This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008R0216-20160126
Regulation (EC) No 216/2008 of the European Parliament and of the Council of 20 February 2008 on common rules in the field of civil aviation and establishing a European Aviation Safety Agency, and repealing Council Directive 91/670/EEC, Regulation (EC) No 1592/2002 and Directive 2004/36/EC (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
No longer in force
)
2008R0216 — MT — 26.01.2016 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT (KE) Nru 216/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 079 19.3.2008, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 690/2009 tat-30 ta' Lulju 2009 |
L 199 |
6 |
31.7.2009 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1108/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Ottubru 2009 |
L 309 |
51 |
24.11.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 6/2013 tat-8 ta’ Jannar 2013 |
L 4 |
34 |
9.1.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/4 tal-5 ta' Jannar 2016 |
L 3 |
1 |
6.1.2016 |
REGOLAMENT (KE) Nru 216/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-20 ta' Frar 2008
dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Regjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),
Billi:
(1) |
Għandu jiġi assigurat f'kull ħin livell ta' protezzjoni għoli u uniformi taċ-ċittadin Ewropew fl-avjazzjoni ċivili, permezz ta' l-adozzjoni ta' regoli komuni ta' sikurezza u permezz ta' miżuri li jiżguraw li l-prodotti, il-persuni u l-organizzazzjonijiet fil-Komunità jikkonformaw ma' dawn ir-regoli u ma' dawk adottati sabiex jipproteġu l-ambjent. Dan kollu jikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu ta' merkanzija, persuni u organizzazzjonijiet fis-suq intern. |
(2) |
Flimkien ma' dan, inġenji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi li joperaw lejn, fi jew mit-territorju fejn japplika t-Trattat, għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni xierqa fil-livell Komunitarju fil-limiti stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta' Chicago”), li tagħha l-Istati Membri kollha huma parti. |
(3) |
Il-Konvenzjoni ta' Chicago diġà tistipula standards minimi li jassiguraw is-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali relatata magħhom. Ħtiġiet essenzjali Komunitarji u regoli adottati għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jassiguraw li l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi maħluqa mill-Konvenzjoni ta' Chicago, inklużi dawk vis-a-vis pajjiżi terzi. |
(4) |
Il-Komunità għandha tistipula, f'konformità ma' l-istandards u l-prattiki rakkomandabbli stabbiliti mill-Konvenzjoni ta' Chicago, ħtiġiet essenzjali applikabbli għal prodotti, partijiet u tagħmir aeronawtiċi, għal persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-tħaddim ta' inġenji ta' l-ajru u għal persuni u prodotti konnessi mat-taħriġ u l-eżami mediku tal-bdoti. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tiżviluppa r-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa. |
(5) |
Ma jkunx xieraq li l-inġenji ta' l-ajru kollha jiġu soġġetti għal regoli komuni, b'mod partikolari inġenji ta' l-ajru li huma ta' għamla sempliċi jew joperaw prinċipalment fuq bażi lokali, u dawk li huma mibnija mid-dilettanti jew li huma partikularment rari jew li jeżisti biss numru żgħir minnhom; inġenji ta' l-ajru bħal dawn għandhom għalhekk jibqgħu taħt il-kontroll regolatorju ta' l-Istati Membri, mingħajr ebda obbligu skond dan ir-Regolament fuq Stati Membri oħra biex jirrikonoxxu dawn l-arranġamenti nazzjonali. Madankollu, għandhom jittieħdu miżuri proporzjonati biex jiżdied b'mod ġenerali l-livell ta' sikurezza ta' l-avjazzjoni għar-rikreazzjoni. B'mod partikolari għandha tingħata konsiderazzjoni lil ajruplani u ħelikopters b'massa tat-tlugħ massima baxxa u li r-rendiment tagħhom qed jiżdied, li jistgħu jiċċirkolaw madwar il-Komunità kollha u li qed jiġu prodotti b'mod industrijali. Dawn jistgħu għalhekk ikunu regolati aħjar fil-livell Komunitarju biex jiġu stipulati l-livell uniformi ta' sikurezza u l-protezzjoni ambjentali meħtieġa. |
(6) |
Il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità għandu jiġi ddefinit b'mod ċar biex persuni, organizzazzjonijiet u prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu jkunu jistgħu jiġu identifikati mingħajr ambigwità. Tali kamp ta' applikazzjoni għandu jkun iddefinit b'mod ċar billi ssir referenza għal lista ta' inġenji ta' l-ajru li huma eżentati mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Prodotti, partijiet u tagħmir aeronawtiċi, operaturi involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kif ukoll bdoti u persuni, prodotti u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ u l-eżami mediku tagħhom, għandhom ikunu ċertifikati jew liċenzjati kemm-il darba jinsabu li jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali li jridu jiġu stipulati mill-Komunità skond l-istandards u l-prattiki rakkomandabbli tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tiżviluppa r-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-ħruġ taċ-ċertifikat jew tal-kondizzjonijiet għat-tibdil tiegħu permezz ta' dikjarazzjoni ta' kapaċità, b'kont meħud tar-riskji assoċjati mat-tipi differenti ta' operazzjonijiet, bħal ċerti tipi ta' xogħol ta' l-ajru u titjiriet lokali b'inġenji ta' l-ajru żgħar. |
(8) |
Għal operazzjonijiet mhux kummerċjali, ir-regoli operattivi u ta' liċenzjar għandhom ikunu mfassla skond il-kumplessità ta' l-inġenju ta' l-ajru u għandha tiġi stabbilita definizzjoni relatata. |
(9) |
Il-privileġġi assoċjati mal-liċenzja ta' bdot tar-rikrejazzjoni għandhom ikunu limitati mit-taħriġ miksub għall-ksib tar-rati relatati, skond ir-regoli ta' implimentazzjoni. |
(10) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet Komunitarji fir-rigward tal-libertà ta' moviment ta' merkanzija, persuni u servizzi, kif ukoll dawk tal-politika komuni ta' transport, l-Istati Membri għandhom, mingħajr ħtiġiet jew evalwazzjoni ulterjuri, jaċċettaw prodotti, partijiet u tagħmir, organizzazzjonijiet jew persuni ċertifikati skond dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. |
(11) |
Għandha tiġi pprovduta flessibbiltà biżżejjed sabiex jiġu indirizzati ċirkostanzi speċjali bħala miżuri urġenti ta' sikurezza, bżonnijiet operattivi mhux previsti jew limitati. Għandhom ukoll isiru disposizzjonijiet sabiex jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sikurezza permezz ta' mezzi oħra. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu sakemm huma strettament limitati fil-kamp ta' applikazzjoni u soġġetti għal kontroll Komunitarju xieraq. |
(12) |
Hemm bżonn ta' arranġamenti aħjar fl-oqsma kollha koperti b'dan ir-Regolament, sabiex ċerti kompiti li bħalissa jsiru fuq livell Komunitarju jew nazzjonali jibdew isiru minn korp espert speċjalizzat wieħed. Għaldaqstant, hemm il-bżonn fl-istruttura istituzzjonali eżistenti u fil-bilanċ tas-setgħat eżistenti fil-Komunità li tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (minn hawn "il quddiem imsejjħa “l-Aġenzija”), li tkun indipendenti fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi u li jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak l-iskop, huwa meħtieġ u xieraq li din tkun korp Komunitarju li jkollu personalità ġuridika u li jeżerċità s-setgħat ta' implimentazzjoni li jingħataw lilu skond dan ir-Regolament. |
(13) |
Taħt is-sistema istituzzjonali Komunitarja, l-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja hija primarjament ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Kompiti ta' ċertifikazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom għalhekk jiġu mwettqa fil-livell nazzjonali. Madankollu, f'ċerti każijiet definiti b'mod ċar, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa wkoll li twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni kif speċifikat f'dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha, għall-istess raġuni, titħalla tieħu l-miżuri meħtieġa relatati ma' l-operat ta' inġenji ta' l-ajru, il-kwalifikazzjoni ta' l-ekwipaġġ jew is-sikurezza ta' inġenji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi meta dan hu l-aħjar mezz li bih tiżgura l-uniformità u tiffaċilita t-tħaddim tas-suq intern. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 ( 3 ) jimponi fuq l-Aġenzija d-dmir li tikkomunika l-informazzjoni kollha li tista' tkun rilevanti għall-aġġornament tal-lista Komunitarja ta' operaturi ta' l-ajru li, għal raġunijiet ta' sikurezza, huma suġġetti għal projbizzjoni milli joperaw fil-Komunità. Jekk l-Aġenzija tirrifjuta li toħroġ awtorizzazzjoni lil operatur ta' l-ajru skond il-pattijiet ta' dan ir-Regolament, għandha tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti li fuqha kien ibbażat dan ir-rifjut, sabiex isem l-operatur ta' l-ajru jkun jista' jiddaħħal, jekk ikun meħtieġ, f'dik il-lista. |
(15) |
Il-funzjonament effettiv ta' skema tal-Komunità tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament jeħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija biex jiġu skoperti kundizzjonijiet mhux sikuri u biex jittieħdu miżuri ta' rimedju kif jixraq. |
(16) |
Il-promozzjoni ta' “kultura ta' sikurezza” u l-funzjonament tajjeb ta' sistema regolatorja fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament jeħtieġu li inċidenti u okkorrenzi jiġu rappurtati spontanjament mix-xhieda tagħhom. Tali rappurtar ikun iffaċilitat permezz ta' l-istabbiliment ta' ambjent mhux punittiv, u għandhom jittieħdu miżuri xierqa mill-Istati Membri biex jagħmlu dispożizzjonijiet għall-protezzjoni ta' tali informazzjoni u ta' dawk li jirrappurtawha. |
(17) |
Għandha tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta' urġenza fuq riżultati ta' investigazzjonijiet ta' inċidenti ta' l-ajru, b'mod partikolari, meta jirrelataw ma' disinni difettużi ta' inġenji ta' l-ajru u/jew kwistjonijiet operattivi, sabiex tiġi assigurata l-kunfidenza tal-konsumatur fit-trasport bl-ajru. |
(18) |
Il-Komunità għandha tingħata setgħat biex timponi pieni finanzjarji fuq id-detenturi ta' ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija sabiex tgħin biex jintlaħqu l-għandijiet ta' sikurezza ta' dan ir-Regolament. B'konformità ma' l-ordni legali tal-Komunità, tali pieni finanzjarji għandhom ikunu imposti mill-Kummissjoni fuq rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija. Għandu jkun enfasizzat li permezz ta' l-introduzzjoni ta' pieni finanzjarji l-Kummissjoni tkun tista' tirrispondi b'mod iktar varjat, flessibbli u gradwat għall-ksur tar-regoli meta mqabbel ma' l-irtirar ta' ċertifikat. |
(19) |
Minħabba li d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament huma suġġetti għal stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond it-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, b'konformità ma' l-Artikolu 229 tiegħu, tingħata ġurisdizzjoni bla limiti rigward deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni timponi multi jew ħlasijiet penali perjodiċi. |
(20) |
Bi tweġiba għat-tħassib dejjem jiżdied dwar is-saħħa u l-benessri ta' passiġġieri matul it-titjiriet, huwa meħtieġ li jiġu żviluppati disinni ta' inġenji ta' l-ajru li jipproteġu aħjar is-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri. |
(21) |
L-objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu b'mod effiċjenti permezz ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. F'tali każ, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regoalment u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu jistgħu jiġu adatatti permezz ta' ftehim konkluż bejn il-Komunità ma' dawn il-pajjiżi. Fin-nuqqas ta' tali ftehim, L-Istati Membri għandhom madanakollu jitħallew, soġġett għall-kontroll xieraq tal-Komunità, li jirikonoxxu l-approvazzjonijiet mogħtija lil prodotti, partijiet u tagħmir barranin, organizzazzjonijiet u persunal minn pajjiż terz. |
(22) |
Sabiex tassisti kif xieraq lill-Komunità, l-Aġenzija għandha tkun permessa li tiżviluppa l-ħila tagħha fl-aspetti kollha tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali, koperti b" dan ir-Regolament. Għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa u tassisti lill-Istati Membri u l-industrija fl-implimentazzjoni tagħha. Għandha tkun kapaċi li toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u materjal ta'gwida u li tagħmel sejbiet tekniċi u toħroġ ċertifikati kif meħtieġ u għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-regoli ta'implimentazzjoni tiegħu u għandha tingħata l-awtorità meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti tagħha. |
(23) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Amministrattiv sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet ta' l-Aġenzija. Dan il-Bord għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. Huwa wkoll xieraq li l-Aġenzija jkollha l-permess tagħmel riċerka u torganizza koordinazzjoni xierqa mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Huwa mixtieq li l-Aġenzija tassisti lill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-armonizzazzjoni tar-regoli, ir-rikonoxximent ta' approvazzjonijiet u kooperazzjoni teknika, u għandha tkun intitolata li tistabbilixxi r-relazzjonijiet xierqa ma' l-awtoritajiet aeronawtiċi ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. |
(24) |
Fl-interess tat-trasparenza, osservaturi minn partijiet interessati għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija. |
(25) |
L-interess pubbliku jitlob li l-Aġenzija tibbaża l-azzjoni tagħha relatata mas-sikurezza fuq esperti indipendenti, li japplikaw strettament dan ir-Regolament u r-regoli adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tiegħu. Għal dak l-iskop, id-deċiżjonijiet kollha ta' l-Aġenzija relatati mas-sikurezza għandhom jittieħdu mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu grad għoli ta' flessibilità sabiex jittieħdu pariri u sabiex jiġi organizzat il-funzjonament intern ta' l-Aġenzija. Meta, madanakollu, l-Aġenzija jkollha tiżviluppa abbozz ta' regoli ta' natura ġenerali li għandhom jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu involuti fil-proċess tad-deċiżjonijiet. |
(26) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet li affetwati mid-deċiżjonijiet li jsiru mill-Aġenzija jgwadu r-rimedji meħtieġa b'mod li jkun addattat għall-karattru speċjali tal-qasam ta' l-avjazzjoni. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' appell xieraq sabiex id-Deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell lil Bord ta' Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu, imbgħad, ikunu soġġetti għal azzjoni miftuħa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
(27) |
Sabiex tkun garantita l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza ta' l-Aġenzija, din għandha tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni tal-Komunità u mit-tariffi li jitħallsu minn utenti tas-sistema. Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li l-Aġenzija tirċievi mingħand l-Istati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħra m'għandiex tikkomprometti l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha. Il-proċedura Komunitarja tal-baġit għandha tkun applikabbli sa fejn ikollhom x'jaqsmu il-kontribuzzjoni Komunitarja u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti ta' l-Awdituri. |
(28) |
Qabel ma jiġi stabbilit xi uffiċju lokali ta' l-Aġenzija, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġenerali sabiex jiċċaraw liema ħtiġiet għandhom jintlaħqu u liema kontribuzzjoni għandu jipprovdi l-Istat Membru konċernat. |
(29) |
Peress illi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment u l-applikazzjoni uniformi ta' regoli komuni fil-qasam tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant, minħabba l-ambitu Ewropew ta' dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(30) |
Ġie rikonoxxut li l-involviment tal-pajjiżi Ewropej li mhumiex Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mfittex, sabiex tiġi żgurata dimensjoni pan-Ewropea xierqa sabiex jiġi ffaċilitat it-titjib tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa kollha. Pajjiżi Ewropej li kkonkludew ftehim mal-Komunità sabiex jadottaw u japplikaw l-acquis Komunitarju fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament għandhom jiġu assoċjati mal-ħidma tagħha skond kondizzjonijiet li għandhom ikunu miftiehma fil-qafas ta' dawk il-ftehim. |
(31) |
Huwa objettiv ġenerali li t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-kompiti mill-Istati Membri, inklużi dawk li jirriżultaw mill-kooperazzjoni tagħhom permezz ta' l-Awtoritajiet Konġunti ta' l-Avjazzjoni, lill-Aġenzija għandu jsir b'mod effiċjenti, mingħajr tnaqqis fil-livelli attwalment għolja ta' sikurezza, u mingħajr ebda impatt negattiv fuq skedi ta' ċertifikazzjoni. Miżuri xierqa għandhom jiġu adottati sabiex jipprovdu għat-transizzjoni meħtieġa. |
(32) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni ( 4 ) għandu għalhekk ikun imħassar. |
(33) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas xieraq u komprensiv għad-definizzjoni u t-twettiq tar-rekwiżiti tekniċi komuni u tal-proċeduri amministrattivi komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili. L-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili ( 5 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta' liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili ( 6 ), għandhom għalhekk jitħassru meta jkun xieraq, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikazzjoni jew liċenzjar ta' prodotti, persuni u organizzazzjonijiet diġà maħruġa skond dawk l-atti. |
(34) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas xieraq u komprensiv għas-sikurezza ta' l-inġenji ta' l-ajru li jużaw l-ajruporti Komunitarji. Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sikurezza ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità ( 7 ) għandu għalhekk ikun imħassar eventwalment u mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni dwar il-ġabra ta' l-informazzjoni, l-ispezzjoni tar-rampa u l-iskambju ta' l-informazzjoni. |
(35) |
Dan ir-Regolament ser japplika għal kwalunkwe qasam ieħor relatat mas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili a bażi ta' proposta futura skond it-Trattat. |
(36) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri xierqa biex jassiguraw kemm il-protezzjoni meħtieġa ta' data sensittiva ta' sikurezza u biex lill-pubbliku jiġi pprovdut b'informazzjoni adegwata li tappartjeni għall-livell ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni ambjentali relatata magħha, b'kont meħud tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 8 ) u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandhom jippermettu li jitressaq ilment lill-Ombudsman jew għandhom jippermettu li jkunu soġġetti ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, taħt l-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat KE rispettivament. |
(37) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 9 ). |
(38) |
B'mod partikolari għandu jingħata poter lill-Kummissjoni sabiex tadotta regoli ta' implimentazzjoni għall-airworthiness, il-liċenzjar tal-ekwipaġġ ta' l-ajru u approvazzjonijiet assoċjati, operazzjonijiet ta' l-ajru, inġenji ta' l-ajru użati minn operaturi minn pajjiżi terzi, il-monitoraġġ u l-infurzar, kif ukoll għall-adozzjoni ta' regolament dwar il-miżati u l-ħlasijiet ta' l-Aġenzija. Peress li dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, Inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(39) |
Minħabba raġunijiet ta' effiċjenza, l-iskadenzi normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitqassru għall-adattament tar-rekwiżiti essenzjali għall-protezzjoni ambjentali u għall-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni għall-protezzjoni ambjentali. |
(40) |
Minħabba raġunijiet ta' urġenza jeħtieġ li tiġi applikata l-proċedura b’ urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE sabiex il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għal reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza, kif ukoll dwar approvazzjoni ta' derogi preżentati mill-Istati Membri, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
PRINĊIPJI
Artikolu 1
Ambitu
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
(a) disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, kif ukoll għal persunal u organizzazzjonijiet involuti fl-iddisinjar, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta’ dawn il-prodotti, partijiet u tagħmir;
(b) persunal u organizzazzjonijiet involuti fl-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru;
(ċ) disinn, manutenzjoni, u operazzjoni tal-ajrodromi, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet koinvolti magħhom u, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u dik nazzjonali dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-użu tal-art, is-salvagwardja tal-inħawi;
(d) disinn, produzzjoni, u manutenzjoni tat-tagħmir tal-ajrudromi, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fihom;
(e) disinn, produzzjoni u manutenzjoni ta’ sistemi, u kostitwenti għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ATM/ANS”), kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fihom;
(f) ATM/ANS, kif ukoll persunal u organizzazzjonijiet involuti fihom.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a) prodotti, partijiet, tagħmir, persunal u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) waqt it-twettiq ta’ attivitajiet jew servizzi militari, doganali, ta’ tiftix ta’ salvataġġ, tifi tan-nar, ħarsien tax-xtut jew simili. L-Istati Membri għandhom jintrabtu li jiżguraw illi dawn is-servizzi jikkunsidraw kemm jista’ jkun pratikabbli l-miri ta’ dan ir-Regolament;
(b) ajrudromi jew partijiet minnhom, kif ukoll tagħmir, persunal, u organizzazzjonijiet, imsemmijin fil-paragrafu 1(c) u (d), li huma kkontrollati u operati mill-militar;
(ċ) ATM/ANS, inklużi sistemi, u kostitwenti, persunal u organizzazzjonijiet, imsemmijin fil-paragrafu 1(e) u (f), li huma pprovduti jew isiru disponibbli mill-militar. L-Istati Membri għandom jintrabtu li jiżguraw illi dawn l-inġenji fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu ikunu separati, fejn ikun xieraq, inġenji oħra.
