r-redditi tal-investitur mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

18 Għalhekk, investitur bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet għandu jistabilixxi jekk huwiex prinċipal jew aġent. Investitur li jkun aġent skont il-paragrafi B58–B72 ma jikkontrollax destinatarja ta’ investiment meta jeżerċita drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet iddelegati lilu.

REKWIŻITI KONTABILISTIĊI

19   Kumpanija prinċipali għandha tħejji rapporti finanzjarji konsolidati billi tuża Politiki kontabilistiċi uniformi għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti oħra f'ċirkustanzi simili.

20 Il-konsolidament ta’ destinatarja ta’ investiment għandu jibda mid-data li fiha l-investitur jikseb il-kontroll tad-destinatarja ta’ investiment u jieqaf meta l-investitur jitlef il-kontroll tad-destinatarja ta’ investiment.

21 Il-paragrafi B86–B93 jistabilixxu gwida għall-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati.

Interessi nonkontrollanti

22 Kumpanija prinċipali għandha tippreżenta l-interessi nonkontrollanti fir-rapport ikkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja fi ħdan l-ekwità, separatament mill-ekwità tas-sidien tal-kumpanija prinċipali.

23 Bidliet fl-interess propjetarju ta’ kumpanija prinċipali f'sussidjarja li ma jwasslux biex il-kumpanija prinċipali titlef il-kontroll tas-sussidjarja huma tranżazzjonijiet għall-ħruġ ta’ ishma (jiġifieri tranżazzjonijiet bis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien).

24 Il-paragrafi B94–B96 jistabilixxu gwida għall-ikkontabilizzar tal-interessi nonkontrollanti fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

Telf tal-kontroll

25 Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, il-kumpanija prinċipali:

(a) tirtira r-rikonoxximent tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja preċedenti mir-rapport ikkonsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja.

(b) tirrikonoxxi kwalunkwe investiment imfaddal fis-sussidjarja preċedenti bil-valur ġust tiegħu meta jintilef il-kontroll u suċċessivament tikkontabilizza għalih u għal kwalunkwe ammonti dovuti minn jew lis-sussidjarja preċedenti skont l-IFRSs rilevanti. Dak il-valur ġust għandu jitqies bħala l-valur ġust mar-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju skont l-IFRS 9 jew, meta jkun xieraq, il-kost mar-rikonoxximent inizjali ta’ investiment f'kumpanija assoċjata jew f'impriża konġunta.

(c) tirrikonoxxi l-qligħ jew it-telf assoċjat mat-telf tal-kontroll attribwit lill-interess ta’ kontroll preċedenti.

26 Il-paragrafi B97–B99 jistabilixxu gwida għall-ikkontabilizzar tat-telf tal-kontroll.

▼M38

DETERMINAZZJONI TA' JEKK ENTITÀ HIJIEX ENTITÀ TA’ INVESTIMENT

27   Kumpanija prinċipali għandha tiddetermina jekk hijiex entità ta' investiment. Entità ta' investiment hija entità li:

(a)   tikseb fondi minn investitur wieħed jew aktar bl-iskop li tipprovdilhom servizzi ta' mmaniġġjar tal-investiment;

(b)   timpenja ruħha mal-investitur(i) li l-għan kummerċjali tagħha huwa biss li tinvesti fondi għal redditu minn apprezzament tal-kapital, introjtu mill-investiment, jew it-tnejn; kif ukoll

(c)   tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust.

Il-paragrafi B85A–B85M jipprovdu gwida relatata mal-applikazzjoni.

28 Fil-valutazzjoni ta' jekk tissodisfax id-definizzjoni fil-paragrafu 27, entità għandha tqis jekk għandhiex dawn il-karatteristiċi tipiċi ta' entità tal-investiment:

(a) għandha aktar minn investiment wieħed (ara l-paragrafi B85O–B85P);

(b) għandha aktar minn investitur wieħed (ara l-paragrafi B85Q–B85SP);

(c) għandha investituri li mhumiex partijiet relatati tal-entità (ara l-paragrafi B85T–B85U); kif ukoll

(d) għandha interessi ta' sjieda fil-forma ta’ ekwità jew interessi simili (ara l-paragrafi B85V–B85W).

In-nuqqas ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-karatteristiċi tipiċi mhux neċessarjament jiskwalifika entità milli tkun klassifikata bħala entità ta' investiment. Entità ta' investiment li ma jkollhiex dawn il-karatteristiċi tipiċi kollha tipprovdi d-divulgazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-paragrafu 9A tal-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

29 Jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li hemm bidliet f'xi wieħed jew aktar mit-tliet elementi li jiffurmaw id-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment, kif deskritt fil-paragrafu 27, jew il-karatteristiċi tipiċi ta' entità ta' investiment, kif deskritt fil-paragrafu 28, kumpanija prinċipali għandha tirrivaluta jekk hijiex entità ta' investiment.

30 Kumpanija prinċipali li ma tibqax entità ta’ investiment jew issir entità ta' investiment għandha tikkontabilizza l-bidla fl-istatus tagħha prospettivament mid-data li fiha seħħet il-bidla fl-istatus (ara l-paragrafi B100–B101).

ENTITAJIET TA' INVESTIMENT: EĊĊEZZJONI GĦALL-KONSOLIDAZZJONI

31   Ħlief kif deskritt fil-paragrafu 32, entità ta' investiment ma għandhiex tikkonsolida s-sussidjarji tagħha jew tapplika l-IFRS 3 meta tikseb il-kontroll ta’ entità oħra. Minflok, entità ta’ investiment għandha tkejjel investiment f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9 ( 61 ).

32 Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 31, jekk entità ta’ investiment tkun sussidjarja li tipprovdi servizzi marbuta mal-attivitajiet ta' investiment tal-entità ta' investiment (ara l-paragrafi B85C–B85E), għandha tikkonsolida dik is-sussidjarja skont il-paragrafi 19–26 ta' dan l-IFRS u tapplika r-rekwiżiti tal-IFRS 3 għall-akkwiżizzjoni ta’ kwalunkwe sussidjarja bħal din.

33 Kumpanija prinċipali ta' entità ta' investiment għandha tikkonsolida l-entitajiet kollha li tikkontrolla, inklużi dawk ikkontrollati permezz ta’ sussidjarja ta' entità ta' investiment, sakemm il-kumpanija prinċipali nnifsha ma tkunx entità ta' investiment.

▼M32




Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

rapporti finanzjarji konsolidati

Ir-rapporti finanzjarji ta’ grupp li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji tagħha huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.

kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment

Investitur jikkontrolla destinatarja ta’ investiment meta l-investitur ikun skopert, jew ikollu drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment u jkollu l-kapaċità li jaffettwa dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment.

deċiżur

Entità bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li tkun jew prinċipal jew aġent għal partijiet oħra.

grupp

Kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha.

▼M38

entità ta’ investiment

Entità li:

(a) tikseb fondi minn investitur wieħed jew aktar bl-iskop li tipprovdilhom ta' mmaniġġjar tal-investiment;

(b) timpenja ruħha mal-investitur(i) li l-għan kummerċjali tagħha huwa biss li tinvesti fondi għal redditu minn apprezzament tal-kapital, introjtu mill-investiment, jew it-tnejn; kif ukoll

(c) tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust.

▼M32

interess nonkontrollanti

Ekwità f'sussidjarja li ma tkunx attribwita, direttament jew indirettament, lil kumpanija prinċipali.

kumpanija prinċipali

Entità li tikkontrolla entità waħda jew aktar.

setgħa

Drittijiet eżistenti li jagħtu l-kapaċità kurrenti ta’ direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti.

drittijiet protettivi

Drittijiet maħsuba sabiex jipproteġu l-interess tal-parti li jkollha dawk id-drittijiet mingħajr ma jagħtu lil dik il-parti s-setgħa fuq l-entità li magħha għandhom x'jaqsmu dawk id-drittijiet.

attivitajiet rilevanti

Għall-iskop ta’ dan l-IFRS, attivitajiet rilevanti huma attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment.

drittijiet ta’ revoka

Id-drittijiet sabiex deċiżur titneħħielu l-awtorità tiegħu li jieħu d-deċiżjonijiet.

sussidjarja

Entità li tkun ikkontrollata minn entità oħra.

It-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IFRS 11, l-IFRS 12 Divulgazzjoni tal-Interessi f'Entitajiet Oħra, l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew l-IAS 24 Divulgazzjoni fuq Partijiet Relatati u huma użati f'dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f'dawk l-IFRSs:

 kumpanija assoċjata

 interess f'entità oħra

 impriża konġunta

 membru kruċjali tal-maniġment

 parti relatata

 influwenza sinifikanti.




Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Huwa jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–26 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

B1 L-eżempji f'dan l-appendiċi jirrappreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f'mudelli ta’ fatti reali, ikunu jridu jiġu evalwati l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha ta’ mudelli ta’ fatti partikolari meta jiġi applikat l-IFRS 10.

VALUTAZZJONI TAL-KONTROLL

B2 Sabiex jiddetermina jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jivvaluta jekk ikollux dawn kollha li ġejjin:

(a) setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment;

(b) skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment; u

(c) il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur.

B3 Il-konsiderazzjoni tal-fatturi li ġejjin tista' tgħin sabiex issir dik id-determinazzjoni:

(a) l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8);

(b) x'ikunu l-attivitajiet rilevanti u kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar dawk l-attivitajiet (ara l-paragrafi B11–B13);

(c) jekk id-drittijiet tal-investitur jagħtuhx il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti (ara l-paragrafi B14–B54);

(d) jekk l-investitur ikunx skopert, jew għandux drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B55–B57); u

(e) jekk l-investitur ikollux il-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq id-destinatarja ta’ investiment sabiex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur (ara l-paragrafi B58–B72).

B4 Meta jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jikkunsidra n-natura tar-relazzjoni tiegħu ma’ partijiet oħra (ara l-paragrafi B73–B75).

L-għan u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment

B5 Meta jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment sabiex jidentifika l-attivitajiet rilevanti, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti, min għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi dawk l-attivitajiet u min jirċievi redditi minn dawk l-attivitajiet.

B6 Meta jiġu kkunsidrati l-għan u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment, jista' jkun evidenti li destinatarja ta’ investiment tkun ikkontrollata permezz ta’ strumenti azzjonarji li jagħtu lid-detentur drittijiet tal-vot proporzjonati, pereżempju ishma ordinarji fid-destinatarja ta’ investiment. F'dan il-każ, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe arranġament addizzjonali li jibdel it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-valutazzjoni tal-kontroll tiffoka fuq liema parti, jekk ikun hemm, hija kapaċi teżerċita drittijiet tal-vot suffiċjenti sabiex tiddetermina l-politiki tal-operat u finanzjarji tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B34–B50). Fl-iżjed każ sempliċi, l-investitur li jkollu l-maġġoranza ta’ dawk id-drittijiet tal-vot, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe fattur ieħor, jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment.

B7 Sabiex jiġi stabilit jekk investitur jikkontrollax destinatarja ta’ investiment f'każijiet aktar kumplessi, jista' jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati xi wħud mill-fatturi l-oħra jew il-fatturi l-oħra kollha fil-paragrafu B3.

B8 Destinatarja ta’ investiment tista' tkun iddisinjata b'mod li d-drittijiet tal-vot ma jkunux il-fattur dominanti fid-deċiżjoni dwar min jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment, bħal pereżempju meta d-drittijiet tal-vot ikunu jirrigwardaw kompiti amministrattivi biss u l-attivitajiet rilevanti jkunu mmexxija permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali. F'każijiet bħal dawn, il-konsiderazzjoni min-naħa tal-investitur, tal-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, għandha tinkludi wkoll konsiderazzjoni tar-riskji li għalihom tkun iddisinjata li tkun esposta d-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li kienet iddisinjata biex tgħaddi lill-partijiet involuti fid-destinatarja ta’ investiment u jekk l-investitur ikunx skopert għal xi wħud minn dawn ir-riskji jew għal dawn ir-riskji kollha. Il-konsiderazzjoni tar-riskji tinkludi mhux biss ir-riskju ta’ ċaqliq 'l isfel, iżda wkoll il-potenzjal għal ċaqliq 'il fuq.

Setgħa

B9 Sabiex ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, investitur irid ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Sabiex tiġi vvalutata s-setgħa, għandhom jiġu kkunsidrati biss drittijiet sostantivi u drittijiet li mhumiex protettivi (ara l-paragrafi B22–B28).

B10 L-istabiliment ta’ jekk investitur ikollux setgħa jiddependi fuq l-attivitajiet rilevanti, il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti u d-drittijiet li jkollhom l-investitur u partijiet oħra fir-rigward tad-destinatarja ta’ investiment.

L-attivitajiet rilevanti u d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti

B11 Għal bosta destinatarji ta’ investiment, firxa ta’ attivitajiet operatorji u finanzjarji jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tagħhom. Eżempji ta’ attivitajiet li, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu attivitajiet rilevanti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) il-bejgħ u xiri ta’ oġġetti jew servizzi;

(b) l-immaniġjar ta’ assi finanzjarji matul il-ħajja tagħhom (fosthom wara inadempjenza);

(c) is-selezzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iċ-ċessjoni ta’ assi;

(d) ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti jew proċessi ġodda; u

(e) l-istabiliment ta’ struttura ta’ finanzjament jew il-ksib ta’ finanzjament.

B12 Eżempji ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet rilevanti jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) l-istabiliment ta’ deċiżjonijiet operatorji u kapitali tad-destinatarja ta’ investiment, inklużi l-baġits; u

(b) il-ħatra u r-remunerazzjoni tal-membri maniġerjali kruċjali u l-fornituri tas-servizzi ta’ destinatarja ta’ investiment u t-tmiem tas-servizzi jew l-impjieg tagħhom.

B13 F'xi sitwazzjonijiet, attivitajiet kemm qabel kif ukoll wara li jinqala' sett ta’ ċirkustanzi jew avveniment partikolari jistgħu jkunu attivitajiet partikolari. Meta żewġ investituri jew aktar ikollhom il-kapaċità kurrenti sabiex jidderieġu attivitajiet rilevanti u dawk l-attivitajiet iseħħu f'ħinijiet differenti, l-investituri għandhom jistabilixxu liema investitur ikun kapaċi jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti dawk ir-redditi b'mod konsistenti mat-trattament ta’ drittijiet simultanji ta’ teħid tad-deċiżjonijiet (ara l-paragrafu 13). L-investituri għandhom jerġgħu jikkunsidraw din il-valutazzjoni maż-żmien jekk jinbidlu fatti jew ċirkustanzi rilevanti.

Żewġ investituri jiffurmaw destinatarja ta’ investiment sabiex jiżviluppaw u jikkummerċjalizzaw prodott mediċinali. Investitur minnhom ikun responsabbli sabiex jiżviluppa u jikseb l-approvazzjoni regolatorja tal-prodott mediċinali—dik ir-responsabbiltà tinkludi li jkollu l-kapaċità unilaterali li jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-iżvilupp tal-prodott u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja. Ladarba r-regolatur ikun approva l-prodott, l-investitur l-ieħor jimmanifatturah u jikkummerċjalizzah—dan l-investitur għandu l-kapaċità unilaterali li jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-proġett. Jekk l-attivitajiet kollha—l-iżvilupp u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja kif ukoll il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali—huma attivitajiet rilevanti, kull investitur irid jistabilixxi jekk ikunx kapaċi jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Għalhekk, kull investitur irid jikkunsidra jekk l-iżvilupp u l-kisba tal-approvazzjoni regolatorja jew il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali hijiex l-attività li taffettwa bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment u jekk ikunx kapaċi jidderieġi dik l-attività. Fid-determinazzjoni ta’ liema investitur ikollu s-setgħa, l-investituri jqisu:

(a) l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment;

(b) il-fatturi li jiddeterminaw il-marġni ta’ profitt, id-dħul u l-valur tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll il-valur tal-prodott mediċinali;

(c) l-effett fuq ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment li jirriżulta mill-awtorità deċiżorja ta’ kull investitur fir-rigward tal-fatturi fil-punt (b); u

(d) l-iskopertura tal-investituri għall-varjabilità tar-redditi.

F'dan l-eżempju partikolari, l-investituri għandhom jikkunsidraw ukoll:

(e) l-inċertezza ta', u l-isforz meħtieġ, sabiex tinkiseb l-approvazzjoni regolatorja (meta jitqies ir-rekord tal-investitur fl-iżvilupp b'suċċess u l-ksib tal-approvazzjoni regolatorja ta’ prodotti mediċinali); u

(f) liema investitur jikkontrolla l-prodott mediċinali ladarba l-fażi tal-iżvilupp tkun irnexxiet.

Strument ta’ investiment (id-destinatarja ta’ investiment) hija maħluqa u ffinanzjata bi strument tad-dejn miżmum minn investitur (l-investitur mutwanti) u strumenti azzjonarji miżmuma minn għadd ta’ investituri oħra. Il-porzjon tal-ekwità huwa mfassal sabiex jassorbi l-ewwel telf u biex jirċievi kwalunkwe redditu residwu mid-destinatarja ta’ investiment. Wieħed mill-investituri azzjonarji li għandu 30 fil-mija tal-ekwità huwa wkoll il-maniġer tal-assi. Id-destinatarja ta’ investiment tuża r-rikavati tagħha biex tixtri portafoll ta’ assi finanzjarji, li jesponi lid-destinatarja ta’ investiment għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-pagamenti tal-kapital (prinċipal) u tal-imgħaxijiet tal-assi. It-tranżazzjoni hija kkummerċjalizzata lill-investitur mutwanti bħala investiment bi skopertura minima għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-assi fil-portafoll minħabba n-natura ta’ dawn l-assi u minħabba li l-porzjon tal-ekwità huwa ddisinjat sabiex jassorbi l-ewwel telf tad-destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment huma affettwati b'mod sinifikanti mill-immaniġjar tal-portafoll tal-assi tad-destinatarja ta’ investiment, li jinkludi deċiżjonijiet dwar l-għażla, l-akkwiżizzjoni u d-disponiment tal-assi fi ħdan il-linji gwida tal-portafoll u l-immaniġjar mal-inadempjenza ta’ xi assi fil-portafoll. Dawk l-attivitajiet kollha huma mmaniġjati mill-maniġer tal-assi sakemm l-inadempjenzi jilħqu proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll (jiġifieri meta l-valur tal-portafoll ikun tali li s-segment tal-ekwità tad-destinatarja ta’ investiment ikun ġie kkunsmat). Minn dak il-ħin, fiduċjarju ta’ parti terza jimmaniġja l-assi skont l-istruzzjonijiet tal-investitur mutwanti. L-immaniġjar tal-portafoll tal-assi tad-destinatarja ta’ investiment huwa l-attività rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. Il-maniġer tal-assi għandu l-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti sakemm l-assi mhux imħallsa jilħqu l-proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll; l-investitur mutwanti għandu l-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti meta l-valur tal-assi mhux imħallsa jaqbeż dak il-proporzjon speċifikat tal-valur tal-portafoll. Il-maniġer tal-assi u l-investitur mutwanti, kull wieħed irid jiddetermina jekk ikunx kapaċi jiddirieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment, fosthom billi jikkunsidraw l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll l-iskopertura ta’ kull parti għall-varjabilità tar-redditi.

Drittijiet li jagħtu investitur setgħa fuq destinatarja ta’ investiment

B14 Is-setgħa toħroġ mid-drittijiet. Sabiex ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, investitur irid ikollu drittijiet eżistenti li jagħtu lill-investur il-kapaċità kurrenti li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti. Id-drittijiet li jistgħu jagħtu setgħa lil investitur jistgħu jvarjaw bejn id-destinatarji ta’ investiment.

B15 Eżempji ta’ drittijiet li, jew individwalment jew f'kombinazzjoni, jistgħu jagħtu setgħa lil investitur jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) drittijiet fil-forma ta’ drittijiet tal-vot (jew drittijiet potenzjali tal-vot) ta’ destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B34–B50);

(b) drittijiet li jaħtar, jerġa' jassenja jew ineħħi membri ta’ persunal kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment li jkollhom il-kapaċità li jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti;

(c) drittijiet li jaħtar jew ineħħi entità oħra li tmexxi l-attivitajiet rilevanti;

(d) drittijiet li jiddirieġi lid-destinatarja ta’ investiment biex tidħol fi, jew twaqqaf kwalunkwe tibdil fi, tranżazzjonijiet għall-benefiċċju tal-investitur; u

(e) drittijiet oħra (bħad-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet speċifikati f'kuntratt ta’ mmaniġjar) li jagħti lid-detentur il-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti.

B16 Ġeneralment, meta destinatarja ta’ investiment ikollha firxa ta’ attivitajiet tal-operat u ta’ finanzjament li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment u meta jkun hemm bżonn kontinwament li jittieħdu deċiżjonijiet sostantivi fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet, se jkunu d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili li jagħtu setgħa lil investitur, jew individwalment jew flimkien ma’ arranġamenti oħra.

B17 Meta d-drittijiet tal-vot ma jkunx jista' jkollhom effett sinifikanti fuq ir-redditi ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal meta d-drittijiet tal-vot jirrigwardaw kompiti amministrattivi biss u arranġamenti kuntrattwali jiddeterminaw id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti, l-investitur irid jivvaluta dawk l-arranġamenti kuntrattwali sabiex jistabilixxi jekk għandux drittijiet suffiċjenti biex ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Sabiex jiġi stabilit jekk investitur ikollux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa, l-investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8) u r-rekwiżiti fil-paragrafi B51–B54 flimkien mal-paragrafi B18–B20.

B18 F'xi ċirkustanzi jista' jkun diffiċli jiġi stabilit jekk id-drittijiet ta’ investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa fuq destinatarja ta’ investiment. F'każijiet bħal dawn, sabiex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tas-setgħa, l-investitur għandu jikkunsidra evidenza ta’ jekk għandux il-kapaċità prattika biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali. Tingħata konsiderazzjoni, iżda mhux biss, għal dawn li ġejjin, li, meta jitqiesu flimkien mad-drittijiet tiegħu u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20, jistgħu jipprovdu evidenza li d-drittijiet tal-investitur ikunu suffiċjenti biex jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

(a) L-investitur jista', mingħajr ma jkollu d-dritt kuntrattwali biex jagħmel dan, jaħtar jew japprova l-membri kruċjali tal-maniġment tad-destinatarja ta’ investiment li jkollhom il-kapaċità li jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti.

(b) L-investitur jista', mingħajr ma jkollu d-dritt kuntrattwali biex jagħmel dan, jiddirieġi lid-destinatarja ta’ investiment biex tidħol fi, jew jista' jwaqqaf kwalunkwe tibdil fi, tranżazzjonijiet sinifikanti għall-benefiċċju tal-investitur.

(c) L-investitur jista' jiddomina jew il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-ħatra tal-membri tal-korp governattiv tad-destinatarja ta’ investiment jew il-kisba ta’ prokuri minn detenturi oħra ta’ drittijiet tal-vot.

(d) Il-membri kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment ikunu partijiet relatati tal-investitur (pereżempju, il-kap eżekuttiv tad-destinatarja ta’ investiment u l-kap eżekuttiv tal-investitur ikunu l-istess persuna).

(e) Il-maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv tad-destinatarja ta’ investiment ikunu partijiet relatati tal-investitur.

B19 Xi drabi jkun hemm indikazzjonijiet li l-investitur ikollu relazzjoni speċjali mad-destinatarja ta’ investiment, li jissuġġerixxi li l-investitur ikollu iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment. L-eżistenza ta’ kwalunkwe indikatur individwali, jew kombinazzjoni partikolari ta’ indikaturi, mhux neċessarjament tfisser li ntlaħaq il-kriterju tas-setgħa. Madankollu, li jkun hemm iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment jista' jindika li l-investitur ikollu drittijiet relatati suffiċjenti sabiex jagħtuh setgħa jew jipprovdi evidenza ta’ setgħa eżistenti fuq destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, dan li ġej jissuġġerixxi li l-investitur għandu iżjed minn interess passiv fid-destinatarja ta’ investiment u, flimkien ma’ drittijiet oħra, jista' jindika setgħa:

(a) Il-membri kruċjali tal-maniġment ta’ destinatarja ta’ investiment li għandhom il-kapaċità li jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti huma impjegati preżenti jew passati tal-investitur.

(b) L-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment huma dipendenti fuq l-investitur, bħal fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i) Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur biex jiffinanzja porzjon sinifikanti tal-operazzjonijiet tagħha.

(ii) L-investitur jiggarantixxi porzjon sinifikanti tal-obbligazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(iii) Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur għal servizzi kritiċi, teknoloġija, provvisti jew materja prima.

(iv) L-investitur jikkontrolla assi bħal liċenzji jew marki kummerċjali li jkunu fundamentali għall-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(v) Id-destinatarja ta’ investiment tiddependi fuq l-investitur għal membri kruċjali tal-maniġment, bħal meta l-persunal tal-investitur ikollhom għarfien speċjalizzat tal-operazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment.

(c) Parti sinifikanti mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment jinvolvu jew isiru f'isem l-investitur.

(d) L-iskopertura jew id-drittijiet tal-investitur, għar-redditi mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment ikunu sproporzjonalment akbar mid-drittijiet tiegħu tal-vot jew drittijiet oħra simili. Pereżempju, jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn investitur ikollu dritt, jew ikun skopert, għal iżjed minn nofs ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment iżda jkollu inqas minn nofs id-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment.

B20 Akbar ma jkunu l-iskopertura, jew id-drittijiet tal-investitur, għall-varjabilità tar-redditi mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment, akbar ikun l-inċentiv għall-investitur biex jikseb drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa. Għalhekk, il-pussess ta’ skopertura kbira għall-varjabilità tar-redditi huwa indikatur li l-investitur jista' jkollu setgħa. Madankollu, il-livell ta’ skopertura tal-investitur, fih innifsu, ma jistabilix jekk l-investitur ikollux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B21 Meta l-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi stipulati fil-paragrafi B19 u B20 jiġu kkunsidrati flimkien mad-drittijiet ta’ investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza ta’ setgħa deskritta fil-paragrafu B18.

B22 Investitur, meta jkun qiegħed jivvaluta jekk għandux setgħa, jikkunsidra biss id-drittijiet sostantivi li jirrigwardaw destinatarja ta’ investiment (miżmuma mill-investitur u oħrajn). Sabiex dritt ikun sostantiv, id-detentur irid ikollu l-kapaċità prattika li jeżerċita dak id-dritt.

B23 L-istabiliment ta’ liema drittijiet huma sostantivi jitlob ġudizzju għaqli, billi jiġu kkunsidrati l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha. Il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati meta wieħed jagħmel dak l-istabiliment jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) Jekk hemmx xi ostakoli (ekonomiċi jew mod ieħor) li jimpedixxu lid-detentur (jew detenturi) milli jeżerċitaw id-drittijiet. Eżempji ta’ tali ostakoli jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(i) penali jew inċentivi finanzjarji li jimpedixxu (jew jiskoraġġixxu) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(ii) prezz ta’ eżerċizzju jew ta’ konverżjoni li joħloq ostakolu finanzjarju li jimpedixxi (jew jiskoraġġixxi) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(iii) patti u kundizzjonijiet li jagħmluha improbabbli li d-drittijiet jiġu eżerċitati, pereżempju, kundizzjonijiet li bilkemm jillimitaw it-tempiżmu tal-eżerċizzju tagħhom.

(iv) l-assenza ta’ mekkaniżmu raġonevoli espliċitu fid-dokumenti tal-istabiliment ta’ destinatarja ta’ investiment jew fil-liġijiet jew ir-regolamenti applikabbli li jippermetti lid-detentur jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(v) l-inkapaċità tad-detentur tad-drittijiet li jikseb l-informazzjoni neċessarja biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu.

(vi) ostakoli jew inċentivi operazzjonali li jimpedixxu (jew jiskoraġġixxu) lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu (pereżempju l-assenza ta’ maniġers oħra li jkunu lesti jew li jkunu jistgħu jipprovdu servizzi speċjalizzati jew jipprovdu s-servizzi u jassumu interessi oħra miżmuma mill-maniġer preżenti).

(vii) rekwiżiti legali jew regolatorji li jimpedixxu lid-detentur milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu (pereżempju fejn investitur barrani jkun ipprojbit milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu).

(b) Fejn l-eżerċizzju tad-drittijiet jitlob il-qbil ta’ iżjed minn parti waħda, jew meta d-drittijiet ikunu miżmuma minn iżjed minn parti waħda, jekk hemmx fis-seħħ mekkaniżmu li jipprovdi lil dawk il-partijiet il-kapaċità prattika li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kollettivament jekk huma jagħżlu li jagħmlu dan. L-assenza ta’ tali mekkaniżmu huwa indikatur li d-drittijiet jistgħu ma jkunux sostantivi. Iżjed ma jkun hemm partijiet li jkunu meħtieġa li jaqblu biex jeżerċitaw id-drittijiet, inqas ikun probabbli li dawk id-drittijiet ikunu sostantivi. Madankollu, bord tad-diretturi li l-membri tiegħu jkunu indipendenti minn dak li jieħu d-deċiżjonijiet jista' jservi bħala mekkaniżmu għal diversi investituri sabiex jaġixxu kollettivament fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom. Għalhekk, drittijiet ta’ revoka li jiġu eżerċitati minn bord tad-diretturi indipendenti huma iżjed probabbli li jkunu sostantivi milli kieku l-istess drittijiet kienu eżerċitati minn numru kbir ta’ investituri.

(c) Jekk il-parti jew il-partijiet li jkollhom id-drittijiet ikunux se jibbenefikaw mill-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet. Pereżempju, id-detentur ta’ drittijiet potenzjali tal-vot f'destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B47–B50) għandu jikkunsidra l-prezz ta’ eżerċizzju jew ta’ konverżjoni tal-istrument. Il-patti u l-kundizzjonijiet tad-drittijiet potenzjali tal-vot huma iżjed probabbli li jkunu sostantivi meta l-istrument favorevoli jew l-investitur jibbenefika għal raġunijiet oħra (pereżempju bit-twettiq ta’ sinerġiji bejn l-investitur u d-destinatarja ta’ investiment) mill-eżerċizzju jew il-konverżjoni tal-istrument.

B24 Sabiex ikunu sostantivi, id-drittijiet iridu jkunu eżerċitabbli wkoll meta jkunu jridu jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Ġeneralment, sabiex ikunu sostantivi, id-drittijiet iridu jkunu eżerċitabbli b'mod kurrenti. Madankollu, xi drabi d-drittijiet jistgħu jkunu sostantivi, anki jekk id-drittijiet ma jkunux eżerċitabbli b'mod kurrenti.

Id-destinatarja ta’ investiment tagħmel laqgħat annwali tal-azzjonisti li fihom jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Il-laqgħa skedata li jmiss tal-azzjonisti hija fi żmien tmien xhur. Madankollu, azzjonisti li individwalment jew kollettivament ikollhom mill-anqas 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot jistgħu jsejħu laqgħa speċjali biex ibiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti, iżda regola sabiex jiġu avżati l-azzjonisti l-oħra tfisser li tali laqgħa ma tistax issir għal mill-anqas 30 ġurnata. Il-politiki dwar l-attivitajiet rilevanti jistgħu jitbiddlu biss f'laqgħat speċjali jew fil-laqgħat skedati tal-azzjonisti. Dan jinkludi l-approvazzjoni ta’ bejgħ materjali ta’ assi kif ukoll it-twettiq jew id-disponiment ta’ investimenti sinifikanti.

Il-mudell ta’ fatti ta’ hawn fuq japplika għall-eżempji 3A–3D deskritti hawn isfel. Kull eżempju huwa kkunsidrat f'iżolament.

Investitur għandu maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot tal-investitur huma sostantivi minħabba li l-investitur jista' jieħu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti meta dawn ikunu jridu jsiru. Il-fatt li jridu jgħaddu 30 ġurnata qabel ma l-investitur ikun jista' jeżerċita d-drittijiet tal-vot tiegħu ma jwaqqafx lill-investitur milli jkollu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti mill-mument li l-investitur jikseb l-ishma.

Investitur huwa parti f'kuntratt forward sabiex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment. Id-data tas-saldu tal-kuntratt forward hija fi żmien 25 ġurnata. L-azzjonisti eżistenti ma jistgħux ibiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti minħabba li ma tistax issir laqgħa speċjali għal mill-anqas 30 ġurnata, f'liema punt il-kuntratt forward ikun ġie saldat. Għalhekk, l-investitur għandu drittijiet li huma essenzjalment ekwivalenti għall-azzjonist maġġoritarju fl-eżempju 3A hawn fuq (jiġifieri l-investitur li jkollu l-kuntratt forward jista' jieħu deċiżjonijiet dwar id-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti meta jkun hemm bżonn). Il-kuntratt forward tal-investitur huwa dritt sostantiv li jagħti lill-investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti anki qabel ma jiġi saldat il-kuntratt forward.

Investitur jippossjedi opzjoni sostantiva biex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment, li tista' tiġi eżerċitata fi żmien 25 ġurnata u favorevoli ħafna. Tintlaħaq l-istess konklużjoni bħal fl-eżempju 3B.

Investitur huwa parti f'kuntratt forward biex jikseb il-maġġoranza tal-ishma fid-destinatarja ta’ investiment, mingħajr drittijiet relatati oħra fuq id-destinatarja ta’ investiment. Id-data tas-saldu tal-kuntratt forward hija fi żmien sitt xhur. B'kuntrast mal-eżempji ta’ hawn fuq, l-investitur m'għandux il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. L-azzjonisti eżistenti għandhom il-kapaċità kurrenti biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti minħabba li jistgħu jbiddlu l-politiki eżistenti dwar l-attivitajiet rilevanti qabel ma jiġi saldat il-kuntratt forward.

B25 Drittijiet sostantivi eżerċitabbli minn partijiet oħra jistgħu jimpedixxu lil investitur milli jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment li dwarha jkunu dawk id-drittijiet. Tali drittijiet sostantivi ma jeħtiġux li d-detenturi jkollhom il-kapaċità li jibdew id-deċiżjonijiet. Sakemm id-drittijiet ma jkunux sempliċement protettivi (ara l-paragrafi B26–B28), drittijiet sostantivi miżmuma minn partijiet oħra jistgħu jimpedixxu lill-investitur milli jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment anki jekk id-drittijiet jagħtu lid-detenturi l-kapaċità kurrenti biss biex japprovaw jew jimblukkaw deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-attivitajiet rilevanti.

B26 Fl-evalwazzjoni ta’ jekk id-drittijiet jagħtux is-setgħa lil investitur fuq destinatarja ta’ investiment, l-investitur għandu jivvaluta jekk id-drittijiet tiegħu, u d-drittijiet miżmuma minn partijiet oħra, ikunux drittijiet protettivi. Id-drittijiet protettivi jirrigwardaw bidliet fundamentali fl-attivitajiet ta’ destinatarja ta’ investiment jew japplikaw f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Madankollu, mhux id-drittijiet kollha li japplikaw f'ċirkustanzi eċċezzjonali jew li huma kontinġenti fuq l-avvenimenti huma protettivi (ara l-paragrafu B13 u B53).

B27 Billi d-drittijiet protettivi huma maħsuba sabiex jipproteġu l-interessi tad-detentur tagħhom mingħajr ma jagħtu lil dik il-parti setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment li għaliha japplikaw dawk id-drittijiet, investitur li jkollu biss drittijiet protettivi ma jistax ikollu setgħa jew jimpedixxi parti oħra milli jkollha setgħa fuq destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafu 14).

B28 Eżempji ta’ drittijiet protettivi jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) id-dritt tal-mutwanti li jżomm lil mutwatarju milli jwettaq attivitajiet li jistgħu jibdlu b'mod sinifikanti r-riskju fuq il-kreditu tal-mutwatarju għad-detriment tal-mutwanti.

(b) id-dritt ta’ parti li jkollha interess bla dritt ta’ kontroll f'destinatarja ta’ investiment li tapprova nfiq akbar milli meħtieġ fil-kors ordinarju tan-negozju, jew li tapprova l-ħruġ ta’ strumenti azzjonarji jew tad-dejn.

(c) id-dritt tal-mutwanti li jissekwestra l-assi tal-mutwatarju jekk il-mutwatarju jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati għall-ħlas lura tas-self.

Negozji konċessjonarji

B29 Akkordju ta’ konċessjoni li għalih id-destinatarja ta’ investiment tkun il-konċedent ħafna drabi jagħti lill-konċessjonarju drittijiet li huma mfassla sabiex jipproteġu l-marka tan-negozju konċessjonarju. L-akkordju ta’ konċessjoni ħafna drabi jagħtu lill-konċessjonarju xi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-konċedent.

B30 Ġeneralment, id-drittijiet tal-konċessjonarji ma jillimitawx il-kapaċità ta’ partijiet għajr il-konċessjonarju biex jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom effett sinifikanti fuq ir-redditi tal-konċedent. Id-drittijiet tal-konċessjonarju f'akkordju ta’ konċessjoni lanqas ma jagħtu bilfors lill-konċessjonarju l-kapaċità kurrenti li jiddirieġi l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-konċedent.

B31 Hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn li jkollok il-kapaċità kurrenti li tieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi ta’ konċedent u li jkollok il-kapaċità li tieħu deċiżjonijiet li jipproteġu l-marka tal-konċessjoni. Il-konċessjonarju ma jkollux setgħa fuq il-konċedent jekk partijiet oħra jkollhom drittijiet eżistenti li jagħtuhom il-kapaċità kurrenti biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti tal-konċedent.

B32 Billi jidħol fil-ftehim ta’ konċessjoni, il-konċedent jkun ħa deċiżjoni unilaterali li jopera n-negozju tiegħu skont it-termini tal-ftehim ta’ konċessjoni, iżda għall-kont tiegħu stess.

B33 Il-kontroll fuq tali deċiżjonijiet fundamentali bħala l-forma legali tal-konċedent u l-istruttura tal-finanzjament tiegħu jistgħu jiġu determinati minn partijiet li ma jkunux il-konċessjonarju u jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-konċedent. Aktar ma jkun baxx il-livell ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-konċessjonarju u aktar ma tkun baxxa l-iskopertura tal-konċessjonarju għall-varjabilità tar-redditi mill-konċedent, aktar ikun probabbli li l-konċessjonarju ikollu biss drittijiet protettivi.

Drittijiet tal-vot

B34 Ħafna drabi investitur ikollu l-kapaċità kurrenti, permezz tad-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili, biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti. Investitur jikkunsidra r-rekwiżiti f'din is-sezzjoni (il-paragrafi B35–B50) jekk l-attivitajiet rilevanti ta’ destinatarja ta’ investiment ikunu diretti permezz ta’ drittijiet tal-vot.

B35 Investitur li jkollu aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment ikollu setgħa fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, sakemm ma japplikax il-paragrafu B36 jew il-paragrafu B37:

(a) l-attivitajiet rilevanti jiġu diretti b'vot tad-detentur tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, jew

(b) maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti jkunu maħtura b'vot tad-detentur tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot.

B36 Biex investitur li jkollu iżjed minn nofs id-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, ikollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, id-drittijiet tal-vot tal-investitur iridu jkunu sostantivi, skont il-paragrafi B22–B25, u jridu jipprovdu lill-investitur il-kapaċità kurrenti biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti, li ħafna drabi jsir billi jiġu stabiliti politiki dwar l-operat u l-finanzjament. Jekk entità oħra jkollha drittijiet eżistenti li jagħtu lil dik l-entità d-dritt li tiddirieġi l-attivitajiet rilevanti u dik l-entità ma tkunx aġent tal-investitur, l-investitur ma jkollux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B37 Investitur ma jkollux setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, anki jekk l-investitur ikollu l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment, meta dawk id-drittijiet tal-vot ma jkunux sostantivi. Pereżempju, investitur li jkollu iżjed minn nofs id-drittijiet tal-vot f'destinatarja ta’ investiment ma jistax ikollu setgħa jekk l-attivitajiet rilevanti jkunu suġġetti għal direzzjoni minn gvern, qorti, amministratur, riċevitur, likwidatur jew regolatur.

B38 Investitur jista' jkollu setgħa anki jekk ikollu inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Investitur jista' jkollu setgħa b'inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, pereżempju, permezz ta':

(a) arranġament kuntrattwali bejn l-investitur u detenturi oħra tal-vot (ara l-paragrafu B39);

(b) drittijiet li joħorġu minn arranġamenti kuntrattwali oħra (ara l-paragrafu B40);

(c) drittijiet tal-vot tal-investitur (ara l-paragrafi B41–B45);

(d) drittijiet potenzjali tal-vot (ara l-paragrafi B47–B50); jew

(e) kombinazzjoni ta’ (a)–(d).

B39 Arranġament kuntrattwali bejn investitur u detenturi oħra tal-vot jista' jagħti lill-investitur id-dritt li jeżerċita drittijiet tal-vot suffiċjenti biex jagħtu setgħa lill-investitur, anki jekk l-investitur ma jkollux drittijiet tal-vot suffiċjenti biex jagħtuh setgħa mingħajr l-arranġament kuntrattwali. Madankollu, arranġament kuntrattwali jista' jiżgura li l-investitur ikun jista' jidderieġi ammont suffiċjenti ta’ detenturi oħra tal-vot dwar kif jivvutaw sabiex l-investitur ikun jista' jieħu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti.

B40 Drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, flimkien mad-drittijiet tal-vot, jistgħu jagħtu lill-investitur il-kapaċità kurrenti li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti. Pereżempju, id-drittijiet speċifikati f'arranġament kuntrattwali flimkien mad-drittijiet tal-vot jistgħu jkunu biżżejjed biex jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-proċessi tal-manifattura ta’ destinatarja ta’ investiment jew biex jiddirieġi attivitajiet operatorji jew finanzjarji oħra li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Madankollu, fin-nuqqas ta’ drittijiet oħra, id-dipendenza ekonomika ta’ destinatarja ta’ investiment, fuq l-investitur (bħar-relazzjonijiet ta’ fornitur mal-klijent prinċipali tiegħu), ma twassalx biex l-investitur ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B41 Investitur li jkollu inqas minn maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ikollu drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa meta l-investitur ikollu l-kapaċità prattika li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali.

B42 Meta jkun qiegħed jivvaluta jekk id-drittijiet tal-vot ta’ investitur ikunux suffiċjenti biex jagħtuh setgħa, investitur jikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha, fosthom:

(a) id-daqs tal-parteċipazzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-investitur meta mqabbel mad-daqs u t-tixrid tal-parteċipazzjonijiet tad-detenturi l-oħra tal-vot, filwaqt li jiġi nnotat li:

(i) aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(ii) aktar ma investitur ikollu drittijiet tal-vot meta mqabbel ma’ detenturi oħra tal-vot, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(iii) aktar ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun probabbli li l-investitur ikollu drittijiet eżistenti li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti;

(b) id-drittijiet potenzjali tal-vot miżmuma mill-investitur, detenturi oħra tal-vot jew partijiet oħra (ara l-paragrafi B47–B50);

(c) drittijiet li joħorġu minn arranġamenti kuntrattwali oħra (ara l-paragrafu B40); u

(d) kwalunkwe fatti u ċirkustanzi oħra li jindikaw li l-investitur ikollu, jew ma jkollux, il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti fil-ħin li jkunu jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet, fosthom mudelli tal-vot f'laqgħat preċedenti tal-azzjonisti.

B43 Meta d-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti tiġi stabilita permezz ta’ vot maġġoritarju u investitur ikollu konsiderevolment aktar drittijiet tal-vot milli kwalunkwe detentur ieħor tal-vot jew grupp organizzat ta’ detenturi tal-vot, u l-ishma l-oħra jkunu mxerrda b'mod estensiv, jista' jkun evidenti, wara li jiġu kkunsidrati l-fatturi elenkati fil-paragrafu 42(a)–(c) biss, li l-investitur ikollu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

Investitur jikseb 48 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot l-oħra jkunu miżmuma minn eluf ta’ azzjonisti, l-ebda wieħed b'mod individwali ma jkollu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma jkollu xi arranġament biex jikkonsulta ma’ xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. Meta kien qiegħed jivvaluta l-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot li ried jikseb, fuq il-bażi tad-daqs relattiv tal-ishma l-oħra, l-investitur stabilixxa li interess ta’ 48 fil-mija jkun biżżejjed biex jagħtih kontroll. F'dan il-każ, fuq il-bażi tad-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tiegħu u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra, l-investitur jikkonkludi li għandu interess tal-vot suffiċjentement dominanti biex jilħaq il-kriterju tas-setgħa mingħajr il-ħtieġa li jikkunsidra xi evidenza oħra tas-setgħa.

Investitur A għandu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u tnax-il investitur ieħor kull wieħed għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. Ftehim bejn l-azzjonisti jagħti lill-investitur A d-dritt li jaħtar, jirrevoka jew jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment responsabbli mid-direzzjoni tal-attivitajiet rilevanti. Sabiex jinbidel il-ftehim, ikun meħtieġ vot b'maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-azzjonisti. F'dan il-każ, l-investitur A jikkonkludi li d-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jistabilixxu liema investitur għandu drittijiet suffiċjenti biex jagħtuh setgħa. Madankollu, l-investitur A jiddetermina li d-dritt kuntrattwali tiegħu li jaħtar, jirrevoka u jiffissa r-remunerazzjoni tal-maniġment huwa suffiċjenti biex jikkonkludi li huwa għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Il-fatt li l-investitur A għandu mnejn ma jkunx eżerċita dan id-dritt jew il-probabbiltà li l-investitur A jeżerċita d-dritt tiegħu li jagħżel, jaħtar jew ineħħi l-maniġment m'għandhomx jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk l-investitur A għandux setgħa.

B44 F'sitwazzjonijiet oħra, jista' jkun evidenti wara li jitqiesu l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħdu li l-investitur ma jkollux setgħa.

Investitur A għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Żewġ investituri oħra, kull wieħed minnhom għandu 26 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma miżmuma minn tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 1 fil-mija. M'hemmx arranġamenti oħra li jaffettwaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. F'dan il-każ, id-daqs tal-interess tal-vot tal-investitur A u d-daqs tiegħu meta mqabbel mal-ishma l-oħra huma suffiċjenti biex jiġi konkluż li l-investitur A m'għandux setgħa. Tkun meħtieġa biss il-kooperazzjoni ta’ żewġ investituri oħra sabiex l-investitur A ma jitħalliex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment.

B45 Madankollu, il-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(c) waħdu jistgħu ma jkunux konklużivi. Jekk investitur, wara li jkun ikkunsidra dawn il-fatturi, ma jkunx ċar dwar jekk għandux setgħa, huwa għandu jikkunsidra fatti u ċirkustanzi addizzjonali, bħal pereżempju jekk azzjonisti oħra jkunux passivi fin-natura tagħhom kif muri mill-mudelli tal-vot f'laqgħat preċedenti tal-azzjonisti. Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20. Inqas ma l-investitur ikollu drittijiet tal-vot, u inqas ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun hemm bżonn li wieħed jibbaża fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi addizzjonali sabiex jiġi vvalutat jekk id-drittijiet tal-investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa. Meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi fil-paragrafi B18–B20 jiġu kkunsidrati flimkien mad-drittijiet tal-investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza tas-setgħa fil-paragrafu B18 milli lill-indikaturi tas-setgħa fil-paragrafi B19 u B20.

Investitur għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Ħdax-il azzjonista ieħor, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti kuntrattwali biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. F'dan il-każ, id-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jiġi ddeterminat jekk l-investitur għandux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment. Għandhom jiġu kkunsidrati fatti u ċirkustanzi addizzjonali li jistgħu jipprovdu evidenza li l-investitur għandu, jew m'għandux, setgħa.

Investitur għandu 35 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma għand diversi azzjonisti oħra, li l-ebda wieħed minnhom individwalment ma għandu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot. L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi. Id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza tal-voti mixħuta f'laqgħat tal-azzjonisti rilevanti—75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment ġew mixħuta f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti rilevanti. F'dan il-każ, il-parteċipazzjoni attiva tal-azzjonisti l-oħra f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti tindika li l-investitur ma jkollux il-kapaċità prattika biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali, irrispettivament minn jekk l-investitur ikunx iddirieġa l-attivitajiet rilevanti minħabba li numru suffiċjenti ta’ azzjonisti oħra jkunu vvotaw bl-istess mod bħall-investitur.

B46 Jekk ma jkunx ċar, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(d), li l-investitur għandu setgħa, l-investitur ma jikkontrollax d-destinatarja ta’ investiment.

B47 Meta jivvaluta l-kontroll, investitur jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot tiegħu kif ukoll id-drittijiet potenzjali tal-vot ta’ partijiet oħra, sabiex jistabilixxi jekk għandux setgħa. Id-drittijiet potenzjali tal-vot huma drittijiet sabiex jinkisbu drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal dawk li jirriżultaw minn strumenti jew opzjonijiet konvertibbli, fosthom il-kuntratti bil-quddiem. Dawn id-drittijiet potenzjali tal-vot jiġu kkunsidrati biss jekk id-drittijiet ikunu sostantivi (ara l-paragrafi B22–B25).

B48 Meta jkun qiegħed jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot, investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tal-istrument, kif ukoll l-għan u d-disinn ta’ kwalunkwe involviment ieħor li l-investitur ikollu fid-destinatarja ta’ investiment. Dan jinkludi valutazzjoni tad-diversi termini u kundizzjonijiet tal-istrument kif ukoll l-aspettattivi, il-motivi u r-raġunijiet apparenti tal-investitur biex jaqbel ma’ dawk il-patti u kundizzjonijiet.

B49 Jekk l-investitur ikollu wkoll drittijiet tal-vot u drittijiet oħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, l-investitur jivvaluta jekk dawk id-drittijiet, flimkien mad-drittijiet potenzjali tal-vot, jagħtuhx setgħa.

B50 Drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot waħedhom, jew flimkien ma’ drittijiet oħra, jistgħu jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Pereżempju, dan x'aktarx li jkun il-każ meta investitur ikollu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u, skont il-paragrafu B23, ikollu drittijiet sostantivi li joħorġu minn opzjonijiet biex jikseb 20 fil-mija oħra tad-drittijiet tal-vot.

Investitur A għandu 70 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. Investitur B għandu 30 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll opzjoni biex jikseb nofs id-drittijiet tal-vot tal-investitur A. L-opzjoni tista' tiġi eżerċitata għas-sentejn li jmiss bi prezz fiss li huwa sfavorevoli ħafna (u jkun mistenni li jibqa' hekk għal dak il-perjodu ta’ sentejn). Investitur A kien qiegħed jeżerċita l-voti tiegħu u qiegħed jiddirieġi attivament l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment. F'każ bħal dan, l-investitur A huwa probabbli li jilħaq il-kriterju tas-setgħa minħabba li jidher li għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti. Għalkemm l-investitur B preżentement għandu opzjonijiet eżerċitabbli biex jixtri drittijiet tal-vot addizzjonali (li, jekk jiġu eżerċitati, jagħtuh maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment), il-patti u l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ dawk l-opzjonijiet huma tali li l-opzjonijiet mhumiex ikkunsidrati bħala sostantivi.

Investitur A u żewġ investituri oħra kollha għandhom terz tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment. L-attività kummerċjali tad-destinatarja ta’ investiment hija marbuta mill-qrib mal-investitur A. Minbarra l-istrumenti azzjonarji tiegħu, l-investitur A għandu wkoll strumenti tad-dejn li huma konvertibbli fi kwalunkwe ħin f'ishma ordinarji tad-destinatarja ta’ investiment għal prezz fiss li huwa sfavorevoli (iżda mhux sfavorevoli ħafna). Kieku d-dejn kellu jiġu konvertit, l-investitur A ikollu 60 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment. L-investitur A jibbenefika mir-realizzazzjoni ta’ sinerġiji kieku l-istrumenti tad-dejn kellhom jiġu konvertiti f'ishma ordinarji. L-investitur A għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minħabba li għandu drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment flimkien ma’ drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.

Setgħa meta d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili ma jkollhomx effett sinifikanti fuq ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment

B51 Meta jivvaluta l-għan u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8), investitur għandu jikkunsidra l-involviment u d-deċiżjonijiet meħuda fil-bidu tal-entità bħala parti mid-disinn tagħha u jevalwa jekk it-termini u l-aspetti tat-tranżazzjonijiet tal-involviment jagħtux lill-investitur drittijiet li jkunu suffiċjenti biex jagħtuh setgħa. L-involviment biss fid-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment mhux suffiċjenti biex jagħti setgħa lil investitur. Madankollu, l-involviment fid-disinn jista' jindika li l-investitur kellu l-opportunità li jikseb drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B52 Barra minn hekk, investitur għandu jikkunsidra arranġamenti kuntrattwali bħal drittijiet ta’ eżerċitar, drittijiet ta’ opzjoni put u drittijiet ta’ likwidazzjoni stabiliti fil-bidu tad-destinatarja ta’ investiment. Meta dawn l-arranġamenti kuntrattwali jinvolvu attivitajiet li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, dawn l-attivitajiet ikunu, fis-sustanza, parti integrali mill-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment, minkejja li jistgħu jseħħu barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment. Għalhekk, id-drittijiet espliċiti jew impliċiti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet inkorporati f'arranġamenti kuntrattwali li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, iridu jitqiesu bħala attivitajiet rilevanti meta tiġi ddeterminata s-setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.

B53 Għal xi destinatarji ta’ investiment, attivitajiet rilevanti jseħħu biss meta jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħu avvenimenti partikolari. Id-destinatarja ta’ investiment tista' tkun iddisinjata b'mod li d-direzzjoni tal-attivitajiet tagħha u r-redditi tagħha jkunu ddeterminati minn qabel jekk u sakemm ma jinqalgħux dawk iċ-ċirkustanzi jew iseħħu dawk l-avvenimenti partikolari. F'dan il-każ, huma biss id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment meta jseħħu dawk iċ-ċirkustanzi jew avvenimenti, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tagħha u għalhekk huma attivitajiet rilevanti. Iċ-ċirkustanzi jew l-avvenimenti m'hemmx għalfejn ikunu seħħu biex investitur bil-kapaċità li jieħu dawk id-deċiżjonijiet ikollu s-setgħa. Il-fatt li d-dritt ta’ teħid tad-deċiżjonijiet huwa kontinġenti fuq li jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħ avveniment, fih innifsu, ma jagħmilx dawk id-drittijiet protettivi.

L-unika attività kummerċjali ta’ destinatarja ta’ investiment, kif speċifikat fid-dokumenti tal-istabiliment tagħha, hija li tixtri riċevibbli u tamministrahom (service) minn ġurnata għall-oħra għall-investituri tagħha. Is-servizzjar minn ġurnata għall-oħra jinkludi l-ġbir u l-mogħdija tal-pagamenti tas-somma kapitali u tal-imgħax meta jkun imisshom. Ma' inadempjenza ta’ riċevibbli, id-destinatarja ta’ investiment tpoġġi awtomatikament ir-riċevibbli għal investitur kif miftiehem separatament fi ftehim ta’ put bejn l-investitur u d-destinatarja ta’ investiment. L-unika attività rilevanti hija l-immaniġjar tar-riċevibbli wara inadempjenza minħabba li hija l-unika attività li tista' taffettwa b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. L-immaniġjar tar-riċevibbli qabel inadempjenza mhuwiex attività rilevanti minħabba li ma jeħtieġx li jittieħdu deċiżjonijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment—l-attivitajiet qabel l-inadempjenza huma predeterminati u jammontaw biss għal ġbir tal-flussi tal-flus meta jkunu dovuti u jgħaddihom lill-investituri. Għalhekk, huwa biss id-dritt tal-investitur li jimmaniġja l-assi wara inadempjenza li għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu vvalutati l-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. F'dan l-eżempju, id-disinn tad-destinatarja ta’ investiment jiżgura li l-investitur ikollu awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi fl-uniku ħin li tkun meħtieġa tali awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-termini tal-ftehim ta’ put huma integrali għat-tranżazzjoni globali u l-istabiliment tad-destinatarja ta’ investiment. Għalhekk, it-termini tal-ftehim ta’ put flimkien mad-dokumenti tal-istabiliment tad-destinatarja ta’ investiment iwasslu għall-konklużjoni li l-investitur għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minkejja li l-investitur jieħu biss il-pussess tar-riċevibbli wara inadempjenza u jimmaniġja r-riċevibbli li ma tħallsux barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment.

L-uniċi assi ta’ destinatarja ta’ investiment huma riċevibbli. Meta jiġu kkunsidrati l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, jiġi stabilit li l-unika attività rilevanti hija l-immaniġjar tar-riċevibbli wara inadempjenza. Il-parti li għandha l-kapaċità li timmaniġja r-riċevibbli inadempjenti għandha setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment, irrispettivament minn jekk xi ħadd mill-mutwatarji jkunx inadempjenti.

B54 Investitur jista' jkollu impenn espliċitu jew impliċitu sabiex jiżgura li destinatarja ta’ investiment tkompli topera kif maħsub. Tali impenn jista' jżid l-iskopertura tal-investitur għall-varjabilità tar-redditi u għalhekk iżid l-inċentiv għall-investitur biex jikseb drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa. Għalhekk impenn biex jiżgura li destinatarja ta’ investiment topera kif imfassal jista' jkun indikatur li l-investitur ikollu s-setgħa, iżda, fih innifsu, ma jagħtix setgħa lil investitur, u lanqas ma jimpedixxi lil xi parti oħra milli jkollha setgħa.

Skopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli minn destinatarja ta’ investiment

B55 Meta jkun qiegħed jivvaluta jekk investitur għandux kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, l-investitur jistabilixxi jekk huwiex skopert, jew jekk għandux drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

B56 Ir-redditi varjabbli huma redditi li mhumiex fissi u għandhom il-potenzjal li jvarjaw bħala konsegwenza tar-riżultati ta’ destinatarja ta’ investiment. Ir-redditi varjabbli jistgħu jkunu pożittivi biss, negattivi biss jew kemm pożittivi kif ukoll negattivi (ara l-paragrafu 15). Investitur jivvaluta jekk ir-redditi minn destinatarja ta’ investiment ikunux varjabbli u kemm ikunu varjabbli dawk ir-redditi fuq il-bażi tas-sustanza tal-arranġament u irrispettivament mill-forma ġuridika tar-redditi. Pereżempju, investitur jista' jkollu bond b'pagamenti ta’ mgħax fiss. Il-pagamenti tal-imgħax fiss huma redditi varjabbli għall-iskop ta’ dan l-IFRS minħabba li huma suġġetti għar-riskju ta’ inadempjenza u jesponu lill-investitur għar-riskju fuq il-kreditu tal-emmittent joħroġ il-bond. L-ammont ta’ varjabilità (jiġifieri kemm huma varjabbli dawk ir-redditi) jiddependi mir-riskju fuq il-kreditu tal-bond. Bl-istess mod, tariffi fissi fuq il-prestazzjoni għall-immaniġjar tal-assi ta’ destinatarja ta’ investiment huma redditi varjabbli minħabba li jesponu lill-investitur għar-riskju fuq ir-riżultati tad-destinatarja ta’ investiment. L-ammont ta’ varjabilità jiddependi fuq il-kapaċità tad-destinatarja ta’ investiment li tiġġenera introjtu suffiċjenti biex tħallas it-tariffa.

B57 Eżempji ta’ redditi jinkludu:

(a) dividendi, distribuzzjonijiet oħra ta’ benefiċċji ekonomiċi minn destinatarja ta’ investiment (eż. imgħax minn titoli ta’ dejn maħruġa mid-destinatarja ta’ investiment) u bidliet fil-valur tal-investiment tal-investitur f'dik d-destinatarja ta’ investiment.

(b) remunerazzjoni għas-servizzjar tal-assi jew l-obbligazzjonijiet tad-destinatarja ta’ investiment, tariffi u skopertura għat-telf mill-għoti ta’ kreditu u appoġġ ta’ likwidità, interessi reżidwi fl-assi tad-destinatarja ta’ investiment u obbligazzjonijiet fuq il-likwidazzjoni ta’ dik d-destinatarja ta’ investiment, benefiċċji għat-taxxa, u aċċess għal likwidità futura li investitur ikollu mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.

(c) redditi li ma jkunux disponibbli għal detenturi oħra ta’ interess. Pereżempju, investitur jista' juża l-assi tiegħu flimkien mal-assi tad-destinatarja ta’ investiment, pereżempju billi jgħaqqdu l-funzjonijiet operatorji biex jiksbu ekonomiji ta’ skala, iffrankar fil-kost, forniment ta’ prodotti skarsi, ksib tal-aċċess għal għarfien propjetarju jew il-limitazzjoni ta’ xi operazzjonijiet jew assi, sabiex jiżdied il-valur tal-assi l-oħra tal-investitur.

Rabta bejn is-setgħa u r-redditi

Setgħa delegata

B58 Meta investitur bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet (deċiżur) jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, huwa għandu jistabilixxi jekk huwiex prinċipal jew aġent. Investitur għandu jistabilixxi wkoll jekk entità oħra bi drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tkunx qiegħda taġixxi bħala aġent għall-investitur. Aġent huwa parzjalment prinċipalment ingaġġat sabiex jaġixxi f'isem u għall-benefiċċju ta’ parti jew partijiet oħra (il-prinċipal(i)) u għalhekk ma jikkontrollax id-destinatarja ta’ investiment meta jeżerċita l-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet (ara l-paragrafi 17 u 18). Għalhekk, xi drabi s-setgħa ta’ prinċipal tista' tkun miżmuma għand u tkun eżerċitabbli minn aġent, iżda f'isem il-prinċipal. Deċiżur mhuwiex aġent sempliċement minħabba li partijiet oħra jistgħu jibbenefikaw mid-deċiżjonijiet li jieħu.

B59 Investitur jista' jiddelega l-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet lil aġent fuq xi kwistjonijiet speċifiċi jew fuq l-attivitajiet kollha rilevanti. Meta jivvaluta jekk jikkontrollax destinatarja ta’ investiment, l-investitur għandu jittratta d-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet iddelegati lill-aġent tiegħu bħala miżmuma direttament mill-investitur. F'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm iżjed minn prinċipal wieħed, kull wieħed mill-prinċipali għandu jivvaluta jekk għandux setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment billi jikkunsidra r-rekwiżiti fil-paragrafi B5–B54. Il-paragrafi B60–B72 jipprovdu gwida dwar kif jiġi stabilit jekk deċiżur ikunx aġent jew prinċipal.

B60 Deċiżur għandu jikkunsidra r-relazzjoni globali bejnu, id-destinatarja ta’ investiment li tkun qed tiġi mmaniġjata u partijiet oħra involuti fid-destinatarja ta’ investiment, b'mod partikolari l-fatturi kollha ta’ hawn isfel, sabiex jistabilixxi jekk huwiex aġent:

(a) l-ambitu tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq id-destinatarja ta’ investiment (il-paragrafi B62 u B63).

(b) id-drittijiet ta’ partijiet oħra (il-paragrafi B64–B67).

(c) ir-remunerazzjoni li għandu dritt għaliha skont il-ftehim(iet) ta’ remunerazzjoni (il-paragrafi B68–B70).

(d) l-iskopertura ta’ deċiżur għall-varjabilità tar-redditi minn interessi oħra li jkollu fid-destinatarja ta’ investiment (il-paragrafi B71 u B72).

Għandhom jiġu applikati piżijiet differenti għal kull wieħed mill-fatturi fuq il-bażi ta’ fatti u ċirkustanzi partikolari.

B61 L-istabiliment ta’ jekk deċiżur ikunx aġent jitlob evalwazzjoni tal-fatturi kollha elenkati fil-paragrafu B60 sakemm parti waħda ma jkollhiex drittijiet sostantivi biex tneħħi lil deċiżur (drittijiet ta’ revoka) u tista' tneħħi lil deċiżur mingħajr raġuni (ara l-paragrafu B65).

B62 L-ambitu tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ deċiżur hija evalwata billi jitqiesu:

(a) l-attivitajiet li jkunu permessi skont il-ftehim(iet) dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u speċifikati mil-liġi, u

(b) id-diskrezzjoni li jkollu deċiżur meta jieħu deċiżjonijiet dwar dawk l-attivitajiet.

B63 Deċiżur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li għalihom tkun maħsuba li tiġi esposta d-destinatarja ta’ investiment, ir-riskji li kienet iddisinjata biex tgħaddi lill-partijiet involuti u l-livell ta’ involviment li deċiżur kellu fid-disinn tad-destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, jekk deċiżur ikun involut b'mod sinifikanti fid-disinn tad-destinatarja ta’ investiment (inkluż fl-istabiliment tal-ambitu tal-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet), dak l-involviment jista' jindika li deċiżur kellu l-opportunità u l-inċentiv biex jikseb drittijiet li jwasslu biex deċiżur ikollu l-kapaċità li jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti.

B64 Id-drittijiet sostantivi miżmuma minn partijiet oħra jistgħu jaffettwaw il-kapaċità ta’ deċiżur biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti ta’ destinatarja ta’ investiment. Id-drittijiet sostantivi ta’ tneħħija jew drittijiet oħra jistgħu jindikaw li deċiżur ikun aġent.

B65 Meta parti waħda jkollha drittijiet sostantivi ta’ tneħħija u tista' tneħħi mingħajr raġuni lil dak li jieħu d-deċiżjonijiet, dan, waħdu, huwa biżżejjed biex jiġi konkluż li deċiżur huwa aġent. Jekk ikun hemm iżjed minn parti waħda li jkollha dawn id-drittijiet (u l-ebda parti individwali ma tista' tneħħi lil deċiżur mingħajr il-qbil tal-partijiet l-oħra), dawk id-drittijiet mhumiex, waħedhom, konklużivi biex jiġi ddeterminat li deċiżur jaġixxi primarjament f'isem u għall-benefiċċju ta’ partijiet oħra. Barra minn hekk, akbar ma jkun in-numru ta’ partijiet li jkunu meħtieġa jaġixxu flimkien biex jeżerċitaw id-drittijiet biex ineħħu xi ħadd li jieħu d-deċiżjonijiet u akbar ma jkun id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', l-interessi ekonomiċi l-oħra ta’ deċiżur (jiġifieri r-remunerazzjoni u interessi oħra), inqas ma jkun il-piż li għandu jitpoġġa fuq dan il-fattur.

B66 Id-drittijiet sostantivi ta’ partijiet oħra li jillimitaw id-diskrezzjoni ta’ deċiżur għandhom jitqiesu b'mod simili għad-drittijiet ta’ revoka meta jiġi evalwat jekk deċiżur ikunx aġent. Pereżempju, xi ħadd li jieħu d-deċiżjonijiet li jkun meħtieġ li jikseb l-approvazzjoni minn numru żgħir ta’ partijiet oħra għall-azzjonijiet tiegħu huwa ġeneralment aġent. (Ara l-paragrafi B22–B25 għal gwida addizzjonali dwar id-drittijiet u jekk humiex sostantivi.)

B67 Il-konsiderazzjoni tad-drittijiet li jkollhom partijiet oħra għandha tinkludi valutazzjoni ta’ kwalunkwe dritt eżerċitabbli mill-bord tad-diretturi ta’ destinatarja ta’ investiment (jew korp ieħor li jiggverna) u l-effett tagħhom fuq l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet (ara l-paragrafu B23(b)).

B68 Akbar ma jkun id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', ir-remunerazzjoni ta’ deċiżur meta mqabbla mar-redditi mistennija mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, iżjed ikun probabbli li deċiżur ikun prinċipal.

B69 Meta jkun qiegħed jiddetermina jekk huwiex prinċipal jew aġent, dak li jieħu d-deċiżjonijiet għandu jikkunsidra wkoll jekk jeżistux il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Ir-remunerazzjoni ta’ deċiżur tkun tikkommensura mas-servizzi pprovduti.

(b) Il-ftehim dwar ir-remunerazzjoni jinkludi biss patti, kundizzjonijiet jew ammonti li normalment ikunu preżenti f'arranġamenti għal servizzi u livell ta’ ħiliet simili nnegozjati fuq bażi ta’ distakkament.

B70 Deċiżur ma jistax ikun aġent sakemm ma jkunux preżenti l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu B69(a) u (b). Madankollu, l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet f'iżolament mhuwiex suffiċjenti biex jiġi konkluż li deċiżur huwa aġent.

B71 Xi ħadd li jieħu d-deċiżjonijiet li jkollu interessi oħra f'destinatarja ta’ investiment (pereżempju investiment fid-destinatarja ta’ investiment jew li jipprovdi garanziji fir-rigward tar-riżultati tad-destinatarja ta’ investiment), għandu jikkunsidra l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi minn dawk l-interessi meta jkun qiegħed jivvaluta jekk huwiex aġent. Il-pussess ta’ interessi oħra f'destinatarja ta’ investiment jindika li deċiżur jista' jkun prinċipal.

B72 Fl-evalwazzjoni tal-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi minn interessi oħra fid-destinatarja ta’ investiment, deċiżur għandu jikkunsidra dan li ġej:

(a) akbar ma jkun id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', l-interessi ekonomiċi tiegħu, meta jitqiesu flimkien ir-remunerazzjoni tiegħu u interessi oħra, aktar ikun probabbli li deċiżur ikun prinċipal.

(b) jekk l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi tkunx differenti minn dik tal-investituri l-oħra u, jekk ikun hekk, jekk din tistax tinfluwenza l-azzjonijiet tiegħu. Pereżempju, dan jista' jkun il-każ meta deċiżur ikollu interessi subordinati fi, jew jipprovdi forom oħra ta’ titjib fil-kreditu lil destinatarja ta’ investiment.

Deċiżur għandu jevalwa l-iskopertura tiegħu fir-rigward tal-varjabilità totali tar-redditi tad-destinatarja ta’ investiment. Din l-evalwazzjoni ssir prinċipalment fuq il-bażi tar-redditi mistennija mill-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment iżda m'għandhiex tinjora l-iskopertura massima ta’ deċiżur għall-varjabilità tar-redditi tad-destinatarja ta’ investiment permezz ta’ interessi oħra li jkollu deċiżur.

Deċiżur (maniġer ta’ fond) jistabilixxi, jikkummerċjalizza u jimmaniġja fond regolat, innegozjat pubblikament skont parametri strettament definiti stabiliti fil-mandat tal-investiment kif mitlub mil-liġijiet u r-regolamenti lokali. Il-fond ġie kkummerċjalizzat lill-investituri bħala investiment f'portafoll diversifikat ta’ titoli azzjonarji ta’ entitajiet innegozjati pubblikament. Fi ħdan il-parametri definiti, il-maniġer tal-fond għandu diskrezzjoni dwar l-assi li fihom għandu jsir investiment. Il-maniġer tal-fond għamel investiment ta’ 10 fil-mija prorata fil-fond u jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li tkun ugwali għal 1 fil-mija tal-valur nett tal-assi tal-fond. It-tariffi jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti. Il-maniġer tal-fond m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 10 fil-mija. Il-fond mhuwiex meħtieġ li jistabilixxi, u ma stabiliex bord indipendenti tad-diretturi. L-investituri m'għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġer tal-fond, iżda jistgħu jifdu l-interessi tagħhom fi ħdan il-limiti partikolari stabiliti mill-fond.

Għalkemm jopera fi ħdan il-parametri stipulati fil-mandat tal-investiment u skont ir-rekwiżiti regolatorji, il-maniġer tal-fond għandu drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti tal-fond—l-investituri m'għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġer tal-fond. Il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li tikkommensura mas-servizzi pprovduti u għamel ukoll investiment prorata fil-fond. Ir-remunerazzjoni u l-investiment tiegħu jesponu lill-maniġer tal-fond għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond mingħajr ma joħolqu skopertura ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal.

F'dan l-eżempju, il-konsiderazzjoni tal-iskopertura tal-maniġer tal-fond għall-varjabilità tar-redditi mill-fond flimkien mal-awtorità tiegħu għat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan parametri ristretti tindika li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Deċiżur jistabilixxi, jikkumerċjalizza u jimmaniġja fond li jipprovdi opportunitajiet ta’ investiment lil numru ta’ investituri. Deċiżur (maniġer tal-fond) irid jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interessi tal-investituri kollha u skont il-ftehimiet li jirregolaw il-fond. Madankollu, il-maniġer tal-fond għandu diskrezzjoni wiesgħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa bbażata fuq is-suq għas-servizzi tiegħu li hija ugwali għal 1 fil-mija tal-assi mmaniġjati u 20 fil-mija tal-profitti kollu tal-fond jekk jintlaħaq livell speċifikat ta’ profitt. It-tariffi jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti.

Għalkemm irid jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interessi tal-investituri kollha, il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti tal-fond. Il-maniġer tal-fond huwa mħallas tariffi fissi u tariffi marbuta mal-prestazzjoni li tikkommensura mas-servizzi pprovduti. Barra minn hekk, ir-remunerazzjoni tallinja l-interessi tal-maniġer tal-fond ma’ dawk tal-investituri l-oħra sabiex jiżdied il-valur tal-fond, mingħajr ma tinħoloq skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li tkun ta’ tali importanza li r-remunerazzjoni, meta titqies waħedha, tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal.

Ix-xejra tal-fatti u l-analiżi ta’ hawn fuq japplikaw għall-eżempji 14A–14C deskritti hawn isfel. Kull eżempju huwa kkunsidrat f'iżolament.

Il-maniġer tal-fond għandu wkoll investiment ta’ 2 fil-mija fil-fond li jallinja l-interessi tiegħu ma’ dawk tal-investituri l-oħra. Il-maniġer tal-fond m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 2 fil-mija. L-investituri jistgħu jneħħu l-maniġer tal-fond permezz ta’ vot b'maġġoranza sempliċi, iżda dan jistgħu jagħmluh biss għal ksur tal-kuntratt.

L-investiment ta’ 2 fil-mija tal-maniġer tal-fond iżid l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond mingħajr ma joħloq skopertura li tkun importanti tant li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Id-drittijiet tal-investituri l-oħra li jneħħu l-maniġer tal-fond huma kkunsidrati bħala protettivi minħabba li jistgħu jiġu eżerċitati biss għal ksur tal-kuntratt. F'dan l-eżempju, għalkemm il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet u huwa espost għall-varjabilità tar-redditi mill-interess u r-remunerazzjoni tiegħu, l-iskopertura tal-maniġer tal-fond tindika li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Il-maniġer tal-fond għandu investiment prorata iżjed sostanzjali fil-fond, iżda m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn minn dak l-investiment. L-investituri jistgħu jneħħu l-maniġer tal-fond permezz ta’ vot b'maġġoranza sempliċi, iżda dan jistgħu jagħmluh biss għal ksur tal-kuntratt.

F'dan l-eżempju, id-drittijiet tal-investituri l-oħra li jneħħu l-maniġer tal-fond huma kkunsidrati bħala drittijiet protettivi minħabba li jistgħu jiġu eżerċitati biss għal ksur tal-kuntratt. Għalkemm il-maniġer tal-fond huwa mħallas tariffi fissi u marbuta mal-prestazzjoni, li jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti, il-kombinazzjoni tal-investiment tal-maniġer tal-fond flimkien mar-remunerazzjoni tiegħu tista' toħloq skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li tkun tali tali importanti li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Akbar ma jkunu kbar id-daqs ta', u l-varjabilità assoċjata ma', l-interessi ekonomiċi tal-maniġer tal-fond (billi jitqiesu flimkien ir-remunerazzjoni tiegħu u interessi oħra), aktar jagħti enfasi l-maniġer tal-fond lil dawk l-interessi ekomomiċi fl-analiżi, u aktar ikun probabbli li l-maniġer tal-fond ikun prinċipal.

Pereżempju, wara li jkun ikkunsidra r-remunerazzjoni tiegħu u l-fatturi l-oħra, il-maniġer tal-fond għandu mnejn jikkunsidra li investiment ta’ 20 fil-mija jkun suffiċjenti biex jikkonkludi li huwa jikkontrolla l-fond. Madankollu, f'ċirkustanzi differenti (jiġifieri jekk ir-remunerazzjoni jew fatturi oħra jkunu differenti), jista' jinħoloq kontroll meta l-livell ta’ investiment ikun differenti.

Il-maniġer tal-fond għandu investiment prorata ta’ 20 fil-mija fil-fond, iżda m'għandu l-ebda obbligu li jiffinanzja telf lil hinn mill-investiment tiegħu ta’ 20 fil-mija. Il-fond għandu bord tad-diretturi, li l-membri tiegħu kollha huma indipendenti mill-maniġer tal-fond u huma maħtura mill-investituri l-oħra. Il-bord jaħtar il-maniġer tal-fond kull sena. Jekk il-fond jiddeċiedi li ma jġeddidx il-kuntratt tal-maniġer tal-fond, is-servizzi mwettqa mill-maniġer tal-fond jistgħu jitwettqu minn maniġers oħra fl-industrija.

