EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0259-20110429

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 tat- 18 ta' Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/259/2011-04-29

2008R0259 — MT — 29.04.2011 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 259/2008

tat-18 ta' Marzu 2008

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

(ĠU L 076, 19.3.2008, p.28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 410/2011 tas-27 ta’ April 2011

  L 108

24

28.4.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 259/2008

tat-18 ta' Marzu 2008

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 1 ), u b'mod partikolari l-punt 8b ta’ l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

L-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubblikazzjoni annwali ex-post tal-benefiċjarji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), minn hawn 'il quddiem imsejħin Fondi, u l-ammonti li kull benefiċjarju rċieva taħt kull wieħed minn dawn il-Fondi.

(2)

L-għan ta' din il-pubblikazzjoni, li għandha tkun skond it-tagħrif fil-pussess ta' l-aġenziji tal-ħlas fil-kotba u fir-reġistri tagħhom u li għandu jkollha x'taqsam biss ma' dawk il-pagamenti li jkunu daħlu fis-sena finanzjarja ta' qabel, huwa li jittejbu t-trasparenza fir-rigward ta' l-użu tal-Fondi u l-ġestjoni finanzjara soda tagħhom. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, it-tagħrif għandu jiġi ppreżentat lill-pubbliku sad-data ta' l-iskadenza tat-30 ta' April b'mod ċar, armonizzat u li jkun jista' jsir tiftix għalih. Fir-rigward tan-nefqa ta' l-FAEŻR li tkun tħallset bejn l-ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2007, għandha tiġi ffissata data speċjali għall-pubblikazzjoni.

(3)

Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kontenut tal-pubblikazzjoni. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx imorru lil hinn minn dak meħtieġ f'soċjetà demokratika sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti.

(4)

Il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni għandha tkun implimentata permezz ta' l-internet fil-forma ta' għodda ta' tiftix li tiżgura li l-pubbliku in ġenerali jkun f'pożizzjoni li jikkonsultaha. L-għodda ta' tiftix għandha tippermetti t-tiftix abbażi ta' ċerti kriterji u r-riżultati tat-tiftix għandhom jiġu ppreżentati b'mod li jkun aċċessibbli faċilment.

(5)

Il-pubblikazzjoni tat-tagħrif li jikkonċerna l-benefiċjarji għandha ssir malajr kemm jista' jkun wara l-għeluq tas-sena finanzjarja sabiex tiġi żgurata t-trasparenza lejn il-pubbliku. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom ikollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu iwettqu x-xogħol neċessarju. Peress li l-għan tat-trasparenza ma jirrekjedix li t-tagħrif jibqa' disponibbli indefinittivament, għandu jiġi stipulat perjodu raġonevoli ta' disponibbiltà għat-tagħrif ippubblikat.

(6)

Li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku jtejjeb it-trasparenza fir-rigward ta' l-użu tal-fondi Komunitarji fil-qasam tal-politika agrikola komuni kif ukoll il-ġestjoni finanzjarja tajba ta' dawn il-fondi, b'mod partikolari billi jiġi rinfurzat il-kontroll pubbliku tal-flejjes li ntużaw. Minħabba l-impenn iebes ta' l-għanijiet imfittxija, fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tar-rekwiżit dwar il-protezzjoni tad-data [dejta] personali jkun iġġustifikat il-forniment ta' pubblikazzjoni ġenerali ta' l-informazzjoni rilevanti għaliex dan ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ f'soċjetà demokratika u għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet.

(7)

Għall-konformità mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta l-benefiċjarji tal-Fondi għandhom jiġu infurmati dwar il-pubblikazzjoni tad-dejta tagħhom qabel ma ssir il-pubblikazzjoni. It-tagħrif lill-benefiċjarji għandu jsir permezz tal-formoli ta' l-applikazzjoni għal għajnuna jew meta tinġabar id-dejta mod ieħor. Minbarra dan, il-benefiċjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta ( 2 ) u l-proċeduri applikabbli għall-eżerċitar ta' dawn id-drittijiet. Fir-rigward ta' l-infiq fis-snin finanzjarji 2007 u 2008, sakemm it-tagħrif dwar il-benefiċjarji ma jkunx disponibbli fil-ħin tal-ġbir tad-dejta personali, il-benefiċjarji għandhom jibqgħu informati f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma l-pubblikazzjoni attwalment isseħħ.

(8)

Għall-finijiet ta' trasparenza, il-benefiċjarji tal-Fondi għandhom jiġu mgħarrfa ukoll għall-iskop ta' l-issalvagwardjar ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, li d-dejta personali tagħhom tista' tiġi pproċessata mill-entitajiet ta' verifika u ta' l-investigazzjoni tal-Komunitajiet u ta' l-Istati Membri. Dan it-tagħrif għandu jingħata fl-istess waqt meta jingħata t-tagħrif dwar il-pubblikazzjoni u d-drittijiet ta' l-individwi.

(9)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-pubbliku għad-dejta ppubblikata, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal sit elettroniku Komunitarju inkluż konnessjonijiet mas-siti elettroniċi madwar l-Istati Membri kollha li fuqhom it-tagħrif ikun sar disponibbli. Minħabba d-diversi strutturi organizattivi fi ħdan l-Istati Membri, għandhom jiddeterminaw bejniethom liema korp ikun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit elettroniku uniku u għall-pubblikazzjoni tad-dejta.