3. L-Istati Membri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jiżguraw li kull faċilità militari miftuħa għal użu pubbliku msemmija fil-paragrafu 2(b) jew is-servizzi mogħtijin mill-persunal militari lill-pubbliku msemmijin fil-paragrafu 2(c), ikunu jagħtu livell ta’ sikurezza li jkun mill-anqas effettiv daqs dak rikjest mir-rekwiżiti essenzjali definiti fl-Annessi Va u Vb.
Artikolu 2
Objettivi
1. L-objettiv prinċipali ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta' sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa.
2. Objettivi addizzjonali huma, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, kif ġej:
(a) li jiġi assigurat livell għoli unformi ta' protezzjoni ambjentali;
(b) li jiġi ffaċilitat moviment liberu ta' merkanzija, persuni u servizzi;
(ċ) li jkun hemm promozzjoni ta' l-effiċjenza meta mqabbla man-nefqa fil-proċessi regolatorji u ta' ċertifikazzjoni u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni fuq il-livell nazzjonali u dak Ewropew;
(d) li l-Istati Membri jiġu assistiti fit-twettieq ta' l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago, billi tiġi pprovduta bażi għall-interpretazzjoni komuni u l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tagħha, u billi jiġi assigurat li d- dispożizzjonijiet tagħha jiġu kkunsidrati kif dovut f'dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-implimentazzjoni tiegħu;
(e) li jiġu promossi l-opinjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw l-istandards u r-regoli tas- sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili fid-dinja kollha billi tiġi stabbilita kooperazzjoni adatta ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;
(f) li jiġu pprovduti l-istess kondizzjonijiet għall-atturi kollha fis-suq intern ta' l-avjazzjoni.
3. Il-mezzi biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu:
(a) il-preparazzjoni, l-adozzjoni u l-applikazzjoni uniformi ta' l-atti kollha meħtieġa;
(b) ir-rikonoxximent, mingħajr ħtiġiet addizzjonali, ta' ċertifikati, liċenzji, approvazzjonijiet jew dokumenti oħra mogħtija lil prodotti, persunal u organizzazzjonijiet skond dan ir-Regolament u r- regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
(ċ) l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni indipendenti (minn hawn aktar "il quddiem “l-Aġenżija”);
(d) l-implimentazzjoni uniformi ta' l-atti kollha meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni u l-Aġenzija fl-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament:
(a) “superviżjoni kontinwa” tfisser li l-kompiti li għandhom isiru sabiex jiġi vverifikat li l-kondizzjonijiet li taħthom inħareġ ċertifikat jibqgħu jiġu sodisfatti fi kwalunkwe ħin tul il-perjodu ta' validità tiegħu, kif ukoll it-teħid ta' kwalunkwe miżura ta' salvagwardja;
(b) “il-Konvenzjoni ta' Chicago” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Annessi tagħha, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944;
(ċ) “prodott” għandha tfisser inġenju ta' l-ajru, magna jew skrun;
(d) “partijiet u tagħmir” għandha tfisser kull strument, tagħmir, mekkaniżmu, parti, apparat, drittijiet, software jew aċċessorju, inkluż tagħmir ta’ komunikazzjoni, li huwa użat jew intiż biex jiġi użat fit-tħaddim jew il-kontroll ta’ inġenju tal-ajru waqt titjira; għandha tinkludi partijiet tal-qafas, il-magna jew l-iskrun, jew tagħmir użat biex jimmanuvra l-inġenju tal-ajru mill-art;
(da) “Kostitwenti ATM/ANS” għandha tfisser kull kostitwent kif definit fl-Artikolu 2, punt (19) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) ( 10 );
(e) “ċertifikazzjoni” tfisser kull forma ta' rikonoxximent li l-prodott, parti jew tagħmir, organizzazzjoni jew persuna jikkonformaw mal-ħtiġiet applikabbli inklużi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-ħruġ ta' ċertifikat rilevanti li jattesta tali konformità;
(f) “entità kwalifikata” tfisser korp li jista' jkun allokat kompitu ta' ċertifikazzjoni speċifiku minn, u taħt il-kontroll u r-responsabbilità ta' l-Aġenzija jew ta' awtorità nazzjonali ta' l-avjazzjoni;
(g) “ċertifikat” tfisser kull approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor maħruġa bħala riżultat taċ-ċertifikazzjoni;
(h) “operatur” għandha tfisser kull persuna ġuridika jew naturali, li topera jew tipproponi li topera inġenju tal-ajru jew aktar, jew ajrudrom jew aktar;
(i) “operazzjoni kummerċjali” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' inġenju ta' l-ajru, bi ħlas jew konsiderazzjoni ta' valur oħra, li tkun disponibbli għall-pubbliku jew, meta ma tkunx disponibbli għall-pubbliku, li tkun mwettqa taħt kuntratt bejn operatur u klijent, fejn dan ta' l-aħħar m'għandu l-ebda kontroll fuq l-operatur;
(j) “inġenju ta' l-ajru mħaddem b'magna kumplessa” tfisser:
(i) ajruplan:
— b'massa tat-tlugħ massima ċċertfikata li tisboq il-5 700 kg jew,
— iċċertifikat għal konfigurazzjoni massima ta' passiġġieri bil-qiegħda ta' aktar minn dsatax jew,
— iċċertifikat biex jopera b'ekwipaġġ minimu ta' mill-inqas 2 bdoti jew,
— mgħammar b'magna(i) turbojet jew iktar minn magna turboprop waħda; jew
(ii) ħelikopter iċċertifikat:
— għal massa tat-tlugħ massima li tisboq it-3 175 kg jew,
— għal konfigurazzjoni massima ta' passiġġieri bil-qiegħda ta' aktar minn disgħa jew,
— biex jopera b'ekwipaġġ minimu ta' mill-inqas żewġ bdoti; jew
(iii) inġenji ta' l-ajru b'sistema tilt rotor;
(k) “apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir” tfisser kwalunkwe tip ta' apparat li fih issir simulazzjoni fl-art tal-kondizzjonijiet tat-titjir; dawn jinkludu simulaturi tat-titjir, apparati ta' taħriġ fit-titjir, trejners għal taħrig fi proċeduri ta' titjir u navigazzjoni għal taħriġ u apparati tat-taħriġ fl-istrumenti bażiċi;
(l) “klassifikazzjoni” tfisser stqarrija mniżżla fuq liċenzja, li tispeċifika l-privileġġi, l-kondizzjonijiet speċjali jew il-limitazzjonijiet li jappartjenu lil tali liċenzja;
(m) “ajrudrom” għandha tfisser kull żona definita (inklużi l-bini, l-istallazzjonijiet, u t-tagħmir) fuq l-art jew l-ilma jew fuq struttura fissa, fissa off-shore jew galleġġanti, intiżi għal użu, sħiħ jew parzjali, għall-inżul, tluq jew moviment fis-superfiċi tal-inġenju tal-ajru;
(n) “tagħmir tal-ajrudrom” għandha tfisser kull tagħmir, apparat, drittijiet, software jew aċċessorju, li huwa użat jew maħsub biex jintuża biex jikkontribwixxi għall-operazzjoni tal-inġenju tal-arju fl-ajrudrom;
(p) “rampa” għandha tfisser żona definita maħsuba biex takkomoda inġenji tal-ajru għall-iskop tat-tagħbija jew tal-ħatt ta’ passiġġieri, posta jew merkanzija, mili bil-fjuwil, parkeġġ jew manutenzjoni;
(p) “servizz ta’ ġestjoni tar-rampa” għandha tfisser servizz ipprovdut sabiex jiġu ġestiti l-attivitajiet u l-moviment ta’ inġenji tal-ajru u vetturi fuq rampa;
(q) “ATM/ANS” għandha tfisser il-funzjonijiet tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament u servizzi li jikkonsistu fl-oriġinazzjoni u l-ipproċessar tad-data u l-ifformattjar u t-twassil ta’ data lit-traffiku ġenerali tal-ajru għall-għanijiet tan-navigazzjoni tal-ajru kritika għas-sikurezza;
(r) “sistema ATM/ANS” għandha tfisser kull tagħqida ta’ tagħmir marbut mas-sikurezza u sistemi kif definiti fl-Artikolu 2(39) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004;
(s) “servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjira” għandha tfisser servizz ipprovdut biex jagħti pariri u tagħrif għat-tmexxija sikura u effiċjenti tat-titjiriet.
KAPITOLU II
ĦTIĠIET SOSTANTIVI
Artikolu 4
Prinċipji bażiċi u applikabilità
1. Inġenji ta' l-ajru, inkluż kull prodott, parti jew tagħmir installat, li huma:
(a) ddisinjati jew iffabbrikati minn organizzazzjoni li għaliha Aġenzija jew Stat Membru jiżgura superviżjoni ta' sikurezza; jew
(b) irreġistrati fi Stat Membru, diment li s-superviżjoni ta' sikurezza regolatorja tagħhom ma tkunx ġiet iddelegata lil pajjiż terz u m'humiex użati minn operatur tal-Komunità; jew
(ċ) irreġistrati f'pajjiż terz u użati minn operatur li s-superviżjoni ta' l-operazzjonijiet tiegħu jiżguraha kwlaunkwe Stat Membru jew użati lejn il-Komunità, fiha jew "l barra minnha minn operatur stabbilit jew residenti fil-Komunità; jew
(d) irreġistrati f'pajjiż terz, jew irreġistrati fi Stat Membru li jkun iddelega s-superviżjoni regolatorja tas-sikurezza tagħhom lil pajjiż terz, u użati minn operatur minn pajjiż terz lejn il-Komunità, fiha jew "l barra minnha
għandhom ikunu konformi ma' dan ir-Regolament.
2. Il-persunal involut fit-tħaddim ta' inġenji ta' l-ajru msemmijin fil-paragrafu 1(b), (ċ) jew (d) għandu jkun konformi ma' dan ir-Regolament.
3. Tħaddim ta' inġenji ta' l-ajru msemmija fil-paragrafu 1 (b), (ċ) jew (d) għandhom ikunu konformi ma' dan ir-Regolament.
3a. L-ajrudromi, inkluż it-tagħmir, li qegħdin fit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, miftuħin għal użu pubbliku u li jistgħu jservu t-trasport kummerċjali bl-ajru u fejn l-operazzjonijiet jużaw l-approċċ tal-istrument jew hemm provdut għall-proċeduri tat-tluq, u
(a) għandhom ranwej miksija ta’ 800 metru jew aktar; jew
(b) jaqdu b’mod esklussiv l-elikotteri,
għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. Il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fl-operazzjoni ta’ dawn l-ajrudromi għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
3b. Bħala deroga mill-paragrafu 3a, l-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ajrudrom li:
— jittratta mhux aktar minn 10 000 passiġġier fis-sena, u
— jittratta mhux aktar minn 850 moviment marbut mal-operazzjonijiet tal-merkanzija fis-sena.
Jekk tali eżenzjoni minn Stat Membru ma tkunx konformi mal-objettivi tas-sikurezza ġenerali ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe regola oħra tad-Dritt Komunitarju, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont il-proċedura ta’ salvagwardja msemmija fl-Artikolu 65(7) biex ma tippermettix l-eżenzjoni in kwistjoni. F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrevoka l-eżenzjoni.
3c. L-ATM/ANS ipprovduti fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li japplika għalih it-Trattat, flimkien ma’ spazju tal-ajru ieħor fejn l-Istati Membri japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) ( 11 ) skont it-termini tal-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. Sistemi u kostitwenti, persunal u organizzazzjonijiet involuti fl-għoti ta’ dawn l-ATM/ANS għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
4. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Anness II.
5. Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għall-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Anness II, bl-eċċezzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fil-punti (a)(ii), (d) u (h) tiegħu meta użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru.
6. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-drittijiet ta' pajjiżi terzi kif speċifikat f'konvenzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 5
Airworthiness
1. L-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(a), (b) u (ċ) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali għall-airworthiness stabbiliti fl-Anness I.
2. Il-konformità ta' inġenji ta' l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b), u tal-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir immuntat fuqhom għandhom jiġu stabbiliti skond dan li ġej:
(a) Il-prodotti għandu jkollhom ċertifikat tat-tip. Iċ-ċertifkat tat-tip, u ċ-ċertifikazzjoni tal-bidliet għal dak iċ-ċertifikat tat-tip, inklużi ċertifikati tat-tip supplimentali, għandhom jinħarġu meta l-applikant ikun wera li l-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikat tat-tip kif speċifikat fl-Artikolu 20, stabbilit sabiex tiġi assigurata konformità mal-ħtiġiet essenzjali msemmijin fil-paragrafu 1, u meta ma jkollu l-ebda fattur jew karatteristika li jagħmluh perikoluż għall-operazzjoni. Iċ-ċertifikat tat-tip għandu jkopri l-prodott, inklużi l-partijiet u t-tagħmir kollu armati fuqu.
(b) il-miżuri msemmija fil-paragrafu 5 jistgħu jistipulaw rekwiżit ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-partijiet u t-tagħmir. Iċ-ċertifikati għall-partijiet u t-tagħmir għandhom jinħarġu meta l-applikant ikun wera li l-partijiet u t-tagħmir jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati dwar jekk l-inġenju hux tajjeb għat-tajran, li huma stabbiliti sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fil-paragrafu 1;
(ċ) l-inġenji tal-ajru m’għandhomx jiġu operati, sakemm ma jkollhomx ċertifikat li jikkonferma li huma tajbin biex itiru. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-disinn tat-tip approvat fiċ-ċertifikat tat-tip tiegħu u li d-dokumentazzjoni, l-ispezzjonijiet u t-testijiet rilevanti juru illi l-inġenju tal-ajru huwa f’kundizzjoni għal operazzjoni sikura. Dan iċ-ċertifikat li juri li l-inġenju tal-ajru huwa tajjeb għat-tajran għandu jibqa’ validu sakemm ma jiġix sospiż, revokat jew terminat, u sakemm l-inġenju tal-ajru jinżamm skont ir-rekwiżiti essenzjali relatati mal-kundizzjoni tajba għat-tajran kontinwa stabbilita fil-punt 1.d tal-Anness I u r-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5;
(d) Organizzazzjonijiet responsabbli mill-manutenzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir għandhom juru l-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom. Sakemm mhux aċċettat xort’oħra dawn il-kapaċitajiet u l-mezzi għandhom jiġu rikonuxxuti permezz tal-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni. Il-privileġġi konċessi lill-organizzazzjoni approvata u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-approvazzjoni għandhom jiġu speċifikati fit-termini ta' l-approvazzjoni.
(e) Organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn u l-manifattura ta' prodotti, partijiet u tagħmir għandhom juru l-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jaqdu r-responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Sakemm mhux aċċettat xort"oħra dawn il-kapaċitajiet u l-mezzi għandhom jiġu rikonuxxuti permezz tal-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni. Il-privileġġi konċessi lill-organizzazzjoni approvata u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-approvazzjoni għandhom jiġu speċifikati fit-termini ta' l-approvazzjoni.
Barra minn hekk:
(f) Persunal responsabbli mir-rilaxx ta' prodotti, parti jew tagħmir wara l-manutenzjonijistgħu jkunu meħtieġa jkollhom ċertifikat adatt (“ċertifikat ta' l-impjegati”).
(g) Il-kapaċità ta' organizzazzjonijiet għat-taħriġ ta' manutenzjoni li jerfgħu r-responsabbilitajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom f'relazzjoni mal-ħruġ ta'ċertifikati msemmija fil-punt (f) tista' tiġi rikonoxxuta bil-ħruġ ta' approvazzjoni.
3. L-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(a) u l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir mmuntati fuqhom għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 2(a), (b) u (e) ta' dan l-Artikolu.
4. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2:
(a) permess għat-titjir jista' jinħareġ meta jintwera li l-inġenju ta' l-ajru kapaċi jwettaq titjira bażika mingħajr periklu. Għandu jinħareġ bil-limitazzjonijiet adatti, b'mod partikulari sabiex tiġi protetta s-sikurezza tal-partijiet terzi;
(b) ċertifikat ristrett ta' airworthiness jista' jinħareġ lil inġenju ta' l-ajru li għalih ma nħariġx ċertifikat tat-tip skond il-paragrafu 2(a). F'dan il-każ, l-inġenju ta' l-ajru għandu jiġi muri li jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' airworthiness u mad-devjazzjonijiet mill-ħtiġiet essenzjali msemmijin fil-pargrafu I għandhom madanakollu jiżguraw sikurezza adegwata fir-rigward ta' l-iskop. Inġenji ta' l-ajru eleġibbli għal dawn iċ-ċertifkati ristretti, u l-limitazzjonijiet fuq l-użu għal dawn l-inġenji ta' l-ajru għandhom jiġu definiti skond il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 5;
(ċ) meta n-numru ta' inġenji ta' l-ajru ta' l-istess tip eleġibbli għal ċertifikat ristrett ta' airworthiness jiġġustifika dan, ċertifkat ristrett tat-tip jista' jinħareġ u bażi adatta ta'ċertifikazzjoni tat-tip għandha tiġi stabbilita.
5. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan l-Artikolu, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(4). Dawk il-miżuri għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
(a) il-kondizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita u notifikata lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott;
(b) il-kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta' airworthiness applikabbli għall-partijiet u t-tagħmir;
(ċ) il-kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' airworthiness applikabbli għal inġenji ta' l-ajru eliġibbli għal ċertifikat ristrett ta' airworthiness;
(d) il-kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati reġ u tiġi mxerrda informazzjoni obbligatorja sabiex tiġi assigurata l-airworthiness kontinwa ta' prodotti;
(e) kondizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew revokati ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip ristretti, approvazzjonijiet għal bidliet għal ċertifikati tat-tip, ċertifikati ristretti ta' airworthiness, permessi għal titjir u ċertifikati għal prodotti, partijiet jew apparati inklużi:
(i) il-kondizzjonijiet dwar id-durata ta' dawn iċ-ċertifikati, u l-kondizzjonijiet sabiex jiġġeddu ċertifikati meta tiġi ffissata durata limitata;
(ii) restrizzjonijiet applikabbli għall-ħruġ ta' permessi għal titjir. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jikkonċernaw b'mod partikolari dan li ġej:
— l-iskop tat-tijira,
— l-ispazju ta' l-arju wżat għat-titjira,
— il-kwalifika ta' l-ekwipaġġ tat-titjira,
— it-trasport ta' persuni barra mill-ekwipaġġ tat-titjira;
(iii) inġenji ta' l-ajru eliġibbli għal ċertifikati ristretti ta' airworthiness, u restrizzjonijiet assoċjati;
(iv) is-sillabu minimu għat-taħriġ ta' persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni dwar il-klassifikazzjoni tat-tip biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafu (2)(f);
(v) is-sillabu minimu għall-klassifikazzjoni tat-tip ta' bdoti u l-kwalifikazzjoni ta' simulaturi assoċjati biex tkun żgurata l-konformità ma' l-Artikolu 7;
(vi) il-lista tat-tagħmir master minimu kif xieraq u l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali ta' airworthiness għal kull tip ta' operazzjoni biex tkun żgurata l-konformità ma' l-Artikolu 8;
(f) il-kondizzjonijiet biex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni meħtieġa skond il-pargrafu 2(d),(e) u (g) l-kondizzjoniiet li taħthom dawn l-approvazzjonijiet m'hemmx għalfejn jintalbu;
(g) il-kondizzjonijiet biex jinħargu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati ċertifikati tal-persunal meħtieġa skond il-paragrafu 2(f);
(h) responsabbiltajiet ta' detenturi taċ-ċertifikati;
(i) kif inġenji ta' l-ajru msemmijin fil-paragrafu 1 li mhumiex koperti bil-paragrafu 2 jew 4 għandhom juru konformità mal-ħtiġiet essenzjali;
(j) kif l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(ċ) għandhom juru konformità mal-ħtiġiet essenzjali.