Għalkemm il-maniġer tal-fond huwa mħallas tariffi fissi u marbuta mal-prestazzjoni, li jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti, il-kombinazzjoni tal-investiment ta’ 20 fil-mija tal-maniġer tal-fond flimkien mar-remunerazzjoni tiegħu toħloq skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond li hija ta’ importanza tali li tindika li l-maniġer tal-fond huwa prinċipal. Madankollu, l-investituri għandhom drittijiet sostantivi biex ineħħu l-maniġer tal-fond—il-bord tad-diretturi jipprovdi mekkaniżmu sabiex ikun żgurat li l-investituri jkunu jistgħu jneħħu lill-maniġer tal-fond jekk huma jiddeċiedu li jagħmlu dan.

F'dan l-eżempju, il-maniġer tal-fond ipoġġi enfasi akbar fuq id-drittijiet sostantivi tat-tneħħija fl-analiżi. Għalhekk, għalkemm il-maniġer tal-fond għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet u huwa espost għall-varjabilità tar-redditi tal-fond mir-remunerazzjoni u l-investiment tiegħu, id-drittijiet sostantivi li għandhom l-investituri l-oħra jindikaw li l-maniġer tal-fond huwa aġent. Għalhekk, il-maniġer tal-fond jikkonkludi li huwa ma jikkontrollax il-fond.

Destinatarja ta’ investiment inħolqot biex tixtri portafoll ta’ titoli abbażi ta’ assi b'rata fissa, iffinanzjat bi strumenti tad-dejn u strumenti azzjonarji b'rata fissa. L-istrumenti azzjonarji huma ddisinjati biex jipprovdu l-ewwel protezzjoni mit-telf lill-investituri tad-dejn u jirċievu kwalunkwe redditu reżidwu tad-destinatarja ta’ investiment. It-tranżazzjoni kienet ikkummerċjalizzata lill-investituri potenzjali tad-dejn bħala investiment f'portafoll ta’ titoli abbażi ta’ assi bi skopertura għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli tal-emmittent tat-titoli abbażi ta’ assi fil-portafoll u għar-riskju fuq ir-rata tal-imgħax assoċjata mal-immaniġjar tal-portafoll. Mal-ħolqien tagħhom, l-istrumenti azzjonarji jirrappreżentaw 10 fil-mija tal-valur tal-assi mixtrija. Deċiżur (il-maniġer tal-assi) jimmaniġja l-portafoll attiv tal-assi billi jieħu deċiżjonijiet dwar investiment fi ħdan il-parametri stipulati fil-prospett tad-destinatarja ta’ investiment. Għal dawk is-servizzi, il-maniġer tal-fond jirċievi tariffa fissa bbażat fuq is-suq (jiġifieri 1 fil-mija tal-assi mmaniġjati) u tariffi marbuta mal-prestazzjoni (jiġifieri 10 fil-mija tal-profitt) jekk il-profitti tad-destinatarja ta’ investiment jaqbżu livell speċifikat. It-tariffi jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti. Il-maniġer tal-assi għandu 35 fil-mija tal-ekwità fid-destinatarja ta’ investiment.

Il-65 fil-mija l-oħra tal-ekwità, u l-istrumenti tad-dejn kollha, huma ta’ numru kbir ta’ investituri mhux relatati ta’ terza parti mxerrda b'mod estensiv. Il-maniġer tal-assi jista' jitneħħa, mingħajr raġuni, b'deċiżjoni permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-investituri l-oħra.

Il-maniġer tal-assi jitħallas tariffi fissi marbuta mal-prestazzjoni, li jikkommensuraw mas-servizzi pprovduti. Ir-remunerazzjoni tallinja l-interessi tal-maniġer tal-fond ma’ dawk tal-investituri l-oħra sabiex jiżdied il-valur tal-fond. Il-maniġer tal-assi għandu skopertura għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-fond minħabba li għandu 35 fil-mija tal-ekwità u mir-remunerazzjoni tiegħu.

Għalkemm jopera fi ħdan il-parametri stabiliti fil-prospett tad-destinatarja ta’ investiment, il-maniġer tal-assi għandu l-kapaċità kurrenti li jieħu deċiżjonijiet dwar investiment li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment—id-drittijiet ta’ revoka li għandhom l-investituri l-oħra ftit jirċievu piż fl-analiżi minħabba li dawk id-drittijiet huma miżmuma minn numru kbir ta’ investituri mxerrda b'mod wiesa'. F'dan l-eżempju, il-maniġer tal-assi jpoġġi enfasi akbar fuq l-iskopertura tiegħu għall-varjabilità tar-redditi tal-fond mill-interess propjetarju tiegħu, li huwa subordinat għall-istrumenti tad-dejn. Il-pussess ta’ 35 fil-mija tal-ekwità joħloq skopertura subordinata għat-telf u d-drittijiet tad-destinatarja ta’ investiment, li huma ta’ tali importanza li tindika li l-maniġer tal-assi huwa prinċipal. Għalhekk, il-maniġer tal-assi jikkonkludi li huwa jikkontrolla d-destinatarja ta’ investiment.

Deċiżur (l-isponsor) jisponsorja konduċent multivenditur, li joħroġ strumenti tad-dejn ta’ terminu qasir lil investituri ta’ parti terza mhux relatati. It-tranżazzjoni kienet ikkummerċjalizzata lill-investituri potenzjali bħala investiment f'portafoll ta’ assi bi klassifikazzjoni għolja ta’ terminu medju bi skopertura minima għar-riskju fuq il-kreditu assoċjat mal-inadempjenza possibbli mill-emmittenti tal-assi fil-portafoll. Diversi servizzi taċ-ċedenti jbigħu portafolli ta’ assi ta’ terminu medju ta’ kwalità għolja lill-konduċent. Kull ċedent jisservizzja il-portafoll ta’ assi li jbigħ lill-konduċent u jimmaniġja r-riċevibbli inadempjenti għal tariffa ta’ servizz ibbażata fuq is-suq. Kull ċedent jipprovdi wkoll protezzjoni għall-ewwel telf kontra telf tal-kreditu mill-portafoll tiegħu ta’ assi permezz ta’ kollateralizzazzjoni eċċessiva tal-assi trasferiti lill-konduċent. L-isponsor jistabilixxi t-termini tal-konduċent u jimmaniġja l-operazzjonijiet tal-konduċent għal tariffa bbażat fuq is-suq. It-tariffa tikkommensura mas-servizzi pprovduti. L-isponsor japprova l-bejjiegħa permessi jbigħu lill-konduċent, japprova l-assi li għandhom jinxtraw mill-konduċent u jieħu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-konduċent. L-isponsor irid jaġixxi fl-aħjar interessi tal-investituri kollha.

L-isponsor għandu dritt għal kwalunkwe redditu reżidwu tal-konduċent u jipprovdi wkoll titjib fil-kreditu u faċilitajiet ta’ likwidità lill-konduċent. It-titjib fil-kreditu pprovdut mill-isponsor jassorbi telf sa 5 fil-mija tal-assi kollha tal-konduċent, wara li t-telf jiġi assorbit miċ-ċedenti. Il-faċilitajiet tal-likwidità ma jiġux mislufa kontra assi mhux imħallsa. L-investituri m'għandhomx drittijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw l-awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-isponsor.

Għalkemm l-isponsor jitħallas tariffa bbażat fuq is-suq għas-servizzi tiegħu, li tikkommensura mas-servizzi pprovduti, l-isponsor huwa skopert għall-varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-konduċent minħabba d-drittijiet tiegħu għal kwalunkwe redditu reżidwu tal-konduċent u l-għoti ta’ titjib fil-kreditu u faċilitajiet ta’ likwidità (jiġifieri l-konduċent huwa skopert għar-riskju tal-likwidità billi juża strumenti tad-dejn ta’ terminu qasir biex jiffinanzja assi ta’ terminu medju). Minkejja li kull wieħed miċ-ċedenti għandu drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-valur tal-assi tal-konduċent, l-isponsor għandu awtorità estensiva għat-teħid tad-deċiżjonijiet li tagħtih il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet li jaffettwaw bl-aktar mod sinifikanti r-redditi tal-konduċent (jiġifieri l-isponsor stabilixxa t-termini tal-konduċent, għandu d-dritt li jieħu deċiżjonijiet dwar l-assi (japprova l-assi mixtrija u ċ-ċedenti ta’ dawk l-assi) u l-finanzjament tal-konduċent (li għalih irid jinstab investiment ġdid fuq bażi regolari)). Id-dritt għar-redditi reżidwi tal-konduċent u l-għoti ta’ faċilitajiet ta’ titjib fil-kreditu u likwidità jesponu lill-isponsor għal varjabilità tar-redditi mill-attivitajiet tal-konduċent li hija differenti minn dik tal-investituri l-oħra. Għalhekk, dik l-iskopertura tindika li l-isponsor huwa prinċipal u għalhekk l-isponsor jikkonkludi li huwa jikkontrolla l-konduċent. L-obbligu tal-isponsor li jaġixxi fl-aħjar interess tal-investituri kollha ma jimpedix lill-isponsor milli jkun prinċipal.

Relazzjoni ma’ partijiet oħra

B73 Meta jkun qiegħed jivvaluta l-kontroll, investitur għandu jikkunsidra n-natura tar-relazzjoni tiegħu ma’ partijiet oħra u jekk dawk il-partijiet l-oħra jkunux qegħdin jaġixxu f'isem l-investitur (jiġifieri jkunu “aġenti de facto”). Id-deċiżjoni dwar jekk partijiet oħra jkunux qegħdin jaġixxu bħala aġenti de facto teħtieġ ġudizzju għaqli, billi tiġi kkunsidrata mhux biss in-natura tar-relazzjoni iżda wkoll kif dawn il-partijiet jinteraġixxu ma’ xulxin u l-investitur.

B74 Relazzjoni bħal din mhux bilfors tinvolvi arranġament kuntrattwali. Parti tkun aġent de facto meta l-investitur ikollu, jew dawk li jiddirieġu l-attivitajiet tal-investitur ikollhom, il-kapaċità li jiddirieġu lil dik il-parti biex taġixxi f'isem l-investitur. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-investitur għandu jikkunsidra d-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-aġent de facto tiegħu u l-iskopertura, jew id-drittijiet indiretti tiegħu, għal redditi varjabbli permezz tal-aġent de facto flimkien ma’ tiegħu stess meta jkun qiegħed jivvaluta l-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment.

B75 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ tali partijiet oħra li, min-natura tar-relazzjoni ta’ bejniethom, jistgħu jaġixxu bħala aġenti de facto għall-investitur:

(d) il-partijiet relatati tal-investitur.

(i) parti li tkun irċeviet l-interess tagħha fid-destinatarja ta’ investiment bħala kontribuzzjoni jew self mill-investitur.

(ii) parti li tkun qablet li ma tbigħx, tittrasferixxi jew tiggravama l-interessi tagħha fid-destinatarja ta’ investiment mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-investitur (ħlief għal sitwazzjonijiet li fihom l-investitur u l-parti l-oħra jkollhom id-dritt tal-approvazzjoni bil-quddiem u d-drittijiet ikunu bbażati fuq termini maqbula reċiprokament minn partijiet independenti li jaqblu).

(iii) parti li ma tistax tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha mingħajr appoġġ finanzjarju subordinat mill-investitur.

(vi) destinatarja ta’ investiment li fiha l-maġġoranza tal-membri tal-korp governattiv tagħha jew il-membri kruċjali tal-maniġment tagħha jkunu l-istess bħal dawk tal-investitur.

(vii) parti li jkollha relazzjoni kummerċjali mill-qrib mal-investitur, bħar-relazzjoni bejn fornitur ta’ servizz professjonali u wieħed mill-klijenti sinifikanti tiegħu.

Kontroll ta’ assi speċifikati

B76 Investitur għandu jikkunsidra jekk jittrattax porzjon ta’ destinatarja ta’ investiment bħala entità separata kkunsidrata u, jekk iva, jekk jikkontrollax l-entità separata kkunsidrata.

B77 Investitur għandu jittratta porzjon ta’ destinatarja ta’ investiment bħala entità separata kkunsidrata jekk u jekk tiġi ssodisfata biss il-kundizzjoni li ġejja:

L-assi speċifikati tad-destinatarja ta’ investiment (u t-titjib relatat fil-kreditu, jekk ikun hemm) ikunu l-uniku sors ta’ ħlas għal obbligazzjonijiet speċifikati ta', jew interessi oħra speċifikati, fid-destinatarja ta’ investiment. Partijiet għajr dawk bl-obbligazzjoni speċifikata m'għandhomx drittijiet jew obbligi marbuta mal-assi speċifikati jew ma’ flussi ta’ flus reżidwi minn dawk l-assi. Fis-sustanza, l-ebda redditu mill-assi speċifikati ma jista' jintuża mid-destinatarja ta’ investiment li jifdal u l-ebda obbligazzjoni tal-entità separata kkunsidrata ma tkun pagabbli mill-assi tad-destinatarja ta’ investiment li jifdal. Għalhekk, fis-sustanza, l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-ekwità kollha ta’ dik l-entità separata kkunsidrata huma separati mill-entità globali li fiha jsir investiment. Tali entità separata kkunsidrata sikwit tissejjaħ “silo”.

B78 Meta tiġi ssodisfata l-kundizzjoni fil-paragrafu B77, investitur għandu jidentifika l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-entità separata kkunsidrata u kif ikunu diretti dawn l-attivitajiet sabiex jiġi vvalutat jekk għandux setgħa fuq dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment. Meta jkun qiegħed jivvaluta l-kontroll tal-entità separata kkunsidrata, l-investitur għandu jikkunsidra wkoll jekk għandux skopertura jew drittijiet għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu f'dik l-entità separata kkunsidrata u l-kapaċità li juża s-setgħa tiegħu fuq dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment biex jaffettwa l-ammont tar-redditi tal-investitur.

B79 Jekk l-investitur jikkontrolla l-entità separata kkunsidrata, l-investitur għandu jikkonsolida dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment. F'dak il-każ, partijiet oħra jeskludu dak il-porzjon tad-destinatarja ta’ investiment meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-kontroll ta', u fil-konsolidament tad-destinatarja ta’ investiment.

Valutazzjoni kontinwa

B80 Investitur għandu jirrivaluta jekk huwa jikkontrollax destinatarja ta’ investiment jekk xi fatti u ċirkustanzi jindikaw li kien hemm tibdil f'xi wieħed jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll elenkati fil-paragrafu 7.

B81 Jekk ikun hemm bidla fil-mod kif tista' tiġi eżerċitata s-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment, dik il-bidla trid tiġi riflessa fil-mod kif investitur jivvaluta s-setgħa tiegħu fuq destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, it-tibdil fid-drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet jista' jfisser li l-attivitajiet rilevanti ma jkunux aktar diretti permezz tad-drittijiet tal-vot, iżda arranġamenti oħra minflok, bħal kuntratti, jagħtu lil parti jew partijiet oħra l-kapaċità kurrenti biex jiddirieġu l-attivitajiet rilevanti.

B82 Avveniment jista' jwassal biex investitur jikseb jew jitlef is-setgħa fuq destinatarja ta’ investiment mingħajr ma l-investitur ikun involut f'dak l-avveniment. Pereżempju, investitur jista' jikseb setgħa fuq destinatarja ta’ investiment minħabba li jkunu skadew drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet miżmuma minn parti jew partijiet oħra li qabel kienu jimpedixxu lill-investitur milli jikkontrolla destinatarja ta’ investiment.

B83 Investitur jikkunsidra wkoll bidliet li jaffettwaw l-iskopertura, jew id-drittijiet tiegħu, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment. Pereżempju, investitur li jkollu setgħa fuq destinatarja ta’ investiment jista' jitlef il-kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment jekk l-investitur ma jibqax ikollu d-dritt li jirċievi redditi jew li jkun skopert għall-obbligi, minħabba li l-investitur ma jibqax jissodisfa l-paragrafu 7(b) (jekk jiġi tterminat kuntratt biex jirċievi tariffi marbuta mal-prestazzjoni).

B84 Investitur għandu jikkunsidra jekk il-valutazzjoni tiegħu li huwa jaġixxi bħala aġent jew prinċipal tkunx inbidlet. Il-bidliet fir-relazzjoni ġenerali bejn l-investitur u partijiet oħra jistgħu jfissru li investitur ma jkunx għadu jaġixxi bħala aġent, minkejja li qabel ikun aġixxa bħala aġent, u viċi versa. Pereżempju, jekk iseħħ tibdil fid-drittijiet tal-investitur, jew ta’ partijiet oħra, l-investitur għandu jerġa' jikkunsidra l-istatus tiegħu bħala prinċipal jew aġent.

B85 Valutazzjoni inizjali ta’ investitur dwar il-kontroll jew l-istatus tiegħu bħala prinċipal jew aġent ma tinbidilx sempliċement minħabba bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq (eż. bidla fir-redditi tal-investitur ikkawżata mill-kundizzjonijiet tas-suq), sakemm il-bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq ma tbiddilx wieħed jew aktar mit-tliet elementi ta’ kontroll elenkati fil-paragrafu 7 jew tbiddel ir-relazzjoni globali bejn prinċipal u aġent.

▼M38

DETERMINAZZJONI TA' JEKK ENTITÀ HIJIEX ENTITÀ TA’ INVESTIMENT

B85A Entità għandha tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha meta tivvaluta jekk hijiex entità ta' investiment, inkluż l-għan u l-istruttura tagħha. Entità li jkollha t-tliet elementi tad-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment stabbiliti fil-paragrafu 27 hija entità ta' investiment. Il-paragrafi B85B – B85M jiddeskrivu l-elementi tad-definizzjoni f’aktar dettall.

Għan tal-operat

B85B Id-definizzjoni ta' entità ta' investiment jeħtieġ li l-għan tal-entità jkun biss li tinvesti għall-apprezzament tal-kapital, introjtu minn investiment (bħal dividendi, imgħax jew introjtu minn kera), jew it-tnejn. Id-dokumenti li jindikaw x'inhuma l-għanijiet tal-entità ta' investiment, bħall-memorandum ta' offerta tal-entità, il-pubblikazzjonijiet imqassma mill-entità u dokumenti korporattivi jew ta' sħubija oħra, tipikament jipprovdu evidenza tal-għan tal-operat tal-entità ta' investiment. Aktar evidenza tista' tinkludi l-mod li bih l-entità tippreżenta ruħha lil partijiet oħra (bħal investituri potenzjali jew destinatarji ta' investiment potenzjali); pereżempju, entità tista' tippreżenta l-operat tagħha bħala li jipprovdi investiment fuq perjodu medju ta' żmien għal apprezzament tal-kapital. B’kuntrast, entità li tippreżenta ruħha bħala investitur li l-għan tiegħu huwa li b'mod konġunt jiżviluppa, jipproduċi jew jikkummerċjalizza prodotti mad-destinatarji ta' investiment tiegħu jkollha għan operazzjonali li mhuwiex konsistenti mal-għan operazzjonali ta' entità ta' investiment, għaliex l-entità tagħmel redditi mill-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-attività tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll mill-investimenti tagħha (ara l-paragrafu B85I).

B85C Entità ta' investiment tista' tipprovdi servizzi relatati mal-investiment (eż. servizzi ta' pariri dwar l-investiment, immaniġġjar tal-investiment, appoġġ għall-investiment u servizzi amministrattivi), kemm direttament jew permezz ta’ sussidjarja, lil partijiet terzi kif ukoll lill-investituri tagħha, anki jekk dawk l-attivitajiet huma sostanzjali għall-entità.

B85D Entità ta' investiment tista' wkoll tipparteċipa fl-attivitajiet relatati mal-investiment li ġejjin, jew direttament jew permezz ta’ sussidjarja, jekk dawn l-attivitajiet jitwettqu biex jiġi mmassimizzat ir-redditu mill-investiment (apprezzament tal-kapital jew introjtu mill-investiment) mid-destinatarji tal-investiment tagħha u ma jirrappreżentawx attività kummerċjali sostanzjali separata jew sors ta' introjtu sostanzjali separat għall-entità ta' investiment:

(a) tipprovdi servizzi ta' mmaniġġjar u pariri strateġiċi lil destinatarju ta' investiment; kif ukoll

(b) tipprovdi appoġġ finanzjarju lil destinatarju ta' investiment, bħal għoti ta' self, impenn ta' kapital jew garanzija.

B85E Jekk entità ta’ investiment ikollha sussidjarja li tipprovdi servizzi jew attivitajiet relatati mal-investiment, bħal dawk deskritti fil-paragrafi B85C–B85D, lill-entità jew lil partijiet oħra, għandha tikkonsolida dik tas-sussidjarja skont il-paragrafu 32.

Strateġiji ta' ċessjoni

B85F Il-pjanijiet ta’ entità tal-investiment jipprovdu wkoll evidenza tal-għan operazzjonali tagħha. Karatteristika li tiddistingwi entità ta’ investiment minn entitajiet oħra hija li entità ta' investiment ma tippjanax li żżomm l-investimenti tagħha b'mod indefinit; iżżommhom għal perjodu limitat. Minħabba li l-investimenti f'ekwità u l-investimenti f’assi mhux finanzjarji għandhom il-potenzjal li jinżammu indefinittivament, entità ta’ investiment għandu jkollha strateġija ta' ċessjoni li tiddokumenta kif l-entità tippjana li tirrealizza apprezzament tal-kapital minn sostanzjalment l-investimenti f'ekwità u l-investimenti f’assi mhux finanzjarji kollha tagħha. Entità ta' investiment għandu jkollha wkoll strateġija ta' ċessjoni għal kwalunkwe strument ta’ dejn li jkollu l-potenzjal li jinżamm indefinittivament, pereżempju investimenti f'dejn perpetwu. L-entità ma għandhiex għalfejn tiddokumenta strateġiji ta' ċessjoni speċifiċi għal kull investiment individwali iżda għandha tidentifika strateġiji potenzjali differenti għal tipi jew portafolji ta’ investmenti differenti, inkluż qafas ta' żmien sostantiv għaċ-ċessjoni tal-investimenti. Mekkaniżmi ta' ċessjoni li jeżistu biss għal meta sseħħ inadempjenza, bħal ksur ta’ kuntratt jew nonprestazzjoni, mhumiex meqjusa strateġiji ta' ċessjoni għall-iskop ta' din il-valutazzjoni.

B85G L-istrateġiji ta' ċessjoni jistgħu jvarjaw skont it-tip ta' investiment. Għall-investimenti f'titoli ta' ekwità privata, eżempji ta' strateġiji ta' ċessjoni jinkludu offerta inizjali għall-pubbliku, offerta privata, bejgħ intrakummerċjali (trade sale) ta’ negozju, distribuzzjonijiet (lill-investituri) ta’ interessi ta' sjieda fid-destinatarji ta' investiment u bejgħ ta' assi (inkluż il-bejgħ tal-assi ta' destinatarju ta' investiment segwit b'likwidazzjoni tad-destinatarju ta' investiment). Għall-investimenti f'ekwità li jkunu nnegozjati f'suq pubbliku, eżempji ta' strateġiji ta' ċessjoni jinkludu l-bejgħ tal-investiment f’offerta privata jew f'suq pubbliku. Għal investimenti fi propjetà immobbli, eżempju ta’ strateġija ta' ċessjoni huwa l-bejgħ tal-proprjetà immobbli permezz ta’ negozjanti tal-proprjetà speċjalizzati jew fis-suq miftuħ.

B85H Entità ta’ investiment jista' jkollha investiment f’entità oħra ta’ investiment li tkun maħluqa b’rabta mal-entità għal raġunijiet ġuridiċi, regolatorji, fiskali jew raġunijiet kummerċjali simili. F'dan il-każ, l-investitur fl-entità ta' investiment ma jeħtiġlux ikollu strateġija ta' ċessjoni għal dak l-investiment, sakemm l-entità ta' investiment destinatarja tal-investiment ikollha strateġiji ta' ċessjoni xierqa għall-investimenti tagħha.

Qligħ minn investimenti

B85I Entità ma tkunx qed tinvesti biss għall-apprezzament tal-kapital, l-introjtu mill-investiment, jew it-tnejn, jekk l-entità jew membru ieħor tal-grupp li fih l-entità (jiġifieri l-grupp li huwa kkontrollat mill-kumpanija prinċipali finali tal-entità ta' investiment) jikseb, jew għandu l-mira li jikseb, benefiċċji oħra mill-investimenti tal-entità li mhumiex disponibbli għal partijiet oħra li mhumiex relatati mad-destinatarju tal-investiment. Tali benefiċċji jinkludu:

(a) il-akkwiżuzzjoni, l-użu, l-iskambju jew l-isfruttament ta' proċessi, assi jew teknoloġija ta' destinatarju tal-investiment. Dan jinkludi l-fatt li l-entità jew membru ieħor tal-grupp ikollhom drittijiet sproporzjonati, jew esklussivi, li jiksbu assi, teknoloġija, prodotti jew servizzi ta’ kwalunkwe destinatarju ta' investiment; pereżempju, billi jkollhom l-opzjoni li jixtru assi mingħand destinatarju ta' investiment jekk l-iżvilupp tal-assi jitqies suċċess;

(b) arranġamenti konġunti (kif iddefinit fl-IFRS 11) jew ftehimiet oħra bejn entità jew membru ieħor tal-grupp u destinatarju ta' investiment biex jiġu żviluppati, prodotti, ikkummerċjalizzati jew ipprovduti prodotti jew servizzi;

(c) garanziji finanzjarji jew assi provduti minn destinatarju ta' investiment biex iservu ta' kollateral għal arranġamenti ta’ teħid ta' self tal-entità jew membru ieħor tal-grupp (madankollu, entità ta' investiment xorta tibqa' tkun tista' tuża investiment f'destinatarju ta' investiment bħala kollateral għal kwalunkwe teħid ta' self min-naħa tagħha);

(d) opzjoni miżmuma minn parti relatata tal-entità li takkwista, mingħand dik l-entità jew membru ieħor tal-grupp, interess ta' sjieda f'destinatarju ta' investiment tal-entità;

(e) ħlief kif deskritt fil-paragrafu B85J, tranżazzjonijiet bejn l-entità jew membru ieħor tal-grupp u destinatarju ta' investiment li:

(i) huma fuq termini li ma jkunux disponibbli għal entitajiet li la huma partijiet relatati tal-entità, la ta' membru ieħor tal-grupp u lanqas tad-destinatarju tal-investiment;

(ii) ma humiex bil-valur ġust; jew

(iii) jirrappreżentaw porzjon sostanzjali tal-attività kummerċjali tad-destinatarju tal-investiment jew tal-entità, inklużi attivitajiet ta' negozju ta' entitajiet oħra tal-grupp.

B85J Entità ta' investiment jista' jkollha strateġija li tinvesti f'aktar minn destinatarju ta' investiment wieħed fl-istess industrija, suq jew żona ġeografika sabiex tibbenefika minn sinerġiji li jżidu l-apprezzament tal-kapital u l-introjtu minn investiment mingħand dawk id-destinatarji ta' investiment. Minkejja l-paragrafu B85I(e), entità ma tiġix skwalifikata milli tiġi kklassifikata bħala entità tal-investiment sempliċement għaliex dawn id-destinatarji ta' investiment jinnegozaw ma' xulxin.

Kejl tal-valur ġust

B85K Element essenzjali tad-definizzjoni ta' entità ta' investiment huwa li din tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust, għax l-użu tal-valur ġust jirriżulta f'informazzjoni iktar rilevanti minn, pereżempju, il-konsolidazzjoni tas-sussidjarji tagħha jew bl-użu tal-metodu tal-ekwità għall-interessi tagħha f'kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti. Sabiex turi li tissodisfa dan l-element tad-definizzjoni, entità ta’ investiment:

(a) tipprovdi informazzjoni lill-investituri dwar il-valur ġust u fir-rapporti finanzjarji tagħha sostanzjalment tkejjel l-investimenti kollha tagħha skont il-valur ġust kull meta l-valur ġust ikun meħtieġ jew permess skont l-IFRSs; kif ukoll

(b) tirrapporta l-informazzjoni dwar il-valur ġust internament lill-persunal prinċipali tal-maniġment tal-entità (kif iddefinit fl-IAS 24), li jużaw il-valur ġust bħala attribut primarju tal-kejl biex jevalwaw il-prestazzjoni ta' sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha u biex jagħmlu deċiżjonijiet ta' investiment.

B85L Sabiex tissodisfa r-rekwiżit f'B85K(a), entità tal-investiment:

(a) tagħżel li tikkontabbilizza kwalunkwe proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment;

(b) tagħżel l-eżenzjoni milli tapplika l-metodu tal-ekwità fl-IAS 28 għall-investimenti tagħha f’kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti; kif ukoll

(c) tkejjel l-assi finanzjarji tagħha skont il-valur ġust bl-użu tar-rekwiżiti fl-ISRF 9.

B85M Entità tal-investiment jista' jkollha xi assi mhux għall-investiment, bħall-proprjetà tal-uffiċċju prinċipali u tagħmir relatat, u jista’ wkoll ikollha obbligazzjonijiet finanzjarji. L-element tal-kejl tal-valur ġust tad-definizzjoni ta' entità tal-investiment fil-paragrafu 27(c) japplika għall-investimenti ta' entità tal-investiment. Għaldaqstant, entità tal-investiment ma jeħtiġilhiex tkejjel l-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħha li mhumiex għall-investiment skont il-valur ġust.

Karatteristiċi tipiċi ta' entità tal-investiment

B85N Fid-determinazzjoni ta’ jekk tissodisfax id-definizzjoni ta’ entità tal-investiment, entità għandha tikkunsidra jekk għandhiex il-karatteristiċi tipiċi ta' waħda (ara l-paragrafu 28). In-nuqqas ta’ xi karatteristika tipika minn dawn jew aktar mhux neċessarjament jiskwalifika entità milli tiġi kklassifikata bħala entità tal-investiment iżda huwa indikazzjoni li hemm bżonn ta' ġudizzju addizzjonali biex jiġi ddeterminat jekk l-entità hijiex entità tal-investiment.

Aktar minn investiment wieħed

B85O Entità tal-investiment tipikament ikollha diversi investimenti biex tiddiversifika r-riskju tagħha u timmassimizza r-redditi tagħha. Entità jista' jkollha portafoll ta’ investimenti direttament jew indirettament, pereżempju billi jkollha investiment uniku f'entità tal-investiment oħra li min-naħa tagħha jkollha diversi investimenti.

B85P Jista’ jkun hemm drabi meta l-entità jkollha investiment uniku. Madankollu, il-fatt li jkollha investiment uniku mhux neċessarjament jipprevjeni entità milli tissodisfa d-definizzjoni ta' entità tal-investiment. Pereżempju, entità tal-investiment jista' jkollha investiment uniku meta l-entità:

(a) tkun fil-perjodu tal-bidu tagħha u tkun għadha ma identifikatx investimenti xierqa u għalhekk tkun għadha ma eżegwitx il-pjan tagħha tal-investiment li tikseb diversi investimenti;

(b) tkun għadha ma għamiltx investimenti oħra biex tissostitwixxi dawk li ċediet;

(c) tkun stabbilita biex tippulja l-fondi tal-investituri biex tinvesti f'fondi ta' investiment uniku meta dak l-investiment ma jkunx jista' jinkiseb minn investituri individwali (eż. meta l-investiment minimu meħtieġ ikun għoli wisq għal investitur individwali); jew

(d) tkun fil-proċess ta' likwidazzjoni.

Aktar minn investitur wieħed

B85Q Tipikament, entità tal-investiment ikollha diversi investituri li jippuljaw il-fondi tagħhom biex jiksbu aċċess għal servizzi ta' mmaniġġjar tal-investiment u opportunitajiet ta' investiment li għandhom mnejn ma kellhomx aċċess għalihom individwalment. Diversi investituri jagħmluha anqas probabbli li l-entità, jew membri oħra fil-grupp li fih l-entità, jiksbu benefiċċji oħra apparti l-apprezzament kapitali jew introjtu mill-investiment (ara l-paragrafu B85I).

B85R Alternattivament, entità tal-investiment tista' tiġi ffurmata minn jew għal investitur wieħed li jirrappreżenta jew jappoġġja l-interessi ta’ grupp usa’ ta’ investituri (eż. fond tal-pensjonijiet, fond ta’ investiment tal-gvern jew trust familjali).

B85S Jista' wkoll ikun hemm drabi meta temporanjament l-entità jkollha investitur uniku. Pereżempju, entità tal-investiment jista' jkollha investitur uniku meta l-entità:

(a) tkun fil-perjodu inizjali tal-offerta tagħha, li ma jkunx skada u l-entità tkun attivament qed tidentifika investituri adattati;

(b) tkun għadha ma identifikatx investituri adattati biex jissostitwixxu interessi ta' sjieda li jkunu ġew mifdija; jew

(c) tkun fil-proċess ta' likwidazzjoni.

Investituri mhux relatati

B85T Tipikament, entità tal-investiment ikollha diversi investituri li ma jkunux partijiet relatati (kif iddefinit fl-IAS 24) tal-entità jew ta' membri oħra tal-grupp li fih l-entità. Diversi investituri mhux relatati jagħmluha anqas probabbli li l-entità, jew membri oħra tal-grupp li fih l-entità, jiksbu benefiċċji oħra apparti l-apprezzament kapitali jew introjtu mill-investiment (ara l-paragrafu B85I).

B85U Madankollu, entità xorta tista' tikkwalifika bħala entità tal-investiment anki jekk l-investituri tagħha jkunu relatati mal-entità. Pereżempju, entità tal-investiment tista' twaqqaf fond separat “parallel” għal grupp ta' impjegati tagħha (bħall-persunal maniġerjali prinċipali) jew għal investitur(i) ta' parti relalata oħra, li jirrifletti l-investimenti tal-fond prinċipali ta' investiment tal-entità. Dan il-fond “parallel” jista' jikkwalifika bħala entità tal-investiment anki jekk l-investituri kollha tiegħu jkunu partijiet relatati.

Interessi ta’ sjieda

B85V Entità tal-investiment tipikament hija, iżda mhix meħtieġa tkun, entità ġuridika separata. Interessi ta' sjieda f’entità tal-investiment tipikament ikunu fil-forma ta’ ekwità jew interessi simili (eż. interessi ta' sħubija), li jiġu attribwiti b'ishma proporzjonali tal-assi netti tal-entità tal-investiment. Madankollu, il-fatt li jkollha klassijiet differenti ta' investituri, li wħud minnhom ikollhom biss drittijiet għal investiment speċifiku jew għal gruppi ta' investimenti jew li jkollhom ishma proporzjonati differenti tal-assi netti, ma jipprekludix entità milli tkun entità tal-investiment.

B85W Barra minn hekk, entità li jkollha interessi ta’ sjieda sinifikanti fil-forma ta' dejn li, skont IFRSs applikabbli oħrajn, ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' ekwità, xorta tista' tikkwalifika bħala entità tal-investiment, jekk id-detenturi tad-dejn jkunu skoperti għal redditi varjabbli minn bidliet fil-valur ġust tal-assi netti tal-entità.

▼M32

REKWIŻITI KONTABILISTIĊI

Proċeduri ta’ konsolidament

B86 Ir-rapporti finanzjarji konsolidati:

(d) jgħaqqdu entrati simili ta’ assi, obbligazzjonijiet, ekwità, introjtu, spejjeż u flussi tal-flus tal-kumpanija prinċipali ma’ dawk tas-sussidjarji tagħha.

(i) ipaċu (jeliminaw) l-ammont riportat tal-investiment tal-kumpanija prinċipali f'kull sussidjarja u l-porzjon ta’ ekwità tal-kumpanija prinċipali f'kull sussidjarja (IFRS 3 jispjega kif jiġi inkluż kwalunkwe avvjament relatat).

(ii) jeliminaw b'mod sħiħ l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-ekwità, l-introjtu, l-ispejjeż u l-flussi tal-flus relatati ma’ tranżazzjonijiet bejn entitajiet tal-grupp (profitti jew telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet intragrupp li jkun rikonoxxut f'assi, bħal inventarju jew assi fissi, jiġi totalment eliminat). It-telf intragrupp jista' jindika indeboliment li jeħtieġ rikonoxximent fir-rapporti finanzjarji konsolidati. L-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjtu japplika għal differenzi temporanji li jirriżultaw mill-eliminazzjoni tal-profitti u t-telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet intragrupp.

Politiki kontabilistiċi uniformi

B87 Jekk membru tal-grupp juża politiki kontabilistiċi għajr dawk adottati fir-rapporti finanzjarji konsolidati għal tranżazzjonijiet simili u avvenimenti f'ċirkustanzi simili, isiru aġġustamenti xierqa fir-rapporti finanzjarji ta’ dak il-membru tal-grupp meta jkunu qegħdin jiġu ppreparati r-rapporti finanzjarji konsolidati sabiex tkun żgurata konformità mal-politiki kontabilistiċi tal-grupp.

Kejl

B88 Entità tinkludi l-introjtu u l-ispejjeż ta’ sussidjarja fir-rapporti finanzjarji konsolidati mid-data li fiha tikseb il-kontroll sad-data meta l-entità ma tibqax tikkontrolla s-sussidjarja. L-introjtu u l-ispejjeż tas-sussidjarja huma bbażati fuq l-ammont tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni. Pereżempju, l-ispiża tad-deprezzament rikonoxxuta fir-rapport konsolidat tal-introjtu komplessiv wara d-data tal-akkwiżizzjoni hija bbażata fuq il-valuri ġusti tal-assi relatati li jistgħu jiddeprezzaw rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji konsolidati fid-data tal-akkwiżizzjoni.

Drittijiet potenzjali tal-vot

B89 Meta jkun hemm drittijiet potenzjali tal-vot, jew derivati oħra li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot, il-proporzjon tal-profitt jew it-telf u l-bidliet fil-ekwità allokat lill-kumpanija prinċipali u l-interessi nonkontrollanti fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati, jiġi stabilit biss fuq il-bażi tal-interessi propjetarji eżistenti u ma jirriflettix l-eżerċizzju jew il-konverżjoni possibbli tad-drittijiet potenzjali tal-vot u derivati oħra, sakemm ma japplikax il-paragrafu B90.

B90 F'xi ċirkustanzi entità jkollha, fis-sustanza, interess propjetarju eżistenti b'riżultat ta’ tranżazzjoni li preżentement tagħti lill-entità aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess propjetarju. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-proporzjon allokat lill-kumpanija prinċipali u l-interessi nonkontrollanti fil-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji konsolidati jiġi stabilit billi jiġi kkunsidrat l-eżerċizzju eventwali ta’ dawk id-drittijiet potenzjali tal-vot u derivati oħra li preżentement jagħtu aċċess lill-entità għar-redditi.

B91 L-IFRS 9 ma japplikax għal interessi f'sussidjarji li jkunu konsolidati. Meta strumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot fis-sustanza preżentement jagħtu aċċess għar-redditi assoċjati ma’ interess propjetarju f'sussidjarja, l-istrumenti ma jkunux suġġetti għar-rekwiżiti tal-IFRS 9. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-istrumenti li jkun fihom drittijiet potenzjali tal-vot f'sussidjarja jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 9.

Data tar-rapport

B92 Ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li jkunu ntużaw fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati, għandhom ikollhom l-istess data tar-rapport. Meta t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar ikun differenti minn dak ta’ sussidjarja, is-sussidjarja tipprepara, għal finijiet ta’ konsolidament, tagħrif finanzjarju addizzjonali mill-istess data bħar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali sabiex il-kumpanija prinċipali tkun tista' tikkonsolida l-informazzjoni finanzjarja tas-sussidjarja, sakemm ma jkunx imprattikabbli li tagħmel dan.

B93 Jekk ikun imprattikabbli li tagħmel dan, il-kumpanija prinċipali għandha tikkonsolida l-informazzjoni finanzjarja tas-sussidjarja billi tuża l-aħħar rapporti finanzjarji tas-sussidjarja aġġustati għall-effetti ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti sinifikanti li jseħħu bejn id-data ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji u d-data tar-rapporti finanzjarji konsolidati. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn id-data tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja u dik tar-rapporti finanzjarji konsolidati m'għandhiex tkun ta’ iżjed minn tliet xhur, u t-tul tal-perjodi tar-rapportar u kwalunkwe differenza bejn id-dati tar-rapporti finanzjarji għandha tkun l-istess minn perjodu sa perjodu.

Interessi nonkontrollanti

B94 Entità għandha tattribwixxi l-profitt u t-telf u kull komponent ta’ introjtu ieħor komplessiv lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi nonkontrollanti. L-entità għandha tattribwixxi wkoll l-introjtu totali komplessiv lis-sidien tal-kumpanija prinċipali u lill-interessi nonkontrollanti anki jekk dan iwassal biex l-interessi nonkontrollanti ikollhom bilanċ ta’ defiċit.

B95 Jekk sussidjarja jkollu ishma kumulattivi privileġġjati pendenti li jkunu kklassifikati bħala ekwità u jkunu miżmuma minn interessi nonkontrollanti, l-entità għandha tikkalkula s-sehem tagħha ta’ qligħ jew telf wara aġġustament għad-dividendi fuq dawn l-ishma, irrispettivament minn jekk dawn id-dividendi jkunux ġew iddikjarati.

Tibdil fil-proporzjon miżmum minn interessi nonkontrollanti

B96 Meta l-proporzjon tal-ekwità miżmum minn interessi nonkontrollanti jinbidel, entità għandha taġġusta l-ammonti riportati tal-interessi ta’ kontroll u mhux ta’ kontroll sabiex jirriflettu l-bidliet fl-interessi relattivi tagħhom fis-sussidjarja. L-entità għandha tirrikonoxxi direttament fil-ekwità kwalunkwe differenza bejn l-ammont li bih jiġu aġġustati l-interessi nonkontrollanti u l-valur ġust tal-korrispettiv imħallas jew riċevut, u tattribwiha lis-sidien tal-kumpanija prinċipali.

Telf tal-kontroll

B97 Kumpanija prinċipali tista' titlef il-kontroll ta’ sussidjarja f'żewġ arranġamenti (tranżazzjonijiet) jew aktar. Madankollu, xi kultant iċ-ċirkustanzi jindikaw li l-arranġamenti għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni waħda. Fid-deċiżjoni dwar jekk l-arranġamenti għandhomx jitqiesu bħala tranżazzjoni waħda, kumpanija prinċipali għandha tikkunsidra l-patti u l-kundizzjonijiet kollha tal-arranġamenti u l-effetti ekonomiċi tagħhom. Waħda jew aktar minn dawn li ġejjin tindika li l-kumpanija prinċipali għandha tinkludi l-arranġamenti multipli bħala tranżazzjoni waħda:

(d) Huma jiddaħħlu fl-istess ħin jew f'kontemplazzjoni ta’ xulxin.

(i) Huma jiffurmaw tranżazzjoni waħda maħsuba biex tikseb effett kummerċjali globali.

(ii) Is-seħħ ta’ arranġament minnhom jiddependi mis-seħħ ta’ mill-anqas arranġament ieħor.

(iii) Arranġament wieħed ikkunsidrat waħdu ma jkunx ekonomikament ġustifikat, iżda jkun ekonomikament ġustifikat meta jitqies ma’ arranġamenti oħra. Eżempju ta’ dan huwa meta d-disponiment tal-ishma jkun ipprezzat taħt il-livell tas-suq u jkun hemm kumpens għal dan b'disponiment'sussegwenti pprezzat f'livell ogħla mis-suq.

B98 Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, hija għandha:

(d) tirtira r-rikonoxximent ta':

(iv) l-assi (inkluż kwalunkwe avvjament) u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja fl-ammonti riportati tagħhom fid-data meta jintilef il-kontroll; u

(a) l-ammont riportat ta’ kwalunkwe interess bla dritt ta’ kontroll fis-sussidjarja ta’ qabel fid-data meta jintilef il-kontroll (inkluż kwalunkwe komponent ta’ introjtu komprensiv ieħor li jista' jkun attribwit lilhom).

(i) tirrikonoxxi:

(iv) il-valur ġust tal-ħlas riċevut, jekk ikun hemm, mit-tranżazzjoni, avveniment jew ċirkustanzi li rriżultaw fit-telf tal-kontroll;

(a) jekk it-tranżazzjoni, avveniment jew ċirkustanzi li rriżultaw fit-telf tal-kontroll jinvolvux distribuzzjoni tal-ishma tas-sussidjarja lis-sidien fil-kapaċità tagħhom bħala sidien, dik id-distribuzzjoni; u

(b) kwalunkwe investiment fis-sussidjarja ta’ qabel bil-valur ġust tiegħu fid-data meta ntilef il-kontroll.

(ii) terġa' tikklassifika għal profitt jew telf, jew tittrasferixxi direttament għall-qligħ imfaddal jekk ikun meħtieġ minn IFRSs oħra, l-ammonti rikonoxxuti f'introjtu komprensiv ieħor b'rabta mas-sussidjarja fuq il-bażi deskritta fil-paragrafu B99.

(iii) tirrikonoxxi kwalunkwe differenza li tirriżulta bħala profitt jew telf li jista' jiġi attribwit lill-kumpanija prinċipali.

B99 Jekk kumpanija prinċipali titlef il-kontroll ta’ sussidjarja, il-kumpanija prinċipali għandha tagħmel kontabilità għall-ammonti kollha preċedentement rikonoxxuti f'introjtu komprensiv ieħor fir-rigward ta’ dak is-sussidjarja fuq l-istess bażi li tkun meħtieġa kieku l-kumpanija prinċipali ddisponiet direttament mill-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. Għalhekk, jekk qligħ jew telf preċedentement rikonoxxut f'introjtu komprensiv ieħor jiġi riklassifikat għal profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati, il-kumpanija prinċipali għandha tirriklassifika il-qligħ jew it-telf mill-ekwità għal profitt jew telf (bħala aġġustament tar-riklassifikazzjoni) meta titlef il-kontroll tas-sussidjarja. Jekk bilanċ fuq rivalutazzjoni preċedentement rikonoxxut f'introjtu komprensiv ieħor jiġi ttrasferit direttament għall-qligħ imfaddal wara d-disponiment tal-assi, il-kumpanija prinċipali għandha tittrasferixxi l-bilanċ fuq rivalutazzjoni direttament għall-qligħ imfaddal meta hija titlef il-kontroll tas-sussidjarja.

▼M38

KONTABBILIZZAZZJONI TA' TIBDIL FL-ISTATUS TAL-ENTITÀ TAL-INVESTIMENT

B100 Meta entità ma tibqax entità tal-investiment, għandha tapplika l-IFRS 3 għal kwalunkwe sussidjarja li preċedentement kienet titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu skont il-paragrafu 31. Id-data tal-bidla fl-istatus għandha tkun id-data meqjusa ta' akkwiżizzjoni. Il-valur ġust tal-kumpanija sussidjarja fid-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandu jirrappreżenta dak li jitqies il-korrispettiv trasferit meta jitkejjel kull avvjament jew qligħ minn xiri bi prezz innegozjat li jirrizulta mill–akkwiżizzjoni meqjusa. Is-sussidjarji kollha għandhom jiġu kkonsolidati skont il-paragrafi 19–24 ta' dan l-IFRS mid-data tal-bidla fl-istatus.

B101 Meta entità ssir entità tal-investiment, hija ma għandhiex tibqa' tikkonsolida s-sussidjarji tagħha fid-data tal-bidla fl-istatus, ħlief għal kwalunkwe sussidjarja li għandha tkompli tiġi kkonsolidata skont il-paragrafu 32. L-entità tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 25 u 26 għal dawk is-sussidjarji li ma tibqax tikkonsolida bħallikieku l-entità tal-investiment tilfet il-kontroll ta’ dawk is-sussidjarji f'dik id-data.

▼M32




Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2013. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk xi entità tapplika dan l-IFRS qabel, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-IFRS 11, l-IFRS 12, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati ul- IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

▼M37

C1A  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, emendat il-paragrafi C2–C6 u żiedet il-paragrafi C2A, C2B, C4A–C4C, C5A u C6A–C6B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 10 għal perjodu aktar kmieni, għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni.

▼M38

C1B  Entitajiet tal-Investiment (Emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, il-paragrafi emendati 2, 4, C2A, C6A u l-Appendiċi A u l-paragrafi miżjuda 27–33, B85A–B85W, B100–B101 u C3A–C3F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi qabel, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼M32

TRANŻIZZJONI

▼M37

C2 Entità għandha tapplika dan l-IFRS b'mod retrospettiv, skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi C2A–C6.

▼M38

C2A Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8, meta jiġi applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS, u, jekk aktar tard, meta l-emendi tal-Entitajiet tal-Investiment għal dan l-IFRS jiġu applikati għall-ewwel darba, entità teħtieġ biss li tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS (“il-perijodu immedjatament preċedenti”). Entità tista’ wkoll tippreżenta din l-informazzjoni għall-perjodu attwali jew għal perjodi komparattiv ta' qabel, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk.

▼M37

C2B Għall-finijiet ta' dan l-IFRS, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar annwali li dan l-IFRS huwa applikat għalih għall-ewwel darba.

▼M37

C3 Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità mhux meħtieġa tagħmel aġġustamenti tal-kontabbiltà preċedenti għall-involviment tagħha ma ' (a) jew (b):

(a) entitajiet li jkunu konsolidati f'dik id-data skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati u SIC12 Konsolidament—Entitajiet b’Għanijiet Speċjali u, skont dan l-IFRS, għadhom konsolidati; jew

(b) entitajiet li mhux se jkunu konsolidati f'dik id-data skont l-IAS 27 u SIC-12, u mhumiex konsolidati skont dan l-IFRS.

▼M38

C3A Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tivvaluta jekk hijiex entità tal-investiment abbażi l-fatti u ċ-ċirkostanzi li jkunu jeżistu f'dik id-data. Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tikkonkludi li hija entità tal-investiment, għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi C3B–C3F minflok tal-paragrafi C5–C5A.

C3B Ħlief għal kwalunkwe sussidjarja li hija kkonsolidata skont il-paragrafu 32 (li għaliha japplikaw il-paragrafi C3 u C6 jew il-paragrafi C4 – C4C, skont liema rilevanti), l-entità tal-investiment għandha tkejjel l-investiment tagħha f’kull sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu bħal li kieku kienu dejjem effettivi r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-entità tal-investiment għandha taġġusta retrospettivament kemm il-perjodu annwali li jippreċedi immedjatament id-data tal-applikazzjoni inizjali u l-ekwità fil-bidu fil-perjodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a) ammont riportat preċedenti tal-impriża sussidjarja; kif ukoll

(b) il-valur ġust tal-investiment tal-entità tal-investiment fis-sussidjarja.

L-ammont kumulattiv ta' kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust rikonoxxut preċedentament f'introjtu komprensiv ieħor għandu jiġi ttrasferit fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali.

C3C Qabel id-data li jiġi adottat l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, entità tal-investiment għandha tuża l-ammonti tal-valur ġust li kienu rrapportati preċedentament lill-investituri jew lill-maniġment, jekk dawk l-ammonti jirrappreżentaw l-ammont li bih seta' jiġi skambjat l-investiment bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata fid-data tal-valwazzjoni.

C3D Jekk il-kejl ta' investiment f’sussidjarja skont il-paragrafi C3B– C3C ikun imprattikabbli (kif iddefinit fl-IAS 8), entità tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafi C3B–C3C, u li jista' jkun il-perjodu attwali. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli ma jkunx il-perjodu attwali. Jekk dan ikun il-każ, l-aġġustament fl-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

C3E Jekk entità tal-investiment tkun ċediet, jew tilfet il-kontroll ta’ investiment f’sussidjarja qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS, l-entità tal-investiment mhijiex meħtieġa tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti ta' dik is-sussidjarja.

C3F Jekk entità tapplika l-emendi tal-Entitajiet tal-Investiment għal perjodu aktar tard minn meta tapplika l-IFRS 10 għall-ewwel darba, referenzi għal “id-data tal-applikazzjoni inizjali” fil-paragrafi C3A–C3E għandhom jinqraw bħala “il-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar annwali li l-emendi fl-Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, jiġu applikati għall-ewwel darba.”

▼M37

C4 Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, investitur jikkonkludi li għandu jikkonsolida entità li fiha jsir investiment li ma kinitx konsolidata skont l-IAS 27 u SIC-12, l-investitur għandu:

(a) jekk l-entità li fiha jsir investiment tkun negozju (kif definit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f'dik l-entità li fiha jsir investiment daqs li kieku dik l-entità li fiha jsir investiment kienet konsolidata (u għalhekk kienet applikat il-kontabbiltà ta' akkwiżizzjoni skont l-IFRS 3) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta' dik l-entità li fiha jsir investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' dan l-IFRS. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha jkun inkiseb il-kontroll tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(i) l-ammont ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(ii) l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment.

(b) jekk l-entità li fiha jsir investiment ma tkunx negozju (kif definit fl-IFRS 3), ikejjel l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interessi nonkontrollanti f'dik l-entità li fiha jsir investiment li qabel ma kinitx konsolidata (billi jiġi applikat il-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS 3 mingħajr ma jiġi rikonoxxut l-ebda avvjament għall-entità li fiha jsir investiment) mid-data li fiha l-investitur ikun kiseb il-kontroll ta' dik l-entità li fiha jsir investiment fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' dan l-IFRS. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha jkun inkiseb il-kontroll tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(i) l-ammont ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(ii) l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment.

C4A Jekk il-kejl tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-interess nonkontrollanti tal-entità li fiha jsir investiment skont il-punt C4(a) jew (b) ikun imprattikabbli (kif definit fl-IAS 8), l-investitur għandu:

(a) jekk l-entità li fiha jsir investiment tkun negozju, japplika r-rekwiżiti tal-IFRS 3 mid-data li titqies id-data tal-akkwiżizzjoni. Id-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafu C4(a), li jista' jkun il-perjodu attwali.

(b) jekk l-entità li fiha jsir investiment ma tkunx negozju, japplika l-metodu tal-akkwiżizzjoni kif deskritt fl-IFRS 3 mingħajr ma jirrikonoxxi l-ebda avvjament għall-entità li fiha jsir investiment mid-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni. Id-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandha tkun il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafu C4(b), li jista' jkun il-perjodu attwali.

L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data preċedenti tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli mhuwiex il-perjodu attwali. Meta d-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni tkun aktar kmieni mill-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(c) l-ammont ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti rikonoxxuti; u

(d) l-ammont riportat preċedenti tal-involviment tal-investitur fl-entità li fiha jsir investiment.

Jekk perjodu l-aktar kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu hija prattikabbli jkun il-perjodu attwali, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

▼M37

C4B Meta investitur japplika l-paragrafi C4–C4A u d-data li fiha nkiseb dak il-kontroll skont dan l-IFRS tkun aktar tard mid-data effettiva tal-IFRS 3 kif rivedut fl-2008 (IFRS 3 (2008)), ir-referenza għall-IFRS 3 fil-paragrafi C4 u C4A għandha tkun għall-IFRS 3 (2008). Jekk il-kontroll inkiseb qabel id-data effettiva tal-IFRS 3 (2008), investitur għandu japplika jew l-IFRS 3 (2008) jew l-IFRS 3 (maħruġ fl-2004).

C4C Meta investitur japplika l-paragrafi C4–C4A u d-data li fiha nkiseb il-kontroll skont dan l-IFRS tkun aktar tard mid-data effettiva tal-IAS 27 kif rivedut fl-2008 (IAS 27 (2008)), investitur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi kollha li l-entità li fiha jsir investiment tkun retrospettivament ikkonsolidata f'konformità mal-paragrafi C4–C4A. Jekk il-kontroll ikun inkiseb qabel id-data effettiva tal-IAS 27 (2008), investitur għandu japplika jew:

(a) ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi kollha li l-entità li fiha jsir investiment tkun retrospettivament konsolidati f'konformità mal-paragrafi C4–C4A; jew

(b) ir-rekwiżiti tal-verżjoni tal-IAS 27 maħruġa fl-2003 (l-IAS 27 (2003)) għal dawk il-perjodi qabel id-data effettiva tal-IAS 27 (2008) u minn wara dik id-data r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS għall-perjodi sussegwenti.

▼M37

C5 Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, investitur jikkonkludi li mhux se jibqa' jikkonsolida entità li fiha jsir investiment li kienet konsolidata skont l-IAS 27 u SIC-12, l-investitur għandu jkejjel l-interess tiegħu fl-entità li fiha jsir investiment bħala l-ammont li kien jitkejjel kieku r-rekwiżiti ta' dan l-IFRS kienu effettivi meta l-investitur sar involut (iżda ma kisibx kontroll skont dan l-IFRS), f'entità li fiha jsir investiment jew tilef il-kontroll fiha. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali. Meta d-data li fiha l-investitur ikun sar involut (iżda ma kisibx kontroll skont dan l-IFRS) f'entità li fiha jsir investiment, jew tilef il-kontroll fiha, tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(a) l-ammont riportat preċedenti ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti; u

(b) l-ammont rikonoxxut tal-interess tal-investitur f'dik l-entità li fiha jsir investiment.

C5A Jekk il-kejl tal-interess fl-entità li fiha jsir investiment skont il-paragrafu C5 mhux prattikabbli (kif definit fl-IAS 8), investitur għandu japplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni tal-paragrafu C5 tkun prattikabbli, li jista' jkun il-perjodu attwali. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data preċedenti tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli mhuwiex il-perjodu attwali. Meta d-data li fiha l-investitur ikun sar involut (iżda ma kisibx kontroll skont dan l-IFRS) f'entità li fiha jsir investiment, jew tilef il-kontroll fiha, tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jirrikonoxxi, bħala aġġustament għall-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, kwalunkwe differenza bejn:

(a) l-ammont riportat preċedenti ta' assi, obbligazzjonijiet u interessi nonkontrollanti; u

(b) l-ammont rikonoxxut tal-interess tal-investitur f'dik l-entità li fiha jsir investiment.

Jekk perjodu l-aktar kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu hija prattikabbli jkun il-perjodu attwali, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

C6 Il-paragrafi 23, 25, B94 u B96–B99 kienu emendi għall-IAS 27 magħmula fl-2008 li ttellgħu fl-IFRS 10. Ħlief meta entità tapplika l-paragrafu C3, jew tkun meħtieġa tapplika l-paragrafi C4-C5A, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti f'dawk il-paragrafi kif ġej:

(d) Entità m'għandha tiddikjara mill-ġdid l-ebda attribuzzjoni ta’ profitt jew telf għal perjodi ta’ rapportar qabel ma tkun applikat l-emenda fil-paragrafu B94 għall-ewwel darba.

(i) Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 23 u B96 għall-ikkontabilizzar ta’ bidliet fl-interessi propjetarji f'sussidjarja wara li jinkiseb il-kontroll ma japplikawx għal bidliet li jkunu seħħew qabel ma entità tkun applikat dawn l-emendi għall-ewwel darba.

(ii) Entità m'għandhiex tiddikjara mill-ġdid l-ammont riportat ta’ investiment f'sussidjarja preċedenti jekk il-kontroll ikun intilef qabel ma hija tkun applikat l-emendi fil-paragrafi 25 u B97–B99 għall-ewwel darba. Barra minn hekk, entità m'għandha tirrikalkola l-ebda qligħ jew telf fuq it-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja li jkunu seħħew qabel ma ġew applikati għall-ewwel darba l-emendi fil-paragrafi 25 u B97–B99.

▼M37

Referenzi għal “il-perjodu immedjatament preċedenti”

▼M38

C6A Minkejja referenzi għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali (il-'perjodu immedjatament preċedenti') fil-paragrafi C4-C5A, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti preżentat, iżda mhux meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għall-ebda perjodu preċedenti, ir-referenzi kollha għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C3B–C5A għandhom jinqraw bħala “l-aktar perjodu kmieni komparattiv aġġustat ippreżentat”.

▼M37

C6B Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li tħejjiet fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

▼M32

Referenzi għall-IFRS 9

C7 Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda tkun għadha mhix qiegħda tapplika l-IFRS 9, kwalunkwe referenza f'dan l-IFRS għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TA’ IFRSS OĦRA

C8 Dan l-IFRS jieħu post ir-rekwiżiti fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati fl-IAS 27 (kif emendat fl-2008).

C9 Dan l-IFRS jieħu post ukoll SIC-12 Konsolidament—Entitajiet b'Għanijiet Speċjali.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 11

Arranġamenti Konġunti

GĦAN

1   L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jiġu stabiliti prinċipji għar-rappurtaġġ finanzjarju minn entitajiet li għandhom interess f’arranġamenti li huma kontrollati b’mod konġunt (jiġifieri arranġamenti konġunti).

Biex jintlaħaq l-għan

2 Biex jintlaħaq l-għan li jissemma fil-paragrafu 1, dan l-IFRS jiddefinixxi kontroll konġunt u jitlob li entità li hija parti minn arranġament konġunt tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li fiha tkun involuta billi tivvaluta d-drittijiet u l-obbligi tagħha u li tagħti kont ta’ dawk id-drittijiet u l-obbligi f'konformità ma’ dak it-tip ta’ arranġament konġunt.

AMBITU

3   Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha li huma parti minn arranġament konġunt.

ARRANĠAMENTI KONĠUNTI

4   Arranġament konġunt huwa arranġament li fih għandhom kontroll konġunt żewġ partijiet jew aktar.

5   Arranġament konġunt għandu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)  Il-partijiet huma marbuta b’arranġament kuntrattwali (ara l-paragrafi B2-B4).

(b)  L-arranġament kuntrattwali jagħti lil tnejn jew aktar minn dawk il-partijiet kontroll konġunt tal-arranġament (ara l-paragrafi 7-13).

6   Arranġament konġunt huwa jew operazzjoni konġunta jew impriża konġunta.

Kontroll konġunt

7   Kontroll konġunt huwa l-kondiviżjoni miftiehma kuntrattwalment tal-kontroll ta’ arranġament li jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

8 Entità li tkun parti minn arranġament għandha tivvaluta jekk l-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet kollha, jew lil grupp tal-partijiet, il-kontroll tal-arranġament kollettivament. Il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġament kollettivament meta għandhom jaġixxu flimkien biex imexxu l-operazzjonijiet li jaffettwaw b’mod sinifikanti r-redditu tal-arranġament (jiġifieri l-operazzjonijiet rilevanti).

9 Ladarba jkun ġie ddeterminat li l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġement kollettivament, il-kontroll konġunt jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkontrollaw l-arranġament kollettivament.

10 F’arranġament konġunt, l-ebda parti ma tikkontrolla l-arranġament waħedha. Parti bil-kontroll konġunt ta’ arranġament tista’ timpedixxi lil kwalunkwe waħda mill-partijiet l-oħra, jew grupp tal-partijiet, milli jikkontrollaw l-arranġament.

11 Arranġament jista’ jkun arranġament konġunt għalkemm mhux il-partijiet kollha jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament. Dan l-IFRS jiddistingwi bejn partijiet li għandhom kontroll konġunt ta’ arranġament konġunt (operaturi konġunti jew imprendituri konġunti) u partijiet li jipparteċipaw fi, iżda li m’għandhomx kontroll konġunt ta’, arranġament konġunt.

12 Entità għandha tuża l-ġudizzju meta tivvaluta jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikollhomx kontroll konġunt ta’ arranġament. Entità għandha twettaq din il-valutazzjoni billi tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha (ara l-paragrafi B5-B11).

13 Jekk il-fatti u ċ-ċirkostanzi jinbidlu, entità għandha tirrivaluta jekk ikunx għad għandha kontroll konġunt tal-arranġament.

Tipi ta’ arranġamenti konġunti

14   Entità għandha tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li hi involuta fiha. Il-klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt bħala operazzjoni konġunta jew impriża konġunta tiddependi fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet tal-arranġament.

15   Operazzjoni konġunta huwa arranġament konġunt li permezz tiegħu l-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament ikollhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament. Dawk il-partijiet jissejħu operaturi konġunti.

16   Impriża konġunta huwa arranġament konġunt li permezz tiegħu l-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament ikollhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament. Dawk il-partijiet jissejħu imprendituri konġunti.

17 Entità tapplika l-ġudizzju meta tivvaluta jekk arranġament konġunt huwiex operazzjoni konġunta jew impriża konġunta. Entità għandha tiddetermina t-tip ta’ arranġament konġunt li fih hija involuta billi tqis id-drittijiet u l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-arranġament. Entità tivvaluta d-drittijiet u l-obbligi tagħha billi tqis l-istruttura u l-forma ġuridika tal-arranġament, it-termini maqbula mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali u, meta jkunu rilevanti, fatti u ċirkostanzi oħra (ara l-paragrafi B12-B33).

18 Kultant il-partijiet huma marbuta minn ftehim qafas li jistabilixxi t-termini kuntrattwali għat-twettiq ta’ operazzjoni waħda jew aktar minn waħda. Il-ftehim qafas jista’ jistabilixxi li l-partijiet jistabilixxu arranġamenti konġunti biex iwettqu operazzjonijiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-ftehim. Għalkemm dawk l-arranġamenti konġunti huma relatati mal-istess ftehim qafas, it-tip tagħhom jista’ jkun differenti jekk id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ivarjaw meta jwettqu l-operazzjonijiet differenti msemmija fil-ftehim qafas. B’konsegwenza ta’ dan, operazzjonijiet konġunti u impriżi konġunti jistgħu jeżistu flimkien meta l-partijiet iwettqu operazzjonijiet differenti li jagħmlu parti mill-istess ftehim qafas.

19 Jekk jinbidlu l-fatti u ċ-ċirkostanzi, entità għandha tirrivaluta jekk inbidilx it-tip ta’ arranġament konġunt li fih hi involuta.

RAPPORTI FINANZJARJI TAL-PARTIJIET MINN ARRANĠAMENT KONĠUNT

Operazzjonijiet konġunti

20   Operatur konġunt għandu jirrikonoxxi b’rabta mal-interess tiegħu f’operazzjoni konġunta:

(a)  l-assi tagħha, inkluż is-sehem tagħha ta’ kwalunkwe assi li jinżammu b’mod konġunt;

(b)  l-obbligazzjonijiet tagħha, inkluż is-sehem tagħha ta’ kwalunkwe obbligazzjonijiet mġarrba b’mod konġunt;

(c)  id-dħul tagħha mill-bejgħ tas-sehem tagħha tal-eżitu li jirriżulta mill-operazzjoni konġunta;

(d)  is-sehem tad-dħul mill-bejgħ tal-eżitu tal-operazzjoni konġunta; u

(e)  l-ispejjeż tagħha, inkluż is-sehem ta’ kwalunkwe spiża mġarrba b’mod konġunt.

21 Operatur konġunt għandu jagħti kont tal-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħulijiet u l-ispejjeż marbuta mal-interess tiegħu f’operazzjoni konġunta skont l-IFRSs applikabbli għall-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħulijiet u l-ispejjeż partikolari.

22 Il-kontabilità ta’ tranżazzjonijiet pereżempju l-bejgħ, il-kontribuzzjoni jew ix-xiri ta’ assi bejn entità u operazzjoni konġunta li fihom hija tkun operatur konġunt, huwa speċifikat fil-paragrafi B34-B37.

23 Parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, operatur konġunt għandha tieħu wkoll kont tal-interess tagħha fl-arranġament skont il-paragrafi 20-22 jekk dik il-parti jkollha drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-operazzjoni konġunta. Jekk parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, operatur konġunt ma jkollux drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta ma’ dik l-operazzjoni konġunta, għandha tieħu kont tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta skont l-IFRSs applikabbli għal dak l-interess.

Impriżi konġunti

24   Imprenditur konġunt għandu jirrikonoxxi l-interess tiegħu f’impriża konġunta bħala investiment u għandu jieħu kont ta’ dak l-investiment bl-użu tal-metodu tal-ekwità skont l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjali u Impriżi Konġunti sakemm l-entità ma tkunx eżentata milli tapplika l-metodu tal-ekwità kif speċifikat f’dak l-istandard.

25 Parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, impriża konġunta għandha tieħu kont tal-interess tagħha fl-arranġament skont l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, sakemm ma jkollhiex influwenza sinifikanti fuq l-impriża konġunta, f’liema każ għandha tieħu kont tiegħu skont l-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI

26   Fir-rapporti finanzjarjiseparati tiegħu, operatur konġunt jew imprenditur konġunt għandu jieħu kont tal-interess tiegħu fi:

(a)  operazzjoni konġunta skont il-paragrafi 20-22;

(b)  impriża konġunta skont il-paragrafu 10 tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati.

27   Fid-rapporti finanzjarji separati tagħha, parti li tipparteċipa fi, iżda ma jkollhiex kontroll konġunt ta’, arranġament konġunt għandha tieħu kont tal-interess tagħha fi:

(a)  operazzjoni konġunta skont il-paragrafu 23;

(b)  impriża konġunta skont l-IFRS 9, sakemm l-entità ma jkollhiex influwenza sinifikanti fuq l-impriża konġunta, f’liema każ għandha tapplika l-paragrafu 10 tal-IAS 27 (kif emendat fl-2011).




Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

arranġament konġunt

Arranġament li tiegħu żewġ partijiet jew aktar ikollhom kontroll konġunt.

kontroll konġunt

Il-kondiviżjoni miftiehma kuntrattwalment tal-kontroll ta’ arranġament, li jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li jikkondividu l-kontroll.

operazzjoni konġunta

Arranġament konġunt li bih il-partijiet li għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

operatur konġunt

Parti minn operazzjoni konġunta li jkollha kontroll konġunt ta’ dik l-operazzjoni konġunta.

impriża konġunta

Arranġament konġunt li bih il-partijiet li jkollhom kontroll konġunt tal-arranġament għandhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament.

imprenditur konġunt

Parti minn impriża konġunta li jkollha kontroll konġunt ta’ dik l-impriża konġunta.

parti f’arranġament konġunt

Entità li tipparteċipa f’arranġament konġunt, irrispettivament minn jekk dik l-entità jkollhiex kontroll konġunt tal-arranġament.

veikolu separat

Struttura finanzjarja li tista’ tiġi identifikata separatament, inklużi entitajiet legali jew entitajiet rikonoxxuti skont statut separati, irrispettivament jekk dawk l-entitajiet ikollhomx personalità ġuridika.

Dawn it-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011), l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u jintużaw f'dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f'dawk l-IFRSs:

 kontroll ta’ entità li fiha jsir investiment

 metodu tal-ekwità

 setgħa

 drittijiet protettivi

 attivitajiet rilevanti

 rapporti finanzjarji separati

 influwenza sinifikanti.




Appendiċi B

Gwida tal-applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1-27 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

B1 L-eżempji f’dan l-appendiċi jippreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f’mudelli ta’ fatti attwali, il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha ta’ mudell ta’ fatt partikolari jkollu jiġi evalwat fl-applikazzjoni tal-IFRS 11.

ARRANĠAMENTI KONĠUNTI

Arranġament kuntrattwali (il-paragrafu 5)

B2 Tista’ tingħata evidenza ta’ arranġamenti kuntrattwali f’diversi modi. Arranġament kuntrattwali li jista’ jiġi nfurzat spiss isir, iżda mhux dejjem, bil-miktub, ġeneralment fil-forma ta’ kuntratt jew diskussjonijiet dokumentati bejn il-partijiet. Mekkaniżmi statutorji jistgħu wkoll joħolqu arranġamenti li jistgħu jiġu nfurzati, jew waħedhom jew flimkien ma’ kuntratti bejn il-partijiet.

B3 Meta arranġamenti konġunti jkunu strutturati permezz ta’ veikolu separat (ara l-paragrafi B19-B33), l-arranġament kuntrattwali, jew xi aspetti tal-arranġament kuntrattwali, f’xi każijiet jiġu inkorporati fl-istatut, il-karta jew ir-regolamenti tal-veikolu separat.

B4 L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi t-termini li bihom il-partijiet jipparteċipaw fl-attività li hi s-suġġett tal-arranġament. L-arranġament kuntrattwali ġeneralment jittratta kwistjonijiet bħal:

(a) l-iskop, l-attività u d-dewmien tal-arranġament konġunt.

(b) kif il-membri tal-Bord tad-Diretturi, jew il-korp governattiv ekwivalenti, tal-arranġament konġunt, jinħatru.

(c) il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet: il-kwistjonijiet li jeħtieġu deċiżjonijiet mill-partijiet, id-drittijiet tal-vot tal-partijiet u l-livell meħtieġ ta’ appoġġ għal dawk il-kwistjonijiet. il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet rifless fl-arranġament kuntrattwali jistabilixxi l-kontroll konġunt tal-arranġament (ara l-paragrafi B5-B11).

(d) il-kapital jew kontribuzzjonijiet oħra meħtieġa mill-partijiet.

(e) kif il-partijiet jikkondividu l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħulijiet, l-ispejjeż jew il-profitt jew it-telf relatati mal-arranġament konġunt.

Kontroll konġunt (il-paragrafi 7-13)

B5 Fil-valutazzjoni ta’ jekk entità jkollhiex kontroll konġunt ta’ arranġament, entità għandha tivvaluta l-ewwel jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollawx l-arranġament. L-IFRS 10 jiddefinixxi l-kontroll u għandu jintuża biex jiġi ddeterminat jekk il-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikunux esposti, jew għandhomx drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tagħhom mal-arranġament u jkollhomx il-kapaċità jaffettwaw dawk ir-redditi permezz tas-setgħa tagħhom fuq l-arranġament. Meta l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, ikkunsidrati kollettivament, jistgħu jmexxu l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tal-arranġament (jiġifieri l-attivitajiet rilevanti), il-partijiet jikkontrollaw l-arranġament kollettivament.

B6 Wara li tikkonkludi li l-partijiet kollha, jew grupp tal-partijiet, jikkontrollaw l-arranġament kollettivament, entità għandha tivvaluta jekk għandhiex kontroll konġunt tal-arranġament. Il-kontroll konġunt jeżisti biss meta deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-kunsens unanimu tal-partijiet li kollettivament jikkontrollaw il-ftehim. L-evalwazzjoni ta’ jekk l-arranġament huwiex kontrollat b’mod konġunt mill-partijiet kollha tiegħu jew minn grupp tal-partijiet, jew huwiex kontrollat minn waħda biss mill-partijiet tiegħu, jista’ jeħtieġ ġudizzju.

B7 Kultant il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jiġi miftiehem mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali tagħhom iwassal b’mod impliċitu għall-kontroll konġunt. Pereżempju, nassumu li żewġ partijiet jistabilixxu arranġament li fih kull waħda minnhom ikollha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot u l-arranġament kuntrattwali bejniethom jispeċifika li mill-anqas 51 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti. F'dan il-każ, il-partijiet jaqblu b'mod impliċitu li għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għaliex deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti ma jistgħux jittieħdu mingħajr il-qbil taż-żewġ partijiet.

B8 F’ċirkostanzi oħra, l-arranġament kuntrattwali jeħtieġ proporzjon minimu tad-drittijiet tal-vot biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti. Meta dak il-proporzjon minimu meħtieġ tad-drittijiet tal-vot jista’ jinkiseb permezz ta’ aktar minn kombinazzjoni waħda tal-qbil tal-partijiet flimkien, dak l-arranġament mhuwiex arranġament konġunt sakemm l-arranġament kuntrattwali ma jispeċifikax liema partijiet (jew kombinazzjoni ta’ partijiet) huma meħtieġa li jaqblu unanimament ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament.

Eżempji ta’ applikazzjoniiet

Nassumu li tliet partijiet jistabilixxu arranġament A għandha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament, B għandha 30 fil-mija u C għandha 20 fil-mija. L-arranġament kuntrattwali bejn A, B u C jispeċifika li mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament. Għalkemm A tista’ timblokka kwalunkwe deċiżjoni, hija ma tikkontrollax l-arranġament għaliex teħtieġ il-qbil ta’ B. It-termini tal-arranġament kuntrattwali tagħhom li jeħtieġ mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jimplika li A u B għandhom kontroll konġunt tal-arranġament għaliex deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament ma jistgħux jittieħdu mingħajr il-qbil kemm ta’ A kif ukoll ta’ B.

Nassumu li arranġament għandu tliet partijiet: A għandha 50 fil-mija tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament u B u C għandhom 25 mil-mija kull wieħed. L-arranġament kuntrattwali bejn A, B u C jispeċifika li mill-anqas 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot huma meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament. Għalkemm A tista’ timblokka kwalunkwe deċiżjoni, hija ma tikkontrollax l-arranġament għaliex teħtieġ il-qbil ta’ B jew C. F’dan l-eżempju, A, B u C kollettivament jikkontrollaw l-arranġament. Madankollu, hemm aktar minn kombinazzjoni waħda ta’ partijiet li jistgħu jaqblu biex jilħqu 75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot (jiġifieri jew A u B jew A u C). F’tali sitwazzjoni, biex ikun hemm arranġament konġunt, l-arranġament kuntrattwali bejn il-partijiet ikollu jispeċifika liema kombinazzjoni tal-partijiet hi meħtieġa biex isir qbil unanimu ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament.

Nassumu arranġament li fih A u B għandhom 35 fil-mija kull wieħed tad-drittijiet tal-vot fl-arranġament bit-30 fil-mija l-oħra jkunu mifruxa sew. Deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza tad-drittijiet tal-vot. A u B għandhom kontroll konġunt tal-arranġament biss jekk l-arranġament kuntrattwali jispeċifika li deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-arranġament jeħtieġu li jaqblu kemm A kif ukoll B.