(10)

Peress li l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1437/2007 jistipula li l-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, imdaħħal bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007, japplika għan-nefqa fl-FAEG li tkun saret ejn mis-16 ta' Ottubru 2007 u għan-nefqa fl-FAEŻR mill-1 ta' Jannar 2007, għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu applikati wkoll ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-istess perjodu ta' żmien.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

Kontenut tal-pubblikazzjoni

►M1  1.  Il-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandha tinkludi t-tagħrif li ġej dwar il-benefiċjarji li jkunu persuni ġuridiċi: ◄

▼M1 —————

▼M1

(b) l-isem legali sħiħ, hekk kif ġie rreġistrat, meta l-benefiċjarji jkunu persuni ġuridiċi li jkollhom personalità ġuridika awtonoma skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat;

(c) l-isem sħiħ tal-assoċjazzjoni kif ġie rreġistrat jew inkella rikonoxxut uffiċjalment meta l-benefiċjarji jkunu assoċjazzjonijiet ta’ persuni ġuridiċi li huma stess ma għandhomx personalità ġuridika;

▼B

(d) il-muniċipalità fejn joqgħod il-benefiċjarju jew fejn huwa rreġistrat u, meta jkun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti fih li tidentifika l-muniċipalità;

(e) għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEG, l-ammont ta' ħlasijiet diretti fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata;

(f) għall-FAEG, l-ammont ta' pagamenti għajr dawk imsemmija fil-punt (e) li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata;

(g) għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEŻR, l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata, li jkun jinkludi kemm il-kontribut tal-Komunità kif ukoll dak nazzjonali;

(h) it-total ta' l-ammonti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata;

(i) il-munita ta' dawn l-ammonti.

▼M1

2.  Fil-każ tal-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw tagħrif aktar iddettaljat minn kif stipulat fil-paragrafu 1.

▼B

L-Artikolu 2

Sura tal-pubblikazzjoni

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun disponibbli fuq sit elettroniku uniku f'kull Stat Membru permezz ta' għodda ta' tiftix li tippermetti lill-utenti jfittxu għal benefiċjarji skond l-isem, il-muniċipalità, l-ammonti li jkunu waslu f'(e), (f), (g) u (h) ta' l-Artikolu 1 jew skond kombinazzjoni tagħhom u joħorġu t-tagħrif korrispondenti fis-sura ta' sett uniku ta' dejta.

L-Artikolu 3

Id-data tal-pubblikazzjoni

1.  It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' April kull sena għas-sena finanzjarja ta' qabel.

2.  Għan-nefqa fl-FAEŻR li tħallset bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2007, it-tagħrif għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' Settembru 2008, dejjem sakemm sa dik id-data n-nefqa tkun tħallset lura lill-Istat Membru kkonċernat mill-FAEŻR. Inkella, it-tagħrif għandu jiġi ppubblikat flimkien mat-tagħrif għas-sena finanzjarja 2008.

3.  It-tagħrif għandu jinżamm disponibbli fuq is-sit elettroniku għal sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni inizjali tiegħu.

L-Artikolu 4

Tagħrif lill-benefiċjarji

1.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji li skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u dan ir-Regolament id-dejta tagħhom se ssir pubblika u li jistgħu jiġu pproċessati mill-entitajiet ta' verifika u ta' investigazzjoni tal-Komunitajiet u ta' l-Istati Membri bil-għan li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.

2.  F'każ ta' dejta personali, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata skond ir-rekwiiżiti tad-Direttiva 95/46/KE u l-benefiċjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar it-drittijiet tagħhom bħala suġġetti għad-dejta taħt din id-Direttiva u dwar il-proċedura applikabbli għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

3.  It-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jingħata lill-benefiċjarji billi jiddaħħal fil-formoli ta' l-applikazzjoni għall-ksib tal-fondi mill-FAEG u mill-FAEŻR, jew inkella fil-ħin meta tinġabar id-dejta.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tad-dejta relatata mal-pagamenti li jkunu daħlu fis-snin finanzjarji 2007 u 2008, it-tagħrif għandu jingħata talanqas erba' ġimgħat qabel id-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.

L-Artikolu 5

Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sit elettroniku Komunitarju fuq l-indirizz ta' l-internet ċentrali tagħha li jkun jinkludi l-konnessjonijiet mas-siti elettroniċi ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-aġġornamenti tal-konnessjonijiet ta' l-internet skond it-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jibagħatu lill-Kummissjoni l-indirizz ta' l-internet tas-sit elettroniku tagħhom hekk kif jiġi stabbilit kif ukoll kull tibdil li jsir fuqhom wara u li jkollu influwenza fuq l-aċċessibbiltà għas-sit elettroniku tagħhom minn fuq is-sit elettroniku tal-Komunità.

3.  L-Istati Membri għandhom jaħtru entità li tkun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit elettroniku uniku msemmi fl-Artikolu 2. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz ta' din l-entità.

L-Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għan-nefqa fl-FAEG li tkun saret mis-16 ta' Ottubru 2007 u fir-rigward tan-nefqa fl-FAEŻR mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

( 2 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

Top