6. Meta jiġu adottati l-miżuri msemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tieħu kura speċifika li dawn:
(a) jirriflettu l-istat ta' l-arti u l-aħjar prattiki fil-qasam ta' l-airworthiness;
(b) jieħdu kont ta' l-esperjenza dinjija ta' l-inġenji ta' l-ajru fis-servizz, u tal-progress xjentifiku u tekniku;
(ċ) jippermettu reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta' aċċidenti u inċidenti serji;
(d) ma jimponux fuq l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(ċ) ħtiġiet li jkunu inkompatibbli ma' l-obbligi ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili ta' l-Istati Membri.
Artikolu 6
Ħtiġiet essenzjali għall-protezzjoni ambjentali
1. Il-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent li jinsabu fl-Emenda 11-B tal-Volum I u fl-Emenda 8 tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, kif applikabbli fl-1 ta' Jannar 2015, ħlief għall-Appendiċijiet tal-Anness 16.
2. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jiġu konformi ma' emendi sussegwenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u l-Annessi tagħha, li jidħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u li jsiru applikabbli fl-Istati Membri kollha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 65(5), kemm-il darba dawn l-addattamenti ma jwessgħux il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
3. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, billi jissuplimentawhom bl-użu kif meħtieġ tal-kontenut ta' l-Appendiċi msemmijin fil-paragrafu 1, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(5).
Artikolu 7
Bdoti
1. Bdoti involuti fit-tħaddim ta' inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(b) u (ċ), kif ukoll apparat ta' taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir, persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-kontroll jew il-valutazzjoni medika ta' dawn il-bdoti, għandhom jikkonformaw mal-“ħtiġiet essenzjali” rilevanti mniżżlin fl-Anness III.
2. Ħlief meta jkun f'taħriġ, persuna tista' taġixxi bħala bdot biss jekk ikollha liċenzja u ċertifikat mediku xierqa għall-operazzjoni li jkollha titwettaq.
Persuna għandha tinħarġilha liċenzja biss meta tkun konformi mar-regoli stabbiliti biex tkun żgurata l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali dwar l-għarfien teoretiku, il-ħiliet prattiċi, u l-profiċjenza fil-lingwa u l-esperjenza kif stabbilita fl-Anness III.
Persuna għandu jinħarġilha ċertifikat mediku biss jekk tkun konformi mar-regoli stabbiliti biex ikun żgurat li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali dwar is-saħħa medika kif stabbilit fl-Anness III. Dan iċ-ċertifikat mediku jista' jinħareġ minn eżaminaturi aero mediċi jew minn ċentri aero mediċi.
Minkejja t-tielet subparagrafu, fil-każ ta' liċenzja ta' bdot ta' rikreazzjoni tabib ġeneralista, li għandu għarfien dettaljat biżżejjed tal-passat mediku ta' l-applikant, jista", jekk il-liġi nazzjonali tippermetti dan, jista' jaġixxi bħala eżaminatur aero mediku, skond ir-regoli ta' implimentazzjoni dettaljati adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3); dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jiżguraw li l-livelli ta' sikurezza huma miżmuma.
Il-privileġġi mogħtija lill-bdot u l-kamp ta' applikazzjoni tal-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku għandhom ikunu speċifikati f'tali liċenzja u f'tali ċertifikat.
Il-ħtiġiet tat-tieni u t-tielet subparagrafi jistgħu jiġu sodisfatti bl-aċċettazzjoni ta' liċenzji u ċertifikati mediċi maħruġin minn jew f'isem pajjiż terz għal dak li jikkonċerna bdoti involuti fit-tħaddim ta' inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(ċ).
3. Il-kapaċità ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ tal-bdoti u ta' ċentri aero mediċi li jaqdu r-responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzji u ta' ċertifikati mediċi għandha tkun rikonoxxuta bil-ħruġ ta' approvazzjoni.
Organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-bdoti jew ta' ċentri aeromediċi għandu tinħarġilhom approvazzjoni meta jikkonformaw mar-regoli stabbiliti biex tkun żgurata l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali rilevanti kif imniżżlin fl-Anness III.
Il-privileġġi mogħtija mill-approvazzjonijiet għandhom ikunu speċifikati fihom.
4. Ikun meħtieġ ċertifikat fir-rigward ta’ kull mezz għat-taħriġ b’simulazzjoni ta’ titjira użat għat-taħriġ tal-bdoti. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta l-applikant ikun wera li l-mezz jikkonforma mar-regoli stabbiliti sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali kif stabbiliti fl-Anness III.
5. Persuni responsabbli biex jipprovdu taħriġ tat-titjir jew taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir jew biex jivvalutaw il-ħiliet tal-bdot, u eżaminaturi aero mediċi għandu jkollhom ċertifikat adatt. Tali ċertifikat għandu jinħareġ meta jintwera li l-persuna kkonċernata tikkonforma mar-regoli stabbiliti biex tkun żgurata l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali rilevanti kif imniżżlin fl-Anness III.
Il-privileġġi mogħtija miċ-ċertifikat għandhom ikunu speċifikati fih.
6. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan l-Artikolu, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(4). Dawk il-miżuri għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
(a) il-klassifikazzjonijiet differenti ta' liċenzji tal-bdoti u ċ-ċertifikati mediċi adegwati għat-tipi differenti ta' attivitajiet li jkunu jiżvolġu;
(b) il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' liċenzji, il-klassifikazzjonijiet għal-liċenzji, ċertifikati mediċi, approvazzjonijiet u ċertifikati msemmijin fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5, u l-kondizzjonijiet taħt liema tali ċertifikati u approvazzjonijiet m'hemmx għalfejn jiġu mitluba;
(ċ) il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta' liċenzji, il-klassifikazzjonijiet tal-liċenzji, iċ-ċertifikati mediċi, l-approvazzjonijiet u ċertifikati msemmijin fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5;
(d) il-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta' liċenzji nazzjonali ta' bdoti eżistenti u ta' liċenzji nazzjonali ta' inġiniera ta' abbord f'liċenzji ta' bdoti kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta' ċertifikati mediċi nazzjonali f'ċertifikati mediċi rikonoxxuti b'mod komuni;
(e) mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' ftehim bilaterali konklużi skond l-Artikolu 12, il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' liċenzji ta' pajjiżi terzi;
(f) kif il-bdoti ta' inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Anness II punti (a)(ii), (d) u (f), meta użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali rilevanti ta' l-Anness III.
7. Fl-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika li dawn jirriflettu l-aktar għerf modern, inklużi l-aħjar prassi u l-progress xjentifiku u tekniku, fil-qasam tat-taħriġ tal-bdoti.
Tali miżuri għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet għall-ħruġ tat-tipi kollha ta' liċenzji ta' bdoti u ta' klassifikazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago, u ta' liċenzja ta' bdot għal titjir rikreattiv fejn huma koperti wkoll attivitajiet mhux kummerċjali li jinvolvu inġenji ta' l-ajru b'massa tat-tlugħ massima ċċertfikata ta' 2 000 kg jew anqas u li ma jissodisfaw l-ebda waħda mill-kriterji msemmijin fl-Artikolu 3(j).
Artikolu 8
Operazzjonijiet ta' l-ajru
1. L-operat ta’ inġenju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali kif stabbiliti fl-Anness IV u, jekk applikabbli, fl-Anness Vb.
2. Ħlief jekk iddeterminat mod ieħor fir-regoli ta' implimentazzjoni, operaturi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali għandhom juru l-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jerfgħu r-responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawn il-kapaċitajiet u l-mezzi għandhom jiġu rikonoxxuti bil-ħruġ ta' ċertifikat. Il-privileġġi mogħtija lill-operatur u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-operazzjonijiet għandhom ikunu speċifikati fiċ-ċertifikat.
3. Ħlief jekk iddeterminat mod ieħor fir-regoli ta' implimentazzjoni, operaturi involuti f'operazzjoni mhux kummerċjali ta' inġenji ta' l-ajru mħaddma b'magna kumplessa għandhom jiddikjaraw il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jattwaw ir-responsabbiltajiet marbuta ma' l-operazzjoni ta' dawk l-inġenji ta' l-ajru.
4. L-ekwipaġġ tal-kabina involut fit-tħaddim ta' l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(b) u (ċ) għandu jikkonforma mal-ħtiġiet essenzjali mniżżlin fl-Anness IV. Dawk involuti f'operazzjonijiet kummerċjali għandu jkollhom attestazzjoni kif inizjalment deskritta fl-Anness III, Subparti O, punt (d) ta' l-OPS 1.1005 kif imniżżla fir-Regolament Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ( 12 ); fid-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru, tali attestazzjoni tista' tinħareġ minn operaturi jew organizzazzjonijiet tat-taħriġ approvati.
5. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan l-Artikolu, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(4). Dawk il-miżuri għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
(a) kundizzjonijiet għall-operat ta’ inġenju tal-ajru skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV u, jekk applikabbli, fl-Anness Vb;
(b) il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 2 u l-kondizzjonijiet taħt liema ċertifikat għandu jiġi sostitwit b'dikjarazzjoni tal-ħila u l-mezzi ta' l-operatur li jerfa" r-responsabbiltajiet marbuta ma' l-operat ta' l-inġenju ta' l-ajru;
(ċ) il-privileġġi u r-responabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati;
(d) il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn, u għas-superviżjoni ta', l-operaturi msemmijin fil-paragrafu 3 u l-kondizzjonijiet taħt liema dikjarazzjoni għandha tiġi sostitwita b'dimostrazzjoni tal-ħila u l-mezzi għat-twettiq tar-responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi ta' l-operatur rikonoxxuti bil-ħruġ ta' ċertifikat;
(e) il-kundizzjonijiet ta' ħruġ, żamma, emenda, limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta' l-attestazzjoni ta' l-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fil-paragrafu 4;
(f) il-kondizzjonijiet li taħthom operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;
(g) kif l-operat ta’ inġenju tal-ajru msemmi fil-punt (a)(ii) u l-punti (d) u (h) tal-Anness II, meta użati għat-trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru, jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali kif stabbiliti fl-Anness IV u, jekk applikabbli, fl-Anness Vb.
6. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 5 għandhom:
— jirriflettu l-aqwa u l-aktar prassi moderni fil-qasam ta' operazzjonijiet ta' l-ajru,
— jiddefinixxu tipi ta' operazzjonijiet u jippermettu ħtiġijiet relatati u dimostrazzjonijiet ta' konformità proporzjonati mal-kumplessità ta' operazzjonijiet u r-riskji involuti,
— jieħdu kont ta' l-esperjenza dinjija ta' l-inġenji ta' l-ajru fis-servizz, u tal-progress xjentifiku u tekniku,
— rigward it-trasport kummerċjali bl-arju, u mingħajr preġudizzju għall-inċiż preċedenti, jiġu żviluppati inizjalment abbażi tal-ħtiġiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi speċifikati fl-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91,
— ikunu bbażati fuq valutazzjoni ta' riskju u għandhom ikunu proporzjonati għall-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-operazzjoni,
— jippermettu reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta' aċċidenti u inċidenti serji,
— ma jimponux fuq l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1) (ċ) ħtiġiet li jkunu inkompatibbli ma' l-obbligi ta' l-ICAO ta' l-Istati Membri,
— jitqiesu l-aspetti tas-sikurezza relatati mal-ATM/ANS applikabbli.
Artikolu 8a
Ajrudromi
1. L-ajrudromi u t-tagħmir tal-ajrudromi kif ukoll l-operat tal-ajrudromi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness Va u, jekk ikun japplika, fl-Anness Vb.
2. Il-konformità tal-ajrudromi, it-tagħmir tal-ajrudromi u l-operat tal-ajrudromi mar-rekwiżiti essenzjali għandha tiġi stabbilita skont li ġej:
(a) ċertifikat ikun meħtieġ fir-rigward ta’ kull ajrudrom. Iċ-ċertifikat, u ċ-ċertifikazzjoni tal-bidliet għal dak iċ-ċertifikat għandhom jinħarġu meta l-applikant ikun wera li l-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom stipulata fil-punt (b), u li l-ajrudrom m’għandu l-ebda fattur jew karatteristika li jagħmluh perikoluż għall-operazzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jkopri l-ajrudrom, l-operat tiegħu u t-tagħmir tiegħu marbut mas-sikurezza.
(b) il-bażi taċ-ċertifikazzjoni għal ajrudrom għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
(i) l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni relatati mat-tip ta’ ajrudromi;
(ii) id-dispożizzjonijiet li għalihom ġie aċċettat livell ekwivalenti ta’ sikurezza; u
(iii) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali meħtieġa meta l-karatteristiċi tad-disinn ta’ ajrudrom partikolari jew l-esperjenza fl-operazzjoni jrendu kwalunkwe mill-ispeċifikazzjonijiet msemmija fil-punt (i) inadegwata jew mhux xierqa sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali stipulati fl-Anness Va;
(ċ) il-miżuri msemmija fil-paragrafu 5 jistgħu jistipulaw rekwiżit ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tat-tagħmir kritiku għas-sikurezza tal-ajrudromi. Iċ-ċertifikat għal dan it-tagħmir għandu jinħareġ meta l-applikant ikun wera li t-tagħmir jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fil-paragrafu 1;
(d) organizzazzjonijiet responsabbli mill-operat tal-ajrudromi għandhom juru l-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom. Dawn il-kapaċitajiet u l-mezzi għandhom jiġu rikonoxxuti bil-ħruġ ta’ ċertifikat imsemmi fil- punt (a). Jistgħu jkunu rikonoxxuti wkoll permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikat separat jekk l-Istat Membru fejn ikun jinstab l-ajrudrom jiddeċiedi b’dan il-mod. Il-privileġġi mogħtija lill-organizzazzjoni ċertifikata u l-ambitu taċ-ċertifikat, inkluża lista ta’ ajrudromi li se jitħaddmu, għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat;
(e) b’deroga mill-punt (d), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-fornituri tas-servizzi tal-ġestjoni tar-rampa għandhom ikunu jistgħu jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabilitajiet marbuta mas-servizzi pprovduti.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet sabiex l-ajrudromi jkunu ssalvagwardjati minn attivitajiet u żviluppi fl-inħawi tagħhom li jistgħu jikkawżaw riskji inaċċettabbli għall-ajruplani li jużaw l-ajrudrom.
4. L-operaturi tal-ajrudromi għandhom jimmoniterjaw l-attivitajiet u l-iżviluppi li jistgħu jikkawżaw riskji inaċċettabli għall-avjazzjoni fir-rigward tas-sikurezza fl-inħawi tal-ajrudromi u għandhom jieħdu, skont il-kompetenza tagħhom, miżuri ta’ mitigazzjoni kif ikun xieraq.
5. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-ħtiġijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 65(4).
Dawn il-miżuri għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:
(a) il-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita u notifikata lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal ajrudrom;
(b) il-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom;
(ċ) il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati għall-ajrudromi u ċ-ċertifikati għat-tagħmir tal-ajrudromi, inklużi limitazzjonijiet fuq l-operat marbuta mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom;
(d) il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni ta’ ajrudrom skont il-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness Va u, jekk ikun japplika, fl-Anness Vb;
(e) il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 2(d);
(f) ir-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati;
(g) il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u għall-bidla taċ-ċertifikati tal-ajrudromi maħruġa mill-Istati Membri, inklużi l-miżuri li diġà huma awtorizzati mill-Istat Membru konċernat fuq il-bażi ta’ devjazzjonijiet notifikati mill-Anness 14 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;
(h) il-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni li ma jkunux permessi l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3b), inklużi l-kriterji għall-ajrudromi tal-merkanzija, għan-notifika tal-ajrudromi eżentati u għar-reviżjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija;
(i) il-kundizzjonijiet li taħthom operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;
(j) il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex issir id-dikjarazzjoni mill-fornituri tas-servizzi u s-superviżjoni ta’ dawn il-fornituri msemmijin fil-paragrafu 2(e).
6. Il-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom:
(a) jirriflettu l-aħħar żviluppi u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-ajrudromi u jqisu l-Istandards u l-Prattika Rakkomandati applikabbli tal-ICAO;
(b) ikunu proporzjonati għad-daqs, it-traffiku, il-kategorija u l-kumplessità tal-ajrudrom u għan-natura u l-volum tal-operazzjonijiet fih;
(ċ) iqisu l-esperjenza dinjija fl-operat tal-ajrudromi, u tal-progress xjentifiku u tekniku;
(d) jippermettu reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta’ inċidenti u inċidenti serji;
(e) jipprovdu għall-flessibilità meħtieġa għall-konformità skont il-każ.
Artikolu 8b
ATM/ANS
1. Il-forniment ta’ ATM/ANS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness Vb u, safejn ikun possibbli, fl-Anness Va.
2. Il-fornituri tal-ATM/ANS għandu jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta l-fornitur ikun wera l-kapaċità tiegħu u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tal-fornitur. Il-privileġġi mogħtija u l-ambitu tas-servizzi fornuti għandhom ikunu speċifikati fiċ-ċertifikat.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-fornituri tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjira għandhom jitħallew jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mas-servizzi pprovduti.
4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 6 jistgħu jistipulaw rekwiżit għaċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-organizzazzjonijiet impenjati fid-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti kritiċi għas-sikurezza ATM/ANS. Iċ-ċertifikat għal dawn l-organizzazzjonijiet għandu jinħareġ meta jkunu wrew l-kapaċità tagħhom u l-mezzi sabiex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom. Il-privileġġi mogħtija għandhom ikunu speċifikati fiċ-ċertifikat.
5. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 6 jistgħu jistipulaw rekwiżit ta’ ċertifikazzjoni, inkella, ta’ validazzjoni mill-fornitur tal-ATM/ANS, fir-rigward tas-sistemi u l-kostitwenti kritiċi għas-sikurezza tal-ATM/ANS. Iċ-ċertifikati għal dawk is-sistemi u kostitwenti għandhom jinħarġu, jew il-validazzjoni għandha tingħata, meta l-applikant ikun wera li s-sistemi u l-kostitwenti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fil-paragrafu 1.
6. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament 549/2004.
Dawn il-miżuri għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:
(a) il-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ ATM/ANS skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness Vb, u, jekk ikun japplika, fl-Anness Va;
(b) il-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għas-sistemi u l-kostitwenti tal-ATM/ANS;
(ċ) il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati imsemmija fil-paragrafu 2 u 4;
(d) ir-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati;
(e) il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex il-fornituri tas-servizzi jwettqu d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll għas-superviżjoni ta’ dawn il-fornituri;
(f) il-kundizzjonijiet li taħthom operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza.
7. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 6 għandhom:
(a) jirriflettu l-aħħar żviluppi u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-ATM/ANS;
(b) ikunu proporzjonati għad-daqs u l-kumplessità tas-servizzi pprovduti;
(ċ) iqisu l-esperjenza dinjija fl-ATM/ANS, u tal-progress xjentifiku u tekniku;
(d) jiġu żviluppati billi jintużaw kemm jista’ jkun id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) ( 13 ), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ interoperabilità) ( 14 ), u jipprovdu għal mekkaniżmi tranżitorji sabiex tkun żgurata l-kontinwità ta’ ċertifikati diġà mogħtija skont dawk ir-Regolamenti; għall-bidu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza ta’ dawk ir-Regolamenti u, fejn ikun xieraq, fil-każ ta’ emendi fil-ġejjieni, iqisu l-aħħar progress xjentifiku u tekniku;
(e) jippermettu reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta’ inċidenti u inċidenti serji.
Artikolu 8c
Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
1. Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kif ukoll persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness Vb.
2. Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu meħtieġa jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku xieraq għas-servizz ipprovdut.
3. Il-liċenzja msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħareġ biss meta l-applikant għal-liċenzja juri li jikkonforma mar-regoli stabbiliti sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali dwar ir-rekwiżiti fir-rigward tal-għarfien teoretiku, il-ħila prattika, il-ħila fl-ilsna u l-esperjenza kif stipulati fl-Anness Vb.
4. Iċ-ċertifikat mediku msemmi fil-paragrafu 2 għandu jinħareġ meta l-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jikkonforma mar-regoli stabbiliti sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-kundizzjoni medika xierqa kif stipulat fl-Anness Vb. Iċ-ċertifikat mediku jista’ jinħareġ minn eżaminaturi ajrumediċi jew ċentri ajrumediċi.
5. Il-privileġġi mogħtija lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru u l-ambitu tal-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku għandhom jiġu speċifikati f’tali liċenzja u ċeritifikat.