B9 Ir-rekwiżit tal-kunsens unanimu jfisser li kwalunkwe parti bil-kontroll konġunt tal-arranġament tista’ timpedixxi lil kwalunkwe mill-partijiet l-oħra, jew grupp tal-partijiet, milli jieħdu deċiżjonijiet unilaterali (dwar l-attivitajiet rilevanti) mingħajr il-kunsens tagħha. Jekk ir-rekwiżit tal-kunsens unanimu huwa marbut biss ma’ deċiżjonijiet li jagħtu drittijiet protettivi lil parti u mhux ma’ deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti ta’ arranġament, dik il-parti ma hijiex parti b'kontroll konġunt tal-arranġament.

B10 Arranġament kuntrattwali jista’ jinkludi klawżoli dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet, pereżempju dwar l-arbitraġġ. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jippermettu li jitteħdu deċiżjonijiet fin-nuqqas ta’ kunsens unanimu bejn il-partijiet li għandhom kontroll konġunt. L-eżistenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma timpedixxix li l-arranġament jiġi kkontrollat b’mod konġunt u, b’konsegwenza, li jkun hemm arranġament konġunt.

Evalwazzjoni tal-kontroll konġunt

image

B11 Meta arranġament jaqa ‘il barra mill-ambitu tal-IFRS 11, entità tieħu kont tal-interess tagħha fl-arranġament skont l-IFRSs rilevanti, pereżempju l-IFRS 10, l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) jew l-IFRS 9.

TIPI TA’ ARRANĠAMENT KONĠUNT (PARAGRAFI 14-19)

B12 Arranġamenti konġunti jiġu stabiliti għal varjetà ta’ skopijiet (pereżempju bħala mod kif il-partijiet jikkondividu l-kostijiet u r-riskji, jew bħala mod kif il-partijiet jingħataw aċċess għal teknoloġija ġdid jew swieq ġodda), u jistgħu jiġu stabiliti bl-użu ta’ strutturi u forom legali differenti.

B13 Xi arranġamenti ma jeħtiġux li l-attività li hi s-suġġett tal-arranġament titwettaq f’veikolu separat. Madankollu, arranġamenti oħra jinvolvu li jiġi stabilit veikolu separat.

B14 Il-klassifikazzjoni ta’ arranġamenti konġunti meħtieġa minn dan l-IFRS tiddependi fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-arranġament fit-twettiq normali tan-negozju. Dan l-IFRS jikklassifika l-arranġamenti konġunti bħala jew operazzjonijiet konġunti jew impriżi konġunti. Meta entità għandha drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, l-arranġament huwa operazzjoni konġunta. Meta entità għandha drittijiet għall-assi netti tal-arranġament, l-arranġament huwa impriża konġunta. Il-paragrafi B16-B33 jistabilixxu l-valutazzjoni li twettaq entità biex tiddetermina jekk ikollhiex interess f’operazzjoni konġunta jew interess f’impriża konġunta.

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt

B15 Kif intqal fil-paragrafu B14, il-klassifikazzjoni ta’ arranġamenti konġunti teħtieġ li l-partijiet jivvalutaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-arranġament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, entità għandha tqis dan li ġej:

(a) l-istruttura tal-arranġament konġunt (ara l-paragrafi B16-B21).

(b) meta l-arranġament konġunt ikun strutturat permezz ta’ veikolu separat:

(i) il-forma ġuridika tal-veikolu separat (ara l-paragrafi B22-B24);

(ii) it-termini tal-arranġament kuntrattwali (ara l-paragrafi B25-B28); u

(iii) meta jkunu rilevanti, fatti u ċirkostanzi oħra (ara l-paragrafi B29-B33).

Struttura tal-arranġament konġunt

Arranġamenti konġunti mhux strutturati permezz ta’ veikolu separat

B16 Arranġament konġunt li mhux strutturat permezz ta’ veikolu separat huwa operazzjoni konġunta. F’dawn il-każijiet, l-arranġament kuntrattwali jistabilixxi d-drittijiet tal-partijiet għall-assi, u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, u d-drittijiet tal-partijiet għad-dħulijiet korrispondenti u l-obbligi għall-ispejjeż korrispondenti.

B17 L-arranġament kuntrattwali spiss jiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet li huma s-suġġett tal-arranġament u kif il-partijiet beħsiebhom iwettqu dawk l-attivitajiet flimkien. Pereżempju, il-partijiet ta’ arranġament konġunt jistgħu jaqblu li jimmanifatturaw prodott flimkien, b'kull parti tkun responsabbli għal kompitu speċifiku u kull waħda tuża l-assi tagħha stess u jkollha l-obbligazzjonijiet tagħha stess. L-arranġamenti kuntrattwali jistgħu wkoll jispeċifikaw kif id-dħulijiet u l-ispejjeż li huma komuni għall-partijiet għandhom jinqasmu bejniethom. F’dan il-każ, kull operatur konġunt jirrikonoxxi fid-rapporti finanzjarji tiegħu l-assi u l-obbligazzjonijiet użati għall-kompitu speċifiku, u jirrikonoxxi s-sehem tiegħu tad-dħuljiiet u l-ispejjeż skont l-arranġament kuntrattwali.

B18 F’każijiet oħra, il-partijiet ta’ arranġament konġunt jistgħu jaqblu, pereżempju, li jikkondividu u joperaw assi flimkien. F’tali każ, l-arranġament kuntrattwali jistabilixxi d-drittijiet tal-partijiet għall-assi li jiġi operat b’mod konġunt, u kif l-eżitu jew id-dħul mill-assi u l-kostijiet operatorji jinqasmu bejn il-partijiet. Kull operatur konġunt jieħu kont tas-sehem tiegħu tal-assi konġunt u s-sehem miftiehem tiegħu ta’ kwalunkwe obbligazzjoni, u jirrikonoxxi s-sehem tiegħu tal-eżitu, id-dħulijiet u l-ispejjeż skont l-arranġament kuntrattwali.

Arranġamenti konġunti strutturati permezz ta’ veikolu separat

B19 Arranġament konġunt li fih l-assi u l-obbligazzjonijiet relatati mal-arranġament jinżammu f’veikolu separat jistgħu jkunu jew impriża konġunta jew operazzjoni konġunta.

B20 Jekk parti tkunx operatur konġunt jew imprenditur konġunt jiddependi fuq id-drittijiet tal-parti għall-assi, u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, li jinżammu fil-veikolu separat.

B21 Kif stabilit fil-paragrafu B15, meta l-partijiet ikun strutturaw arranġament konġunt f’veikolu separat, il-partijiet għandhom jivvalutaw jekk il-forma ġuridika tal-veikolu separat, it-termini tal-ftehim kuntrattwali u, fejn ikun rilevanti, kwalunkwe fatti u ċirkostanzi oħra jagħtuhomx:

(a) drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament (jiġifieri l-arranġament huwa operazzjoni konġunta); jew

(b) drittijiet għall-assi netti tal-arranġament (jiġifieri l-arranġament huwa impriża konġunta).

image

Il-forma ġuridika tal-veikolu separat

B22 Il-forma ġuridika tal-veikolu separat hija rilevanti fl-evalwazzjoni tat-tip ta’ arranġament konġunt. Il-forma ġuridika tgħin fl-evalwazzjoni inizjali tad-drittijiet tal-partijiet għall-assi u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat.

B23 Pereżempju, il-partijiet jistgħu jmexxu l-arranġament konġunt permezz ta’ veikolu separat, li l-forma ġuridika tagħha tikkawża li l-veikolu separat jitqies għall-merti tiegħu stess (jiġifieri l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-veikolu separat u mhux l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet). F'tali każ, il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-foma legali tal-veikolu separat tindika li l-arranġament huwa impriża konġunta. Madankollu, it-termini maqbula mill-partijiet fl-arranġament kuntrattwali tagħhom (ara l-paragrafi B25-B28) u, fejn ikun rilevanti fatti u ċirkostanzi oħra (ara l-paragrafi B29-B33) jistgħu jwarrbu l-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat.

B24 Il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat hi biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li l-arranġament huwa operazzjoni konġunta biss jekk il-partijiet imexxu l-arranġament konġunt f'veikolu separat li l-forma ġuridika tagħha ma tagħtix separazzjoni bejn il-partijiet u l-veikolu separat (jiġifieri l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fil-veikolu separat huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet).

Valutazzjoni tat-termini tal-arranġament kuntrattwali

B25 F’diversi każijiet, id-drittijiet u l-obbligi miftiehma mill-partijiet fl-arranġamenti kuntrattwali tagħhom ikunu konsistenti, jew ma jkunux inkompatibbli, mad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat li fiha ġie strutturat l-arranġament.

B26 F’każijiet oħra, il-partijiet jużaw l-arranġament kuntrattwali biex jannullaw jew jemendaw id-drittijiet u l-obbligi mogħtija mill-forma ġuridika tal-veikolu separat li fih ikun ġie strutturat l-arranġament.

Eżempju ta’ applikazzjoni

Nassumu li żewġ partijiet jistrutturaw arranġament konġunt f’entità inkorporata. Kull parti għandha interess proprjetarju ta’ 50 fil-mija fl-entità inkorporata. L-inkorporazzjoni tippermetti s-separazzjoni tal-entità mill-proprjetarji tagħha u bħala konsegwenza l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fl-entità huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità inkorporata. F’tali każ, il-valutazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-partijiet mill-forma ġuridika tal-veikolu separat tindika li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi netti tal-arranġament.

Madankollu, il-partijiet jemendaw il-karatteristiċi tal-korporazzjoni permezz tal-arranġament kuntrattwali tagħhom sabiex kull waħda minnhom għandha interess fl-assi tal-entità inkorporata u kull waħda hi responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-entità inkorporata fi proporzjon speċifikat. Tali emendi kuntrattwali fil-karatteristiċi ta’ korporazzjoni jistgħu jikkawżaw li arranġament ikun operazzjoni konġunta.

B27 Din it-tabella li ġejja tqabbel termini komuni fi ftehimiet kuntrattwali ta’ partijiet ta’ operazzjoni konġunta u termini komuni f’arranġamenti kuntrattwali ta’ partijiet ta’ impriża konġunta. L-eżempji tat-termini kuntrattwali mogħtija fit-tabella li ġejja mhumiex eżawrjenti.



Valutar tat-termini tal-arranġament kuntrattwali

 

Operazzjoni konġunta

Impriża konġunta

It-termini tal-arranġament kuntrattwali

L-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet tal-arranġament konġunt drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jagħti lill-partijiet tal-arranġament konġunt drittijiet għall-assi netti tal-arranġament (jiġifieri hija l-veikolu separat, mhux il-partijiet, li għandha drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament).

Drittijiet għall-assi

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt jikkondividu l-interessi kollha (pereżempju drittijiet, titolu jew sjieda) fl-assi relatati mal-arranġament fi proporzjon speċifikat (pereżempju fi proporzjon mal-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament jew fi proporzjon mal-attività mwettqa permezz tal-arranġament li hi attribwita direttament lilhom).

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-assi li jiddaħħlu fl-arranġament jew li jinkisbu sussegwentement mill-arranġament konġunt huma l-assi tal-arranġament. Il-partijiet ma għandhom ebda interessi (jiġifieri ebda drittijiet, titolu jew sjieda) fl-assi tal-arranġament.

Obbligi għall-obbligazzjonijiet

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt jikkondividu l-obbligazzjonijiet, l-obbligi u l-kostijiet kollha fi proporzjon speċifikat (pereżempju fi proporzjon mal-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament jew fi proporzjoni mal-attività mwettqa permezz tal-arranġament li hi attribwita direttament lilhom).

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-arranġament konġunt hu responsabbli għad-djun u l-obbligi tal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt huma responsabbli għall-arranġament sal-punt biss tal-investimenti rispettivi tagħhom fl-arranġament jew sal-obbligi rispettivi tagħhom li jikkontribwixxu kwalunkwe kapital imħallas jew addizzjonali lill-arranġament, jew it-tnejn.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li l-partijiet tal-arranġament konġunt ikunu responsabbli għall-pretensjonijiet miġjuba minn partijiet terzi.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi li kredituri tal-arranġament konġunt ma għandhomx drittijiet għal rikors kontra kwalunkwe parti fir-rigward ta’ djun jew obbligi tal-arranġament.

Dħulijiet, spejjeż, profitt jew telf

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi l-allokazzjoni ta’ dħulijiet u spejjeż abbażi tal-prestazzjoni relattiva ta’ kull parti ta’ dan l-arranġament konġunt. Pereżempju, l-arranġament kuntrattwali jista’ jistabilixxi li dħulijiet u spejjeż jiġu allokati abbażi tal-kapaċità li tuża kull parti f’impjant operat b’mod konġunt, li tista’ tvarja mill-interess proprjetarju tagħhom fl-arranġament konġunt. F’każijiet oħra, il-partijiet jistgħu jkunu ftiehmu li jaqsmu l-profitt jew it-telf relatati mal-arranġament abbażi ta’ proporzjon speċifikat pereżempju l-interess proprjetarju tal-partijiet fl-arranġament. Dan ma jimpedixxix l-arranġament milli jkun operazzjoni konġunta jekk il-partijiet għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament.

L-arranġament kuntrattwali jistabilixxi s-sehem ta’ kull parti fil-profitt jew it-telf relatati mal-attivitajiet tal-arranġament.

Garanziji

Il-partijiet ta’ arranġamenti konġunti spiss ikunu meħtieġa jagħtu garanziji lil partijiet terzi li, pereżempju, jirċievu servizz minn, jew jagħtu finanzjament lilll-arranġament konġunt. L-għoti ta’ tali garanziji, jew l-impenn mill-partijiet biex jagħtuhom, ma jiddeterminawx, waħedhom, li l-arranġament konġunt ikun operazzjoni konġunta. Il-karatteristika li tiddetermina jekk l-arranġament konġunt ikunx operazzjoni konġunta jew impriża konġunta hi jekk il-partijiet ikollhomx obbligi għall-obbligazzjonijiet b’rabta mal-arranġament (li għal uħud minnhom il-partijiet jistgħu jkunu taw jew ma tawx garanzija).

B28 Meta l-arranġament kuntrattwali jispeċifika li l-partijiet ikollhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, b’rabta mal-arranġament, huma jkunu partijiet ta’ operazzjoni konġunta u ma jeħtiġux iqisu fatti u ċirkostanzi oħra (il-paragrafi B29-B33) għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt.

Valutazzjoni ta’ fatti u ċirkostanzi oħra

B29 Meta t-termini tal-arranġament kuntrattwali ma jispeċifikawx li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjoijiet, b’rabta mal-arranġament, il-partijiet għandhom iqisu fatti u ċirkostanzi oħra biex jivvalutaw jekk l-arranġament jkunx operazzjoni konġunta jew impriża konġunta.

B30 Arranġament konġunt jista’ jkun strutturat f’veikolu separat li l-forma ġuridika tagħha tagħti separazzjoni bejn il-partijiet u l-veikolu separat. It-termini kuntrattwali miftiehma fost il-partijiet jistgħu ma jispeċifikawx id-drittijiet tal-partijiet għall-assi u l-obbligi għall-obbligazzjonijiet, iżda kunsiderazzjoni ta’ fatti u ċirkostanzi oħra tista’ twassal biex tali arranġament jiġi klassifikat bħala operazzjoni konġunta. Dan ikun il-każ meta fatti u ċirkostanzi oħra jagħtu lill-partijiet drittijiet għall-assi, u obbligi għall-obbligazzjonijiet, relatati mal-arranġament.

B31 Meta l-attivitajiet ta’ arranġament ikunu ddisinjati primarjament għall-provvista ta’ eżitu lill-partijiet, dan ikun jindika li l-partijiet ikollhom drittijiet sostanzjalment għall-benefiċċji ekonomiċi kollha tal-assi tal-arranġament. Il-partijiet ta’ tali arranġamenti spiss jiżguraw l-aċċess tagħhom għall-eżiti pprovduti mill-arranġament billi jimpedixxu lill-arranġament milli jbiegħ eżitu lil partijiet terzi.

B32 L-effett ta’ arranġament b’tali disinn u fini hu li l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-arranġament jiġu, sostanzjalment, issodisfati mill-flussi ta’ flus irċevuti mill-partijiet permezz tax-xiri tagħhom tal-eżitu. Meta l-partijiet ikunu sostanzjalment l-uniku sors ta’ flussi ta’ flus li jikkontribwixxu għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-arranġament, dan jindika li l-partijiet ikollhom obbligu għall-obbligazzjonijiet relatati mal-arranġament.

Eżempju ta’ applikazzjoni

Nassumu li żewġ partijiet jistrutturaw arranġament konġunt f’entità inkorporata (l-entità C) li fiha kull parti għandha interess proprjetarju ta’ 50 fil-mija. L-iskop tal-arranġament hu li jiġu mmanifatturati materjali meħtieġa mill-partijiet għall-proċessi ta’ manifattura individwali tagħhom stess. L-arranġament jiżgura li l-partijiet joperaw il-faċilità li tipproduċi l-materjali fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwantità u kwalità tal-partijiet.

Il-forma ġuridika tal-entità C (entità inkorporata) li permezz tagħha jitwettqu l-attivitajiet tindika inizjalment li l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma fl-entità C huma l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità C. L-arranġament kuntrattwali bejn il-partijiet ma jispeċifikax li l-partijiet għandhom drittijiet għall-assi jew obbligi għall-obbligazzjonijiet tal-entità C. Għalhekk, il-forma ġuridika tal-entità C u t-termini tal-arranġament kuntrattwali jindikaw li l-arranġament ikun impriża konġunta.

Madankollu, il-partijiet iqisu wkoll dawn l-aspetti li ġejjin tal-arranġament:

 Il-partijiet ikunu qablu li jixtru l-eżitu kollu tal-entità C fi proporzjon ta’ 50:50. L-entità C ma tistax tbiegħ xi eżitu lil partijiet terzi, sakemm dan ma jiġix approvat miż-żewġ partijiet tal-arranġament. Minħabba li l-fini tal-arranġament hu li jipprovdi lill-partijiet l-eżitu li jeħtieġu, tali bejgħ lil partijiet terzi huwa mistenni li jkun rari u mhux materjali.

 Il-prezz tal-eżitu mibjugħ lill-partijiet jiġi stabilit miż-żewġ partijiet f’livell li jkun maħsub li jkopri l-kostijiet tal-produzzjoni u l-ispejjeż amministrattivi li ġġarrab l-entità C. Abbażi ta’ dan il-mudell operatorju, l-arranġament hu maħsub li jopera bla profitt u bla telf.

Mill-mudell tal-fatti mogħti fuq, dawn il-fatti u ċ-ċirkostanzi li ġejjin huma rilevanti:

 L-obbligazzjoni tal-partijiet li jixtru l-eżitu kollu prodott mill-entità C jirrifletti d-dipendenza esklużiva tal-entità C fuq il-partijiet għall-ġenerazzjoni tal-flussi ta’ flus u, għalhekk, il-partijiet ikollhom obbligu li jiffinanzjaw is-saldu tal-obbligazzjonijiet tal-entità C.

 Il-fatt li l-partijiet ikollhom drittijiet għall-eżitu kollu prodott mill-entità C ifisser li l-partijiet ikunu qed jikkunsmaw, u għalhekk ikollhom drittijiet għall-benefiċċji ekonomiċi kollha tal-assi tal-entità C.

Dawn il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li l-arranġament huwa operazzjoni konġunta. Il-konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt f’dawn iċ-ċirkostanzi ma tinbidilx kieku, flok il-partijiet jużaw huma stess is-sehem tagħhom tal-eżitu fi proċess ta’ manifattura sussegwenti, il-partijiet ikunu biegħu s-sehem tal-prodott tagħhom lil partijiet terzi.

Kieku l-partijiet ikunu biddlu t-termini tal-arranġament kuntrattwali sabiex l-arranġament ikun seta’ jbiegħ il-prodott lil partijiet terzi, dan kien jirriżulta li l-entità C tassumi r-riskji ta’ domanda, inventarju u kreditu. F’dak ix-xenarju, tali bidla fil-fatti u ċ-ċirkustanzi teħtieġ rivalutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-arranġament konġunt. Tali fatti u ċirkustanzi jindikaw li l-arranġament ikun impriża konġunta.

B33 Din il-grafika operazzjonali li ġejja tirrifletti l-valutazzjoni li entità twettaq biex tikklassifika arranġament meta l-arranġament konġunt jiġi strutturat permezz ta’ veikolu separat:

Klassifikazzjoni ta’ arranġament konġunt strutturat permezz ta’ veikolu separat

image

RAPPORTI FINANZJARJI TA’ PARTIJIET TA’ ARRANĠAMENT KONĠUNT (IL-PARAGRAFU 22)

Kontabilità għall-bejgħ jew kontribuzzjonijiet ta’ assi lil operazzjoni konġunta

B34 Meta entità twettaq tranżazzjoni ma’ operazzjoni konġunta li tkun operatur konġunt fiha, pereżempju bejgħ jew kontribuzzjoni ta’ assi, tkun qed twettaq it-tranżazzjoni mal-partijiet l-oħra tal-operazzjoni konġunta u, bħala tali, l-operatur konġunt għandu jirrikonoxxi l-qligħ u l-telf li jirriżultaw minn tali tranżazzjoni sal-punt biss tal-interessi tal-partijiet l-oħra fl-operazzjoni konġunta.

B35 Meta tali tranżazzjonijiet jagħtu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinbiegħu jew jingħataw lill-operazzjoni konġunta, jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, dak it-telf għandu jiġi rikonoxxut totalment mill-operatur konġunt.

Kontabilità ta’ xiri ta’ assi minn operazzjoni konġunta

B36 Meta entità twettaq tranżazzjoni ma’ operazzjoni konġunta li fiha tkun operatur konġunt, pereżempju xiri ta’ assi, ma għandhiex tirrikonoxxi s-sehem tagħha fil-qligħ u t-telf sakemm terġa’ tbiegħ dawk l-assi lil terza parti.

B37 Meta tali tranżazzjonijiet jagħtu evidenza ta’ tnaqqis fil-valur nett realizzabbli tal-assi li għandhom jinxtraw jew ta’ telf minn indeboliment ta’ dawk l-assi, operatur konġunt għandu jirrikonoxxi s-sehem tiegħu ta’ dak it-telf.




Appendiċi C

Data effettiva, tranżizzjoni u rtirar ta’ IFRSs oħra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Applikazzjoni qabel hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS qabel, hi għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra, l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

▼M37

C1A  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, emendat il-paragrafi C2–C5, C7-C10 u C12 u żiedet il-paragrafi C1B u C12A–C12B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 11 għal perjodu aktar kmieni, għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni.

▼M32

TRANŻIZZJONI

▼M37

C1B Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji, meta dan l-IFRS jiġi applikat għall-ewwel darba, entità jeħtiġielha biss tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti l-ewwel prejodu annwali li għalih jiġi applikat l-IFRS 11 (il-“perjodu immedjatament preċedenti”). Entità tista’ wkoll tippreżenta din l-informazzjoni għall-perjodu attwali jew għal perjodi komparattiv aktar qabel, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk.

▼M37

Impriżi konġunti—tranżizzjoni minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità

C2 Meta taqleb minn konsolidazzjoni proporzjonata għall-metodu tal-ekwità, entità għandha tirrikonoxxi l-investiment tagħha fl-impriża konġunta kif kien fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. Dak l-investiment inizjali għandu jitkejjel bħala t-total tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li l-entità kienet ikkonsolidat proporzjonalment qabel, inkluż kwalunkwe avvjament li jirriżulta mill-akkwiżizzjoni. Jekk l-avvjament qabel kien jappartjeni lil unità ġenetrattriċi tal-flus akbar, jew ta' grupp ta’ unitajiet ġeneraturi tal-flus, l-entità għandha talloka l-avvjament lill-impriża konġunta abbażi tal-ammonti riportati relattivi tal-impriża konġunta u l-unità ġeneratriċi tal-flus jew il-grupp ta’ unitajiet ġeneraturi tal-flus li kien jappartjeni lilhom.

C3 Il-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment iddeterminat skont il-paragrafu C2 jitqies bħala l-kost preżunt tal-investiment mar-rikonoxximent inizjali. Entità għandha tapplika l-paragrafi 40-43 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) mal-bilanċ tal-ftuħ tal-investiment biex tivvaluta jekk l-investiment huwiex indebolit u għandha tirrikonoxxi kwalunkwe telf minn indeboliment bħala aġġustament tal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-aktar perjodu immedjatament preċedenti. L-eċċezzjoni tar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 Taxxi fuq l-Introjti ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi investiment f’impriża konġunta li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' tranżizzjoni għal impriżi konġunti li qabel kienu ġew konsolidati proporzjonalment.

C4 Jekk l-aggregat tal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li qabel kienu kkonsolidati proporzjonalment jirriżulta f’assi netti negattivi, entità għandha tivvaluta jekk ikollhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi u, jekk iva, l-entità għandha tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti. Jekk l-entitià tikkonkludi li ma għandhiex obbligi ġuridiċi jew kostruttivi b’rabta mal-assi netti negattivi, hi ma għandhiex tirrikonoxxi l-obbligazzjoni korrispondenti iżda għandha taġġusta l-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. L-entità għandha tiddivulga dan il-fatt, flimkien mas-sehem kumulattiv mhux rikonoxxut tagħha fit-telf tal-impriżi konġunti tagħha kif kienu fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti u fid-data li fiha jiġi applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS.

C5 Entità għandha tiddivulga rendikont dettaljat tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew aggregati fil-bilanċ tal-investiment fuq linja waħda kif kienu fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti. Dik id-divulgazzjoni għandha titħejja b'mod aggregat għall-impriżi konġunti kollha li għalihom entità tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni msemmija fil-paragrafi C2-C6.

▼M32

C6 Wara rikonoxximent inizjali, entità għandha tieħu kont tal-investiment tagħha fl-impriża konġunta bl-użu tal-metodu tal-ekwità skont l-IAS 28 (kif emendat fl-2011).

▼M37

Operazzjonijiet konġunti—tranżizzjoni mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet

C7 Meta taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha f'operazzjoni konġunta, entità għandha, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, tirtira r-rikonoxximent tal-investiment li qabel kontabilizzat bl-użu tal-metodu tal-ekwità u ta' kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament skont il-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011) u tirrikonoxxi s-sehem tagħha f'kull wieħed mill-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta, inkluż kwalunkwe avvjament li seta' għamel parti mill-ammont riportat tal-investiment.

C8 Entità għandha tiddetermina l-interess tagħha fl-assi u l-obbligazzjonijiet b’rabta mal-operazzjoni konġunta abbażi tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħha fi proporzjon speċifikat skont l-arranġament kuntrattwali. Entità tkejjel l-ammonti riportati inizjali tal-assi u l-obbligazzjonijiet billi tiddiżaggregahom mill-ammont riportat tal-investiment fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti abbażi tal-informazzjoni użata mill-entità fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità.

C9 Kwalunkwe differenza li tirriżulta mill-investiment li qabel kien kontabilizzat bl-użu tal-metodu tal-ekwità flimkien ma’ kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità fl-arranġament skont il-paragrafu 38 tal-IAS 28 (kif emendat fl-2011), u l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxuti għandhom jiġu:

(a) paċuti ma' kwalunkwe avvjament marbut mal-investiment bi kwalunkwe differenza li tifdal tiġi aġġustata mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament, rikonoxxut ikun ogħla mill-investiment (u kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

(b) aġġustati mal-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, jekk l-ammont nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe avvjament rikonoxxut ikun aktar baxx mill-investiment (u kwalunkwe entrata oħra li kienet tagħmel parti mill-investiment nett tal-entità) li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu.

C10 Entità li taqleb mill-metodu tal-ekwità għall-kontabilità għall-assi u l-obbligazzjonijiet għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tiegħu, u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li jifdal aġġustata mal-qligħ imfaddal, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti.

▼M32

C11 L-eċċezzjoni għar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi assi u obbligazzjonijiet marbuta mal-interess tagħha f’operazzjoni konġunta.

▼M37

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni f’rapporti finanzjarji separati ta’ entità

C12 Entità li, skont il-paragrafu 10 tal-IAS 27, qabel kienet tikkontabilizza, fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, l-interess tagħha f’operazzjoni konġunta bħala investiment skont il-kost jew skont l-IFRS 9 għandha:

(a) tirtira r-rikonoxximent u tirrikonoxxi l-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rigward tal-interess tagħha fl-operazzjoni konġunta bl-ammonti determinati skont il-paragrafi C7-C9.

(b) tipprovdi rikonċiljazzjoni bejn l-investiment li ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu u l-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti, flimkien ma’ kwalunkwe differenza li tifdal aġġustata fi qligħ imfaddal, fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti.

▼M37

Referenzi għal “il-perjodu immedjatament preċedenti”

C12A Minkejja referenzi għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C2–C12, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat, iżda mhux meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għal perjodi preċedenti, ir-referenzi kollha għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi C2–C12 għandhom jinqraw bħala “l-aktar perjodu kmieni komparattiv aġġustat ippreżentat”.

C12B Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li tħejjiet fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.

▼M32

C13 L-eċċezzjoni għar-rikonoxximent inizjali fil-paragrafi 15 u 24 tal-IAS 12 ma tapplikax meta l-entità tirrikonoxxi assi u obbligazzjonijiet marbuta mal-interess tagħha f’operazzjoni konġunta fid-rapporti finanzjarji separati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni għal operazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu C12.

Referenzi għall-IFRS 9

C14 Jekk entità tapplika dan l-IFRS imma għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

IRTIRAR TA’ IFRSS OĦRA

C15 Dan l-IFRS iħassar dawn l-IFRSs li ġejjin:

(a) l-IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti; u

(b) l-SIC-13 Entitajiet b'Kontroll Konġunt—Kontribuzzjonijiet Mhux Monetarji mill-Imprendituri.




STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 12

Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

GĦAN

1   L-għan ta’ dan l-IFRS hu li entità tiġi obbligata tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw:

(a)  in-natura ta’, u r-riskji marbuta mal-interessi tagħha f’entitajiet oħra; u

(b)  l-effetti ta’ dawk l-interessi fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tagħha.

Biex jinkiseb l-għan

2 Biex jinkiseb l-għan tal-paragrafu 1, entità għandha tiddivulga:

(a) il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti li għamlet meta ddeterminat:

(i) in-natura tal-interess tagħha f’entità jew arranġament ieħor;

(ii) it-tip ta’ arranġament konġunt li fih għandha interess (paragrafi 7 – 9);

(iii) li tissodisfa d-definizzjoni ta’ entità tal-investiment, jekk applikabbli (paragrafu 9A); kif ukoll

▼M32

(b) informazzjoni dwar l-interessi tagħha fi:

(i) sussidjarji (il-paragrafi 10-19);

(ii) arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafi 20-23); u

(iii)  entitajiet strutturati li mhumiex ikkontrollati mill-entità (entitajiet strutturati mhux konsolidati) (il-paragrafi 24-31).

3 Jekk id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS, flimkien ma’ divulgazzjonijiet meħtieġa skont IFRSs oħra, ma jilħqux l-għan stabbilit fil-paragrafu 1, entità għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li hi meħtieġa biex jintlaħaq dak l-għan.

4 Entità għandha tqis il-livell ta’ dettall meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-għan ta’ divulgazzjoni u kemm għandha ssir enfażi fuq kull wieħed mir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. Għandha taggrega jew tiddiżaggrega divulgazzjonijiet sabiex informazzjoni utli ma tinħebiex jew mill-inklużjoni ta’ ammont kbir ta’ dettall insinifikanti jew mill-aggregazzjoni ta’ oġġetti li għandhom karatteristiċi differenti (ara l-paragrafi B2-B6).

AMBITU

5 Dan l-IFRS għandu jiġi applikat minn entità li għandha interess fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) sussidjarji

(b) arranġamenti konġunti (jiġifieri operazzjonijiet konġunti jew impriżi konġunti)

(c) kumpaniji assoċjati

(d) entitajiet strutturati mhux konsolidati.

6 Dan l-IFRS ma japplikax għal:

(a) pjanijiet ta’ benefiċċji għal wara l-impjieg jew pjanijiet oħra ta’ benefiċċji fit-tul għall-impjegati li għalihom japplika l-IAS 19 Benefiċċji għall-Impjegati.

(b) rapporti finanzjarji separati ta’ entità li għalihom japplika l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati. Madankollu, jekk entità għandha interessi f’entitajiet strutturati mhux konsolidati u tħejji rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha, hi għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 24-31 meta tħejji dawk ir-rapporti finanzjarji separati.

(c) interess li jinżamm minn entità li tipparteċipa fi, iżda li ma għandhiex kontroll konġunt ta’, arranġament konġunt sakemm dak l-interess ma jirriżultax f’influwenza sinifikanti fuq l-arranġament jew hu interess f’entità strutturata.

(d) interess f’entità oħra li jkun ippreżentat skont l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji. Madankollu, entità għandha tapplika dan l-IFRS:

(i) meta dak l-interess ikun interess f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta li, f’konformità mal-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti, jitkejjel skont il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf; jew

(ii) meta dak l-interess ikun interess f’entità strutturata mhux konsolidata.

ĠUDIZZJI U SUPPOŻIZZJONIJIET SINIFIKANTI

7   Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar ġudizzji u suppożizzjonijiet sinifikanti li għamlet (u tibdiliet f’dawk il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet) fid-determinazzjoni:

(a)  li għandha l-kontroll ta’ entità oħra, jiġifieri entità li fiha jsir investiment kif deskritt fil-paragrafi 5 u 6 tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati;

(b)  li għandha kontroll konġunt ta’ arranġament jew influwenza sinifikanti fuq entità oħra; u

(c)  it-tip ta’ arranġament konġunt (jiġifieri operazzjoni konġunta jew impriża konġunta) meta l-arranġament ġie strutturat permezz ta’ vettura separata.

8 Il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti ddivulgati skont il-paragrafu 7 jinkludu dawk magħmula mill-entità meta tibdiliet fil-fatti u ċ-ċirkostanzi jkunu tali li l-konklużjoni dwar jekk għandhiex kontroll, kontroll konġunt jew influwenza sinifikanti tinbidel waqt il-perjodu ta’ rapportar.

9 Biex tikkonforma mal-paragrafu 7, entità għandha tiddivulga, pereżempju, ġudizzji u suppożizzjonijiet sinifikanti li saru fid-determinazzjoni li:

(a) ma tikkontrollax entità oħra għalkemm għandha aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot tal-entità l-oħra.

(b) tikkontrolla entità oħra għalkemm għandha anqas minn nofs id-drittijiet tal-vot tal-entità l-oħra.

(c) hija aġent jew kumpanija prinċipali (ara l-paragrafi 58-72 tal-IFRS 10).

(d) ma għandhiex influwenza sinifikanti għalkemm għandha 20 fil-mija jew aktar nofs tad-drittijiet tal-vot ta’ entità oħra.

(e) għandha influwenza sinifikanti għalkemm għandha anqas minn 20 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ entità oħra.

▼M38

Status tal-entità tal-investiment

9A   Meta kumpanija prinċipali tiddetermina li hija entità tal-investiment skont il-paragrafu 27 tal-IFRS 10, l-entità tal-investiment għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti li tkun għamlet fid-determinazzjoni li hija entità tal-investiment. Jekk l-entità tal-investiment ma għandhiex karatteristika tipika waħda jew aktar ta' entità tal-investiment (ara l-paragrafu 28 tal-IFRS 10), għandha tiddivulga r-raġunijiet tagħha għalfejn ikkonkludiet li xorta waħda hija entità tal-investiment.

9B Meta entità ssir, jew ma tibqax entità tal-investiment, għandha tiddivulga l-bidla fl-istatus ta’ entità tal-investiment u r-raġunijiet għall-bidla. Barra minn hekk, entità li ssir entità tal-investiment għandha tiddivulga l-effett tal-bidla fl-istatus fuq ir-rapporti finanzjarji għall-perjodu ppreżentat, inkluż:

(a) il-valur ġust totali, mid-data tal-bidla fl-istatus, tas-sussidjarji li ma jibqgħux jiġu kkonsolidati;

(b) l-introjtu totali, jekk ikun hemm, ikkalkolat skont il-paragrafu B101 tal-IFRS 10; kif ukoll

(c) l-entrata/i fil-linja tal-introjtu li fiha(fihom) jiġi rikonoxxut l-introjtu (jekk mhux ippreżentat separatament).

▼M32

INTERESSI F’SUSSIDJARJI

10   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha

(a)  jifhmu:

(i)  il-kompożizzjoni tal-grupp; u

(ii)  l-interess li interessi nonkontrollanti għandhom fl-attivitajiet u l-flussi tal-flus tal-grupp (il-paragrafu 12); u

(b)  jevalwaw:

(i)  in-natura u l-firxa ta’ restrizzjonijiet sinifikanti fuq il-kapaċità tagħha li taċċessa jew tuża assi, u tissodisfa l-obbligazzjonijiet, tal-grupp (il-paragrafu 13);

(ii)  in-natura tar-riskji assoċjati u bidliet fihom mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati konsolidati (il-paragrafi 14-17);

(iii)  il-konsegwenzi ta’ tibdiliet fl-interess proprjetarju tagħha f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll (il-paragrafu 18); u

(iv)  il-konsegwenzi tat-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja waqt il-perjodu ta’ rapportar (il-paragrafu 19).

11 Meta r-rapporti finanzjarji ta’ sussidjarja użati fit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati jkunu minn data jew għal perjodu li jkun differenti minn dawk tar-rapporti finanzjarji konsolidati (ara l-paragrafi B92 u B93 tal-IFRS 10), entità għandha tiddivulga:

(a) id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tar-rapporti finanzjarji ta’ dik is-sussidjarja; u

(b) ir-raġuni għall-użu ta’ data jew perjodu differenti.

L-interess li interessi nonkontrollanti għandhom fl-attivitajiet u l-flussi ta’ flus tal-grupp

12 Entità għandha tiddivulga għal kull waħda mis-sussidjarji tagħha li għandhom interessi nonkontrollanti li huma materjali għall-entità relatriċi:

(a) l-isem tas-sussidjarja.

(b) il-post prinċipali tan-negozju (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni jekk dan hu differenti mill-post prinċipali tan-negozju) tas-sussidjarja.

(c) il-proporzjon ta’ interessi proprjetarji miżmuma minn interessi nonkontrollanti.

(d) il-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot miżmuma minn interessi nonkontrollanti, jekk hu differenti mill-proporzjon ta’ interessi proprjetarji miżmuma.

(e) il-profitt jew it-telf allokat għal interessi tas-sussidjarja li ma għandhomx kontroll waqt il-perjodu ta’ rapportar.

(f) interessi akkumulati tas-sussidjarja li ma għandhomx kontroll fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar.

(g) informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar is-sussidjarja (ara l-paragrafu B10).

In-natura u l-firxa ta’ restrizzjonijiet sinifikanti

13 Entità għandha tiddivulga:

(a) restrizzjonijiet sinifikanti (pereżempju restrizzjonijiet statutarji, kuntrattwali u regolatorji) dwar il-kapaċità tagħha li taċċessa jew tuża l-assi u tissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-grupp, pereżempju:

(i) dawk li jirrestrinġu l-kapaċità ta’ kumpanija prinċipali jew is-sussidjarji tagħha li jittrasferixxu flus kontanti jew assi oħra lil (jew minn) entitajiet oħra fi ħdan il-grupp.

(ii) garanziji jew rekwiżiti oħra li jistgħu jirrestrinġu milli jitħallsu dividends u distribuzzjonijiet oħra ta’ kapital, jew li jsir jew jitħallas lura self, lil (jew minn) entitajiet oħra fi ħdan il-grupp.

(b) in-natura u l-firxa sa fejn drittijiet protettivi ta’ interessi nonkontrollanti jistgħu jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-entità li taċċessa jew tuża l-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tal-grupp (pereżempju meta kumpanija prinċipali hi obbligata tħallas obbligazzjonijiet ta’ sussidjarja qabel ma tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha stess, jew tenħtieġ approvazzjoni ta’ interessi nonkontrollanti jew biex jiġu aċċessati l-assi jew biex jitħallsu l-obbligazzjonijiet ta’ sussidjarja).

(c) l-ammonti riportati fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għalihom japplikaw dawk ir-restrizzjonijiet.

Natura tar-riskji assoċjati mal-interessi ta’ entità f’entitajiet strutturati konsolidati

14 Entità għandha tiddivulga t-termini ta’ kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali li jistgħu jitolbu li l-kumpanija prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jagħtu appoġġ finanzjarju lil entità strutturata konsolidata, inklużi avvenimenti jew ċirkostanzi li jistgħu jesponu lill-entità relatriċi għal telf (pereżempju arranġamenti tal-likwidità jew skattaturi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi għax-xiri tal-assi tal-entità strutturata jew għall-provvista ta’ appoġġ finanzjarju).

15 Jekk matul il-perjodu ta’ rapportar kumpanija prinċipali jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata konsolidata (pereżempju xiri ta’ assi jew ta’ strumenti maħruġa mill-entità strutturata), l-entità għandha tiddivulga:

(a) it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti, inklużi sitwazzjonijiet li fihom il-kumpanija prinċipali jew is-sussidjarji tagħha għenu lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju; u

(b) ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

16 Jekk matul il-perjodu ta’ rapportar kumpanija prinċipali jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha tat, bla obbligi kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata li qabel ma kinetx ikkonsolidata u dak l-għoti ta’ appoġġ kellu bħala riżultat li l-entità ħadet kontroll tal-entità strutturata, l-entità għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-fatturi rilevanti fit-teħid ta’ dik id-deċiżjoni.

17 Entità għandha tiżvela kwalunkwe ħsibijiet kurrenti li tagħti appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata konsolidata, inklużi ħsibijiet li tingħata assistenza lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju.

Konsegwenzi ta’ tibdiliet fl-interess proprjetarju ta’ kumpanija prinċipali f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll

18 Entità għandha tippreżenta skeda li turi l-effetti fuq l-ekwità attribwibbli lis-sidien tal-kumpanija prinċipali ta’ kwalunkwe tibdiliet fl-interess proprjetarju tagħha f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf tal-kontroll.

Konsegwenzi tat-telf tal-kontroll ta’ sussidjarja waqt il-perjodu ta’ rapportar

19 Entità għandha tiddivulga l-profitt jew it-telf, jekk ikun hemm, ikkalkolat skont il-paragrafu 25 tal-IFRS 10, u:

(a) is-sehem ta’ dak il-profitt jew it-telf attribwibbli lill-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe investiment miżmum fis-sussidjarja preċedenti skont il-valur ġust tiegħu fid-data meta jintilef il-kontroll; u

(b) l-entrata(i) fil-linja tal-profitt jew it-telf li fiha(fihom) il-profitt jew it-telf jiġu rikonoxxut (jekk mhux ippreżentat separatament).

▼M38

INTERESSI F'SUSSIDJARJI MHUX KONSOLIDATI (ENTITAJIET TAL-INVESTIMENT)

19A Entità tal-investiment li, skont l-IFRS 10, hija meħtieġa tapplika l-eċċezzjoni għal konsolidazzjoni u minflok tikkontabilizza l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu għandha tiddivulga dak il-fatt.

19B Għal kull sussidjarja mhux konsolidata, entità tal-investiment għandha tiddivulga:

(a) isem is-sussidjarja;

(b) il-post prinċipali tal-operat (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni jekk differenti mill-post prinċipali tal-operat) tas-sussidjarja; kif ukoll

(c) il-proporzjon tal-interess tas-sjieda miżmum mill-entità tal-investiment u, jekk differenti, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma.

19C Jekk entità tal-investiment hija l-kumpanija principali ta' entità tal-investiment oħra, il-kumpanija prinċipali għandha tipprovdi wkoll id-divulgazzjonijiet f'19B(a)–(c) għall-investimenti li huma kkontrollati mill-entità tal-investiment sussidjarja tagħha. Id-divulgazzjoni tista' tiġi pprovduta billi fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali jiġu inklużi r-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja (jew sussidjarji) li jkun fihom l-informazzjoni imsemmija hawn fuq.

19D Entità tal-investiment għandha tiddivulga:

(a) in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe restrizzjoni sinifikanti (eż. li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ teħid ta' self, rekwiżiti regolatorji jew arranġamenti kuntrattwali) fuq l-abilità ta' sussidjarja mhux konsolidata li tittrasferixxi fondi lill-entità tal-investiment fil-forma ta’ dividendi fi flus jew li tħallas lura selfiet jew pagamenti akkont bil-quddiem li jkunu saru lis-sussidjarja mhux konsolidata mill-entità tal-investiment; kif ukoll

(b) kwalunkwe impenn attwali jew intenzjoni li tagħti appoġġ finanzjarju jew ieħor lil sussidjarja mhux konsolidata, inkluż impenji jew intenzjonijiet biex tgħin lis-sussidjarja tikseb għajnuna finanzjarja.

19E Jekk, matul il-perjodu tar-rappurtar, entità tal-investiment jew kwalunkwe sussidjarja tagħha tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel hekk, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità sussidjarja mhux konsolidata (eż. xiri ta’ assi, jew strumenti maħruġa mis-sussidjarja, jew għenet lis-sussidjarja tikseb appoġġ finanzjarju), l-entità għandha tiddivulga:

(a) it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti lil kull sussidjarja mhux konsolidati; kif ukoll

(b) ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

19F Entità tal-investiment għandha tiddivulga t-termini ta’ kwalunkwe arranġament kuntrattwali li jista' jeħtieġ lill-entità jew lis-sussidjarji mhux konsolidati tagħha jagħtu appoġġ finanzjarju lil entità strutturata kontrollata mhux konsolidata, inklużi avvenimenti jew ċirkostanzi li jistgħu jesponu lill-entità li tkun qed tirrapporta għal telf (eż arranġamenti tal-likwidità jew skattaturi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi li tixtri assi tal-entità strutturata jew li tipprovdi appoġġ finanzjarju).

19G Jekk waqt il-perjodu tar-rappurtar entità tal-investiment jew kwalukwe sussidjarja mhux konsolidata tkun tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel hekk, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata li l-entità tal-investiment ma kinitx tikkontrolla, u jekk dak l-għoti ta' appoġġ irriżulta f'li l-entità tal-investiment tikkontrolla l-entità strutturata, l-entità tal-investiment għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-fatturi rilevanti għalfejn waslet għad-deċiżjoni li tipprovdi dak l-appoġġ.

▼M32

INTERESSI F’ARRANĠAMENTI KONĠUNTI U KUMPANIJI ASSOĊJATI

20   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw:

(a)  in-natura, il-firxa u l-effetti finanzjarji tal-interessi tagħha f’arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati, inklużi n-natura u l-effetti tar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-investituri l-oħra bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafi 21 u 22); u

(b)  in-natura ta’ u t-tibdiliet fir-riskji assoċjati mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati (il-paragrafu 23).

Natura, firxa u effetti finanzjarji tal-interessi ta’ entità f’arranġamenti konġunti u kumpaniji assoċjati

21 Entità għandha tiddivulga:

(a) għal kull arranġament konġunt u kumpanija assoċjata li huma materjali għall-entità relatriċi:

(i) l-isem tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata.

(ii) in-natura tar-relazzjoni tal-entità mal-arranġament konġunt jew il-kumpanija assoċjata (billi, pereżempju, tiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata u jekk humiex strateġiċi għall-attivitajiet tal-entità).

(iii) il-post prinċipali tan-negozju (u l-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, jekk applikabbli u differenti mill-post prinċipali tan-negozju) tal-arranġament konġunt jew tal-kumpanija assoċjata.

(iv) il-proporzjon tal-interess proprjetarju jew is-sehem parteċipu miżmum mill-entità u, jekk ikun differenti, il-proporzjon ta’ drittijiet tal-vot miżmuma (jekk ikun applikabbli).

(b) għal kull impriża konġunta u kumpanija assoċjata li hi materjali għall-entità relatriċi:

(i) jekk l-investiment fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata tiġix evalwata bl-użu tal-metodu tal-ekwità jew skont il-valur ġust.

(ii) informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata kif speċifikat fil-paragrafi B12 u B13.

(iii) jekk l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata hix akkontata bl-użu tal-metodu tal-ekwità, il-valur ġust tal-investiment tagħha fl-impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, jekk hemmx prezz tas-suq ikkwotat għall-investiment

(c) informazzjoni finanzjarja kif speċifikata fil-paragrafu B16 dwar l-investimenti tal-entità f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati li mhumiex individwalment materjali:

(i) fl-aggregat għall-impriżi konġunti individwalment immaterjali kollha u, separatament,

(ii) fl-aggregat għall-kumpaniji assoċjati individwalment immaterjali kollha.

▼M38

21A Entità tal-investiment ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 21(b)–21(c).

▼M32

22 Entità għandha tiddivulga wkoll:

(a) in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe restrizzjonijiet sinifikanti (pereżempju li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ self, rekwiżiti regolatorji jew arranġamenti kuntrattwali bejn investituri bil-kontroll konġunt ta’ jew influwenza sinifikanti fuq impriża konġunta jew kumpanija assoċjata) fuq il-kapaċità ta’ impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati li jittrasferixxu fondi lill-entità forma ta’ dividends fi flus kontanti, jew li jħallsu self mogħti mill-entità.

(b) meta r-rapporti finanzjarji ta’ impriża konġunta jew kumpanija assoċjata użati fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità huma minn data jew għal perjodu li huma differenti minn dawk tal-entità:

(i) id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar tar-rapporti finanzjarji ta’ dik l-impriża konġunta jew kumpanija assoċjata; u

(ii) ir-raġuni għall-użu ta’ data jew perjodu differenti.

(c) is-sehem mhux rikonoxxut tat-telf ta’ impriża konġunta jew kumpanija assoċjata, kemm għall-perjodu ta’ rapportar u kumulattivament, jekk l-entità ma baqgħetx tirrikonoxxi s-sehem tagħha tat-telf tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata fl-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità.

Riskji assoċjati mal-interessi ta’ entità f’impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati

23 Entità għandha tiddivulga:

(a) impenji li għandha b’rabta mal-impriżi konġunti tagħha separatament mill-ammont ta’ impenji oħra kif speċifikat fil-paragrafi B18-B20.

(b) skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, sakemm il-probabbiltà tat-telf ma tkunx remota, obbligazzjonijiet kontinġenti mwettqa b’rabta mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati (inkluż is-sehem tagħha ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti mwettqa b’mod konġunt ma’ investituri oħra bil-kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, l-impriżi konġunti jew il-kumpaniji assoċjati), separatament mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti oħra.

INTERESSI F’ENTITAJIET STRUTTURATI MHUX KONSOLIDATI

24   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha:

(a)  jifhmu n-natura u l-firxa tal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 26-28); u

(b)  jevalwaw in-natura ta’, u t-tibdiliet fir-riskji assoċjati mal-interessi tagħha f'entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 29-31).

25 L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 24(b) tinkludi informazzjoni dwar l-esponiment ta’ entità għal riskju minn involviment li kellha ma’ entitajiet strutturati mhux konsolidati f’perjodi preċedenti (pereżempju sponsorizzazzjoni tal-entità strutturata), anke jekk l-entità ma għad għandha l-ebda involviment kuntrattwali mal-entità strutturata fid-data tar-rapportar.

▼M38

25A Entità tal-investiment ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24 għal entità strutturata mhux konsolidata li tikkontrolla u li għaliha tippreżenta d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 19A–19G.

▼M32

Natura tal-interessi

26 Entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, inkluż, iżda mhux limitat għan-natura, l-iskop, id-daqs u l-attivitajiet tal-entità strutturata u kif l-entità strutturata tiġi ffinanzjata.

27 Jekk entità tkun sponsorjat entità strutturata mhux konsolidata li dwarha ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 29 (pereżempju għax ma għandhiex interess fl-entità fid-data tar-rapportar), l-entità għandha tiddivulga:

(a) kif iddeterminat liema entitajiet strutturati sponsorjat;

(b)  l-introjtu minn dawk l-entitajiet strutturati waqt il-perjodu tar-rapportar, inkluża deskrizzjoni tat-tipi ta’ introjtu ppreżentat; u

(c) l-ammont riportat (fiż-żmien tat-trasferiment) tal-assi kollha trasferiti lil dawk l-entitajiet strutturati waqt il-perjodu tar-rapportar.

28 Entità għandha tippreżenta l-informazzjoni fil-paragrafu 27(b) u (c) f’format tabulari, sakemm format ieħor ma jkunx aktar xieraq, u tikklassifika l-attivitajiet ta’ sponsorizzazzjoni tagħha f'kategoriji rilevanti (ara l-paragrafi B2-B6).

Natura ta’ riskji

29 Entità għandha tiddivulga f’format tabulari, sakemm format ieħor mhux aktar xieraq, taqsira ta’:

(a) l-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha relatati mal-interessi tagħha f'entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(b) l-entrati fil-linja fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja li fiha jiġu rikonoxxuti dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet.

(c) l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-entità għat-telf mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, inkluż kif jiġi ddeterminat l-iskopertura massima għat-telf. Jekk entità ma tkunx tista' tikkwantifika l-iskopertura massima tagħha għat-telf mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati, għandha tiddivulga dak il-fatt u r-raġunijiet.

(d) tqabbil tal-ammonti riportati tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità li jirrelataw mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati u l-iskopertura massima tal-entità għal telf minn dawk l-entitajiet.

30 Jekk waqt il-perjodu tar-rapportar entità tkun tat, bla ma jkollha obbligu kuntrattwali li tagħmel dan, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata li fiha qabel kellha jew fil-preżent għandha interess (pereżempju, xiri ta’ assi jew ta’ strumenti maħruġa mill-entità strutturata), l-entità għandha tiddivulga:

(a) it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti, inklużi sitwazzjonijiet li fihom l-entità għenet lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju; u

(b) ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

31 Entità għandha tiddivulga kwalunkwe ħsibijiet preżenti li tagħti appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata, inklużi ħsibijiet li tgħin lill-entità strutturata fil-ksib ta’ appoġġ finanzjarju.




Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-Appendiċi hu parti integrali mill-IFRS.

introjtu minn entità strutturata

Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, introjtu minn entità strutturata jinkludi, iżda mhux limitat għal, drittijiet rikorrenti u mhux rikorrenti, interess, dividends, profitt jew telf fuq il-valutazzjoni mill-ġdid jew id-derikonoxximent ta’ interessi f'entitajiet strutturati u profitt jew telf mit-trasferiment ta’ assi u obbligazzjonijiet lill-entità strutturata.

interess f’entità oħra

Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, interess f’entità oħra jirreferi għal involviment kuntrattwali u mhux kuntrattwali li jesponi lil entità għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Interess f’entità oħra jista’ jiġi evidenzjat, iżda mhux limitat, miż-żamma ta’ ekwità jew strumenti tad-dejn kif ukoll forom oħra ta’ involviment pereżempju l-għoti ta’ finanzjament, l-appoġġ tal-likwidità, it-titjib tal-kreditu u l-garanziji. Dan jinkludi l-mezzi li bih entità għandha kontroll jew kontroll konġunt ta’, jew influwenza sinifikanti fuq, entità oħra. Entità mhux neċessarjament għandha interess f’entità oħra minħabba relazzjoni tipika tal-klijent mal-fornitur biss.

Il-paragrafi B7-B9 jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar interessi f’entitajiet oħra.

Il-paragrafi B55-B57 tal-IFRS 10 jispjegaw il-varjabbiltà tar-redditi.

entità strutturata

Entità ddisinjata b'mod li l-vot jew drittijiet simili ma jkunux il-fattur dominanti fid-deċiżjoni ta’ min jikkontrolla l-entità, pereżempju meta kwalunkwe drittijiet tal-vot jirrelataw ma’ kompiti amministrattivi biss u l-attivitajiet rilevanti jitmexxew permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali.

Il-paragrafi B22-B24 jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar entitajiet strutturati.

▼M38

Dawn it-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011), fl-IAS 28 (kif emendat fl-2011), fl-IFRS 10 u fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u jintużaw f’dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs:

 kumpanija assoċjata

 rapporti finanzjarji konsolidati

 kontroll ta’ entità

 metodu tal-ekwità

 grupp

 entità tal-investiment

 arranġament konġunt

▼M32

 kontroll konġunt

 operazzjoni konġunta

 impriża konġunta

 interess nonkontrollanti

 kumpanija prinċipali

 drittijiet protettivi

 attivitajiet rilevanti

 rapporti finanzjarji separati

 vettura separata

 influwenza sinifikanti

 sussidjarja




Appendiċi B

Gwida tal-applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Tiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1-31 u għandha l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

B1 L-eżempji f’dan l-Appendiċi jippreżentaw sitwazzjonijiet ipotetiċi. Għalkemm xi aspetti tal-eżempji jistgħu jkunu preżenti f’mudelli ta’ fatti attwali, il-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha rilevanti ta’ mudell ta’ fatti partikolari jkollhom jiġu evalwati fl-applikazzjoni tal-IFRS 12.

AGGREGAZZJONI (IL-PARAGRAFU 4)

B2 Entità għandha tiddeċiedi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tagħha, kemm tagħti dettall biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti għall-informazzjoni, kemm tagħmel enfażi fuq aspetti differenti tar-rekwiżiti u kif taggrega l-informazzjoni. Jeħieġ li jinstab bilanċ bejn li rapporti finanzjarji jittaqqlu b’dettall eċċessiv li jista’ ma jgħinx lill-utenti ta’ rapporti finanzjarji minn naħa waħda u l-ħabi tal-informazzjoni b’riżultat ta’ aggregazzjoni żejda min-naħa l-oħra.

B3 Entità tista’ taggrega d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS għal interessi f’entitajiet simili jekk l-aggregazzjoni hi konsistenti mal-għan ta’ divulgazzjoni u r-rekwiżit fil-paragrafu B4, u ma taħbix l-informazzjoni mogħtija. Entità għandha tiddivulga kif aggregat l-interessi tagħha f’entitajiet simili.

B4 Entità għandha tippreżenta l-informazzjoni separatament għal interessi fi:

(a) sussidjarji;

(b) impriżi konġunti;

(c) operazzjonijiet konġunti;

(d) kumpaniji assoċjati; u

(e) entitajiet strutturati mhux konsolidati.

B5 Fid-determinazzjoni ta’ jekk taggregax informazzjoni, entità għandha tqis informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-karatteristiċi differenti tar-riskju u r-redditu ta’ kull entità li qed tikkunsidra għall-aggregazzjoni u s-sinifikat ta’ kull entità simili għall-entità relatriċi. L-entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet f’mod li jispjega b’mod ċar lill-utenti tar-rapporti finanzjarji n-natura u l-estent tal-interessi tagħha f’dawk l-entitajiet l-oħra.

B6 Eżempji ta’ livelli ta’ aggregazzjoni fil-klassijiet ta’ entitajiet stabbiliti fil-paragrafu B4 li jistgħu jkunu xierqa huma:

(a) natura ta’ attivitajiet (pereżempju entità tar-riċerka u tal-iżvilupp, entità għat-titolizzazzjoni ta’ karti tal-kreditu ċirkolanti).

(b) klassifikazzjoni tal-industrija.

(c) ġeografija (pereżempju pajjiż jew reġjun).

INTERESSI F’ENTITAJIET OĦRA

B7 Interess f’entità oħra tirreferi għal involviment kuntrattwali u mhux kuntrattwali li jesponi lill-entità relatriċi għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Kunsiderazzjoni tal-iskop u t-tfassil tal-entità l-oħra tista’ tgħin lill-entità relatriċi meta tevalwa jekk għandhiex interess f’dik l-entità u, allura, jekk hux meħtieġ li jingħataw id-divulgazzjonijiet f’dan l-IFRS. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjoni tar-riskji li l-entità l-oħra kienet imfassla li toħloq u r-riskji li l-entità l-oħra kienet imfassla li tgħaddi lill-entità relatriċi u lil partijiet oħra.

B8 Entità relatriċi tipikament hi esposta għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni ta’ entità oħra minħabba li tippossjedi strumenti (pereżempju ekwità jew strumenti ta’ dejn maħruġa mill-entità l-oħra) jew involviment ieħor li jassorbi l-varjabbiltà. Pereżempju, nassumu li entità strutturata jkollha portafoll ta’ self. L-entità strutturata tikseb swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu minn entità oħra (l-entità relatriċi) biex tipproteġi lilha nfisha mill-inadempjenza ta’ pagamenti ta’ interessi u ta’ kapital fuq id-djun. L-entità relatriċi għandha involviment li tesponiha għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità strutturata għax it-tpartit tal-inadempjenza ta’ kreditu jassorbi l-varjabbiltà fir-redditi tal-entità strutturata.

B9 Xi strumenti huma mfassla biex jittrasferixxu r-riskju minn entità relatriċi għal entità oħra. Tali strumenti joħolqu varjabbiltà fir-ritorn għall-entità l-oħra iżda tipikament ma jesponux lill-entità relatriċi għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità l-oħra. Pereżempju, nassumu li entità strutturata titwaqqaf biex tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment għal investituri li ma jixtiqux ikollhom skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z (l-entità Z mhix relatata ma’ kwalunkwe parti involuta fl-arranġament). L-entità strutturata tikseb il-finanzjament billi toħroġ noti lil dawk l-investituri li huma marbuta mar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z (noti konnessi mal-kreditu) u tuża r-rikavati biex tinvesti f’portafoll ta’ assi finanzjarji bla riskju. L-entità strutturata tikseb esponiment għar-riskju ta’ kreditu tal-entità Z billi tidħol fi swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu (CDS) ma’ kontroparti ta’ swap. Is-CDS tgħaddi r-riskju ta’ kreditu tal-entità Z lill-entità strutturata għal tariffa mħallsa mill-kontroparti ta’ swap. L-investituri fl-entità strutturata jirċievu redditi ogħla li jirrifletti kemm ir-redditu tal-entità strutturata mill-portafoll tal-assi tagħha kif ukoll id-dritt tas-CDS. Il-kontroparti tat-tpartit ma għandhiex involviment mal-entità strutturata li tesponiha għall-varjabbiltà fir-redditi mill-prestazzjoni tal-entità strutturata għax is-CDS tittrasferixxi l-varjabbiltà lill-entità strutturata, pjuttost milli tassorbi l-varjabbiltà fir-redditi tal-entità strutturata.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA FIL-QOSOR GĦAL SUSSIDJARJI, IMPRIŻI KONĠUNTI U KUMPANIJI ASSOĊJATI (IL-PARAGRAFI 12 U 21)

B10 Għal kull sussidjarja li għandha interessi nonkontrollanti li huma materjali għall-entità relatriċi, entità għandha tiddivulga:

(a) dividends imħallsa lil interessi nonkontrollanti.

(b) informazzjoni finanzjarja fil-qosor dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-profitt jew it-telf u l-flussi tal-flus tas-sussidjarja li tippermetti lill-utenti jifhmu l-interess li għandhom interessi nonkontrollanti fl-attivitajiet u l-flussi tal-flus tal-grupp. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi iżda mhijiex limitata għal, pereżempju, assi kurrenti, assi mhux kurrenti, obbligazzjonijiet kurrenti, obbligazzjonijiet mhux kurrenti, dħul, profitt jew telf u introjtu totali komprensiv.

B11 L-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafu B10(b) għandha tkun l-ammont qabel l-eliminazzjonijiet interkorporattivi.

B12 Għal kull impriża konġunta u kumpanija assoċjata li hi materjali għall-entità relatriċi, entità għandha tiddivulga:

(a) dividendi rċevuti mill-impriża konġunta jew mill-kumpanija assoċjata.

(b) informazzjoni finanzjarja fil-qosor għall-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata (ara l-paragrafi B14 u B15) inkluż, iżda mhux neċessarjament limitat għal:

(i) assi kurrenti.

(ii) assi mhux kurrenti.

(iii) obbligazzjonijiet kurrenti.

(iv) obbligazzjonijiet mhux kurrenti.

(v) dħul.

(vi) profitt jew telf mill-operazzjonijiet kontinwi.

(vii) profitt jew telf wara t-taxxa minn operazzjonijiet li ma jkomplux.

(viii) introjtu komprensiv ieħor.

(ix) introjtu komprensiv totali.

B13 Minbarra l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafu B12, entità għandha tiddivulga għal kull impriża konġunta li hi materjali għall-entità relatriċi l-ammont ta’:

(a) flus u ekwivalenti ta’ flus inklużi fil-paragrafu B12(b)(i).

(b) obbligazzjonijiet finanzjarji kurrenti (minbarra kummerċ u ammonti pagabbli u provvedimenti oħra) inklużi fil-paragrafu B12(b)(iii)

(c) obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti (minbarra kummerċ u ammonti pagabbli u provvedimenti oħra) inklużi fil-paragrafu B12(b)(iv).

(d) deprezzament u amortizzazzjoni.

(e) introjtu mill-imgħax.

(f) spiża tal-imgħax.

(g) spiża jew introjtu mit-taxxa fuq l-introjtu.

B14 L-informazzjoni finanzjarja fil-qosor ippreżentata skont il-paragrafi B12 u B13 għandha tkun l-ammonti inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-IFRS tal-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata (u mhux is-sehem tal-entità ta’ dawk l-ammonti). Jekk l-entità tieħu kont tal-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata bl-użu tal-metodu tal-ekwità:

(a) l-ammonti inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-IFRS tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu aġġustamenti mwettqa mill-entità fl-użu tal-metodu tal-ekwità, pereżempju aġġustamenti skont il-valur ġust imwettqa fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni u aġġustamenti għal differenzi f’politiki kontabilistiċi.

(b) l-entità għandha tagħti rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja fil-qosor ippreżentata lill-ammont riportat tal-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata.

B15 Entità tista’ tippreżenta l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor meħtieġa skont il-paragrafi B12 u B13 abbażi tar-rapporti finanzjarji tal-impriża konġunta jew tal-kumpanija assoċjata jekk:

(a) l-entità tkejjel l-interess tagħha fl-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata skont il-valur ġust f’konformità mal-IAS 28 (kif emendat fl-2011); u

(b) l-impriża konġunta jew il-kumpanija assoċjata ma tħejjix rapporti finanzjarji tal-IFRS u preparazzjoni fuq dik il-bażi ma tkunx prattikabbli jew twassal għal kost eċċessiv.

F’dak il-każ, l-entità għandha tiddivulga l-bażi li fuqha ġiet imħejjija l-informazzjoni finanzjarja fil-qosor.

B16 Entità għandha tiddivulga, f'aggregat, l-ammont riportat tal-interessi tagħha fl-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati kollha individwalment immaterjali li tagħhom ittieħed kont bl-użu tal-metodu tal-ekwità. Entità għandha tiddivulga wkoll separatament l-ammont aggregat tas-sehem tagħha ta':

(a) il-profitt jew it-telf minn operazzjonijiet li jkomplu ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

(b) il-profitt jew it-telf wara t-taxxa minn operazzjonijiet li ma jkomplux ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati.

(c) introjtu komprensiv ieħor ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati

(d) introjtu komprensiv totali ta’ dawk l-impriżi konġunti jew kumpaniji assoċjati

Entità għandha tagħti d-divulgazzjonijiet b'mod separat għall-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati.

B17 Meta l-interess ta’ entità f’sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata (jew sehem mill-interess tagħha f’impriża konġunta jew kumpanija assoċjata) jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, l-entità mhix meħtieġa li tiddivulga informazzjoni finanzjarja fil-qosor għal dik is-sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata skont il-paragrafi B10-B16.

IMPENJI GĦAL IMPRIŻI KONĠUNTI (IL-PARAGRAFU 23(A))

B18 Entità għandha tiddivulga l-impenji kollha li għamlet imma li ma rrikonoxxietx fid-data tar-rapportar (inkluż is-sehem tagħha ta’ impenji magħmula b’mod konġunt ma’ investituri oħra bil-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta) relatati mal-interessi tagħha f’impriżi konġunti. Impenji huma dawk li jistgħu jirriżultaw fi ħruġ ta’ flus jew riżorsi oħra fil-futur.

B19 Impenji mhux rikonoxxuti li jistgħu jirriżultaw fi ħruġ ta’ flus jew riżorsi oħra fil-futur jinkludu:

(a) impenji mhux rikonoxxuti għall-kontribuzzjoni ta’ finanzjament jew riżorsi b’riżultat ta’, pereżempju:

(i) ftehimiet dwar il-kostituzzjoni jew l-akkwiżizzjoni ta’ impriża konġunta (li, pereżempju, jeħtieġu li entità tikkontribwixxi fondi tul perjodu speċifiku).

(ii) proġetti li jeħtieġu ħafna kapital imwettqa minn impriża konġunta.

(iii) obbligi tax-xiri mhux kondizzjonali, li jinkludu akkwist ta’ apparat, inventarju jew servizzi li entità hi impenjata li tixtri minn, jew f'isem, impriża konġunta.

(iv) impenji mhux rikonoxxuti għall-għoti ta’ self jew appoġġ finanzjarju ieħor lil impriża konġunta.

(v) impenji mhux rikonoxxuti għall-kontribuzzjoni ta’ riżorsi lil impriża konġunta, pereżempju assi jew servizzi.

(vi) impenji oħra mhux rikonoxxuti li ma jistgħux jitħassru b’rabta ma’ impriża konġunta.

(b) impenji mhux rikonoxxuti għall-akkwiżizzjoni tal-interess proprjetarju ta’ parti oħra (jew sehem ta’ dak l-interess proprjetarju) f’impriża konġunta jekk avveniment partikolari jseħħ jew ma jseħħx fil-ġejjieni.

B20 Ir-rekwiżiti u l-eżempji fil-paragrafi B18 u B19 juru wħud mit-tipi ta’ divulgazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 18 tal-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partijiet Relatati.

INTERESSI F’ENTITAJIET STRUTTURATI MHUX KONSOLIDATI (IL-PARAGRAFI 24–31)

Entitajiet strutturati

B21 Entità strutturata hi entità li tfasslet sabiex drittijiet tal-vot jew simili ja jkunux il-fattur dominanti biex jiġi deċiż min jikkontrolla l-entità, pereżempju meta kwalunkwe drittijiet tal-vot ikunu relatati ma’ kompiti amministrattivi biss u l-attivitajiet rilevanti jitmexxew permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali.

B22 Entità strutturata spiss ikollha wħud minn dawn il-karatteristiċi jew attribwiti li ġejjin jew kollha kemm huma:

(a) attivitajiet ristretti.

(b) għan ristrett u definit sew, pereżempju li tiffirma kuntratt ta’ kera li jiffranka t-taxxi, twettaq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, tipprovdi sors ta’ kapital jew finanzjament lil entità jew tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment lil investituri billi tgħaddi r-riskji u l-gwadanji assoċjati mal-assi tal-entità strutturata lill-investituri.

(c) ekwità insuffiċjenti biex jippermetti lill-entità strutturata tiffinanzja l-attivitajiet tagħha mingħajr appoġġ finanzjarju subordinat.

(d) finanzjament fil-forma ta’ strumenti multipli konnessi kuntrattwalment ma’ investituri li joħolqu konċentrazzjonijiet ta’ kreditu jew riskji oħra (segmenti).

B23 Eżempji ta’ entitajiet li huma meqjusa bħala entitajiet strutturati jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(a) veikoli ta’ titolizzazzjoni.

(b) finanzjamenti garantiti b’assi.

(c) xi fondi tal-investiment.

B24 Entità li hi kkontrollata mid-drittijiet tal-vot mhijiex entità strutturata sempliċement għax, pereżempju, tirċievi finanzjament minn partijiet terzi wara ristrutturazzjoni.

Natura ta’ riskji minn interessi f’entitajiet strutturati mhux konsolidati (il-paragrafi 29–31)

B25 Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 29–31, entità għandha tiddivulga informazzjoni addizzjonali li hi meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta’ divulgazzjoni fil-paragrafu 24(b).

B26 Eżempji ta’ informazzjoni addizzjonali li, skont iċ-ċirkostanzi, jistgħu jkunu rilevanti għal valutazzjoni tar-riskji li entità tiġi esposta għalihom meta għandha interess f’entità strutturata mhux konsolidata huma:

(a) it-termini ta’ arranġament li jista’ jeħtieġ li l-entità tagħti appoġġ finanzjarju lil entità strutturata mhux konsolidata (pereżempju arranġamenti tal-likwidità jew skattaturi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi ta’ xiri ta’ assi tal-entità strutturata jew ta’ għoti ta’ appoġġ finanzjarju, inkluż:

(i) deskrizzjoni ta’ avvenimenti jew ċirkostanzi li jistgħu jesponu lill-entità relatriċi għal telf.

(ii) jekk hemmx xi termini li jillimitaw l-obbligu.

(iii) jekk hemmx xi partijiet oħra li jagħtu appoġġ finanzjarju u, jekk iva, kif l-obbligu tal-entità relatriċi tikklassifika ma’ dawk ta’ partijiet oħra.

(b) telf magħmul mill-entità matul il-perjodu ta’ rapportar relatat mal-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(c) it-tipi ta’ introjtu li l-entità rċeviet waqt il-perjodu ta’ rapportar mill-interessi tagħha f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(d) jekk l-entità hix meħtieġa tassorbi t-telf ta’ entità strutturata mhux konsolidata qabel partijiet oħra, il-limitu massimu ta’ tali telf għall-entità, u (jekk ikunu rilevanti) il-klassifikazzjoni u l-ammonti ta’ telf potenzjali li jsofru partijiet li l-interessi tagħhom jikklassifikaw aktar ‘l isfel mill-interess tal-entità fl-entità strutturata mhux konsolidata.

(e) informazzjoni dwar kwalunkwe arranġamenti ta’ likwidità, garanziji jew impenji oħra ma’ terzi partijiet li jistgħu jaffettwaw il-valur ġust jew ir-riskju tal-interessi tal-entità f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

(f) kwalunkwe diffikultajiet li entità strutturata mhux konsolidata ġarrbet fil-finanzjament tal-attivitajiet tagħha waqt il-perjodu ta’ rapportar.

(g) b'rabta mal-finanzjament ta’ entità strutturata mhux konsolidata, il-forom ta’ finanzjament (pereżempju kambjali jew noti ta’ terminu medju) u l-ħajja tagħhom skont il-medja peżata. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi analiżijiet tal-maturità tal-assi u finanzjament ta’ entità strutturata mhux konsolidata jekk l-entità strutturata għandha assi aktar fit-tul iffinanzjati minn finanzjament għal perjodu aktar qasir.




Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

Dan l-Appendiċi hu parti integrali tal-IFRS u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-IFRS.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Tiġi permessa applikazzjoni aktar kmieni.

▼M37

C1A  Rapporti Finanzjarji Konsolidati, Arranġamenti Konġunti u Divulgazzjoni ta' Interessi f'Entitajiet Oħra: Il-Gwida ta’ Tranżizzjoni (Emendi għall-IFRS 10, IFRS 11 u IFRS 12), maħruġa f'Ġunju 2012, żiedet il-paragrafi C2A–C2B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 12 għal perjodu aktar kmieni, għandha tapplika dawk l-emendi għal dak il-perjodu aktar kmieni.

▼M38

C1B  Entitajiet tal-investiment (Emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 2 u l-Appendiċi A, u żiedu l-paragrafi 9A–9B, 19A–19G, 21A u 25A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Tista' ssir adozzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi qabel, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

▼M32

C2 Entità hija mħeġġa li tagħti informazzjoni meħtieġa skont dan l-IFRS aktar kmieni minn perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. L-għoti ta’ wħud mid-divulgazzjonijiet meħtieġa skont dan l-IFRS ma jobbligax lill-entità tikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ dan l-IFRS jew tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IAS 27 (kif emendat fl-2011) u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) kmieni.

▼M37

C2A Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni ta' dan l-IFRS ma għandhom għalfejn jiġu applikatI għall-ebda perjodu ppreżentat li jibda qabel il-perjodu annwali immedjatament preċedenti l-ewwel perjodu annwali li għalih jiġi applikat l-IFRS 12.

C2B Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tal-paragrafi 24–31 u l-gwida korrispondenti fil-paragrafi B21–B26 ta’ dan l-IFRS ma għandhom għalfejn jiġu applikati għall-ebda perjodu ppreżentat li jibda qabel l-ewwel perjodu annwali li għalih ġie applikat l-IFRS 12.

▼M32

REFERENZI GĦALL-IFRS 9

C3 Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda ma tapplikax għalissa l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

▼M33




STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 13

Kejl tal-valur ġust

GĦAN

1   Dan l-IFRS:

(a)  jiddefinixxi l-valur ġust;

(b)  jistabilixxi f’IFRS wieħed qafas għall-kejl tal-valur ġust; u

(c)  jitlob divulgazzjoni dwar il-kejl tal-valur ġust.

2 Il-valur ġust huwa kejl ibbażat fuq is-suq, mhux kejl speċifiku għall-entità. Għal xi assi u obbligazzjonijiet, jistgħu jkunu disponibbli tranżazzjonijiet osservabbli tas-suq jew informazzjoni tas-suq. Għal assi u obbligazzjonijiet oħrajn, tranżazzjonijiet osservabbli tas-suq jew informazzjoni tas-suq jistgħu ma jkunux disponibbli. Madankollu, l-għan tal-kejl tal-valur ġust fiż-żewġ każijiet huwa l-istess — li jiġi stmat il-prezz li bih isseħħ tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq (jiġifieri prezz ta’ ħruġ fid-data tal-kejl mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu l-assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni).

3 Meta ma jkunx osservabbli prezz għal assi jew obbligazzjoni identika, entità għandha tkejjel il-valur ġust permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni li tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli. Minħabba li l-valur ġust huwa kejl ibbażat fuq is-suq, dan jitkejjel permezz tas-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju. B’hekk, l-intenzjoni ta’ entità li żżomm xi assi jew li ssalda jew tissodisfa mod ieħor l-obbligazzjoni ma tkunx rilevanti meta jitkejjel il-valur ġust.

4 Id-definizzjoni ta’ valur ġust tiffoka fuq assi u obbligazzjonijiet minħabba li huma suġġett primarju tal-kejl kontabilistiku. Barra minn hekk, dan l-IFRS għandu jiġi applikat għall-istrumenti azzjonarji tal-entità stess imkejla skont il-valur ġust.

AMBITU

5   Dan l-IFRS japplika meta IFRS ieħor ikun jeħtieġ jew jippermetti kejl tal-valur ġust jew divulgazzjonijiet dwar il-kejl tal-valur ġust (u kejl, bħall-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kostijiet tal-bejgħ, ibbażat fuq il-valur ġust jew id-divulgazzjonijiet dwar dak il-kejl), ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 6 u 7.

6 L-obbligi ta’ kejl u divulgazzjoni ta’ dan l-IFRS ma japplikawx f’dan li ġej:

(a) tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma fl-ambitu tal-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma;

(b) tranżazzjonijiet ta’ kiri fl-ambitu tal-IAS 17 Kuntratti ta’ kera; u

(c) kejl li jkollu xi similaritajiet mal-valur ġust iżda li ma jkunx il-valur ġust, bħall-valur nett realizzabbli fl-IAS 2 Inventarjus jew il-valur użat fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi.

7 Id-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dan l-IFRS ma jkunux meħtieġa għal dawn li ġejjin:

(a) assi tal-pjan imkejla skont il-valur ġust skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-impjegati;

(b) investimenti fi pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar imkejla skont il-valur ġust skont l-IAS 26 Kontabilità u Rapportar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċju tal-Irtirar; u

(c) assi li għalihom l-ammont rekuperabbli jkun l-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kostijiet tad-disponiment skont l-IAS 36.

8 Il-qafas tal-kejl tal-valur ġust deskritt f’dan l-IFRS japplika kemm għall-kejl inizjali kif ukoll dak sussegwenti jekk il-valur ġust ikun meħtieġ jew permess minn IFRS oħrajn.

KEJL

Definizzjoni ta’ valur ġust

9   Dan l-IFRS jiddefinixxi l-valur ġust bħala l-prezz irċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

10 Il-paragrafu B2 jiddeskrivi l-approċċ kumplessiv tal-kejl tal-valur ġust.

L-assi jew l-obbligazzjoni

11   Il-kejl tal-valur ġust huwa għal assi jew obbligazzjoni partikolari. Għalhekk, meta tkun qiegħda tkejjel il-valur ġust entità għandha tikkunsidra l-karatteristiċi tal-assi jew tal-obbligazzjoni jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw dawk il-karatteristiċi meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni fid-data tal-kejl. Dawn il-karatteristiċi jinkludu, pereżempju, dawn li ġejjin:

(a)  il-kundizzjoni u l-post tal-assi; u

(b)  ir-restrizzjonijiet, jekk ikun hemm, fuq il-bejgħ u l-użu tal-assi.

12 L-effett ta’ karatteristika partikolari fuq il-kejl ivarja skont kif dik il-karatteristika tiġi kkunsidrata mill-parteċipanti fis-suq.

13 L-assi jew l-obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust jista’ jkun wieħed minn dawn:

(a) assi jew obbligazzjoni awtonomi (eż. strument finanzjarju jew assi mhux finanzjarju); jew

(b) grupp ta’ assi, grupp ta’ obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet (eż. unità li tiġġenera l-flus jew negozju).

14 Jekk l-assi jew l-obbligazzjoni jkunux assi jew obbligazzjoni awtonomi, grupp ta’ assi, grupp ta’ obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet għall-finijiet ta’ rikonoxximent jew divulgazzjoni jiddependi fuq l-unità tal-kont tiegħu. L-unità tal-kont għall-assi jew għall-obbligazzjoni għandha tkun stabilita skont l-IFRS li jeħtieġ jew jippermetti l-kejl tal-valur ġust, għajr kif ipprovdut f’dan l-IFRS.

It-tranżazzjoni

15   Kejl tal-valur ġust jassumi li l-assi jew l-obbligazzjoni titpartat fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq għall-bejgħ tal-assi jew it-trasferiment tal-obbligazzjoni fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

16   Kejl tal-valur ġust jassumi li t-tranżazzjoni għall-bejgħ tal-assi jew it-trasferiment tal-obbligazzjoni jseħħ jew:

(a)  fis-suq prinċipali għall-assi jew għall-obbligazzjoni; jew

(b)  fl-assenza ta’ suq prinċipali, fl-iktar suq vantaġġuż għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

17 Entità m’għandhiex għalfejn tagħmel riċerka eżawrjenti tas-swieq kollha possibbli sabiex tidentifika s-suq prinċipali jew, fl-assenza ta’ suq prinċipali, l-aktar suq vantaġġuż, iżda għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha li tkun raġonevolment disponibbli. Fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, is-suq li fih normalment l-entità tidħol fi tranżazzjoni sabiex tbigħ l-assi jew tittrasferixxi l-obbligazzjoni jkun preżunt li jkun s-suq prinċipali jew, fl-assenza ta’ suq prinċipali, l-aktar suq vantaġġuż.

18 Jekk ikun hemm suq prinċipali għall-assi jew għall-obbligazzjoni, il-kejl tal-valur ġust għandu jirrappreżenta l-prezz f’dak is-suq (kemm jekk il-prezz ikun osservabbli b’mod dirett jew stmat permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni), anki jekk il-prezz f’suq differenti jkun potenzjalment aktar vantaġġuż fid-data tal-kejl.

19 L-entità għandu jkollha aċċess għas-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) fid-data tal-kejl. Minħabba li entitajiet differenti (u negozji f’dawk l-entitajiet) b’attivitajiet differenti jistgħu jkollhom aċċess għal swieq differenti, is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-istess assi jew obbligazzjoni jista’ jkun differenti għal entitajiet differenti (u negozji f’dawk l-entitajiet). Għaldaqstant, is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) (u għalhekk, il-parteċipanti fis-suq) għandu jkun ikkunsidrat mill-perspettiva tal-entità, biex b’hekk jikkunsidra differenzi bejn u fost l-entitajiet b’attivitajiet differenti.

20 Għalkemm entità għandha tkun tista’ taċċessa s-suq, l-entità m’għandhiex għalfejn tkun tista’ tbigħ l-assi partikolari jew titrasferixxi l-obbligazzjoni partikolari fid-data tal-kejl sabiex tkun tista’ tkejjel il-valur ġust fuq il-bażi tal-prezz f’dak is-suq.

21 Anki meta ma jkunx hemm suq osservabbli li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar dwar il-bejgħ ta’ assi jew it-trasferiment ta’ obbligazzjoni fid-data tal-kejl, kejl tal-valur ġust għandu jassumi li tranżazzjoni sseħħ f’dik id-data, ikkunsidrata mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni. Dik it-tranżazzjoni preżunta tistabilixxi bażi għall-istima tal-prezz għall-bejgħ tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni.

Parteċipanti fis-suq

22   Entità għandha tkejjel il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni bis-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni, jekk wieħed jassumi li l-parteċipanti fis-suq jaġixxu fl-aħjar interess ekonomiku tagħhom.

23 Fl-iżvilupp ta’ dawk is-suppożizzjonijiet, entità ma jkollhiex għalfejn tidentifika parteċipanti fis-suq speċifiċi. Minflok, l-entità jkollha tidentifika karatteristiċi li jiddistingwu l-parteċipanti fis-suq b’mod ġenerali, filwaqt li tikkunsidra fatturi speċifiċi għal dawn kollha:

(a) l-assi jew l-obbligazzjoni;

(b) is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew l-obbligazzjoni; u

(c) il-parteċipanti fis-suq ma’ min l-entità tidħol fi tranżazzjoni f’dak is-suq.

Il-prezz

24   Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas sabiex tiġi ttrasferita obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata fis-suq prinċipali (jiġifieri prezz ta’ ħruġ) irrispettivament minn jekk dak il-prezz huwiex osservabbli b’mod dirett jew stmat permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni oħra.

25 Il-prezz fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) użat sabiex jitkejjel il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni m’għandux ikun aġġustat għall-kostijiet tat-tranżazzjoni. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom ikunu spjegati skont IFRS oħrajn. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jkunux karatteristika ta’ assi jew obbligazzjoni; pjuttost, ikunu speċifiċi għal tranżazzjoni u jvarjaw skont kif entità tidħol fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

26 Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jinkludux l-kostijiet tat-trasport. Jekk il-post ikun karatteristika tal-assi (kif jista’ jkun il-każ, pereżempju, għal komodità), il-prezz fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għandu jkun aġġustat għall-kostijiet, jekk ikun hemm, li jridu jsiru biex l-assi jiġi ttrasportat mill-post kurrenti tiegħu lejn dak is-suq.

Applikazzjoni għal assi mhux finanzjarji

L-ogħla u l-aħjar użu għal assi mhux finanzjarji

27   Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju jikkunsidra l-kapaċità ta’ parteċipant fis-suq li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi billi juża l-assi fl-ogħla u l-aħjar użu tiegħu jew billi jbigħuh lil parteċipant ieħor li juża l-assi fl-ogħla u l-aħjar użu tiegħu.

28 L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jikkunsidra l-użu li jkun fiżikament possibbli, legalment permissibbli u finanzjarjament vijabbli tal-assi, kif ġej:

(a) Użu li jkun fiżikament possibbli jikkunsidra l-karatteristiċi fiżiċi tal-assi li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi (eż. il-post jew id-daqs tal-proprjetà).

(b) Użu li jkun legalment permissibbli jikkunsidra kwalunkwe restrizzjoni legali fuq l-użu tal-assi li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi (eż. ir-regolamenti dwar it-tqassim f’żoni applikabbli għal proprjetà).

(c) Użu li jkun finanzjarjament fattibbli jikkunsidra jekk l-użu tal-assi li jkun fiżikament possibbli u legalment permissibbli jiġġenerax introjtu adegwat jew flussi ta’ flus (filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kostijiet ta’ konverżjoni tal-assi f’dak l-użu) sabiex jipproduċi redditu fuq l-investiment li l-parteċipanti fis-suq ikunu jeħtieġu minn investiment f’dak l-assi mqiegħed għal dak l-użu.

29 L-ogħla u l-aħjar użu jiġi ddeterminat mill-perspettiva tal-parteċipanti fis-suq, anki jekk l-entità jkollha l-intenzjoni ta’ użu differenti. Madankollu, l-użu kurrenti ta’ entità ta’ assi mhux finanzjarju jitqies li jkun l-ogħla u l-aħjar użu sakemm is-suq jew fatturi oħrajn ma jissuġġerixxux li użu differenti minn parteċipanti fis-suq jimmassimizza l-valur tal-assi.

30 Sabiex tipproteġi l-pożizzjoni kompetittiva, jew għal raġunijiet oħrajn, entità jista’ jkollha l-intenzjoni li ma tużax b’mod attiv assi mhux finanzjarju miksub jew jista’ jkollha l-intenzjoni li ma tużax l-assi skont l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ ta’ assi intanġibbli miksub li l-entità tippjana li tuża b’mod difensiv billi ma tħallix lil oħrajn jużawh. Madankollu, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju billi tassumi l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu mill-parteċipanti fis-suq.

Premessa ta’ valwazzjoni għall-assi mhux finanzjarji

31 L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jistabilixxi l-premessa ta’ valwazzjoni użata biex jitkejjel il-valur ġust tal-assi, kif ġej:

(a) L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jista’ jipprovdi valur massimu lill-parteċipanti fis-suq permezz tal-użu tiegħu flimkien ma’ assi oħrajn bħala grupp (kif stallati jew ikkonfigurati mod ieħor għall-użu) jew ikkombinat ma’ assi jew obbligazzjonijiet oħra (eż. negozju).

(i) Jekk l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li l-assi jintuża flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn, il-valur ġust tal-assi jkun il-prezz li jkun riċevut fi tranżazzjoni kurrenti għall-bejgħ tal-assi jekk wieħed jassumi li l-assi ser jintuża ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra u li dawk l-assi u obbligazzjonijiet (jiġifieri l-assi komplimentari tiegħu u l-obbligazzjonijiet assoċjati) ikunu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq.

(ii) L-obbligazzjonijiet assoċjati mal-assi u mal-assi komplimentari jinkludu obbligazzjonijiet li jiffinanzjaw il-kapital operatorju, iżda ma jinkludux obbligazzjonijiet użati sabiex jiffinanzjaw assi li ma jkunux fil-grupp tal-assi.

(iii) Suppożizzjonijiet dwar l-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju għandhom ikunu konsistenti għall-assi kollha (li għalihom l-ogħla u l-aħjar użu jkun rilevanti) tal-grupp ta’ assi jew tal-grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet li fih ser jintuża l-assi.

(b) L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jista’ jipprovdi valur massimu lill-parteċipanti fis-suq fuq bażi awtonoma. Jekk l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li l-assi jintuża fuq bażi awtonoma, il-valur ġust tal-assi jkun il-prezz li jkun riċevut fi tranżazzjoni kurrenti għall-bejgħ tal-assi lill-parteċipanti fis-suq li jużaw l-assi fuq bażi awtonoma.

32 Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju jassumi li l-assi jinbiegħ b’mod konsistenti mal-unità tal-kont speċifikat f’IFRS oħrajn (li jista’ jkun assi individwali). Dan ikun il-każ anki meta dak il-kejl tal-valur ġust jassumi li l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li jintuża flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn minħabba li l-kejl tal-valur ġust jassumi li l-parteċipant fis-suq diġà jkollu l-assi komplimentari u l-obbligazzjonijiet assoċjati.

33 Il-paragrafu B3 jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-kunċett tal-premessa tal-valwazzjoni għall-assi mhux finanzjarji.

Applikazzjoni għall-obbligazzjonijiet u l-istrumenti azzjonarji proprji ta’ entità

Prinċipji ġenerali

34   Il-kejl tal-valur ġust jassumi li obbligazzjoni finanzjarja jew mhux finanzjarja jew l-istrument azzjonarju tal-entità stess (eż. interessi azzjonarji maħruġa bħala korrispettiv f’kombinament ta’ negozju) jiġi ttrasferit lil parteċipant fis-suq fid-data tal-kejl. It-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess jassumi dan li ġej:

(a)  Obbligazzjoni tibqa’ pendenti u d-destinatarju tat-trasferiment tal-parteċipant fis-suq ikun meħtieġ li jissodisfa l-obbligu. L-obbligazzjoni ma tissaldax lill-kontroparti jew inkella tiġi estinta fid-data tal-kejl.

(b)  L-istrument azzjonarju tal-entità stess jibqa’ pendenti u d-destinatarju tat-trasferiment tal-parteċipant fis-suq jassumi d-drittijiet u r-responsabilitajiet assoċjati mal-istrument. L-istrument ma jitħassarx jew inkella jiġi estint fid-data tal-kejl.

35 Anki meta ma jkunx hemm suq osservabbli li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar tat-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess (eż. minħabba li restrizzjonijiet kuntrattwali jew legali oħrajn ma jippermettux it-trasferiment ta’ oġġetti bħal dawn), jista’ jkun hemm suq osservabbli għal oġġetti bħal dawn jekk ikunu miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi (eż. rabta ta’ korporazzjoni jew opzjoni ta’ xiri fuq l-ishma ta’ entità).

36 Fi kwalunkwe każ, entità għandha tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli rilevanti u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli sabiex tilħaq l-għan ta’ kejl ta’ valur ġust, li jkun li tistma l-prezz li fih isseħħ tranżazzjoni ordinata għat-trasferiment tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

Obbligazzjonijiet u strumenti azzjonarji oħrajn miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi

37   Meta ma jkunx disponibbli prezz kwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument azzjonarju tal-entità stess u l-oġġett identiku jkun miżmum minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jżomm oġġett identiku bħala assi fid-data tal-kejl.

38 F’każijiet bħal dawn, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju kif ġej:

(a) billi tuża l-prezz kwotat f’suq attiv għall-oġġett identiku miżmum minn parti oħra bħala assi, jekk dak il-prezz ikun disponibbli.

(b) jekk dak il-prezz ma jkunx disponibbli, tuża inputs osservabbli oħrajn, bħall-prezz kwotat f’suq li ma jkunx attiv għall-oġġett identiku miżmum minn parti oħra bħala assi.

(c) jekk il-prezzijiet osservabbli f’(a) u (b) ma jkunux disponibbli, għandha tuża teknika oħra ta’ valwazzjoni, bħal:

(i)  approċċ tal-introjtu (eż. teknika ta’ valur preżenti li tikkunsidra l-flussi ta’ flus futuri li parteċipant fis-suq jistenna li jirċievi miż-żamma tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju bħala assi; ara l-paragrafi B10 u B11).

(ii)  approċċ tas-suq (eż. bl-użu ta’ prezzijiet kwotati għal obbligazzjonijiet jew strumenti azzjonarji simili miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi; ara l-paragrafi B5–B7).

39 Entità għandha taġġusta biss il-prezz kwotat ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess miżmum minn parti oħra bħala assi jekk hemm fatturi speċifiċi għall-assi li ma jkunux applikabbli għall-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju. Entità għandha tiżgura li l-prezz ta’ assi ma jirriflettix l-effett ta’ restrizzjoni li ma tippermettix il-bejgħ ta’ dak l-assi. Ċerti fatturi li jistgħu jindikaw li l-prezz kwotat tal-assi għandu jkun aġġustat jinkludu dawn li ġejjin:

(a) Il-prezz kwotat għall-assi jkun relatat ma’ obbligazzjoni jew strument azzjonarju simili (iżda mhux identiku) miżmum minn parti oħra bħala assi. Pereżempju, l-obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju jista’ jkollu karatteristika partikolari (eż. il-kwalità tal-kreditu tal-emittent) li tkun differenti minn dik riflessa fil-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju simili miżmum bħala assi.

(b) L-unità tal-kont għall-assi mhijiex l-istess għall-obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju. Pereżempju, fil-każ tal-obbligazzjonijiet, f’ċerti każijiet il-prezz għal assi jirrifletti prezz ikkombinat għal pakkett li jinkludi kemm l-ammonti dovuti mill-emittent kif ukoll titjib fil-kreditu ta’ parti terza. Jekk l-unità tal-kont għall-obbligazzjoni ma tkunx għall-pakkett ikkombinat, l-għan ikun li jitkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-emittent, mhux il-valur ġust tal-pakkett ikkombinat. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, l-entità taġġusta l-prezz osservat għall-assi sabiex teskludi l-effett tat-titjib fil-kreditu tal-parti terza.

Obbligazzjonijiet u strumenti azzjonarji oħrajn mhux miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi

40   Meta ma jkunx disponibbli prezz kwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument azzjonarju tal-entità stess u l-oġġett identiku ma jkunx miżmum minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu l-obbligazzjoni jew li ħareġ it-talba fuq l-ekwità.

41 Pereżempju, meta tapplika teknika tal-valur preżenti entità tista’ tikkunsidra xi wieħed minn dawn:

(a) il-flussi ta’ flus futuri ħerġin li parteċipant fis-suq jistenna li jkollu fil-qadi tal-obbligu, inkluż il-kumpens li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ sabiex jassumi l-obbligu (ara l-paragrafi B31–B33).

(b) l-ammont li parteċipant fis-suq jirċievi sabiex jidħol fi jew joħroġ obbligazzjoni jew strument azzjonarju identiku, bl-użu tas-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-oġġett identiku (eż. li jkollu l-istess karatteristiċi ta’ kreditu) fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-ħruġ ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju bl-istess termini kuntrattwali.

Riskju ta’ nonprestazzjoni

42   Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett ta’ riskju ta’ nonprestazzjoni. Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jinkludi, iżda mhux bilfors ikun limitat għal, ir-riskju tal-kreditu tal-entità stess (kif iddefinit fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet). Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jkun meqjus l-istess qabel u wara t-trasferiment tal-obbligazzjoni.

43 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni, entità għandha tikkunsidra l-effett tar-riskju tal-kreditu tagħha (qagħda tal-kreditu) u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jaffettwa l-probabilità li l-obbligu jitwettaq jew le. Dak l-effett jista’ jvarja skont l-obbligazzjoni, pereżempju:

(a) jekk l-obbligazzjoni tkun obbligu ta’ kunsinna ta’ flus (obbligazzjoni finanzjarja) jew obbligu ta’ kunsinna ta’ oġġetti jew servizzi (obbligazzjoni mhux finanzjarja).

(b) it-termini tat-titjib fil-kreditu relatati mal-obbligazzjoni, jekk ikun hemm.

44 Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett tar-riskju ta’ nonprestazzjoni fuq il-bażi tal-unità tal-kont tagħha. L-emittent ta’ obbligazzjoni maħruġa b’titjib fil-kreditu ta’ parti terza mhux separabbli li jkun spjegat b’mod separat mill-obbligazzjoni m’għandux jinkludi l-effett tat-titjib fil-kreditu (eż. garanzija ta’ dejn ta’ parti terza) fil-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni. Jekk it-titjib fil-kreditu jkun spjegat b’mod separat mill-obbligazzjoni, l-emittent għandu jikkunsidra l-qagħda tal-kreditu tiegħu stess u mhux dik tal-garanti parti terza meta jkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni.

Restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess

45 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess, entità m’għandhiex tinkludi input separat jew aġġustament ta’ inputs oħrajn relatati mal-eżistenza ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tal-oġġett. L-effett ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess ikun inkluż b’mod impliċitu jew espliċitu fl-inputs l-oħrajn fil-kejl tal-valur ġust.

46 Pereżempju, fid-data tat-tranżazzjoni, kemm il-kreditur kif ukoll l-obbligatur aċċettaw il-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligazzjoni b’għarfien sħiħ li l-obbligu jinkludi restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tagħha. Minħabba li r-restrizzjoni tkun inkluża fil-prezz tat-tranżazzjoni, mhux meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti fid-data tat-tranżazzjoni sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment. Bl-istess mod, mhux meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti f’dati ta’ kejl sussegwenti sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment.

Obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda

47 Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq domanda, skontat mill-ewwel data meta l-ammont jista’ jkun meħtieġ jitħallas.

Applikazzjoni għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’pożizzjonijiet ta’ tpaċija f’riskji tas-suq jew riskju tal-kreditu tal-kontroparti

48 Entità li żżomm grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji tkun esposta għar-riskji tas-suq (kif iddefiniti fl-IFRS 7) u għar-riskju tal-kreditu (kif iddefinit fl-IFRS 7) ta’ kull kontroparti. Jekk l-entità timmaniġja dak il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tagħha għar-riskji tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu, l-entità tista’ tapplika eċċezzjoni għal dan l-IFRS għall-kejl tal-valur ġust. Dik l-eċċezzjoni tippermetti lil entità li tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-prezz li jkun riċevut biex tinbiegħ pożizzjoni twila netta (jiġifieri assi) għal skopertura partikolari għar-riskju jew biex tkun trasferita pożizzjoni bin-nieqes netta (jiġifieri obbligazzjoni) għal skopertura partikolari għar-riskju fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Għaldaqstant, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’mod konsistenti ma’ kif il-parteċipanti fis-suq jipprezzaw l-iskopertura netta għar-riskju fid-data tal-kejl.

49 Entità tista’ tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 biss jekk l-entità tagħmel dan kollu li ġej:

(a) timmaniġja l-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għal riskju (jew riskji) partikolari tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti partikolari skont l-istrateġija dokumentata tal-immaniġjar tar-riskju jew l-istrateġija tal-investiment tal-entità;

(b) tipprovdi informazzjoni fuq dik il-bażi dwar il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità, kif iddefinit fl-IAS 24 Divulgazzjoni dwar Partijiet Relatati; u

(c) tkun teħtieġ jew għażlet li tkejjel dawk l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar.

50 L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 ma tapplikax għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji. F’ċerti każijiet il-bażi għall-preżentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tvarja mill-bażi għall-kejl ta’ strumenti finanzjarji, pereżempju, jekk IFRS ma jkunx jeħtieġ jew jippermetti li l-istrumenti finanzjarji jkunu ppreżentati fuq bażi netta. F’każijiet bħal dawn entità tista’ tkun teħtieġ li talloka l-aġġustamenti fil-livell tal-portafoll (ara l-paragrafi 53–56) għall-assi jew l-obbligazzjonijiet individwali li jiffurmaw il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji mmaniġjati fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għar-riskju. Entità għandha tagħmel dawn l-allokazzjonijiet fuq bażi raġonevoli u konsistenti permezz ta’ metodoloġija adattata għaċ-ċirkostanzi.

51 Entità għandha tieħu deċiżjoni ta’ politika kontabilistika skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji sabiex tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48. Entità li tuża l-eċċezzjoni għandha tapplika dik il-politika kontabilistika, inkluża l-politika tagħha għall-allokazzjoni ta’ aġġustamenti bejn l-offerta u t-talba (ara l-paragrafi 53–55) u aġġustamenti fil-kreditu (ara l-paragrafu 56), jekk tkun applikabbli, b’mod konsistenti minn perjodu għal ieħor għal portafoll partikolari.

52 L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 tapplika biss għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fl-ambitu tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jew tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

Skopertura għar-riskji tas-suq

53 Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 sabiex tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji mmaniġjati fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għal riskju (jew riskji) partikolari tas-suq, l-entità għandha tapplika l-prezz fil-firxa bejn l-offerta u t-talba li jkun l-aktar rappreżentattiv tal-valur ġust fiċ-ċirkostanzi għall-iskopertura netta tal-entità għal dawn ir-riskji tas-suq (ara l-paragrafi 70 u 71).

54 Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, entità għandha tiżgura li r-riskju (jew riskji) tas-suq li għalihom tkun esposta f’dak il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji jkun sostanzjalment l-istess. Pereżempju, entità m’għandhiex tikkombina r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax assoċjat ma’ assi finanzjarju mar-riskju fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-komoditajiet assoċjat ma’ obbligazzjoni finanzjarja għaliex billi tagħmel hekk ma tkunx qiegħda ttaffi l-iskopertura tal-entità għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew għar-riskju fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-komoditajiet. Meta tintuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, kwalunkwe riskju bażi li jirriżulta mill-fatt li l-parametri tar-riskju tas-suq ma jkunux identiċi għandu jkun ikkunsidrat fil-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fil-grupp.

55 Bl-istess mod, id-durata tal-iskopertura ta’ entità għal riskju (jew riskji) partikolari tas-suq li jirriżulta mill-assi finanzjarji u mill-obbligazzjonijiet finanzjarji għandu jkun sostanzjalment l-istess. Pereżempju, entità li tuża kuntratt tal-futuri ta’ 12-il xahar kontra l-flussi ta’ flus assoċjati ma’ skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal 12-il xahar fuq strument finanzjarju ta’ ħames snin fi grupp magħmul biss minn dawk l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji tkejjel il-valur ġust tal-iskopertura għal riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal 12-il xahar fuq bażi netta u l-iskopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jifdal (jiġifieri 2–5 snin) fuq bażi gross.

Skopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti partikolari

56 Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 sabiex tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li tkun daħlet għalih ma’ kontroparti partikolari, l-entità għandha tinkludi l-effett tal-iskopertura netta tal-entità għar-riskju tal-kreditu ta’ dak il-kontroparti jew l-iskopertura netta tal-kontroparti għar-riskju tal-kreditu tal-entità fil-kejl tal-valur ġust meta l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw kwalunkwe arranġament eżistenti li jtaffi l-iskopertura għar-riskju tal-kreditu f’każ ta’ inadempjenza (eż. ftehim ta’ saldu uniku nett mal-kontroparti jew ftehim li jitlob l-iskambju ta’ kollateral fuq il-bażi tal-iskopertura netta ta’ kull parti għar-riskju tal-kreditu tal-parti l-oħra). Il-kejl tal-valur ġust għandu jirrifletti l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-probabilità li dan l-arranġament ikun legalment infurzabbli f’każ ta’ inadempjenza.

Valur ġust fir-rikonoxximent inizjali

57 Meta wieħed jikseb assi jew jassumi obbligazzjoni fi tranżazzjoni ta’ skambju għal dak l-assi jew l-obbligazzjoni, il-prezz tat-tranżazzjoni ikun il-prezz imħallas biex jinkiseb l-assi jew riċevut sabiex tkun assunta l-obbligazzjoni (prezz tad-dħul). B’kuntrast, il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni jkun il-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ l-assi jew biex jitħallas it-trasferiment tal-obbligazzjoni (prezz tal-ħruġ). L-entitajiet mhux neċessarjament ibiegħu l-assi bil-prezzijiet imħallsa biex jiksbuhom. Bl-istess mod, l-entitajiet mhux neċessarjament jittrasferixxu l-obbligazzjonijiet bil-prezzijiet li jkunu rċevew biex jassumuhom.

58 F’bosta każijiet il-prezz tat-tranżazzjoni jkun ugwali għall-valur ġust (eż. dan jista’ jkun il-każ meta fid-data tat-tranżazzjoni, isseħħ it-tranżazzjoni għax-xiri tal-assi fis-suq li fih jinbiegħ l-assi).

59 Meta tistabilixxi jekk valur ġust fir-rikonoxximent inizjali huwiex l-istess bħall-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tikkunsidra fatturi speċifiċi għat-tranżazzjoni u għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Il-paragrafu B4 jiddeskrivi sitwazzjonijiet li fihom il-prezz tat-tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni fir-rikonoxximent inizjali.

60 Jekk IFRS ieħor jitlob jew jippermetti li entità tkejjel assi jew obbligazzjoni inizjalment skont il-valur ġust u l-prezz tat-tranżazzjoni jvarja mill-valur ġust, l-entità għandha tirrikonoxxi l-qligħ jew it-telf li jirriżulta fil-profitt jew it-telf sakemm dak l-IFRS ma jispeċifikax mod ieħor.

Tekniki ta’ valwazzjoni

61   Entità għandha tuża t-tekniki ta’ valwazzjoni li jkunu adattati fiċ-ċirkostanzi u li għalihom ikun hemm disponibbli biżżejjed dejta sabiex jitkejjel il-valur ġust, filwaqt li tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli rilevanti u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli.

62 L-għan li tintuża teknika ta’ valwazzjoni huwa li jkun stmat il-prezz li bih isseħħ tranżazzjoni ordinata sabiex jinbiegħ l-assi jew sabiex tkun ittrasferita l-obbligazzjoni bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Tliet tekniki ta’ valwazzjoni użati ferm huma l-approċċ tas-suq, l-approċċ tal-kost u l-approċċ tal-introjtu. L-aspetti ewlenin ta’ dawn il-metodi huma miġbura fil-qosor fil-paragrafi B5–B11. Entità għandha tuża tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti ma’ xi wieħed jew aktar minn dawn l-approċċi għall-kejl tal-valur ġust.

63 F’ċerti każijiet teknika ta’ valwazzjoni waħda tkun adattata (eż. meta jiġu valwati assi jew obbligazzjoni permezz tal-prezzijiet kwotati f’suq attiv għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi). F’każijiet oħrajn, ikunu meħtieġa tekniki ta’ valwazzjoni multipli (eż. dan jista’ jkun il-każ tal-valwazzjoni ta’ unità li tiġġenera l-flus). Jekk jintużaw tekniki ta’ valwazzjoni multipli sabiex jitkejjel il-valur ġust, ir-riżultati (jiġifieri l-indikazzjonijiet rispettivi ta’ valur ġust) għandhom ikunu evalwati filwaqt li titqies ir-raġonevolezza tal-medda tal-valuri indikati minn dawk ir-riżultati. Kejl tal-valur ġust ikun il-punt f’dik il-medda li jkun l-aktar rappreżentattiv tal-valur ġust fiċ-ċirkostanzi.

64 Jekk il-prezz tat-tranżazzjoni jkun il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u tintuża teknika ta’ valwazzjoni li tuża inputs mhux osservabbli sabiex jitkejjel il-valur ġust f’perjodi sussegwenti, it-teknika ta’ valwazzjoni għandha tkun ikkalibrata b’mod li fir-rikonoxximent inizjali r-riżultat tat-teknika ta’ valwazzjoni jkun ugwali għall-prezz tat-tranżazzjoni. Il-kalibrazzjoni tiżgura li t-teknika ta’ valwazzjoni tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq, u din tgħin lil entità tiddetermina jekk ikunx hemm bżonn aġġustament għat-teknika tal-valwazzjoni (eż. jista’ jkun hemm karatteristika tal-assi jew tal-obbligazzjoni li ma tinqabadx mit-teknika ta’ valwazzjoni). Wara r-rikonoxximent inizjali, meta tkejjel il-valur ġust permezz ta’ teknika jew tekniki ta’ valwazzjoni li jużaw inputs mhux osservabbli, entità għandha tiżgura li dawk it-tekniki ta’ valwazzjoni jirriflettu d-dejta osservabbli tas-suq (eż. il-prezz ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni simili) fid-data tal-kejl.

65 It-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust għandhom ikunu applikati b’mod konsistenti. Madankollu, bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha (eż. bidla fl-ippeżar tagħha meta jintużaw tekniki multipli ta’ valwazzjoni jew bidla f’aġġustament applikat għal teknika ta’ valwazzjoni) tkun xierqa jekk il-bidla tirriżulta f’kejl li jkun daqs jew jirrappreżenta aktar il-valur ġust fiċ-ċirkostanzi. Dan jista’ jkun il-każ jekk, pereżempju, iseħħ xi wieħed minn dawn l-avvenimenti li ġejjin:

(a) jiżviluppaw swieq ġodda;

(b) ssir disponibbli informazzjoni ġdida;

(c) l-informazzjoni li ntużat qabel ma tkunx aktar disponibbli;

(d) it-tekniki ta’ valwazzjoni jitjiebu; jew

(e) jinbidlu l-kundizzjonijiet tas-suq.

66 Ir-reviżjonijiet li jirriżultaw minn bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha jiġu rrapportati bħala bidla fl-istima kontabilistika skont l-IAS 8. Madankollu, id-divulgazzjonijiet fl-IAS 8 għall-bidla fl-istima kontabilistika mhumiex meħtieġa għal reviżjonijiet li jirriżultaw minn bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha.

Inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni

Prinċipji ġenerali

67   It-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust għandhom jagħmlu l-aħjar użu ta’ inputs osservabbli rilevanti u jnaqqsu l-użu ta’ inputs mhux osservabbli.

68 Eżempji ta’ swieq li fihom jistgħu jiġu osservati inputs għal xi assi u obbligazzjonijiet (eż. strumenti finanzjarji) jinkludu swieq tal-kambju, swieq tan-negozjanti, swieq tas-sensara u swieq bejn prinċipal u prinċipal (ara l-paragrafu B34).

69 Entità għandha tagħżel inputs li jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-assi jew tal-obbligazzjoni li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni (ara l-paragrafi 11 u 12). F’ċerti każijiet dawk il-karatteristiċi jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ aġġustament, bħal primjum jew skont (eż. primjum fuq il-kontroll jew skont għall-interess nonkontrollanti). Madankollu, kejl tal-valur ġust m’għandux jinkorpora primjum jew skont li ma jkunx konsistenti mal-unità tal-kont fl-IFRS li jirrikjedi jew jippermetti l-kejl tal-valur ġust (ara l-paragrafi 13 u 14). Il-primjums jew skonti li jirriflettu d-daqs bħala l-karatteristika tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-entità (b’mod speċifiku, fattur ta’ imblokk li jaġġusta l-prezz kwotat ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni minħabba li l-volum ta’ negozju normali ta’ kuljum tas-suq ma jkunx suffiċjenti sabiex jassorbi l-kwantità miżmuma mill-entità, kif deskritt fil-paragrafu 80) pjuttost milli bħala karatteristika tal-assi jew tal-obbligazzjoni (eż. primjum fuq il-kontroll fil-kejl tal-valur ġust ta’ interess kontrollanti) mhumiex permessi f’kejl tal-vaur ġust. Fi kwalunkwe każ, jekk ikun hemm prezz kwotat f’suq attiv (jiġifieri input tal-Livell 1) għal assi jew obbligazzjoni, entità għandha tuża dak il-prezz mingħajr aġġustament meta tkejjel il-valur ġust, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 79.

Inputs ibbażati fuq prezzijiet tal-offerta u tad-domanda

70 Jekk assi jew obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust ikollha prezz ta’ offerta u prezz ta’ domanda (eż. input minn suq tan-negozjanti), il-prezz fil-firxa bejn l-offerta u d-domanda li l-aktar jirrappreżenta l-valur ġust fiċ-ċirkostanzi għandu jintuża għall-kejl tal-valur ġust irrispettivament minn fejn ikun ikkategorizzat l-input fil-ġerarkija tal-valur ġust (jiġifieri Livell 1, 2 jew 3; ara l-paragrafi 72–90). L-użu ta’ prezzijiet ta’ offerta għall-pożizzjonijiet tal-assi u ta’ prezzijiet tat-talba għall-pożizzjonijiet tal-obbligazzjonijiet ikun permess, iżda mhux meħtieġ.

71 Dan l-IFRS ma jipprekludix l-użu tal-ipprezzar tas-suq tan-nofs jew konvenzjonijiet ta’ pprezzar oħra li jintużaw minn parteċipanti fis-suq bħala espedjent prattiku għall-kejl tal-valur ġust fil-firxa bejn l-offerta u t-talba.

Ġerarkija tal-valur ġust

72 Sabiex iżid il-konsistenza u l-komparabilità fil-kejl tal-valur ġust u divulgazzjonijiet relatati, dan l-IFRS jistabilixxi ġerarkija ta’ valur ġust li jikkategorizza fi tliet livelli (ara l-paragrafi 76–90) l-inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust. Il-ġerarkija tal-valur ġust tagħti l-ogħla prijorità lill-prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi (inputs tal-Livell 1) u l-inqas prijorità lill-inputs li ma jkunux jistgħu jkunu osservati (inputs tal-Livell 3).

73 F’ċerti każijiet, l-inputs użati sabiex jitkejjel il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni jkunu jistgħu jiġu kkategorizzati f’livelli differenti tal-ġerarkija tal-valur ġust. F’dawk il-każijiet, il-kejl tal-valur ġusti jkun kkategorizzat kollu kemm hu fl-istess livell tal-ġerarkija tal-valur ġust bħall-input tal-inqas livell li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ. Il-valutazzjoni tas-sinifikat ta’ input partikolari għall-kejl sħiħ teħtieġ ġudizzju għaqli, filwaqt li jiġu kkunsidrati fatturi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjoni. L-aġġustamenti sabiex jintlaħaq il-kejl ibbażat fuq il-valur ġust, bħall-kostijiet biex tbigħ fil-kejl tal-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ, m’għandhomx jiġu kkunsidrati meta wieħed ikun qed jiddetermina l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fiha l-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat.

74 Id-disponibilità ta’ inputs rilevanti u s-soġġettività relattiva tagħhom jistgħu jaffettwaw l-għażla ta’ tekniki ta’ valwazzjoni xierqa (ara l-paragrafu 61). Madankollu, il-ġerarkija tal-valur ġust tagħti prijorità lill-inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni, mhux it-tekniki ta’ valwazzjoni użati għall-kejl tal-valur ġust. Pereżempju, kejl tal-valur ġust żviluppat permezz ta’ teknika ta’ valur preżenti jista’ jkun ikkategorizzat fil-Livell 2 jew il-Livell 3, skont l-inputs li jkunu sinifikanti għall-kejl sħiħ u l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fiha ikunu kkategorizzati dawk l-inputs.

75 Jekk input osservabbli jeħtieġ aġġustament permezz ta’ input mhux osservabbli u dak l-aġġustament jirriżulta f’kejl tal-valur ġust konsiderevolment ogħla jew aktar baxx, il-kejl li jirriżulta jkun ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust. Pereżempju, jekk parteċipant fis-suq jikkunsidra l-effett ta’ restrizzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi meta jistma l-prezz għall-assi, entità għandha taġġusta l-prezz kwotat sabiex jirrifletti l-effett ta’ dik ir-restrizzjoni. Jekk dak il-prezz kwotat ikun input tal-Livell 2 u l-aġġustament ikun input mhux osservabbli li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ, il-kejl ikun ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust.

Inputs tal-Livell 1

76 L-inputs tal-Livell 1 huma prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi li l-entità tista’ taċċessa fid-data tal-kejl.

77 Prezz kwotat f’suq attiv jipprovdi l-aktar evidenza affidabbli ta’ valur ġust u għandu jintuża mingħajr aġġustament għall-kejl tal-valur ġust kull meta jkun disponibbli, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 79.

78 Input tal-Livell 1 ikun disponibbli għal bosta assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, li xi wħud minnhom jistgħu jiġu skambjati f’diversi swieq attivi (eż. fuq kambji differenti). Għalhekk, l-enfasi fil-Livell 1 hija fuq id-determinazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) is-suq primarju għall-assi jew l-obbligazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ suq primarju, l-aktar suq vantaġġjuz għall-assi jew l-obbligazzjoni; u

(b) jekk l-entità tistax tidħol fi tranżazzjoni għall-assi jew l-obbligazzjoni fil-prezz f’dak is-suq fid-data tal-kejl.

79 Entità m’għandhiex taġġusta input tal-Livell 1 ħlief fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) meta entità jkollha numru kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet simili (iżda mhux identiċi) (eż. titoli ta’ self) li jitkejlu skont il-valur ġust u prezz kwotat f’suq attiv ikun disponibbli iżda mhux faċilment aċċessibbli għal kull wieħed minn dawk l-assi jew obbligazzjonijiet indivdiwali (jiġifieri minħabba n-numru kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet simili miżmuma mill-entità, ikun diffiċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-ipprezzar għal kull assi jew obbligazzjoni individwali fid-data tal-kejl). F’dak il-każ, bħala espedjent prattiku, entità tkun tista' tkejjel il-valur ġust permezz ta’ metodu ta’ pprezzar alternattiv li ma jiddependix esklussivament fuq prezzijiet kwotati (eż. l-ipprezzar tal-matriċi). Madankollu, l-użu ta’ metodu ta’ pprezzar alternattiv jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat f’livell aktar baxx fil-ġerarkija tal-valur ġust.

(b) meta prezz kwotat f’suq attiv ma jirrappreżentax valur ġust fid-data tal-kejl. Dan jista’ jkun il-każ meta, pereżempju, iseħħu avvenimenti sinifikanti (bħal tranżazzjonijiet f’suq bejn prinċipal u prinċipal, in-negozju f’suq tas-sensara jew avviżi) wara l-għeluq ta’ suq iżda qabel id-data tal-kejl. Entità għandha tistabilixxi u tapplika politika b’mod konsistenti sabiex tidentifika dawk l-avvenimenti li jistgħu jaffettwaw il-kejl tal-valur ġust. Madankollu, jekk il-prezz kwotat ikun aġġustat għal informazzjoni ġdida, l-aġġustament jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat f’livell aktar baxx tal-ġerarkija fil-valur ġust.

(c) meta jitkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju tal-entità stess permezz tal-prezz kwotat għall-oġġett identiku innegozjat bħala assi f’suq attiv u dak il-prezz jeħtieġ li jkun aġġustat għal fatturi speċifiċi għall-oġġett jew għall-assi (ara l-paragrafu 39). Jekk ma jkunx meħtieġ aġġustament tal-prezz kwotat tal-assi, ir-riżultat ikun kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 1 tal-ġerarkija tal-valur ġust. Madankollu, kwalunkwe aġġustament tal-prezz kwotat tal-assi jirriżulta f’kejl tal-valur ġust f’livell aktar baxx fil-ġerarkija tal-valur ġust.

80 Jekk entità żżomm pożizzjoni f’assi jew obbligazzjoni unika (inkluża pożizzjoni li tinkludi numru kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet identiċi, bħall-pussess ta’ strumenti finanzjarji) u l-assi jew l-obbligazzjoni tiġi nnegozjata f’suq attiv, il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni għandu jitkejjel fil-Livell 1 bħala l-prodott tal-prezz kwotat għall-assi jew għall-obbligazzjoni individwali u l-kwantità miżmuma mill-entità. Dan ikun il-każ anki jekk il-volum ta’ negozju normali ta’ kuljum ta’ suq ma jkunx biżżejjed sabiex jassorbi l-kwantità miżmuma u t-tqegħid ta’ ordnijiet għall-bejgħ tal-pożizzjoni fi tranżazzjoni waħda jista’ jaffettwa l-prezz kwotat.

Inputs tal-Livell 2

81 Inputs tal-Livell 2 huma inputs minbarra prezzijiet kwotati inklużi fil-Livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni, kemm direttament kif ukoll b’mod indirett.

82 Jekk l-assi jew l-obbligazzjoni jkollha terminu speċifiku (kuntrattwali), input tal-Livell 2 għandu jkun osservabbli għal sostanzjalment it-terminu sħiħ tal-assi jew tal-obbligazzjoni. Inputs tal-Livell 2 jinkludu dawn li ġejjin:

(a) prezzijiet kwotati għal assi jew obbligazzjonijiet simili fi swieq attivi.

(b) prezzijiet kwotati għal assi jew obbligazzjonijiet simili jew identiċi fi swieq li ma jkunux attivi.

(c) inputs minbarra prezzijiet kwotati li jkunu osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni, pereżempju:

(i) rati tal-imgħax u kurvi tar-rendita (l-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax) osservabbli f’intervalli kkwotati komunament;

(ii) volatilitajiet impliċiti; u

(iii) firxiet tal-kreditu.

(d) inputs ikkorroborati mis-suq.

83 L-aġġustamenti tal-inputs tal-Livell 2 ivarjaw skont il-fatturi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Dawk il-fatturi jinkludu dawn:

(a) il-kundizzjoni jew il-post tal-assi;

(b) il-punt safejn l-inputs jirrelataw mal-entrati ta’ partita li jkunu komparabbli mal-assi jew mal-obbligazzjoni (inklużi dawk il-fatturi deskritti fil-paragrafu 39); u

(c) il-volum jew il-livell ta’ attività fis-swieq li fihom jiġu osservati l-inputs.

84 Aġġustament ta’ input tal-Livell 2 li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ jista’ jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust jekk l-aġġustament juża inputs mhux osservabbli sinifikanti.

85 Il-paragrafu B35 jiddeskrivi l-użu ta’ inputs tal-Livell 2 għal assi u obbligazzjonijiet partikolari.

Inputs tal-Livell 3

86 Inputs tal-Livell 3 huma inputs mhux osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

87 L-inputs mhux osservabbli għandhom jintużaw sabiex jitkejjel il-valur ġust fejn l-inputs osservabbli rilevanti ma jkunux disponibbli, biex b’hekk jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ftit, jew m’hemm l-ebda attività fis-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni fid-data tal-kejl. Madankollu, l-għan tal-kejl tal-valur ġust jibqa’ l-istess, jiġifieri prezz tal-ħruġ fid-data tal-kejl mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jżomm l-assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni. Għaldaqstant, inputs mhux osservabbli għandhom jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju.

88 Is-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju jinkludu r-riskju inerenti f’teknika ta’ valwazzjoni partikolari użata sabiex jitkejjel il-valur ġust (bħal mudell tal-ipprezzar) u r-riskju inerenti fl-inputs għat-teknika ta’ valwazzjoni. Kejl li ma jinkludix aġġustament għar-riskju ma jirrappreżentax kejl tal-valur ġust jekk il-parteċipanti fis-suq jinkludu wieħed meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li jkun inkluż aġġustament tar-riskju meta jkun hemm inċertezza konsiderevoli tal-kejl (eż. meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew il-livell ta’ attività meta mqabbla mal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jew assi jew obbligazzjonijiet simili, u l-entità tkun stabiliet li l-prezz tat-tranżazzjoni jew il-prezz kwotat ma jirrappreżentax il-valur ġust, kif deskritt fil-paragrafi B37–B47).

89 Entità għandha tiżviluppa inputs mhux osservabbli billi tuża l-aħjar informazzjoni disponibbli fiċ-ċirkostanzi, li tista’ tinkludi d-dejta tal-entità stess. Fl-iżvilupp ta’ inputs mhux osservabbli, entità tista’ tibda bid-dejta tagħha stess, iżda għandha taġġusta dik id-dejta jekk informazzjoni raġonevolment disponibbli tindika li parteċipanti oħrajn fis-suq jużaw dejta differenti jew jekk ikun hemm xi ħaġa speċifika għall-entità li ma tkunx disponibbli għal parteċipanti oħrajn fis-suq (eż. sinerġija speċifika għall-entità). Entità m’għandhiex għalfejn tagħmel sforzi eżawrjenti sabiex tikseb informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq. Madankollu, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha dwar is-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq li jkunu raġonevolment disponibbli. Inputs mhux osservabbli żviluppati fil-mod deskritt hawn fuq ikunu kkunsidrati suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq u jilħqu l-għan ta’ kejl tal-valur ġust.

90 Il-paragrafu B36 jiddeskrivi l-użu ta’ inputs tal-Livell 3 għal assi u obbligazzjonijiet partikolari.

DIVULGAZZJONI

91   Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tgħin lil dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jivvalutaw dawn li ġejjin:

(a)  fil-każ ta’ assi u obbligazzjonijiet li jitkejlu skont il-valur ġust fuq bażi rikorrenti jew bażi nonrikorrenti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja wara r-rikonoxximent inizjali, it-tekniki ta’ valwazzjoni u l-inputs użati għall-iżvilupp ta’ dak il-kejl.

(b)  fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti permezz ta’ inputs mhux osservabbli sinifikanti (Livell 3), l-effett tal-kejl fuq il-profitt jew it-telf jew introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu.

92 Biex tilħaq l-għanijiet fil-paragrafu 91, entità għandha tikkunsidra dan kollu li ġej:

(a) il-livell tad-dettall meħtieġ sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni;

(b) kemm għandha tagħmel enfasi fuq kull wieħed mir-rekwiżiti diversi;

(c) kemm għandha tagħmel aggregazzjoni jew diżaggregazzjoni; u

(d) jekk dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji jeħtieġux aktar informazzjoni sabiex jevalwaw l-informazzjoni kwantitattiva divulgata.

Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti skont dan l-IFRS u IFRS oħrajn ma jkunux suffiċjenti sabiex tilħaq l-għanijiet tal-paragrafu 91, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tilħaq dawk l-għanijiet.

93 Sabiex tilħaq l-għanijiet tal-paragrafu 91, entità għandha tiddivulga, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja għal kull klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet (ara l-paragrafu 94 għal informazzjoni dwar id-determinazzjoni ta’ klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet) imkejla skont il-valur ġust (inkluż kejl ibbażat fuq il-valur ġust fl-ambitu ta’ dan l-IFRS) fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja wara r-rikonoxximent inizjali:

(a) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti, il-kejl tal-valur ġust fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, u fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust nonrikorrenti, ir-raġunijiet għall-kejl. Kejl tal-valur ġust rikorrenti ta’ assi jew obbligazzjonijiet huwa dak li IFRSs oħrajn jirrikjedu jew jippermettu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar. Kejl tal-valur ġust nonrikorrenti ta’ assi jew obbligazzjonijiet huwa dak li jirrikjedu jew jippermettu IFRS oħrajn fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja f’ċirkostanzi partikolari (eż. meta entità tkejjel assi miżmum għall-bejgħ skont il-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ skont l-IFRS 5 Assi mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx peress li l-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ ikun aktar baxx mill-ammont riportat).

(b) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti, il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih il-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat fl-intier tiegħu (Livell 1, 2 jew 3).

(c) fil-każ ta’ assi u obbligazzjonijiet miżmuma fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar li jkunu mkejla skont il-valur ġust fuq bażi rikorrenti, l-ammonti ta’ kwalunkwe trasferiment bejn il-Livell 1 u l-Livell 2 tal-ġerarkija tal-valur ġust, ir-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti u l-politika tal-entità li tiddetermina meta t-trasferimenti bejn il-livelli jkunu meqjusa li seħħew (ara l-paragrafu 95). It-trasferimenti f’kull livell għandhom ikunu ddivulgati u diskussi b’mod separat mit-trasferimenti barra kull livell.

(d) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti kkategorizzat fil-Livell 2 u fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tat-teknika/tekniki ta’ valwazzjoni u l-inputs użati fil-kejl tal-valur ġust. Jekk ikun hemm bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni (eż. bidla minn approċċ tas-suq għal approċċ tal-introjtu jew l-użu ta’ teknika ta’ valwazzjoni addizzjonali), l-entità għandha tiddivulga dik il-bidla u r-raġuni(jiet) għaliha. Fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, entità għandha tipprovdi informazzjoni kwantitattiva dwar l-inputs mhux osservabbli sinifikanti użati fil-kejl tal-valur ġust. Entità ma tkunx meħtieġa toħloq informazzjoni kwantitattiva sabiex tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni jekk inputs mhux osservabbli kwantitattivi ma jkunux żviluppati mill-entità meta tkejjel il-valur ġust (eż. meta entità tuża prezzijiet minn tranżazzjonijiet preċedenti jew informazzjoni dwar l-ipprezzar ta’ parti terza mingħajr aġġustament). Madankollu, meta tipprovdi din id-divulgazzjoni entità ma tistax tinjora inputs mhux osservabbli kwantitattivi li jkunu sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust u ikunu raġonevolment disponibbli għall-entità.

(e) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, tqabbil mill-bilanċi tal-ftuħ għall-bilanċi tal-għeluq, filwaqt li tiddikjara b’mod separat il-bidliet matul il-perjodu attribwibbli għal dan li ġej:

(i) qligħ jew telf totali għall-perjodu rikonoxxut fil-profitt jew it-telf, u l-entrata/i ta’ partita fil-profitt jew it-telf li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew it-telf.

(ii) qligħ jew telf totali għall-perjodu rikonoxxut fi introjtu ieħor komprensiv, u l-entrata/i ta’ partita fi introjtu ieħor komprensiv li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew it-telf.

(iii) xirijiet, bejgħat, emissjonijiet u saldi(kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ bidliet iddivulgati b’mod separat).

(iv) l-ammonti ta’ kwalunkwe trasferiment fi jew mil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, ir-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti u l-politika tal-entità li tiddetermina meta t-trasferimenti bejn il-livelli jitqiesu li seħħew (ara l-paragrafu 95). It-trasferimenti fil-Livell 3 għandhom ikunu ddivulgati u diskussi b’mod separat mit-trasferimenti barra l-Livelli 3.

(f) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, l-ammont tal-qligħ jew telf totali għall-perjodu f’(e)(i) inkluż fil-profitt u t-telf li jkun attribwibbli għall-bidla fi qligħ jew telf mhux realizzat relatat ma’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet miżmuma fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, u l-entrata/i ta’ partita fil-profitt jew it-telf li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew it-telf mhux realizzat.

(g) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tal-proċessi ta’ valwazzjoni użati mill-entità (inkluż, pereżempju, kif entità tiddeċiedi l-politiki u l-proċeduri ta’ valwazzjoni u tanalizza l-bidliet fil-kejl tal-valur ġust minn perjodu għal ieħor).

(h) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust:

(i) għall-kejl kollu bħal dan, deskrizzjoni narrativa tas-sensittività tal-kejl tal-valur ġust għal bidliet f’inputs mhux osservabbli jekk bidla f’dawk l-inputs għal ammont differenti tista’ tirriżulta f’kejl tal-valur ġust notevolment ogħla jew aktar baxx. Jekk ikun hemm interrelazzjonijiet bejn dawk l-inputs u inputs oħrajn mhux osservabbli użati fil-kejl tal-valur ġust, entità għandha tipprovdi ukoll deskrizzjoni ta’ dawk l-interrelazzjonijiet u ta’ kif jistgħu jkabbru jew itaffu l-effett tal-bidliet fl-inputs mhux osservabbli fuq il-kejl tal-valur ġust. Biex tikkonforma mar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni, id-deskrizzjoni narrativa tas-sensittività għal bidliet f’inputs mhux osservabbli għandha tinkludi, mill-inqas, l-inputs mhux osservabbli ddivulgati f’konformità ma’ (d).

(ii) fil-każ ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, jekk it-tibdil ta’ xi wieħed jew aktar mill-inputs mhux osservabbli sabiex jirrifletti suppożizzjonijiet alternattivi raġonevolment possibbli jibdel il-valur ġust b’mod sinifikanti, entità għandha tiddikjara dak il-fatt u tiddivulga l-effett ta’ dawk il-bidliet. L-entità għandha tiddivulga kif ikun ġie kkalkulat l-effett ta’ bidla sabiex tirrifletti suppożizzjoni alternattiva raġonevolment possibbli. Għal dak il-għan, is-sinifikat għandu jkun iġġudikat fir-rigward tal-profitt u t-telf, u tal-assi totali jew tal-obbligazzjonijiet totali, jew, meta l-bidliet skont il-valur ġust ikunu rikonoxxuti fi introjtu ieħor komprensiv, l-ekwità totali.

(i) fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti, jekk l-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jvarja mill-użu kurrenti tiegħu, entità għandha tiddivulga dak il-fatt u għaliex l-assi mhux finanzjarju qed jintuża b’mod differenti mill-ogħla u l-aħjar użu tiegħu.

94 Entità għandha tiddetermina klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet fuq il-bażi ta’ dan li ġej:

(a) in-natura, il-karatteristiċi u r-riskji tal-assi jew tal-obbligazzjoni; u

(b) il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih ikun ikkategorizzat il-kejl tal-valur ġust.

Jista’ jkun meħtieġ li n-numru tal-klassijiet ikun akbar għal kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust minħabba li dak il-kejl ikollu grad ogħla ta’ inċertezza u soġġettività. Id-determinazzjoni ta’ klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet li għalihom għandhom jiġu pprovduti divulgazzjonijiet dwar il-kejl tal-valur ġust teħtieġ ġudizzju għaqli. Klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet spiss tkun teħtieġ diżaggregazzjoni akbar mill-entrati ta’ partita ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Madankollu, entità għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti sabiex tkun tista’ ssir rikonċiljazzjoni mal-entrati ta’ partita ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Jekk IFRS jispeċifika l-klassi għal assi jew obbligazzjoni, entità tista’ tuża dik il-klassi meta tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa f’dan l-IFRS jekk dik il-klassi tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

95 Entità għandha tiddivulga u ssegwi b’mod konsistenti l-politika tagħha għad-determinazzjoni ta’ meta t-trasferimenti bejn il-livelli tal-ġerarkija tal-valur ġust ikunu meqjusa li seħħew skont il-paragrafu 93(c) u (e)(iv). Il-politika dwar il-ħin tar-rikonoxximent tat-trasferimenti għandha tkun l-istess għat-trasferimenti fil-livelli kif ukoll għat-trasferimenti mil-livelli. Eżempji ta’ politiki għad-determinazzjoni tal-ħin tat-trasferimenti jinkludu dawn li ġejjin:

(a) id-data tal-avveniment jew il-bidla fiċ-ċirkostanzi li kkawżaw it-trasferiment.

(b) il-bidu tal-perjodu tar-rapportar.

(c) it-tmiem tal-perjodu tar-rapportar.

96 Jekk tieħu deċiżjoni dwar politika kontabilistika li tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

97 Għal kull klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet mhux imkejla skont il-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja iżda li għaliha jkun iddivulgat il-valur ġust, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 93(b), (d) u (i). Madankollu, entità ma tkunx meħtieġa li tipprovdi divulgazzjonijiet kwantitattivi dwar inputs mhux osservabbli sinifikanti użati fil-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust mitlub mill-paragrafu 93(d). Għal assi u obbligazzjonijiet bħal dawn, entità m’għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet l-oħrajn mitluba minn dan l-IFRS.

98 Fil-każ ta’ obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust u maħruġa b’titjib fil-kreditu ta’ parti terza mhux separabbli, emittent għandu jiddivulga l-eżistenza ta’ dak it-titjib fil-kreditu u jekk huwiex rifless fil-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni.

99 Entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet kwantitattivi mitluba minn dan l-IFRS f’format tabulari sakemm ma jkunx adatt format ieħor.




Appendiċi A

Termini definiti

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

suq attiv

Suq li fih iseħħu t-tranżazzjonijiet għall-assi jew għall-obbligazzjoni bi frekwenza u volum suffiċjenti li jipprovdu informazzjoni dwar l-ipprezzar fuq bażi kontinwa.

approċċ tal-kost

Teknika ta’ valwazzjoni li tirrifletti l-ammont li jkun meħtieġ fil-preżent sabiex jissostitwixxi l-kapaċità tas-servizz ta’ assi (spiss magħruf bħala l-kost kurrenti ta’ sostituzzjoni).

prezz tad-dħul

Il-prezz imħallas sabiex jinkiseb assi jew riċevut biex wieħed jieħu fuqu obbligazzjoni fi tranżazzjoni ta’ skambju.

prezz tal-ħruġ

Il-prezz li jkun riċevut biex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni.

fluss ta’ flus mistenni

Il-medja ppiżata għall-probabilità (jiġifieri l-medja tad-distribuzzjoni) ta’ flussi futuri possibbli ta’ flus.

valur ġust

Il-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

l-ogħla u l-aħjar użu

L-użu ta’ assi mhux finanzjarju minn parteċipanti fis-suq li jimmassimizza l-valur tal-assi jew il-grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet (eż. negozju) li fih jintuża l-assi.

approċċ tal-introjtu

Tekniki ta’ valwazzjoni li jikkonvertu ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew introjtu u spejjeż) f’ammont wieħed kurrenti (jiġifieri skontat). Il-kejl tal-valur ġust ikun iddeterminat fuq il-bażi tal-valur indikat minn aspettattivi kurrenti tas-suq dwar dawk l-ammonti futuri.

inputs

Is-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal- obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju, bħal dawn li ġejjin:

(a) ir-riskju inerenti f’teknika ta’ valwazzjoni partikolari użata sabiex jitkejjel il-valur ġust (bħal mudell tal-ipprezzar); u

(b) ir-riskju inerenti fl-inputs għat-teknika ta’ valwazzjoni.

L-inputs jistgħu jkunu osservabbli jew mhux osservabbli.

Inputs tal-Livell 1

Prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi li l-entità tista’ taċċessa fid-data tal-kejl.

Inputs tal-Livell 2

Inputs li ma jkunux prezzijiet kwotati inklużi fil-Livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi jew l- obbligazzjoni, kemm direttament jew indirettament.

Inputs tal-Livell 3

Inputs mhux osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

l-approċċ tas-suq

Teknika ta’ valwazzjoni li tuża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerata minn tranżazzjonijiet tas-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet identiċi jew komparabbli (jiġifieri simili), bħal negozju.

inputs ikkorroborati mis-suq

Inputs li ġejjin prinċipalment jew li jkunu kkorroborati minn dejta tas-suq osservabbli b'korrelazzjoni jew mezzi oħrajn.

parteċipanti fis-suq

Xerrejja jew bejjiegħa fis-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni li għandhom il-karatteristiċi ġodda li ġejjin:

(a) Dawn ikunu indipendenti minn xulxin, jiġifieri ma jkunux partijiet relatati kif iddefiniti fl- IAS 24, għalkemm il-prezz fi tranżazzjoni ma’ parti relatata jista’ jintuża bħala input għal kejl tal-valur ġust jekk l-entità jkollha evidenza li t-tranżazzjoni tkun saret skont it-termini tas-suq.

(b) Dawn ikunu informati, u jkollhom fehim raġonevoli dwar l-assi jew l-obbligazzjoni u t-tranżazzjoni permezz bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż informazzjoni li tista’ tinkiseb permezz ta’ sforzi ta’ diliġenza dovuta li jkunu normali u tas-soltu.

(c) Ikunu kapaċi jidħlu fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

(d) Ikunu lesti li jidħlu fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jiġifieri jkunu mmotivati iżda mhux sfurzati jew imġiegħla mod ieħor sabiex jagħmlu hekk.

l-aktar suq vantaġġuż

Is-suq li jimmassimizza l-ammont li jkun riċevut sabiex jinbiegħ l-assi jew li jnaqqas l-ammont li jitħallas mat-trasferiment tal-obbligazzjoni, wara li jiġu kkunsidrati l-kostijiet tat-tranżazzjoni u l-kostijiet tat-trasport.

riskju ta’ nonprestazzjoni

Ir-riskju li entità ma twettaqx obbligu. Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jinkludi, iżda mhux bilfors ikun limitat għar-riskju tal-kreditu tal-entità stess.

inputs osservabbli

Inputs li jiġu żviluppati permezz ta’ dejta tas-suq, bħal informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar avvenimenti jew tranżazzjonijiet attwali, u li jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l- parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

tranżazzjoni ordinata

Tranżazzjoni li tassumi skopertura għas-suq għal perjodu qabel id-data tal-kejl sabiex tikkunsidra attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu normali u tas-soltu għal tranżazzjonijiet li jinvolvu assi jew obbligazzjonijiet bħal dawn; ma tkunx tranżazzjoni furzata (eż. likwidazzjoni furzata jew bejgħ għall-bżonn).

suq primarju

Is-suq bl-akbar volum u livell ta’ attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

primjum tar-riskju

Kumpens imfittex minn parteċipanti fis-suq avversi għar-riskju biex ikopri l-inċertezza inerenti fil-flussi tal-flus ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni. Magħruf ukoll bħala “aġġustament tar-riskju”.

kostijiet tat-tranżazzjoni

Il-kostijiet biex tbigħ assi jew tittrasferixxi obbligazzjoni fis-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni li jkunu attribwibbli l-aktar għad-disponiment tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni u li jissodisfaw dawn iż-żewġ kriterji:

(a) Ikunu riżultat dirett ta’ u jkunu essenzjali għal dik it-tranżazzjoni.

(b) L-entità ma kinitx iġġarrabhom kieku ma tteħditx id-deċiżjoni li tbigħ l-assi jew titrasferixxi l-obbligazzjoni (simili għall-kostijiet biex tbigħ, kif iddefiniti fl-IFRS 5).

spejjeż tat-trasport

Il-kostijiet li jkollhom isiru għat-trasport ta’ assi mill-post kurrenti tiegħu għas-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) tiegħu.

unità tal-kont

Il-livell li fih assi jew obbligazzjoni jiġi aggregat jew diżaggregat f’IFRS għal finijiet ta’ rikonoxximent.

inputs mhux osservabbli

Inputs li għalihom ma jkunx hemm dejta tas-suq disponibbli u li jkunu żviluppati permezz tal-aħjar informazzjoni disponibbli dwar is-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.




Appendiċi B

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Huwa jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–99 u għandu l-istess awtorità bħal partijiet oħrajn tal-IFRS.

B1 Il-ġudizzji għaqlin applikati f’sitwazzjonijiet differenti ta’ valwazzjoni jistgħu jkunu differenti. Dan l-appendiċi jiddeskrivi l-ġudizzji għaqlin li jistgħu japplikaw meta entità tkejjel il-valur ġust f’sitwazzjonijiet differenti ta’ valwazzjoni.

L-APPROĊĊ TAL-KEJL TAL-VALUR ĠUST

B2 L-għan ta’ kejl tal-valur ġust huwa l-istima tal-prezz li fih isseħħ tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi jew għat-tranżazzjoni tal-obbligazzjoni bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Kejl tal-valur ġust jeħtieġ li entità tiddetermina dawn kollha li ġejjin:

(a) l-assi jew l-obbligazzjoni partikolari li tkun s-suġġett tal-kejl (b’mod konsistenti mal-unità tal-kont tiegħu).

(b) fil-każ ta’ assi mhux finanzjarju, il-premessa ta’ valwazzjoni li tkun xierqa għall-kejl (b’mod konsistenti mal-ogħla u l-aħjar użu tiegħu).

(c) is-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

(d) it-teknika/i ta’ valwazzjoni xierqa għall-kejl, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-disponibilità tad-dejta li permezz tagħha jiġu żviluppati inputs li jirrappreżentaw is-suppożizzjonijiet li jużaw parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni u l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih ikunu kkategorizzati l-inputs.

PREMESSA TA’ VALWAZZJONI GĦAL ASSI MHUX FINANZJARJI (IL-PARAGRAFI 31–33)

B3 Meta l-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju użat flimkien ma’ assi oħrajn bħala grupp (kif stallat jew ikkonfigurat mod ieħor għall-użu) jew flimkien ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn (eż. negozju), l-effett tal-premessa ta’ valwazzjoni jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi. Pereżempju:

(a) il-valur ġust tal-assi jista’ jkun l-istess kemm jekk l-assi jintuża fuq bażi awtonoma kif ukoll ikkumbinat ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jkun negozju li l-parteċipanti fis-suq ikomplu joperaw. F’dak il-każ, it-tranżazzjoni tinvolvi l-valwazzjoni tan-negozju fl-intier tiegħu. L-użu tal-assi bħala grupp f’negozju kontinwu jiġġenera sinerġiji li jkunu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq (jiġifieri sinerġiji tal- parteċipanti fis-suq li, għalhekk, għandhom jaffettwaw il-valur ġust tal-assi kemm fuq bażi awtonoma kif ukoll ikkumbinat ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra).

(b) l-użu ta’ assi f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra jista’ jkun inkorporat fil-kejl tal-valur ġust permezz ta’ aġġustamenti fil-valur tal-assi użat fuq bażi awtonoma. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jkun magna u l-kejl tal-valur ġust jiġi ddeterminat permezz ta’ prezz osservat għal makkinarju simili (mhux stallat jew ikkonfigurat mod ieħor għall-użu), aġġustat għall-kostijiet tat-trasport u tal-istallazzjoni b’mod li l-kejl tal-valur ġust jirrifletti l-kundizzjoni u l-post kurrenti tal-makkinarju (stallat u kkonfigurat għall-użu).

(c) l-użu ta’ assi f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra jista’ jkun inkorporat fil-kejl tal-valur ġust permezz tas-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq użati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi. Pereżempju, jekk l-assi jkun inventarju ta’ xogħol fl-idejn uniku u l-parteċipanti fis-suq jikkonvertu l-inventarju fi prodotti lesti, il-valur ġust tal-inventarju jassumi li l-parteċipanti fis-suq kisbu jew jiksbu kwalunkwe makkinarju speċjalizzat meħtieġ sabiex jikkonvertu l-inventarju fi oġġetti lesti.

(d) l-użu ta’ assi f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra jista’ jkun inkorporat fit-teknika ta’ valwazzjoni użata għall-kejl tal-valur ġust tal-assi. Dan jista’ jkun il-każ meta jintuża l-metodu ta’ qligħ żejjed fuq għadd ta’ perjodi għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli peress li dik it-teknika ta’ valwazzjoni tikkunsidra b’mod speċifiku l-kontribut ta’ kwalunkwe assi komplimentari u l-obbligazzjonijiet assoċjati fil-grupp li fih jintuża assi intanġibbli bħal dan.

(e) f’sitwazzjonijiet aktar limitati, meta entità tuża assi fi grupp ta’ assi, l-entità tkun tista' tkejjel l-assi f’ammont li japprossimizza il-valur ġust tiegħu meta jiġi allokat il-valur ġust tal-grupp ta’ assi mal-assi individwali tal-grupp. Dan jista’ jkun il-każ jekk il-valwazzjoni tinvolvi proprjetà immobbli u l-valur ġust ta’ proprjetà mtejba (jiġifieri grupp ta’ assi) jiġi allokat għall-assi komponenti tagħha (bħal art u sistemazzjonijiet).

VALUR ĠUST FIR-RIKONOXXIMENT INIZJALI (IL-PARAGRAFI 57–60)

B4 Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali huwiex ugwali għall-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tikkunsidra fatturi speċifiċi għat-tranżazzjoni u għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Pereżempju, il-prezz tat-tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni fir-rikonoxximent inizjali jekk teżisti xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) It-tranżazzjoni tkun bejn partijiet relatati, għalkemm il-prezz fi tranżazzjoni ma’ parti relatata jista’ jintuża bħala input f’kejl tal-valur ġust jekk l-entità jkollha evidenza li t-tranżazzjoni saret skont it-termini tas-suq.

(b) It-tranżazzjoni sseħħ taħt pressjoni jew il-bejjiegħ ikollu jaċċetta l-prezz fit-tranżazzjoni. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk il-bejjiegħ ikun f’diffikultà finanzjarja.

(c) L-unità tal-kont rappreżentata mill-prezz tat-tranżazzjoni tkun differenti mill-unità tal-kont għall-assi jew l-obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jew l-obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust tkun biss wieħed mill-elementi fit-tranżazzjoni (eż. f’kombinament ta’ negozju), it-tranżazzjoni tinkludi drittijiet u privileġġi mhux dikjarati li jitkejlu b’mod separat skont IFRS ieħor, jew il-prezz tat-tranżazzjoni jinkludi l-kostijiet tat-tranżazzjoni.

(d) Is-suq li fih isseħħ it-tranżazzjoni jkun differenti mis-suq primarju (jew l-aktar suq vantaġġuż). Pereżempju, dawk is-swieq jistgħu jkunu differenti jekk l-entità tkun negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet ma’ klijenti fis-suq tal-konsumaturi, iżda s-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għat-tranżazzjoni ta’ ħruġ ikun ma’ negozjanti oħrajn fis-suq tan-negozjanti.

TEKNIKI TA’ VALWAZZJONI (IL-PARAGRAFI 61–66)

L-approċċ tas-suq

B5 L-approċċ tas-suq juża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerata minn tranżazzjonijiet fis-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet identiċi jew komparabbli (jiġifieri simili), bħal negozju.

B6 Pereżempju, tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq spiss jużaw multipli tas-suq derivati minn sett ta’ prodotti simili. Il-multipli jistgħu jkunu f’firxiet b’multiplu differenti għal kull prodott simili. L-għażla tal-multiplu xieraq mill-medda jeħtieġ ġudizzju għaqli, billi jikkunsidra l-fatturi kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi għall-kejl.

B7 It-tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq jinkludu l-ipprezzar matriċi. L-ipprezzar matriċi huwa teknika matematika użata l-aktar għall-valutazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ strumenti finanzjarji, bħal titoli ta’ self, mingħajr ma tistrieħ esklussivament fuq prezzijiet kwotati għat-titoli speċifiċi, iżda tistrieħ pjuttost fuq ir-relazzjoni tat-titoli ma’ titoli kkwotati ppreferuti.

L-approċċ tal-kost

B8 L-approċċ tal-kost jirrifletti l-ammont li jkun meħtieġ attwalment għas-sostituzzjoni tal-kapaċità tas-servizz ta’ assi (spiss imsejjaħ kost kurrenti ta’ sostituzzjoni).

B9 Mill-perspettiva ta’ bejjiegħ parteċipant fis-suq, il-prezz li jkun riċevut għall-assi jkun ibbażat fuq il-kost ta’ xerrej parteċipant fis-suq sabiex jikseb jew jibni assi sostitut ta’ utilità komparabbli, aġġustata għall-ħruġ mill-użu. Dan għaliex xerrej parteċipant fis-suq ma jħallasx aktar għal assi mill-ammont li bih ikun jista’ jissostitwixxi l-kapaċità ta’ servizz ta’ dak l-assi. Il-ħruġ mill-użu jinkludi d-deterjorament fiżiku, il-ħruġ mill-użu funzjonali (teknoloġiku) u ħruġ mill-użu ekonomiku (estern) u jkun usa’ mid-deprezzament għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju (allokazzjoni ta’ kost storiku) jew finijiet ta’ taxxa (bl-użu ta’ ħajjiet ta’ servizz speċifiċi). F’bosta każijiet il-kost kurrenti ta’ sostituzzjoni jintuża għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi tanġibbli li jintużaw f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn.

L-approċċ tal-introjtu

B10 L-approċċ tal-introjtu jikkonverti ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew introjtu u spejjeż) f’ammont wieħed kurrenti (jiġifieri skontat). Meta jintuża l-approċċ tal-introjtu, il-kejl tal-valur ġust jirrifletti aspettativi tas-suq kurrenti dwar dawk l-ammonti futuri.

B11 Dawk it-tekniki ta’ valwazzjoni jinkludu, pereżempju, dan li ġej:

(a) tekniki ta’ valur preżenti (ara l-paragrafi B12–B30);

(b) mudelli tal-ipprezzar tal-opzjoni, bħall-Formula Black-Scholes-Merton jew mudell binomju (jiġifieri mudell kannizzata), li jinkorporaw tekniki ta’ valwazzjoni preżenti u jirriflettu kemm il-valur tal-ħin u l-valur intrinsiku ta’ opzjoni; u

(c) il-metodu ta’ qligħ fuq għadd ta’ perjodi, li jintuża għall-kejl tal-valur ġust ta’ xi assi intanġibbli.