6. Il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet għat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, tal-eżaminaturi aeromediċi u taċ-ċentri aeromediċi li jwettqu r-responsabbilitajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom f’relazzjoni mal-ħruġ ta’ liċenzji u ta’ ċertifikati mediċi għandha tiġi rikonoxxuta bil-ħruġ ta’ ċertifikat.
7. Għandu jinħareġ ċertifikat lill-organizzazzjonijiet tat-taħriġ, lill-eżaminaturi aeromediċi u liċ-ċentri aeromediċi għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li jkunu wrew li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kif stabbiliti fl-Anness Vb. Il-privileġġi mogħtija miċ-ċertifikat għandhom jiġu speċifikati fiha.
8. Il-persuni responsabbli għall-għoti ta’ taħriġ prattiku jew għall-evalwazzjoni tal-ħila ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jkollhom ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta l-persuna kkonċernata tkun uriet li tikkonforma mar-regoli stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kif stabbiliti fl-Anness Vb. Il-privileġġi mogħtija miċ-ċertifikat għandhom jiġu speċifikati fih.
9. Tagħmir għat-taħriġ sintetiku għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness Vb.
10. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan l-Artikolu billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 65(4).
Dawk il-miżuri għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:
(a) l-ikklassifikar u l-approvazzjonijiet differenti għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;
(b) il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ liċenzji, klassifiki u approvazzjonijiet għal liċenzji, ċertifikati mediċi, approvazzjonijiet u ċertifikati, u l-kundizzjonijiet li taħthom dawn iċ-ċertifikati u approvazzjonijiet m’għandhomx bżonn jiġu mitluba filwaqt li jkunu previsti mekkaniżmi tranżizzjonali sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-approvazzjonijiet u taċ-ċertifikati li diġà ngħataw;
(ċ) il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet għal-liċenzji, ċertifikati mediċi, approvazzjonijiet u ċertifikati;
(d) il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u għall-bidla tal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u għall-bidla taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali f’ċertifikati mediċi rikonoxxuti komunement.
11. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 10 għandhom jirriflettu l-aħħar progress, inklużi l-aħjar prassi u l-progress xjentifiku u tekniku, fil-qasam tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. Fil-bidu għandhom ikunu żviluppati abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar liċenzja Komunitarja għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru ( 15 )
Artikolu 9
Inġenji ta' l-ajru użati minn operatur ta' pajjiż terz lejn il-Komunità fiha jew "il barra minnha
1. Inġenji tal-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(d), kif ukoll l-ekwipaġġ tagħhom u l-operazzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu konformi mal-istandards ICAO applikabbli. Sa fejn m’hemmx tali standards, dawn l-inġenji tal-ajru u t-tħaddim tagħhom għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I, III, IV u, jekk ikun japplika, fl-Anness Vb, sakemm dawn il-ħtiġiet ma jmorrux kontra d-drittijiet ta’ pajjiżi terzi skont konvenzjonijiet internazzjonali.
2. Operaturi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali li jkunu qed jużaw l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom l-kapaċità u l-mezzi tagħhom biex jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifikati fil-paragrafu 1.
Il-ħtieġa msemmija fl-ewwel sub-paragrafu tista' tiġi sodisfatta permezz ta' l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati maħruġin minn jew f'isem pajjiż terz.
Il-kapaċitajiet u l-mezzi msemmija fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jiġu rikonoxxuti bil-ħruġ ta' awtorizzazzjoni. Il-privileġġi mogħtija lill-operatur u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-operazzjonijiet għandhom ikunu speċifikati f'dik l-awtorizzazzjoni.
3. Operaturi involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali ta' inġenji ta' l-ajru mħaddma b'magna kumplessa li jkunu qed jużaw l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu meħtieġa jiddikjaraw il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jattwaw ir-responsabbiltajiet marbuta mat-tħaddim ta' dawk l-inġenji ta' l-ajru.
4. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan l-Artikolu, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(4). Dawk il-miżuri għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
(a) kif l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(d), jew l-ekwipaġġ, li m'għandhomx ċertifikat ICAO standard ta' airworthiness jew liċenzja, jistgħu jiġu awtorizzati joperaw lejn il-Komunità, fiha jew "il barra minnha;
(b) dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1;
(ċ) il-kondizzjonijiet ta' ħruġ, żamma, emenda, limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-operatur imsemmijin fil-paragrafu 2, b'kont meħud taċ-ċertifikati maħruġin mill-istat tar-reġistru jew mill-istat ta' l-operatur, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
(d) il-privileġġi u r-responabbiltajiet tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet;
(e) il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn, u għas-superviżjoni ta', operaturi msemmijin fil-paragrafu 3;
(f) il-kondizzjonijiet li taħthom operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza skond l-Artikolu 22(1).
5. Fl-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu kura speċifika li:
(a) isir użu, kif inhu xieraq, mill-prattiċi ta' l-ICAO u dokumenti ta' gwida rakkomandati;
(b) l-ebda ħtieġa ma teċċedi dak li hu meħtieġ minn inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(b) u minn operaturi ta' tali inġenji ta' l-ajru;
(ċ) isir użu, fejn hu xieraq, ta' miżuri ta' implimentazzjoni maħruġa skond l-Artikoli 5(5) u 8(5);
(d) il-proċess li permezz tiegħu jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet huwa sempliċi, proporzjonat, kost-effettiv u effiċjenti f'kull każ, li jippermetti li jkun hemm ħtiġiet u wiri ta' konformità proporzjonati għall-kumplessità ta' l-operazzjonijiet u r-riskju involut. Il-proċess għandu jieħu kont, b'mod partikolari, ta':
(i) ir-riżultati tal-Programm ta' Verifika tas-Superviżjonitas-Sikurezza Universali ta' l-ICAO;
(ii) l-informazzjoni minn ramp inspections u r-rekords SAFA; u
(iii) informazzjoni rikonoxxuta oħra dwar aspetti ta' sikurezza fir-rigward ta' l-operatur ikkonċernat;
(e) jitqiesu l-aspetti tas-sikurezza relatati mal-ATM/ANS.
Artikolu 10
Superviżjoni u infurzar
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli tal-implimentazzjoni tiegħu.
2. Għall-għanijiet ta' implimentazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, minbarra s-superviżjoni tagħhom ta' ċertifikati li nħarġu, iwettqu investigazzjonijiet, inklużi ramp inspections, u għandhom jieħdu kwalunkwe miżura, inkluż iż-żamma fuq l-art ta' inġenji ta' l-ajru, biex jevitaw il-kontinwazzjoni ta' ksur.
3. Għall-għanijiet ta' implimentazzjoni tal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha twettaq investigazzjonijiet skond l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 55.
4. Sabiex jagħmluha iżjed faċli għal awtoritajiet kompetenti li jieħdu azzjoni xierqa ta' infurzar, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar ksur indentifikat.
5. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan l-Artikolu, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(4). Dawk il-miżuri għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
(a) il-kondizzjonijiet għall-ġbir, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni;
(b) il-kondizzjonijiet biex isiru ramp inspections, inklużi dawk sistematiċi;
(ċ) il-kondizzjonijiet għaż-żamma fuq l-art ta' inġenji ta' l-ajru li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 11
Rikonoxximent ta' ċertifikati
1. L-Istati Membri għandhom, mingħajr ħtieġiet jew valutazzjonijiet tekniċi ulterjuri, jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa skond dan ir-Regolament. Meta r-rikonoxximent oriġinali huwa għal skop, jew skopijiet partikolari, kwalunkwe rikonoxximent sussegwenti għandu jkopri biss l-istess skop jew skopijiet.
2. Il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew ta' l-Aġenzija, tista' tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(7) biex tiddeċiedi jekk ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament effettivament jikkonformax ma' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità jew konformità mhux effettiva, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi lill-emittenti taċ-ċertifikat biex jieħu azzjoni korrettiva u miżuri ta' salvagwardja adatti, bħal permezz tal-limitazzjoni jew is-sospensjoni ta' dan iċ-ċertifikat. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal dan iċ-ċertifikat mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri.
3. Meta l-Kummissjoni jkollha evidenza suffiċjenti li azzjoni korrettiva adatta ttieħdet mill-emittenti msemmi fil-paragrafu 2 sabiex jiġi indirizzat il-każ ta' nuqqas ta' konformità jew konformità mhux effettiva u li l-miżuri ta' salvagwardja ma għadhomx aktar meħtieġa, hija għandha tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw mill-ġdid għal dan iċ-ċertifikat. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni lill-Istati Membri.
4. Sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija fl-Artikoli 5(5), 7(6), u 9(4) u sakemm jiskadi kull perjodu tranżizzjonali stipulat b’dawk il-miżuri, u bla ħsara għall-Artikolu 69(4), ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skont dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu abbażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli.
5. Sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(5) u sakemm jiskadi kull perjodu tranżizzjonali stipulat b’dawk il-miżuri, u bla ħsara għall-Artikolu 69(4), ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skont dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli jew fejn applikabbli.
5a. Sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija fl-Artikoli 8a(5) u 8c(10) u sakemm jiskadi kull perjodu tranżizzjonali stipulat b’dawk il-miżuri, u bla ħsara għall-Artikolu 69(4), ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skont dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli.
5b. Sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8b(6) u sakemm jiskadi kull perjodu tranżizzjonali stipulat b’dawk il-miżuri, u bla ħsara għall-Artikolu 69(4), ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skont dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli jew fejn applikabbli, fuq il-bażi tar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru ( 16 )
6. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar- Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 12
Aċċettazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' pajjiż terz
1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni fl-Istat Membru jistgħu joħorġu ċertifikati abbażi ta' ċertifikati maħruġin minn awtoritajiet aeronawtiċi ta' pajjiż terzi, kif previst fi ftehim ta' rikonoxximent bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz.
2.
(a) Fl-assenza ta' ftehim konkluż mill-Komunità, Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċertifikati abbażi ta' ċertifikazzjonijiet maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz b'applikazzjoni ta' ftehim konkluż minn dak l-Istat Membru mal-pajjjiż terz in kwistjoni qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet relatati ta' dan ir-Regolament u notifikat lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-Aġenzija tista' wkoll toħroġ dawn iċ-ċertifikati f'isem l-Istat Membru fl-applikazzjoni ta' ftehim konkluż bejn wieħed mill-Istati Membri mal-pajjiż terz in kwistjoni.
(b) Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li:
— id-dispożizzjonijiet ta' ftehim bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jipprevedux għal livell ta' sigurtr ekwivalenti għal dak speċifikat minn dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, u/jew
— tali ftehim jagħmel diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri mingħajr ma jitressqu raġunijiet ta' sikurezza jew huwa kuntrarju għall-politika barranija tal-Komunità fir-rigward ta' pajjiż terz,
tista", skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 65(2) teħtieġ lill-Istat Membru kkonċernat li jimmodifika l-ftehim jew jissospendi l-applikazzjoni tiegħu jew jirrinunzja għalih, b'konformità ma' l-Artikolu 307 tat-Trattat.
(ċ) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrinunzjaw ftehim malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' fethim bejn il-Komunità u l-pajjiż terz in kwistjoni, fir-rigward ta' dawk l-oqsma koperti b'dak il-ftehim aħħari.
Artikolu 13
Entitajiet kwalifikati
Fl-allokazzjoni ta' kompitu speċifiku ta' ċertifikazzjoni lil entità kwalifikata, l-Aġenzija jew l-awtorità ta' l-avjazzjoni nazzjonali kkonċernata għandha tiżgura li tali entità tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness V.
L-entitajiet kwalifikati m’għandhomx joħorġu ċertifikati.
Artikolu 14
Dispożizzjonijiet ta' flessibiltà
1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u ta' regoli adottati għall-implimentazzjoni tiegħu m'għandhomx jipprevjenu Stat Membru milli jirreaġixxi immedjatament għal problema ta' sikurezza li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
L-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-miżuri meħuda u r-raġunijiet għalihom.
2.
(a) L-Aġenzija għandha tivvaluta jekk il-problema ta' sikurezza tistax tiġi indirizzata fi ħdan is-setgħat li ngħatawlha skond l-Artikolu 18(d). F'dan il-każ, hi għandha, fi żmien xahar min-notifika skond il-paragrafu 1, tieħu d-deċiżjonijiet adatti.
(b) Jekk l-Aġenzija tikkonkludi li l-problema ta' sikurezza ma tistax tiġi indirizzata skond punt (a), hi għandha, fil-perijodu ta' żmien imsemmi f'dak il-punt, toħroġ rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 18(b), dwar jekk dan ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu għandhomx jiġu emendati u dwar jekk il-miżuri nnotifikati għandhomx jiġu rtirati.
3. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, u dwar jekk livell inadegwat ta' sikurezza jew nuqqas f'dan ir-Regolament jew fir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu jiġġustifikawx li jingħata bidu għall-emendar tagħhom u dwar jekk il-miżuri adottati skond il-paragrafu 1 jistgħux jitkomplew; għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(6). F' tali każ il-miżuri għandhom jiġu implimentati kif xieraq mill-Istati Membri kollha u d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 għandhom japplikaw għal tali miżuri. Jekk jinstab li l-miżuri mhumiex ġustifikati, għandhom jiġu revokati mill-Istat Membru kkonċernat.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġiet sostantivi stabbiliti f'dan ir- Regolament u fir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu fil-każ ta' ċirkostanzi operattivi urġenti mhux previsti jew ħtiġiet operattivi ta' durata limitata, sakemm il-livell ta' sikurezza ma jkunx effetwat b'mod ħażin bihom. L-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe eżenzjoni ta' dan it-tip malli jsiru repetittivi jew meta jingħataw għal perijodi ta' aktar minn xahrejn.
5. L-Aġenzija għandha tivvaluta jekk l-eżenzjonijiet notifikati minn Stat Membru humiex anqas restrittivi mid-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli u, fi żmien xahar min- notifika tagħhom, għandha toħroġ rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 18(b) dwar jekk dawn l-eżenzjonijiet jikkonformawx ma' l-objettiv tas-sikurezza ġenerali ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe regola oħra tal-liġi Komunitarja.
Jekk eżenzjoni ma tkunx konformi ma' l-objettivi tas-sikurezza ġenerali ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe regola oħra tal-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni biex ma tippermettix l-eżenzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(7). F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrevoka l-eżenzjoni.
6. Fejn livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jista' jinkiseb b'mezzi oħrajn, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni.
F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni li bi ħsiebu jagħti tali approvazzjoni, u għandu jagħti r-raġunijiet li juru l-bżonn ta' deroga mir-regola kkonċernata, kif ukoll il-kondizzjonijiet imniżżlin biex jiżguraw li jinkiseb livell ta' protezzjoni ekwivalenti.
7. Fi żmien xahrejn min-notifika skond il-paragrafu 6, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 18(b) dwar jekk approvazzjoni proposta skond il-paragrafu 6 jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu.
Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, u dwar jekk tistax tingħata l-approvazzjoni proposta għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(6) fi żmien xahar minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandhom ikunu intitolati wkoll li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 għandhom japplikaw għall-miżura in kwistjoni
Artikolu 15
Network ta' informazzjoni
1. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali għandhom jiskambjaw kull informazzjoni disponibbli lilhom fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' dan ir- Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. Entitajiet fdati bl-investigazzjoni ta' aċċidenti ċivili, jew bl-analiżi ta' dak li jseħħ, huma intitolati għall-aċċess għal dik l-informazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3), miżuri għad-disseminazzjoni lill-partijiet interessati fuq inizjattiva tagħha ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu. Dawn il-miżuri, li jistgħu jkunu ġeneriċi jew individwali, għandhom ikunu bbażati fuq il-bżonn:
(a) li jipprovdu lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex itejbu s-sikurezza ta' l-avjazzjoni;
(b) li jillimitaw id-disseminazzjoni ta' informazzjoni għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-iskop ta' l-utenti tagħha, sabiex tiġi assigurata kunfidenzjalità adatta ta' dik l-informazzjoni.
3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni għandhom, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw kunfidenzjalità adatta ta' l-informazzjoni riċevuta minnhom skond il-paragrafu 1.
4. Sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf bil-livell ġenerali ta' sikurezza, għandha tiġi ppubblikata annwalment mill-Aġenzija reviżjoni tas-sikurezza. Mid-dħul fis-seħħ tal-mizuri msemmija fl-Artikolu 10(5), din ir-reviżjoni tas-sikurezza għandha tinkludi analiżi ta' l-informazzjoni kollha rċevuta skond l-Artikolu 10. Din l-analiżi għandha tkun sempliċi u faċli biex tinftiehem u għandha tindika jekk hemmx riskji ta' sikurezza akbar. F'din l-analiżi, is-sorsi ta' l-informazzjoni m'għandhomx jiġu żvelati.
Artikolu 16
Protezzjoni tas-sors ta' informazzjoni
1. Meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) tkun ingħatat minn persuna fiżika fuq bażi volontarja lill-Kummissjoni jew l-Aġenzija, is-sors ta' tali informazzjoni m'għandux jiġi żvelat. Meta l-informazzjoni tkun ġiet provduta lil awtorità nazzjonali, is-sors ta' tali informazzjoni għandu jiġi protett skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi kriminali applikabbli, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jibdew proċeduri fir-rigward ta' ksur mhux premeditat jew mingħajr ħsieb tal-liġi li jkun ġie għall-attenzjoni tagħhom biss għaliex kien ġie rrappurtat skond dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Din ir-regola m'għandhiex tapplika f'każi ta' negliġenza serja.
3. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-liġi kriminali, u f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-liġijiet u l-prassi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati li jipprovdu informazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe preġudizzju minn naħa ta' min iħaddihom.
Din ir-regola m'għandhiex tapplika f'każi ta' negliġenza serja.
4. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali marbuta ma'l-aċċess għall-informazzjoni minn awtoritajiet ġudizzjarji.
KAPITOLU III
L-AĠENZIJA EWROPEA TAS-SIKUREZZA TA' L-AVJAZZJONI
TAQSIMA I
Kompiti
Artikolu 17
Stabbiliment u funzjonijiet ta' l-Aġenzija
1. Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjonigħand.
2. Għall-iskopijiet li jiġi assigurat il-funzjonament tajjeb u l-iżvilupp tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija għandha:
(a) twettaq kwalunkwe kompitu u tifformula opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha koperti bl-Artikolu 1(1);
(b) tassisti lill-Kummissjoni billi tipprepara miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta dawn jinkludu regoli tekniċi u b'mod partikolari regoli li jirrelataw mal-kostruzzjoni, t-tfassil u aspetti operattivi, il-Kummissjoni ma tistax tibdel il-kontenut tagħhom mingħajr koordinazzjoni minn qabel ma' l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni bis- sostenn meħtieġ tekniku, xjentifiku, u amministrattiv sabiex twettaq il-kompiti tagħha;
(ċ) tieħu l-miżuri meħtieġa fis-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni Komunitarja oħra;
(d) twettaq spezzjonijiet u investigazzjonijiet kif meħtieġ sabiex tissodisfa l-kompiti tagħha;
(e) fl-oqsma ta' kompetenza tagħha, twettaq, f'isem l-Istati Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom minn konvenzjoniiet internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 18
Miżuri ta' l-Aġenzija
L-Aġenzija għandha, meta jkun il-każ:
(a) tagħti opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni;
(b) toħroġ rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14;
(ċ) toħroġ speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u mezzi aċċettabbli ta’ konformità, kif ukoll kwalunkwe materjal ta’ gwida għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu;
(d) tieħu d-deċiżjonijiet ix-xierqa għall-applikazzjoni tal-Artikoli 20, 21, 22, 22a, 22b, 23, 54 u 55 fosthom l-għoti ta’ eżenzjonijiet lid-detenturi taċ-ċertifikati li tkun ħarġet, mir-rekwiżiti sostantivi stipulati f’dan ir-Regolament u mir-regoli tal-implimentazzjoni tiegħu fil-każ ta’ ċirkustanzi operattivi urġenti li ma jkunux previsti jew ta’ ħtiġijiet operattivi għal żmien limitat, sakemm ma jiġix affettwat il-livell ta’ sikurezza, jingħataw għal perjodu li ma jaqbiżx ix-xahrejn, li jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni u li ma jiġux imġedda;
(e) toħroġ ir-rapporti wara spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni magħmula skond l-Artikoli 24(1) u 54.