Tekniki ta’ valur preżenti

B12 Il-paragrafi B13–B30 jiddeskrivu l-użu ta’ tekniki ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust. Dawk il-paragrafi jiffukaw fuq teknika ta’ aġġustament ta’ rata ta’ skont u teknika ta’ fluss ta’ flus mistenni (valur preżenti mistenni). Dawk il-paragrafi la jippreskrivu l-użu ta’ teknika ta’ valur preżenti speċifika waħda u lanqas jillimitaw l-użu ta’ tekniki ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust għat-tekniki diskussi. It-teknika tal-valur preżenti użata għall-kejl tal-valur ġust tiddependi fuq fatti u ċirkostanzi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni li tkun qiegħda titkejjel (eż. jekk jistgħux ikunu osservati prezzijiet fis-suq għal assi jew għal obbligazzjonijiet komparabbli) u d-disponibilità ta’ dejta suffiċjenti.

Il-komponenti ta’ kejl tal-valur ġust

B13 Il-valur preżenti (jiġifieri applikazzjoni tal-approċċ tal-introjtu) huwa għodda użata sabiex torbot ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew valuri) ma’ ammont preżenti permezz ta’ rata ta’ skont. Kejl tal-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni permezz ta’ teknika tal-valur preżenti jinkludi dawn l-elementi kollha li ġejjin mill-perspettiva tal-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl:

(a) stima ta’ flussi ta’ flus futuri għall-assi jew għall-obbligazzjoni li tkun qiegħda titkejjel.

(b) aspettativi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont u l-ħin tal-flussi tal-flus li jirrappreżentaw l-inċertezza inerenti fil-flussi tal-flus.

(c) il-valur tal-ħin tal-flus, irrappreżentat mir-rata fuq assi monetarji ħielsa mir-riskju, li jkollhom dati jew durati ta’ maturità li jikkoinċidu mal-perjodu kopert mill-flussi tal-flus u ma joħolqux la inċertezza fl-għażla taż-żmien u lanqas riskju ta’ inadempjenza għad-detentur (jiġifieri rata ta’ mgħax mingħajr riskju).

(d) il-prezz għat-tiġrib tal-inċertezza inerenti fil-flussi tal-flus (primjum tar-riskju).

(e) fatturi oħrajn li jikkunsidraw il-parteċipanti fis-suq fiċ-ċirkostanzi.

(f) fil-każ ta’ obbligazzjoni, ir-riskju ta’ nonprestazzjoni relatat ma’ dik l-obbligazzjoni, inkluż ir-riskju tal-kreditu proprju tal-entità (jiġifieri tal-obbligatur).

B14 It-tekniki tal-valur preżenti jvarjaw fil-mod kif jinkludu l-elementi fil-paragrafu B13. Madankollu, il-prinċipji kollha ġenerali li ġejjin jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe teknika ta’ valur preżenti użata għall-kejl tal-valur ġust:

(a) Il-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont għandhom jirriflettu s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq sabiex jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

(b) Il-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont għandhom jikkunsidraw biss il-fatturi attribwibbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni li qiegħda titkejjel.

(c) Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju jew li jitħallew barra l-effetti tal-fatturi ta’ riskju, ir-rati ta’ skont għandhom jirriflettu suppożizzjonijiet li jkunu konsistenti ma’ dawk inerenti fil-flussi ta’ flus. Pereżempju, rata ta’ skont li tirrifletti l-inċertezza f’aspettativi dwar fallimenti futuri tkun xierqa jekk ikunu qegħdin jintużaw flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ self (jiġifieri teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont). Dik l-istess rata m’għandhiex tintuża jekk ikunu qegħdin jintużaw flussi ta’ flus mistennija (jiġifieri ppiżati għall-probabilità) (jiġifieri teknika ta’ valur preżenti mistenni) minħabba li l-flussi ta’ flus mistennija diġà jirriflettu suppożizzjonijiet dwar l-inċertezza f’fallimenti futuri; minflok, għandha tintuża rata ta’ skont li tkun proporzjonata mar-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus mistennija.

(d) Is-suppożizzjonijiet dwar il-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont għandhom ikunu internament konsistenti. Pereżempju, flussi ta’ flus nominali, li jinkludu l-effett tal-inflazzjoni, għandhom ikunu skontati f’rata li tinkludi l-effett tal-inflazzjoni. Ir-rata ta’ mgħax nominali ħielsa mir-riskju tinkludi l-effett tal-inflazzjoni. Il-flussi ta’ flus reali, li jeskludu l-effett tal-inflazzjoni, għandhom ikunu skontati f’rata li teskludi l-effett tal-inflazzjoni. Bl-istess mod, flussi ta’ flus ta’ wara t-taxxa għandhom ikunu skontati b’rata ta’ skont ta’ wara t-taxxa. Il-flussi ta’ flus ta’ qabel it-taxxa għandhom ikunu skontati b’rata konsistenti ma’ dawk il-flussi ta’ flus.

(e) Ir-rati ta’ skont għandhom ikunu konsistenti mal-fatturi ekonomiċi sottostanti tal-munita li fiha tkun iddenominati l-flussi ta’ flus.

B15 Kejl tal-valur ġust permezz ta’ tekniki ta’ valur preżenti jsir taħt kundizzjonijiet ta’ inċertezza peress li l-flussi ta’ flus użati huma stimi minflok ammonti magħrufa. F’bosta każijiet kemm l-ammont kif ukoll l-għażla taż-żmien tal-flussi tal-flus ikunu inċerti. Anki ammonti ffissati b’kuntratt, bħall-ħlasijiet fuq self, ikunu inċerti jekk ikun hemm riskju ta’ falliment.

B16 Il-parteċipanti fis-suq ġeneralment ifittxu kumpens (jiġifieri primjum tar-riskju) talli jassumu l-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni. Kejl tal-valur ġust għandu jinkludi primjum tar-riskju li jirrifletti l-ammont li l-parteċipanti fis-suq jitolbu bħala kumpens għall-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus. Inkella, l-kejl ma jkunx jirrappreżenta realment il-valur ġust. F’ċerti każijiet id-determinazzjoni ta’ primjum xieraq fuq ir-riskju tista’ tkun diffiċli. Madankollu, il-grad ta’ diffikultà waħdu mhuwiex raġuni biżżejjed sabiex wieħed jeskludi primjum tar-riskju.

B17 It-tekniki tal-valur preżenti jvarjaw fil-mod li bih jaġġustaw għar-riskju u fit-tip ta’ flussi ta’ flus li jużaw. Pereżempju:

(a) It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont (ara l-paragrafi B18–B22) tuża rata ta’ skont aġġustata għar-riskju u l-flussi ta’ flus kuntrattwali, imwiegħda jew l-aktar probabbli.

(b) Il-Metodu 1 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni (ara l-paragrafu B25) juża flussi ta’ fluss mistennija aġġustati għar-riskju u rata mingħajr riskju.

(c) Il-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni (ara l-paragrafu B26) juża flussi ta’ fluss mistennija li ma jkunux aġġustati għar-riskju u rata ta’ skont aġġustata sabiex tinkludi l-primjum tar-riskju li jitolbu l-parteċipanti fis-suq. Din ir-rata tkun differenti mir-rata użata fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont.

B18 It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tuża sett wieħed ta’ flussi ta’ flus mill-medda ta’ ammonti stmati possibbli, kemm flussi ta’ flus kuntrattwali jew imwiegħda (bħal fil-każ ta’ bond) jew l-aktar probabbli. F’kull każ, dawk il-flussi ta’ flus ikunu kkondizzjonati meta jseħħu avvenimenti speċifiċi (eż. il-flussi ta’ flus kuntrattwali jew imwiegħda għal xi bond ikunu kkondizzjonati f’każ li ma jkunx hemm inadempjenza mid-debitur). Ir-rata ta’ skont użata fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tkun idderivata minn rati osservati ta’ redditu għall-assi jew għall-obbligazzjonijiet komparabbli li jiġu nnegozjati fis-suq. Għalhekk, il-flussi ta’ flus kuntrattwali, imwiegħda jew l-aktar probabbli jkunu skontati f’rata tas-suq osservata jew stmata għal flussi ta’ flus kondizzjonati bħal dawn (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq).

B19 It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont teħtieġ analiżi tad-dejta tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjonijiet komparabbli. Il-komparabilità tiġi stabilita billi tiġi kkunsidrata n-natura tal-flussi ta’ flus (eż. jekk il-flussi ta’ flus humiex kuntrattwali jew le u jekk iwieġbux b’mod simili għall-bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi), kif ukoll fatturi oħra (eż. il-qagħda tal-kreditu, il-kollateral, id-durata, pattijiet restrittivi u likwidità). Inkella, jekk assi jew obbligazzjoni waħda komparabbli ma tirriflettix b’mod ġust ir-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus tal-assi jew l-obbligazzjoni mkejla, jista’ jkun possibbli li tinkiseb rata ta’ skont permezz ta’ dejta għal bosta assi jew obbligazzjonijiet komparabbli flimkien mal-kurva tar-rendita mingħajr riskju (jiġifieri permezz ta’ approċċ ta’ akkumulu).

B20 Biex tifhem l-approċċ ta’ akkumulu, assumi li Assi A jkun dritt kuntrattwali li tirċievi UM800 ( 62 ) f’sena (jiġifieri ma jkunx hemm inċertezza dwar l-għażla taż-żmien). Ikun hemm suq stabilit għal assi komparabbli, u l-informazzjoni dwar dawk l-assi, inkluż l-informazzjoni dwar il-prezzijiet, tkun disponibbli. Minn dawk l-assi komparabbli:

(a) Assi B ikun dritt kuntrattwali li tirċievi UM1,200 f’sena u jkollu prezz tas-suq ta’ UM1,083. Għalhekk, ir-rata annwali tar-redditu impliċita (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq għal sena) tkun 10.8 fil-mija [(UM1,200/UM1,083) – 1].

(b) Assi C ikun dritt kuntrattwali li tirċievi UM700 f’sentejn u jkollu prezz tas-suq ta’ UM566. Għalhekk, ir-rata annwali tar-redditu impliċita (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq għal sentejn) tkun 11.2 fil-mija [(UM700/UM566)^0.5 – 1].

(c) It-tliet assi huma komparabbli fir-rigward tar-riskju (jiġifieri d-dispersjoni ta’ ħlasijiet u kreditu possibbli).

B21 Fuq il-bażi tal-għażla taż-żmien tal-pagamenti kuntrattwali li għandhom jintlaqgħu għal Assi A relatati maż-żmien għall-Assi B u għall-Assi C (jiġifieri sena għal Assi B kontra sentejn għall-Assi C), Assi B titqies aktar komparabbli ma’ Assi A. Permezz tal-pagament kuntrattwali li għandu jiġi riċevut għal Assi A (UM800) u r-rata tas-suq għal sena derivata mill-Assi B (10.8 fil-mija), il-valur ġust tal-Assi A jkun UM722 (UM800/1.108). Inkella, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-suq disponibbli għall-Assi B, ir-rata tas-suq għal sena tista’ tkun derivata mill-Assi C permezz tal-approċċ ta’ akkumulu. F’dak il-każ ir-rata tas-suq għal sentejn indikata mill-Assi C (11.2 fil-mija) tkun aġġustata għal rata ta’ suq għal sena permezz tal-istruttura tat-terminu tal-kurva tar-rendita mingħajr riskju. Ikunu meħtieġa aktar informazzjoni u analiżi sabiex jiġi ddeterminat jekk il-primjums tar-riskju għal sena u l-assi għal sentejn humiex l-istess. Jekk ikun stabilit li l-primjums tar-riskju għal sena u l-assi għal sentejn ma jkunux l-istess, ir-rata tas-suq tar-redditu għal sentejn tkun aġġustata ulterjorment minħabba dan.

B22 Meta t-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tiġi applikata għal riċevuti jew ħlasijiet fissi, l-aġġustament għar-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus tal-assi jew tal-obbligazzjoni mkejla jkun inkluż fir-rata ta’skont. F’ċerti applikazzjonijiet tat-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont għal flussi ta’ flus li ma jkunux riċevuti jew ħlasijiet fissi, jista’ jkun meħtieġ aġġustament għall-flussi ta’ flus biex tinkiseb komparabilità mal-assi jew mal-obbligazzjoni osservata li minnha tittieħed r-rata ta’ skont.

B23 It-teknika tal-valur preżenti mistenni tuża bħala punt ta’ tluq sett ta’ flussi ta’ flus li jirrappreżenta l-medja ppiżata għall-probabilità tal-flussi ta’ flus futuri kollha possibbli (jiġifieri l-flussi ta’ flus mistennija). L-istima li tirriżulta hija identika għall-valur mistenni, li, f’termini statistiċi, huwa l-medja ppiżata tal-valuri possibbli ta’ varjabbli każwali diskret bil-probabilitajiet rispettivi bħala l-piżijiet. Peress li l-flussi ta’ flus kollha possibbli jkunu ppiżati għall-probabilità, il-fluss ta’ fluss mistenni li jirriżulta ma jkunx kondizzjonat meta jseħħ avveniment speċifiku (għall-kuntrarju tal-flussi ta’ flus użati fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont).

B24 Fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ investiment, il-parteċipanti fis-suq avversi għar-riskju jikkunsidraw ir-riskju li l-flussi ta’ flus reali jistgħu jvarjaw mill-flussi ta’ flus mistennija. It-teorija tal-portafoll tiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ riskju:

(a) riskju mhux sistematiku (diversifikabbli), li jkun r-riskju speċifiku għal assi jew għal obbligazzjoni partikolari.

(b) riskju sistematiku (mhux diversifikabbli), li jkun r-riskju komuni kondiviż minn assi jew obbligazzjoni mal-oġġetti l-oħra f’portafoll diversifikat.

It-teorija tal-portafoll tgħid li f’suq ekwilibrat, il-parteċipanti fis-suq ikunu kkompensati biss talli jieħdu fuqhom ir-riskju sistematiku inerenti fil-flussi ta’ flus. (Fi swieq li ma jkunux effiċjenti jew ekwilibrati, jistgħu jkunu disponibbli forom oħra ta’ redditu jew kumpens.)

B25 Il-Metodu 1 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni jaġġusta l-flussi ta’ flus mistennija ta’ assi għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq) billi jnaqqas primjum tar-riskju ta’ flus (jiġifieri flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju). Dawk il-flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju jirrappreżentaw fluss ta’ flus ekwivalenti għaċ-ċertezza, li jkun skontat f’rata ta’ mgħax mingħajr riskju. Fluss ta’ flus ekwivalenti għaċ-ċertezza jirreferi għal fluss ta’ flus mistenni (kif iddefinit), aġġustat għar-riskju sabiex parteċipant fis-suq ikun indifferenti għan-negozjar ta’ ċertu fluss ta’ flus għal fluss ta’ flus mistenni. Pereżempju, jekk parteċipant fis-suq ikun lest li jinnegozja fluss ta’ flus mistenni ta’ UM1,200 għal ċertu fluss ta’ flus ta’ UM1,000, l-UM1,000 huwa l-ekwivalenti taċ-ċertezza tal-UM1,200 (jiġifieri l-UM200 jirrappreżentaw il-primjum tar-riskju tal-flus). F’dak il-każ il-parteċipant fis-suq ikun indifferenti fir-rigward tal-assi miżmum.

B26 B’kuntrast, il-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni jaġġusta għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq) billi japplika primjum tar-riskju għar-rata ta’ mgħax mingħajr riskju. Għalhekk, il-flussi ta’ flus mistennija huma skontati b’rata li tikkorrispondi għal rata mistennija assoċjata ma’ flussi ta’ flus ippiżati għall-probabilità (jiġifieri rata ta’ redditu mistennija). Il-mudelli użati għall-ipprezzar ta’ assi riskjużi, bħall-mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali, jista’ jintuża għall-istima tar-rata ta’ redditu mistennija. Peress li r-rata ta’ skont użata fit-teknika tal-aġġustament tar-rata ta’ skont hija rata ta’ redditu relatata mal-flussi ta’ flus kondizzjonali, aktarx li tkun ogħla mir-rata ta’ skont użata fil-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni, li tkun rata ta’ redditu mistennija relatata mal-flussi ta’ flus mistennija jew ippiżati għall-probabilità.

B27 Biex tifhem il-Metodi 1 u 2, assumi li assi jkollu flussi ta’ flus mistennija ta’ UM780 f’sena stabiliti fuq il-bażi tal-flussi ta’ flus possibbli u l-probabilitajiet murija hawn taħt. Ir-rata ta’ mgħax mingħajr riskju applikabbli għall-flussi ta’ flus fuq medda ta’ sena hija 5 fil-mija, u l-primjum tar-riskju sistematiku għal assi bl-istess profil ta’ riskju huwa 3 fil-mija.



Flussi ta’ flus possibbli

Probabilità

Flussi ta’ flus ippiżati skont il-probabilità

UM500

15 %

XUM75

UM800

60 %

UM480

UM900

25 %

UM225

Flussi ta’ flus mistennija

 

UM780

B28 F’dan l-eżempju sempliċi, il-flussi ta’ flus mistennija (UM780) jirrappreżentaw il-medja ppiżata skont il-probabilità tat-tliet eżiti possibbli. F’sitwazzjonijiet aktar realistiċi, jista’ jkun hemm diversi eżiti possibbli. Madankollu, biex napplikaw it-teknika tal-valur preżenti mistenni, mhux dejjem jeħtieġ li wieħed jikkunsidra d-distribuzzjonijiet tal-flussi ta’ flus kollha possibbli permezz ta’ mudelli u tekniki kumplikati. Minflok, jista’ jkun possibbli li jiġi żviluppat numru limitat ta’ xenarji u probabilitajiet diskreti li jinkludu l-firxa ta’ flussi ta’ flus possibbli Pereżempju, entità tista’ tuża flussi ta’ flus realizzati għal xi perjodu passat rilevanti, aġġustati għal bidliet fiċ-ċirkostanzi li jseħħu sussegwentement (eż. bidliet f’fatturi esterni, inklużi l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq, it-tendenzi tal-industrija u l-kompetizzjoni kif ukoll bidliet f’fatturi interni li jaffettwaw lill-entità b’mod aktar speċifiku), b’kunsiderazzjoni għas-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq.

B29 Fit-teorija, il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-flussi ta’ flus tal-assi huwa l-istess kemm jekk stabilit bil-Metodu 1 jew bil-Metodu 2, kif ġej:

(a) Bil-Metodu 1, il-flussi ta’ flus mistennija jiġu aġġustati għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq). Fin-nuqqas ta’ dejta dwar is-suq li tindika direttament l-ammont tal-aġġustament tar-riskju, dan l-aġġustament jista’ jkun derivat minn mudell tal-ipprezzar tal-assi li juża l-kunċett ta’ ekwivalenti taċ-ċertezza. Pereżempju, l-aġġustament tar-riskju (jiġifieri l-primjum tar-riskju tal-flus ta’ UM22) jista’ jkun iddeterminat permezz tal-primjum tar-riskju sistematiku ta’ 3 fil-mija (UM780 – [UM780 × (1.05/1.08)]), li jirriżulta fi flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju ta’ UM758 (UM780 – UM22). L-UM758 huwa l-ekwivalenti taċ-ċertezza ta’ UM780 u huwa skontat bir-rata ta’ mgħax mingħajr riskju (5 fil-mija). Il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-assi huwa UM722 (UM758/1.05).

(b) Bil-Metodu 2, il-flussi ta’ flus mistennija ma jkunux aġġustati għar-riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq). Minflok, l-aġġustament għal dak ir-riskju huwa inkluż fir-rata ta’ skont. B’hekk il-flussi ta’ flus mistennija huma skontati f’rata ta’ redditu mistennija ta’ 8 fil-mija (jiġifieri r-rata ta’ mgħax mingħajr riskju ta’ 5 fil-mija flimkien mat-3 fil-mija primjum tar-riskju sistematiku). Il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-assi huwa UM722 (UM780/1.08).

B30 Meta wieħed juża teknika ta’ valur preżenti mistenni għall-kejl tal-valur ġust, jista’ jintuża kemm il-Metodu 1 kif ukoll il-Metodu 2. L-għażla tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni mkejla, kemm ikun hemm dejta suffiċjenti disponibbli u l-ġudizzju għaqli applikat.

L-APPLIKAZZJONI TA’ TEKNIKI TA’ VALUR PREŻENTI GĦALL-OBBLIGAZZJONIJIET U L-ISTRUMENTI AZZJONARJI TAL-ENTITÀ STESS MHUX MIŻMUMA MINN PARTIJIET OĦRA BĦALA ASSI (IL-PARAGRAFI 40 U 41)

B31 Meta wieħed juża teknika ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni li ma tkunx miżmuma minn parti oħra bħala assi (eż. obbligazzjoni dekummissjonatorja), entità għandha, fost affarijiet oħra, tistma l-ħruġ ta’ flussi ta’ flus futurisi ta’ flus li l-parteċipanti fis-suq jistennew li jġarrbu fil-qadi tal-obbligu. Dak il-ħruġ ta’ flussi ta’ flus futurisi ta’ flus għandu jinkludi l-aspettativi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-kostijiet għall-qadi tal-obbligu u l-kumpens li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ talli jieħu fuqu l-obbligu. Dan il-kumpens jinkludi r-redditu li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ għal dan li ġej:

(a) it-twettiq tal-attività (jiġifieri l-valur tal-qadi tal-obbligu; eż. billi juża riżorsi li jistgħu jintużaw għal attivitajiet oħra); u

(b) il-ġarr tar-riskju assoċjat mal-obbligu (jiġifieri primjum tar-riskju li jirrifletti r-riskju li l-ħruġ fattwali tal-flussi ta’ flus jista’ jvarja mill-ħruġ mistenni ta’ flussi ta’ flus; ara l-paragrafu B33).

B32 Pereżempju, obbligazzjoni mhux finanzjarja ma fihiex rata ta’ redditu kuntrattwali u ma jkunx hemm rendita mis-suq osservabbli għal dik l-obbligazzjoni. F’ċerti każijiet il-komponenti tar-redditu li jkunu jeħtieġu l-parteċipanti fis-suq ma jkunux jistgħu jintgħarfu minn xulxin (eż. meta tuża l-prezz li kuntrattur parti terza jitlob fuq bażi ta’ tariffa fissa). F’każijiet oħra entità teħtieġ li tistma dawk il-komponenti b’mod separat (eż. meta tuża l-prezz li kuntrattur parti terza jitlob fuq bażi ta’ kost u żieda fuqu peress li l-kuntrattur f’dak il-każ ma jġorrx ir-riskju ta’ bidliet futuri fil-kostijiet).

B33 Entità tista’ tinkludi primjum tar-riskju fil-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess li mhux miżmum minn parti oħra bħala assi f’wieħed minn dawn il-modi:

(a) billi taġġusta l-flussi ta’ flus (jiġifieri bħala żieda fl-ammont ta’ ħruġ tal-flussi ta’ flus); jew

(b) billi taġġusta r-rata użata sabiex tiskonta l-flussi ta’ flus futuri għall-valuri preżenti tagħhom (jiġifieri bħala tnaqqis fir-rata ta’ skont).

Entità għandha tiżgura li ma tgħoddx l-aġġustamenti għar-riskju darbtejn jew tħallihom barra. Pereżempju, jekk il-flussi ta’ flus stmati jiżdiedu sabiex jikkunsidraw il-kumpens għat-teħid tar-riskju assoċjat mal-obbligu, ir-rata ta’ skont m’għandhiex tkun aġġustata sabiex tirrifletti dak ir-riskju.

INPUTS FIT-TEKNIKI TA’ VALWAZZJONI (IL-PARAGRAFI 67–71)

B34 Eżempji ta’ swieq li fihom ikunu jistgħu jiġu osservati inputs għal xi assi u obbligazzjonijiet (eż. strumenti finanzjarji) jinkludu dawn li ġejjin:

(a)  Swieq tal-kambji. F’suq tal-kambju, il-prezzijiet tal-għeluq ikunu kemm faċilment disponibbli kif ukoll ġeneralment rappreżentattivi tal-valur ġust. Eżempju ta’ suq bħal dan huwa l-Borża ta’ Londra.

(b)  Swieq tan-negozjanti. F’suq tan-negozjanti, in-negozjanti jkunu lesti jinnegozjaw (jew jixtru jew ibigħu għalihom stess), biex b’hekk jipprovdu likwidità billi jużaw il-kapital tagħhom sabiex iżommu inventarju tal-oġġetti li għalihom jagħmlu suq. Tipikament il-prezzijiet ta’ offerta u talba (li jirrappreżentaw rispettivament il-prezz li fih in-negozjant ikun lest li jixtri u l-prezz li fih in-negozjant ikun lest li jbigħ,) ikunu aktar faċilment disponibbli milli l-prezzijiet tal-għeluq. Is-swieq barra l-borża (li għalihom il-prezzijiet ikunu rrapportati pubblikament) ikunu swieq tan-negozjanti. Is-swieq tan-negozjanti jeżistu ukoll għal xi assi u obbligazzjonijiet oħrajn, inklużi xi strumenti finanzjarji, komoditajiet u assi fiżiċi (eż. tagħmir użat).

(c)  Swieq tas-senserija. F’suq tas-senserija, is-sensara jippruvaw iqabblu x-xerrejja mal-bejjiegħa iżda ma jkunux lesti li jinnegozjaw għalihom stess. Fi kliem ieħor, is-sensara ma jużawx il-kapital tagħhom stess sabiex iżommu inventarju tal-oġġetti li għalihom jagħmlu suq. Is-sensar ikun jaf il-prezzijiet offruti u mitluba mill-partijiet rispettivi, iżda kull parti normalment ma tkunx taf ir-rekwiżiti tal-prezz tal-parti l-oħra. Xi drabi jkunu disponibbli prezzijiet ta’ tranżazzjonijiet kompluti. Is-swieq tas-senserija jinkludu n-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn jitqabblu l-ordnijiet ta’ xiri u bejgħ, u s-swieq immobiljari kummerċjali u residenzjali.

(d)  swieq bejn prinċipal u prinċipal. F’suq bejn prinċipal u prinċipal, it-tranżazzjonijiet, kemm l-oriġinarji u r-rivenditi, ikunu nnegozjati b’mod indipendenti mingħajr intermedjarji. Ftit informazzjoni dwar dawk it-tranżazzjonijiet tista’ tkun disponibbli pubblikament.

IL-ĠERARKIJA TAL-VALUR ĠUST (IL-PARAGRAFI 72–90)

Inputs tal-Livell 2 (il-paragrafi 81–85)

B35 Eżempji ta’ inputs tal-Livell 2 għal assi u obbligazzjonijiet partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

(a)  Swap tar-rata tal-imgħax tirċievi-fissa, tħallas-varjabbli bbażata fuq ir-rata ta’ swap tal-London Interbank Offered Rate (LIBOR). Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ta’ swap tal-LIBOR jekk dik ir-rata tkunosservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal sostanzjalment it-terminu sħiħ tas-swap.

(b)  Swap tar-rata tal-imgħax tirċievi-fissa, tħallas-varjabbli bbażata fuq kurva ta’ rendita ddenominata f’munita barranija. Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ta’ swap ibbażata fuq kurva ta’ rendita ddenominata f’munita barranija li tkun osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap. Dak ikun il-każ jekk it-terminu tas-swap ikun 10 snin u dik ir-rata tkun osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal 9 snin, sakemm kwalunkwe estrapolazzjoni raġonevoli tal-kurva ta’ rendita għas-sena 10 ma tkunx sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust tas-swap fis-sħuħija tagħha.

(c)  Swap tar-rata tal-imgħax tirċievi-fissa, tħallas-varjabbli bbażata fuq rata ewlenija ta’ bank speċifiku. Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ewlenija ta’ bank derivata minn estrapolazzjoni jekk il-valuri estrapolati jkunu kkorroborati minn dejta tas-suq osservabbli, pereżempju, b’korrelazzjoni ma’ rata ta’ mgħax li tkun osservabbli fuq sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap.

(d)  Opzjoni ta’ tliet snin fuq ishma nnegozjati f'kambju. Input tal-Livell 2 ikun il-volatilità impliċita għall-ishma derivata permezz ta’ estrapolazzjoni għas-sena 3 jekk jeżistu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) Il-prezzijiet għall-opzjoni ta’ sena u ta’ sentejn fuq l-ishma ikunu osservabbli.

(ii) Il-volatilità impliċita estrapolata ta’ opzjoni ta’ tliet snin tkun ikkorroborata minn dejta tas-suq osservabbli għal sostanzjalment it-terminu kollu tal-opzjoni.

F’dak il-każ il-volatilità impliċita tista’ tkun derivata bl-estrapolazzjoni mill-volatilità impliċita tal-opzjonijiet ta’ sena u ta’ sentejn fuq l-ishma u kkorroborata mill-volatilità impliċita għal opzjonijiet fuq tliet snin fuq ishma komparabbli ta’ entitajiet, sakemm tiġi stabilita dik il-korrelazzjoni mal-volatilitajiet impliċiti ta’ sena u ta’ sentejn.

(e)  Arranġament ta’ liċenzjar. Għal arranġament ta’ liċenzjar li jinkiseb f’kombinament ta’ negozju u li jkun ġie nnegozjat reċentement ma’ parti mhux relatata mill-entità akkwiżita (il-parti għall-arranġament tal-liċenzja), input tal-Livell 2 ikun ir-rata tad-dritt fil-kuntratt mal-parti mhux relatata fil-bidu tal-arranġament.

(f)  Inventarju ta’ oġġetti lesti f’ħanut tal-imnut. Fil-każ ta’ inventarju ta’ oġġetti lesti li jinkiseb f’kombinament ta’ negozju, input tal-Livell 2 ikun jew il-prezz għal klijenti f’suq tal-konsumaturi jew prezz għall-bejjiegħa lill-konsumaturi, aġġustat għad-differenzi bejn il-kundizzjoni u l-post tal-oġġett tal-inventarju u l-oġġetti tal-inventarju komparabbli (jiġifieri simili) b’mod li l-kejl tal-valur ġust jirrifletti l-prezz li jkun riċevut fi tranżazzjoni ta’ bejgħ tal-inventarju lil bejjiegħ ieħor li jikkompleta l-isforzi tal-bejgħ meħtieġa. Kunċettwalment, il-kejl tal-valur ġust ikun l-istess, kemm jekk isiru aġġustamenti ta’ prezz għall-konsumatur (’l isfel) jew ta’ prezz għall-operaturi (’il fuq). Ġeneralment, il-prezz li jeħtieġ l-inqas ammont ta’ aġġustamenti suġġestivi għandu jintuża għall-kejl tal-valur ġust.

(g)  Binja miżmuma u użata. Input tal-Livell 2 ikun il-prezz ta’ kull metru kwadru għall-binja (multiplu ta’ valwazzjoni) derivat minn dejta tas-suq osservabbli, eż. multipli derivati mill-prezzijiet fi tranżazzjonijiet osservati li jinvolvu bini komparabbli (jiġifieri simili) f’postijiet simili.

(h)  Unità li tiġġenera l-flus. Input tal-Livell 2 ikun multiplu ta’ valwazzjoni (eż. multiplu ta’ qligħ jew dħul jew miżura ta’ prestazzjoni simili) derivat minn dejta tas-suq osservabbli, eż. multipli derivati minn prezzijiet fi tranżazzjonijiet osservati li jinvolvu negozji komparabbli (jiġifieri simili), filwaqt li jiġu kkunsidrati fatturi operazzjonali, tas-suq, finanzjarji u mhux finanzjarji.

Inputs tal-Livell 3 (il-paragrafi 86–90)

B36 Eżempji ta’ inputs tal-Livell 3 għal assi u għal obbligazzjonijiet partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

(a)  Swap ta’ munita datata fit-tul. Input tal-Livell 3 ikun rata tal-imgħax f’munita speċifika li ma tkunx osservabbli u ma tkunx tista' tiġi ikkorroborata minn dejta tas-suq osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati jew inkella għal sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap tal-munita. Ir-rati tal-imgħax fi swap tal-munita huma r-rati ta’ swap ikkalkulati mill-kurvi tar-rendita tal-pajjiżi rispettivi.

(b)  Opzjoni ta’ tliet snin fuq ishma nnegozjati f'kambju. Input tal-Livell 3 ikun il-volatilità storika, jiġifieri l-volatilità għall-ishma derivata mill-prezzijiet storiċi tal-ishma. Il-volatilità storika tipikament ma tirrappreżentax l-aspettativi kurrenti tal-parteċipanti fis-suq dwar il-volatilità futura, anki jekk din tkun l-unika informazzjoni disponibbli biex jingħata prezz lill-opzjoni.

(c)  Swap tar-rata tal-imgħax. Input tal-Livell 3 ikun aġġustament ta’ prezz ta’ konsensus (nonvinkolanti) tas-suq tan-nofs għas-swap żviluppat permezz ta’ dejta li ma tkunx direttament osservabbli u ma tkunx tista' tiġi ikkorroborata mod ieħor permezz ta’ dejta tas-suq osservabbli.

(d)  Id-dekummissjonament ta’ obbligazzjoni li wieħed jieħu fuqu f’kombinament ta’ negozju. Input tal-Livell 3 ikun stima kurrenti permezz tad-dejta tal-entità stess dwar il-ħruġ ta’ flussi ta’ flus futuri li għandu jsir sabiex jaqdi l-obbligu (inklużi l-aspettativi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-kostijiet tal-qadi tal-obbligu u l-kumpens li jitlob parteċipant fis-suq talli jassumi l-obbligu li jżarma l-assi) jekk ma jkunx hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli li tindika li l-parteċipanti fis-suq jużaw suppożizzjonijiet differenti. Dak l-input tal-Livell 3 jintuża f’teknika ta’ valur preżenti flimkien ma’ inputs oħrajn, eż. rata tal-imgħax kurrenti mingħajr riskju jew rata mingħajr riskju aġġustata għall-kreditu jekk l-effett tal-qagħda tal-kreditu tal-entità fuq il-valur ġust tal-obbligazzjoni jkun rifless fir-rata ta’ skont minflok fl-istima ta’ ħruġ ta’ flussi ta’ flus futuri.

(e)  Unità li tiġġenera l-flus. Input tal-Livell 3 ikun tbassir finanzjarju (eż. ta’ flussi ta’ flus jew profitt jew telf) żviluppat permezz tad-dejta tal-entità stess jekk ma jkunx hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli li tindika li l-parteċipanti fis-suq jużaw suppożizzjonijiet differenti.

IL-KEJL TAL-VALUR ĠUST META L-VOLUM JEW IL-LIVELL TA’ ATTIVITÀ GĦAL ASSI JEW GĦAL OBBLIGAZZJONI JKUN NAQAS B’MOD SOSTANZJALI

B37 Il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni jista’ jkun affettwat meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell ta’ attività għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili). Sabiex tistabilixxi jekk, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, kienx hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew il-livell ta’ attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, entità għandha tevalwa s-sinifikat u r-rilevanza ta’ fatturi bħal dawn:

(a) Ikun hemm ftit tranżazzjonijiet reċenti.

(b) Il-kwotazzjonijiet tal-prezz ma jkunux żviluppati permezz ta’ informazzjoni kurrenti.

(c) Il-kwotazzjonijiet tal-prezz ivarjaw b’mod sostanzjali jew maż-żmien jew fost ġeneraturi ta’ suq (eż. xi swieq tas-sensara).

(d) Indiċijiet li qabel kienu relatati ħafna mal-valuri ġusti tal-assi jew tal-obbligazzjoni ma jkunux ovvjament relatati ma’ indikazzjonijiet reċenti ta’ valur ġust għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni.

(e) Ikun hemm żieda sinifikanti fil-primjums tar-riskju tal-likwidità impliċita, indikaturi tar-rendita jew tal-prestazzjoni (bħal rati ta’ delinkwenza jew severitajiet ta’ telf) għal tranżazzjonijiet osservati jew prezzijiet kwotati meta mqabbla mal-istima tal-entità tal-flussi ta’ flus mistennija, filwaqt li titqies l-informazzjoni tas-suq kollha disponibbli dwar il-kreditu u riskju ta’ nonprestazzjoni ieħor għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

(f) Ikun hemm firxa wiesgħa bejn l-offerta u t-talba jew żieda sinfikanti fil-firxa bejn l-offerta u t-talba.

(g) Ikun hemm tnaqqis sinifikanti fl-attività ta’, jew ikun hemm nuqqas ta’, suq għal ishma ġodda (jiġifieri suq primarju) għall-assi jew għall-obbligazzjoni jew assi jew obbligazzjonijiet simili.

(h) Ikun hemm ftit informazzjoni disponibbli pubblikament (eż. għal tranżazzjonijiet li jseħħu f’suq bejn prinċipal u prinċipal).

B38 Jekk entità tikkonkludi li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili), tkun teħtieġ aktar analiżi tat-tranżazzjonijiet jew tal-prezzijiet kwotati. Tnaqqis fil-volum jew fil-livell ta’ attività waħdu jista ma jkunx indikazzjoni li prezz ta’ tranżazzjoni jew prezz kwotat ma jirrappreżentax il-valur ġust jew li tranżazzjoni f’dak is-suq ma tkunx ordinata. Madankollu, jekk entità tistabilixxi li tranżazzjoni jew prezz kwotat ma jirrappreżentax valur ġust (eż. jista’ jkun hemm tranżazzjonijiet li ma jkunux ordinati), ikun meħtieġ aġġustament tat-tranżazzjonijiet jew tal-prezzijiet kwotati jekk l-entità tuża dawk il-prezzijiet bħala bażi għall-kejl tal-valur ġust u dak l-aġġustament jista’ jkun sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust sħiħ. Jistgħu jkunu meħtieġa ukoll aġġustamenti f’ċirkostanzi oħrajn (eż. meta prezz għal assi simili jeħtieġ aġġustament sinifikanti sabiex isir komparabbli mal-assi li qed jitkejjel jew meta l-prezz ikun skadut).

B39 Dan l-IFRS ma jippreskrivix metodoloġija biex isiru aġġustamenti sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet jew prezzijiet kwotati. Ara l-paragrafi 61–66 u B5–B11 għal-diskussjoni dwar l-użu ta’ tekniki ta’ valwazzjoni meta jitkejjel il-valur ġust. Irrispettivament minn liema teknika ta’ valwazzjoni tintuża, entità għandha tinkludi aġġustamenti xierqa skont ir-riskju, inkluż primjum tar-riskju li jirrifletti l-ammont li jitolbu l-parteċipanti fis-suq bħala kumpens għall-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus ta’ assi jew obbligazzjoni (ara l-paragrafu B17). Inkella, il-kejl ma jkunx jirrappreżenta eżatt il-valur ġust. F’ċerti każijiet id-determinazzjoni tal-aġġustament xieraq skont ir-riskju tista’ tkun diffiċli. Madankollu, il-grad ta’ diffikultà waħdu mhuwiex bażi suffiċjenti li fuqha wieħed jeskludi aġġustament skont ir-riskju. L-aġġustament skont ir-riskju għandu jirrifletti tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

B40 Jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jista’ jkun jeħtieġ bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-użu ta’ tekniki ta’ multipli ta’ valwazzjoni (eż. l-użu ta’ approċċ tas-suq u teknika ta’ valur preżenti). Meta tiżen l-indikazzjonijiet tal-valur ġust li jirriżultaw mill-użu ta’ tekniki ta’ multipli ta’ valwazzjoni, entità għandha tikkunsidra r-raġonevolezza tal-medda ta’ kejl ta’ valuri ġusti. L-għan huwa li tistabilixxi l-punt fil-medda li jirrappreżenta l-aktar il-valur ġust taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Medda wiesgħa ta’ kejl ta’ valuri ġusti tista’ tindika li tinħtieġ aktar analiżi.

B41 Anki meta jkun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, l-għan ta’ kejl tal-valur ġust jibqa’ l-istess. Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas sabiex tiġi trasferita obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata (jiġfieri mhux likwidazzjoni furzata jew bejgħ għall-bżonn) bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

B42 L-istima tal-prezz li bih il-parteċipanti fis-suq ikunu lesti li jidħlu fi tranżazzjoni fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni tiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi fid-data tal-kejl u teħtieġ ġudizzju għaqli. L-intenzjoni ta’ entità li żżomm l-assi jew li ssalda jew taqdi l-obbligazzjoni mod ieħor ma tkunx rilevanti meta jitkejjel il-valur ġust peress li l-valur ġust ikun kejl ibbażat fuq is-suq, mhux kejl speċifiku għal xi entità.

L-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet mhux ordinati

B43 Id-determinazzjoni ta’ jekk tranżazzjoni tkunx ordinata (jew mhux ordinata) tkun aktar diffiċli jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili). F’ċirkostanzi bħal dawn ma jkunx xieraq li wieħed jikkonkludi li t-tranżazzjonijiet kollha f’dak is-suq ma jkunux ordinati (jiġifieri likwidazzjonijiet furzati jew bejgħ għall-bżonn). Iċ-ċirkostanzi li jistgħu jindikaw li tranżazzjoni ma tkunx ordinata jinkludu dawn:

(a) Ma jkunx hemm biżżejjed espożizzjoni għas-suq għal perjodu qabel id-data tal-kejl li tippermetti attivitajiet tas-suq li jkunu normali u komuni għal tranżazzjonijiet li jinvolvu assi jew obbligazzjonijiet bħal dawn taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

(b) Ikun hemm perjodu tas-suq normali u komuni, iżda l-bejjiegħ ikkumerċjalizza l-assi jew l-obbligazzjoni lil parteċipant fis-suq wieħed.

(c) Il-bejjiegħ jfalli jew ikun ser ifalli jew jinsab qrib riċevitura (jiġifieri l-bejjiegħ jinsab f’sitwazzjoni kritika).

(d) Il-bejjiegħ ikollu jbigħ sabiex jissodisfa rekwiżiti regolatorji jew legali (jiġifieri l-bejjiegħ kien imġiegħel).

(e) Il-prezz tat-tranżazzjoni jkun iżolat meta mqabbel ma’ tranżazzjonijiet reċenti oħrajn għal assi jew obbligazzjoni identika jew simili.

Entità għandha tevalwa ċ-ċirkostanzi sabiex tiddetermina jekk, skont l-evidenza disponibbli, it-tranżazzjoni tkunx ordinata.

B44 Entità għandha tikkunsidra dan kollu li ġej meta tkejjel il-valur ġust jew meta tistma l-primjums tar-riskju tas-suq:

(a) Jekk l-evidenza tindika li tranżazzjoni ma tkunx ordinata, entità għandha tagħti ftit li xejn importanza (meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust) lil dak il-prezz ta’ tranżazzjoni.

(b) Jekk l-evidenza tindika li tranżazzjoni tkun ordinata, entità għandha tikkunsidra dak il-prezz ta’ tranżazzjoni. L-ammont ta’ piż mogħti lil dak il-prezz ta’ tranżazzjoni meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi, bħal dawn li ġejjin:

(i) il-volum tat-tranżazzjoni.

(ii) il-komparabilità tat-tranżazzjoni mal-assi jew mal-obbligazzjoni li qiegħda titkejjel.

(iii) kemm it-tranżazzjoni tkun qrib id-data tal-kejl.

(c) Jekk ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk tranżazzjoni tkunx ordinata, entità għandha tikkunsidra l-prezz tat-tranżazzjoni. Madankollu, dak il-prezz ta’ tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust (jiġifieri l-prezz tat-tranżazzjoni ma jkunx neċessarjament l-unika bażi jew il-bażi ewlenija għall-kejl tal-valur ġust jew għall-istima tal-primjums tar-riskju tas-suq). Meta ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi li tranżazzjonijiet partikolari jkunu ordinati, l-entità għandha tagħti inqas importanza lil dawk it-tranżazzjonijiet meta mqabbla ma’ tranżazzjonijiet oħrajn li jkunu magħrufa li jkunu ordinati.

Entità ma teħtieġ tagħmel sforzi eżawrjenti sabiex tiddetermina jekk tranżazzjoni tkunx ordinata, iżda m’għandhiex tinjora informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli. Meta entità tkun parti fi tranżazzjoni, ikun mistenni li jkollha biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk it-tranżazzjoni tkunx ordinata.

L-użu ta’ prezzijiet kwotati pprovduti minn partijiet terzi

B45 Dan l-IFRS ma jipprekludix l-użu ta’ prezzijiet kwotati pprovduti minn partijiet terzi, bħal servizzi tal-ipprezzar jew sensara, jekk entità tkun iddeterminat li l-prezzijiet kwotati pprovduti minn dawk il-partijiet ikunu żviluppati skont dan l-IFRS.

B46 Jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, entità għandha tevalwa jekk il-prezzijiet kwotati pprovduti minn partijiet terzi jkunux żviluppati permezz ta’ informazzjoni kurrenti li tirrifletti tranżazzjonijiet ordinati jew teknika ta’ valwazzjoni li tirrifletti s-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq (inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju). Fil-piż li tagħti lil prezz kwotat bħala input għal kejl tal-valur ġust, entità tagħti inqas piż (meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust li jirriflettu r-riżultati tat-tranżazzjonijiet) lil kwotazzjonijiet li ma jirriflettux ir-riżultat tat-tranżazzjonijiet.

B47 Barra minn hekk, in-natura ta’ kwotazzjoni (eż. jekk il-kwotazzjoni tkunx prezz indikattiv jew offerta vinkolanti) għandha tiġi kkunsidrata meta wieħed iqis l-evidenza disponibbli, b’aktar importanza mogħtija lil kwotazzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi li jirrappreżentaw offerti vinkolanti.




Appendiċi C

Data u tranżizzjoni effettivi

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS u għandu l-istess awtorità ta’ partijiet oħrajn tal-IFRS.

C1 Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fil-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Tista’ ssir applikazzjoni bikrija. Jekk tapplika dan l-IFRS għal perjodu abkar, entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

C2 Dan l-IFRS għandu jiġi applikat prospettivament mill-bidu tal-perjodu annwali li fih ikun ġie applikat inizjalment.

C3 Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta’ dan l-IFRS m’għandhomx għalfejn jiġu applikati f’informazzjoni komparattiva pprovduta għall-perjodi qabel l-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS.

▼B




INTERPRETAZZJONI 1 TAL-IFRIC

Tibdil fid-Dekummissjonament Eżistenti, Restawr u Obbligazzjonijiet Simili

REFERENZI

▼M5

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)

▼B

 L-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 23 Kosti tas-Self

 L-IAS 36 Indeboliment ta' Assi (kif rivedut fl-2004)

 L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1 Bosta entitajiet għandhom obbligi li jżarmaw, ineħħu jew jirrestawraw xi entrati ta' proprjetà, impjant jew tagħmir. F'din l-Interpretazzjoni, obbligi bħal dawn jissejħu “dekummissjonament, restawr u obbligi simili”. Skont l-IAS 16, il-kost ta' entrata ta' proprjetà, impjant jew tagħmir tinkludi l-istimi inizjali tal-kosti taż-żarmar, tat-tneħħija tal-entrata u biex jiġi rrestawrat is-sit fejn jinsab, obbligu li entità tidħol għaliha jew meta entrata tiġi akkwistata jew bħala konsegwenza li għamlet użu minn entrata matul perijodu partikulari għal skop li ma jinkludix il-produzzjoni ta' inventarji matul dak il-perijodu. L-IAS 37 jinkludi r-rekwiżiti dwar kif jitkejjlu d-dekummisjonament, ir-restawr u obbligi simili. L-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif tirrapporta l-effetti tal-bidliet fil-kejl ta' dekumissjonament, restawr jew obbligi simili eżistenti.

AMBITU

2 Din l-Interpretazzjoni tapplika għal bidliet fil-kejl ta' kull dekumissjonament, restawr jew obbligu eżistenti li huma kemm:

(a) rikonoxxuti bħala parti mill-kost ta' entrata ta' proprjetà, impjant u tagħmir skont l-IAS 16; u

(b) rikonuxxuti bħala obbligu skont l-IAS 37.

Pereżempju, dekumissjonament, restawr jew obbligu simili jistgħu jeżistu għad-dekumissjonament ta' impjant, rijabilitazzjoni ta' dannu ambjentali f'industriji ta' estrazzjoni jew it-tneħħija ta' tagħmir.

KWISTJONI

3 Din l-Interpretazzjoni tindirizza kif l-effett tal-avvenimenti li ġejjin li jbiddlu l-kejl ta' dekumissjonament, restawr jew obbligu simili eżistenti għandhom ikunu rrappurtati:

(a) bidla fil-ħruġ stmat ta' riżorsi li jirrappreżentaw il-benefiċċji ekonomiċi (eż. fluss ta' flus) meħtieġa biex jissalda l-obbligu;

(b) bidla fir-rata ta' skont fil-preżent ibbażata fuq is-suq kif definita fil-paragrafu 47 tal-IAS 37 (dan jinkludi bidliet fil-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji speċifiċi għall-obbligu); u

(c) żjieda li tirrifletti l-mogħdija taż-żmien (riferita wkoll bħala x-xoljiment (unwinding) tal-iskont).

KONSENSUS

4 Bidliet fil-kejl ta' dekumissjonament, restawr jew obbligu simili eżistenti li jirriżultaw minn bidliet fit-tul tal-għażla taż-żmien stmat jew l-ammont ta' ħruġ ta' riżorsi li jirrappreżentaw il-benefiċċji ekonomiċi meħtieġa biex jiġi ssaldat l-obbligu, jew il-bidla fir-rata ta' skont, għandhom ikunu rrappurtati b'konformità mal-paragrafi 5–7 hawn taħt.

5 Jekk l-assi relatat hu mkejjel billi jintuża l-mudell tal-kost:

(a) soġġett għal (b), bidliet fl-obbligu għandhom jiżdiedu, jew jitnaqqsu, mill-kost tal-assi relatat fil-perijodu preżenti.

(b) l-ammont imnaqqas mill-kost ta' assi m'għandux jaqbeż l-ammont rikonoxxut tiegħu. Jekk tnaqqis fl-obbligu jaqbeż l-ammont miżmum fil-kotba ta' assi, dan l-eċċess għandu jkun rikonoxxut immedjatament fi profitt jew telf.

(c) jekk l-aġġustament jirriżulta fi żjieda mal-kost tal-assi, l-entità għandha tikkunsidra jekk din hix indikazzjoni li l-ammont miżmum fil-kotba l-ġdid ta' assi jista' ma jiġix irkuprat b'mod komplet. Jekk ikun hemm indikazzjoni bħal din, l-entità għandha tittestja l-assi għall-indeboliment billi tistima l-ammont li jista' jiġi rkuprat u għandha tirrapporta kull telf minn indeboliment, skont l-IAS 36.

6 Jekk l-assi relatat jitkejjel b'konformità mal-mudell ta' rivalutazzjoni:

(a) bidliet fl-obbligu jibdlu l-bilanċ fuq rivalutazzjoni favorevoli jew id-defiċit rikonoxxuti fuq dak l-assi, sabiex:

(i) tnaqqis fl-obbligazzjoni għandu (suġġett għal (b)) ikun rikonoxxut fi dħul ieħor komplessiv u jżid il-bilanċ fuq rivalutazzjoni fl-ekwità, ◄ ħlief li għandu jkun rikonoxxut fi profitt jew telf sal-punt li dan jirriversja r-rivalutazzjoni tad-defiċit fuq l-assi li kien preċedentement rikonoxxut fi profitt jew telf;

(ii) żieda fl-obbligazzjoni għandha tkun rikonoxxuta fi profitt jew telf, ħlief li għandha tkun rikonoxxuta fi dħul ieħor komplessiv u tnaqqas il-bilanċ fuq rivalutazzjoni fl-ekwità sal-punt li ◄ kull bilanċ ta' kreditu eżistenti għal bilanċ fuq rivalutazzjoni favorevoli relatat ma' dak l-assi.

(b) fil-każ li tnaqqis fl-obbligu taqbeż l-ammont miżmum fil-kotba li kien jiġi rikonoxxut li kieku l-assi kien rikonoxxut skont il-mudell tal-kost, l-eċċess għandu jiġi rikonoxxut immedjatament fi profitt jew telf.

(c) bidla fl-obbligu hi indikazzjoni li assi jista' jkollu jiġi evalwat mill-ġdid biex ikun żgurat li l-ammont miżmum fil-kotba ma jkunx materjalment differenti minn dak li kieku kellu jiġi ddeterminat bl-użu tal-valur ġust ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. ◄ . ►M5  Kwalunkwe rivalutazzjoni bħal din għandha tiġi kkunsidrata fid-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jkunu rikonoxxuti fi profitt jew telf jew fi dħul ieħor komplessiv taħt (a). Jekk ikun hemm bżonn ta’ rivalutazzjoni, l-assi kollha ta’ dik il-klassi għandhom jiġu rivalutati. ◄

▼M5

(d) L-IAS 1 jirrikjedi l-iżvelar fir-rapport tad-dħul komplessiv ta’ kull komponent ta’ dħul jew spiża fi dħul ieħor komplessiv. Biex tkun konformi ma’ dan ir-rekwiżit, il-bidla fil-bilanċ fuq rivalutazzjoni li toriġina minn bidla fl-obbligazzjoni għandha tkun identifikata separatament u żvelata bħala tali.

▼B

7 L-ammont li jiġi deprezzat aġġustat ta' assi hu ddeprezzat tul il-medda taż-żmien tal-utilità tiegħu. Għalhekk, ġaladarba assi relatat ikun wasal fit-tmiem taż-żmien tal-utilità tiegħu, il-bidliet sussegwenti kollha fl-obbligu għandhom ikunu rikonoxxuti fi profitt jew telf hekk kif iseħħu. Dan japplika kemm għall-mudell tal-kost u l-mudell ta' rivalutazzjoni.

▼M1

8 L-inverżjoni perjodika tal-iskont permezz ta' transazzjoni ta' kumpens għandha tkun rikonoxxuta fi qligħ jew telf bħala kost finanzjarju hekk kif isseħħ. Il-kapitalizzazzjoni skond l-IAS 23 mhijiex permessa.

▼B

DATA EFFETTIVA

9 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Settembru 2004 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi inkoraġġita. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perijodu qabel l-1 ta' Settembru 2004, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M5

9A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 6. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼B

TRANŻIŻŻJONI

10 Bidliet fil-politika tal-kontabilità għandhom ikunu rrappurtati skont ir-rekwiżiti tal-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji. ( 63 )




INTERPRETAZZJONI 2 TAL-IFRIC

Ishma tal-Membri f'Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili

REFERENZI

 L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Żvelar u Preżentazzjoni (kif irrivedut fis-sena 2003) ( 64 )

 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif irrivedut fis-sena 2003)

▼M33

 L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust

▼B

SFOND

1 Kooperattivi u entitajiet simili oħrajn jiġu ffurmati minn gruppi ta' persuni biex jissodisfaw ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali komuni. Il-liġijiet nazzjonali tipikament jiddefinixxu kooperattiva bħala soċjetà li għandha l-għan li tipprova tippromwovi l-avvanz ekonomiku tal-membri tagħha permezz ta' operazzjoni konġunta ta' negozju (il-prinċipju li wieħed jgħin ruħu). L-interessi tal-membri f'kooperattiva ta' spiss huma kkaratterizzati bħala ishma tal-membri, unitajiet jew affarijiet simili, u huma riferuti hawn taħt bħala “ishma tal-membri”.

2 L-IAS 32 jistabbilixxi prinċipji għal klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji bħala obbligazzjonijiet finanzjarji jew ekwità. B'mod partikulari, dawk il-prinċipji japplikaw għal klassifikazzjoni ta' strumenti puttable li jippermettu lid-detentur biex jagħmel put ta' dawk strumenti lill-emittent għal flus jew strument ieħor finanzjarju. L-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji għall-ishma tal-membri f'entitajiet kooperattivi u strumenti simili hi diffiċli. Xi kostitwenti tal-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità talbu l-għajnuna biex jifhmu kif il-prinċipji fl-IAS 32 japplikaw għal ishma tal-membri u strumenti simili li għandhom ċerti karatteristiċi, iċ-ċirkustanzi li fihom dawk il-karatteristiċi jaffettwaw il-klassifikazzjoni bħal obbligazzjonijiet jew ekwità.

AMBITU

3 Din l-Interpretazzjoni tapplika għal strumenti finanzjarji fi ħdan l-ambitu tal-IAS 32, li jinkludi strumenti finanzjarji maħruġa għal membri ta' entitajiet kooperattivi li turi evidenza tal-interess proprjetarju tal-membri fl-entità. Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal strumenti finanzjarji li ser, jew jistgħu jiġu ssaldati fi strumenti azzjonarji tal-entità stess.

KWISTJONI

4 Diversi strumenti finanzjarji, li jinkludu l-ishma tal-membri, għandhom karatteristiċi ta' ekwità, li jinkludu drittijiet tal-vot u drittijiet ta' parteċipazzjoni f'distribuzzjonijiet ta' dividendi. Xi strumenti finanzjarji jagħtu lid-detentur id-dritt biex jitlob il-fidi għal flus jew xi assi finanzjarju ieħor, iżda jistgħu jinkludu jew ikunu soġġetti għal limiti fuq kif l-istrumenti finanzjarji ser jiġu mifdija. Kif għandhom dawk it-termini tal-fidi jiġu evalwati biex jiddeterminaw jekk l-istrumenti finanzjarji għandhomx jiġu kklasifikati bħala obbligazzjonijiet jew ekwità?

KONSENSUS

5 Id-dritt kuntrattwali tad-detentur ta' strument finanzjarju (li jinkludi ishma tal-membri f'entitajiet kooperattivi) biex jitlob il-fidi, fih innifsu ma jeħtieġx li strument finanzjarju jiġi kklassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja. Minflok, l-entità trid tikkunsidra t-termini u kundizzjonijiet kollha tal-istrument finanzjarju fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala obbligazzjoni finanzjarja jew ekwità. Dawk it-termini u kundizzjonijiet jinkludu l-liġijiet rilevanti lokali, regolamenti u l-istatut regolatorju tal-entità li jkun fis-seħħ fid-data tal-klassifikazzjoni, iżda mhux l-emendi futuri mistennija għal dawk il-liġijiet, regolamenti jew statut.

▼M6

6 L-ishma tal-membri jkunu kklassifikati bħala ekwità jekk il-membri ma kellhomx id-dritt li jitolbu l-fidi huma ekwità jekk jew il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7 u 8 huma preżenti jew l-ishma tal-membri għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. Demand deposits, inklużi kontijiet kurrenti, kontijiet tad-depożiti u kuntratti simili li jinħolqu meta membri jaġixxu ta’ klijenti huma obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità.

▼B

7 L-ishma tal-membri huma ekwità jekk l-entità għandha dritt mhux kundizzjonali li tirrifjuta l-fidi tal-ishma tal-membri.

8 Il-liġi, regolament lokali, jew l-istatut li jirregola l-entità jista' jimponi diversi tipi ta' projbizzjonijiet fuq il-fidi ta' ishma tal-membri, eż. projbizzjonijiet mhux kundizzjonali jew projbizzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji tal-likwidità. Jekk il-fidi hu pprojbit b'mod mhux kundizzjonali mil-liġi lokali, regolament jew l-istatut regolatorju tal-entità, l-ishma tal-membri huma ekwità. Madankollu, id-dispożizzjonijiet fil-liġi lokali, regolament jew l-istatut regolatorju tal-entità li jipprojbixxu l-fidi biss jekk il-kundizzjonijiet — bħal restrizzjonijiet tal-likwidità — jiġu ssodisfati (jew ma jiġux issodisfati) ma jwasslux biex l-ishma tal-membri jkunu ekwità.

▼M6

9 Projbizzjoni mingħajr kundizzjonijiet tista’ tkun assoluta, peress li l-fidi kollu m’huwiex permess. Projbizzjoni mingħajr kundizzjonijiet tista’ tkun parzjali, jiġifieri ma tippermettix fidi ta’ ishma tal-membri jew il-fidi se twassal biex in-numru ta’ ishma tal-membri jew l-ammont ta’ capital imħallas mill-ishma tal-membri jaqa’ taħt livell speċifikat. Ishma tal-membri aktar mill-projbizzjoni kontra l-fidi huma obbligazzjonijiet, sakemm l-entità għandha d-dritt mingħajr kundizzjonijiet li tirrifjuta l-fidi kif deskritt fil-paragrafu 7 jew l-ishma tal-membri għandhom il-karatteristiċi kollha u jħarsu l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. F’xi każijiet, in-numru ta’ ishma jew l-ammont ta’ capital imħallas suġġett għal projbizzjoni tal-fidi jista’ jinbidel minn żmien għal żmien. Din il-bidla fil-projbizzjoni tal-fidi twassal għal trasferiment bejn l-obbligi finanzjarji u l-ekwità.

▼B

10 Fir-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tkejjel l-obbligazzjoni finanzjarja tagħha għal fidi fil-valur ġust. Fil-każ ta' ishma tal-membri b'karatteristika ta' fidi, l-entità tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja għal fidi f'mhux inqas mill-ammont massimu pagabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-fidi tal-istatut regolatorju tagħha jew il-liġi applikabbli skontata mill-ewwel data li l-ammont jista' jkun meħtieġ li jitħallas (ara l-eżempju 3).

▼M36

11 Kif meħtieġ mill-paragrafu 35 tal-IAS 32, id-distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strumenti azzjonarji huma rikonoxxuti direttament f'ekwità. Imgħax, dividendi u redditi oħrajn marbuta ma' strumenti finanzjarji kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji huma spejjeż, irrispettivament minn jekk dawk l-ammonti mħallsa humiex legalment ikkaratterizzati bħala dividendi, imgħax jew xi ħaġa oħra.

▼B

12 L-Appendiċi, li hu parti integrali mill-konsensus, jipprovdi eżempji tal-applikazzjoni ta' dan il-konsensus.

ŻVELAR

13 Meta bidla fil-projbizzjoni tal-fidi twassal għal trasferiment bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u ekwità, l-entità għandha tiżvela separatament l-ammont, l-għażla taż-żmien u r-raġuni għat-trasferiment.

DATA EFFETTIVA

14 Id-data effettiva u l-ħtiġijiet tat-tranżizzjoni ta' din l-Interpretazzjoni huma l-istess bħal dawk għall-IAS 32 (kif rivedut fl-2003). Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005, jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dak il-fatt. Dan l-Interpretazzjoni għandha tiġi applikata b'mod retrospettiv.

▼M6

14A Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 6, 9, A1 u A12 għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, għal perjodu aktar qabel, l-emendi fil-paragrafi 6, 9, A1 u A12 għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ aktar qabel.

▼M33

16 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu A8. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼M36

17  Iċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009 – 2011, maħruġ f’Mejju 2012, emenda l-paragrafu 11. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod retrospettiv skont l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika dik l-emenda għall-IAS32 bħala parti miċ-Ċiklu Annwali tat-Titjib 2009-2011 (maħruġ f’Mejju 2012) għal perjodu aktar bikri, l-emenda fil-paragrafu 11, għandha tkun applikata għal dak il-perjodu iktar bikri.

▼B




Appendiċi

Eżempji tal-applikazzjoni tal-konsensus

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-Interpretazzjoni.

▼M6

A1 Dan l-appendiċi jippreżenta seba’ eżempji tal-applikazzjoni tal-kunsens tal-IFRIC. L-eżempji ma jikkostitwux lista eżawrenti; disinji oħra tal-fatti huma possibbli. Kull eżempju jassumi li m’hemmx kundizzjonijiet minbarra dawk ippreżentati fil-fatti tal-eżempju li jkunu jeħtieġu li l-istrument finanzjarju jkun ikklassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja u li l-istrument finanzjarju m’għandux il-karatteristiċi kollha jew ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16c u 16D tal-IAS 32.

▼B

DRITT MHUX KUNDIZZJONALI LI TIRRIFJUTA L-FIDI (il-paragrafu 7)

Eżempju 1

Fatti

A2 L-istatut tal-entità jiddikjara li l-fidi jsir fid-diskrezzjoni unika tal-entità. L-istatut ma jipprovdix elaborazzjoni jew limitazzjoni ulterjuri dwar dik id-diskrezzjoni. Fl-istorja tagħha, l-entità qatt ma rrifjutat li tifdi l-ishma tal-membri, għalkemm il-bord tal-amministrazzjoni għandu d-dritt li jagħmel hekk.

Klassifikazzjoni

A3 L-entità għandha d-dritt mhux kundizzjonali li tirrifjuta l-fidi u l-ishma tal-membri huma ekwità. L-IAS 32 jistabbilixxi prinċipji għal klassifikazzjoni li huma bbażati fuq it-termini tal-istrument finanzjarju u jinnota li storja ta', jew l-intenzjoni li jsiru, pagamenti diskrezzjonali ma jikkaġunax klassifikazzjoni ta' obbligazzjoni. Il-paragrafu AG26 tal-IAS 32 jiddikjara:

Meta ishma preferuti ma jkunux tat-tip li jistgħu jinfdew, il-klassifikazzjoni xierqa tagħhom hi ddeterminata bid-drittijiet l-oħra li huma marbuta magħhom. Il-klassifikazzjoni hi bbażata fuq stima tas-sustanza tal-arranġamenti kuntrattwali u d-definizzjonijiet ta' obbligazzjoni finanzjarja u strument azzjonarju. Meta d-distribuzzjonijiet ta' ishma preferuti lil detenturi, kemm jekk huma kumulattivi jew mhux kumulattivi, ikunu fid-diskrezzjoni tal-emittent, l-ishma huma strumenti ta' ekwità. Il-klassifikazzjoni ta' sehem privileġġjat bħala strument azzjonarju jew obbligazzjoni finanzjarja m'huwiex affettwat, pereżempju:

(a) bi storja ta' għoti ta' distribuzzjonijiet;

(b) bl-intenzjoni li jsiru distribuzzjonijiet fil-futur;

(ċ) bl-impatt negattiv possibbli fuq il-prezz tal-ishma ordinarji tal-emittent jekk distribuzzjonijiet ma jsirux (minħabba restrizzjonijiet fuq ħlas ta' dividendi fuq l-ishma ordinarji jekk id-dividendi ma jitħallsux fuq l-ishma preferuti);

(d) l-ammont ta' riżervi tal-emittent;

(e) l-istennija tal-emittent ta' profitt jew telf għal perijodu; jew

(f) l-abilità jew l-inabilità tal-emittent li jinfluwenza l-ammont tal-profitt jew telf tiegħu għall-perijodu.

Eżempju 2

Fatti

A4 L-istatut tal-entità jiddikjara li l-fidi jsir fid-diskrezzjoni unika tal-entità. Madankollu, l-istatut jiddikjara addizzjonalment li l-approvazzjoni ta' talba għal fidi hi awtomatika ħlief jekk l-entità ma tkunx kapaċi tagħmel il-pagamenti mingħajr ma tikser ir-regolamenti lokali dwar il-likwidità jew ir-riżervi.

Klassifikazzjoni

A5 L-entità m'għandhiex id-dritt mhux kundizzjonali li tirrifjuta l-fidi u l-ishma tal-membri huma obbligazzjoni finanzjarja. Ir-restrizzjonijiet deskritti hawn qabel huma bbażati fuq l-abilità tal-entità li ssalda l-obbligazzjoni tagħha. Huma jirrestrinġu l-fidi biss jekk il-likwidità jew ħtiġijiet tar-riżervi ma jkunux issodisfati u dan isir biss meta huma jkunu ssodisfati. Għalhekk, huma, taħt il-prinċipji stabbiliti fl-IAS 32, ma jirriżultawx fil-klassifikazzjoni tal-istrument finanzjarju bħala ekwità. Il-paragrafu AG25 tal-IAS 32 jiddikjara:

Ishma preferuti jistgħu jinħarġu b'diversi drittijiet. Biex jiġi ddeterminat jekk sehem privileġġjat hux obbligazzjoni finanzjarja jew strument azzjonarju, emittent għandu jevalwa d-drittijiet partikulari marbuta mas-sehem biex jiddetermina jekk dan jurix il-karatteristika fundamentali ta' obbligazzjoni finanzjarja. Pereżempju, sehem privileġġjat li jkollu fidi f'data speċifika jew, jekk id-detentur jagħżel hekk, ikun fih obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-emittent għandu obbligazzjoni li jittrasferixxi assi finanzjarji lid-detentur tas-sehem. L-inabilità potenzjali ta' emittent li jissodisfa obbligazzjoni biex jifdi sehem privileġġjat meta marbut b'kuntratt biex jagħmel hekk, kemm minħabba nuqqas ta' fondi, restrizzjoni statutorja jew profitti jew riżervi insuffiċjenti, ma tikkanċellax l-obbligazzjoni. [Enfasi miżjuda]

PROJBIZZJONIJIET KONTRA FIDI (il-paragrafi 8 u 9)

Eżempju 3

Fatti

A6 Entità kooperattiva ħarġet ishma għal membri tagħha f'dati differenti u f'ammonti differenti fil-passat, kif ġej:

(a) 1 ta' Jannar 20X1 100 000 sehem ta' CU10 kull wieħed (CU1 000 000);

(b) 1 ta' Jannar 20X2, 100 000 sehem ta' CU20 kull wieħed (CU2 000 000 addizzjonali, biex it-total ta' ishma maħruġa hu ta' CU3 000 000).

L-ishma jistgħu jinfdew mingħajr avviż fl-ammont li fihom inħarġu.

A7 L-istatut tal-entità jiddikjara li fidi kumulattiv ma jistax jaqbeż l-20 fil-mija tal-ogħla numru ta' ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti. Fil-31 ta' Diċembru 20X2, l-entità kellha 200 000 sehem pendenti, li hu l-ogħla numru ta' ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti, u l-ebda sehem ma kien mifdi fil-passat. Fl-1 ta' Jannar 20X3, l-entità temenda l-istatut regolatorju tagħha u żżid il-livell permess ta' fidi kumulattiv għal 25 fil-mija tal-ogħla numru ta' ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti.

Klassifikazzjoni

Qabel l-istatut regolatorju hu emendat

▼M33

A8 L-ishma tal-membri li jaqbżu l-projbizzjoni għat-tifdija huma obbligazzjonijiet finanzjarji. L-entità kooperativa tkejjel din l-obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali. Minħabba li dawn l-ishma jistgħu jinfdew bla avviż, l-entità kooperativa tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji bħal dawn f’konformità mal-paragrafu 47 tal-IFRS 13, li jgħid: “Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq domanda …” Għalhekk, l-entità kooperativa għandha tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji l-ammont massimu pagabbli fuq domanda taħt il-provvedimenti tat-tifdija.

▼B

A9 Fl-1 ta' Jannar 20X1, l-ammont massimu pagabbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi hu ta' 20 000 sehem ta' CU10 kull wieħed u għaldaqstant l-entità tikklassifika CU200 000 bħala obbligazzjoni finanzjarja u CU800 000 bħala ekwità. Madankollu, fl-1 ta' Jannar 20X2, minħabba l-ħruġ ġdid ta' ishma ta' CU20, l-ammont massimu pagabbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi jiżdied għal 40 000 sehem ta' CU20 kull wieħed. Il-ħruġ ta' ishma addizzjonali ta' CU20 joħloq obbligazzjoni ġdid li jitkejjel fir-rikonoxximent inizjali fil-valur ġust. L-obbligazzjoni wara li dawn l-ishma jkunu nħarġu hu ta' 20 fil-mija tal-ishma totali li nħarġu (200 000), imkejjel b'CU20, jew CU800 000, Dan jeħtieġ rikonoxximent ta' obbligazzjoni addizzjonali ta' CU600 000, F'dan l-eżempju l-ebda qligħ jew telf m'huma rikonoxxuti. Għaldaqstant l-entità issa tikklassifika CU800 000 bħala obbligazzjonijiet finanzjarji u CU2 200 000 bħala ekwità. Dan eżempju jassumi li dawn l-ammonti ma jinbidlux bejn l-1 ta' Jannar 20X1, u l-31 ta' Diċembru 20X2.

Wara li l-istatut regolatorju jiġi emendat

A10 Wara l-bidla fl-istatut regolatorju tagħha, l-entità kooperattiva issa tista' tkun meħtieġa li tifdi massimu ta' 25 fil-mija tal-ishma pendenti tagħha jew massimu ta' 50 000 sehem ta' CU20 kull wieħed. Għaldaqstant, fl-1 ta' Jannar 20X3, l-entità kooperattiva tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji, ammont ta' CU1 000 000, li hu l-ammont massimu li jista' jitħallas mingħajr avviż taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi, kif iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 49 tal-IAS 39. Għalhekk hi tittrasferixxi fl-1 ta' Jannar 20X3, minn ekwità għal obbligazzjonijiet finanzjarji, ammont ta' CU200 000, u tħalli CU2 000 000 ikklassifikati bħala ekwità. F'dan l-eżempju l-entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf waqt it-trasferiment.

Eżempju 4

Fatti

A11 Il-liġi lokali li tirregola l-operazzjonijiet tal-kooperattivi, jew it-termini tal-istatut regolatorju l-entità, jipprojbixxu entità milli tifdi l-ishma tal-membri jekk, bil-fidi tagħhom, hi tkun ser tnaqqas il-kapital imħallas minn ishma tal-membri taħt il-75 fil-mija tal-għola ammont ta' kapital imħallas minn ishma tal-membri. L-għola ammont għal kooperattiva partikulari hu ta' CU1 000 000. ►M5  Fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ il-kapital imħallas hu ta' CU900 000.

Klassifikazzjoni

A12 F'dan il-każ, CU750 000 ikunu kklassifikati bħala ekwità u CU150 000 ikunu kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. Minbarra l-paragrafi li diġà ssemmew, il-paragrafu 18(b) tal-IAS 32 jiddikjara parzjalment:

… strument finanzjarju li jagħti d-dritt li d-detentur li jerġa’ jitfgħu għand l-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor (“strument puttable”) huwa obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-istrument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja anke meta l-ammont ta’ flus jew assi finanzjarji oħrajn ikun stabbilit fuq il-bażi ta’ indiċi jew oġġetti ieħor li għandu l-potenzjal li jiżdied jew jonqos. L-eżistenza ta’ opzjoni għad-detentur li jitfa’ l-istrument lura lill-emittent ħarġu għal flus jew assi finanzjarju ieħor ifisser li l-istrument puttable jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.

A13 Il-projbizzjoni tal-fidi deskritta f'dan l-eżempju hi differenti mir-restrizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 19 u AG25 tal-IAS 32. Dawk ir-restrizzjonijiet huma limitazzjonijiet fuq l-abilità tal-entità li tħallas l-ammont dovut fuq obbligazzjoni finanzjarja, i.e. huma jimpedixxu l-pagament tal-obbligazzjoni biss jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati. B'kuntrast ma' dan, dan l-eżempju jiddeskrivi projbizzjoni mhux kundizzjonali fuq il-fidi 'l fuq minn ammont speċifiku, mingħajr ma jingħata kas tal-abilità tal-entità li tifdi ishma tal-membri (eż. meta jittieħed konsiderazzjoni tar-riżorsi ta' flus, profitti jew riżervi li jistgħu jitqassmu). Fil-fatt, il-projbizzjoni kontra l-fidi timpedixxi lill-entità milli ġġarrab xi obbligazzjoni finanzjarja biex tifdi iktar minn ammont speċifiku ta' kapital imħallas. Għalhekk, il-porzjon ta' ishma soġġetti għal projbizzjoni tal-fidi mhux obbligazzjoni finanzjarja. Filwaqt li l-ishma ta' kull membru jistgħu jinfdew individwalment, porzjon tal-ishma totali pendenti ma jistax jinfeda taħt l-ebda ċirkustanza, ħlief fil-każ tax-xoljiment tal-entità.

Eżempju 5

Fatti

A14 Il-fatti ta' dan l-eżempju huma kif deskritti f'eżempju 4. Barra minn dan, ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ , il-ħtiġijiet tal-likwidità imposti fil-ġurisdizzjoni lokali, jimpedixxu lill-entità milli tifdi xi ishma tal-membri ħlief jekk il-pussess tagħha ta' flus u investimenti għal żmien qasir huma ikbar minn ammont speċifiku. L-effett ta' dawn il-ħtiġijiet tal-likwidità ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar, ◄ hu li l-entità ma tistax tħallas iktar minn CU50 000 biex tifdi l-ishma tal-membri.

Klassifikazzjoni

A15 Bħal f'eżempju 4, l-entità tikklassifika CU750 000 bħala ekwità u CU150 000 bħala obbligazzjoni finanzjarja. Dan hu minħabba li l-ammont ikklassifikat bħala obbligazzjoni hu bbażat fuq id-dritt mhux kundizzjonali tal-entità li tirrifjuta l-fidi u mhux fuq restrizzjonijiet kundizzjonali li jimpedixxu l-fidi biss jekk il-likwidità jew kundizzjonijiet oħrajn ma jkunux issodisfati, u dan isir biss meta huma jkunu ssodisfati. Il-provvedimenti tal-paragrafi 19 u AG25 tal-IAS 32 japplikaw f'dan il-każ.

Eżempju 6

Fatti

A16 L-istatut regolatorju jipprojbixxi lill-entità milli tifdi ishma tal-membri, ħlief sal-punt tar-rikavat riċevut mill-ħruġ ta' ishma addizzjonali tal-membri għal membri ġodda jew membri eżistenti matul it-tliet snin ta' qabel. Ir-rikavat mill-ħruġ ta' ishma tal-membri għandu jiġi applikat biex jinfdew dawk l-ishma li għalihom il-membri kienu talbu l-fidi. Matul it-tliet snin ta' qabel, ir-rikavat mill-ħruġ ta' ishma tal-membri kien ta' CU12 000 u l-ebda ishma tal-membri ma kien mifdija fil-passat.

Klassifikazzjoni

A17 L-entità tikklassifika CU12 000 tal-ishma tal-membri bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. B'mod konsistenti mal-konklużjonijiet deskritti f'eżempju 4, l-ishma tal-membri soġġetti għal projbizzjoni mhux kundizzjonali kontra l-fidi, mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji. Projbizzjoni mhux kundizzjonali bħal din tapplika għal ammont li hu daqs ir-rikavat tal-ishma maħruġa qabel it-tliet snin preċedenti, u għaldaqstant, dan l-ammont hu kklassifikat bħala ekwità. Madankollu, ammont li hu daqs l-ammont tar-rikavat minn kull ishma maħruġa fit-tliet snin ta' qabel, ma jkunx soġġett għal projbizzjoni mhux kundizzjonali fuq il-fidi. Għaldaqstant, ir-rikavat mill-ħruġ ta' ishma tal-membri fit-tliet snin ta' qabel, joħloq obbligazzjonijiet finanzjarji sakemm dawn ma jkunux iktar disponibbli għal fidi ta' ishma tal-membri. Bħala riżultat, l-entità għandha obbligazzjoni finanzjarja li hi daqs ir-rikavat ta' ishma maħruġa matul it-tliet snin ta' qabel, netti minn kull fidi matul il-perijodu.

Eżempju 7

Fatti

A18 L-entità hi bank kooperattiv. Il-liġi lokali li tirregola l-operat tal-banek kooperattivi tgħid li mill-inqas 50 fil-mija ta' “l-obbligazzjonijiet pendenti” (terminu definit fir-regolamenti biex jiġu inklużi l-kontijiet tal-ishma tal-membri) totali tal-entità għandhom ikunu fis-sura ta' kapital imħallas tal-membri'. L-effett tar-regolament hu li jekk l-obbligazzjonijiet pendenti kollha tal-kooperattiva jkunu fil-forma ta' ishma tal-membri, hi tkun kapaċi li tifdihom kollha. Fil-31 ta' Diċembru 20X1, l-entità għandha obbligazzjonijiet pendenti totali ta' CU200 000, li minnhom CU125 000 jirrappreżentaw il-kontijiet tal-ishma tal-membri. It-termini tal-kontijiet tal-ishma tal-membri jippermettu lid-detentur li jifdihom mingħajr avviż u m'hemmx limitazzjonijiet fuq il-fidi fl-istatut tal-entità.

Klassifikazzjoni

A19 F'dan l-eżempju l-ishma tal-membri huma kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. Il-projbizzjoni tal-fidi hi simili għar-restrizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 19 u AG25 tal-IAS 32. Ir-restrizzjoni hi limitazzjoni kundizzjonali fuq l-abilità tal-entità li tħallas l-ammont dovut fuq obbligazzjoni finanzjarja, i.e. huma jimpedixxu l-ħlas tal-obbligazzjoni biss jekk kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati. B'mod iktar speċifiku, l-entità tista' tkun meħtieġa li tifdi l-ammont kollu ta' ishma tal-membri (CU125 000) jekk hi tħallas l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha tagħha (CU75 000). Konsegwentement, il-projbizzjoni kontra l-fidi ma timpedixxix lill-entità milli ġġarrab obbligazzjoni finanzjarja biex tifdi aktar minn numru speċifiku ta' ishma tal-membri jew ammont ta' kapital imħallas. Din tippermetti lill-entità biss li tiddifferixxi l-fidi sakemm kundizzjoni tiġi ssodisfata, i.e. il-ħlas mill-ġdid ta' obbligazzjonijiet oħrajn. Ishma tal-membri f'dan l-eżempju mhumiex soġġetti għal projbizzjoni mhux kundizzjonali kontra l-fidi u huma għalhekk ikklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji.




INTERPRETAZZJONI 4 TAL-IFRIC

Kif Tiddetermina jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera

REFERENZI

 L-IAS 8 Politika taKontabilità, Bidliet fl-Istimi taKontabilità u Żbalji

 L-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 38 Assi Intanġibbli (kif rivedut fl-2004)

▼M33

 L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust

▼B

SFOND

1 Entità tista' tidħol f'arranġament, li jinkludi tranżazzjoni jew serje ta' tranżazzjonijiet relatati, li ma jiħdux il-forma legali ta' kuntratt ta' kera iżda li jwasslu għal dritt tal-użu ta' assi (eż. entrata ta' proprjetà, impjanti u tagħmir), għal pagament jew serje ta' pagamenti. Eżempji ta' arranġamenti fejn entità waħda (il-fornitur) tista' twassal għal dritt bħal dan għall-użu ta' assi lil entità oħra (ix-xerrej), ta' spiss flimkien ma' servizzi relatati, li jinkludu:

 arranġamenti ta' għoti ta' xogħol b'kuntratt lil terzi (eż. l-għoti ta' xogħol lil terzi ta' funzjonijiet ta' pproċessar ta' data ta' entità).

 arranġamenti fl-industrija tat-telekomunikazzjoni, fejn il-fornituri tal-kapaċità tan-network jidħlu f'kuntratti biex jipprovdu lix-xerrejja bi drittijiet għal kapaċità.

 kuntratti take-or-pay jew simili, fejn ix-xerrejja jridu jħallsu pagamenti speċifiċi mingħajr ma jingħata kas dwar jekk jirċevux il-kunsinna tal-prodotti jew servizzi li għalihom sar kuntratt (eż. kuntratt take-or-pay biex tiġi akkwistata sostanzjalment il-produzzjoni kollha ta' ġeneratur tal-elettriku ta' fornitur).

2 Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida biex jiġi ddeterminat jekk arranġamenti bħal dawn humiex, jew fihomx, kuntratti ta' kera li jistgħu jiġu rrappurtati b'konformità mal-IAS 17. Ma tipprovdix gwida għad-determinazzjoni kif kuntratt ta' kera bħal dan għandu jiġi kklassifikat taħt dak l-Istandard.

3 F'xi arranġamenti, l-assi bażiku li hu s-suġġett tal-kuntratt ta' kera hu porzjon ta' assi ikbar. Din l-Interpretazzjoni ma tindirizzax kif tiddetermina meta porzjon ta' assi ikbar hu fih innifsu l-assi bażiku bl-iskop li jiġi applikat l-IAS 17. Madankollu, arranġamenti li fihom l-assi bażiku jkun jirrappreżenta unità ta' kont jew fl-IAS 16 jew l-IAS 38 huma fl-ambitu ta' din l-Interpretazzjoni.

AMBITU

▼M9

4 Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal arranġamenti li:

(a) Huma jew fihom, kirjiet esklużu mill-ambitu tal-IAS 17; or

(b) huma arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz mill-pubbliku għall-privat fi ħdan l-ambitu ta l-IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz.

▼B

KWISTJONIJIET

5 Il-kwistjonijiet indirizzati f'din l-Interpretazzjoni huma:

(a) kif tiddetermina jekk arranġament hu, jew fihx, kuntratt ta' kera kif definit fl-IAS 17;

(b) meta stima jew stima mill-ġdid ta' jekk arranġament hu, jew fihx, kuntratt ta' kera għandhom isiru; u

(ċ) jekk arranġament hu, jew fihx, kuntratt ta' kera, kif il-pagamenti għal kuntratt ta' kera għandhom jiġu separati mill-pagamenti għall-elementi l-oħrajn kollha fl-arranġament.

KONSENSUS

Kif tiddetermina jekk arranġament huwiex, jew fihx, kuntratt ta' kera

6 Biex wieħed jiiddetermina jekk arranġament hu, jew fihx, kuntratt ta' kera, dan għandu jiġi bbażat fuq is-sustanza tal-arranġament u jeħtieġ stima ta' jekk:

(a) it-twettiq tal-arranġament jiddependi mill-użu ta' assi jew assi speċifiċi (l-assi); u

(b) l-arranġament iwassal għal dritt tal-użu ta' assi.

It-twettiq tal-arranġament jiddependi mill-użu ta' assi speċifiku

7 Għalkemm assi speċifiku jista' jkun identifikat b'mod speċiku fl-arranġament, ma jkunx is-suġġett ta' kuntratt ta' kera jekk it-twettiq tal-arranġament ma jiddependix fuq l-użu tal-assi speċifiku. Pereżempju, jekk il-fornitur hu obbligat li jikkunsinna kwantità ta' oġġetti jew servizzi u għandu d-dritt u l-ħila li jipprovdi dawk l-oġġetti jew servizzi bl-użu ta' assi oħrajn li mhumiex speċifikati fl-arranġament, allura t-twettiq tal-arranġament ma jkunx jiddependi fuq l-assi speċifiku u l-arranġament ma jkunx fih kuntratt ta' kera. Obbligu ta' garanzija li jippermetti jew jeħtieġ is-sostituzzjoni tal-istess assi jew assi simili meta l-assi speċifiku ma jkunx jaħdem sew, ma jimpedixxix it-trattament ta' kuntratt ta' kera. Barra minn hekk, provvediment kuntrattwali (kontinġenti jew le) li jippermetti jew jeħtieġ lill-fornitur li jissostitwixxi assi oħrajn għal xi raġuni, f'xi, jew wara, data speċika, ma jimpedixxix it-trattament tal-kuntratt ta' kera qabel id-data tas-sostituzzjoni.

8 Assi jkun speċifikat b'mod impliċitu jekk, pereżempju, il-fornitur jkun is-sid jew ikollu kuntratt ta' kera fuq assi wieħed biss li bih irid jissodisfa l-obbligu u ma jkunx ekonomikament vijabbli jew prattikabbli għal fornitur li jwettaq l-obbligazzjoni tiegħu bl-użu ta' assi alternattivi.

Arranġament jagħti dritt tal-użu tal-assi

9 Arranġament jagħti d-dritt tal-użu tal-assi jekk l-arranġament jagħti lix-xerrej (kerrej) id-dritt li jikkontrolla l-użu tal-assi bażiku. Id-dritt tal-kontroll tal-użu tal-assi bażiku jingħata jekk xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a) Ix-xerrej għandu l-ħila jew id-dritt li jopera l-assi jew li jwassal lill-oħrajn biex joperaw lill-assi bil-mod li hu jiddetermina filwaqt li jikseb u jikkontrolla iktar minn ammont insinifikanti tal-produzzjoni jew xi utilità oħra tal-assi.

(b) Ix-xerrej għandu l-ħila jew id-dritt li jikkontrolla l-aċċess fiżiku għall-assi bażiku filwaqt li jikseb u jikkontrolla iktar minn ammont insinifikanti tal-produzzjoni jew xi utilità oħra tal-assi.

(c) Fatti u ċirkustanzi jindikaw li jkun hemm possibbiltà remota li parti waħda jew iżjed, minbarra x-xerrej, ser tikseb u tikkontrolla iktar minn ammont insinifikanti tal-produzzjoni jew xi utilità oħra li ser tiġi prodotta jew iġġenerata mill-assi matul it-terminu tal-arranġament, u l-prezz li x-xerrej ser iħallas għall-produzzjoni ma jkunx stipulat kuntrattwalment għal kull unità ta' produzzjoni u lanqas hu daqs il-prezz tas-suq għal kull unità ta' produzzjoni fil-ħin tal-kunsinna tal-produzzjoni.

Stima jew stima mill-ġdid ta' jekk arranġament hux, jew jinkludix, kuntratt ta' kera

10 L-istima ta' jekk arranġament fihx kuntratt ta' kera għandha ssir fil-bidu tal-arranġament, u tkun l-iktar waħda kmieni mid-data tal-arranġament u d-data tal-impenn mill-partijiet għat-termini prinċipali tal-arranġament, fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha. Stima mill-ġdid dwar jekk l-arranġament fihx kuntratt ta' kiri għandha sir biss jekk xi waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi tkun issodisfata:

(a) Hemm bidla fit-termini kuntrattwali, ħlief meta l-bidla ġġedded jew testendi biss l-arranġament.

(b) Għażla ta' tiġdid tiġi eżerċitata jew isir ftehim għal estensjoni bejn il-partijiet tal-arranġament, ħlief jekk it-terminu tat-tiġdid jew estensjoni kienet inkluża inizjalment fit-terminu tal-kuntratt ta' kera b'konformità mal-paragrafu 4 fl-IAS 17. Tiġdid jew estensjoni tal-arranġament li ma tinkludix modifika fl-ebda wieħed mit-termini fl-arranġament oriġinali qabel it-tmiem tat-terminu tal-arranġament oriġinali għandhom jiġu evalwati taħtil-paragrafi 6–9 biss fir-rigward tal-perijodu tat-tiġdid jew estensjoni.

(c) Hemm bidla fid-determinazzjoni ta' jekk it-twettiq jiddependix fuq assi speċifiku.

(d) Hemm bidla sostanzjali fl-assi, pereżempju bidla fiżika sostanzjali fil-proprjetà, impjanti u tagħmir.

11 Stima mill-ġdid ta' arranġament għandha tkun ibbażata fuq il-fatti u ċirkustanzi fid-data tal-istima mill-ġdid, li tinkludi t-terminu li jkun fadal tal-arranġament. Bidliet fl-istima (pereżempju, l-ammont stmat tal-produzzjoni li trid tiġi kkunsinnata lix-xerrej jew xerrejja potenzjali oħrajn) ma tikkaġunax stima mill-ġdid. Jekk arranġament ikun stmat mill-ġdid u jkun iddeterminat li jkun fih kuntratt ta' kera (jew li ma jkunx fih kuntratt ta' kera), il-kontabilità tal-kuntratt ta' kera għandha tiġi applikata (jew tieqaf milli tiġi applika) minn:

(a) fil-każ ta' (a), (c) jew (d) f'paragrafu 10, meta l-bidla fiċ-ċirkustanzi li twassal għal stima mill-ġdid isseħħ;

(b) fil-każ ta' (b) f'paragrafu 10, il-bidu tat-tiġdid jew il-perijodu tal-estensjoni.

Kif tissepara l-pagamenti għal kuntratt ta' kera minn pagamenti oħrajn

12 Jekk arranġament ikun fih kuntratt ta' kera, il-partijiet fl-arranġament għandhom japplikaw ir-rekwiżiti fl-IAS 17 għall-element tal-kuntratt ta' kera fl-arranġament, ħlief jekk ikunu eżentati minn dawk ir-rekwiżiti b'konformità mal-paragrafu 2 fl-IAS 17. Għaldaqstant, jekk arranġament ikun fih kuntratt ta' kera, dak il-kuntratt ta' kera għandu jiġi kklassifikat bħala kiri finanzjarju jew kiri operattiv b'konformità mal-paragrafi 7-19 fl-IAS 17. Elementi oħrajn tal-arranġament li mhumiex fl-ambitu tal-IAS 17 għandhom jiġu rrappurtati b'konformità ma' Standards oħrajn.

13 Bl-iskop li jiġu applikati r-rekwiżiti fl-IAS 17, il-pagamenti u korrispettivi oħrajn meħtieġa mill-arranġament għandhom jiġu separati fil-bidu tal-arranġament jew meta ssir stima tal-arranġament f'dawk għall-kuntratt ta' kera u dawk għal elementi oħrajn fuq il-bażi tal-valuri ġusti tagħhom. Il-pagamenti minimi tal-kuntratt ta' kera kif definiti f'paragrafu 4 fl-IAS 17 jinkludu biss il-pagamenti għall-kuntratt ta' kera (i.e. id-dritt li l-assi jintuża) u jeskludu pagamenti għal elementi oħrajn fl-arranġament (eż. għal servizzi u l-kost tal-inputs).

14 F'xi każijiet, is-separazzjoni l-pagamenti għal kuntratt ta' kera minn pagamenti għal elementi oħrajn fl-arranġament ser tkun teħtieġ li x-xerrej juża teknika tal-istima. Pereżempju, xerrej jista' jistma l-pagamenti għal kuntratt ta' kera b'referenza għal ftehim ta' kuntratt ta' kera għal assi komparabbli li ma fihx elementi oħrajn, jew billi jistma l-pagamenti għall-elementi oħrajn fl-arranġament b'referenza għal ftehim komparabbli u mbagħad billi jnaqqas dawn il-pagamenti mill-pagamenti totali taħt l-arranġament.

15 Jekk xerrej jikkonkludi li jkun imprattikabbli li jissepara l-pagamenti b'mod ta' min jorbot fuqu, huwa għandu:

(a) fil-każ ta' kera finanzjarja, jirrikonoxxi assi u obbligu f'ammont li jkun daqs ( 65 ) tal-assi bażiku li kien identifikat f'paragrafi 7 u 8 bħala s-suġġett tal-kuntratt ta' kera. Sussegwentement l-obbligu jiġi mnaqqas hekk kif il-pagamenti jsiru u debitu tal-finanzi imputat fuq l-obbligu jiġi rikonoxxut billi tintuża r-rata tal-imgħax fuq is-self li tinkrementa tax-xerrej. ( 66 )

(b) fil-każ ta' kera operattiva, jittratta l-pagamenti kollha taħt l-arranġament bħala pagamenti ta' kera bl-iskop li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-iżvelar fl-IAS 17, iżda

(i) jiżvela dawk il-pagamenti separatament mill-pagamenti minimi tal-kuntratt ta' kera ta' arranġamenti oħrajn li ma jinkludux pagamenti għal elementi li mhumiex kuntratti tal-kera, u

(ii) jiddikjara li l-pagamenti żvelati jinkludu wkoll pagamenti għal elementi fl-arranġament li mhumiex kuntratti tal-kera.

DATA EFFETTIVA

16 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hi inkoraġġita. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2006, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

TRANŻIŻŻJONI

17 L-IAS 8 jispeċifika kif entità tapplika bidla fil-politika tal-kontabilità li tirriżulta mill-applikazzjoni inizjali ta' Interpretazzjoni Entità mhix meħtieġa li tkun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti meta tapplika għall-ewwel darba din l-Interpretazzjoni. Jekk entità tuża din l-eżenzjoni, għandha tapplika l-paragrafi 6–9 tal-Interpretazzjoni għal arranġamenti eżistenti fil-bidu tal-iktar perijodu bikri li għalih informazzjoni komparattiva taħt l-IFRSs tkun ippreżentata fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkustanzi eżistenti fil-bidu tal-perijodu.




INTERPRETAZZJONI 5 TAL-IFRIC

Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw mid-Dekummissjonament, Restawrazzjoni u Fondi għar-Riabilitazzjoni Ambjentali

REFERENZI

 L-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

▼M32 —————

▼M32

 L-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti

▼M32 —————

▼B

 L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif irrivedut fl-2003)

▼M32

 L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati

 L-IFRS 11 Impriżi Konġunti

▼B

 Is-SIC12 Konsolidament – Entitajiet b'Għan Speċjali (kif irrivedut fl-2004)

SFOND

1 L-iskop tal-fondi għad-dekummissjonament, restawr u riabilitazzjoni ambjentali, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala “fondi tad-dekummissjonament” jew “fondi”, hu li jifred l-assi biex jiffinanzja xi wħud jew l-kosti kollha tad-dekumissjonament ta' impjant (bħal impjant nukleari) jew ċertu tagħmir (bħal karozzi), jew li jittieħed impenn ta' riabilitazzjoni ambjentali (bħat-tindif ta' ilma mniġġes jew ir-restawr ta' art li fiha kien hemm il-minjieri), flimkien imsejħa bħala “dekummissjonament”.

2 Kontribuzzjoni għal dawn il-fondi tista' tkun volontarja jew meħtieġa minn regolament jew liġi. Il-fondi jista' jkollhom waħda minn dawn l-istrutturi li ġejjin:

(a) fondi li huma stabbliti minn kontributur wieħed li jiffinanzja l-obbligi tad-dekummissjonament tiegħu, kemm jekk dan ikun għal sit wieħed partikulari, jew għal numru ta' siti mferrxa ġeografikament.

(b) fondi li huma stabbiliti b'kontributuri multipli biex jiffinanzjaw l-obbligi tagħhom individwali jew konġunti tad-dekummissjonament, meta l-kontributuri huma intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż tad-dekummissjonament, sal-punt li ma jaqbiżx il-kontribuzzjonijiet tagħhom flimkien ma' kull qligħ attwali fuq dawk il-kontribuzzjonijiet, nieqes is-sehem tagħhom tal-kosti tal-amministrazzjoni tal-fond. Il-kontributuri jista' jkollhom l-obbligu li jagħtu kontribuzzjonijiet addizzjonali, pereżempju, fil-każ tal-falliment ta' kontributur ieħor.

(ċ) fondi li huma stabbiliti b'kontributuri multipli biex jiffinanzjaw l-obbligi tagħhom individwali jew konġunti tad-dekummissjonament meta l-livell meħtieġ tal-kontribuzzjoniet hu bbażat fuq l-attività kurrenti ta' kontributur u l-benefiċċju miksub minn dak il-kontributur hu bbażat fuq attività tiegħu fil-passat. F'każijiet bħal dawn ikun hemm il-potenzjal ta' nuqqas ta' qbil fl-ammont ta' kontribuzzjonijiet li saru minn kontributur (ibbażati fuq l-attività kurrenti) u l-valur li jinġab mill-fond (ibbażat fuq l-attività fil-passat).

3 Fondi bħal dawn ġeneralment għandhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-fond hu amministrat separatament minn trustees indipendenti.

(b) entitajiet (kontributuri) jagħtu l-kontribuzzjonijiet lill-fond, li jiġu investiti f'firxa ta' assi li jistgħu jinkludu kemm strumenti ta' dejn u kemm azzjonarji, u li jkunu disponibbli biex jgħinu fil-ħlas tal-kosti tal-kontributuri għad-dekummissjonament. It-trustees jiddeterminaw kif il-kontribuzzjonijiet jiġu investiti, fil-limitazzjonijiet stipulati mid-dokumenti li jiggvernaw il-fond u kull leġislazzjoni jew regolamenti oħrajn applikabbli.

(ċ) il-kontributuri jżommu l-obbligu li jħallsu l-kosti tad-dekummissjonament. Madankollu, il-kontributuri jkunu jistgħu jiksbu rimborż tal-kosti tad-dekummissjonament mill-fond sal-inqas mill-kosti tad-dekummissjonament li jsiru u s-sehem tal-kontributur tal-assi tal-fond.

(d) il-kontributuri jista' jkollhom aċċess ristrett jew l-ebda aċċess għall-bilanċ favorevoli ta' assi tal-fond iktar minn dawk użati biex jissodisfaw il-kosti eliġibbli tad-dekummissjonament.

AMBITU

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika għal kontabilità fir-rapporti finanzjarji ta' kontributur għal interessi li jirriżultaw minn fondi għad-dekummissjonament li jkollhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(a) l-assi huma amministrati separatament (jew billi jinżammu f'entità legali separata jew bħala assi mifruda fi ħdan entità oħra); u

(b) id-dritt ta' kontributur li jkollu aċċess għall-assi jkun ristrett.

5 Interess residwu f'fond li jestendi lil hinn minn dritt għar-rimborż, bħal dritt kuntrattwali għad-distribuzzjonijiet ġaladarba d-dekummissjonament ikun tlesta jew meta l-fond ma jibqax jiffunzjona, jista' jkun strument azzjonarju fl-ambitu tal-IAS 39 u mhux fl-ambitu ta' din l-Interpretazzjoni.

KWISTJONIJIET

6 Il-kwistjonijiet indirizzati f'din l-Interpretazzjoni huma:

(a) kif għandu kontributur jirrapporta l-interess tiegħu f'fond?

(b) meta kontributur ikollu obbligu li jagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali, pereżempju, fil-każ tal-falliment ta' kontributur ieħor, kif irid jiġi rrappurtat dak l-obbligu?

KONSENSUS

Kif għandu jiġi rrappurtat l-interess f'fond

7 Il-kontributur għandu jirrikonoxxi l-obbligu tiegħu li jħallas il-kosti tad-dekummissjonament bħala obbligazzjoni u jirrikonoxxi l-interess tiegħu fil-fond separatament, ħlief jekk il-kontributur ma jkunx reponsabbli li jħallas il-kosti tad-dekummissjonament anki jekk il-fond jonqos milli jħallas.

▼M32

8 Il-kontributur għandu jistabilixxi jekk għandux kontroll jew kontroll konġunt ta', jew influwenza sinifikanti fuq il-fond billi jirreferi għall-IFRS 10, l-IFRS 11 u l-IAS 28. Jekk ikollu, il-kontributur għandu jikkontabilizza għall-interess tiegħu fil-fond skont dawk l-Istandards.

9 Jekk kontributur ma jkollux kontroll jew kontroll konġunt fuq, jew influwenza sinifikanti fuq, il-fond, il-kontributur għandu jirrikonoxxi d-dritt li jirċievi rimborż mill-Fond bħala rimborż skont l-IAS 37. Dan ir-rimborż għandu jitkejjel bħala l-ibaxx minn:

(a) l-ammont tal-obbligi rikonoxxuti tad-dekummissjonament; u

(b) is-sehem tal-kontributur tal-valur ġust tal-assi netti tal-fond attribwibbli lill-kontributuri.

Bidliet fil-valur miżmum fil-kotba tad-dritt li tirċievi rimborż, minbarra l-kontribuzzjonijiet lill-fond, u pagamenti minnu, għandhom jiġu rikonoxxuti fil-profitt jew telf fil-perijodu li fih iseħħu dawn il-bidliet.

Kif tirrapporta obbligi biex tagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali

10 Meta kontributur ikollu obbligu li jagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali potenzjali, pereżempju, fil-każ tal-falliment ta' kontributur ieħor jew jekk il-valur tal-assi tal-investiment li jkollu l-fond jonqos sal-punt li ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi tar-rimborż tal-fond, dan l-obbligu hu obbligazzjoni kontinġenti li hi fl-ambitu tal-IAS 37. Il-kontributur għandu jirrikonoxxi obbligazzjoni biss jekk ikun probabbli li jkunu ser isiru kontribuzzjonijiet addizzjonali.

Żvelar

11 Kontributur għandu jiżvela n-natura tal-interess tiegħu f'fond u kull restrizzjoni ta' aċċess għall-assi fil-fond.

12 Meta kontributur ikollu obbligu li jagħti kontribuzzjonijiet addizzjonali potenzjali li mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni (ara l-paragrafu 10), dan għandu jagħmel l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 86 tal-IAS 37.

13 Meta kontributur jirrapporta l-interess tiegħu fil-fond b'konformità mal-paragrafu 9, dan għandu jagħmel l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 85(c) tal-IAS 37.

DATA EFFETTIVA

14 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hi inkoraġġita. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2006, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M32

14B L-IFRS 10 u l-IFRS 11, maħruġa f’Mejju 2011, emendaw il-paragrafi 8 u 9. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 10 u l-IFRS 11.

▼B

TRANŻIZZJONI

15 Bidliet fil-politika tal-kontabilità għandhom jiġu rrappurtati b'konformità mar-rekwiżiti tal-IAS 8.




INTERPRETAZZJONI 6 TAL-IFRIC

Obbligazzjonijiet li jinħolqu mill-Parteċipazzjoni f'Suq Speċifiku — Skart ta' Tagħmir Elettroniku u Elettriku

REFERENZI

 L-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

1 Il-paragrafu 17 tal-IAS 37 jispeċifika li avveniment li jobbliga hu avveniment li jwassal għal obbligu preżenti li entità m'għandhiex alternattiva realistika għajr il-ħlas tiegħu.

2 Il-paragrafu 19 tal-IAS 37 jgħid li l-provvedimenti huma rikonoxxuti biss għal “obbligi li ġejjin minn avvenimenti passati li jeżistu indipendentement mill-azzjonijiet futuri tal-entità”.

3 Id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar Skart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WE&EE), li tirregola l-ġbir, it-trattament, l-irkupru u r-rimi li jirrispetta lill-ambjent ta' tagħmir skartat, qanqlet kwistjonijiet dwar meta l-obbligazzjoni għad-dekummissjoni tal-WE&EE għandha tkun rikonoxxuta. Id-Direttiva tagħmel distinzjoni bejn skart “ġdid” u “storiku” u bejn skart li ġej minn djar privati u skart li ġej minn sorsi li m'humiex djar privati. Skart ġdid huwa relatat ma' prodotti mibjugħa wara t-3 ta' Awissu 2005. It-tagħmir tad-dar mibjugħ qabel dik id-data hu kkunsidrat li jiġġenera skart storiku għall-iskopijiet tad-Direttiva.

4 Id-Direttiva tgħid li l-kost tal-ġestjoni tal-iskart għat-tagħmir storiku tad-dar għandhom jagħmlu tajjeb għalih il-produtturi ta' dak it-tip ta' tagħmir li jkunu fis-suq matul perijodu li jkun speċifikat fil-leġiżlazzjoni applikabbli ta' kull Stat Membru (il-perijodu tal-kejl). Id-Direttiva tgħid li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mekkaniżmu li jwassal lill-produtturi sabiex jikkontribwixxu għall-kosti b'mod proporzjonali “pereżempju, fi proporzjon mas-sehem rispettiv tagħhom tas-suq skont it-tip tat-tagħmir.”

5 Diversi termini użati fl-Interpretazzjoni bħalma huma “sehem mis-suq” u “perijodu tal-kejl” jistgħu jkunu ddefiniti b'mod differenti ħafna fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istati Membri individwali. Pereżempju, it-tul tal-perijodu tal-kejl jista' jkun ta' sena jew xahar biss. B'mod simili, il-kejl tas-sehem mis-suq u l-formuli għall-komputazjoni tal-obbligu jistgħu jkunu differenti fil-leġiżlazzjonijiet varji nazzjonali. Madankollu, dawn l-eżempji kollha jaffettwaw biss il-kejl tal-obbligazzjoni, li mhuwiex fl-ambitu tal-Interpretazzjoni.

AMBITU

6 Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar ir-rikonoxximent, fir-rapporti finanzjarji tal-produtturi, tal-obbligazzjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart skont id-Direttiva tal-UE dwar il-WE&EE fir-rispett tal-bejgħ ta' tagħmir tad-dar storiku.

7 L-Interpretazzjoni la tindirizza skart ġdid u lanqas skart storiku minn sorsi li mhumiex djar privati. L-obbligazzjoni għal dak it-tip ta' ġestjoni ta' skart hija koperta b'mod adegwat fl-IAS 37. Madankollu, jekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, skart ġdid minn djar privati jiġi ttrattat b'mod simili għal skart storiku minn djar privati, il-prinċipji tal-Interpretazzjoni japplikaw b'referenza għall-ġerarkija fil-paragrafi 10–12 tal-IAS 8. Il-ġerarkija tal-IAS 8 hija wkoll relevanti għal regolamenti oħra li jimponu obbligi b'mod li huwa simili għall-mudell ta' attribuzzjoni tal-kosti speċifikat fid-Direttiva tal-UE.

KWISTJONI

8 L-IFRIC kien mitlub jiddetermina fil-kuntest tad-dekummissjonar tal-WE&EE x'jikkostitwixxi l-avveniment ta' obbligu skont il-paragrafu 14(a) tal-IAS 37 għar-rikonoxximent ta' obbligazzjoni għall-kosti tal-ġestjoni tal-iskart:

 il-manifattura jew il-bejgħ tat-tagħmir tad-dar storiku?

 il-parteċipazzjoni fis-suq waqt il-perijodu tal-kejl?

 it-tiġrib ta' spejjeż fit-twettiq ta' attivitajiet tal-ġestjoni tal-iskart?

KONSENSUS

9 L-avveniment li joħloq obbligu skont il-paragrafu 14(a) tal-IAS 37 huwa l-parteċipazzjoni fis-suq matul il-perijodu tal-kejl. Bħala konsegwenza, obbligazzjoni għall-kosti tal-ġestjoni tal-iskart għat-tagħmir storiku tad-dar ma tinħoloqx mal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodotti. Minħabba li l-obbligu għat-tagħmir storiku tad-dar hu marbut mal-parteċipazjzoni fis-suq matul il-perijodu tal-kejl, pjuttost milli mal-produzzjoni jew il-bejgħ tal-oġġetti li għandhom jintremew, m'hemmx obbligu jekk u sakemm ma jkunx hemm sehem mis-suq matul il-perijodu tal-kejl. Iż-żmien meta jseħħ tal-avveniment li jobbliga jista' jkun wkoll indipendenti mill-perijodu partikolari li fih isiru l-attivitajiet biex issir il-ġestjoni tal-iskart u jkunu mġarrba l-kosti relatati.

DATA EFFETTIVA

10 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Diċembru 2005 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għall-perijodu li jibda qabel l-1 ta' Diċembru 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

TRANŻIZZJONI

11 Il-kontabilità għall-bidliet fil-politika ta' kontabilità għandha ssir skont l-IAS 8.




INTERPRETAZZJONI 7 TAL-IFRIC

Kif Tapplika l-Metodu tad-Dikjarazzjoni b'mod Ġdid taħt l-IAS 29 Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

REFERENZI

 L-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul

  L-IAS 29 Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji

SFOND

1 Din l-Interpretazzjoni tagħti gwida dwar kif għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-IAS 29 f' perijodu ta' rappurtaġġ fejn entità tidentifika ( 67 ) l-eżistenza ta' iperinflazzjoni fl-ekonomija tal-munita funzjonali tagħha, meta dik l-ekonomija ma kinitx iperinflazzjonarja fil-perijodu preċedenti, u b'hekk l-entità tiddikjara b'mod ġdid ir-rapporti finanzjarji tagħha skont l-IAS 29.

KWISTJONIJIET

2 Il-kwistjonijiet indirizzati f'din l-Interpretazzjoni huma:

(a) kif għandu jiġi interpretat ir-rekwiżit '…iddikjarati f'termini tal-unità ta' kejl kurrenti ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar' ◄ fil-paragrafu 8 tal-IAS 29 meta entità tapplika dak l-Istandard?

(b) entità kif għandha tagħti rendikont għal entrati ta' ftuħ ta' taxxa differita meta tiddikjara b'mod ġdid ir-rapporti finanzjarji tagħha?

KONSENSUS

3 Fil-perijodu ta' rappurtaġġ li fih entità tidentifika l-eżistenza tal-iperinflazzjoni fl-ekonomija tal-munita funzjonali tagħha, meta ma kinitx iperinflazzjonarja fil-perijodu preċedenti, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-IAS 29 bħallikieku l-ekonomija minn dejjem kienet iperinflazzjonarja. Għalhekk, fir-rigward ta'figuri mhux monetarji mkejla skont il-kost storiku, ►M5  ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-ftuħ tal-entità fil-bidu tal-perijodu l-aktar bikri ppreżentat fir-rapporti finanzjarji għandha tkun iddikjarata b'mod ġdid biex tirrifletti l-effett tal-inflazzjoni mid-data li fiha l-assi kienu ġew akkwistati u l-obbligazzjonijiet ġew imġarrba jew merfugħa ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ . Għall-effetti mhux monetarji miżmuma ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-ftuħ f'ammonti li kienu kurrenti f'dati differenti minn dawk ta' meta ġew akkwistati jew imġarrba, dik id-dikjarazzjoni b'mod ġdid għandha tirrifletti minflok l-effett tal-inflazzjoni mid-dati ta' meta dawk l-ammonti miżmuma fil-kotba kienu ġew determinati ►M5  sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ .

4  ►M5  Fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ , l-entrati ta' taxxa differita jiġu rrikonoxxuti u mkejla skont l-IAS 12. Madankollu, il-figuri tat-taxxa differita ►M5  fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-ftuħ għall-perijodu ta' rappurtaġġ għandhom jiġu stabbiliti skont kif ġej:

(a) l-entità terġa tkejjel il-figuri tat-taxxa differita skont l-IAS 12 wara li tkun iddikjarat b'mod ġdid l-ammonti nominali miżmuma fil-kotba tal-figuri tagħha mhux monetarji ►M5  fit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ tal-ftuħ tal-perijodu ta' rappurtaġġ billi tapplika l-unità tal-kejl f'dik id-data.

(b) il-figuri ta' taxxa differita mkejla b'mod ġdid skont (a) huma ddikjarati b'mod ġdid biex juru l-bidla fl-unità tal-kejl ►M5  mit-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ tal-ftuħ tal-perijodu ta' rappurtaġġ ►M5  sat-tmiem ta’ dak il-perjodu tar-rappurtar ◄ .

L-entità tapplika l-istrateġija f'(a) u (b) meta tiddikjara b'mod ġdid il-figuri tat-taxxa differita ►M5  tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ tal-ftuħ ta' kull perijodu komparattiv ippreżentat fir-rapporti finanzjarji ddikjarati b'mod ġdid għall-perijodu ta' rappurtaġġ li fih l-entità tapplika l-IAS 29.

5 Wara li entità tkun iddikjarat b'mod ġdid ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-figuri kollha korrispondenti fir-rapporti finanzjarji għal perijodu ta' rappurtaġġ sussegwenti, inklużi l-figuri ta' taxxa differita, huma ddikjarati b'mod ġdid permezz tal-applikazzjoni tal-bidla fl-unità tal-kejl għal dak il-perijodu ta' rappurtaġġ sussegwenti, biss għar-rapporti finanzjarji ddikjarati b'mod ġdid għall-perijodu ta' rappurtaġġ preċedenti.

DATA EFFETTIVA

6 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Marzu 2006 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal rapporti finanzjarji għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Marzu 2006, għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M23 —————

▼B




INTERPRETAZZJONI 9 TAL-IFRIC

Rivalutazzjoni ta' Derivati Mdeffsa

REFERENZI

 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

 L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

 L-IFRS 3 Kombinamenti taNegozji

SFOND

1 L-IAS 39 il-paragrafu 10 jiddeskrivi derivat imdeffes bħala “komponent ta' strument ibridu (kombinat) li jinkludi wkoll kuntratt li jospita mhux derivat – bl-effett li uħud mill-flussi tal-flus tal-istrument kombinat ivarjaw b'mod simili għal derivat stand-alone.”

2 L-IAS 39 il-paragrafu 11 jirrikjedi li derivat imdeffes ikun separat mill-kuntratt li jospita u meqjusa għall-iskop ta' kontabilità bħala derivat jekk, u biss jekk:

(a) il-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji tad-derivat imdeffes ma jkunux marbuta mill-qrib mal-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tal-kuntratt li jospita;

(b) strument separat bl-istess termini bħad-derivat imdeffes ikun jissodisfa d-definizzjoni ta' derivat; u

(ċ) l-istrument ibridu (kombinat) ma jitkejjilx bil-valur ġust u bil-bidliet fil-valur ġust rikonoxxuti fil-profitt jew telf (i.e. derivat mdeffes f'assi finanzjarju jew f'obbligazzjoni finanzjarja bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf ma jkunx isseparat).

AMBITU

3 Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5 hawn taħt, din l-Interpretazzjoni tapplika għad-derivati mdeffsa kollha fl-ambitu tal-IAS 39.

4 Din l-Interpretazzjoni ma tindirizzax kwistjonijiet ta' kejl mill-ġdid li jqumu minn rivalutazzjoni ta' derivati mdeffsa.

▼M22

5 Din l-interpretazzjoni ma tapplikax għal derivati mdeffsa f’kuntratti akkwistati:

(a) f’kombinament ta’ negozji (kif iddefinit fl-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji kif irrevedut fl-2008);

(b) f’kombinament ta’ entitajiet jew negozji taħt kontroll komuni kif deskritt fil-paragrafi B1-B4 tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008); jew

(ċ) fil-formazzjoni ta’ impriża konġunta kif iddefinita fl- ►M32  IFRS 11 Arranġamenti Konġunti  ◄

jew ir-rivalutazzjoni possibbli tagħhom fid-data tal-akkwiżizzjoni ( 68 ).

▼B

KWISTJONIJIET

6 L-IAS 39 jeħtieġ li entità, meta ssir parti kontraenti għall-ewwel darba, tivvaluta jekk xi derivati mdeffsa li jeżistu fil-kuntratt jinħtiġux li jkunu separati mill-kuntratt li jospita u meqjusa għall-iskop ta' kontabilità bħala derivati taħt l-Istandard. Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) L-IAS 39 jitlob li tali valutazzjoni ssir biss meta l-entità ssir parti kontraenti għall-ewwel darba, jew għandha tkun ikkunsidrata mill-ġdid għal kemm idum il-kuntratt?

(b) Wieħed li jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba għandu jagħmel il-valutazzjoni tiegħu fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu meta l-entità saret parti kontraenti għall-ewwel darba, jew fuq dawk li jipprevalu meta l-entità tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba?

KONSENSUS

▼M20

7 Entità għandha tivvaluta jekk derivat imdeffes hux meħtieġ li jkun isseparat mill-kuntratt li jospitah u meqjus għall-iskop ta’ kontabilità bħala derivat malli l-entità ssir parti kontraenti. Mhux permess li sussegwentement issir rivalutazzjoni sakemm ma jkunx hemm jew (a) bidla fit-termini tal-kuntratt li timmodifika b’mod sinifikanti l-flussi tal-flus li altrimenti jkunu meħtieġa bil-kuntratt jew (b) riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji ‘l barra mill-kategorija ta’ “valur ġust permezz tal-profitt jew telf”, f’liema każi tkun meħtieġa valutazzjoni. Entità tiddetermina jekk modifikazzjoni fil-flussi tal-flus tkunx sinifikanti billi tikkunsidra l-punt sa fejn il-flussi futuri mistennija tal-flus assoċjati mad-derivat imdeffes, mal-kuntratt li jospitah jew mat-tnejn li huma, ikunu nbidlu, u jekk il-bidla tkunx sinifikanti meta mqabbla mal-flussi tal-flus mistennija qabel fil-kuntratt.

▼M20

7A Il-valutazzjoni ta’ jekk derivat imdeffes huwiex meħtieġ li jkun isseparat mill-kuntratt li jospitah u meqjus għall-iskop ta’ kontabilità bħala derivat mar-riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarju ‘l barra mill-kategorija “valur ġust permezz tal-profitt jew telf” skont il-paragrafu 7 għandha ssir fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data li tiġi l-aktar tard bejn:

(a) meta l-entità tkun saret parti kontraenti għall-ewwel darba; u

(b) meta tkun saret bidla fit-termini tal-kuntratt li mmodifikat b’mod sinifikanti l-flussi ta’ flus li altrimenti kienu jkunu meħtieġa skont il-kuntratt.

Għall-finijiet ta’ din il-valutazzjoni, ma għandux jiġi applikat il-paragrafu 11(c) tal-IAS 39 (jiġifieri il-kuntratt ibridu (kombinat) għandu jiġi ttrattat bħallikieku ma tkejjilx bil-valur ġust bil-bdil fil-valur ġust rikonoxxut fil-profitt jew telf). Jekk entità ma tkunx kapaċi tagħmel din il-valutazzjoni, il-kuntratt ibridu (kombinat) għandu jibqa’ kklassifikat bħala bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf fl-intier tiegħu.

▼B

8 Wieħed li jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba għandu jivvaluta jekk derivat imdeffes huwiex meħtieġ li jkun isseparat mill-kuntratt li jospita u meqjus għall-iskop ta' kontabilità bħala derivat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li eżistew fid-data meta jkun sar parti kontraenti għall-ewwel darba jew fid-data li fiha tkun meħtieġa rivalutazzjoni skont il-paragrafu 7, skont liema miż-żewġ dati hi l-aktar tard.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

9 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Ġunju 2006 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għall-perijodu li jibda qabel l-1 ta' Ġunju 2006, għandha tiżvela dan il-fatt. L-Interpretazzjoni tkun applikata retrospettivament.

▼M20

10  Derivati Mdeffsa (Emendi għall-IFRIC 9 u għall-IAS 39) maħruġ f’Marzu 2009 emenda l-paragrafu 7 u żied il-paragrafu 7A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jintemmu fit-30 ta’ Ġunju 2009 jew wara.

▼M22

11 Il-paragrafu 5 ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009. Entità għandha tapplika dik l-emenda prospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, hija għandha tapplika l-emendi għal dak il-perijodu aktar bikri u tiżvela dak il-fatt.

▼M32

12 L-IFRS 11, maħruġ f’Mejju 2011, il-paragrafu emendat 5(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 11.

▼B




INTERPRETAZZJONI 10 TAL-IFRIC

Rappurtaġġ Finanzjarju Interim u Indeboliment

REFERENZI

 L-IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim

 L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi

 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

SFOND

1 Entità hi obbligata li tivvaluta l-avvjament għall-indeboliment ►M5  fit-tmiem ta' kull perjodu tar-rappurtar ◄ , li tivvaluta l-investimenti fi strumenti azzjonarji u f'assi finanzjarji miżmuma fil-kotba skont kemm ikunu swew għall-indeboliment ►M5  fit-tmiem ta’ kull perjodu tar-rappurtar ◄ u, jekk jeħtieġ, li tirrikonoxxi t-telf tal-indeboliment f'dik id-data skont l-IAS 36 u l-IAS 39. Madankollu, ►M5  fit-tmiem ta’ perjodu sussegwenti tar-rappurtar ◄ , il-kundizzjonijiet jistgħu jkunu nbidlu b'tali mod li t-telf tal-indeboliment kien ikun imnaqqas jew evitat kieku l-valutazzjoni tal-indeboliment tkun saret biss f'dik id-data. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar jekk telf bħal dan mill-indeboliment għandux qatt jitreġġa' lura.

2 L-Interpretazzjoni tindirizza l-interazzjoni bejn ir-rekwiżiti tal-IAS 34 u r-rikonoxximent ta' telf mill-indeboliment fuq l-avvjament fl-IAS 36 u fuq ċerti assi finanzjarji fl-IAS 39, u l-effett ta' dik l-interazzjoni fuq rapporti finanzjarji sussegwenti interim u annwali.

KWISTJONI

3 Il-paragrafu 28 tal-IAS 34 jirrikjedi li entità tapplika l-istess politika tal-kontabilità fir-rapporti finanzjarji interim kif ikunu applikati fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Jgħid ukoll li “l-frekwenza tar-rappurtaġġ ta' entità (annwali, kull sitt xhur, jew kull tliet xhur) m'għandhiex taffettwa l-kejl tar-riżultati annwali. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, il-kejl għal skopijiet ta' rappurtaġġ interim għandhom isiru fuq il-bażi tas-sena s'issa.”

4 L-IAS 36 il-paragrafu 124 jgħid li “Telf mill-indeboliment rikonoxxut għall-avvjament m'għandux jitreġġa' lura f'perijodu sussegwenti.”

5 Il-paragrafu 69 tal-IAS 39 jgħid li “It-telf mill-indeboliment rikonoxxut fil-profitt jew telf għal investiment fi strument azzjonarju kklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ ma jistax jitreġġa' lura permezz ta' profitt jew telf.”

6 Il-paragrafu 66 tal-IAS 39 jeħtieġ li t-telf mill-indeboliment għall-assi finanzjarji miżmuma fil-kotba skont kemm ikunu swew (pereżempju telf mill-indeboliment fuq strument azzjonarju mhux ikkwotat li mhuwiex miżmum bil-valur ġust minħabba li l-valur ġust ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli) m'għandux jitreġġa' lura.

7 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjoni li ġejja:

Entità għandha treġġa' lura t-telf mill-indeboliment rikonoxxut f'perijodu interim fuq l-avvjament u fuq investimenti fi strumenti azzjonarji u f'assi finanzjarji miżmuma fil-kotba skont kemm swew kieku telf ma kienx jiġi rikonoxxut, jew kien jiġi rikonoxxut telf iżgħar, li kieku l-valutazzjoni tal-indeboliment kienet saret biss ►M5  fit-tmiem ta’ perjodu sussegwenti tar-rappurtar ◄ ?

KONSENSUS

8 Entità m'għandhiex treġġa' lura telf mill-indeboliment rikonoxxut f'perijodu interim preċedenti fir-rigward tal-avvjament jew ta' investiment sew fi strument azzjonarju kif ukoll f'assi finanzjarju miżmuma fil-kotba skont kemm sewa.

9 Entità m'għandhiex testendi dan il-konsensus permezz ta' analoġija għal oqsma oħra ta' kunflitt potenzjali bejn l-IAS 34 u standards oħra.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

10 Entità għandha tapplika l-Interpretazzjoni għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Novembru 2006 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Novembru 2006, hija għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-Interpretazzjoni għall-avvjament prospettivament mid-data li fiha tkun applikat għall-ewwel darba l-IAS 36: għandha tapplika l-Interpretazzjoni għal investimenti fi strumenti azzjonarji jew f'assi finanzjarji miżmuma fil-kotba skont kemm ikunu swew prospettivament mid-data li fiha tkun applikat għall-ewwel darba l-kriterji ta' kejl tal-IAS 39.

▼M23 —————

▼M9




INTERPRETAZZJONI IFRIC 12

Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz

REFERENZI

  Qafas għat-Tħejjija u l-Preżentazzjoni ta' Rendikonti Finanzjarji

 L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju

 L-IFRS 7. Strumenti Finanzjarji: Żvelar

 L-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 11 Kuntratti ta’ kostruzzjoni

 L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

 L-IAS 17 Kirjiet

 L-IAS 18 Dħul

 L-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika.

 L-IAS 23 L-Ispejjeż tas-self

 L-IAS 32. Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

 L-IAS 36 Deterjorament tal-Assi

 L-IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

 L-IAS 38 Assi mhux tanġibbli

 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl

 L-IFRIC 4 Determinazzjoni dwar jekk Arranġament fihx Kirja

 Is-SIC-29 Żvelar—Arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizz

SFOND

1

F’bosta pajjiżi, l-infrastruttura għas-servizzi pubbliċi—bħat-toroq, pontijiet, mini, ħabsijiet, ajruporti, faċilitajiet għad-distribuzzjoni tal-ilma, il-forniment tal-enerġija u n-netwerks tat-telekomunikazzjoni—tradizzjonalment ġew mibnija, mħaddma u mantenuti mis-settur pubbliku u ffinanzjati permezz ta’ approprijazzjoni tal-baġit pubbliku.

2

F’ċerti pajjiżi, il-gvernijiet introduċew arranġamenti ta’ servizz kuntrattwali biex jiġbdu l-parteċipazzjoni tas-settur privat lejn l-iżvilupp, il-finanzjament, il-tħaddim u l-manteniment ta’ infrastruttura bħal din. Din l-infrastruttura għandha mnejn diġà teżisti, jew tista’ tkun mibnija waqt il-perijodu tal-arranġament tas-servizz. Arranġament fi ħdan l-ambitu ta' din l-Interpretazzjoni ġeneralment jinvolvi entità tas-settur privat (operatur) li jibni l-infrastruttura li tintuża biex tforni s-servizz pubbliku jew taġġornah (pereżempju, billi żżid il-kapaċità) u t-tħaddim u l-manteniment ta’ dik l-infrastruttura għal perijodu ta’ żmien speċifiku. L-operatur jitħallas għas-servizzi tiegħu matul il-perijodu tal-arranġament. L-arranġament huwa mmexxi permezz ta’ kuntratt li jistabbilixxi l-istandards ta’ rendiment, mekkaniżmi għall-aġġustament tal-prezzijiet, u arranġamenti għall-arbitraġġ tat-tilwim. Arranġament bħal dan ta' sikwit huwa deskritt bħala arranġament għall-konċessjoni ta’ servizz ta’“ibni-ħaddem-ittrasferixxi”, “irrejabilita-ħaddem-ittrasferixxi” jew “mill-pubbliku-għall-privat”.

3

Waħda mill-karatteristiċi ta’ dawn l-arranġamenti ta’ servizz hija x-xejra ta’ servizz pubbliku tal-obbligu meħud mill-operatur. Il-politika pubblika tapplika għas-servizzi marbuta mal-infrastratruttura li jridu jiġu forniti lill-pubbliku, irrispettivament mill-identità tal-parti li topera s-servizzi. L-arranġament tas-servizz jobbliga kuntrattwalment l-operatur jipprovdi s-servizzi lill-pubbliku f’isem l-entità tas-settur pubbliku. Xi karatteristiċi komuni oħrajn huma:

(a) il-parti li tagħti l-arranġament tas-servizz (il-konċessjonant) hija entita’ tas-settur pubbliku, inkluża entità tal-gvern, jew entità tas-settur privat li ngħatat ir-responsabbiltà għas-servizz.

(b) l-operatur huwa responsabbli għal talanqas ftit mill-ġestjoni tas-servizzi tal-infrastruttura u servizzi relatati u ma jaġixxix biss bħala aġent f’isem il-konċessjonant.

(c) il-kuntratt jistabbilixxi l-prezzijiet inizjali li għandhom jinġabru mill-operatur u jirregola r-reviżjonijiet tal-prezzijiet matul il-perijodu tal-arranġment tas-servizz.

(d) L-operatur huwa obbligat li jittrasferixxi l-infrastruttura lill-konċessjonant f'kundizzjoni determinata fl-aħħar tal-perijodu tal-arranġament, għal ftit jew l-ebda korrispettiv inkrementali, indipendentement mil-liema parti ġiet iffinanzjata inizjalment l-infrastruttura.

AMBITU

4

Din l-Interpretazzjoni toffri gwida għall-operaturi ta’ kontabilità dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni tas-servizzi pubbliċi għall-privat.

5

Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizzi pubbliku għall-privat jekk:

(a) Il-konċessjonant jikkontrolla jew jirregola liema servizzi għandu jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min għandhom jiġu pprovduti, u għal liema prezz; u kif ukoll

(b) il-konċessjonant jikkontrolla—permezz ta’ proprjetà, dritt benefiċjarju jew inkella—kwalnkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fit-tmiem l-arranġament.

6

L-infrastruttura li tintuża fl-arranġament għall-konċessjoni ta’servizz pubbliku għall-privat għall-ħajja utli kollha tagħha (il-ħajja kollha tal-assi) taqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 5(a). Il-paragrafi AG1-AG8 jipprovdu gwida fuq id-determinazzjoni dwar jekk, u sakemm, l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi pubbliċi għall-privat jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni.

7

Din l-Interpretazzjoni tapplika għat-tnejn:

(a) l-infrastruttura li l-operatur jibni jew jixtri minn parti terza għall-għan tal-arranġament tas-servizz; u kif ukoll

(b) l-infrastruttura eżistenti li għaliha l-konċessjonant jagħti aċċess lill-operatur għall-għan tal-arranġament tas-servizz.

8

Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax lil-kontabilità għall-infrastruttura li inżammet u ġiet rikonoxxuta bħala proprjetà, impjant jew makkinarju mill-operatur qabel ma daħal għall-arranġament tas-servizz. Ir-rekwiżiti ta’ eliminazzjoni tal-IFRSs (stabbiliti fl-IAS 16) japplikaw għal infrastruttura bħal din.

9

Din l-Interpretazzjoni ma tispeċifikax il-kontabilità min-naħa tal-konċessjonanti.

IL-KWISTJONIJIET

10

Din l-Interpretazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ obbligi u drittijiet relatati fl-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi. Rekwiżiti għal żvelar ta’ tagħrif dwar l-arranġamenti għall-konċessjoni ta’ servizzi jinsabu fis-SIC-29 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizzi: Żvelar. Il-kwistjonijiet indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a) it-trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura;

(b) ir-rikonoxximent u l-valutazzjoni tal-korrispettiv tal-arranġament;

(c) is-servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament;

(d) servizzi ta’ operat;

(e) l-ispejjeż tas-self;

(f) it-trattament ta' kontabilità sussegwenti ta' assi finanzjarju u assi mhux tanġibbli; u kif ukoll

(g) oġġetti pprovduti mill-konċessjonant lill-operatur.

KONSENSUS

It-trattament tad-drittijiet tal-operatur dwar l-infrastruttura;

11

L-infrastruttura fi ħdan din l-Interpretazzjoni m’għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala proprjetà, impjant jew makkinarju tal-operatur minħabba li l-arranġament tas-servizz kuntrattwali ma jagħtix id-dritt għall-kontroll tal-użu tal-infrastruttura tas-servizz pubbliku lill-operatur. L-operatur għandu l-aċċess biex jopera l-infrastruttura biex iforni s-servizz pubbliku f’isem il-konċessjonant f'konformità mat-termini speċifikati fil-kuntratt.

Ir-Rikonoxximent u l-valutazzjoni tal-korrispettiv tal-arranġament;

12

Skont it-termini tal-arranġamenti kuntrattwali fi ħdan l-iskop ta' din l-Interpretazzjoni, l-operatur jaġixxi bħala fornitur ta' servizzi. L-operatur jibni u jtejjeb l-infrastruttura (servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament) li tintuża biex tipprovdi servizz pubbliku u jħaddem u jimmantjeni dik l-infrastruttura (servizzi ta’ operat) għal perijodu ta’ żmien speċifikat.

13

L-operatur għandu jagħraf u jivvaluta d-dħul għas-servizzi li jagħti fi qbil mal-IAS 11 u 18. Jekk l-operatur jagħti iktar minn servizz wieħed (i.e. servizzi ta’ kostruzzjoni u titjib u servizzi fl-operat) taħt kuntratt jew arranġament wieħed, il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed jista’ jiġi allokat b’referenza għal valuri tas-servizzi mogħtija, meta l-ammonti huma identifikabbli separatament. In-natura tal-korrispettiv jiddetermina it-trattament sussegwenti ta’ kontabilità. Il-kontabilità sussegwenti għall-korrispettiv meħud bħala assi finanzjarju u bħala assi mhux tanġibbli hija deskritta fil-paragrafi 23-26 hawn taħt.

Is-servizzi ta' kostruzzjoni jew miljorament

14

L-operatur għandu jieħu kont tad-dħul u l-ispejjeż marbuta mas-servizzi ta’ kostruzzjoni jew miljorament fi qbil ma l-IAS 11.

15

Jekk l-operatur jipprovdi servizzi ta’ kostruzzjoni jew miljorament, il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed mill-operatur għandu jiġi rikonoxxut fil-valur ekwu tiegħu. Il-korrispettiv jista’ jikkonsisti minn drittijiet għal:

(a) assi finanzjarju, jew

(b) assi mhux tanġibbli.

16

L-operatur għandu jirrikonoxxi assi finanzjarju sakemm għandu dritt kuntrattwali mhux kundizzjonat biex jirċievi flus jew assi finanzjarju ieħor minn jew fid-direzzjoni tal-konċessjonant għas-servizzi ta’ kostruzzjoni; il-konċessjonant għandu ftit, jekk xejn, diskrezzjoni biex jevità li jħallas, ġeneralment minħabba li l-fethim huwa infurzabbli bil-liġi. L-operatur għandu dritt mhux kundizzjonat li jirċievi kontanti jekk il-konċessjonant b'kuntratt jiftiehem li jħallas l-operatur (a) ammonti speċifikati jew determinabbli jew (b) in-nuqqas, jekk xejn, bejn l-ammonti meħuda mill-utenti tas-servizz pubbliku u ammonti speċifikati jew determinabbli, anke jekk il-pagament huwa kontinġenti fuq l-operatur u jiżgura li l-infrastruttura tilħaq rekwiżiti speċifikati ta’ kwalità jew effiċjenza.

17

L-operatur għandu jirrikonoxxi assi mhux tanġibbli sakemm jirċievi dritt (liċenzja) biex jitlob pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku. Id-dritt li l-utenti tas-servizz pubbliku jintalbu li jħallsu mhuwiex dritt bla kundizzjoni għat-teħid tal-kontanti minħabba li l-ammonti huma kontinġenti sakemm il-pubbliku juża s-servizz.

18

Jekk l-operatur jitħallas għas-servizzi ta’ kostruzzjoni parzjalment permezz ta’ assi finanzjarju u parzjalment minn assi mhux tanġibbli ikun neċessarju li kull komponent mill-korrispettiv tal-operatur jitqies separatament. Il-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed għaż-żewġ komponenti għandu jiġi rikonoxxut inizjalment fil-valur ekwu tal-korrispettiv meħud jew li għandu jittieħed.

19

In-natura tal-korrispettiv mogħti mill-konċessjonant lill-operatur għandu jiġi determinat bir-referenza għat-termini tal-kuntratt u, meta dan jeżisti, il-liġi tal-kuntratt rilevanti.

Servizzi ta’ ġestjoni

20

L-operatur għandu jieħu kont tad-dħul u l-ispejjeż marbuta mas-servizzi ta’ operat fi qbil mal-IAS 18.

21

L-operatur jista jkollu obbligi kuntrattwali li għandu jilħaq bħala kundizzjoni tal-liċenzja tiegħu (a) biex iżomm l-infrastruttura f'livell speċifikat ta’ funzjonalità jew (b) biex l-infrastruttura terġa’ lura għal kundizzjoni speċifikata qabel ma tiġi trasferita lill-konċessjonant fit-tmiem tal-arranġament tas-servizz. L-obbligi kuntrattwali biex tiġi mantnuta jew restawrata l-infrastruttura, ħlief għal kwalunkwe element ta’ miljorament (ara l-paragrafu 14), għandu jiġi rikonoxxut u mkejjel fi qbil mal-IAS 37, jiġifieri, fl-aħjar stima tan-nefqa li jkun meħtieġ biex jitħallas l-obbligu preżenti fid-data tal-karta tal-bilanċ.

L-ispejjeż tas-self imġarrba mill-operatur

22

Fi qbil mal-IAS 23, l-ispejjez tas-self li jistgħu jiġu attribwiti għall-arranġament għandhom jiġu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu meta jinġarrbu sakemm l-operatur ikollu d-dritt kuntrattwali li jirċievi assi mhux tanġibbli (dritt li jitlob pagament mill-utenti tas-servizz pubbliku). F’dan il-każ l-ispejjeż tas-self li jistgħu jiġu attribwiti għall-arranġament għandhom jiġu kkapitaliżżati waqt il-fażi ta’ kostruzzjoni tal-arranġament fi qbil mat-trattament alternattiv permess skont dak l-Istandard.

Assi finanzjarju

23

L-IASs 32 u 39 u l-IFRS 7 japplikaw għall-assi finanzjarju rikonoxxut skont il-paragrafi 16 u 18.

24

L-ammont dovut mill-konċessjonant jew fid-direzzjoni tiegħu għandu jiġi kkuntjat skont l-IAS 39 bħala:

(a) self jew kreditu;

(b) assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ; jew

(c) Jekk jiġi deċiż hekk malli jiġi rikonoxxut, l-assi finanzjarju fil-valur ekwu permezz ta' profitt jew telf, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal dik il-klassifikazzjoni.

25

Jekk l-ammont dovut mill-konċessjonant jiġi kkuntjat jew bħala self jew bħala kreditu jew bħala assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ, l-IAS 39 jistipula imgħax ikkalkulat bil-metodu ta’ imgħax effettiv li għandu jiġi rikonoxxut f'gwadann jew f'telf.

Assi mhux tanġibbli

26

L-IAS 38 tapplika għall-assi mhux tanġibbli rikonoxxut skont il-paragrafi 17 u 18. Il-paragrafi 45–47 tal-IAS 38 jipprovdu gwida għall-kejl tal-assi mhux tanġbbli miksuba bi skambju għal assi jew assi mhux-monetarju/i jew taħlita ta’ assi monetarji u mhux-monetarji.

Oġġetti pprovduti mill-konċessjonant lill-operatur.

27

Skont il-paragrafu 11, l-oġġetti ta’ infrastruttura li għalihom il-konċessjonant jagħti aċċess lill-operatur għall-għanijiet tal-arranġament tas-servizz mhumiex rikonoxxuti bħala proprjetà, impjant, u makkinarju tal-operatur. Il-konċessjonant jista’ jipprovdi wkoll oġġetti oħra li l-operatur jista’ jżomm jew jitratta kif jixtieq. Jekk assi bħal dawn jiffurmaw parti mill-korrispettiv pagabbli mill-konċessjonant għas-servizzi, dawn mhumiex għotjiet tal-gvern kif definiti fl-IAS 20. Huma meqjusa bħala assi tal-operatur, mkejla fil-valur ekwu fuq rikonoxximent inizjali. L-operatur għandu jirrikonoxxi r-riskju fir-rigward tal-obbligi mhux milħuqa li jkun assuma bi skambju għall-assi.

DATA EFFETTIVA

28

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2008. Hija permessal-applikazzjoni qabel iż-żmien. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għall-perijodu li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2008, għandha tiżvela dan il-fatt.

TRANŻIŻŻJONI

29

Soġġett għall-paragrafu 30, il-bidliet fil-politiki tal-kontijiet huma meqjusa skont l-IAS 8, jiġifieri retrospettivament.

30

Jekk, għal kwalunkwe arranġament ta’ servizz partikolari huwa imprattikabbli għal operatur li japplika din l-Interpretazzjoni retrospettivament fil-bidu tal-iktar perijodu bikri ppreżentat, huwa għandu:

(a) Jagħraf l-assi finanzjarji u l-assi mhux tanġibbli li kienu jeżistu fil-perijodu l-iktar bikri ppreżentat;

(b) juża l-valuri kontabbli preċedenti ta’ dawk l-assi finanzjarji u mhux tanġibbli (jew kif kienu kklassifikati qabel) kif kienu l-valuri aġġustabbli f’dik id-data. kif ukoll

(c) jevalwa l-assi finanzjarji u mhux tanġibbli rikonoxxuti f’dik id-data għal deterjorament, sakemm dan mhuwiex prattikabbli, li fil-każ l-ammonti għandhom jiġu ttestjati għal deterjorament kif kienu fil-bidu tal-perijodu attwali.




Appendiċi A

GWIDA TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-Interpretazzjoni.

AMBITU (il-paragrafu 5)

AG1

Il-paragrafu 5 ta’ din l-Interpretazzjoni jispeċifika li l-infrastruttura hija fi ħdan l-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni meta japplikaw l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-konċessjonant jikkontrolla jew jirregola liema servizzi għandu jipprovdi l-operatur mal-infrastruttura, lil min għandhom jiġu pprovduti, u għal liema prezz; kif ukoll

(b) il-konċessjonant jikkontrolla—permezz ta’ proprjetà, dritt benefiċjarju jew xort’oħra—kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura fi tmiem l-arranġament.

AG2

Il-kontroll jew regolament imsemmi fil-kundizzjoni (a) jista jsir permezz ta’ kuntratt jew xort’oħra (pereżempju permezz ta’ regolatur), u jinkludi ċirkostanzi fejn il-konċessjonant jixtri l-output kollu kif ukoll ċirkostanzi fejn xi ftit jew l-output kollu ikun inxtra minn utenti oħra. Fl-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, il-konċessjonant u kwalunkwe partijiet relatati għandhom jiġu kkunsidrati flimkien. Jekk il-konċessjonant huwa entità tas-settur pubbliku, is-settur pubbliku kollu flimkien ma kwalunkwe regolaturi li qed jaġixxu fl-interess tal-pubbliku, għandhom jitqiesu bħala marbuta mal-konċessjonant għall-għanijiet ta’ din l-Interpretazzjoni.

AG3

Għall-finijiet ta’ din il-kundizzjoni (a) il-konċessjonant m’għandux għalfejn ikollu kontroll sħiħ tal-prezz: huwa biżżejjed biex il-prezz ikun regolat mill-konċessjonant, il-kuntratt jew ir-regolatur, pereżempju permezz ta' mekkaniżmu li jimponi limitu. Madankollu, il-kundizzjoni għandha tiġi applikata għas-sustanza tal-ftehim. Fatturi mhux sostantivi, bħal limitu li japplika biss f’ċirkostanzi rari, għandhom jiġu injorati. Min-naħa l-oħra, jekk pereżempju kuntratt jagħti l-operatur il-libertà biex jistabbilixxi prezzijiet, iżda kwalunkwe gwadann żejjed jirritorna għall-konċessjonant, jitqiegħed limitu fuq id-dħul tal-konċessjonant u jintlaħaq l-element ta’ prezz tat-test tal-kontroll.

AG4

Għall-finijiet tal-kundizzjoni (b) il-kontroll tal-konċessjonant fuq kwaunkwe interess residwu sinifikanti għandu jirrestrinġi kemm l-abbiltà prattika tal-operatur biex ibigħ jew iwiegħed l-infrastruttura kif ukoll jagħti l-konċessonant dritt ta’ użu kontinwu matul il-perijodu ta’ arranġament. L-interess residwu fl-infrastruttura huwa l-valur kif stmat attwalment tal-infrastruttura bħallikieku kien diġà fl-età u l-kundizzjoni mistennija fl-aħħar tal-perijodu tal-arranġament.

AG5

Il-kontroll għandu jkun distint mit-tmexxija. Jekk il-konċessjonant iżomm kemm il-grad ta’ kontroll deskritt fil-paragrafu 5(a) u kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-infrastruttura, l-operatur ikun qed imexxi biss l-infrastruttura f’isem il-konċessjonant—anke jekk, f’ħafna każijiet, ikollu diskrezzjoni wiesgħa fit-tmexxija.

AG6

Kundizzjonijiet (a) u (b) flimkien jidentifikaw meta l-infrastruttura, inkluż xi tibdil meħtieġ (ara il-paragrafu 21) tiġi kkontrollata mill-konċessjonant matul il-ħajja ekonomika tagħha kollha. Pereżempju, jekk l-operatur ikollu jibdel parti minn element tal-infrastruttura waqt il-perijodu tal-arranġament (eż. s-saff ta’ fuq nett ta’ xi triq jew il-bejt ta’ xi bini), l-element ta’ infratruttura għandu jiġi kkunsidrat sħiħ. Għalhekk tintlaħaq il-kundizzjoni (b) għall-infrastruttura sħiħa, inkluża l-parti li tinbidel, jekk il-konċessjonant jikkontrolla kwalunkwe interess residwu sinifikanti fl-aħħar sostituzzjoni ta’ dik il-parti.

AG7

Xi kultant l-użu tal-infrastruttura hija regolata parzjalment fil-mod deskritt fil-paragrafu 5(a) u parzjalment mhux regolata. Madankollu, dawn l-arranġamenti jieħdu diversi għamliet:

(a) kwalunkwe infrastruttura li hija separabbli fiżikament u kapaċi titħaddem b’mod indipendenti u tilħaq id-definizzjoni ta’ unità li tiġġenera kontanti kif definit fl-IAS 36 għandha tiġi analizzata għaliha jekk tintuża totalment għal għanijiet mhux regolati. Pereżempju, dan jista’ japplika għal parti privata ta’ sptar, fejn il-bqija tal-isptar jintuża mill-konċessjonant għat-trattament ta' pazjenti pubbliċi.

(b) meta attivitajiet purament anċillari (bħal ħanut ġewwa sptar) ma jkunux regolati, it-testijiet tal-kontroll għandhom japplikaw daqslikieku dawk is-servizzi ma kinux jeżistu, minħabba li fil-każijiet fejn il-konċessjonant jikkontrolla s-servizzi fil-mod deskritt fil-paragrafu 5, l-eżistenza tal-attivitajiet anċillari ma tnaqqasx il-kontroll tal-infrastruttura tal-konċessjonant.

AG8

L-operatur jista’ jkollu d-dritt li juża l-infrastruttura separabbli deskritta fil-paragrafu AG7(a), jew il-faċilitajiet użati biex jipprovdu servizzi anċillari mhux regolati deskritti fil-paragrafu AG7(b). Fiż-żewġ każi, jista fis-sustanza jkun hemm kirja mill-konċessjonant għall-operatur; jekk dan ikun il-każ, din għandha titqies skont l-IAS 17.

▼M3




INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 13

Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti

REFERENZI

 IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

 IAS 18 Dħul

 IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

▼M33

 IFRS 13 Kejl tal-valur ġust

▼M3

SFOND

1 Il-programmi ta’ lealtà tal-klijenti jintużaw minn entitajiet biex jipprovdu lill-klijenti b’inċentivi biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom. Jekk klijent jixtri prodotti jew servizzi, l-entità tagħti lill-klijent krediti ta’ premju (ta’ spiss deskritti bħala “punti”). Il-klijent jista’ jsarraf il-krediti ta’ premju fi premjijiet bħal prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont.

2 Il-programmi jaħdmu b’diversi modi. Il-klijenti jistgħu jkunu meħtieġa li jakkumulaw numru jew valur minimu speċifiku ta’ krediti ta’ premju qabel ma jkunu jistgħu jsarrfuhom. Il-krediti ta’ premju jistgħu jkunu marbuta ma’ xirjiet individwali jew gruppi ta’ xirjiet, jew ma’ xiri kontinwu fuq perjodu speċifiku ta’ żmien. L-entità tista’ tħaddem il-programm ta’ lealtà tal-klijenti hi nfisha jew tipparteċipa fi programm imħaddem minn terzi. Il-premjijiet offruti jistgħu jinkludu prodotti jew servizzi fornuti mill-entità nnifisha u/jew drittijiet li jiġu kklejmjati prodotti jew servizzi minn terzi.

AMBITU

3 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-krediti ta’ premju għal-lealtà tal-klijenti li:

(a) entità tagħti lill-klijenti tagħha bħala parti minn transazzjoni ta’ bejgħ, jiġilieri bejgħ ta’ prodotti, għoti ta’ servizzi jew użu minn klijent ta’ assi ta’ l-entità; u

(b) sakemm jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni oħra li tkun tapplika, il-klijenti jistgħu jsarrfuhom fil-futur fi prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont.

L-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabilità mill-entità li tagħti krediti ta’ premju lill-klijenti tagħha.

TEMI

4 It-temi indirizzati f’din l-Interpretazzjoni huma:

(a) jekk l-obbligu tal-entità li tipprovdi prodotti jew servizzi b’xejn jew bi skont (“premjijiet”) fil-futur għandhiex tkun rikonoxxuta u mkejla billi:

(i) tkun allokata parti mill-valur riċevut jew riċevibbli mit-transazzjoni tal-bejgħ għall-krediti ta’ premju u billi jkun differit ir-rikonoxximent tad-dħul (billi jiġi applikat il-paragrafu 13 ta’ l-IAS 18); jew

(ii) isir provvediment għall-ispejjeż stmati futuri tal-forniment tal-premjijiet (billi jiġi applikat il-paragrafu 19 ta’ l-IAS 18); u

(b) jekk jiġi allokat valur għall-krediti ta’ premju:

(i) kemm għandu jiġi allokat għalihom;

(ii) meta għandu jkun rikonoxxut id-dħul; u

(iii) jekk il-premjijiet jiġu minn terz, kif għandu jiġi mkejjel id-dħul.

KUNSENS

5 Entità għandha tapplika l-paragrafu 13 tal-IAS 18 u tirrapporta l-krediti ta’ premju bħala komponent identifikabbli separatament mit-transazzjoni(jiet) tal-bejgħ li fihom huma jingħataw (il-“bejgħ inizjali”). Il-valur ġust tal-valur riċevut jew riċevibbli fir-rigward tal-bejgħ inizjali għandu jkun allokat bejn il-krediti ta’ premju u l-komponenti l-oħrajn tal-bejgħ.

▼M33

6 Il-korrispettiv allokat għall-krediti ta’ premju għandu jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom.

▼M3

7 Jekk l-entità tforni l-premjijiet hi nnifisha, hi għandha tirrikonoxxi l-valur allokat għall-krediti ta’ premju bħala dħul meta l-krediti ta’ premju jissarrfu u hi tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha li tforni l-premjijiet. L-ammont ta’ dħul rikonoxxut għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta’ krediti ta’ premju li jkunu ssarrfu bi skambju ma’ premjijiet, imqabbel man-numru totali li jkun mistenni li jissarraf.

8 Jekk il-premjijiet ifornuhom terzi, l-entità għandha tevalwa jekk hix tiġbor il-valur allokat lill-krediti ta’ premju għan-nom tagħha stess (jiġilieri bħala s-sid fit-transazzjoni) jew għan-nom tat-terzi (jiġilieri bħala aġent għat-terzi).

(a) Jekk l-entità qed tiġbor il-valur għan-nom tat-terzi, hi għandha:

(i) tkejjel id-dħul tagħha bħala l-ammont nett miżmum f’isimha, jiġilieri id-differenza bejn il-valur allokat lill-krediti ta’ premju u l-ammont pagabbli lit-terzi biex ifornu l-premjijiet; u

(ii) tirrikonoxxi dan l-ammont nett bħala dħul meta t-terzi jsiru obbligati li jfornu l-premjijiet u jkunu intitolati li jirċievu l-valur għalihom. Dawn l-avvenimenti jistgħu jseħħu hekk kif il-krediti ta’ premju jingħataw. Alternattivament, jekk il-klijent jista’ jagħżel li jikklejmja l-premjijiet jew mingħand l-entità jew mingħand terzi, dawn l-avvenimenti jistgħu jseħħu biss meta l-klijent jagħżel li jikklejmja l-premjijiet mingħand it-terzi.

(b) Jekk l-entità qed tiġbor il-valur għaliha stess, għandha tkejjel id-dħul tagħha bħala l-valur gross allokat lill-krediti ta’ premju u tirrikonoxxi d-dħul meta tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-premjijiet.