Artikolu 19
Opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet u materjal ta' gwida
1. Sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta' proposti għall-prinċipji bażiċi, l-applikabilità u l-ħtiġiet essenzjali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-adozzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni, l-Aġenzija għandha tipprepara abbozzi tagħhom. Dawn l-abbozzi għandhom jiġu sottomessi mill-Aġenzija bħala opinjonijiet lill-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha, skond l-Artikolu 52 u r-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni, tiżviluppa:
(a) speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u mezzi aċċettabbli ta’ konformità; u
(b) materjal ta'gwida;
li għandhom jintużaw fil-proċess ta' ċertifikazzjoni.
Dawn id-dokumenti għandhom jirriflettu l-aqwa u l-aħjar prattika fl-oqsma kkonċernati u għandhom jiġu aġġornati b'kont meħud ta' esperjenza dinjija ta' inġenji ta' l-ajru fis- servizz, u progress xjentifiku u tekniku.
Artikolu 20
Ċertifikazzjoni ta' l-airworthiness u ambjentali
1. Fir-rigward ta' prodotti, partijiet u tagħmir imsemmijin fl-Artikolu 4(1) (a) u (b), l-Aġenzija għandha, meta applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Chicago jew l-Annessi tagħha, twettaq f'isem l-Istati Membri l-funzjonijiet u l-kompiti ta' l-Istat tad- disinn, il-fabbrikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni meta relatati ma' l-approvazzjoni tad-disinn. Għal dak l-iskop, għandha b'mod partikolari:
(a) għal kull prodott li għalih hu mitlub ċertifikat tat-tip jew bidla għal ċertifikat tat-tip, tistabbilixxi u tinnotifika l-bażi taċ-ċertifikat tat-tip. Dik il-bażi ta' ċertifikazzjoni tikkonsisti fil-kodiċi ta' l-airworthiness applikabbli, id-dispożizzjonijiet li għalihom ġie aċċettat livell ekwivalenti ta' sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali meħtieġa meta l-karatteristiċi tad-disinn ta' prodott partikolari jew l-esperjenza in operazzjoni jrendu kwalunkwe dispożizzjoni tal-kodiċi ta' l-airworthiness inadegwata jew mhux adatta sabiex tiġi assigurata l-konformitr ma' ħtiġiet essenzjali;
(b) għal kull prodott li għalih hu mitlub ċertifikat ristrett ta' airworthiness, tistabbilixxi u tinnotifika l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' l-airworthiness;
(ċ) għal kull parti jew tagħmir li għalih hu mitlub ċertifikat, tistabbilixxi u tinnotifika l-speċifikazzjonijiet dettaljati ta' airworthiness;
(d) għal kull prodott li għalih hi meħtieġa ċertifikazzjoni ambjentali skond l-Artikolu 6, tistabbilixxi u tinnotifika l-ħtiġiet ambjentali adatti;
(e) twettaq, hija stess jew permezz ta' awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, investigazzjonijiet assoċjati maċ-ċertifikazzjoni ta'prodotti, partijiet u apparat;
(f) toħroġ iċ-ċertifikati tat-tip adatti jew bidliet assoċjati;
(g) toħroġ ċertifikati għal partijiet u apparat;
(h) toħroġ iċ-ċertifikati ambjentiali adatti;
(i) temenda, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti meta l-kondizzjonijiet li skondhom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti jew jekk il-persuna ġuridika jew fiżika titolari taċ-ċertifikat ma tissodisfax l-obbligi mposti fuqha b'dan ir-Regolament jew bir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
(j) tiżgura l-funzjonijiet kontinwi ta' airworthiness assoċjati mal-prodotti, partijiet u apparati li qegħdin taħt is-superviżjoni tagħha, inkluż li tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema ta' sikurezza u toħroġ u xxerred l-informazzjoni mandatorja applikabbli;
(k) għal inġenji ta' l-ajru li għalihom għandu jinħareġ permess tat-titjir, tistabbilixxi standards ta' airworthiness u proċeduri għal konformità ma' l-Artikolu 5(4)(a);
(l) toħroġ permessi tat-titjir lil inġenji ta' l-ajru għall-iskop ta' ċertifikazzjoni taħt il-kontroll ta' l-Aġenzija, bi qbil ma' l-Istat Membru li fih l-inġenju ta' l-ajru huwa reġistrat jew ser ikun reġistrat.
2. Fir-rigward ta' organizzazzjonijiet, l-Aġenzija għandha:
(a) twettaq, hija stess jew permezz ta' l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, spezzjonijiet u verifiki ta' l-organizzazzjonijiet li hija tiċċertifika;
(b) toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati ta':
(i) organizzazzjonijiet li jiddisinjaw; jew
(ii) organizzazzjonijiet ta' produzzjoni li jinsabu barra t-territorju ta' l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat; jew
(iii) organizzazzjonijiet ta' produzzjoni u manutenzjoni allokati barra t-territorju ta' l-Istati Membri;
(ċ) temenda, tissospendi u tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti ta' l-organizzazzjoni meta l-kondizzjonijiet li skondhom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti, jew jekk l-organizzazzjoni kkonċernata tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha b'dan ir- Regolament jew bir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 21
Ċertifikazzjoni ta' bdoti
1. Fir-rigward tal-persunal u ta' l-organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(1), l-Aġenzija għandha:
(a) twettaq, hija stess jew permezz ta' awtoritajiet ta' l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati, investigazzjonijiet u verifiki ta' l-organizzazzjonijiet li hi tiċċertifika u, fejn ikun rilevanti, tal-persunal tagħhom;
(b) toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ ta' bdoti u ċentri aero-mediċi li jinsabu fit-territorju ta' l-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti, tal-persunal tagħhom;
(ċ) temenda, tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti meta l-kondizzjonijiet li taħthom tkun ħarġitu ma jkunux aktar sodisfatti, jew jekk il-persuna ġuridika jew fiżika li jkollha ċ-ċertifikat tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
2. Fir-rigward ta' tagħmir għat-taħriġ ta' titjir simulat imsemmi fl-Artikolu 7(1), l-Aġenzija għandha:
(a) twettaq, hija stess jew permezz ta' l-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, spezzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li tiċċertifika;
(b) toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati ta':
(i) tagħmir għat-taħriġ ta' titjir simulat użat minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ iċċertifikati mill-Aġenzija; jew
(ii) tagħmir għat-taħriġ ta' titjir simulat li jinsab fit-territorju ta' l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat;
(iii) tagħmir għat-taħriġ ta' titjir simulat li jinsab barra mit-territorju ta' l-Istati Membri;
(ċ) temenda, tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti meta l-kondizzjonijiet li taħthom ikun maħruġ ma jkunux baqgħu jiġu sodisfatti, jew jekk il-persuna ġuridika jew fiżika li jkollha ċ-ċertifikat tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 22
Ċertifikazzjoni ta' Operazzjoni fl-Ajru
1. L-Aġenzija għandha tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema li tkun qed taffettwa s-sikurezza ta' operazzjonijiet fl-ajru billi tiddetermina l-azzjonijiet korrettivi obbligatorji u billi tiddissemina l-informazzjoni relatata, inkluż lill-Istati Membri.
2. Fir-rigward ta' limitazzjoni fuq il-ħin ta' titjir:
(a) l-Aġenzija għandha toħroġ l-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni applikabbli sabiex tiżgura konformità mal-ħtiġiet essenzjali u, skond ma jkun il-każ, ir-regoli ta' implimentazzjoni relatati. Fil-bidu, ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet sustantivi kollha tas-Subparti Q ta' l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, b'kunsiderazzjoni għall-aktar provi xjentifiċi u tekniċi reċenti;
(b) Stat Membru jista' japprova skemi ta' speċifikazzjoni ta' ħin ta' titjir individwali li jiddevjaw mill-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a). F'dan il-każ l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jinnotifika lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li għandu l-ħsieb li jagħti l-approvazzjoni għal tali skema individwali;
(ċ) meta tiġi notifikata, l-Aġenzija għandha, fi żmien xahar, tivvaluta l-iskema individwali abbażi ta' evalwazzjoni xjentifika u medika. Minn hemm "il quddiem, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti l-approvazzjoni tiegħu kif notifikat, ħlief jekk l-Aġenzija tkun iddiskutiet l-iskema ma' dak l-Istat Membru u pproponiet bidliet għaliha. Jekk l-Istat Membru jaqbel ma' dawn il-bidliet, jista' jagħti l-approvazzjoni skond dawn;
(d) fil-każ ta' ċirkustanzi operattivi mhux previsti jew ħtiġiet operattivi ta' tul limitat u ta' xorta li ma jerġgħux iseħħu, id-derogi għall-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni jistgħu japplikaw b'mod proviżorju sakemm l-Aġenzija tesprimi l-opinjoni tagħha;
(e) jekk Stat Membru ma jaqbilx mal-konklużjonijiet ta' l-Aġenzija dwar skema individwali, huwa għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi jekk dik l-iskema tikkonformax ma' l-objettivi ta' sikurezza ta' dan ir-Regolament, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3);
(f) il-kontenut ta' l-iskemi individwali li huma aċċettabbli għall-Aġenzija, jew dwar liema l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni pożittiva skond il-punt (e), għandu jiġi ppubblikat.
Artikolu 22a
ATM/ANS
Fir-rigward tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 4(3b), l-Aġenzija għandha:
(a) tmexxi, hija nnifsha jew permezz tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, spezzjonijiet u verifiki tal-organizzazzjonijiet li hija tiċċertifika;
(b) toħroġ u ġġedded ċertifikati ta’ organizzazzjonijiet li jinsabu barra t-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, u li huma responsabbli għall-għoti ta’ servizzi fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat;
(ċ) toħroġ u ġġedded ċertifikati ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi pan-Ewropej;
(d) temenda, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti, meta l-kundizzjonijiet li skonthom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti jew jekk id-detentur taċ-ċertifikat jonqos milli jissodisfa l-obbligi imposti fuqu b’dan ir-Regolament jew bir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 22b
Ċertifikazzjoni tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
Fir-rigward tal-persuni u l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8c(1), l-Aġenzija għandha:
(a) tmexxi, hija nnifsha jew permezz tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, spezzjonijiet u verifiki tal-organizzazzjonijiet li hija tiċċertifika, u fejn rilevanti, tal-persunal tagħhom;
(b) toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li qegħdin barra t-territorju tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, tal-persunal tagħhom;
(ċ) temenda, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti, meta l-kundizzjonijiet li skonthom inħareġ mhumiex aktar sodisfatti jew jekk id-detentur taċ-ċertifikat jonqos milli jissodisfa l-obbligi imposti fuqu b’dan ir-Regolament jew bir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 23
Operaturi ta' pajjiżi terzi
1. Fir-rigward ta' operaturi ta' inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(d) impenjati f'operazzjonijiet kummerċjali, l-Aġenzija għandha:
(a) twettaq, hija stess jew permezz ta' awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, investigazzjonijiet u verifiki;
(b) toħroġ u ġġedded l-awtorizzazzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 9(2), dment li Stat Membru ma jwettaqx il-funzjonijiet u l-kompiti ta' l-Istat ta' l-operatur għal dawn l-operaturi;
(ċ) temenda, tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni rilevanti meta l-kondizzjonijiet li taħthom tkun ħarġitha ma jibqgħux jiġu sodisfatti, jew jekk l-organizzazzjoni kkonċernata tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
2. Fir-rigward ta' operaturi ta' inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(d) li mhumiex impenjati f'operazzjonijiet kummerċjali, l-Aġenzija għandha:
(a) tirċievi d-dikjarazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(3); u
(b) twettaq, hija stess jew permezz ta' awtoritajiet ta' l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, is-superviżjoni ta' operaturi li minn għandhom tkun irċeviet dikjarazzjoni.
3. Fir-rigward ta' l-inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(d), l-Aġenzija għandha toħroġ l-awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 9(4)(a).
Artikolu 24
Monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tar-regoli
1. L-Aġenzija għandha twettaq spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni fl-oqsma koperti mill-Artikolu 1(1), sabiex tagħmel monitoraġġ ta' l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' dan ir-Regolament u tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, u għandha tirrapporta lill-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha twettaq investigazzjonijiet ta' impriżi biex timmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
3. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-impatt ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, b'konsiderazzjoni mogħtija lill-objettivi mniżżlin fl-Artikolu 2.
4. L-Aġenzija għandha tiġi kkonsultata dwar, u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14.
5. Il-metodi ta' ħidma ta' l-Aġenzija sabiex twettaq il-kompiti msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom ikunu soġġetti għall-ħtiġiet li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2), u b'kont meħud tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 52 u 53.
Artikolu 25
Multi u ħlasijiet penali perjodiċi
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 20 u 55, fuq talba ta' l-Aġenzija l-Kummissjoni tista":
(a) timponi multi fuq il-persuni u fuq l-impriżi li l-Aġenzija stess tkun ħarġitilhom ċertifikat, fejn, bi ħsieb jew bi traskuraġni, ikunu nkisru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;
(b) timponi, fuq il-persuni u fuq l-impriżi li lilhom l-Aġenzija tkun ħarġet ċertifikat, ħlasijiet penali perjodiċi, ikkalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, sabiex iġġiegħel lil dawk il-persuni u impriżi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
2. Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika tad-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat, filwaqt li jingħata kas partikolari tal-punt safejn is-sikurezza tkun ġiet kompromessa. L-ammont ta' multi m'għandux jisboq l-4 % tad-dħul jew tal-fatturat annwali tad-detentur taċ-ċertifikat. L-ammont tal-piena perjodika m'għandux jaqbeż it-2,5 % tad-dħul jew fatturat medju ta' kuljum tad-detentur taċ-ċertifikat.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 65(3), ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Meta tagħmel dan, hija għandha tispeċifika b'mod partikolari:
(a) kriterji dettaljati għall-istabbiliment ta' l-ammont tal-multa jew tal-ħlas penali perjodiku; u
(b) proċeduri għal inkjesti, miżuri assoċjati u rappurtar kif ukoll regoli ta' proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-dritt għad-difiża, l-aċċess għall-fajl, ir-rappreżentazzjoni legali, dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u temporalità u l-kwantifikazzjoni u l-ġbir ta' multi u ħlasijiet penali perjodiċi.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għall-istħarriġ ta' deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun tat multa jew ħlas penali perjodiku. Hi tista' tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas penali perjodiku imposti.
5. Deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ta' natura ta' liġi kriminali.
Artikolu 26
Riċerka
1. L-Aġenzija tista' tiżviluppa u tiffinanzja riċerka sa fejn tirrelata strettament mat-titjib ta' attivitajiet fil-kamp ta' kompetenza tagħha, mingħajr preġudizzju għal-Liġi Komunitarja.
2. L-Aġenzija għandha tikkoordina r-riċerka tagħha u l-attivitajiet ta' żvilupp ma' dawk tal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex tassigura li l-politika u l-azzjonijiet ikunu konsistenti b'mod reċiproku.
3. Ir-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Aġenzija għandhom jiġu ppubblikati, sakemm ma tikklassifikhomx bħala kunfidenzjali.
Artikolu 27
Relazzjonijiet internazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Komunità u l-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi skond il-liġi Komunitarja rilevanti. Għandha, b'mod partikolari, tassisti fl-armonizzazzjoni tar-regoli u tar-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' approvazzjonijiet li jikkonfermaw l-applikazzjoni sodisfaċenti tar-regoli.
2. L-Aġenzija tista' tikkoopera ma' l-awtoritajiet aeronawtiċi ta' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti f'kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas ta' l-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk il-korpi, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. Tali arranġamenti għandhom ikunu rċevew minn qabel l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.
3. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom, b'mod partikolari dawk taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago.
TAQSIMA II
Struttura interna
Artikolu 28
Status Legali, post, uffiċċji lokali
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Komunità. Għandu jkollha personalità ġuridika.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Tista' b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti għal proċedimenti legali.
3. L-Aġenzija tista' tistabbilixxi l-uffiċċji lokali tagħha fl-Istati Membri, soġġetti għall-kunsens tagħhom.
4. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Artikolu 29
Impjegati
1. Ir-Regolamenti tal-persunal ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Komuntajiet Ewropej bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir- Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għandhom japplikaw għall-impjegati ta' l-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament għall-membri tal-Bord ta' Appell.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42, is-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir- Regolamenti tal-Persunal, u mill-Kondizzjonijiet ta' Impjieg, għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward ta' l-impjegati tagħha stess.
3. L-impjegati ta' l-Aġenzija għandhom jikkonsistu f'numru strettament limitat ta' uffiċjali mogħtija jew ssekondati mill-Kummissjoni jew Stati Membri sabiex iwettqu kompiti ta' tmexxija. Il-bqija ta' l-impjegati għandhom jikkonsistu f'impjegati oħra reklutati mill-Aġenzija kif meħtieġ sabiex twettaq il-kompiti tagħha.
Artikolu 30
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej anness mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għandu japplika għall-Aġenzija.
Artikolu 31
Responsabbiltà
1. Ir-responsabbiltà kontrattwali ta' l-Aġenzija għandha tiġi rregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni biex li tagħti sentenza skond kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li tinsab f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-Liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkważata mis-servizzi jew mill-ħaddiema tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jirrelataw ma' kumpens għal kwalunkwe ħsara kif imsemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-ħaddiema tagħha lejn l-Aġenzija għandha tiġi rregolata bid- dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet ta' Impjieg applikabbli għalihom.
Artikolu 32
Pubblikazzjoni ta' dokumenti
1. Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet meħuda abbażi ta' l-Artikolu 290 tat-Trattat, id- dokumenti li ġejjin għandhom jiġu prodotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità:
(a) ir-reviżjoni tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 15(4);
(b) l-opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19(1);
(ċ) ir-rapport ġenerali annwali u l-programm ta' ħidma msemmijin fl-Artikolu 33(2)(b) u (ċ) rispettivament.
2. Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa biex l-Aġenzija tiffunzjona għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għal korpi ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 33
Setgħat tal-Bord Amministrattiv
1. L-Aġenzija għandu jkollha Bord Amministrattiv.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu:
(a) jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, u d-Diretturi fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv skond l-Artikolu 39;
(b) jadotta r-rapport annwali ġenerali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri; waqt li jaġixxi f'isem l-Aġenzija, għandu jibgħat kull sena lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (hawn aktar "il quddiem “l-awtorità baġitarja”) kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-eżitu tal-proċeduri ta' valutazzjoni, b'mod partikolari, tagħrif dwar l-effetti jew il-konsegwenzi ta' tibdiliet fid-dmirijiet assenjati lill-Aġenzija;
(ċ) qabel ►M2 it-30 ta’ Novembru ◄ ta' kull sena, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta l-programm ta' xogħol ta' l-Aġenzija għas-sena ta' ħidma ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewopew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri; dan il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-baġit u l-programm leġislattiv Komunitarju f'oqsma rilevanti tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni; l-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi mehmuża mal-programm ta' ħidma;
(d) jadotta linji ta' gwida għall-allokazzjoni ta' kompiti ta' ċertifikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni u entitajiet kwalifikati bi ftehim mal-Kummissjoni;
(e) jistabbilixxi proċeduri sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikoli 52 u 53;
(f) iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 59, 60 u 63;
(g) jaħtar il-membri tal-Bord ta' l-Appell skond l-Artikolu 41;
(h) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u fuq id-Diretturi, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv;
(i) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-miżuri dwar miżati jew piżijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 64(1);
(j) jistabbilixxi ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu;
(k) jiddeċiedi dwar arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija;
(l) jikkomplimenta, meta xieraq, il-lista ta' dokumenti msemmija fl-Artikolu 32(1);
(m) jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva ta' l-Aġenzija u jadotta l-politika ta' impjieg ta' l-Aġenzija.
3. Il-Bord Amministrattiv jista' jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata ma' l-iżvilupp strateġiku tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni, inkluża riċerka kif definit fl-Artikolu 26.
4. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi korp konsultattiv ta' partijiet interessati, li huwa għandu jikkonsulta qabel ma jieħu deċiżjonijiet fl-oqsma msemmijin fil-paragrafu 2(ċ), (e), (f) u (i). Il-Bord Amministrattiv jista' wkoll jiddeċiedi li jikkonsulta lill-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet oħra msemmijin fil-paragrafi 2 u 3. Il-Bord Amministrattiv m'għandux ikun marbut bl-opinjoni tal-korp konsultattiv.