9 Jekk fi kwalunkwe ħin l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu evitati biex jitħallsu l-obbligazzjonijiet għall-forniment tal-premjijiet ikunu mistennija li jaqbżu l-valur riċevut u riċevibbli għalihom (jiġilieri il-valur allokat lill-krediti ta’ premju fil-ħin tal-bejgħ inizjali li jkun għadu ma ġiex rikonoxxut bħala dħul, flimkien ma’ kwalunkwe valur ieħor riċevibbli meta l-klijent isarraf il-krediti ta’ premju), l-entità jkollha kuntratti onerużi. Għandha tkun rikonoxxuta obbligazzjoni għall-eċċess b’konformità mal-IAS 37. Il-ħtieġa li din l-obbligazzjoni tiġi rikonoxxuta tista’ tinħoloq jekk l-ispejjeż mistennija tal-forniment tal-premjijiet jiżdiedu, pereżempju jekk l-entità tirrevedi l-aspettattivi tagħha dwar in-numru ta’ krediti ta’ premju li ser jissarrfu.

DATA EFFETTIVA U TRANSIZZJONI

10 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2008 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2008, għandha tiddikjara dak il-fatt.

▼M29

10A Il-paragrafu AG2 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

▼M33

10B L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 6 u AG1–AG3. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

▼M3

11 Tibdil fil-politika tal-kontabilità għandu jkun irrappurtat b’konformità mal-IAS 8.




Appendiċi

Gwida għall-applikazzjoni

Dan l-appendiċi hu parti integrali tal-Interpretazzjoni.

Kif jitkejjel il-valur ġust tal-krediti ta’ premju

▼M33

AG1 Il-paragrafu 6 tal-konsensus jeżiġi li l-korrispettiv allokat għall-krediti ta’ premju għandu jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom. Jekk ma jkunx hemm prezz kwotat tas-suq għal kreditu ta’ premju identiku, il-valur ġust għandu jitkejjel permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni.

AG2 Entità tista’ tkejjel il-valur ġust ta’ krediti ta’ premju b’referenza għall-valur ġust tal-premjijiet li għalihom jistgħu jinfdew. Il-valur ġust tal-krediti ta’ premju jikkunsidra, kif xieraq:

(a) l-ammont tal-iskonti jew inċentivi li kieku jiġu offruti lill-klijenti li ma qalgħux krediti ta’ premju minn bejgħ inizjali;

(b) il-proporzjon ta’ krediti ta’ premju li ma jkunux mistennija jinfdew mill-klijenti; u

(c)  ir-riskju ta’ nonprestazzjoni.

Jekk il-klijenti jistgħu jagħżlu minn medda ta’ premjijiet differenti, il-valur ġust tal-krediti ta’ premju għandu jirrifletti il-valuri ġusti tal-medda ta’ premjijiet disponibbli, ippiżati b’mod proporzjonat mal-frekwenza li biha kull premju jkun mistenni li jintgħażel.

AG3 F’ċerti ċirkostanzi, jistgħu jintużaw tekniki ta’ valwazzjoni oħrajn. Pereżempju, jekk parti terza tipprovdi l-premjijiet u l-entità tħallas lill-parti terza għal kull kreditu ta’ premju li tagħti, din tkun tista' tkejjel il-valur ġust tal-krediti ta’ premju b’referenza għall-ammont li tħallas lill-parti terza, u żżid marġni ta’ profitt raġonevoli. Jeħtieġ ġudizzju għaqli sabiex tintgħażel u tiġi applikata t-teknika ta’ valwazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 tal-konsensus u li tkun l-aktar xierqa fiċ-ċirkostanzi.

▼M4




INTERPRETAZZJONI TA' L-IFRIC 14

IAS 19 — Il-Limitu fuq Assi ta' Benefiċċju Definit, ir-Rekwiżiti ta’ Finanzjament Minimu u l-Interazzjoni tagħhom

REFERENZI

 IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

 IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

 IAS 19 Benefiċċji ta' l-Impjegati ►M31  (kif emendat fl-2011) ◄

 IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

SFOND

▼M31

1 Il-paragrafu 64 tal-IAS 19 jillimita l-kejl ta' assi defit nett għall-aktar surplus il-baxx bejn dak fil-pjan ta' benefiċċju definit u dak tal-limitu massimu tal-assi. Il-paragrafu 8 tal-IAS 19 jiddefinixxi l-livell massimu bħala “il-valur preżenti ta' kwalunkwe benefiċċju ekonomiku disponibbli fil-forma ta’ rifużjonijiet mill-pjan jew tnaqqis f’kontribuzzjonijiet futuri lill-pjan”. Saru mistoqsijiet dwar meta r-rifużjonijiet jew it-tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri għandhom jitqiesu li huma disponibbli, partikolarment fejn ikun hemm rekwiżit ta' finanzjament minimu.

▼M4

2 Ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jeżisti f'ħafna pajjiżi biex tittejjeb is-sigurtà tal-wegħda tal-benefiċċju ta' wara l-impjieg li tkun saret lil membri fi pjan ta' benefiċċji ta' l-impjegati. Dawn ir-rekwiżiti normalment jistipulaw l-ammont jew livell minimu ta' kontribuzzjonijiet li jridu jsiru lill-pjan fuq ċertu perjodu. Għaldaqstant, ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' jillimita l-kapaċità ta' l-entità li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet futuri.

3 Barra dan, il-limitu fuq il-kejl ta' assi ta' benefiċċju definit jista' jikkawża li rekwiżit ta’ finanzjament minimu jkun oneruż. Normalment, rekwiżit biex isiru kontribuzzjonijiet għall-pjan ma jaffettwax il-kejl ta' l-assi jew ta’ l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit. Dan għaliex il-kontribuzzjonijiet, ġaladarba mħallsin, isiru assi tal-pjan u għalhekk l-obbligazzjoni netta addizzjonali hija żero. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' joħloq obbligazzjoni jekk il-kontribuzzjonijiet meħtieġa ma jkunux disponibbli għall-entità ġaladarba jkunu tħallsu.

▼M27

3A F’Novembru 2009 il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà emenda l-IFRIC 14 biex ineħħi l-konsegwenzi inċidentali li jirriżultaw mit-trattament tal-prepagamenti ta’ kontribuzzjonijiet futuri f'xi ċirkostanzi meta jkun hemm rekwiżit ta’ finanzjament minimu.

▼M4

AMBITU

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-benefiċċji definiti kollha ta' wara l-impjieg u benefiċċji oħra definiti fit-tul ta' l-impjegati.

5 Għall-finijiet ta' din l-Interpretazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ finanzjament minimu huma kwalunkwe rekwiżit biex ikun iffinanzjat pjan ta' benefiċċji definiti ta' wara l-impjieg jew pjan ieħor ta' benefiċċji definiti fit-tul.

TEMI

6 Il-kwistjonijiet indirizzati f'din l-Interpretazzjoni huma:

(a) meta rifużjonijiet jew tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri għandhom jitqiesu bħala disponibbli b'konformità mad-definizzjoni tal-livell massimu tal-assi fil-paragrafu 8 tal-IAS 19.

▼M4

(b) kif ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' jaffettwa d-disponibilità ta' tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri.

(ċ) fejn ir-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' joħloq obbligazzjoni.

KUNSENS

Disponibilità ta' rifużjoni jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri

7 Entità għandha tiddetermina d-disponibilità ta' rifużjoni jew tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri b'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjan u kwalunkwe rekwiżit statutorju fil-ġurisdizzjoni tal-pjan.

8 Benefiċċju ekonomiku, fis-sura ta' rifużjoni jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri, hu disponibbli jekk l-entità tista' tirrealizzah f'xi punt matul il-ħajja tal-pjan jew meta l-obbligazzjonijiet tal-pjan ikunu ssetiljati. B'mod partikulari, tali benefiċċju ekonomiku jista' jkun disponibbli ukoll jekk ma jkunx realizzabbli immedjatament fid-data tal-karta tal-bilanċ.

9 Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli ma jiddependix fuq kif l-entità għandha l-intenzjoni li tuża l-bilanċ favorevoli. Entità għandha tiddetermina l-benefiċċju ekonomiku massimu li jkun disponibbli mir-rifużjonijiet, mit-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri jew għaqda tat-tnejn. Entità m'għandhiex tirrikonoxxi benefiċċji ekonomiċi minn tagħqid ta' rifużjonijiet u tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri bbażati fuq suppożizzjonijiet li jeskludu lil xulxin.

10 B'konformità ma' l-IAS 1, l-entità għandha tiddikjara informazzjoni dwar is-sorsi prinċipali ta' l-inċertezza fl-istimi magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ, li jkollhom riskju sinifikanti li jikkawżaw aġġustamenti materjali fl-ammont rikonoxxut ta' ►M5  assi jew obbligazzjoni netta rikonoxxuta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ◄ . Dan jista' jinkludi żvelar ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq ir-realizzabilità attwali tal-bilanċ favorevoli jew żvelar tal-bażi użata biex jiġi determinat l-ammont tal-benefiċċju ekonomiku disponibbli.

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala rifużjoni.

Id-dritt għal rifużjoni

11 Rifużjoni tkun disponibbli għal entità biss jekk l-entità jkollha dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rifużjoni:

(a) matul il-ħajja tal-pjan, mingħajr ma wieħed jassumi li l-obbligazzjonijiet tal-pjan iridu jkunu ssetiljati biex tinkiseb ir-rifużjoni (eż. f'xi ġurisdizzjonijiet, l-entità jista' jkollha dritt għal rifużjoni matul il-ħajja tal-pjan, irrispettivament minn jekk l-obbligazzjonijiet tal-pjan ikunux issetiljati); jew

(b) jekk wieħed jassumi l-issetiljar gradwali ta’ l-obbligazzjonijiet tal-pjan matul iż-żmien sakemm il-membri kollha jkunu ħarġu mill-pjan; jew

(ċ) jekk wieħed jassumi l-issetiljar sħiħ ta’ l-obbligazzjonijiet tal-pjan f'avveniment wieħed (i.e. bħall-istralċjar tal-pjan).

Dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rifużjoni jista' jeżisti ikun x'ikun il-livell ta' finanzjament tal-pjan fid-data tal-karta tal-bilanċ.

12 Jekk id-dritt ta' l-entità għal rifużjoni ta' bilanċ favorevoli jiddependi fuq l-okkorrenza jew in-non-okkorrenza ta' xi avveniment jew avvenimenti inċerti fil-futur li ma jkunux għal kollox taħt il-kontroll tagħha, l-entità ma jkollhiex dritt mingħajr kundizzjonijiet u m'għandhiex tirrikonoxxi assi.

13 Entità għandha tkejjel il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala rifużjoni, bħala l-ammont tal-bilanċ favorevoli fid-data tal-karta tal-bilanċ (li jkun il-valur ġust ta' l-assi tal-pjan, nieqes il-valur attwali ta' l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit) li l-entità jkollha dritt li tirċievi bħala rifużjoni, nieqes kwalunkwe spejjeż marbuta miegħu. Pereżempju, jekk rifużjoni tkun suġġetta għal taxxa barra t-taxxa fuq id-dħul, l-entità għandha tkejjel l-ammont tar-rifużjoni netta wara t-taxxa.

14 Meta entità tkejjel l-ammont ta' rifużjoni disponibbli ladarba l-pjan ikun stralċjat (il-paragrafu 11(ċ)), għandha tinkludi kemm l-ammont ta' l-ispejjeż li jiswew lill-pjan biex tissetilja l-obbligazzjonijiet tal-pjan u kemm biex tagħmel ir-rifużjoni. Pereżempju, entità għandha tnaqqas id-drittijiet professjonali jekk dawn jitħallsu mill-pjan u mhux mill-entità, u l-ispejjeż ta' kwalunkwe primjums ta' l-assigurazzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa biex jassiguraw l-obbligazzjoni meta jsir l-istralċjar.

15 Jekk l-ammont ta' rifużjoni jkun determinat bħala l-ammont sħiħ jew proporzjon tal-bilanċ favorevoli, u mhux bħala ammont fiss, entità m'għandha tagħmel l-ebda aġġustament għall-effett taż-żmien fuq il-valur tal-flus, ukoll jekk ir-rifużjoni tkun realizzabbli biss f'data fil-futur.

Il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjoni

▼M27

16 Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit ta' finanzjament minimu għall-kontribuzzjonijiet dwar is-servizz futur, il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri ikun:

(a) [imħassar]

(b) il-kost ta' servizz futur lill-entità għal kull perjodu diviż mill-ħajja mistennija tal-pjan jew mill-ħajja mistennija tal-entità, skont liema jkun l-iqsar. Il-kost ta' servizz futur lill-entità jeskludi l-ammonti li ser jinġarru mill-impjegati.

▼M31

17 Entità għandha tiddetermina l-kostijiet ta’ servizz futur billi tuża suppożizzjonijiet konsistenti ma' dawk użati biex tiddetermina l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definita u mas-sitwazzjoni li tkun teżisti fi tmiem il-perjodu ta' rappurtaġġ kif stabblit fl-IAS 19. Għalhekk, entità m'għandha tassumi l-ebda bidla fil-benefiċċji li għandhom jiġu pprovduti minn pjan fil-futur sakemm il-pjan ma jkunx emendat, u għandha tassumi element stabbli ta' ħaddiema fil-futur, sakemm l-entità ma tnaqqasx l-għadd ta' impjegati koperti mill-pjan. Fil-każ tal-aħħar, is-suppożizzjoni dwar il-ħaddiema fil-futur għandha tinkludi t-tnaqqis.

▼M27

L-effett tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu fuq il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri

18 Entità għandha tanalizza kwalunkwe rekwiżit ta' finanzjament minimu f'data speċifika f'kontribuzzjonijiet li jkunu meħtieġa biex ikopru (a) kwalunkwe diskrepanza eżistenti għal servizz fil-passat fuq il-bażi ta' finanzjament minimu u (b) s-servizz futur.

▼M4

19 Kontribuzzjonijiet biex ikopru xi nuqqas eżistenti fuq il-bażi ta' finanzjament minimu fir-rigward ta' servizzi diġà riċevuti ma jaffettwawx il-kontribuzzjonijiet futuri għal servizz fil-futur. Dawn jistgħu joħolqu obbligazzjoni b'konformità mal-paragrafi 23–26.

▼M27

20 Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit ta' finanzjament minimu għall-kontribuzzjonijiet dwar is-servizz futur, il-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri jkun it-total ta':

(a) kwalunkwe ammont li jnaqqas il-kontribuzzjonijiet minimi tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu għas-servizz futur minħabba li l-entità għamlet prepagament (i.e. ħallset l-ammont qabel ma nħtieġet tagħmel hekk); u wkoll

(b) il-kost stmat tas-servizz futur f'kull perjodu skont il-paragrafi 16 u 17 nieqes il-kontribuzzjonijiet stmati tar-rekwiżit ta' finanzjament minimu li jkunu meħtieġa għas-servizz futur f'dawk il-perjodi jekk ma jkun hemm l-ebda prepagamenti kif deskritt f'(a).

21 Entità għandha tistima l-kontribuzzjonijiet futuri tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu għas-servizz futur billi tqis l-effett ta' kwalunkwe bilanċ pożittiv eżistenti ddeterminat bl-użu tal-bażi tal-finanzjament minimu imma bl-eżklużjoni tal-prepagament deskritt fil-paragrafu 20(a). Entità għandha tuża suppożizzjonijiet konsistenti mal-bażi ta' finanzjament minimu u, għal kwalunkwe fattur mhux speċifikat f'dik il-bażi, suppożizzjonijiet konsistenti ma' dawk użati biex jiġi ddeterminat l-obbligu definit tal-benefiċċju u mas-sitwazzjoni eżistenti fit-tmiem tal-perjodu tar-rapportar kif stabbilit mill-IAS 19. L-istima għandha tinkludi kwalunkwe bidla mistennija li tirriżulta meta l-entità tħallas il-kontribuzzjonijiet minimi meta jkunu dovuti. Madankollu, l-istima ma għandhiex tinkludi l-effett tal-bidliet mistennija fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-bażi ta’ finanzjament minimu li ma jkunux ippromulgati sostantivament jew miftiehma kuntrattwalment fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportar.

22 Meta entita tiddetermina l-ammont deskritt fil-paragrafu 20(b), jekk il-kontribuzzjonijiet futuri tar-rekwiżit ta’ finanzjament minimu għas-servizz futur jaqbeż il-kost futur tas-servizz skont l-IAS 19 fi kwalunkwe perjodu partikolari, dak l-eċċess inaqqas l-ammont tal-benefiċċju ekonomiku disponibbli bħala tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet futuri. Madankollu, l-ammont deskritt fil-paragrafu 20(b) ma jista' qatt ikun anqas minn żero.

▼M4

Meta r-rekwiżit ta’ finanzjament minimu jista' joħloq obbligazzjoni

23 Jekk entità jkollha obbligu taħt rekwiżit ta’ finanzjament minimu biex tħallas kontribuzzjonijiet biex tkopri nuqqas eżistenti fuq il-bażi ta' finanzjament minimu fir-rigward ta' servizzi diġà riċevuti, l-entità għandha tiddetermina jekk il-kontribuzzjonijiet pagabbli humiex ser ikunu disponibbli bħala rifużjoni jew bħala tnaqqis f'kontribuzzjonijiet futuri wara li jitħallsu fil-pjan.

▼M31

24 Sal-limitu fejn il-kontribuzzjonijiet pagabbli ma jkunux disponibbli wara li jitħallsu fil-pjan, l-entità għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni meta jinħoloq l-obbligu. L-obbligazzjoni għandha tnaqqas l-assi ta' benefiċċju definit jew iżżid l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett biex b'hekk l-ebda qligħ jew telf ma jkun mistenni li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 64 tal-IAS 19 meta l-kontribuzzjonijiet jitħallsu.

▼M31 —————

▼M4

DATA EFFETTIVA

27 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2008 jew wara. Applikazzjoni iktar kmieni hija permessa.

▼M5

27A L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 26. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M27

27B  Prepagamenti ta’ Rekwiżit ta’ Finanzjament Minimu żied il-paragrafu 3A u emenda l-paragrafi 16-18 u 20-22. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu abkar għandha tiżvela dan il-fatt.

▼M31

27C L-IAS 19 (kif emendat fl-2011) emenda l-paragrafi 1, 6, 17 u 24 u ħassar il-paragrafi 25 u 26. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IAS 19 (kif emendat fl-2011).

▼M4

TRANŻIZZJONI

28 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni mill-bidu ta' l-ewwel perjodu ppreżentat fl-ewwel dikjarazzjonijiet finanzjarji li għalihom tapplika l-Interpretazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe aġġustament inizjali li jinħoloq mill-applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni bħala qligħ imfaddal fil-bidu ta' dak il-perjodu.

▼M27

29 Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 3A, 16-18 u 20-22 mill-bidu tal-abkar perjodu komparattiv ippreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji fejn l-entità tapplika din l-Interpretazzjoni. Jekk tkun diġà applikat din l-Interpretazzjoni qabel ma tkun applikat l-ementi, l-entità għandha tirrikonoxxi l-aġġustament li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-emendi fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-abkar perjodu komparattiv ippreżentat.

▼M13




INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 15

Ftehim għall-Kostruzzjoni ta’ Proprjetà Immobbli

REFERENZI

 IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif irrivedut fl-2007)

 IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

 IAS 11 Kuntratti ta’ Kostruzzjoni

 IAS 18 Dħul

 IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

 IFRIC 12 Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizzi

 IFRIC 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti

SFOND

1 Fl-industrija tal-proprjetà immobbli, l-entitajiet li jidħlu għal xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, jew direttament jew inkella permezz ta’ sottokuntratturi, jistgħu jidħlu f’kuntratti ma’ xerrej wieħed jew aktar qabel ma tkun tlestiet il-kostruzzjoni. Dawn il-kuntratti jistgħu jieħdu diversi forom.

2 Pereżempju, entitajiet li jidħlu għal xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali jistgħu jibdew jirreklamaw unitajiet individwali (appartamenti jew djar) “fuq il-pjanta”, jiġifieri waqt li l-kostruzzjoni tkun tinsab għaddejja, jew inkella saħansitra qabel ma tkun bdiet. Kull xerrej jidħol fi ftehim mal-entità biex jakkwista unità speċifika meta tkun lesta biex tiġi okkupata. Tipikament, ix-xerrej iħallas depożitu lill-entità li huwa rifużibbli biss jekk l-entità tonqos milli tikkunsinna l-unità lesta skont it-termini miftiehma fil-kuntratt. Il-bilanċ fuq il-prezz tax-xiri ġeneralment jitħallas lill-entità biss mat-tlestija tal-kuntratt, meta x-xerrej jikseb il-pussess tal-unità.

3 L-entitajiet li jidħlu għal xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jew industrijali jistgħu jidħlu fi ftehim ma’ xerrej wieħed. Ix-xerrej jista’ jkun meħtieġ li jagħmel ħlasijiet skont il-progress bejn iż-żmien tal-ftehim inizzjali u t-tlestija tal-kuntratt. Il-kostruzzjoni tista’ ssir fuq art li tkun tax-xerrej jew mikrija lilu qabel ma tibda l-kostruzzjoni.

AMBITU

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-kontabilità tad-dħul u spejjeż assoċjati minn entitajiet li jidħlu għal xogħol ta' kostruzzjoni ta' proprjetà immobbli direttament jew permezz ta' sottokuntratturi.

5 Ftehim li jidħol fl-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni huwa ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli. Minbarra l-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, dan il-ftehim jista’ jinkludi l-kunsinna ta’ oġġetti jew servizzi oħrajn.

KWISTJONIJIET

6 L-Interpretazzjoni tindirizza żewġ kwistjonijiet:

(a) Il-ftehim jaqa’ taħt l-ambitu ta’ IAS 11 jew ta’ IAS 18?

(b) Meta għandu jiġi rikonoxxut id-dħul mill-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli?

KUNSENS

7 Id-diskussjoni li ġejja tassumi li l-entità kienet analizzat minn qabel il-ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli u kwalunkwe ftehim relatat u kkonkludiet li hija mhi ħa żżomm la involviment maniġerjali kontinwu sal-grad normalment assoċjat mad-dritt ta' proprjetà u lanqas kontroll effettiv fuq il-proprjetà immobbli mibnija sa tali punt li jipprekludi r-rikonoxximent tal-korrispettiv kollu jew parti minnu bħala dħul. Jekk ir-rikonoxximent ta’ parti mill-korrispettiv bħala dħul ikun prekluż, id-diskussjoni li ġejja tapplika biss għall-parti mill-ftehim li għalih ikun ser jiġi rikonoxxut dħul.

8 Fi ħdan ftehim wieħed, entità tista’ tintrabat kuntrattwalment li tikkunsinna oġġetti jew servizzi oħra apparti l-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli (eż. il-bejgħ ta’ art jew il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà). Skont il-paragrafu 13 tal-IAS 18, jista’ jkun meħtieġ li tali ftehim jinqasam f’komponenti li jistgħu jiġu identifikati separatament, inkluż wieħed għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli. Il-valur ġust tal-korrispettiv totali riċevut jew li għandu jkun riċevut għall-ftehim għandu jiġi allokat għal kull komponent. Jekk jiġu identifikati komponenti separati, l-entità għandha tapplika l-paragrafi 10-12 ta’ din l-Interpretazzjoni għall-komponent tal-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli sabiex tiddetermina jekk il-komponent jaqax fi ħdan l-ambitu tal-IAS 11 jew tal-IAS 18. Il-kriterji tas-segmentar tal-IAS 11 imbagħad japplikaw għal kull komponent tal-ftehim li jkun iddeterminat li hu kuntratt ta’ kostruzzjoni.

9 Id-diskussjoni li ġejja tirreferi għal ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, iżda tapplika wkoll għal komponent ta’ kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli identifikat fi ħdan ftehim li jinkludi komponenti oħra.

Kif jiġi ddeterminat jekk ftehim jaqax taħt l-ambitu tal-IAS 11 jew tal-IAS 18

10 Biex jiġi ddeterminat jekk ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli jaqax taħt l-ambitu tal-IAS 11 jew tal-IAS 18, dan jiddependi fuq it-termini tal-ftehim u l-fatti u ċ-ċirkustanzi ta’ madwaru. Tali determinazzjoni teħtieġ ġudizzju għaqli fir-rigward ta’ kull ftehim.

11 L-IAS 11 japplika meta l-ftehim jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni li tinsab fil-paragrafu 3 tal-IAS 11: “kuntratt innegozjat speċifikament għall-kostruzzjoni ta' assi jew taħlita ta' assi …”. Ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni meta x-xerrej ikun kapaċi jispeċifika elementi strutturali maġġuri tad-disinn tal-proprjetà immobbli qabel ma tibda l-kostruzzjoni u/jew jispeċifika bidliet strutturali maġġuri ladarba l-kostruzzjoni tkun tinsab għaddejja (sew jekk jeżerċita dik l-abilità kemm jekk le). Meta japplika l-IAS 11, il-kuntratt ta’ kostruzzjoni jinkludi wkoll kwalunkwe kuntratt jew komponent għall-forniment ta’ servizzi li huma relatati direttament mal-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli skont il-paragrafu 5(a) tal-IAS 11 u l-paragrafu 4 tal-IAS 18.

12 B’kuntrast, ftehim għall-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli fejn ix-xerrejja jkollhom biss abilità limitata li jinfluwenzaw id-disinn tal-proprjetà immobbli, eż. li jagħżlu disinn minn firxa ta’ għażliet speċifikati mill-entità, jew li jispeċifikaw biss varjazzjonijiet żgħar fid-disinn bażiku, huwa ftehim għall-bejgħ ta’ oġġetti fi ħdan l-ambitu tal-IAS 18.

Kontabilità għad-dħul mill-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli

Il-ftehim huwa kuntratt ta' kostruzzjoni

13 Meta l-ftehim jidħol fl-ambitu tal-IAS 11 u l-eżitu tiegħu jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul b’referenza għall-istadju ta’ tlestija tal-attività tal-kuntratt b’mod konformi mal-IAS 11.

14 Il-ftehim jista’ ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni u b’hekk jidħol fl-ambitu tal-IAS 18. F’dan il-każ, l-entità għandha tiddetermina jekk il-ftehim huwiex wieħed għall-forniment ta’ servizzi jew għall-bejgħ ta’ oġġetti.

Il-ftehim huwa ftehim għall-forniment ta’ servizzi

15 Jekk l-entità ma tkunx meħtieġa takkwista u tissupplixxi materjali ta’ kostruzzjoni, il-ftehim jista’ jkun biss ftehim għall-forniment ta’ servizzi skont l-IAS 18. F’dan il-każ, jekk il-kriterji fil-paragrafu 20 tal-IAS 18 jiġu sodisfatti, l-IAS 18 jitlob li d-dħul jiġi rikonoxxut b’referenza għall-istadju tat-tlestija tat-tranżazzjoni billi jintuża l-metodu tal-perċentwal komplut. Għar-rikonoxximent tad-dħul u tal-ispejjeż assoċjati għal tranżazzjoni ta’ dak it-tip ġeneralment huma applikabbli r-rekwiżiti tal-IAS 11 (l-IAS 18 paragrafu 21).

Il-ftehim huwa ftehim għall-bejgħ ta’ oġġetti

16 Jekk l-entità tkun meħtieġa tipprovdi servizzi flimkien ma’ materjali ta’ kostruzzjoni sabiex twettaq l-obbligu kuntrattwali tagħha li tikkunsinna l-proprjetà immobbli lix-xerrej, il-ftehim huwa ftehim għall-bejgħ ta’ oġġetti u għandhom japplikaw il-kriterji għar-rikonoxximent tad-dħul stabbiliti fil-paragrafu 14 tal-IAS 18.

17 L-entità tista’ tittrasferixxi lix-xerrej il-kontroll u r-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tad-dritt ta’ proprjetà tax-xogħol li jkun jinsab għaddej fl-istat attwali tiegħu hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa. F’dan il-każ, jekk il-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 jiġu sodisfatti kontinwament hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul b’referenza għall-istadju ta’ tlestija billi tuża l-metodu tal-perċentwal komplut. Għar-rikonoxximent tad-dħul u tal-ispejjeż assoċjati għal tranżazzjoni ta’ dak it-tip ġeneralment huma applikabbli r-rekwiżiti tal-IAS 11.

18 L-entità tista’ tittrasferixxi f’daqqa lix-xerrej il-kontroll u r-riskji u l-benefiċċji sinifikanti tad-dritt ta’ proprjetà tal-proprjetà immobbli fit-totalità tagħha (eż. mat-tlestija, mal-kunsinna jew wara). F’dan il-każ, l-entità għandha tirrikonoxxi d-dħul biss meta l-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 jiġu sodisfatti.

19 Meta l-entità tkun meħtieġa twettaq aktar xogħol fuq proprjetà immobbli li diġà tkun ġiet ikkunsinnata lix-xerrej, hija għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni u spiża skont il-paragrafu 19 tal-IAS 18. L-obbligazzjoni għandha tiġi mkejla skont l-IAS 37. Meta l-entità tkun meħtieġa tikkunsinna oġġetti jew servizzi ulterjuri li huma identifikabbli separatament mill-proprjetà immobbli diġà kkunsinnata lix-xerrej, hija tkun identifikat l-oġġetti jew servizzi li jifdal bħala komponent separat tal-bejgħ, skont il-paragrafu 8 ta' din l-Interpretazzjoni.

Żvelar

20 Meta entità tirrikonoxxi d-dħul billi tużu l-metodu tal-perċentwal komplut għal kuntratti li jissodisfaw il-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 kontinwament hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa (ara l-paragrafu 17 tal-Interpretazzjoni), hija għandha tiżvela:

(a) kif tiddetermina liema kuntratti jissodisfaw il-kriterji kollha fil-paragrafu 14 tal-IAS 18 kontinwament hekk kif il-kostruzzjoni tipprogressa;

(b) l-ammont ta’ dħul li jirriżulta minn tali kuntratti matul il-perijodu; u

(c) il-metodi użati biex jiġi ddeterminat l-istadju ta’ tlestija tal-kuntratti li x-xogħol fuqhom għadu fl-idejn.

21 Għall-kuntratti deskritti fil-paragrafu 20 li x-xogħol fuqhom ikun għadu fl-idejn fid-data tar-rapportaġġ, l-entità għandha tiżvela wkoll:

(a) l-ammont aggregat ta’ spejjeż imġarrba u profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut) sa dik id-data; u

(b) l-ammont ta’ ħlasijiet bil-quddiem riċevuti.

EMENDI GĦALL-APPENDIĊI TAL-IAS 18

22-23 [Emenda mhux applikabbli għal Standards vojta u enumerati]

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

24 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2009 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija hi permessa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2009, għandha tiżvela dak il-fatt.

25 Tibdil fil-politika tal-kontabilità għandu jkun irrappurtat b’lura b'konformità mal-IAS 8.

▼M10




INTERPRETAZZJONI 16 TAL-IFRIC

Hedges ta' Investiment Nett f'Operazzjoni Barranija

REFERENZI

 IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

 IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju

 IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

SFOND

1 Ħafna entitajiet li jagħtu rapporti għandhom investimenti f’operazzjonijiet barranin (kif iddefiniti fl-IAS 21 paragrafu 8). Dawn l-operazzjonijiet barranin jistgħu jkunu sussidjarji, kumpaniji assoċjati, impriżi konġunti jew fergħat. L-IAS 21 jeħtieġ li entità tiddetermina l-munita funzjonali ta’ kull waħda mill-operazzjonijiet barranin tagħha bħala l-munita tal-ambjent ekonomiku primarju ta’ dik l-operazzjoni. Meta jinqelbu r-riżultati u l-pożizzjoni finanzjarja ta’ operazzjoni barranija f’munita ta’ preżentazzjoni, l-entità hija meħtieġa tirrikonoxxi differenzi fil-kambju f’introjtu ieħor komplessiv sa meta tiddisponi mill-operazzjoni barranija.

2 Il-kontabilità għall-hedging tar-riskju tal-munita barranija li jirriżulta minn investiment nett f’operazzjoni barranija tapplika biss meta l-assi netti ta’ dik l-operazzjoni barranija jkunu inklużi fir-rapporti finanzjarji. ►M32   ( 69 ) ◄ L-oġġett li jiġi hedged fir-rigward tar-riskju tal-munita barranija li jirriżulta mill-investiment nett f’operazzjoni barranija jista’ jkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi netti tal-operazzjoni barranija.

3 L-IAS 39 jeħtieġ li, f’relazzjoni ta’ kontabilità għall-hedging, jiġu ddenominati oġġetti hedged eliġibbli u strumenti eliġibbli tal-hedging. Jekk ikun hemm relazzjoni ta’ hedging iddenominata, fil-każ ta’ hedge ta’ investiment nett, il-qligħ jew telf fuq l-istrument tal-hedging li jkun stabbilit li huwa hedge effettiv tal-investiment nett huwa rrikonoxxut f’introjtu ieħor komplessiv u inkluż mad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija.

4 Entità b’ħafna operazzjonijiet barranin tista’ tkun esposta għal numru ta’ riskji ta’ munita barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu identifikati r-riskji ta' munita barranija li jikkwalifikaw bħala risk hedged fil-hedge ta' investiment nett f'operazzjoni barranija.

5 L-IAS 39 jippermetti li entità tiddenomina strument finanzjarju derivat jew wieħed mhux derivat (jew kombinament ta’ strumenti finanzjarji derivati u mhux derivati) bħala strumenti ta' hedging għar-riskju ta' munita barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar fejn, fi ħdan grupp, strumenti ta’ hedging li jkunu hedges ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija jistgħu jinżammu biex jikkwalifikaw għall-kontabilità għall-hedging.

6 L-IAS 21 u l-IAS 39 jeħtieġu li l-ammonti kumulattivi rikonoxxuti f’introjtu ieħor komplessiv relatati kemm mad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mill-qlib tar-riżultati u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-operazzjoni barranija kif ukoll mal-qligħ jew telf fuq l-istrument tal-hedging li jkun stabbilit bħala hedge effettiv tal-investiment nett jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid meta l-entità prinċipali tiddisponi mill-operazzjoni barranija. Din l-Interpretazzjoni tipprovdi gwida dwar kif entità għandha tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf kemm għall-istrument tal-hedging kif ukoll għall-oġġett hedged.

AMBITU

7 Din l-Interpretazzjoni tapplika għal entità li tagħmel hedging tar-riskju ta’ munita barranija li jirriżulta mill-investimenti netti tagħha f’operazzjonijiet barranin u li tkun tixtieq tikkwalifika għall-kontabilità għall-hedging skont l-IAS 39. Għal finijiet ta’ konvenjenza din l-Interpretazzjoni tirreferi għal tali entità bħala entità prinċipali u għar-rapporti finanzjarji li fihom ikunu inklużi l-assi netti ta' operazzjonijiet barranin bħala rapporti finanzjarji konsolidati. Kull referenza għal entità prinċipali tapplika wkoll għal entità li jkollha investiment nett f’operazzjoni barranija li tkun impriża konġunta, kumpannija assoċjata jew fergħa.

8 Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal hedges ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin; m'għandhiex tiġi applikata b’analoġija għal tipi oħra ta’ kontabilità għall-hedging.

KWISTJONIJIET

9 Investimenti f’operazzjonijiet barranin jistgħu jinżammu direttament minn entità prinċipali jew indirettament mis-sussidjarja jew sussidjarji tagħha. Il-kwistjonijiet indirizzati f'din l-Interpretazzjoni huma:

(a)  in-natura tar-riskju li jkun hedged u l-ammont tal-oġġett li jkun hedged li għalihom tista’ tiġi ddenominata relazzjoni ta’ hedging:

(i) jekk l-entità prinċipali tistax tiddenomina biss bħala riskju hedged id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw minn differenza bejn il-munita funzjonali tal-entità prinċipali u dik tal-operazzjoni barranija tagħha, jew jekk tistax tiddenomina wkoll bħala r-riskju hedged id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mid-differenza bejn il-munita ta’ preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali u l-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija;

(ii) f’każ li l-entità prinċipali tkun tippossjedi l-operazzjoni barranija indirettament, jekk ir-riskju hedged jistax jinkludi biss id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw minn differenzi fil-muniti funzjonali bejn l-operazzjoni barranija u l-entità prinċipali immedjata tagħha, jew jekk ir-riskju hedged jistax jinkludi wkoll xi differenzi fil-kambju bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u dik ta’ kwalunkwe entità prinċipali intermedja jew finali (jiġifieri jekk il-fatt li l-investiment nett fl-operazzjoni barranija huwa miżmum permezz ta' entità prinċipali intermedja jaffettwax ir-riskju ekonomiku tal-entità prinċipali finali).

(b)  fejn, fi grupp, jista’ jinżamm l-istrument tal-hedging:

(i) jekk relazzjoni li tikkwalifika għall-kontabilità għall-hedging tistax tiġi stabbilita biss jekk l-entità li tagħmel hedging tal-investiment nett tagħha tkun parti għall-istrument tal-hedging jew jekk kwalunkwe entità fi ħdan il-grupp, irrispettivament mill-munita funzjonali tagħha, tistax iżżomm l-istrument tal-hedging.

(ii) jekk in-natura tal-istrument tal-hedging (derivat jew mhux derivat) jew il-metodu tal-konsolidament jaffettwawx l-istima tal-effettività tal-hedge.

(ċ)  liema ammonti għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf bħala aġġustamenti ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid mad-disponiment tal-operazzjoni barranija:

(i) meta jsir disponiment minn operazzjoni barranija li kienet ġiet hedged, liema ammonti mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija tal-entità prinċipali fir-rigward tal-istrument tal-hedging u fir-rigward ta’ dik l-operazzjoni barranija għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali;

(ii) jekk il-metodu ta’ konsolidazzjoni jaffettwax id-determinazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid minn ekwità għal profitt jew telf.

KUNSENS

In-natura tar-riskju li jkun hedged u l-ammont tal-oġġett li jkun hedged li għalihom tista’ tiġi ddenominata relazzjoni ta’ hedging

10 Il-kontabilità għall-hedging tista’ tiġi applikata biss għad-differenzi fil-kambju li jirriżultaw bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u l-munita funzjonali tal-entità prinċipali.

11 F’hedge tar-riskji ta’ munita barranija li jirriżultaw minn investiment nett f’operazzjoni barranija, l-oġġett hedged jista’ jkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-assi netti tal-operazzjoni barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali. L-ammont miżmum fil-kotba tal-assi netti ta’ operazzjoni barranija li jista’ jiġi ddanominat bħala l-oġġett hedged fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità prinċipali jiddependi fuq jekk xi entità prinċipali ta’ livell iktar baxx tal-operazzjoni barranija applikatx kontabilità għall-hedging għall-assi netti kollha jew parti minnhom ta’ dik l-operazzjoni barranija u dik il-kontabilità baqgħetx tinżamm fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali.

12 Ir-riskju hedged jista’ jiġi ddenominat bħala l-esponiment għall-munita barranija li tirriżulta bejn il-munita funzjonali tal-operazzjoni barranija u l-munita funzjonali ta’ kwalunkwe entità prinċipali (l-entità prinċipali immedjata, intermedja jew finali) ta' dik l-operazzjoni barranija. Il-fatt li l-investiment nett jinżamm permezz ta’ entità prinċipali intermedja ma jaffettwax in-natura tar-riskju ekonomiku li jirriżulta mill-esponiment għall-munita barranija għall-entità prinċipali finali.

13 Esponiment għal riskju ta’ munita barranija li jirriżulta minn investiment nett f’operazzjoni barranija jista’ jikkwalifika għall-kontabilità għall-hedging darba biss fir-rapporti finanzjarji konsolidati. Għalhekk, jekk l-istess assi netti ta' operazzjoni barranija jiġu hedged minn aktar minn entità prinċipali waħda fi ħdan il-grupp (pereżempju, kemm entità prinċipali diretta kif ukoll waħda indiretta) għall-istess riskju, relazzjoni ta’ hedging waħda biss tikkwalifika għall-kontabilità tal-hedging fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali finali. Relazzjoni ta’ hedging iddenominata minn entità prinċipali waħda fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha m’għandhiex għalfejn tinżamm minn entità prinċipali oħra ta’ livell ogħla. Madankollu, jekk ma tinżammx mill-entità prinċipali ta’ livell ogħla, il-kontabilità għall-hedging applikata mill-entità prinċipali ta' livell aktar baxx trid titreġġa' lura qabel ma tiġi rrikonoxxuta l-kontabilità għall-hedging tal-entità prinċipali ta' livell ogħla.

Fejn jista’ jinżamm l-istrument tal-hedging

▼M22

14 Strument derivat kif ukoll wieħed mhux derivat (jew kombinament ta’ strumenti derivati u mhux derivati) jista’ jiġi ddenominat bħala strument ta’ hedging f’hedge ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija. L-istrument(i) tal-hedging jista’/jistgħu jinżamm(u) minn entità jew entitajiet fi ħdan il-grupp, kemm-il darba jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tad-denomina, dokumentazzjoni u effettività tal-IAS 39 paragrafu 88 li jirrigwardaw hedge ta’ investiment nett. B’mod partikolari, l-istrateġija tal-hedging tal-grupp għandha tiġi ddokumentata b’mod ċar minħabba l-possibbiltà ta’ denomini differenti f’livelli differenti tal-grupp.

▼M10

15 Għall-iskop tal-evalwazzjoni tal-effettività, il-bidla fil-valur tal-istrument tal-hedging fir-rigward tar-riskju tal-kambju tiġi kkomputata b’referenza għall-munita funzjonali tal-entità prinċipali li kontra l-munita funzjonali tagħha jiġi mkejjel ir-riskju hedged, skont id-dokumentazzjoni tal-kontabilità għall-hedging. Skont fejn jinżamm l-istrument tal-hedging, fin-nuqqas ta’ kontabilità għall-hedging il-bidla totali fil-valur tista’ tiġi rikonoxxuta fi profitt jew telf, f’introjtu ieħor komplessiv, jew fit-tnejn. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-effettività m’hijiex affettwata minn jekk il-bidla fil-valur tal-istrument tal-hedging hijiex rikonoxxuta fi profitt jew telf jew f’introjtu ieħor komplessiv. Bħala parti mill-applikazzjoni tal-kontabilità għall-hedging, il-porzjon totali effettiv tal-bidla huwa inkluż f’introjtu ieħor komplessiv. L-evalwazzjoni tal-effettività m’hijiex affettwata minn jekk l-istrument tal-hedging huwiex strument derivat jew mhux derivat jew mill-metodu ta’ konsolidament.

Disponiment ta’ operazzjoni barranija hedged

16 Meta jsir disponiment minn operazzjoni barranija li kienet hedged, l-ammont ikklassifikat mill-ġdid bħala profitt jew telf bħala aġġustament ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali fir-rigward tal-istrument tal-hedging huwa l-ammont li għandu jiġi identifikat skont il-paragrafu 102 tal-IAS 39. Dak l-ammont huwa l-qligħ jew telf kumulattiv fuq l-istrument tal-hedging li kien stabbilit li hu hedge effettiv.

17 L-ammont ikklassifikat mill-ġdid bħala profitt jew telf mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità prinċipali fir-rigward tal-investiment nett f’dik l-operazzjoni barranija skont il-paragrafu 48 tal-IAS 21 huwa l-ammont inkluż fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija ta' dik l-entità prinċipali fir-rigward ta' dik l-operazzjoni barranija. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità prinċipali finali, l-ammont nett aggregat rikonoxxut fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rigward tal-operazzjonijiet barranin kollha m’huwiex affettwat mill-metodu ta' konsolidament. Madankollu, jekk l-entità prinċipali finali tużax il-metodu ta’ konsolidament dirett jew dak ta’ pass wara pass ( 70 ) jista’ jaffettwa l-ammont inkluż fir-riżerva tagħha tal-qlib tal-munita barranija fir-rigward ta’ operazzjoni barranija individwali. L-użu tal-metodu ta’ konsolidament ta’ pass wara pass jista’ jirriżulta fil-klassifikazzjoni mill-ġdid għal profitt jew telf ta’ ammont li jkun differenti minn dak użat biex tiġi ddeterminata l-effettività tal-hedge. Din id-differenza tista’ tiġi eliminata billi jiġi ddeterminat l-ammont relatat ma’ dik l-operazzjoni barranija li kien jirriżulta kieku ntuża l-metodu dirett ta’ konsolidament. L-IAS 21 ma jeħtiġx li jsir dan l-aġġustament. Madankollu, din hija għażla tal-politika tal-kontabilità li għandha tiġi segwita b’mod konsistenti għall-investimenti netti kollha.

DATA EFFETTIVA

▼M22

18 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Ottubru 2008 jew wara. Entità għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu 14 li saret permezz tat-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’April 2009 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni iktar bikrija tat-tnejn li huma hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Ottubru 2008, jew l-emenda għall-paragrafu 14 qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

▼M10

TRANŻIZZJONI

19 L-IAS 8 jispeċifika kif entità tapplika bidla fil-politika tal-kontabilità li tirriżulta mill-applikazzjoni għall-ewwel darba ta' Interpretazzjoni. Entità m’hijiex meħtieġa li tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti meta tapplika l-Interpretazzjoni għall-ewwel darba. Jekk entità tkun iddenominat strument ta’ hedging bħala hedge ta’ investiment nett iżda l-hedge ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-kontabilità għall-hedging f’din l-Interpretazzjoni, l-entità għandha tapplika l-IAS 39 biex ma tkomplix dik il-kontabilità għall-hedging prospettivament.




Appendiċi

Gwida għall-applikazzjoni

Din l-appendiċi hi parti integrali mill-Interpretazzjoni.

AG1

Din l-appendiċi turi l-applikazzjoni tal-Interpretazzjoni permezz tal-istruttura korporattiva murija hawn isfel. Fil-każijiet kollha r-relazzjonijiet ta’ hedging deskritti jiġu ttestjati għall-effettività skont l-IAS 39, għalkemm dan l-ittestjar m'huwiex diskuss f'din l-appendiċi. Entità Prinċipali, li tkun l-entità prinċipali finali, tippreżenta r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha fil-munita funzjonali tagħha li hija l-euro (EUR). Kull waħda mis-sussidjarji hija pposseduta totalment. L-investiment nett ta' £500 miljun tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja B (fejn il-munita funzjonali hija l-lira sterlina (GBP)) jinkludi l-ekwivalenti ta’ £159 miljun tal-investiment nett ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja B fis-Sussidjarja C (fejn il-munita funzjonali hija d-dollaru Amerikan (USD)). Fi kliem ieħor, l-assi netti tas-Sussidjarja B apparti l-investiment tagħha fis-Sussidjarja C huma ta’ £341 miljun.

AG2

L-Entità Prinċipali tista' tagħmel hedging tal-investiment nett tagħha f'kull waħda mis-Sussidjarji A, B u C għar-riskju tal-kambju bejn il-muniti funzjonali rispettivi tagħhom (yen Ġappuniż (JPY), lira sterlina u dollaru Amerikan) u l-euro. Barra minn hekk, l-Entità Prinċipali tista’ tagħmel hedging tar-riskju tal-kambju USD/GBP bejn il-muniti funzjonali tas-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, is-Sussidjarja B tista’ tagħmel hedging tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C għar-riskju tal-kambju bejn il-muniti funzjonali tagħhom ta’ dollaru Amerikan u lira sterlina. Fl-eżempji li ġejjin, ir-riskju denominat huwa r-riskju tal-kambju spot peress li l-istrumenti tal-hedging mhumiex derivati. Kieku l-istrumenti tal-hedging kienu kuntratti bil-quddiem, l-Entità Prinċipali kienet tkun tista’ tiddenomina r-riskju tal-kambju bil-quddiem.

image

AG3

L-Entità Prinċipali tixtieq tagħmel hedging tar-riskju tal-kambju mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C. Assumi li s-Sussidjarja A għandha self estern ta’ US$300 miljun. L-assi netti tas-Sussidjarja A fil-bidu tal-perijodu tar-rapportaġġ huma ta’ ¥400,000 miljun inkluż ir-rikavat mis-self estern ta’ US$300 miljun.

AG4

L-oġġett hedged jista’ jkun ammont ta’ assi netti daqs jew inqas mill-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja C (US$300 miljun) fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun bħala hedge tar-riskju tal-kambju spot EUR/USD assoċjat mal-investiment nett tagħha fl-assi netti ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja C. F’dan il-każ, kemm id-differenza fil-kambju EUR/USD fuq is-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A kif ukoll id-differenza fil-kambju EUR/USD fuq l-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C huma inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali wara l-applikazzjoni tal-kontabilità għall-hedging.

AG5

Fin-nuqqas ta’ kontabilità għall-hedging, id-differenza totali tal-kambju USD/EUR fuq is-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A jiġi rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Priniċipali skont kif ġej:

 il-bidla fir-rata tal-kambju spot USD/JPY, meqluba għal euro, fi profitt jew telf, u

 il-bidla fir-rata tal-kambju spot JPY/EUR f’introjtu ieħor komplessiv.

Minflok id-denomina fil-paragrafu AG4, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A bħala hedge tar-riskju tal-kambju spot GBP/USD bejn is-Sussidjarja C u s-Sussidjarja B. F’dan il-każ, id-differenza totali fil-kambju USD/EUR fuq is-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A minflok tiġi rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali skont kif ġej:

 il-bidla fir-rata tal-kambju spot GBP/USD fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija relatata mas-Sussidjarja C,

 il-bidla fir-rata tal-kambju spot GBP/JPY, meqluba għal euro, fi profitt jew telf, u

 il-bidla fir-rata tal-kambju spot JPY/EUR f’introjtu ieħor komplessiv.

AG6

L-Entità Prinċipali ma tistax tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A bħala hedge kemm tar-riskju tal-kambju spot EUR/USD u tar-riskju tal-kambju spot GBP/USD fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. Strument ta’ hedging wieħed jista’ jintuża darba biss għall-hedging tal-istess riskju denominat. Is-Sussidjarja B ma tistax tapplika l-kontabilità għall-hedging fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha minħabba li l-istrument tal-hedging huwa miżmum barra l-grupp li jinkludi s-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C.

AG7

Kif ġie nnutat fil-paragrafu AG5, il-bidla totali fil-valur fir-rigward tar-riskju tal-kambju tas-self estern ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja A tiġi rreġistrata kemm fil-profitt jew telf (riskju spot USD/JPY) kif ukoll f’introjtu ieħor komplessiv (riskju spot EUR/JPY) fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali fin-nuqqas ta’ kontabilità għall-hedging. Iż-żewġ ammonti huma inklużi għall-finijiet tal-istima tal-effettività tal-hedge denominata fil-paragrafu AG4 minħabba li l-bidla fil-valur kemm tal-istrument tal-hedging kif ukoll tal-oġġett hedged huma kkomputati b’referenza għall-munita funzjonali euro tal-Entità Prinċipali kontra l-munita funzjonali dollaru Amerikan tas-Sussidjarja C, skont id-dokumentazzjoni tal-hedge. Il-metodu ta’ konsolidament (jiġifieri l-metodu dirett jew il-metodu pass wara pass) ma jaffettwax l-istima tal-effettività tal-hedge.

AG8

Meta jsir disponiment mis-Sussidjarja C, l-ammonti kklassifikati mill-ġdid bħala profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali mir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija (FCTR) huma:

(a) fir-rigward tas-self estern ta’ US$300 miljun tas-Sussidjarja A, l-ammont li l-IAS 39 jeħtieġ li jiġi identifikat, jiġifieri l-bidla totali fil-valur fir-rigward tar-riskju tal-kambju li kien rikonoxxut f’introjtu ieħor komplessiv bħala l-porzjon effettiv tal-hedge; u

(b) fir-rigward tal-investiment nett ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C, l-ammont stabbilit mill-metodu ta’ konsolidament tal-entità. Jekk l-Entità Prinċipali tuża l-metodu dirett, l-FCTR tagħha fir-rigward tas-Sussidjarja C tiġi stabbilita direttament mir-rata ta’ kambju EUR/USD. Jekk l-Entità Prinċipali tuża l-metodu ta’ pass wara pass, l-FCTR tagħha fir-rigward tas-Sussidjarja C tiġi stabbilita skont l-FCTR rikonoxxuta mis-Sussidjarja B li tirrifletti r-rata tal-kambju GBP/USD, meqluba għall-munita funzjonali tal-Entità Prinċipali bl-użu tar-rata tal-kambju EUR/GBP. L-użu mill-Entità Prinċipali tal-metodu ta’ konsolidament ta’ pass wara pass f’perijodi preċedenti la jeħtieġ u lanqas iżommha milli tistabbilixxi li l-ammont ta’ FCTR li għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid meta hija tiddisponi mis-Sussidjarja C ikun l-ammont li hija kienet tirrikonoxxi kieku hija dejjem użat il-metodu dirett, skont il-politika tal-kontabilità tagħha.

AG9

L-eżempji li ġejjin juru li fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ Entità Prinċipali, ir-riskju li jista’ jiġi hedged huwa dejjem ir-riskju bejn il-munita funzjonali tagħha (euro) u l-muniti funzjonali tas-Sussidjarji B u C. Irrispettivament minn kif ikunu ddenominati l-hedges, l-ammonti massimi li jistgħu jkunu hedges effettivi biex jiġu inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali meta ż-żewġ operazzjonijiet barranin ġew hedged huma ta’ US$300 miljun għar-riskju EUR/USD u £341 miljun għar-riskju EUR/GBP. Bidliet oħrajn fil-valur dovuti għall-bidliet fir-rati tal-kambju huma inklużi fil-profitt jew telf konsolidat tal-Entità Prinċipali. Naturalment, huwa possibbli li l-Entità Prinċipali tiddenomina US$300 miljun biss għal bidliet fir-rata ta’ kambju spot USD/GBP biss jew £500 miljun biss għal bidliet fir-rata ta’ kambju spot GBP/EUR.

AG10

L-Entità Prinċipali tista’ tkun tixtieq tagħmel hedging tar-riskju tal-kambju f’relazzjoni mal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B kif ukoll ta’ dak fir-rigward tas-Sussidjarja C. Nassumu li l-Entità Prinċipali għandha strumenti ta’ hedging iddenominati f’dollaru Amerikan u lira Sterlina li hija tiddenomina bħala hedges tal-investimenti netti tagħha fis-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C. Id-denominazzjonijiet li l-Entità Prinċipali tista’ tagħmel fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha jinkludu, iżda m’humiex limitati għal, dawn li ġejjin:

(a) Strument ta’ hedging ta’ US$300 miljun iddenominat bħala hedge tal-investiment nett ta' US$300 miljun fis-Sussidjarja C fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (EUR/USD) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja C u strument ta’ hedging sa £341 miljun iddenominat bħala hedge ta’ £341 tal-investiment nett fis-Sussidjarja B fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (EUR/GBP) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja B.

(b) Strument ta’ hedging ta’ US$300 miljun iddenominat bħala hedge tal-investiment nett ta' US$300 miljun fis-Sussidjarja C fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (GBP/USD) bejn is-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C u strument ta’ hedging sa £500 miljun iddenominat bħala hedge ta’ £500 tal-investiment nett fis-Sussidjarja B fejn ir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (EUR/GBP) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja B.

AG11

Ir-riskju EUR/USD mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja C huwa riskju differenti mir-riskju EUR/GBP mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja B. Madankollu, fil-każ deskritt fil-paragrafu AG10(a), permezz tad-denomina tagħha tal-istrument ta’ hedging USD li għandha, l-Entità Prinċipali diġà għamlet hedging sħiħ tar-riskju EUR/USD mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C. Kieku l-Entità Prinċipali ddenominat ukoll strument GBP li hija żżomm bħala hedge tal-investiment nett tagħha ta’ £500 miljun fis-Sussidjarja B, £159 miljun ta’ dak l-investiment, li jirrappreżenta l-ekwivalenti f’GBP tal-investiment nett tagħha USD fis-Sussidjarja C, kien jiġi hedged darbtejn għar-riskju GBP/EUR fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali.

AG12

Fil-każ deskritt fil-paragrafu AG10(b), jekk l-Entità Prinċipali tiddenomina r-riskju hedged bħala l-esponiment tal-kambju spot (GBP/USD) bejn is-Sussidjarja B u s-Sussidjarja C, il-parti GBP/USD biss tal-bidla fil-valur tal-istrument ta’ hedging tagħha ta’ US$300 miljun huwa inkluż fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija tal-Entità Prinċipali relatata mas-Sussidjarja C. Il-bqija tal-bidla (ekwivalenti għal bidla GBP/EUR fuq £159 miljun) hija inkluża fil-profitt jew telf konsolidat tal-Entità Prinċipali, bħal fil-paragrafu AG5. Minħabba li d-denomina tar-riskju USD/GBP bejn is-Sussidjarji B u C ma tinkludix ir-riskju GBP/EUR, l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina wkoll sa £500 miljun tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B bir-riskju jkun l-esponiment għall-kambju spot (GBP/EUR) bejn l-Entità Prinċipali u s-Sussidjarja B.

AG13

Assumi li s-Sussidjarja B għandha US$300 miljun ta’ dejn estern li r-rikavat tiegħu ġie ttrasferit lill-Entità Prinċipali permezz ta’ self bejn il-kumpanniji ddenominat f’lira sterlina. Peress li kemm l-assi kif ukoll l-obbligazzjonijiet tagħha żdiedu b’£159 miljun, l-assi netti tas-Sussidjarja B jibqgħu l-istess. Is-Sussidjarja B tista’ tiddenomina d-dejn estern bħala hedge tar-riskju GBP/USD tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha. L-Entità Prinċipali tista’ żżomm id-denomina tas-Sussidjarja B ta’ dak l-istrument ta’ hedging bħala hedge tal-investiment nett tagħha ta’ US$300 fis-Sussidjarja C għar-riskju GBP/USD (ara l-paragrafu 13) u l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina l-istrument ta’ hedging GBP li hija żżomm bħala hedge għall-investiment nett sħiħ tagħha ta’ £500 miljun fis-Sussidjarja B. L-ewwel hedge, iddenominat mis-Sussidjarja B, jiġi evalwat b’referenza għall-munita funzjonali tas-Sussidjarja B (lira sterlina) u t-tieni hedge, iddenominat mill-Entità Prinċipali, jiġi evalwat b’referenza għall-munita funzjonali tal-Entità Prinċipali (euro). F’dan il-każ, huwa biss ir-riskju GBP/USD mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja C li ġie hedged fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali mill-istrument ta' hedging USD, u mhux ir-riskju EUR/USD kollu. Għalhekk, ir-riskju sħiħ EUR/GBP mill-investiment nett ta’ £500 miljun tal-Entità Prinċipali fis-Sussidjarja B jista’ jiġi hedged fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali.

AG14

Madankollu, il-kontabilità għas-self ta’ £159 miljun tal-Entità Prinċipali pagabbli lis-Sussidjarja B għandha tiġi kkunsidrata wkoll. Jekk is-self pagabbli tal-Entità Prinċipali ma jitqiesx bħala parti mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B għaliex ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 15 tal-IAS 21, id-differenza fil-kambju GBP/EUR li tirriżulta mill-qlib tiegħu tiġi inkluża fil-profitt jew telf konsolidat tal-Entità Prinċipali. Jekk is-self ta’ £159 miljun pagabbli lis-Sussidjarja B jiġi kkunsidrat bħala parti mill-investiment nett tal-Entità Prinċipali, dak l-investiment nett ikun biss ta' £341 miljun u għalhekk l-ammont li l-Entità Prinċipali tista’ tiddenomina bħala l-oġġett hedged għar-riskju GBP/EUR jitnaqqas minn £500 miljun għal £341 miljun.

AG15

Jekk l-Entità Prinċipali tkun reġġgħet lura r-relazzjoni ta' hedging iddenominata mis-Sussidjarja B, l-Entità Prinċipali tkun tista’ tiddenomina s-self estern ta’ US$300 miljun miżmum mis-Sussidjarja B bħala hedge tal-investiment nett tagħha ta’ US$300 miljun fis-Sussidjarja C għar-riskju EUR/USD u tiddenomina l-istrument ta’ hedging GBP li hi stess iżżomm bħala hedge ta’ mhux aktar minn £341 miljun tal-investiment nett fis-Sussidjarja B. F’dan il-każ l-effettività taż-żewġ hedges tiġi kkomputata b’referenza għall-munita funzjonali tal-Entità Prinċipali (euro). Għaldaqstant, kemm il-bidla USD/GBP fil-valur tas-self estern miżmum mis-Sussidjarja B kif ukoll il-bidla GBP/EUR fil-valur tas-self tal-Entità Prinċipali pagabbli lis-Sussidjarja B (ekwivalenti għal USD/EUR bħala total) jiġu inklużi fir-riżerva tal-qlib tal-munita barranija fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Entità Prinċipali. Peress li l-Entità Prinċipali tkun diġà għamlet hedging sħiħ tar-riskju EUR/USD mill-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja C, hija tista’ tagħmel hedging biss ta’ mhux aktar minn £341 miljun għar-riskju EUR/GBP tal-investiment nett tagħha fis-Sussidjarja B.

▼M17




INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 17

Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux Flus lis-Sidien

REFERENZI

 L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif irrivedut fl-2008)

 L-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx

 L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar ta’ Informazzjoni

▼M32

 L-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati

▼M33

 L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust

▼M17

 L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji (kif irrivedut fl-2007)

 L-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perijodu ta’ Rapportaġġ

 L-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat f’Mejju 2008)

SFOND

1 Xi kultant entità tiddistribwixxi assi apparti flus (assi mhux flus) bħala dividendi lis-sidien tagħha ( 71 ) li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ sidien. F’dawk is-sitwazzjonijiet, entità tista’ tagħti wkoll lis-sidien tagħha l-għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew inkella alternattiva fi flus. L-IFRIC irċieva rikjesti għal gwida dwar kif entità għandha tikkontabilizza dawk id-distribuzzjonijiet.

2 L-Istandards Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRSs) ma jipprovdux gwida dwar kif entità għandha tkejjel id-distribuzzjonijiet lis-sidien tagħha (komunement imsejħa dividendi). L-IAS 1 jeħtieġ li entità tippreżenta dettalji ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien jew fir-rapport tal-bidliet fl-ekwità jew inkella fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

AMBITU

3 Din l-Interpretazzjoni tapplika għat-tipi li ġejjin ta’ distribuzzjonijiet mhux reċiproki ta’ assi minn entità lis-sidien tagħha li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala sidien:

(a) distribuzzjonijiet ta’ assi mhux flus (eż. oġġetti ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, negozji kif iddefiniti fl-IFRS 3, interessi proprjetarji f’entità oħra jew gruppi ta’ disponiment kif iddefiniti fl-IFRS 5); u

(b) distribuzzjonijiet li jagħtu lis-sidien għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew alternattiva fi flus.

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal distribuzzjonijiet li fihom is-sidien kollha tal-istess klassi ta’ strumenti azzjonarji jiġu ttrattati b’mod ugwali.

5 Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal distribuzzjoni ta’ assi mhux flus li finalment ikun ikkontrollat mill-istess parti jew partijiet qabel u wara d-distribuzzjoni. Din l-esklużjoni tapplika għar-rapporti finanzjarji separati, individwali u kkonsolidati ta’ entità li tagħmel id-distribuzzjoni.

6 Skont il-paragrafu 5, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta l-assi mhux flus finalment ikun ikkontrollat mill-istess partijiet kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni. Il-paragrafu B2 tal-IFRS 3 jgħid li “Grupp ta’ individwi għandhom jitqiesu li jikkontrollaw entità meta, bħala riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, huma kollettivament ikollhom is-setgħa li jirregolaw il-politika finanzjarja u operattiva tagħha sabiex jiksbu benefiċċji mill-attivitajiet tagħha.” Għaldaqstant, biex distribuzzjoni taqa’ barra mill-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni fuq il-bażi li l-istess partijiet jikkontrollaw l-assi kemm qabel kif ukoll wara d-distribuzzjoni, grupp ta’ azzjonisti individwali li jirċievu d-distribuzzjoni jrid ikollhom, bħala riżultat ta’ arranġamenti kuntrattwali, tali setgħa kollettiva finali fuq l-entità li tagħmel id-distribuzzjoni.

▼M32

7 Skont il-paragrafu 5, din l-interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tqassam xi wħud mill-interessi propjetarji tagħha f’sussidjarja iżda żżomm il-kontroll tas-sussidjarja. L-entità li tagħmel distribuzzjoni li twassal biex l-entità tirrikonoxxi interess nonkontrollanti fis-sussidjarja tagħha tikkontabilizza għad-distribuzzjoni skont l-IFRS 10.

▼M17

8 Din l-Interpretazzjoni tindirizza biss il-kontabilità minn entità li tagħmel distribuzzjoni ta’ assi mhux flus. Ma tindirizzax il-kontabilità mill-azzjonisti li jirċievu tali distribuzzjoni.

KWISTJONIJIET

9 Meta entità tiddikjara distribuzzjoni u jkollha obbligu li tiddistribwixxi l-assi kkonċernati lis-sidien tagħha, hija għandha tirrikonoxxi obbligazzjoni għad-dividend pagabbli. Konsegwentement, din l-Interpretazzjoni tindirizza dawn il-kwistjonijiet:

(a) Meta għandha entità tirrikonoxxi d-dividend pagabbli?

(b) Kif għandha entità tkejjel id-dividend pagabbli?

(c) Meta entità ssalda d-dividend pagabbli, kif għandha tikkontabilizza d-differenza li jista’ jkun hemm bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli?

KONSENSUS

Meta għandu jiġi rikonoxxut dividend pagabbli

10 L-obbligazzjoni li jitħallas dividend għandha tiġi rikonoxxuta meta d-dividend ikun awtorizzat b’mod xieraq u ma jkunx għadu fid-diskrezzjoni tal-entità, li hija d-data:

(a) meta d-dikjarazzjoni tad-dividend, eż. mill-maniġment jew mill-bord tad-diretturi, tkun approvata mill-awtorità relevanti, eż. l-azzjonisti, jekk il-ġurisdizzjoni tkun teħtieġ tali approvazzjoni, jew

(b) meta d-dividend jiġi ddikjarat, eż. mill-maniġment jew mill-bord tad-diretturi, jekk il-ġurisdizzjoni ma tkunx teħtieġ approvazzjoni ulterjuri.

Kejl ta’ dividend pagabbli

11 Entità għandha tkejjel obbligazzjoni li tiddistribwixxi assi mhux flus bħala dividend lis-sidien tagħha skont il-valur ġust tal-assi li jridu jiġu ddistribwiti.

12 Jekk entità tagħti lis-sidien tagħha għażla li jirċievu jew assi mhux flus jew inkella alternattiva fi flus, l-entità għandha tistma d-dividend pagabbli billi tikkunsidra kemm il-valur ġust ta’ kull alternattiva kif ukoll il-probabbiltà assoċjata li s-sidien jagħżlu alternattiva jew oħra.

13 Fit-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ u fid-data tas-saldu, l-entità għandha tirrevedi u taġġusta l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli bi kwalunkwe bidla fl-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli, rikonoxxuta fl-ekwità bħala aġġustament fl-ammont tad-distribuzzjoni.

Kontabilità għal xi differenza li jista’ jkun hemm bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli meta entità ssalda d-dividend pagabbli

14 Meta entità ssalda d-dividend pagabbli, kif għandha tirrikonoxxi d-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi ddistribwiti u l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli fi profitt jew telf.

Preżentazzjoni u żvelar

15 Entità għandha tippreżenta d-differenza deskritta fil-paragrafu 14 bħala entrata f’linja separata fil-profitt jew telf.

16 Entità għandha tiżvela din l-informazzjoni, jekk applikabbli:

(a) l-ammont miżmum fil-kotba tad-dividend pagabbli fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu; u

(b) iż-żieda jew it-tnaqqis fl-ammont miżmum fil-kotba rikonoxxut fil-perijodu skont il-paragrafu 13 bħala riżultat ta’ bidla fil-valur ġust tal-assi li għandhom jiġu ddistribwiti.

17 Jekk, wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar iżda qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, entità tiddikjara dividend għad-distribuzzjoni ta’ assi mhux fi flus, din għandha tiddivulga:

(a) in-natura tal-assi li għandu jiġi ddistribwit;

(b) l-ammont tal-assi li għandu jiġi ddistribwit kif miżmum fil-kotba sat-tmiem tal-perijodu tar-rapportaġġ; u

▼M33

(c) il-valur ġust tal-assi li għandu jitqassam minn tmiem il-perjodu ta’ rapportar, jekk ivarja mill-ammont riportat, u l-informazzjoni dwar il-metodu/i użat(i) għall-kejl tal-valur ġust meħtieġ mill-paragrafi 93(b), (d), (g) u (i) u 99 tal-IFRS 13.

▼M17

DATA EFFETTIVA

18 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni prospettivament għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni retrospettiva mhix permessa. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta’ Lulju 2009, hija għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika wkoll l-IFRS 3 (kif irrivedut fl-2008), l-IAS 27 (kif emendat f’Mejju 2008) u l-IFRS 5 (kif emendat minn din l-Interpretazzjoni).

▼M32

19 L-IFRS 10, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 10.

▼M33

20 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 17. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

▼M18




INTERPRETAZZJONI TAL-IFRIC 18

Trasferimenti ta’ Assi mingħand il-Klijenti

REFERENZI

  Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

 L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (kif irrivedut fl-2008)

 L-IAS 8 Politika ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

 L-IAS 18 Dħul

 L-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika

 L-IFRIC 12 Arranġamenti ta’ konċessjoni ta’ servizz

SFOND

1 Fl-industrija tal-utilitajiet, entità tista’ tirċievi mingħand il-klijenti tagħha oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir li trid tużahom biex tqabbad lil dawk il-klijenti ma’ network u biex tipprovdilhom aċċess kontinwu għal provvista ta’ servizzi bħalma huma l-elettriku, il-gass jew l-ilma. Alternattivament, entità tista’ tirċievi flus mingħand klijenti għall-akkwiżizzjoni jew il-kostruzzjoni ta’ oġġetti bħal proprjetà, impjant u tagħmir. Tipikament, il-klijenti huma meħtieġa jħallsu ammonti addizzjonali għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi bbażati fuq l-użu.

2 It-trasferimenti ta’ assi mingħand il-klijenti jistgħu jseħħu wkoll f’industriji oħra apparti dawk tal-utilitajiet. Pereżempju, entità li testernalizza l-funzjonijiet tagħha tat-teknoloġija tal-informazzjoni tista’ tittrasferixxi l-oġġetti eżistenti tagħha ta’ proprjetà, impjant u tagħmir lill-kuntrattur.

3 F’xi każijiet, it-trasferitur tal-assi jista’ ma jkunx l-entità li eventwalment ser ikollha aċċess kontinwu għall-provvista ta’ prodotti jew servizzi imma jkun ir-riċevitur ta’ dawk il-prodotti jew servizzi. Madankollu, għall-finijiet ta’ konvenjenza din l-Interpretazzjoni tirreferi għall-entità li tittrasferixxi l-assi bħala l-klijent.

AMBITU

4 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-kontabilità ta’ trasferimenti ta’ oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir minn entitajiet li jirċievu tali trasferimenti mingħand il-klijenti tagħhom.

5 Ftehimiet fl-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni huma ftehimiet li fihom entità tirċievi mingħand klijent oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir li l-entità mbagħad trid tuża jew biex tqabbad lill-klijent ma’ network jew biex tipprovdi lill-klijent b’aċċess kontinwu għall-provvista ta’ prodotti jew servizzi, jew biex tagħmel it-tnejn.

6 Din l-Interpretazzjoni tapplika wkoll għal ftehimiet fejn entità tirċievi flus mingħand klijent meta dak l-ammont ta’ flus irid jintuża biss biex jinbena jew jiġi akkwistat oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir u l-entità mbagħad trid tuża l-oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jew biex tqabbad lill-klijent ma’ network jew biex tipprovdi lill-klijent b’aċċess kontinwu għal provvista ta’ prodotti jew servizzi, jew biex tagħmel it-tnejn.

7 Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal ftehimiet fejn it-trasferiment ikun jew għotja mill-gvern kif iddefinita fl-IAS 20 jew infrastruttura użata f’arranġament ta' konċessjoni ta’ servizzi li jidħol fl-ambitu tal-IFRIC 12.

KWISTJONIJIET

8 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) Id-definizzjoni ta’ assi hija ssodisfata?

(b) Jekk id-definizzjoni ta’ assi hija ssodisfata, l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir kif għandu jitkejjel fir-rikonoxximent inizzjali?

(ċ) Jekk l-oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jitkejjel bil-valur ġust fir-rikonoxximent inizzjali, kif għandu jiġi kkontabilizzat il-kreditu riżultanti?

(d) Entità kif għandha tikkontabilizza trasferiment ta’ flus mingħand il-klijent tagħha?

KONSENSUS

Id-definizzjoni ta’ assi hija ssodisfata?

9 Meta entità tirċievi minn klijent trasferiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, hija għandha tivvaluta jekk l-oġġett trasferit jissodisfax id-definizzjoni ta’ assi stabbilita fil-Qafas. Il-paragrafu 49(a) tal-Qafas jgħid illi “assi huwa riżorsa kkontrollata mill-entità b’riżultat ta’ avvenimenti fil-passat u li minnha huwa mistenni li jirriżultaw benefiċċji ekonomiċi fil-futur favur l-entità.” Fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkostanzi, l-entità tikseb id-dritt ta’ proprjetà fuq l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjan u tagħmir. Madankollu, biex jiġi ddeterminat jekk assi jeżistix, id-dritt ta’ proprjetà mhuwiex essenzjali. Għaldaqstant, jekk il-klijent jibqa’ jikkontrolla l-oġġett trasferit, id-definizzjoni ta’ assi ma tkunx sodisfatta minkejja trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà.

10 Entità li tikkontrolla assi ġeneralment tista’ tittratta dak l-assi kif jogħġobha. Pereżempju, entità tista’ tpartat dak l-assi ma’ assi oħrajn, tużah biex tipproduċi prodotti jew servizzi, timponi prezz għall-użu minn ħaddieħor, tużah biex issalda obbligazzjonijiet, iżżommu f’idejha jew tiddistribwixxih lis-sidien. L-entità li tirċievi mingħand klijent trasferiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkostanzi relevanti kollha meta tivvaluta l-kontroll tal-oġġett trasferit. Pereżempju, għalkemm l-entità trid tuża l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir biex tipprovdi servizz wieħed jew aktar lill-klijent, hija jista’ jkollha l-kapaċità li tiddeċiedi kif l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jitħaddem u jinżamm u meta jitbiddel. F’dan il-każ, l-entità normalment tikkonkludi li hija tikkontrolla l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir.

Kif għandu jitkejjel l-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir fir-rikonoxximent inizzjali?

11 Jekk l-entità tikkonkludi li d-definizzjoni ta' assi hija ssodisfata, hija għandha tirrikonoxxi l-assi trasferit bħala oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir skont il-paragrafu 7 tal-IAS 16 u tkejjel il-kost tiegħu fir-rikonoxximent inizzjali bħala l-valur ġust tiegħu skont il-paragrafu 24 ta’ dak l-Istandard.

Kif għandu jiġi kkontabilizzat il-kreditu?

12 Id-diskussjoni li ġejja tassumi li l-entità li tirċievi oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir tkun ikkonkludiet li l-oġġett trasferit għandu jiġi rrikonoxxut u mkejjel skont il-paragrafi 9-11.

13 Il-paragrafu 12 tal-IAS 18 jgħid illi “Meta jinbiegħu prodotti jew jiġu fornuti servizzi bi skambju għal prodotti jew servizzi mhux simili, l-iskambju jitqies bħala tranżazzjoni li tiġġenera dħul.” Skont it-termini tal-ftehimiet li jidħlu fl-ambitu ta' din l-Interpretazzjoni, trasferiment ta' oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir huwa skambju għal prodotti jew servizzi mhux simili. Għaldaqstant, l-entità għandha tirrikonoxxi dħul b’mod konformi mal-IAS 18.

Identifikazzjoni tas-servizzi identifikabbli separatament

14 Entità tista’ tiftiehem li tikkunsinna servizz wieħed jew aktar bi skambju għall-oġġett trasferit ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, bħal meta tqabbad lill-klijent ma’ network, tipprovdi lill-klijent b’aċċess kontinwu għal provvista ta’ prodotti jew servizzi, jew it-tnejn. B’mod konformi mal-paragrafu 13 tal-IAS 18, l-entità għandha tidentifika s-servizzi identifikabbli separatament inklużi fil-ftehim.

15 Karatteristiċi li jindikaw li l-konnessjoni tal-klijent ma’ network hija servizz identifikabbli separatament jinkludu:

(a) konnessjoni ta' servizz tingħata lill-klijent u tirrappreżenta valur stand-alone għal dak il-klijent;

(b) il-valur ġust tal-konnessjoni tas-servizz jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

16 Karatteristika li tindika li l-forniment lill-klijent ta' aċċess kontinwu għal provvista ta' prodotti jew servizzi huwa servizz identifikabbli separatament hija li, fil-futur, il-klijent li jagħmel it-trasferiment jirċievi l-aċċess kontinwu, il-prodotti jew servizzi, jew it-tnejn bi prezz irħas minn dak li kien jintalab kieku ma sarx it-trasferiment tal-oġġett ta' proprjetà, impjant u tagħmir.