5. Il-Bord Amministrattiv jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma biex jassistu fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, inkluża t-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 34
Kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni. Il-Membri għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' l-esperjenza rikonoxxuta u l-impenn tagħhom fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili, il-kapaċitajiet maniġerjali u l-kompetenza esperta tagħhom, kwalitajiet li għandhom ikunu utilizzati biex imexxu "l quddiem l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat bis-sħiħ kif jistħoqq.
Kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord Amministrattiv kif ukoll supplent biex jirrappreżenta l-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar ukoll ir-rappreżentant u s-supplent tagħha. Il-mandat għandu jkun ta' ħames snin. Dan it-terminu tal-mandat għandu jkun jista' jiġġedded.
2. Meta jkun il-każ, il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi Ewropej u l-kondizzjonijiet ta' tali parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 66.
3. Il-korp konsultattiv msemmi fl-Artikolu 33(4) għandu jaħtar erba' mill-membri tiegħu biex jieħdu sehem bħala osservaturi fil-Bord Amministrattiv. Huma għandhom jirrappreżentaw, b'mod wiesa" kemm jista' jkun, il-fehmiet differenti rappreżentati f'dan il-korp konsultattiv. It-tul tal-mandat tagħhom għandu jkun ta' tletin xahar, li jista' jiġġedded darba.
Artikolu 35
Il-Presidenza tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar President u Deputat President minn fost il-membri tiegħu. Id-Deputat President għandu ex officio jissostitwixxi lill-President fil-każ li huwa/hija ma jkunux jistgħu iwettqu l-kompiti tagħhom.
2. It-terminu tal-mandat tal-President u tad-Deputat President għandu jiskadi meta s-sħubija tagħhom fil-Bord Amministrattiv tieqaf. Soġġett għal din id-dispożizzjoni, it-terminu tal-mandat tal-President u tad-Deputat President għandhom ikunu ta' tliet snin. Dawn it-termini tal-mandat għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu darba.
Artikolu 36
Laqgħat
1. Il-Laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu mlaqqa" mill-President tiegħu.
2. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jkollu mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq is-sejħa tal-President jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.
4. Il-Bord Amministrattiv jista' jistieden lil kwalunke persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
5. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.
6. Is-segretarjat tal-Bord Amministrattiv għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 37
Votazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39(1), il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d- deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu. Fuq it-talba ta' membru tal-Bord Amministrattiv, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 33(2)(k) għandha tittieħed b'unanimità.
2. Kull membru maħtur skond l-Artikolu 34(1) għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta' membru, is-supplent tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tiegħu jew tagħha li jivvota. La l-osservaturi u lanqas id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija ma għandhom jivvotaw.
3. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti iktar dettaljati ta' votazzjoni, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet li taħthom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtiġiet tal-kworum, fejn ikun il-każ.
Artikolu 38
Il-funzjonijiet u s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tiġi amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettieq tal-kompiti tiegħu/tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kummissjoni u l-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv m'għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjoniijiet minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu/tagħha.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet u s-setgħat li ġejjin:
(a) li japprova l-miżuri ta' l-Aġenzija kif definiti fl-Artikoli 18 fil-limiti speċifikati minn dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli;
(b) li jiddeċiedi dwar spezzjonijiet u investigazzjonijiet kif previst fl-Artikoli 54 u 55;
(ċ) li jalloka kompiti ta' ċertifikazzjoni lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' l-Avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati skond il-linji ta' gwida mfassla mill-Bord Amministrattiv;
(d) li jwettaq kwalunkwe funzjoni internazzjonali u kooperazzjoni teknika ma' pajjiżi terzi skond l-Artikolu 27;
(e) li jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluża l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament ta' l-Aġenzija skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(f) li jipprepara kull sena abbozz ta' rapport ġenerali u jissottomettih lill-Bord Amministrattiv;
(g) li jeżerċita fir-rigward ta' l-impjegati ta' l-Aġenzija s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 29(2);
(h) li jfassal l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 59, u jimplimenta l-baġit skond l-Artikolu 60;
(i) li jiddelega s-setgħat tiegħu lill-membri l-oħra ta' l-impjegati ta' l-Aġenzija soġġett għar-regoli li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2);
(j) bil-kunsens tal-Bord Amministrattiv, li jieħu deċiżjoni fir-rigward ta' l-istabbilimenti ta' uffiċċji lokali fl-Istati Membri skond l-Artikolu 28(3);
(k) li jipprepara u li jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali;
(l) biex iwieġeb għal talbiet ta' assistenza mill-Kummissjoni.
Artikolu 39
Ħatra ta' uffiċċjali Għolja
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi tal-merti tiegħu u ta' kompetenza u esperjenza dokumentata rilevanti għall-avjazzjoni ċivili. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar jew jitneħħa mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat/i kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb domandi mill-membri tiegħu jew tagħhom.
2. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi assistit minn Direttur wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv huwa assenti jew indispost, wieħed mid-Diretturi għandu jissostitwih.
3. Id-Diretturi ta' l-Aġenzija għandhom jinħatru abbażi ta' kompetenza professjonali rilevanti għall-avjazzjoni ċivili. Id-Diretturi għandhom jinħatru jew jitneħħew mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv.
4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tad-Diretturi għandu jkun ta' ħames snin. Il-mandat tad-Diretturi għandu jkun jista' jiġġedded u l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun jista' jiġġedded darba biss.
Artikolu 40
Is-setgħat tal-Bordijiet ta' l-Appell
1. Fl-Aġenzija, għandu jkun hemm Bord ta' l-Appell wieħed jew aktar.
2. Il-Bord jew il-Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu responsabbli biex jiddeċiedu dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 44.
3. Il-Bord jew il-Bordijiet ta' l-Appell għandhom jissejħu kif meħtieġ. In-numru ta' bordijiet ta' l-Appell u x-xogħol allokat lilhom għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3).
Artikolu 41
Kompożizzjoni tal-Bordijiet ta' l-Appell
1. Bord ta' l-Appell għandu jikkonsisti minn President u żewġ membri oħra.
2. Il-President u l-membri l-oħra għandu jkollhom supplenti li jirrappreżentawhom fl-assenza tagħhom.
3. Il-President, il-membri l-oħra u s-supplenti tagħhom għandhom jinħatru mill-Bord Amministrattiv minn lista ta' kandidati kwalifikati adottata mill-Kummissjoni.
4. Meta l-Bord ta' l-Appell jikkunsidra li n-natura ta' l-appell tirrikjedi hekk, jista' jsejjaħ żewġ membri oħra mill-lista msemmija fil-paragrafu 3.
5. Il-kwalifiki meħtieġa għall-membri ta' kull Bord ta' l-Appell, is-setgħat ta' membri individwali fil-fażi preparatorja tad-deċiżjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' votazzjoni għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3).
Artikolu 42
Membri tal-Bordijiet ta' l-Appell
1. Il-mandat tal-membri tal-Bord ta' l-Appell, inkluż il-President u s-supplenti tagħhom, għandu jkun ta' ħames snin. Dan il-mandat għandu jkun jista' jiġġedded.
2. Il-membri ta' Bord ta' l-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom m'għandhom ikunu marbuta bl-ebda struzzjonijiet.
3. Il-membri ta' Bord ta' l-Appell ma jistgħux iwettqu dmirijiet oħra fl-Aġenzija. Il-membri ta' l-Bord ta' l-Appell jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time.
4. Il-membri ta' Bord ta' l-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-kariga jew mil-lista ta' kandidati kwalifikati matul il-mandati tagħhom sakemm ma jkunx hemm bażijiet serji sabiex jitneħħew u l-Kummissjoni, wara li tikseb l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, tieħu deċiżjoni għal dak l-iskop.
Artikolu 43
Esklużjoni u oġġezzjoni
1. Il-Membri ta' l-Bord ta' l-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi kwalunkwe proċediment ta' appell jekk ikollhom xi interess personali fihom, jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet fil-proċeduri, jew jekk ipparteċipaw fid- deċiżjoni taħt appell.
2. Jekk, għal waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord ta' l-Appell jikkunsidra li huwa m'għandux jieħu sehem fil-proċeduri ta' l-appell, huwa għandu jinforma lill-Bord ta' l-Appell b'mod xieraq.
3. Tista' ssir oġġezzjoni għall-membri ta' Bord ta' l-Appell minn kwalunkwe parti għall-proċedimenti ta' l-appell fuq xi wieħed mill-bażijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, jew jekk kwalunkwe minn dawn il-membri jkun issuspettat b'parzjalità. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din m'għandhiex tkun ammissibbli jekk, waqt li tkun konxja minn xi raġuni għal oġġezzjoni, il-parti għall-proċedimenti ta' l-appell tkun għamlet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista' tkun ibbażata fuq iċ-ċittadinanzi tal-membri.
4. Il-Bordijiet ta' l-Appell għandhom jiddeċiedu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Bil-għan li tittieħed din id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit fil-Bord ta' l-Appell mis-supplent tiegħu.
Artikolu 44
Deċiżjonijiet soġġetti għall-Appell
1. Appell jista’ jsir kontra deċiżjonijiet tal-Aġenzija li ttieħdu skont l-Artikoli 20, 21, 22, 22a, 22b, 23, 55 jew 64.
2. Appell li jsir skond il-paragrafu 1 hawn fuq m'għandux ikollu effett ta' sospensjoni. Madanakollu, l-Aġenzija tista", jekk tikkunsidra li ċ-ċirkostanzi jippermettu dan, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni appellata.
3. Appell kontra deċiżjoni li ma ttemmx il-proċedimenti fir-rigward ta' waħda mill-partijiet jista' jsir biss konġuntement ma' appell kontra d-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix għal appell separat.
Artikolu 45
Persuni intitolati għal appell
Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, hija ta' interess dirett u individwali għal ta' l-ewwel. Il-partijiet għall-proċedimenti jistgħu jkunu parti għall-proċedimenti ta' appell.
Artikolu 46
Limitu ta' żmien u forma
L-appell, flimkien ma' l-istqarrija tal-bażijiet tiegħu, għandhom jitressqu bil-miktub fl-Aġenzija fi żmien xagħrejn minn notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, fl-assenza tagħha, fil-jum li saret taf bih din ta' l-aħħar, skond il-każ.
Artikolu 47
Reviżjoni interlokutorja
1. Jekk id-Direttur Eżekuttiv jikkunsidra li l-appell huwa ammissibbli u b'bażi tajba, huwa għandu jirrettifika d-deċiżjoni. Dan m'għandux japplika meta l-appellant huwa oppost għal parti oħra għall-proċedimenti ta' l-appell.
2. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix rettifikata fi żmien xahar wara l-irċevuta tad-dikjarazzjoni ta' bażijiet għall-appell, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi minnufih jekk tissospendix jew le l-applikazzjoni tad-deċiżjoni skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 44(2), u għandha tressaq mill-ġdid l-appell lill-Bord ta' l-Appell.
Artikolu 48
Eżaminazzjoni ta' appelli
1. Jekk l-appell huwa ammissibbli, il-Bord ta' l-Appell għandu jeżamina jekk għandux bażi tajba jew le.
2. Fl-eżaminazzjoni ta' l-appell skond paragrafu 1, il-Bord ta' l-Appell għandu jaġixxi malajr. Kull darba li jkun meħtieġ, għandu jistieden lill-partijiet għall-proċedimenti ta' l-appell biex iressqu, f'limiti ta' żmien speċifikati, l-osservazzjonijiet dwar notifiki maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċedimenti ta' l-appell. Il-partijiet għall-proċedimenti ta' l-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjonijiet orali.
Artikolu 49
Deċiżjonijiet dwar l-appell
Il-Bord ta' l-Appell jista' jeżerċita kull poter li jaqa' fil-kompetenza ta' l-Aġenzija, jew jista' jgħaddi l-każ lill-korp kompetenti ta' l-Aġenzija. Dan ta' l-aħħar għandu jkun marbut bid-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell.
Artikolu 50
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
1. Azzjonijiet jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-annulament ta' atti ta' l-Aġenzija li li jkunu legalment jorbtu fuq partijiet terzi, għal nuqqas ta' azzjoni u għal danni kkaġunati mill-Aġenzija waqt l-attiviatajiet tagħha.
2. Azzjonijiet għall-annullament ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija li ttieħdu skont l-Artikoli 20, 21, 22, 22a, 22b, 23, 55 jew 64 jistgħu jittellgħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej biss wara li l-proċeduri tal-appell kollha fi ħdan l-Aġenzija jkunu ġew eżawriti.
3. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 51
Appell dirett
L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji jistgħu jressqu appell dirett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kontra deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija.
TAQSIMA III
Metodi ta' ħidma
Artikolu 52
Proċeduri għall-iżvilupp ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifkazzjoni u materjal ta' gwida
Malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti biex joħorġu opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida msemmi fl-Artikolu 18 (a) u (c).
◄
Dawk il-proċeduri għandhom:
(a) jagħmlu użu mill-esperjenza disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji ta' l-avjazzjoni ta' l-Istati Membri;
(b) kull meta meħtieġ, jinvolvu esperti adatti minn partijiet interessati rilevanti;
(ċ) jiżguraw l-Aġenzija tippubblika dokumenti u tikkonsulta b’mod wiesa’ partijiet interessati, skond skeda ta' żmien u proċedura li tinkludi obbligu fuq l-Aġenzija sabiex tagħmel tweġiba bil-miktub għall-proċess ta' konsultazzjoni.
2. Meta l-Aġenzija, skont l-Artikolu 19, tiżviluppa opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi proċedura sabiex tikkonsulta lill-Istati Membri. Għal dan il-għan, tista’ toħloq grupp ta’ xogħol li fih kull Stat Membru huwa intitolat li jaħtar espert.
3. Il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 18 (a) u (ċ) u l-proċeduri stabbiliti skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġi ppubblikati f'pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Aġenzija.
4. Proċeduri speċjali għandhom jiġu stabbiliti sabiex tiġi indirizzata azzjoni immedjata li għandha tittieħed mill-Aġenzija sabiex tirreaġixxi għal problema ta' sikurezza u sabiex tinforma lill-partjiet interessati rilevanti bl-azzjoni li għandhom jieħdu.
Artikolu 53
Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti sabiex jittieħdu deċiżjonijiet individwali hekk kif previst fl-Artikolu 18(d).
Dawk il-proċeduri għandhom:
(a) jassiguraw is-smiegħ tal-persuna fiżika jew ġuridika li għandha tiġi indirizzata fid- deċiżjoni u ta' kull parti oħra b'interess dirett u individwali;
(b) jipprevedu għal notifika tad-deċiżjoni lil persuna fiżika jew ġuridika u l-pubblikazzjoni tagħha;
(ċ) ipprevedu għal informazzjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika li lilha d-deċiżjoni hija indirizzata, u kull parti oħra għall-proċedimenti, tar-rimedji legali disponibbli għal dik il-persuna taħt dan ir-Regolament;
(d) jassiguraw li d-deċiżjoni fiha raġunijiet.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi proċeduri li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom id-deċiżjonijiet huma notifikati filwaqt li jieħu kont dovut tal-proċedura ta' l-appell.
3. Proċeduri speċjali għandhom jiġu stabbiliti sabiex tiġi indirizzata azzjoni immedjata li għandha tittieħed mill-Aġenzija sabiex tirreaġixxi għal problema ta' sikurezza u sabiex tinforma lill-partjiet interessati rilevanti bl-azzjoni li għandhom jieħdu.
Artikolu 54
Spezzjonijiet ta' Stati Membri
1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' infurzar mogħtija mit-Trattat lill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, billi twettaq spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif speċifikat fl-Artikolu 24(1). L-uffiċjali awtorizzati taħt dan ir-Regolament, u dawk issekondati mill-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jieħdu sehem f'tali spezzjonijiet għandhom b'hekk is-setgħa li f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi ta' l-Istat Membru kkonċernat:
(a) li jeżaminaw ir-reġistri, id-data, il-proċeduri rilevanti u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti biex jintlaħħqu l-livelli ta' sikurezza fl-avjazzjoni skond dan ir-Regolament;
(b) li jieħdu kopji ta' jew estratti minn dawn ir-reġistri, data, proċeduri u materjal ieħor;
(ċ) li jitolbu għal spjegazzjoni orali fuq il-post;
(d) li jidħlu fi kwalunkwe post, art jew mezz ta' transport rilevanti.
2. L-uffiċjali ta' l-Aġenzija awtorizzati għall-iskop ta' dawn l-ispezzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara li jipproduċu awtorizazzjoni bil-miktub li tispeċifika s- suġġett, l-iskop ta' l-ispezzjoni u d-data li fiha għandha tibda. Fi żmien debitu qabel l-ispezzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-ispezzjoni u bl-identità ta' l-uffiċjali awtorizzati.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti l-ispezzjonijiet u għandu jiżgura li l-korpi jew il-persuni kkonċernati jissottomettu wkoll għall-ispezzjonijiet.
4. Meta spezzjoni mwettqa skond dan l-Artikolu tinvolvi spezzjoni ta' impriża jew assoċazzjoni ta' impriża d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 55 għandhom japplikaw. Meta intrapriża topponi l-ispezzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-assistenza meħtieġa lil uffiċjali awtorizzati mill-Aġenzija sabiex jagħmlu l-ispezzjoni tagħhom.
5. Rapporti mfassla f'applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn saret l-ispezzjoni.
Artikolu 55
Investigazzjoni ta' impriżi
1. ►M2 L-Aġenzija tista’ tmexxi, hija nnifisha jew permezz tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, kull spezzjoni meħtieġa ta’ impriżi skont l-Artikoli 7, 20, 21, 22, 22a, 22b, 23 u 24(2). ◄ Dawn l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu f'konformità mad- dispożizzjonijiet ġuridiċi ta' l-Istati Membri li fihom għandhom jitwettqu. Għal dak l-iskop, il-persuni awtorizzati taħt dan ir-Regolament huma awtorizzati li:
(a) jeżaminaw ir-reġistri, id-data u l-proċeduri rilevanti u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti ta' l-Aġenzija;
(b) li jieħdu kopji ta' jew estratti minn dawn ir-reġistri, data, proċeduri u materjal ieħor;
(ċ) jitolbu għal spjegazzjoni orali fuq il-post;
(d) jidħlu f'bini, art jew mezzi rilevanti ta' transport ta' impriżi;
(e) iwettqu spezzjonijiet ta' inġenji ta' l-ajru f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri.
2. Il-persuni awtorizzati għall-iskop ta' dawn l-investigazzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is- setgħat tagħhom filwaqt li jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-investigazzjoni.
3. Fi żmien debitu qabel l-investigazzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membrukkonċernat li għandha ssir l-investigazzjoni fit-territorju tiegħu, bl-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. Uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat għandhom, fuq talba ta' l-Aġenzija, jassistu lill-persuni awtorizzati fit-twettieq ta' dmirijiethom.
Artikolu 56
Programm ta' ħidma annwali
Il-programm ta' ħidma annwali għandu jimmira lejn il-promozzjoni ta' titjib kontinwu tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni Ewropea u jikkonforma ma' l-obbjettivi, il-mandati u l-kompiti ta' l-Aġenzija, kif stabbiliti f'dan ir-Regolament. Huwa għandu jindika b'mod ċar liema mill-mandati u kompiti ta' l-Aġenzija ġew miżjuda, mibdula jew imħassra fi tqabbil mas-sena ta' qabel.
Il-preżentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija użata żviluppata mill-Kummissjoni bħala parti minn Tmexxija bbażata fuq l-Attività.
Artikolu 57
Rapport ġenerali annwali
Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija implimentat il-programm ġenerali annwali tagħha. Huwa għandu jindika b'mod ċar liema mill-mandati u kompiti ta' l-Aġenzija ġew miżjuda, mibdula jew imħassra fi tqabbil mas-sena ta' qabel.
Ir-rapport għandu jindika l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija u jivvaluta r-riżultati tagħhom fir-rigward ta' l-objettivi u l-iskeda ta' żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma' l-attivitajiet imwettqa, l-użu tar-riżorsi u t-tħaddim ġenerali ta' l-Aġenzija.
Artikolu 58
Transparenza u komunikazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
2. L-Aġenzija tista' tikkomunika fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fil-missjoni tagħha. Għandha tiżgura b'mod partikolari li, minbarra l-pubblikazjoni speċifikata fl-Artikolu 52(3), il-pubbliku u kull parti interessata jingħataw b'mod rapidu informazzjoni objettiva, ta' min iserraħ fuqha u li tinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha.
3. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza hija stess bil-miktub lill-Aġenzija fi kwalunkwe waħda mil-lingwi msemmijin fl-Artikolu 314 tat-Trattat. Dik il-persuna għandha jkollha d-dritt li tirċievi risposta fl-istess lingwa.
4. L-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija skond dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data ( 17 ).
TAQSIMA IV
Ħtiġiet finanzjarji
Artikolu 59
Baġit
1. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:
(a) kontribuzzjoni mill-Komunità;
(b) kontribuzzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz Ewropew li miegħu l-Komunità kkonkludiet ftehim kif imsemmi fl-Artikolu 66;
(ċ) il-miżati mħallsa mill-applikanti għal, u titolari ta', ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija;
(d) ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovduti mill-Aġenzija; u
(e) kwalunkwe kontribut finanzjarju minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħra, dment li tali kontribuzzjoni ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità ta' l-Aġenzija.
2. In-nefqa ta' l-Aġenzija għandha tinkludi l-ispejjeż ta' l-impjegati, dawk amministrattivi, infrastrutturali, u operattivi.
3. Id-dħul u l-infiq għuhom ikunu f'bilanċ.
4. Il-baġits regolatorji u l-ħlasijiet iffissati u miġbura għal attivitajiet ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu indirizzati separatament fil-baġit ta' l-Aġenzija.
5. Kull sena l-Bord Amministrattiv, abbażi ta' abbozz ta' dikjarazzjoni ta' estimi ta' dħul u nfiq, għandu jipproduċi dikjarazzjoni ta' estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.
6. Din id-dikjarazzjoni ta' estimi imsemmija fil-paragrafu 4, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, flimkien mal-programm proviżorju ta' ħidma, għandha, sa mhux iżjed tard mill-31 ta' Marzu, tiġi mgħoddija mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom il-Komunità kkonkludiet il-ftehim kif imsemmi fl-Artikolu 66.
7. Id-dikjarazzjoni ta' estimi għandha tiġi mgħoddija mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
8. Abbażi tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit generali ta' l-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tqis xierqa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali, li hi għandha tpoġġi quddiem l-awtorità tal-baġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.
9. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija.
10. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Hu għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, hu għandu jiġi aġġustat kif ikun hemm bżonn.
11. Il-Bord Amministrattiv għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lill-awtorità tal-baġit bl-intenzjoni tiegħu biex jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġetti relatati ma' proprjetà, bħal kiri jew bejgħ ta' bini. Hi għandha tinforma b'dan lill-Kummissjoni.
Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-baġit tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li twassal opinjoni, hi għandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv f'perijodu ta' sitt ġimgħat mid-data ta' notifika tal-proġett.
Artikolu 60
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Aġenzija.
2. Sa mhux aktar mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontrollur finanzjarju ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal kontrollur finanzjarju tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar it-tmexxija tal-baġit u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal kontrollur finanzjarju tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u ta' korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 18 ).
3. Sa mhux aktar mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontrollur finanzjaru tal-Kummissjoni għandu jgħaddi l-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-baġit u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar it-tmexxija tal-baġit u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja għandu jiġi mgħoddi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Skond l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ma' l-irċevuta ta' l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.
5. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.
6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jgħaddi l-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu pubblikati.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sa mhux aktar mit-30 ta' Settembru. Hu għandu jibgħat ukoll din it- tweġiba lill-Bord Amministrattiv.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja in kwistjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2 jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 61
Ġlieda kontra l-frodi
1. Fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra d-dispożizzjonijiet tar- Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) ( 19 ) għandhom japplikaw mingħar restrizzjoni.
2. L-Aġenzija għandha taċċetta l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF) ( 20 ) u għandha toħroġ, mingħajr telf ta' żmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-istaff tagħha.
3. Id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ftehim ta' implimentazzjoni u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti ta' l-Awdituri u OLAF jistgħu, jekk meħtieġ, iwettqu kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.
Artikolu 62
Valutazzjoni
1. Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija tkun ħadet id-dmirijiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona valutazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Il-valutazzjoni għandha teżamina kemm l-Aġenzija tissodisfa l-missjoni tagħha b'mod effettiv. Għandha tistma wkoll l-impatt ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattika ta' ħidma tagħha fl-istabbiliment ta' livell għoli ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. Il-valutazzjoni għandha tieħu kont ta' l-opinjonijiet ta' dawk kollha kkonċernati, fuq livell kemm Ewropew kif ukoll dak nazzjonali.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jirċievi r-riżultati tal-valutazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-bidliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattika ta' ħidma tagħha lill-Kummissjoni, li tista' tgħaddihom, flimkien ma' l-opinjoni tagħha kif ukoll flimkien ma' proposti adatti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Pjan ta' azzjoni bi skeda ta' żmien għandu jiġi inkluż, jekk adatt. Kemm is-sejbiet kif ukoll ir- rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni għandhom jiġu ppubblikati.
Artikolu 63
Dispożizzjonijiet Finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Huma m'għandhomx ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 21 ) sakemm tali varjazzjoni hija meħtieġa speċifikament għall-ħidma ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
Artikolu 64
Regolament dwar ħlasijiet u piżijiet
1. Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, dwar ħlasijiet u piżijiet għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi iskrutinju prevista fl-Artikolu 65(4).
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Bord Amministrattiv dwar l-abbozz tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddeterminaw b'mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ħlasijiet u piżijiet skond l-Artikolu 59(1)(c) u (d) huma dovuti, l-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet u l-mod ta' kif għandhom jitħallsu.
4. Ħlasijiet u piżijiet għandhom jiġu imposti għal:
(a) il-ħruġ u t-tiġdid ta' ċertifikati, kif ukoll il-funzjonijiet relatati kontinwi ta' żbalji u omissjonijiet;
(b) għandhom jirriflettu l-ispiża attwali ta' kull forniment individwali;
(ċ) l-ipproċessar ta' appelli.
Il-ħlasijiet u l-piżijiet kollha għandhom jiġu espressi, u jitħallsu, f'euro.
5. L-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet għandu jiġi ffisat f'livell sabiex jiġi stipulat li d-dħul fir-rigward tagħhom huwa fil-prinċipju suffiċjenti biex ikopri l-ispiża kollha tas-servizzi mogħtija. Dawn il-mizati u ħlasijiet, inklużi dawk miġbura fl-2007, għandhom ikunu dħul assenjat għall-Aġenzija.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 65
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deciżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4), u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artiklu 5a(3)(ċ), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal għoxrin jum.
6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1), (2), (4), (5(b)) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu japplika.
Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Il-perijodu previst fl-Artikolu 6(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Meta deċiżjoni tal-Kummissjoni hija riferuta lill-Kunsill minn Stat Membru, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien tliet xhur.
Artikolu 65a
Emendi
Skont it-termini tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tipproponi li temenda r-Regolament (KE) Nru 549/2004, ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 sabiex tqis ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 66
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej
L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u li daħlu fi ftehim mal-Komunità Ewropea permezz ta' liema adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.
Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehim, ser jiġu żviluppati arranġamenti li għandhom, inter alia, jispeċifikaw in-natura u l-firxa ta', u r-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni minn dawn il-pajjiżi fix-xogħol ta' l-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u impjegati
Artikolu 67
Bidu tat-tħaddim ta' l-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni tagħha skond l-Artikolu 20 mit-28 ta' Settembru 2003. Sa dik id-data, l-Istati Membri għandhom ikomplu jimplimentaw leġiżlazzjoni u regolamenti applikabbli.
2. Matul perijodu addizzjonali ta' transizzjoni ta' 42 xahar mid-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu joħorġu ċertifikati u approvazzjonijiet b'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5, 6, 12 u 20 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni fil-miżuri adottati għall-applikazzjoni tagħhom. Meta f'dak il-kuntest L-Istati Membri joħorġu ċertifikati abbażi ta' ċertifikati maħruġin minn pajjiżi terzi, il-miżuri adottati mill-Kummissjoni għandhom jagħtu konsiderazzjoni debita lill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 12(2)(b) u (ċ).
Artikolu 68
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni għall-ksur ta' dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswasivi.
Artikolu 69
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 huwa b'dan imħassar mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrfu.
Referenzi magħmulin għar-Regolament imħassar għandhom jiġu meqjusa bħala li huma magħmulin għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrellazzjoni fl-Anness VI.
2. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE hija b’ dan imħassra mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(6).
3. L-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 huwa b’ dan imħassar mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri korrispondenti msemmijin fl-Artikolu 8(5).
4. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 għandhom japplikaw għal prodotti, partijiet u tagħmir, organizzazzjonijiet u persuni li ċ-ċertifikazzjoni tagħhom ġiet imwettqa, jew rikonoxxuta, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-atti msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
5. Id-Direttiva 2004/36/KE hija b'dan imħassra mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 70
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 u 10 għandhom japplikaw mid-dati speċifikati fir-regoli ta' implimentazzjoni rispettivi tagħhom imma mhux aktar tard mit-8 ta' April 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Ħtiġiet essenzjali għall-airworthiness imsemmijin fl-Artikolu 5
1. Integrità tal-prodott: l-integrità tal-prodott għandha tiġi assigurata għall-kondizzjonijiet kollha ta' titjir antiċipati għall-ħajja operattiva ta' l-inġenju ta' l-ajru. Il-konformità mal-ħtiġiet kollha għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni jew analiżi, appoġġati, meta meħtieġ, b'testijiet.
1.a. Strutturi u materjali: l-integrità ta' l-istruttura għandha tiġi assigurata f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operattiva għall-inġenju ta' l-ajru, inkluża s-sistema ta' proplusjoni tiegħu, u tinżamm għall-ħajja operattiva ta' l-inġenju ta' l-ajru.
1.a.1. Il-partijiet kollha ta' l-inġenju ta' l-ajru, li n-nuqqas tagħhom jista' jnaqqas l-integrità strutturali, għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin mingħajr deformazzjoni detrimentali jew nuqqas. Dan jinkludi l-biċċiet kollha ta' massa sinifikanti u l-mezzi tagħhom ta' żamma.
1.a.1.a. Il-kombinazzjonijiet kollha ta' tagħbija li huma raġonevolment mistennija li jseħħu fil-, u suffiċjentement lil hinn, mill-piżijiet, iċ-ċentru tal-firxa tal-gravità, iż-żona operattiva u l-ħajja ta' l-inġenju ta' l-ajru għandhom jiġu kkunsidrati. Dan jinkludi tagħbijiet dovuti għal buffuri, manuvri, pressjonizzazzjoni, superfiċi mobbli, sistemi ta' kontroll u ta' propulsjoni kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art.
1.a.1.b. Għandha tingħata konsiderazzjoni lil tagħbijiet u nuqqasijiet probabbli b'riżultat ta' nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar.
1.a.1.ċ. Effetti dinamiċi għandhom jiġu koperti fir-rispons strutturali ta' dawn it-tagħbijiet.
1.a.2. L-inġenju ta' l-ajru għandu jkun liberu minn kwalunkwe instabilità aerolastika u vibrazzjoni eċċessiva.
1.a.3. Il-proċessi ta' fabbrikazzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru għandhom jirriżultaw fi proprjetajiet strutturali magħrufa u riproduċibbli. Għandu jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata ma' l-ambjent operattiv.
1.a.4. L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali, ħsara aċċidentali u ta' fonti diskreta m'għandhomx inaqqsu l-integrità strutturali taħt livell aċċettabbli ta' saħħa residwa. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa għall-assigurazzjoni ta' airworthiness kontinwa f' dan ir-rigward għandhom jiġu promulgati.
1.b. Propulsjoni: l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni (jiġifieri l-magna u, meta adatt, l-iskrun) għandha tintwera f'kull ħin, u biżżejjed lil hinn, miż-żona operattiva tas- sistema ta' propulsjoni u għandhom jinżammu għall-ħajja operattiva tas-sistema ta' propulsjoni.
1.b.1. Is-sistema ta' propulsjoni għandha tipproduċi, fil-limiti dikjarati tagħha, il-qawwa jew is-saħħa mitluba minnha fil-kondizzjonijiet kollha meħtieġa tat-titjira, b'kont meħud ta' l-effetti u l-kondizzjonijiet ambjentali.
1.b.2. Il-proċess ta' fabbrikazzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tas-sistema ta' propulsjoni għandhom jirriżultaw f'imġieba strutturali magħrufa u riproduċibbli. Għandu jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata ma' l-ambjent operattiv.
1.b.3. L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali u operattiv u nuqqasijiet sussegwenti probabbli fil-partijiet m'għandhomx inaqqsu l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni taħt livelli aċċettabbli. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa għall-assigurazzjoni ta' airworthiness kontinwa f'dan ir-rigward għandhom jiġu promulgati.
1.b.4. L-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-ħtiġiet kollha meħtieġa għall-interface sigura u korretta bejn is-sistema ta' propulsjoni u l-inġenju ta' l-ajru għandhom jiġu promulgati.
1.ċ. Sistemi u tagħmir
1.ċ.1. L-inġenju ta' l-ajru m'għandux ikollu karatteristiċi ta' disinn jew dettalji li l-esperjenza wriet li huma perikolużi.
1.ċ.2. L-inġenju ta' l-ajru, inklużi dawk is-sistemi, tagħmir u apparat meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip, jekk mir-regoli ta' operazzjoni, għandhom jiffunzjonaw kif ippjanat taħt kwalunkwe kondizzjoni operabbli prevista, dejjem, u biżżejjed lil hinn, mit- tħaddim ta' l-inġenju ta' l-ajru, b’ kont dovut meħud tas-sistema, it-tagħmir jew l-ambjent operattiv ta' l-apparat. Sistemi oħra, tagħmir u apparat mhux meħtieġ għaċ-ċertifkazzjoni tat-tip, jew mir-regoli operattivi, kemm jekk jiffunzjonaw tajjeb kif ukoll jekk le, m'għandhomx inaqqsu s-sikurezza u m'għandhomx jeffettwaw ħażin il-funzjonament tajjeb ta' kwalunkwe sistema, tagħmir jew apparat ieħor. Sistemi, tagħmir u apparat għandhom ikunu operabbli mingħajr ma jeħtieġu kapaċità jew saħħa eċċezzjonali.
1.ċ.3. Is-sistemi, it-tagħmir u l-apparat assoċjat ta' inġenji ta' l-ajru, ikkunsidrati separatament u f'relazzjoni ma' xulxin, għandhom jiġi ddisinjati b'tali mod li kwalunkwe kondizzjoni ta' nuqqas katastrofiku ma tirriżultax minn nuqqas wieħed li ma jidhirx li huwa estremament improbabbli u relazzjoni inversa għandha teżisti fejn il-probabilità ta' kondizzjoni ta' xi nuqqqas u s-severità ta' l-effett tagħha fuq l-inġenju ta' l-ajru u l-okkupanti tiegħu. Fir-rigward tal-kriterju ta' nuqqas wieħed hawn fuq, huwa aċċettat li għandu jkun hemm riserva dovuta għad-daqs u l-konfigurazzjoni wiesgħa ta' l-inġenju ta' l-ajru u li dan jista' jipprevjeni lil dan il-kriterju wieħed ta' nuqqas milli jiġi sodisfatt fir-rigward ta' xi partijiet u xi sistemi fuq ħelikopters u ajruplani żgħar.
1.ċ.4. Informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni sigura tat-titjira u l-informazzjoni li tikkonċerna kondizzjonijiet mhux siguri għandha tiġi pprovduta lill-persunal, jew persunal ta' manteniment, kif xieraq, b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Sistemi, tagħmir u kontrolli, inkluż sinjali u avviżi għandhom jiġu ddisinjati u mpoġġija biex jiġu minimizzati l-iżbalji li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' perikli.
1.ċ.5. Prekawzjonijiet tad-disinn għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-perikoli lill-inġenji ta' l-ajru u lill-okkupanti minn theddid raġjonevolment probabbli, kemm ġewwa kif ukoll barra l-inġenju ta' l-ajru, inkluża l-protezzjoni kontra l-possibbiltà ta' nuqqas sinifikanti fi, jew telf ta', kwalunkwe inġenju ta' l-ajru.
1.d. Airworthiness kontinwa
1.d.1. Struzzjonijiet għal airworthiness kontinwa għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiżguraw li l-istandard ta' l-airworthiness taċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta' l-inġenju ta' l-ajru jinżamm matul il-ħajja operattiva ta' l-inġenju ta' l-ajru.
1.d.2. Għandhom jiġu pprovduti mezzi sabiex jippermettu l-ispezzjoni, l-aġġustament, il-lubrikazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' partijiet u apparat kif meħtieġ għal airworthiness kontinwa.
1.d.3. L-istruzzjonijiet għal airworthiness kontinwa għandhom ikunu fil-forma ta' manwal, jew manwali, kif adatt għall-kwantità ta' data li għandha tiġi pprovduta. Il-manwali għandhom ikopru manutenzjoni u struzzjonijiet ta' tiswija, informazzjoni ta' manutenzjoni, proċeduri ta' trouble-shooting u ta' spezzjoni, f'format li jipprovdi għal arranġament prattiku.
1.d.4. L-istruzzjonijiet għal airworthiness kontinwa għandu jkun fihom limitazzjonijiet ta' airworthiness li jistabilixxu kull ħin mandatorju ta' sostituzzjoni, intervalli ta' spezzjonijiet u proċedura relatata ta' spezzjoni.
2. Aspetti ta' airworthiness ta' tħaddim tal-prodott
2.a. Dan li ġej għandu jidher li ġie indirizzat sabiex jiġi assigurat livell sodisfaċenti ta' sikurezza għal dawk abbord jew fuq l-art tul it-tħaddim tal-prodott:
2.a.1. It-tipi ta' operazzjoni li għalihom l-inġenju ta' l-ajru huwa approvat għandhom jiġu stabbiliti u limitazzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni sigura, inklużi l-limitazzjonijiet ambjentali u l-prestazzjoni għandhom jiġu stabbiliti.
2.a.2. L-inġenju ta' l-ajru għandu jkun kontrollabbli u manuvrabbli mingħajr periklu taħt Il-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' operazzjoni inkluż wara n-nuqqas ta' sistema ta' propulsjoni waħda jew, jekk adatt, iktar. Għandu jittieħed kont dovut tas-saħħa tal-bdot, ta' l-ambjent tal-flight deck, ta' l-ammont ta' xogħol tal-bdot u ta' konsiderazzjonijiet oħra ta' fattur uman u tal-fażi tat-titjira u t-tul tagħha.
2.a.3. Għandu jkun possibbli li ssir transizzjoni mingħajr xkiel minn fażi ta' titjira waħda għal oħra mingħajr ma jkunu meħtieġa kapaċità eċċezzjonali tal-bdot, riflessi tajba, saħħa jew ħidma taħt kwalunkwe kondizzjoni probabbli ta' operazzjoni.
2.a.4. L-inġenju ta' l-ajru għandu jkollha dik l-istabilità sabiex tassigura li dak li hu mistenni mill-bdot ma jkunx eċċessiv b'kont meħud tal-fażi u t-tul tat-titjira.
2.a.5. Proċeduri għal operazzjonijiet normali, nuqqas u kondizzjonijiet ta' emerġenza għandhom jiġu stabbiliti.
2.a.6. Avviżi ta' allarm, jew detterenti oħra maħsuba sabiex jevitaw li tinkiser in-normalità tat-titjira, għandhom jiġu pprovduti, kif adatt għat-tip.
2.a.7. Il-karatteristiċi ta' l-inġenju ta' l-ajru u s-sistemi tiegħu għandhom jippermettu ritorn sigur mill-estremi tat-titjira li jistgħu jiltaqgħu magħhom.
2.b. Il-limitazzjonijiet operattivi u informazzjoni oħra meħtieġa għal operazzjoni sigura għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-membri ta' l-ekwipaġġ.
2.ċ. L-operazzjonijiet tal-prodotti għandhom jiġu protetti minn perikoli li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inklużi kondizzjonijiet ambjentali.
2.ċ.1. B'mod partikolari, l-ebda kondizzjoni mhux sigura m'għandha tinħoloq mill-esposizzjoni għal fenomeni bħal, iżda mhux limitata għal, temp ikrah, sajjetti, ħbit ma' għasafar, għelieqi radjati bi frekwanza għolja, l-ożonju eċċ., raġjonevolmnet mistennija li jseħħu tul it-tħaddim tal-prodott.