17 Min-naħa l-oħra, karatteristika li tindika li l-obbligu biex jingħata aċċess kontinwu lill-klijent għal provvista ta’ prodotti jew servizzi jirriżulta mit-termini tal-liċenzja tal-operazzjoni tal-entità jew minn regolament ieħor aktar milli mill-ftehim dwar it-trasferiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir hija li l-klijenti li jagħmlu trasferiment iħallsu l-istess prezz bħal dawk li ma jagħmlux għall-aċċess kontinwu, jew għall-prodotti jew servizzi, jew għat-tnejn.

Rikonoxximent ta’ dħul

18 Jekk jiġi identifikat servizz wieħed biss, l-entità għandha tirrikonoxxi dħul meta jitwettaq is-servizz skont il-paragrafu 20 tal-IAS 18.

19 Jekk aktar minn servizz wieħed identifikabbli separatament jiġi identifikat, il-paragrafu 13 tal-IAS 18 jeħtieġ li l-valur ġust tal-korrispettiv totali riċevut jew riċevibbli għall-ftehim jiġi allokat għal kull servizz u l-kriterji ta’ rikonoxximent tal-IAS 18 imbagħad jiġu applikati għal kull servizz.

20 Jekk servizz kontinwu jiġi identifikat bħala parti mill-ftehim, il-perjodu li matulu d-dħul għandu jiġi rrikonoxxut għal dak is-servizz ikun ġeneralment iddeterminat mit-termini tal-ftehim mal-klijent. Jekk il-ftehim ma jispeċifikax perjodu, id-dħul għandu jiġi rrikonoxxut matul perjodu mhux itwal miż-żmien tal-utilità tal-assi trasferit użat biex jipprovdi s-servizz kontinwu.

Entità kif għandha tikkontabilizza trasferiment ta’ flus mill-klijent tagħha?

21 Meta entità tirċievi trasferiment ta’ flus mingħand klijent, hija għandha tivvaluta jekk il-ftehim jidħolx fl-ambitu ta’ din l-Interpretazzjoni skont il-paragrafu 6. Jekk jidħol, l-entità għandha tivvaluta jekk l-oġġett kostruwit jew akkwistat ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jissodisfax id-definizzjoni ta’ assi skont il-paragrafi 9 u 10. Jekk id-definizzjoni ta’ assi tkun issodisfata, l-entità għandha tirrikonoxxi l-oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir skont il-kost tiegħu b’mod konformi mal-IAS 16 u għandha tirrikonoxxi dħul skont il-paragrafi 13-20 fl-ammont ta’ flus irċevut mill-klijent.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

22 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni prospettivament għal trasferimenti ta’ assi mingħand klijenti riċevuti fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa kemm-il darba l-valutazzjonijiet u informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi applikata l-Interpretazzjoni għal trasferimenti fil-passat inkisbu fil-ħin meta dawk it-trasferimenti seħħew. Entità għandha tiżvela d-data minn meta l-Interpretazzjoni ġiet applikata.

▼M28




INTERPRETAZZJONI IFRIC 19

Estinzjoni tal-Obbligazzjonijiet Finanzjarji permezz ta' Strumenti Azzjonarji

REFERENZI

  Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

 L-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma

 L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji

▼M33

 L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust

▼M28

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

 L-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

L-ISFOND

1 Debitur u kreditu jistgħu jirrinegozjaw it-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja bir-riżultat li d-debitur jestingwixxi totalment jew parzjalment l-obbligazzjoni bil-ħruġ ta' strumenti azzjonarji lill-kreditur. Dawn it-tranżazzjonijiet huma xi drabi msejħa “tpartit ta' dejn ma' ekwità”. L-IFRIC irċieva talbiet għall-gwida dwar il-kontabbiltà ta' tali tranżazzjonijiet.

AMBITU

2 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kontabbiltà minn entità meta t-termini ta' obbligazzjoni finanzjarja jkunu rrinegozjati u jirriżultaw f'li l-entità toħroġ strumenti azzjonarji lil kreditur tal-entità biex testingwixxi l-obbligazzjoni finanzjarja kollha jew parti minnha. Ma tindirizzax il-kontabbiltà mill-kreditur.

3 Entità ma għandhiex tapplika din l-Interpretazzjoni għal tranżazzjonijiet f'sitwazzjonijiet fejn:

(a) il-kreditur ikun ukoll azzjonist dirett jew indirett u jkun qed jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist dirett jew indirett eżistenti;

(b) il-kreditur u l-entità jkunu kkontrollati mill-istess parti jew partijiet qabel jew wara t-tranżazzjoni u s-sustanza tat-tranżazzjoni tinkludi distribuzzjoni ta' ekwità mill-entità jew kontribuzzjoni ta' ekwità lill-entità;

(c) l-estinzjoni tal-obbligazzjoni finanzjarja bil-ħruġ ta' ishma azzjonarji tkun skont it-termini oriġinali tal-obbligazzjoni finanzjarja.

KWISTJONIJIET

4 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) L-istrumenti azzjonarji ta' entità maħruġa biex jestingwixxu obbligazzjoni finanzjarja sħiħa jew parti minnha huma “korrispettiv imħallas” skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39?

(b) Kif entità għandha inizjalment tkejjel l-istrumenti azzjonarji maħruġa biex jestingwixxu tali obbligazzjoni finanzjarja?

(c) Kif għandha entità tirrapporta kwalunkwe differenza bejn l-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja estinta miżmum fil-kotba u l-kejl inizjali tal-ammont tal-istrument azzjonarju maħruġ?

KONSENSUS

5 Il-ħruġ ta' strumenti azzjonarji ta' entità lil kreditu biex jestingwixxu obbligazzjoni finanazjarja sħiħa jew parti minnha hija korrispettiv imħallas skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39. Entità għandha tneħħi obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) mir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-każ biss fejn tiġi estinta skont il-paragrafu 39 tal-IAS 39.

6 Meta l-istrumenti azzjonarji maħruġa lil kreditur għall-estinzjoni ta' obbligazzjoni finanzjarja sħiħa jew parti minnha jkunu inizjalment rikonoxxuti, entità għandha tkejjilhom skont il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa, sakemm dak il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b'affidabbiltà.

▼M33

7 Jekk il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli l-istrumenti azzjonarji għandhom jitkejlu b’mod li jirriflettu l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja estinta. Fil-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja estinta li tinkludi aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu), il-paragrafu 47 tal-IFRS 13 ma japplikax.

▼M28

8 Jekk tiġi estinta biss parti mill-obbligazzjoni finanzjarja, l-entità għandha tivvaluta jekk parti mill-korrispettiv imħallas ikunx relatat ma' bidla fit-termini tal-obbligazzjoni li tibqa' pendenti. Jekk parti mill-korrispettiv imħallas tkun relatata ma' bidla fit-termini tal-parti li tibqa' tal-obbligazzjoni, l-entità għandha talloka l-korrispettiv imħallas bejn il-parti tal-obbligazzjoni estinta u l-parti tal-obbligazzjoni li baqgħet pendenti. F'din l-allokazzjoni l-entità għandha tqis il-fatti kollha rilevanti u ċ-ċirkostanzi dwar it-tranżazzjoni.

9 Id-differenza bejn l-ammont ta' obbligazzjoni finanzjarja estinta (jew parti minn obbligazzjoni finanzjarja) miżmum fil-kotba, u l-korrispettiv imħallas, għandha tkun rikonoxxuta fil-profitt jew fit-telf, skont il-paragrafu 41 tal-IAS 39. L-istrumenti azzjonarji maħruġa għandhom jiġu inizjalment rikonoxxuti u mkejla fid-data li l-obbligazzjoni finanzjarja (jew parti minn dik l-obbligazzjoni) tkun ġiet estinta.

10 Meta parti biss mill-obbligazzjoni finanzjarja tiġi estinta, il-korrispettiv għandu jiġi allokat skont il-paragrafu 8. Il-korrispettiv allokat għall-obbligazzjoni li jifdal għandu jiġi inkluż fil-valutazzjoni ta' jekk it-termini tal-obbligazzjoni li jifdal tbiddlux sostanzjalment. Jekk l-obbligazzjoni li jifdal tkun tbiddlet sostanzjalment, l-entità għandha tirrapporta l-bidla bħala l-estinzjoni tal-obbligazzjoni oriġinali u r-rikonoxximent tal-obbligazzjoni l-ġdida skont il-paragrafu 40 tal-IAS 39.

11 Entità għandha tiżvela l-qligħ jew telf rikonoxxut skont il-paragrafi 9 u 10 bħala punt f'linja separata fil-profitt jew telf jew fin-noti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

12 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu li jibda qabel l-1 ta' Lulju 2010, għandha tiżvela dak il-fatt.

13 Entità għandha tapplika bidla fil-politika ta' kontabbiltà skont l-IAS 8 mill-bidu tal-abkar perjodu kumparattiv ippreżentat.

▼M33

15 L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.




INTERPRETAZZJONI 20 TAL-IFRIC

Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tal-Wiċċ

REFERENZI

  Qafas Kunċettwali għar-Rappurtar Finanzjarju

 IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rendikonti Finanzjarji

 IAS 2 Inventarji

 IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

 IAS 38 Assi Intanġibbli

SFOND

1 F'operazzjonijiet ta’ minjiera tal-wiċċ, l-entitajiet jista' jkollhom il-ħtieġa li jneħħu l-materjali tal-iskart tal-minjieri (‘overburden) biex jinkiseb aċċess għal depożiti ta’ minerali. Din l-attività tat-tneħħija tal-iskart hija magħrufa bħala “stripping”

2 Matul il-fażi tal-iżvilupp ta’ minjiera (qabel ma tibda l-produzzjoni), l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart normalment huma kapitalizzati bħala parti mill-ispejjeż deprezzabbli tal-bini, l-iżvilupp u l-kostruzzjoni tal-minjiera. Dawk l-ispejjeż kapitalizzati huma deprezzati jew armotizzati fuq bażi sistematika, normalment billi jintuża l-metodu tal-unitajiet tal-produzzjoni, ladarba tibda l-produzzjoni.

3 Entità tal-minjieri tista' tkompli tneħħi l-iskart żejjed u ġġarrab l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart matul il-fażi tal-produzzjoni tal-minjiera.

4 Il-materjal imneħħi meta jitneħħa l-iskart fil-fażi tal-produzzjoni mhux bilfors ikun 100 % skart; ta’ spiss dan ikun taħlita ta’ minerali u skart. Il-proporzjon ta’ minerali għal skart jista' jvarja minn grad baxx mhux ekonomiku għal grad ta’ qligħ kbir. It-tneħħija tal-materjal bi proporzjon baxx ta’ minerali għal skart jista' jipproduċi ċertu materjal li jintuża, li jista' jintuża biex ikun prodott l-inventarju. Din it-tneħħija tista' tipprovdi wkoll aċċess għal livelli aktar profondi ta’ materjal li għandu proporzjoni akbar ta’ minerali għal skart. Għaldaqstant, mill-attività tat-tneħħija tal-iskart jista' jkun hemm żewġ benefiċċji li tgawdi minnhom l-entità: minerali li jintużaw li jistgħu jintużaw biex jiġi prodott l-inventarju u jittejjeb l-aċċess għal kwantitajiet ulterjuri ta’ materjal li ser jittella' mill-minjieri fil-futur.

5 Din l-Interpretazzjoni tikkunsidra meta u kif tikkunsidra b'mod separat dawn iż-żewġ benefiċċji li ġejjin mill-attività tat-tneħħija tal-iskart, kif ukoll kif jitkejlu dawn il-benefiċċji kemm inizjalment u anke sussegwentement.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

6 Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart li jintefqu fl-attività tal-minjieri tal-wiċċ matul il-fażi tal-produzzjoni tal-minjiera (“spejjeż għat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni”).

KWISTJONIJIET

7 Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) ir-rikonoxximent tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni bħala assi;

(b) il-kejl inizjali tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart; kif ukoll

(c) kejl sussegwenti tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart;

KUNSENS

Rikonoxximent tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni bħala assi

8 Sakemm il-benefiċċju mill-attività tat-tneħħija tal-iskart isseħħ fil-forma tal-inventarju prodott, l-entità għandha tikkunsidra l-ispejjeż tal-attività tat-tneħħija tal-iskart skont il-prinċipji tal-Inventarji tal-IAS 2. Sakemm il-benefiċċju jkun li jittejjeb l-aċċess għall-minerali, l-entità għandha tirrikonoxxi dawn l-ispejjeż bħala assi mhux attwali, jekk ikun issodisfat il-kriterju fil-paragrafu 9 ta’ hawn taħt. Din l-Interpretazzjoni tirreferi għall-assi mhux attwali bħala “l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart”.

9 Entità għandha tirrikonoxxi assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart jekk, u biss jekk, dan kollu li ġej jiġi ssodisfat.

(a) ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri (aċċess imtejjeb għall-massa mineralizzata) li huma assoċjati mal-attività tat-tneħħija tal-iskart ser jgħaddu lill-entità;

(b) l-entità tista' tidentifika l-komponent tal-massa mineralizzata li għalih ikun ittejjeb l-aċċess; kif ukoll

(c) l-ispejjeż relatati mal-attività tat-tneħħija tal-iskart assoċjati ma’ dak il-komponent ikunu jistgħu jitkejlu b'mod affidabbli.

10 L-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart għandhom jitqiesu bħal żieda għal, jew titjib ta’ assi eżistenti. Fi kliem ieħor, l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart ser jitqiesu bħala parti minn assi eżistenti.

11 Il-klassifikazzjoni tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart bħala tanġibbli jew assi mhux tanġibbli hija l-istess bħall-assi eżistenti. Fi kliem ieħor, in-natura ta’ dawn l-assi eżistenti ser tiddetermina jekk l-entità għandhiex tikklassifika l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart bħala tanġibbli jew mhux tanġibbli.

Kejl inizjali tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart

12 L-entità għandha tkejjel inizjalment l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart b'kemm jiswew, dan ikun l-akkumulazzjoni tal-ispejjeż li jkunu saru direttament biex titwettaq l-attività tat-tneħħija tal-iskart li ttejjeb l-aċċess għall-komponent identifikat tal-minerali, flimkien ma’ allokazzjoni ta’ spejjeż ġenerali attribwibbli direttament. Ċerti operazzjonijiet inċidentali jistgħu jseħħu fl-istess ħin tal-attività tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni, iżda li mhumiex neċessarjament għall-attività tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni biex tkompli kif ippjanat. L-ispejjeż assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet inċidentali ma għandhomx jiġu inklużi fl-ispiża tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart.

13 Meta l-ispejjeż tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart u l-inventarju prodott ma jkunux identikabbli b'mod separat, l-entità għandha talloka l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni bejn l-inventarju prodott u l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart billi tuża bażi ta’ allokazzjoni bbażata fuq miżura ta’ produzzjoni rilevanti. Din il-miżura ta’ produzzjoni għandha tiġi kkalkulata għall-komponent identifikat tal-massa mineralizzata, u għandha tintuża bħala kejl biex jiġi identifikat il-limitu li bih tkun seħħet l-attività addizjonali biex jinħoloq benefiċċju fil-futur. Eżempji ta’ dawn il-miżuri jinkludu:

(a) l-ispiża tal-inventarju prodott imqabbel mal-ispiża mistennija;

(b) il-volum ta’ skart imtella' mqabbel mal-volum mistenni, għal volum partikolari tal-produzzjoni tal-minerali; kif ukoll

(c) il-kontenut ta’ minerali tal-minerali mtella' mqabbel mal-kontenut mistenni tal-minerali li għandu jittella', għal kwantità partikolari ta’ minerali prodotti.

Kejl sussegwenti tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart

14 Wara r-rikonoxximent inizjali, l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart għandhom jitwettqu jew b'kemm jiġu jiswew jew bl-ammont ivvalutat mill-ġdid bi tnaqqis tad-deprezzament jew l-armotizzazzjoni u inqas telf mid-deterjorament, bl-istess mezz tal-assi eżistenti li tiegħu jifforma parti.

15 L-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart għandhom jiġi deprezzati jew armotizzati fuq bażi sistematika, matul il-ħajja utli mistennija tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li ssir aktar aċċessibbli b'riżultat tal-attività tat-tneħħija tal-iskart. Għandhom japplikaw l-unitajiet tal-metodu ta’ produzzjoni sakemm ma jkunx aktar xieraq metodu ieħor

16 Il-ħajja utli mistennija tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li tintuża biex tiddeprezza jew tarmotizza l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart ser tkun differenti mill-ħajja utli mistennija li tintuża biex tiddeprezza jew tarmotizza l-minjiera infisha u l-ħajja relatata tal-assi tal-minjiera. Iċ-ċirkostanzi limitati meta l-attività tat-tneħħija tal-iskart tipprovdi aċċess imtejjeb lill-massa mineralizzata sħiħa li jibqa' huma l-eċċezzjoni għal dan. Pereżempju, dan jista' jseħħ lejn tmiem il-ħajja utli tal-minjiera meta l-komponent identifikat jirrappreżenta l-parti finali tal-massa mineralizzata li għandha tittella'.




Appendiċi A

Data u tranżizzjoni effettiva

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-Interpretazzjoni u għandha l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Interpretazzjoni.

A1 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

A2 Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni li jsiru fil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat jew wara.

A3 Bħal fil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat, kwalunkwe bilanċ tal-assi rikonoxxuti preċedentement li jkun irriżulta minn attività tat-tneħħija tal-iskart li tkun saret matul il-fażi tal-produzzjoni (“predecessor stripping asset”) għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala parti minn assi eżistenti li għalih tkun relatata l-attività tat-tneħħija tal-iskart, sakemm jibqa' komponent identifikabbli tal-massa mineralizzata li tista' tiġi assoċjata mal-assi preċedenti tal-attività tat-tneħħija tal-iskart. Dawn il-bilanċi għandhom jiġu deprezzati jew armotizzati matul il-ħajja utli mistennija li jkun fadal tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li għaliha jirrelata kull bilanċ tal-assi tat-tneħħija tal-iskart preċedenti.

A4 Jekk ma jkun hemm l-ebda komponent identifikabbli tal-massa mineralizzata li għaliha jirrelataw dawn l-assi tat-tneħħija tal-iskart preċedenti, dan għandu jiġi rikonoxxut fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ bil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat.

▼B




INTERPRETAZZJONI 7 TAS-SIC

Introduzzjoni tal-Euro

REFERENZI

▼M5

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)

▼B

 L-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 10 Avvenimenti Wara l-Għeluq tas-Sena Finanzjarja (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju (kif rivedut fl-2003)

▼M11

 IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008)

▼B

KWISTJONI

1 Mill-1 ta' Jannar 1999, il-bidu effettiv tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU), l-euro se ssir munita fiha nnifisha u r-rati ta' konverżjoni bejn l-euro u l-muniti nazzjonali parteċipanti se jkunu iffissati irrevokabbilment, jiġifieri r-riskju ta' differenzi sussegwenti tal-kambju relatati ma' dawk il-muniti huwa eliminat minn din id-data 'l quddiem.

2 Il-kwistjoni hija l-applikazzjoni tal-IAS 21 għall-bidla mill-muniti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti tal-Unjoni Ewropea għall-euro (“il-bidla għall-euro”).

KONSENSUS

3 Ir-rekwiżiti tal-IAS 21 dwar il-qlib ta' tranżazzjonijiet f'valuta barranija u ta' rapporti finanzjarji ta' operazzjonijiet barranin għandhom ikunu applikati strettament għall-bidla għall-euro. L-istess raġunament japplika għall-iffissar tar-rati tal-kambju meta l-pajjiżi jissieħbu fl-EMU fi stadji aktar tard.

4 Dan ifisser li, b'mod partikolari:

(a) assi u obbligazzjonijiet monetarji fil-munita barranija li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet għandhom ikomplu jinqalbu fil-munita funzjonali bir-rata tal-għeluq. Kull differenza fil-kambju li tirriżulta għandha tiġi rikonoxxuta bħala introjtu jew spiża minnufih, ħlief li entità għandha tkompli tapplika l-politika eżistenti tagħha tal-kontabilità għall-qligħ u t-telf relatati ma' hedges tar-riskju tal-munita ta' tranżazzjoni mbassra.

▼M11

(b) id-differenzi kumulattivi fil-kambju relatati mal-qlib ta' rapporti finanzjarji ta' operazzjonijiet barranin, rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu akkumulati fl-ekwità u għandhom ikunu kklassifikati mill-ġdid fi qligħ jew telf minflok fl-ekwità biss malli jsir id-disponiment jew id-disponiment parzjali tal-investiment nett fl-operazzjoni barranija; u

▼B

(c) id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mil-qlib ta' obbligazzjonijiet denominati f'muniti parteċipanti m'għandhomx jiġu inklużi fl-ammont miżmum fil-kotba ta' assi relatati.

DATA TAL-KONSENSUS

Ottubru 1997

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju, 1998. Bidliet fil-politika tal-kontabilità għandhom jiġu kontabilizzati skont ir-rekwiżiti tal-IAS 8.

▼M5

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼M11

L-IAS 27 (kif emendat mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità fl-2008) emenda l-paragrafu 4(b). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼B




INTERPRETAZZJONI 10 TAS-SIC

Assistenza tal-Gvern — Ebda Relazzjoni Speċifika ma' Attivitajiet ta' Operat

REFERENZI

 L-IAS 8 Politiki ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika.

KWISTJONI

1 F'xi pajjiżi, l-assistenza tal-gvern lill-entitajiet tista' tiġi mmirata biex tinkoraġġixxi jew biex issostni għal żmien twil l-attivitajiet tan-negozju jew f'ċerti reġjuni jew f'setturi tal-industrija. Il-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi din l-assistenza jistgħu ma jkunux relatati b'mod speċifiku mal-attivitajiet operattivi tal-entità. Eżempji ta' din l-assistenza huma t-trasferimenti ta' riżorsi mill-gvernijiet lil entitajiet li:

(a) joperaw f'industrija partikolari;

(b) jibqgħu joperaw f'industriji privatizzati riċentement; jew

(ċ) jibdew jew ikomplu jmexxu n-negozju tagħhom f'żoni sottożviluppati.

2 Il-kwistjoni tirrigwarda jekk din l-assistenza mill-gvern hijiex “għotja mill-gvern” fl-ambitu tal-IAS 20 u għalhekk, għandhiex tiġi kkontabilizzata skont dan l-Istandard.

KONSENSUS

3 L-assistenza tal-gvern lill-entitajiet tissodisfa d-definizzjoni ta' għotjiet mill-gvern fl-IAS 20, anke jekk ma hemm l-ebda kundizzjoni li għandha x'taqsam b'mod speċifiku mal-attivitajiet operattivi tal-entità minbarra r-rekwiżit biex topera f'ċerti reġjuni jew setturi tal-industrija. Għalhekk dawn l-għotjiet m'għandhomx ikunu ikkreditati direttament ►M5  lill-interessi tal-azzjonisti ◄ .

DATA TAL-KONSENSUS

Jannar 1998

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 1998. It-tibdiliet fil-politika tal-kontabilità għandhom jiġu kontabilizzati skont l-IAS 8.

▼M32 —————

▼B




INTERPRETAZZJONI 15 TAS-SIC

Kirjiet Operattivi – Inċentivi

REFERENZI

▼M5

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)

▼B

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri (kif rivedut fl-2003)

KWISTJONI

1 Fin-negozjar ta' kirja operattiva ġdida jew imġedda, is-sid jista' jipprovdi inċentivi lill-kerrej biex jidħol fil-ftehim. Eżempji ta' inċentivi bħal dawn huma ħlas fi flus bil-quddiem lill-kerrej jew ir-rimborż jew il-preżunzjoni mis-sid tal-ispejjeż tal-kerrej (bħal spejjeż ta' rilokazzjoni, titjib fl-oġġett mikri u kosti assoċjati ma' impenn ta' kuntratt ta' kera pre-eżistenti tal-kerrej). Alternattivament, jista' jsir ftehim li l-perijodi inizjali tat-terminu tal-kera jkunu bla kera jew b'kera mnaqqsa.

2 Il-kwistjoni hija kif l-inċentivi f'kiri operattiv għandhom ikunu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji kemm tas-sid kif ukoll tal-kerrej.

KONSENSUS

3 L-inċentivi kollha sabiex jintlaħaq ftehim għal kirja operattiva ġdida jew imġedda għandhom ikunu rikonoxxuti bħala parti integrali mill-ħlas nett miftiehem għall-użu tal-assi mikri, irrispettivament mill-forma jew min-natura tal-inċentiv jew meta jsiru l-ħlasijiet.

4 Is-sid għandu jirrikonoxxi l-kost aggregat tal-inċentivi bħala tnaqqis fl-introjtu mill-kera fuq it-terminu tal-kirja, fuq bażi ta' linja dritta sakemm bażi sistematika oħra ma tkunx rappreżentattiva tal-istruttura taż-żmien li matulha l-benefiċċju tal-assi mikri jitnaqqas.

5 Il-kerrej għandu jirrikonoxxi l-benefiċċju aggregat ta' inċentivi bħala tnaqqis tan-nefqa tal-kera fuq it-terminu tal-kirja, fuq bażi ta' linja dritta sakemm bażi sistematika oħra ma tkunx rappreżentattiva tal-istruttura taż-żmien tal-benefiċċju tal-kerrej mill-użu tal-assi mikri.

6 Il-kosti mġarrba mill-kerrej, inklużi kosti relatati ma' kirja preeżistenti (pereżempju kosti għat-terminazzjoni, rilokazzjoni jew titjib fl-assi mikri), għandhom jiġu kontabilizzati mill-kerrej skont l-Istandards applikabbli għal dawk il-kosti, inklużi kosti li huma effettivament rimborżati permezz ta' arranġament ta' inċentiv.

DATA TAL-KONSENSUS

Ġunju 1998

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni ssir effettiva għal termini ta' kuntratti ta' kiri li jibdew fl-1 ta' Jannar 1999 jew wara.

▼M33 —————

▼B




INTERPRETAZZJONI 25 TAS-SIC

Taxxi fuq id-dħul – Tibdil fl-Istat tat-Taxxa ta' Entità jew tal-Azzjonisti Tagħha

REFERENZI

▼M5

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)

▼B

 L-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul

KWISTJONI

1 Bidla fl-istat tat-taxxa ta' entità jew tal-azzjonisti tagħha tista' jkollha konsegwenzi għal entità billi żżid jew tnaqqas l-obbligazzjonijiet jew l-assi tat-taxxa tagħha. Dan jista', pereżempju, iseħħ malli ssir il-kwotazzjoni pubblika tal-istrumenti azzjonarji tal-entità jew malli jseħħ ir-ristrutturar tal-ekwità ta' entità. Jista' jseħħ ukoll meta azzjonist kontrollur jitlaq f'pajjiż barrani. B'riżultat ta' dan l-avveniment, entità tista' tkun intaxxata b'mod differenti; pereżempju, tista' takkwista jew titlef inċentivi tat-taxxa jew issir soġġetta għal rata differenti ta' taxxa fil-futur.

2 Bidla fl-istat tat-taxxa ta' entità jew tal-azzjonisti tagħha jista' jkollha effett immedjat fuq l-obbligazzjonijiet jew l-assi tat-taxxa kurrenti tal-entità. Il-bidla tista' wkoll iżżid jew tnaqqas l-obbligazzjonijiet jew l-assi tat-taxxa ddiferita rikonoxxuti mill-entità, skont l-effett li l-bidla fl-istat tat-taxxa għandha fuq il-konsegwenzi tat-taxxa li jirriżultaw mill-irkupru jew il-ħlas tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-entità.

3 Il-kwistjoni tirrigwarda kif entità għandha tikkontabilizza l-konsegwenzi għat-taxxa ta' bidla fl-istat tat-taxxa tagħha jew ta' dak tal-azzjonisti tagħha.

KONSENSUS

▼M5

4 Tibdil fl-istat tat-taxxa ta’ entità jew tal-azzjonisti tagħha ma jikkawżax żieda jew tnaqqis fl-ammonti rikonoxxuti ‘l barra minn profitt jew telf. Il-konsegwenzi fit-taxxa kurrenti u dik differita ta’ bidla fl-istat tat-taxxa għandhom ikunu inklużi fi profitt jew telf għall-perjodu, ħlief jekk dawk il-konsegwenzi jirrigwardaw tranżazzjonijiet u avvenimenti li jirriżultaw, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, fi kreditu jew debitu dirett fl-ammont rikonoxxut ta’ ekwità jew fl-ammonti rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv. Dawk il-konsegwenzi fit-taxxa li jirrigwardaw tibdil fl-ammont rikonoxxut ta’ ekwità, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti (mhux inklużi fi profitt jew telf), għandhom ikunu ddebitati jew ikkreditati direttament lill-ekwità. Dawk il-konsegwenzi fit-taxxa li jirrigwardaw ammonti rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv, għandhom ikunu rikonoxxuti fi dħul ieħor komplessiv.

▼B

DATA TAL-KONSENSUS

Awissu 1999

DATA EFFETTIVA

Dan il-konsensus isir effettiv fil-15 ta' Lulju 2000. It-tibdiliet fil-politika tal-kontabilità għandhom jitqiesu skont l-IAS 8.

▼M5

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

▼B




INTERPRETAZZJONI 27 TAS-SIC

Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Tranżazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Kuntratt ta' Kiri

REFERENZI

 L-IAS 8 Politiki ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 11 Kuntratti ta' kostruzzjoni

 L-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 18 Dħul

 L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

 L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif rivedut fl-2003)

 L-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni

KWISTJONI

1 Entità tista' tidħol fi tranżazzjoni jew f'sensiela ta' tranżazzjonijiet strutturati (arranġament) ma' parti jew partijiet mhux relatati (Investitur) li jinvolvu l-forma legali ta' kuntratt ta' kera. Pereżempju, Entità tista' tikri assi lil Investitur u tikri lura l-istess assi, jew inkella, tbiegħ legalment assi u tikri lura l-istess assi. Il-forma ta' kull arranġament u t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu jistgħu jvarjaw b'mod sinjifikanti. Fl-eżempju tal-kuntratt ta' kera u tal-kiri lura, jista' jkun li l-arranġament huwa mfassal biex jinkiseb vantaġġ fiskali għall-Investitur li huwa kondiviż mal-Entità fil-forma ta' ħlas, u mhux biex jingħata d-dritt tal-użu tal-assi.

2 Meta arranġament ma' Investitur jinvolvi l-forma legali ta' kuntratt ta' kera, il-kwistjonijiet huma:

(a) kif ser ikun stabbilit jekk serje ta' tranżazzjonijiet hijiex relatata u għandhiex titqies bħala tranżazzjoni waħda;

(b) jekk l-arranġament jissodisfax id-definizzjoni ta' kuntratt ta' kera skont l-IAS 17; u, jekk le,

(i) jekk kont ta' investiment separat u obbligi ta' ħlas ta' kera li jistgħu jeżistu jirrappreżentawx assi u obbligazzjonijiet tal-Entità (eż. ikkunsidra l-eżempju deskritt fil-paragrafu A2(a) tal-Appendiċi A);

(ii) kif l-Entità għandha tirrapporta obbligi oħrajn li jirriżultaw mill-arranġament; u

(iii) kif l-Entità għandha tirrapporta ħlas li hija tista' tirċievi minn Investitur.

KONSENSUS

3 Serje ta' tranżazzjonijiet li tinvolvi l-forma legali ta' kuntratt ta' kera hija marbuta u għandha tiġi kontabilizzata bħala tranżazzjoni waħda meta l-effett ekonomiku ġenerali ma jistax jinftiehem mingħajr referenza għas-serje ta' tranżazzjonijiet fl-intier tagħhom. Dan ikun il-każ, pereżempju, meta d-diversi serje ta' tranżazzjonijiet ikunu interrelatati mill-qrib, negozjati bħala tranżazzjoni waħda, u jseħħu fl-istess ħin jew f'sekwenza kontinwa (l-Appendiċi A jipprovdi eżempji ta' applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni).

4 Il-kontabilità għandha tirrifletti s-sustanza tal-arranġament. L-aspetti u l-implikazzjonijiet kollha ta' arranġament għandhom ikunu evalwati biex tkun stabbilita s-sustanza, b'piż mogħti lil dawk l-aspetti u l-implikazzjonijiet kollha li għandhom effett ekonomiku.

5 L-IAS 17 japplika meta s-sustanza ta' arranġament tinkludi l-għoti tad-dritt ta' użu ta' assi għal perijodu ta' żmien miftiehem. L-indikaturi li individwalment juru li arranġament ma jistax, fis-sustanza jinvolvi kuntratt ta' kera skont l-IAS 17 jinkludu (l-Appendiċi B jipprovdi eżempji ta' applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni):

(a) Entità żżomm ir-riskji u l-benefiċċji kollha inċidentali tal-pussess ta' assi sottostanti u tgawdi sostanzjalment l-istess drittijiet għall-użu tiegħu bħal qabel l-arranġament;

(b) ir-raġuni primarja għall-arranġament hija li jintlaħaq riżultat ta' taxxa partikolari, u mhux biex jingħata d-dritt ta' użu ta' assi; u

(c) hija inkluża għażla fuq termini li jagħmlu l-eżerċizzju tagħha kważi ċert (eż. opzjoni put li hija eżerċitabbli skont prezz suffiċjentement ogħla mill-valur ġust mistenni meta ssir eżerċitabbli).

6 Id-definizzjonijiet u l-gwida fil-paragrafi 49-64 tal-Qafas għandhom ikunu applikati fl-istabbiliment ta' jekk, fis-sustanza, kont ta' investiment separat u obbligi ta' ħlas ta' kera jirrappreżentawx assi u obbligazzjonijiet tal-Entità. L-indikaturi li kollettivament juru li, fis-sustanza, kont ta' investiment separat u obbligi ta' ħlas ta' kera ma jissodisfawx id-definizzjonijiet ta' assi u obbligazzjoni u m'għandhomx ikunu rikonoxxuti mill-Entità jinkludu:

(a) l-Entità mhijiex kapaċi tikkontrolla l-kont ta' investiment fis-segwiment tal-objettivi tagħha stess u mhjiex obbligata li tħallas il-ħlasijiet tal-kera. Dan iseħħ meta, pereżempju, ammont imħallas minn qabel jitpoġġa f'kont ta' investiment separat biex jipproteġi lill-Investitur u jista' jintuża biss biex jitħallas l-Investitur, l-Investitur jaqbel li l-obbligi tal-ħlas tal-kera għandhom jitħallsu minn fondi fil-kont ta' investiment, u l-Entità m'għandha l-ebda abbiltà li tiċħad ħlasijiet lill-Investitur mill-kont ta' investiment;

(b) l-Entità għandha biss riskju remot ta' rimborż tal-ammont intier ta' kull ħlas riċevut minn Investitur u possibbilment tħallas xi ammont addizzjonali, jew, meta ma jkunx riċevut ħlas, riskju remot biss li tħallas ammont taħt obbligi oħrajn (eż. garanzija). Jeżisti biss riskju remot ta' ħlasijiet meta, pereżempju, it-termini tal-arranġament jirrikjedu li ammont imħallas minn qabel ikun investit f'assi mingħajr riskju li huma mistennijin li jiġġeneraw biżżejjed flussi ta' flus biex jissodisfaw l-obbligi ta' ħlas tal-kera; u

(c) barra l-flussi ta' flus inizjali fil-bidu tal-arranġament, l-uniċi flussi ta' flus mistennija mill-arranġament huma l-ħlasijiet tal-kera li huma ssodisfati biss minn fondi miġbudin minn kont ta' investiment separat stabbilit bil-flussi ta' flus inizjali.

7 Obbligi oħrajn ta' arranġament, inkluża kull garanzija pprovduta u obbligi meħudin taħt terminazzjoni bikrija, għandhom jiġu kontabilizzati skont l-IAS 37, l-IAS 39 jew l-IFRS 4, skont it-termini.

8 Il-kriterji fil-paragrafu 20 tal-IAS 18 għandhom ikunu applikati għall-fatti u ċ-ċirkostanzi ta' kull arranġament fl-istabbiliment ta' meta ħlas ikun rikonoxxut bħala introjtu li Entità tista' tirċievi. Fatturi bħal jekk hemmx involviment kontinwu fil-forma ta' obbligi ta' prestazzjoni futura sinifikanti meħtieġa għall-qligħ ta' ħlas, jekk hemmx riskji miżmumin, it-termini ta' kull arranġament ta' garanzija, u r-riskju ta' rimborż ta' ħlas, għandhom ikunu kkunsidrati. L-indikaturi li individwalment juru li r-rikonoxximent tal-ħlas kollu bħala introjtu meta riċevut, jekk riċevut fil-bidu tal-arranġament, m'huwiex adatt jinkludu:

(a) obbligi jew li jitwettqu jew li tibqa' lura milli twettaq ċerti attivitajiet sinifikanti huma kundizzjonijiet għall-qligħ tal-ħlas riċevut, u għalhekk l-eżekuzzjoni ta' arranġament legalment vinkolanti m'huwiex l-aktar att sinifikanti meħtieġ mill-arranġament;

(b) jitpoġġew limitazzjonijiet fuq l-użu tal-assi sottostanti li għandhom l-effett prattiku li jirrestrinġu u sinifikattivament jibdlu l-abbiltà ta' użu tal-assi mill-Entità (eż. użu sat-tmiem, bejgħ jew tirhin bħala kollateral);

(c) il-possibbiltà ta' rimborż ta' kull ammont tal-ħlas u l-possibbiltà li jitħallas xi ammont addizzjonali mhumiex remoti. Dan iseħħ meta, pereżempju,

(a) l-assi sottostanti ma jkunx assi speċjalizzat li huwa meħtieġ mill-Entità biex twettaq in-negozju tagħha, u għalhekk hemm possibbiltà li l-Entità tista' tħallas ammont biex tittermina l-arranġament qabel il-waqt; jew

(b) l-Entità hija meħtieġa mit-termini tal-arranġament, jew għandha diskrezzjoni parzjali jew totali, li tinvesti ammont imħallas minn qabel f'assi li għandhom aktar minn ammont insinifikanti ta' riskju (eż. muniti, rata ta' imgħax jew riskju ta' kreditu). F'din iċ-ċirkostanza, ir-riskju li l-valur tal-investiment ikun insuffiċjenti biex jissodisfa l-obbligi tal-ħlas ta' kera mhuwiex remot, u għalhekk hemm il-possibbiltà li l-Entità tista' tkun meħtieġa tħallas xi ammont.

9 Il-ħlas għandu jkun ippreżentat fir-rapport tal-introjtu fuq il-bażi tas-sustanza u n-natura ekonomika tiegħu.

ŻVELAR

10 L-aspetti kollha ta' arranġament li ma jinvolvux, fis-sustanza, kuntratt ta' kera skont l-IAS 17 għandhom ikunu kkunsidrati fl-istabbiliment tal-iżvelar adatt li huwa meħtieġ biex jinftiehem l-arranġament u t-trattament ta' kontabilità adottati. Entità għandha tiżvela dawn li ġejjin f'kull perijodu fejn jeżisti arranġament:

(a) deskrizzjoni tal-arranġament li tinkludi:

(i) l-assi sottostanti u kull restrizzjoni fl-użu tiegħu;

(ii) il-ħajja u termini sinifikanti oħrajn tal-arranġament;

(iii) it-tranżazzjonijiet li huma marbutin flimkien, inkluża kull opzjoni; u

(b) it-trattament ta' kontabilità applikat għal kull ħlas riċevut, l-ammont rikonoxxut bħala introjtu fil-perijodu, u l-entrata f'linja tar-rapport tal-introjtu li fih hija inkluża.

11 L-iżvelar meħtieġa skont il-paragrafu 10 ta' din l-Interpretazzjoni għandhom ikunu pprovduti individwalment għal kull arranġament jew bħala total għal kull klassi ta' arranġament. Klassi hija raggruppament ta' arranġamenti b'assi sottostanti ta' natura simili (eż. impjanti għall-enerġija).

DATA TAL-KUNSENS

Frar 2000

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2001. It-tibdiliet fil-politika tal-kontabilità għandhom jiġu kontabilizzati skont l-IAS 8.




INTERPRETAZZJONI 29 TAS-SIC

▼M9

Arranġamenti għall-Konċessjoni ta’ Servizz: Żvelar

▼B

REFERENZI

▼M5

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)

▼B

 L-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti

 L-IAS 38 Assi Intanġibbli (kif rivedut fl-2004)

KWISTJONI

1 Entità (l- ►M9  operatur ◄ ) tista' tidħol f'arranġament ma' entità oħra ►M9  (il-Konċessjonant) ◄ biex tipprovdi servizzi li jagħtu aċċess pubbliku lil faċilitajiet ekonomiċi u soċjali maġġuri. ►M9  Il-Konċessjonant ◄ jista' jkun entità mis-settur pubbliku jew privat, inkluż korp tal-gvern. Eżempji ta' arranġamenti ta' konċessjoni ta' servizz jinvolvu faċilitajiet ta' trattament u forniment tal-ilma, toroq, faċilitajiet ta' parkeġġ għall-karozzi, mini, pontijiet, ajruporti u networks ta' telekomumikazzjoni. Eżempji ta' arranġamenti li mhumiex arranġamenti ta' konċessjoni ta' servizz jinkludu entità li testernalizza operazzjoni tas-servizzi interni tagħha (eż. kafeterija għall-impjegati, manutenzjoni ta' bini, jew funzjonijiet ta' kontabilità jew teknoloġija tal-informazzjoni).

2 Arranġament ta' konċessjoni ta' servizz ġeneralment jinvolvi li ►M9  l-Konċessjonant ◄ jipprovdi għall-perijodu tal-konċessjoni lill- ►M9  Operatur ◄ :

(a) id-dritt li jipprovdi servizzi li jagħtu aċċess pubbliku lil faċilitajiet ekonomiċi u soċjali maġġuri, u

(b) f'xi każijiet, id-dritt li jintużaw assi tanġibbli speċifikati, assi intanġibbli, jew assi finanzjarji,

bi skambju li l- ►M9  Operatur ◄ :

(ċ) jimpenja lilu nnifsu li jipprovdi servizzi skont ċerti termini u kundizzjonijiet waqt il-perijodu ta' konċessjoni, u

(d) fejn ikun japplika, jimpenja lilu nnifsu li jirritorna fit-tmiem tal-perijodu tal-konċessjoni d-drittijiet riċevuti fil-bidu tal-perijodu tal-konċessjoni u/jew akkwistati waqt il-perijodu tal-konċessjoni.

3 Il-karatteristika komuni tal-arranġamenti kollha għall-konċessjoni ta' servizz hija li l- ►M9  Operatur ◄ jirċievi dritt kif ukoll jidħol għal obbligu li jipprovdi servizzi pubbliċi.

4 Il-kwistjoni hija liema informazzjoni għandha tkun żvelata fin-noti tar-rapporti finanzjarji ta' ►M9  Operatur ◄ u ta' ►M9  Konċessjonant ◄ .

5 Ċerti aspetti u żvelar relatati ma' xi arranġamenti ta' konċessjoni ta' servizz huma diġà indirizzati mill-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (eż l-IAS 16 japplika għall-akkwiżizzjonijiet ta' oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir, l-IAS 17 japplika għall-kiri ta' assi, u l-IAS 38 japplika għal akkwiżizzjonijiet ta' assi intanġibbli). Madankollu, arranġament ta' konċessjoni ta' servizz jista' jinvolvi kuntratti eżekutorji li ma humiex indirizzati fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportaġġ Finanzjarju, sakemm il-kuntratti ma jkunux onerużi, fejn f'dan il-każ japplika l-IAS 37. Għalhekk, din l-Interpretazzjoni tindirizza żvelar addizzjonali ta' arrnaġamenti ta' konċessjoni ta' servizz.

KONSENSUS

6 L-aspetti kollha ta' arranġament għall-konċessjoni ta' servizz għandhom ikunu kkunsidrati fl-istabbiliment tal-iżvelar adatt fin-noti. ►M9  Operatur ◄ u ►M9  Konċessjonant ◄ għandhom jiżvelaw dan li ġej f'kull perijodu:

(a) deskrizzjoni tal-arranġament;

(b) termini sinifikanti tal-arranġament li jistgħu jaffettwaw l-ammont, iż-żmien u ċ-ċertezza ta' flussi ta' flus futuri (eż. il-perijodu tal-konċessjoni, dati ta' riprezzament u l-bażi li fuqha huma stabbiliti r-riprezzament jew ir-rinegozjar);

(ċ) in-natura u l-firxa (eż. il-kwantità, il-perijodu ta' żmien jew l-ammont kif adatt) ta':

(i) drittijiet li jintużaw assi speċifikati;

(ii) obbligi ta' forniment jew drittijiet li jkun mistenni forniment ta' servizzi;

(iii) obbligi li jinkisbu jew jinbnew oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir;

(iv) obbligi li jkunu pprovduti jew drittijiet li jkunu riċevuti assi speċifikati fit-tmiem tal-perijodu ta' konċessjoni;

(v) għażliet ta' tiġdid u terminazzjoni; u

(vi) drittijiet u obbligi oħrajn (eż. bidliet maġġuri); u

(d) bidliet fl-arranġament li saru waqt il-perijodu ►M9  ; u kif ukoll ◄

▼M9

(e) kif ġie kklassifikat l-arranġament tas-servizz.

6A Operatur għandu jiżvela l-ammont ta’ dħul jew il-gwadann jew it-telf rikonoxxuti fil-perijodu tal-iskambju tas-servizzi ta’ kostruzzjoni għal assi finanzjarju jew assi mhux tanġibbli.

▼B

7 L-iżvelar meħtieġ skont il-paragrafu 6 ta' din l-Interpretazzjoni għandu jingħata individwalment għal kull arranġament għall-konċessjoni ta' servizz jew f'aggregat għal kull klassi ta' arranġament għall-konċessjoni ta' servizz. Klassi hija raggruppament ta' arranġamenti għall-konċessjoni ta' servizz li jinvolvu servizzi ta' natura simili (eż. ġbir ta' tariffi, telekomunikazzjonijiet u servizzi ta' trattament tal-ilma).

DATA TAL-KUNSENS

Mejju 2001

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2001.




INTERPRETAZZJONI 31 TAS-SIC

Dħul — Tranżazzjonijiet ta' Tpartit li Jinvolvu Servizzi ta' Reklamar

REFERENZI

 L-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

 L-IAS 18 Dħul

KWISTJONI

1 Entità (Bejjiegħ) tista' tidħol fi tranżazzjoni ta' tpartit biex tipprovdi servizzi ta' reklamar bi skambju biex tirċievi servizzi ta' reklamar mill-klijent tagħha (Klijent). Ir-reklami jistgħu jintwerew fuq l-Internet jew siti b'poster, jixxandru fuq it-televixin jew ir-radju, ikunu ppubblikati f'rivisti jew ġurnali, jew ikunu ppreżentat b'mezzi oħra.

2 F'xi każijiet, ma jkunu skambjati l-ebda flus jew korrispettiv ieħor bejn l-entitajiet. F'xi każijiet oħrajn, ikunu skambjati ammonti ugwali jew approssimattivament ugwali ta' flus jew korrispettiv ieħor.

3 Bejjiegħ li jipprovdi servizzi ta' reklamar waqt l-attivitajiet ordinarji tiegħu jirrikonoxxi dħul skond l-IAS 18 minn tranżazzjoni ta' tpartit li tinvolvi reklamar meta, fost kriterji oħrajn, is-servizzi skambjati ma jkunux simili (l-IAS 18.12) u l-ammont ta' dħul jkun jista' jitkejjel b'mod affidabbli (l-IAS 18.20(a)). Din l-Interpretazzjoni tapplika biss għal skambju ta' servizzi ta' reklamar li ma jkunux simili. Skambju ta' servizzi ta' reklamar simili mhuwiex tranżazzjoni li tiġġenera dħul skond l-IAS 18.

4 Il-kwistjoni hija taħt liema ċirkostanzi Bejjiegħ jista' jkejjel b'mod affidabbli dħul fil-valur ġust tas-servizzi ta' reklamar riċevuti jew ipprovduti fi tranżazzjoni ta' tpartit.

KONSENSUS

5 Id-dħul minn tranżazzjoni ta' tpartit li tinvolvi reklamar ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli fil-valur ġust tas-servizzi ta' reklamar riċevuti. Madankollu, Bejjiegħ jista' b'mod affidabbli jkejjel dħul fil-valur ġust tas-servizzi ta' reklamar li huwa jipprovdi fi tranżazzjoni ta' tpartit, b'referenza biss għal tranżazzjonijiet li mhumiex ta' tpartit li:

(a) jinvolvu reklamar simili għar-reklamar fit-tranżazzjoni ta' tpartit;

(b) isiru frekwentement;

(ċ) jippreżentaw numru predominanti ta' tranżazzjonijiet u jammontaw meta mqabblin mat-tranżazzjonijiet kollha li jkun provdut reklamar li huwa simili għar-reklamar fit-tranżazzjoni ta' tpartit;

(d) jinvolvu flus u/jew forma oħra ta' korrispettiv (eż. titoli negozjabbli, assi mhux monetarji, u servizzi oħrajn) li għandhom valur ġust li jista' jitkejjel b'mod affidabbli; u

(e) ma jinvolvux l-istess kontroparti bħal fit-tranżazzjoni ta' tpartit.

DATA TAL-KONSENSUS

Mejju 2001

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2001. It-tibdiliet fil-politika tal-kontabilità għandhom jiġu kontabilizzati skond l-IAS 8.




INTERPRETAZZJONI 32 TAS-SIC

Assi Intanġibbli – Spejjeż tas-Siti fuq l-Internet

REFERENZI

▼M5

 L-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007)

▼B

 L-IAS 2 Inventarji (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 11 Kuntratti ta’ Kostruzzjoni

 L-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 17 Kuntratti ta' Kiri (kif rivedut fl-2003)

 L-IAS 36 Indeboliment ta' Assi (kif rivedut fl-2004)

 L-IAS 38 Assi Intanġibbli (kif rivedut fl-2004)

 L-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji

KWISTJONI

1 Entità tista ġġarrab nefqa interna fuq l-iżvilupp u l-operat tas-sit tal-internet tagħha stess għall-aċċess intern jew estern. Sit tal-internet ddisinnjat għal aċċess estern jista jintuża għal diversi skopijiet bħall-promozzjoni u r-reklamar tal-prodotti u s-servizzi tal-entità nnifisha, biex jipprovdi servizzi elettroniċi, u biex ibigħ prodotti u servizzi. Sit tal-internet ddisinnjat għal aċċess intern jista' jintuża biex jaħżen politika tal-kumpanija u dettalji tal-klijent, u jfittex informazzjoni rilevanti.

2 L-istadji tal-iżvilupp ta' sit tal-internet jistgħu jiġu deskritti kif ġej:

(a) Ippjanar – tinkludi t-twettiq ta' studji ta' vijabilità, id-definizzjoni tal-għanijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, il-valutazzjoni ta' alternattivi u l-għażla ta' preferenzi.

(b) Applikazzjoni u Żvilupp ta' Infrastruttura – tinkludi l-akkwist ta' isem tad-dominju, ix-xiri u l-iżvilupp ta' ħardwer u softwer operattiv, l-installar ta' applikazzjonijiet żviluppati u stress testing.

(c) Żvilupp tad-Disinn Grafiku – tinkludi d-disinn tad-dehra tal-paġni tal-internet.

(d) Żvilupp tal-Kontenut – tinkludi l-ħolqien, ix-xiri, il-preparazzjoni u l-uploading ta' informazzjoni, kemm testwali jew grafika, fuq is-sit tal-internet qabel it-tlestija tal-iżvilupp tas-sit tal-internet. Din l-informazzjoni tista' tinħażen jew f’databases separati li huma integrati (jew milħuqa minn) fis-sit tal-internet jew ikkodifikati direttament fil-paġni tal-internet.

3 Ladarba l-iżvilupp tas-sit tal-internet jkun tlesta, jibda l-istadju Operattiv. Matul dan l-istadju, entità żżomm u ttejjeb l-applikazzjonijiet, l-infrastruttura, id-disinn grafiku u l-kontenut tas-sit tal-internet.

4 Meta wieħed jikkomputa l-ispiża interna dwar l-iżvilupp u l-operat ta' sit tal-internet ta' entità nnifisha għal aċċess intern jew estern, il-kwistjonijiet huma:

(a) jekk is-sit tal-internet huwiex assi intanġibbli ġġenerat internament li hija suġġetta għall-obbligi tal-IAS 38; u

(b) it-trattament xieraq tal-kontabilità ta' dik l-ispiża.

5 Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għall-ispiża fuq ix-xiri, l-iżvilupp u t-tħaddim ta' ħardwer (eż. server tal-web, staging servers, servers ta' produzzjoni u konnessjonijiet mal-Internet) ta' sit tal-Internet. Din l-ispiża hija kkomputata skont l-IAS 16. ►M5  Barra minn dan, meta entità ġġarrab spiża fuq fornitur tas-servizz tal-Internet li jkun qed jospita s-sit tal-entità fuq l-internet, l-ispiża tkun rikonoxxuta bħala spiża taħt l-IAS 1.88. u l-Qafas meta s-servizzi jkunu rċevuti. ◄

6 L-IAS 38 ma japplikax għal assi intanġibbli miżmuma minn entità għall-bejgħ fl-andament ordinarju tan-negozju (ara l-IAS 2 u l-IAS 11) jew kuntratti ta' kiri li jaqgħu fl-ambitu tal-IAS 17. Għaldaqstant, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għan-nefqa fuq l-iżvilupp jew it-tħaddim ta' sit tal-internet (jew softwer tas-sit tal-internet) għall-bejgħ lil entità oħra. Meta sit tal-internet jinkera b'kirja operattiva, is-sid għandu japplika din l-Interpretazzjoni. Meta sit tal-internet jinkera b'kirja finanzjarja, il-kerrej japplika din l-Interpretazzjoni wara r-rikonoxximent inizjali tal-assi mikri.

KONSENSUS

7 Is-sit tal-internet ta' entità nnifisha li jirriżulta minn żvilupp u li jkun għal aċċess intern jew estern huwa assi intanġibbli ġġenerat internament li huwa suġġett għar-rekwiżiti tal-IAS 38.

8 Sit tal-internet li jirriżulta minn żvilupp għandu jkun rikonoxxut bħala assi intanġibbli jekk, u biss jekk, minbarra li jikkonforma mal-obbligi ġenerali deskritti fl-IAS 38.21 għar-rikonoxximent u l-kejl inizjali, entità tista' tissodisfa l-obbligi fl-IAS 38.57. B'mod partikolari, entità tista' tkun kapaċi tissodisfa l-obbligu biex turi kif is-sit tal-internet tagħha se jiġġenera benefiċċji ekonomiċi futuri probabbli skont l-IAS 38.57(d) meta, pereżempju, is-sit tal-internet jkun kapaċi jiġġenera dħul, inkluż dħul dirett minn ordnijiet awtorizzanti li jkunu se jsiru. Entità ma tkunx tista' turi kif is-sit tal-Internet żviluppa biss jew primarjament għall-promozzjoni u r-reklamar tal-prodotti u s-servizzi tagħha, ser jiġġenera benefiċċji ekonomiċi probabbli fil-futur, u konsegwentement l-infiq kollu li jsir fuq l-iżvilupp ta' sit tal-Internet bħal dan għandu jkun rikonoxxut bħala spiża meta jseħħ.

9 Kwalunkwe nfiq intern fuq l-iżvilupp u operat tas-sit tal-Internet tal-entità stess għandu jkun irrappurtat b'konformità mal-IAS 38. In-natura ta' kull attività li għaliha sar l-infiq (eż. taħriġ tal-impjegati u manutenzjoni tas-sit) u l-istadju ta' żvilupp jew ta' wara l-iżvilupp tas-sit għandhom ikunu evalwati biex ikun iddeterminat it-trattament xieraq ta' kontabilità (gwida addizzjonali hi pprovduta fl-Appendiċi għal din l-Interpretazzjoni). Pereżempju:

(a) l-istadju tal-Ippjanar hu simili fin-natura għal fażi ta' riċerka fl-IAS 38.54-.56. Infiq li sar f'dan l-istadju għandu jkun rikonoxxut bħala spiża meta dan seħħ.

(b) L-istadju tal-Applikazzjoni u Żvilupp tal-Infrastruttura, l-istadju tad-Disinn Grafiku u l-istadju tal-Iżvilupp tal-Kontenut, sal-punt fejn il-kontenut hu żviluppat għal skopijiet oħra li mhumiex ir-reklamar u l-promozzjoni tal-prodotti u servizzi tal-entità stess, huma simili fin-natura għall-fażi ta' żvilupp fl-IAS 38.57-.64. Infiq li sar f'dawn l-istadji għandu jkun inkluż fil-kost ta' sit tal-Internet rikonoxxut bħala assi intanġibbli b'konformità mal-paragrafu 8 ta' din l-Interpretazzjoni meta l-infiq jista' jkun direttament attribwit u hu meħtieġ għal ħolqien, produzzjoni jew tħejjija ta' sit tal-Internet biex ikun kapaċi jopera fil-mod intenzjonat mill-Maniġment. Pereżempju, infiq fuq ix-xiri jew ħolqien ta' kontenut (ħlief kontenut li jirreklama jew jippromwovi l-prodotti u s-servizzi tal-entità stess) speċifikament għal sit tal-Internet, jew nfiq biex l-użu tal-kontenut ikun jista' jsir (eż. spiża għall-akkwiżizzjoni ta' liċenzja biex tkun tista' issir riproduzzjoni) fuq is-sit tal-Internet, għandha tkun inkluża bħala kost fl-iżvilupp meta din il-kondizzjoni tintlaħaq. Madankollu, b'konformità mal-IAS 38.71, infiq fuq oġġett intanġibbli li kien inizjalment rikonoxxut bħala spiża f'rapporti finanzjarji preċedenti m'għandux ikun rikonoxxut bħala parti mill-kost ta' assi intanġibbli f'data aktar tard (eż. jekk il-kosti tad-drittijiet tal-awtur kienu amortizzati kollha, u l-kontenut hu sussegwentement ipprovdut fuq sit tal-Internet).

(c) nfiq li sar fl-istadju tal-Iżvilupp tal-Kontenut, sal-punt fejn il-kontenut hu żviluppat biex jirreklama jew jippromwovi l-prodotti u s-servizzi tal-entità stess (eż. ritratti diġitali tal-prodotti), għandha tkun rikonoxxuta bħala spiża meta din isseħħ b'konformità mal-IAS 38.69(c). Pereżempju, għall-kontabilità tal-infiq ta' servizzi professjonali għat-teħid tar-ritratti diġitali tal-prodotti tal-entità stess u għat-titjib tal-kwalità tal-immaġini tagħhom, l-infiq għandha tkun rikonoxxuta bħala spiża għaliex is-servizzi professjonali huma miksuba matul il-proċess, mhux meta r-ritratti diġitali huma murija fuq is-sit tal-Internet.

(d) il-Fażi operattiva tibda malli l-iżvilupp ta' sit tal-Internet ikun lest. L-infiq li jsir f'dan l-istadju għandu jkun rikonoxxut bħala spiża meta dan iseħħ ħlief jekk ma jissodisfax il-kriterji ta' rikonoxximent fl-IAS 38.18.

10 Sit tal-Internet li hu rikonoxxut bħala assi intanġibbli b'konformità mal-paragrafu 8 ta' din l-Interpretazzjoni għandu jkun imkejjel wara r-rikonoxximent inizjali bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-IAS 38.72-.87. L-aħjar stima taż-żmien tal-utilità ta' sit tal-Internet għandha tkun qasira.

DATA TAL-KONSENSUS

Mejju 2001

DATA EFFETTIVA

Din l-Interpretazzjoni ssir effettiva fil-25 ta' Marzu 2002. L-effetti tal-adozzjoni ta' din l-Interpretazzjoni jiġu kontabilizzati permezz tar-rekwiżiti transitorji fil-verżjoni tal-IAS 38 li inħarġet fl-1998. Għalhekk, meta sit tal-Internet ma jissodisfax il-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli, iżda kien rikonoxxut preċedentement bħala assi, l-entrata għandha tkun derikonoxxuta fid-data meta din l-Interpretazzjoni ssir effettiva. Meta sit tal-Internet jeżisti u l-infiq għall-iżvilupp tiegħu tissodisfa l-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli, iżda ma kienx rikonoxxut preċedentement bħala assi, l-assi intanġibbli m'għandux ikun rikonoxxut fid-data meta din l-Interpretazzjoni saret effettiva. Meta sit tal-Internet jeżisti u l-infiq għall-iżvilupp tiegħu jissodisfa l-kriterji għar-rikonoxximent bħala assi intanġibbli, u kien rikonoxxut preċedentement bħala assi u mkejjel inizjalment fil-kost tiegħu, l-ammont rikonoxxut inizjalment hu meqjus bħala li kien ġie ddeterminat kif suppost.

▼M5

L-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) emenda t-terminoloġija użata fl-IFRSs. Barra minn dan, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 1 (rivedut fl-2007) għal perjodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.



( 1 ) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1.

( 3 ) F'Settembru 2007, l-IAS B emenda t-titlu tal-IAS 7 minn Rendikonti tal-Flussi ta' Flus għal Rapport tal-Flussi ta' Flus bħala konsegwenza tar-reviżjoni tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji fl-2007.

( 4 ) Skont din l-analiżi, ma hemm ebda differenza temporanja taxxabbli. Analiżi alternattiva hija dik li d-dividendi dovuti riċevibbli għandhom bażi għat-taxxa ta' żero u li rata ta' taxxa ta' żero tiġi applikata għad-differenza temporanja taxxabbli li tirriżulta, li hi 100. Skont iż-żewġ analiżi, m'hemm ebda obbligazzjoni ta' taxxa differita.

( 5 ) Skont din l-analiżi, ma hemm ebda differenza temporanja deduċibbli. Analiżi alternattiva hija dik li l-multi u l-penali dovuti pagabbli għandhom bażi għat-taxxa ta' żero u li rata ta' taxxa ta' żero tiġi applikata għad-differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta, li hi ta' 100. Skont iż-żewġ analiżi, m'hemm ebda assi ta' taxxa differita.

( 6 ) Il-paragrafu 91 jirreferi għal “rapporti finanzjarji annwali” b'mod konformi ma' lingwaġġ aktar speċifiku għall-kitba ta' dati effettivi adottati fl-1998. Il-paragrafu 89 jirreferi għal “rapporti finanzjarji”.

( 7 ) Ara wkoll SIC-27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Tranżazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Kuntratt ta' Kiri.

( 8 ) Ara wkoll is-SIC-15 Kiri Operattiv – Inċentivi.

( 9 ) Ara wkoll SIC-31 Dħul — Tranżazzjonijiet ta' Tpartit li Jinvolvu Servizzi ta' Riklamar

( 10 ) Ara wkoll SIC27 Kif tiġi evalwata s-Sustanza ta' Tranżazzjonijiet fil-Forma Legali ta' Kirja u SIC-31 Dħul-Tranżazzjonijiet ta' Tpartit li Jinvolvu Servizzi ta' Riklamar.

( 11 ) Polza tal-assigurazzjoni li tikkwalifika m'hijiex neċessarjament kuntratt ta' assigurazzjoni, kif iddefinit fl-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

( 12 ) Bilanċ favoreviku huwa eċċess tal-valur ġust tal-assi tal-pjan fuq il-valur attwali tal-obbligu tal-benefiċċju ddefinit.

( 13 ) Il-paragrafi 159 u 159a jirreferu għal “rapporti finanzjarji annwali” b'mod konformi ma' lingwaġġ aktar espliċitu għall-kitba ta' dati effettivi adottati fl-1998. Il-paragrafu 157 jirreferi għal “rapporti finanzjarji”.

( 14 ) Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008 il-Bord emenda t-terminoloġija użata f’dan l-Istandard biex tkun konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej:

(a)   “dħul taxxabbli” kienet emendata għal “profitt taxxabbli jew telf għat-taxxa”,

(b)   “rikonoxxut bħala dħul/spiża” kienet emendata għal “rikonoxxut fil-profitt jew telf”,

(ċ)   “ikkreditat direttament fl-interessi/ekwità tal-azzjonisti” kienet emendata għal “rikonoxxut barra l-profitt jew telf”, u

(d)   “reviżjoni ta stima tal-kontabilità” kienet emendata għal “bidla fl-istima tal-kontabilità”.

( 15 ) Ara wkoll is-SIC-10 Għajnuna tal-Gvern – L-Ebda Relazzjoni Speċifika ma' l-Attivitajiet ta' l-Operat

( 16 ) Ara wkoll SIC7 Introduzzjoni ta' l-Euro.

( 17 ) L-IAS 37, Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jiddefinixxi l-kuntratti eżekutorji bħala kuntratti li fihom il-partijiet ma jkunu wettqu xejn mill-obbligi tagħhom jew fejn iż-żewġ partijiet ikunu wettqu l-obbligi tagħhom parzjalment u fl-istess miżura.

( 18 ) Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008, il-Bord emenda t-termini użata fl-IAS 29 biex tkun konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej: (a) “valur tas-suq” kienet emendat għal “valur ġust”, u (b) “riżultati tal-operazzjonijiet” u “dħul nett” kienet emendat għal “profitt jew telf”.

( 19 ) F'dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f'unitajiet tal-munita (CU).

( 20 ) F'Awissu 2005 l-IASB ittrasferiet l-iżvelar kollu dwar strumenti finanzjarji għall-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar.

( 21 ) F'din il-gwida, ammonti monetarji huma denominati f’“unitajiet tal-munita” (“currency units”) (CU).

( 22 ) Dan hu veru għal biċċa l-kbira tad-derivati, iżda mhux għad-derivati kollha, eż. f'xi tpartit tar-rata ta' l-imgħax ta' muniti inkroċjati, l-ammont kapitali jiġi skambjat fil-bidu (u skambjat mill-ġdid fil-maturità).

( 23 ) F'din il-gwida, ammonti monetarji huma denominati f'“unitajiet tal-munita” (“currency units”) (CU).

( 24 ) Il-Kumitat ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ġie ssostitwit mill-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, li beda jopera fl-2001.

( 25 ) Dan il-paragrafu kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008 biex jiċċara l-iskop tal-IAS 34.

( 26 ) Fil-każ ta' assi intanġibbli, it-terminu “amortizzament” ġeneralment jintuża minflok “deprezzament”. Iż-żewġ termini għandhom l-istess tifsira.

( 27 ) Malli assi jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ (jew ikun inkluż fi grupp ta' disponiment li jkun ikklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ), jiġi eskluż mill-ambitu ta' dan l-Istandard u jiġi rrappurtat fil-kontijiet skond l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li Ma Tkomplewx.

( 28 ) F'dan l-Istandard, ammonti monetarji huma denominati f''unitajiet ta' munita' (“currency units”) (CU).

( 29 ) L-interpretazzjoni ta’ “probabbli” f’dan l-Istandard bħala “aktar iva milli le” mhux bilfors tapplika fi Standards oħrajn.

( 30 ) F'dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f'“currency units” (CU)

( 31 ) Meta entità tapplika l-IFRS 7, ir-referenza għal IAS 32 hija mibdula b'referenza għall-IFRS 7.

( 32 ) F'dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f'unitajiet tal-munita (CU).

( 33 ) F'dan l-Istandard, l-ammonti monetarji huma denominati f'unitajiet tal-munita (CU).

( 34 ) IAS 37, paragrafu 39 fih gwida dwar kif għandha tiġi stabbilita l-aħjar stima f'medda ta' riżultati possibbli.

( 35 ) F'dan il-kuntest japplikaw l-istess kunsiderazzjonijiet ta' materjalità bħal ma japplikaw fl-IFRSs kollha.

( 36 ) L-Istandard jippermetti entità li taħtar kwalunkwe ammont ta' l-assi jew obbligi disponibbli li jikkwalifikaw, jiġifieri f'dan l-eżempju kwalunkwe ammont ta' assi bejn CU0 u CU100.

( 37 ) ara l-paragrafi 77 u AG94

( 38 ) ara l-paragrafu 75

( 39 ) F'dan il-kuntest japplikaw l-istess kunsiderazzjonijiet ta' materjalità bħal ma japplikaw fl-IFRSs kollha.

( 40 ) Tali bidliet jinkludu riklassifikazzjonijiet minn jew għal assi intanġibbli jekk l-avvjament ma kienx rikonoxxut bħala assi taħt il-GAAP preċedenti. Dan iseħħ jekk taħt il-GAAP preċedenti, l-entità (a) naqqset l-avvjament direttament mill-ekwità jew (b) ma trattatx il-kombinazzjoni ta’ negozji bħala akkwiżizzjoni.

( 41 ) Il-paragrafu E3 żdied b'konsegwenza tal-Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010. Biex ikun evitat l-użu potenzjali tat-tagħlimiet mill-passat u biex jiġi żgurat li min jadotta għall-ewwel darba ma jkunx fi żvantaġġ meta mqabbel ma' min diġà juża l-IFRSs, il-Bord iddeċieda li min jadotta għall-ewwel darba jkun jista' juża l-istess dispożizzjonijet tranżitorji permessi lil min diġà jħejji r-rapporti finanzjarji skont l-IFRSs li huma inklużi fit-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).

( 42 ) Il-paragrafu E4 ġie miżjud b'konsegwenza tad-Divulgazzjonijiet—Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7), maħruġ f'Ottubru tal-2010. Biex ikun evitat l-użu potenzjali tat-tagħlim tard wisq wara riżultati skoretti (hindsight) u biex jiġi żgurat li min jadotta għall-ewwel darba ma jkunx fi żvantaġġ meta mqabbel ma' dawk li preżentament ippreparaw l-IFRS, il-Bord iddeċieda li min jadotta għall-ewwel darba għandu jkun permess juża l-istess dispożizzjonijet tranżitorji permessi lil preparaturi eżistenti tar-rapporti finanzjarji skont l-IFRSs li huma inklużi fid-Divulgazzjonijiet—Trasferimenti tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).

( 43 ) It-titolu tal-IAS 32 ġie emendat fl-2005

( 44 ) Dan l-IFRS juża l-frażi “b'referenza għ”al' minnflok “fi”, minħabba li t-tranżazzjoni hi finalment imkejla billi l-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji mogħtija jiġi mmultiplikat, imkejjel fid-data speċifikata fil-paragrafu 11 jew 13 (liema minnhom hu applikabbli), bin-numru ta' strumenti azzjonarji li jkunu vestiti, kif spjegat fil-paragrafu 19.

( 45 ) Fil-bqija ta' dan l-IFRS, ir-referenzi kollha għall-impjegati jinkludu wkoll oħrajn li jipprovdu servizzi simili.

( 46 ) Fil-paragrafi 35–43, ir-referenzi kollha għall-flus jinkludu wkoll assi oħra tal-entità.

( 47 ) Fil-paragrafi B56–B62, it-terminu “għotjiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma” jirreferi għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas vestiti jew mhux vestiti bbażati fuq l-ishma.

( 48 ) L-obbligi ta' assigurazzjoni rilevanti huma dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni (u kosti differiti tal-akkwist relatati u assi intanġibbli relatati) li għalihom l-politika ta' kontabilità tal-assiguratur m'għandix bżonn ta' test ta' adegwanza tal-obbligu biex tissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-paragrafu 16.

( 49 ) F'dan il-paragrafu, obbligi tal-assigurazzjoni jinkludu kosti differiti tal-akkwist relatati u assi mhux tanġibbli relatati, bħal dawk diskussi fil-paragrafi 31u 32.

( 50 ) Meta entità tapplika l-IFRS 7, ir-referenza għall-IAS 32 hija mibdula b'referenza għall-IFRS 7

( 51 ) Meta entità tapplika l-IFRS 7, ir-referenza għall-IAS 32 tiġi ssostitwita b'referenza għall-IFRS 7.

( 52 ) Għal dan l-iskop, kuntratti mdaħħla simultanjament b'kontropartit waħda (jew kuntratti b'mod ieħor interdipendenti) jiffurmaw kuntratt wieħed.

( 53 ) Għal assi kklassifikati skond preżentazzjoni tal-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ . Il-paragrafu 3 japplika għall-klassifikazzjoni ta' dawk l-assi.

( 54 ) Madankollu, malli l-flussi ta' flus minn ass jew grupp ta' assi jkunu mistennija li jirriżultaw prinċipalment minn bejgħ aktar milli użu kontinwu, isiru inqas dipendenti fuq flussi ta' flus li jirriżultaw minn assi oħrajn, u grupp ta' disponiment li kien parti minn unità li tiġġenera flus isir unità separata li tiġġenera flus.

( 55 ) Minbarra l-paragrafi 18 u 19 li jeħtieġu li l-assi in kwestjoni jitkejlu skont IFRSs applikabbli oħrajn.

( 56 ) Il-kosti tad-distribuzzjoni huma l-kosti inkrimentali attribwibbli direttament lid-distribuzzjoni, esklużi kosti ta’ finanzjament u l-ispiża tat-taxxa fuq id-dħul.

( 57 ) Jekk l-ass mhux kurrenti jkun parti minn unità li tiġġenera l-flus, l-ammont tiegħu li jista' jiġi rkuprat huwa l-ammont li jinżamm fil-kotba li kieku kien jiġi rikonoxxut wara l-allokazzjoni ta' kull telf ta' indeboliment li jirriżulta fuq dik l-unità li tiġġenera l-flus skond l-IAS 36.

( 58 ) Il-paragrafu 44G ġie emendat b'konsegwenza tal-Eżenzjoni Limitata minn Żvelar Komparattiv skont l-IFRS 7 għal min Jadotta għall-Ewwel Darba, (Emenda għall-IFRS 1) maħruġa f'Jannar 2010. Il-Bord emenda l-paragrafu 44G biex jikkjarifika l-konklużjonijiet tiegħu u t-tranżizzjoni intenzjonata għat-Titjib tal-Iżvelar dwar l-Istrumenti Finanzjarji (Emendi għall-IFRS 7).

( 59 ) Għal assi kklassifikati skond preżentazzjoni tal-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ .

( 60 ) Għal assi kklassifikati skond preżentazzjoni tal-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara ►M5  t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar ◄ .

( 61 ) Il-paragrafu C7 tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati jgħid "Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda ma tapplikax għalissa l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji. Rikonoxximent u Kejl.'

( 62 ) F’dan l-IFRS l-ammonti ta’ flus huma ddenominati f’ “unitajiet tal-munita (UM)”.

( 63 ) Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, l-entità għandha ssegwi r-rekwiżiti tal-verżjoni preċedenti tal-IAS 8, li kien jismu Profitt jew Telf Nett għall-Perijodu, Żbalji Fundamentali u Tibdil fil-Politika tal-Kontabilità, ħlief jekk l-entità qed tapplika l-verżjoni riveduta ta' dak l-Istandard għal dak il-perijodu preċedenti.

( 64 ►M6  F’Awwissu 2005, l-IAS 32 kienet emendate mill-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. Fi Frar 2008 l-IASB emendat l-IAS 32 billi strumenti jkollhom bżonn ikunu kklassifikati bħala ekwità jekk dawk l-istrumenti għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew ilparagrafi 16C u 16D tal-IAS 32. ◄

( 65 ) L-IAS 17 juża t-terminu “valur ġust” b’mod differenti f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13. Għaldaqstant, meta tapplika l-IAS 17 entità għandha tkejjel il-valur ġust skont l-IAS 17, u mhux l-IFRS 13.

L-IAS 17 juża t-terminu “valur ġust” b’mod differenti f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13. Għaldaqstant, meta tapplika l-IAS 17 entità għandha tkejjel il-valur ġust skont l-IAS 17, u mhux l-IFRS 13.

 ◄

( 66 ) i.e. ir-rata tal-imgħax fuq is-self li tinkrementa tal-kerrej kif iddefinita fil-paragrafu 4 tal-IAS 17.

( 67 ) L-identifikazzjoni ta' iperinflazzjoni hija bbażata fuq il-ġudizzju għaqli ta' l-entità tal-kriterji li jinsabu fil-paragrafu 3 ta' l-IAS 29.

( 68 ) IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) jindirizza l-akkwiżizzjoni ta’ kuntratti b’derivati mdeffsa f’kombinament ta’ negozji

( 69 ) Dan ikun il-każ għal rapporti finanzjarji konsolidati, rapporti finanzjarji li fihom investimenti bħal kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti jittieħed kont tagħhom bl-użu tal-metodu tal-ekwità u rapporti finanzjarji li jinkludu fergħa jew operazzjoni konġunta kif speċifikat fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti.

( 70 ) Il-metodu dirett huwa l-metodu ta’ konsolidament fejn ir-rapporti finanzjarji tal-operazzjoni barranija jinqelbu direttament fil-munita funzjonali tal-entità prinċipali finali. Il-metodu ta’ pass wara pass huwa l-metodu ta’ konsolidament fejn ir-rapporti finanzjarji tal-operazzjoni barranija l-ewwel jinqelbu fil-munita funzjonali ta’ xi entità(jiet) prinċipali intermedja(i) u mbagħad jinqelbu fil-munita funzjonali tal-entità prinċipali finali (jew fil-munita ta’ preżentazzjoni jekk tkun differenti).

( 71 ) Il-paragrafu 7 tal-IAS 1 jiddefinixxi sidien bħala detenturi ta' strumenti kklassifikati bħala ekwità.

Top