2.ċ.2. Kompartimenti tal-kabini għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b'kondizzjonijiet ta' trasport adatti u protezzjoni adegwata kontra kull perikolu mistenni li jirriżulta f'operazzjonijiet ta' titjir jew li jirriżultaw f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, li jinkludu perikoli ta' nar, duħħan, gassijiet tossiċi u perikoli ta' dekompressjoni rapida. Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex l-okkupanti jingħataw kull ċans raġjonevoli sabiex jiġi evitat dannu serju u jiġu evakwati malajr mill-inġenju ta' l-ajru u sabiex ikunu protetti mill-effett tal-forzi ta' deċelarazzjoni fil-każ ta' inżul ta' emerġenza fuq l-art jew il-baħar. Sinjali jew notifiki ċari u mhux ambigwi għandhom jiġu pprovduti, kif meħtieġ, sabiex l-okkupanti jingħataw struzzjonijiet f'imġieba sigura adatta u l-post u l-użu korett ta' tagħmir ta' sikurezza. Tagħmir meħtieġ ta' sikurezza għandu jkun faċilment aċċessibbli.
2.ċ.3. Il-kompartimenti ta' l-ekwipaġġ għandhom jiġu rranġati sabiex jiġu ffaċilitati operazzjonijiet ta' titjir, inklużi mezzi li jipprovdu kuxjenza tas-sitwazzjoni, u ġestjoni ta' kwalunkwe sitwazzjoni u emerġenza prevista. L-ambjent tal-kompartimenti ta' l-ekwipaġġ m'għandux jipperikola l-abilità ta' l-ekwipaġġ li jwettaq il-kompiti tiegħ u d-disinn tiegħu għandu jkun tali li tiġi evitata interferenza matul l-operazzjoni u l-użu ħażin tal-kontrolli.
3. Organizzazzjonijiet (li jinkludu persuni fiżiċi li jidħlu għad-disinn, il-fabbrikazzjoni jew il-mauntenzjoni)
3.a. Approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet għandhom jinħarġu meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
3.a.1. l-organizzazzjoni għandu jkollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-iskop tax-xogħol. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dan li ġej: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri;
3.a.2. l-organizzazzjoni għandha timplimenta u żżomm sistema ta' amministrazzjoni sabiex tassigura konformità ma' dawn il-ħtiġiet essenzjali għal airworthiness, u timmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema;
3.a.3. l-organizzazzjioni għandha tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi assigurata konformità ma' dawn il-ħtiġiet essenzjali għal airworthiness;
3.a.4. l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema li tirrapporta u/jew timmaniġġa inċident, li għandha tiġi użata mis-sistema ta' amministrazzjoni taħt il-punt 3.a.2 u l-arranġamenti taħt il-punt 3.a.3, sabiex tikkontribwixxi għall-iskop ta' titjib kontinwu tas-sikurezza ta' prodotti.
3.b. Fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ ta' manutenzjoni, il-kondizzjonijiet taħt il-punti 3.a.3 u 3.a.4 ma japplikawx.
ANNESS II
Inġenji ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(2)
L-Artikolu 4(1), (2) u (3) ma japplikawx għal inġenji ta' l-ajru li jaqgħu f'waħda jew aktar mill-kategoriji li jidhru hawn taħt:
(a) vetturi ta' l-arju storiċi li jilħqu l-kriterji ta' hawn isfel:
(i) inġenji ta' l-ajru mhux komplessi li:
— id-disinn inizjali tagħhom ġie stabbilit qabel l-1.1.1955 u
— il-produzzjoni tagħhom ġiet mwaqqfa qabel l-1.1.1975.
jew
(ii) inġenji ta' l-ajru li għandhom rilevanza storika ċara, marbuta ma':
— parteċipazzjoni f'avveniment storiku denju ta' nota; jew
— pass ewlieni fl-iżvilupp ta' l-avjazzjoni; jew
— rwol prinċipali fil-forzi armati ta' Stat Membru.
(b) inġenji ta' l-ajru speċifikament iddisinjati jew immodifikati għar-riċerka, u għal skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, u x'aktarx prodotti f'numri limitati ħafna;
(ċ) inġenji ta' l-ajru li ta' l-inqas 51 % minnhom inbnew minn dilettant, jew assoċjazzjoni ta' dilettanti mhux għal profitt, għall-iskopijiet tagħhom u mingħajr ebda għan kummerċjali;
(d) inġenji ta' l-ajru li kienu fis-servizz tal-forzi militari, ħlief jekk l-inġenju ta' l-ajru huwa ta' tip li għalih l-Aġenzija tkun adottat standard ta' disinn;
(e) ajruplani, ħelikopters u paraxuts mekkanizzati li m'għandhomx aktar minn żewġ sedili, u massa tal-tlugħ massima (MTOM), kif irrekordjata mill-Istati Membri, ta' mhux aktar minn:
(i) 300 kg għal ajruplan/ħelikopter ta' l-art, b'sedil wieħed; jew
(ii) 450 kg għal ajruplan/ħelikopter ta' l-art, b'żewġ sedili; jew
(iii) 330 kg għal amfibju jew ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma b'sedil wieħed; jew
(iv) 495 kg għal amfibju jew ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma b'żewġ sedili, sakemm, meta jopera kemm bħala ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma u kemm bħala ajruplan/ħelikopter ta' l-art, jaqa' taħt iż-żewġ limiti ta' l-MTOM, kif jixraq;
(v) 472,5 kg għal ajruplan ta' l-art, b'żewġ sedili mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntata fuq l-airframe;
(vi) 315 kg għal ajruplan ta' l-art, ta' sedil wieħed mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntat fuq l-airframe;
u, għal ajruplani, li jkollhom veloċità stall jew veloċità minima f'titjir kostanti fil-konfigurazzjoni ta' l-inżul li ma teċċedix 35 knot fil-veloċità fl-ajru kalibrata (CAS);
(f) ġiroplani b'sedil wieħed jew b'żewġ sedili b'massa tat-tlugħ massima li ma teċċedix 560 kg;
(g) glajders b'massa vojta massima, ta' mhux aktar minn 80 kg meta jkunu ta' sedil wieħed jew 100 kg meta jkunu ta' żewġ sedili, inklużi dawk li huma mtajra bis-saqajn;
(h) repliki ta' inġenji ta' l-ajru li jissodisfaw il-kriterji ta' (a) jew (d) ta' hawn fuq, li d-disinn strutturali tagħhom huwa simili għal dak ta' l-inġenji ta' l-ajru oriġinali;
(i) inġenji ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ b'massa operattiva ta' mhux aktar minn 150 kg;
(j) kwalunkwe inġenju ta' l-ajru ieħor b'massa vojta massima, inkluż il-fjuwil, ta' mhux aktar minn 70 kg.
ANNESS III
Ħtiġiet essenzjali tal-liċenzjar ta' bdoti msemmijin fl-Artikolu 7
1. Taħriġ
1.a.
1.a.1. Persuna li tkun qed titħarreġ biex ittajjar inġenju ta' l-ajru għandha tkun matura biżżejjed fl-edukazzjoni, fiżikament u mentalment biex tikseb, iżżomm u turi l-konoxxenza teoretiku u l-ħila prattika rilevanti.
1.b.
1.b.1. Bdot għandu jikseb u jżomm livell xieraq ta' konoxxenza tal-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenji ta' l-ajru u proporzjonat mar-riskji marbuta mat-tip ta' attività. Tali konoxxenza għandha tinkludi mill-anqas dawn li ġejjin:
(i) il-liġi ta' l-ajru;
(ii) konoxxenza ġenerali dwar l-inġenji ta' l-ajru;
(iii) kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kategorija ta' l-inġenju ta' l-ajru;
(iv) prestazzjoni u ppjanar tat-titjira;
(v) prestazzjoni u limitazzjonijiet umani;
(vi) meteoroloġija;
(vii) navigazzjoni;
(viii) proċeduri operattivi, inkluż l-immaniġġjar tar-riżorsi;
(ix) prinċipji tat-titjira;
(x) communications; u
(xi) ħiliet mhux tekniċi, inkluż il-konoxxenza u l-ġestjoni ta' theddid u żbalji.
1.ċ.
1.ċ.1. Il-ksib u ż-żamma ta' konoxxenza teoretika għandhom jintwerew permezz ta' valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, u fejn hu xieraq, permezz ta' eżamijiet.
1.ċ.2. Għandu jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fil-konoxxenza teoretika. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjonijiet regolari, eżamijiet, testijiet jew kontrolli. Il-frekwenza ta' l-eżamijiet, it-testijiet jew il-kontrolli għandha tkun proporzjonata mal-livell ta' riskju marbut ma' l-attività.
1.d.
1.d.1. Bdot għandu jikseb u jżomm ħiliet prattiċi fil-funzjonijiet tiegħu/tagħha fuq l-inġenji ta' l-ajru. Tali ħiliet għandhom ikunu proporzjonati mar-riskji marbuta mat-tip ta' attività u għandhom ikopru, jekk adatti għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenji ta' l-ajru, dawn li ġejjin:
(i) attivitajiet ta' qabel u ta' waqt it-titjira, inkluża l-prestazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru, determinazzjoni tal-massa u l-bilanċ, spezzjoni u manutenzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru, ippjanar ta' fjuwil, konoxxenza dwar it-temp, ippjanar tar-rotta, restrizzjonijiet ta' l-ispazju ta' l-ajru u disponibbiltà ta' runway;
(ii) it-tħaddim ta' ajrudrom u t-tħaddim ta' patterns tat-traffiku;
(iii) il-prekawzjonijiet u l-proċeduri biex jiġu evitati kolliżjonijiet;
(iv) kontroll ta' l-inġenji ta' l-ajru permezz ta' referenza viżiva esterna;
(v) manuvri tat-titjir, inklużi dawk f'sitwazzjonijiet kritiċi, u l-manuvri “upset” assoċjati, kif teknikament possibbli;
(vi) tlugħ u nżul normali u f'riħ laterali;
(vii) titjir b'referenza biss għal strumenti, skond kif japplika għat-tip ta' attività;
(viii) proċeduri operattivi, inklużi ħiliet bħala parti minn tim u mmanniġjar ta' riżorsi, kif applikabbli għat-tip ta' operazzjoni, kemm jekk b'ekwipaġġ ta' wieħed kif ukoll jekk ta' iktar;
(ix) navigazzjoni u implimentazzjoni ta' regoli ta' l-ajru u proċeduri relatati, bl-użu kif jixraq, ta' referenza viżiva jew għajnuniet ta' navigazzjoni;
(x) operazzjonijiet mhux normali u ta' emerġenza, inklużi simulazzjonijiet ta' funzjonament ħażin ta' apparat ta' l-inġenji ta' l-ajru;
(xi) konformità ma' proċeduri tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru u komunikazzjoni;
(xii) tip ta' inġenju ta' l-ajru jew aspetti ta' speċifikazzjoni ta' klassi;
(xiii) taħriġ addizzjonali f'ħiliet prattiċi li jistgħu jkunu meħtieġa biex jitnaqqsu r-riskji marbuta ma' attivitajiet speċifiċi;
(xiv) ħiliet mhux tekniċi, inkluż il-konoxxenza u l-ġestjoni ta' theddid u żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi.
1.e.
1.e.1. Bdot għandu juri l-kapaċità li jesegwixxi l-proċeduri u l-manuvri b'livell ta' kompetenza adatt skond il-funzjonijiet eżerċitati fl-inġenju ta' l-ajru, billi:
(i) jopera l-inġenju ta' l-ajru fil-limiti tiegħu;
(ii) jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u bi preċiżjoni;
(iii) jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila għall-ajru;
(iv) japplika konoxxenza aeronawtiku;
(v) jżomm kontroll ta' l-inġenju ta' l-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta' proċedura jew manuvra jkun żgurat;
(vi) ħiliet mhux tekniċi, inkluż il-konoxxenza u l-ġestjoni ta' theddid u żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi.
1.e.2. Għandu jinżamm livell xieraq ta' kompetenza f'ħiliet prattiċi. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjonijiet regolari, eżamijiet, testijiet jew kontrolli. Il-frekwenza ta' l-eżamijiet, it-testijiet jew il-kontrolli għandha tkun proporzjonata mal-livell ta' riskju marbut ma' l-attività.
1.f.
Bdot għandu jkun wera profiċjenza fil-lingwa sa livell xieraq għall-funzjonijiet imwettqa fuq l-inġenju ta' l-ajru. Tali wiri ta' profiċjenza għandu jinkludi:
(i) l-abbiltà li jifhem id-dokumenti ta' informazzjoni dwar it-temp;
(ii) l-użu ta' mapep aeornawtiċi ta' waqt ir-rotta, tat-tluq u ta' avviċinament u dokumenti ta' informazzjoni aeronawtika marbuta magħhom;
(iii) l-abbiltà li jikkomunika ma' l-ekwipaġġ l-ieħor tat-titjira u mas-servizzi ta' navigazzjoni fl-ajru matul il-fażijiet kollha tat-titjira, inkluża l-preparazzjoni għat-titjira.
1.g.
Meta apparat ta' simulazzjoni ta' taħriġ fit-titjir (FSTD) jintuża għat-taħriġ, jew biex jintwera li tkun inkisbet jew inżammet ħila prattika, dan l-FSTD irid ikun kwalifikat f'livell partikolari ta' prestazzjoni f'dawk l-oqsma, li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni ta' l-azzjoni kkonċernata. B'mod partikulari, ir-replikazzjoni tal-konfigurazzjoni, tal-kwalitajiet ta' maniġġjar, tal-prestazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru, u l-prestazzjoni tas-sistemi jridu jirrappreżentaw b'mod adegwat l-inġenji ta' l-ajru.
1.h.
1.h.1. It-taħriġ għandu jsir permezz ta' kors ta' taħriġ.
1.h.2. Kors ta' taħriġ għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) għandu jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta' kors; u
(ii) il-kors ta' taħriġ għandu jkun imqassam bejn konoxxenza teoretika u struzzjoni prattika fit-titjir (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli.
1.i.
1.i.1. Struzzjoni teoretika.
It-tagħlim teoretiku jrid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Dawn għandhom:
(i) ikollhom għarfien xieraq fil-qasam li fih tkun se tingħata l-istruzzjoni;
(ii) ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni xierqa.
1.i.2. Struzzjoni fit-titjir u titjir ta' simulazzjoni.
Struzzjoni fit-titjir u titjir ta' simulazzjoni jrid jiġi mogħti minn għalliema kwalifikati kif jixraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:
(i) ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet ta' konoxxenza teoretika u esperjenza xierqa għat-tagħlim li jkun qed jingħata;
(ii) ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adatti;
(iii) ikunu pprattikaw tekniki ta' struzzjoni f'dawk il-manuvri u proċeduri tat-titjir li fihom huwa ppjanat li jipprovdu struzzjoni fit-titjir;
(iv) ikunu wrew l-abbiltà li jgħallmu f'dawk l-oqsma li fihom tkun se tingħata l-istruzzjoni, inkluż l-istruzzjoni għal qabel it-titjira, wara t-titjira, u fuq l-art;
(v) ikunu jirċievu regolarment taħriġ ta' aġġornament biex jiġi żgurat li l-istandard tal-kapaċità ta' l-għalliema jinżamm aġġornat.
Għalliema tat-titjir għandhom ukoll ikunu awtorizzati li jagħmluha ta' pilota-kmandant ta' l-inġenji ta' l-ajru li fuqhom ikun qed jingħata t-tagħlim, ħlief fil-każ ta' taħriġ fuq tipi ġodda ta' inġenji ta' l-ajru.
1.j.
1.j.1. Persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-ħila ta' bdoti għandhom:
(i) jissodisfaw il-ħtiġiet ta' għalliema tat-titjir jew ta' simulazzjoni tat-titjir;
(ii) ikunu kapaċi jivvalutaw prestazzjoni ta' bdot u jwettqu testijiet u kontrolli fuq titjira.
2. Ħtiġiet ta' esperjenza
2.a.1. Persuna li taġixxi bħala membru ta' l-ekwipaġġ, għalliem jew eżaminatur fuq titjira għandhom jiksbu u jżommu esperjenza suffiċjenti għall-funzjonijiet li jkunu qed jiġu eżerċitati, ħlief jekk ir-regoli ta' implimentazzjoni jipprevedu biex il-kompetenta tiġi murija skond il-punt 1.e.
3. Organizzazzjonijiet tat-taħriġ
3.a.
3.a.1. Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi taħriġ għall-bdoti għandha tissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin:
(i) ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-firxa ta' responsabbiltajiet assoċjati ma' l-attività tagħha. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dan li ġej: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri;
(ii) timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni relatata mas-sikurezza u l-istandard ta' taħriġ, u timmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
(iii) tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skond il-ħtieġa, biex tiżgura konformità kontinwa mal-ħtiġiet t’hawn fuq.
4. Stat mediku tajjeb
4.a.
4.a.1. Il-bdoti kollha għandhom perjodikament juru stat mediku tajjeb biex jesegwixxu l-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, b'konsiderazzjoni għat-tip ta' attività. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni xierqa bbażata fuq l-aħjar prattika aeromedika, b'konsiderazzjoni għat-tip ta' attività u l-possibbiltà ta' degradazzjoni mentali u fiżika minħabba l-età.
Stat mediku tajjeb, li jinkludi s-saħħa fiżika u mentali, ifisser li ma jkunx hemm problemi ta' mard jew diżabbiltà, li jirrendu l-bdot inkapaċi:
(i) li jesegwixxi l-kompiti meħtieġa biex jopera inġenji ta' l-ajru; jew
(ii) li jesegwixxi doveri assenjati fi kwalunkwe ħin; jew
(iii) li jagħraf/tagħraf korrettament l-ambjent tiegħu/tagħha.
4.a.2. Fejn l-istat mediku tajjeb ma jkunx jista' jintwera b'mod sħiħ, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni li jipprovdu għal sikurezza ekwivalenti fit-titjir.
4.b.
4.b.1. Eżaminatur aero-mediku għandu:
(i) ikun kwalifikat u liċenzjat fil-prattika tal-mediċina;
(ii) ikun irċieva taħriġ fil-mediċina ta' l-avjazzjoni u taħriġ ta' aġġornament regolari fil-mediċina ta' l-avjazzjoni biex ikun żgurat li l-istandards ta' valutazzjoni jinżammu;
(iii) ikun kiseb konoxxenza prattika u esperjenza tal-kondizzjonijiet li fihom il-bdoti jaqdu dmirijiethom.
4.ċ.
4.ċ.1. Ċentri aero-mediċi għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa għall-firxa ta' responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dan li ġej: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri;
(ii) jimplementaw u jżommu sistema ta' ġestjoni relatata mas-sikurezza u l-istandard ta' valutazzjoni medika, u jimmiraw għal titjib kontinwu ta' din is-sistema;
(iii) jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skond il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa ma' dawn il-ħtiġiet.
ANNESS IV
Ħtiġiet essenzjali għal operazzjonijiet ta' l-ajru msemmijin fl-Artikolu 8
1. Ġenerali
1.a. Titjira m'għandiex issir jekk il-membri ta' l-ekwipaġġ u, kif ikun xieraq, il-persunal ta' l-operazzjonijiet l-ieħor kollu involut fil-preparazzjoni u l-eżekuzzjoni tagħha ma jkunux familjari mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli, pertinenti għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajruporti li ppjanaw li jużaw u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom.
1.b. Titjira għandha ssir b'tali mod li jiġu segwiti l-proċeduri operattivi speċifikati fil-Manwal tat-Titjir jew, fejn meħtieġ il-Manwal ta' l-Operazzjonijiet, għall-preparazzjoni u l-eżekuzzjoni tat-titjira. Biex dan ikun faċilitat, sistema ta' lista ta' kontroll għandha tkun disponibbli għall-użu, kif jixraq, mill-membri ta' l-ekwipaġġ fil-fażijiet kollha ta' l-operazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru taħt kundizzjonijiet u sitwazzjonijiet normali, mhux normali u ta' emerġenza. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għal kwalunkwe sitwazzjoni ta' emerġenza raġonevolment prevedibbli.
1.ċ. Qabel kull titjira, ir-rwoli u d-dmirijiet ta' kull membru ta' l-ekwipaġġ għandhom jiġu ddefiniti. Il-bdot fil-kmand għandu jkun responsabbli għall-operazzjoni u s-sikurezza ta' l-inġenju ta' l-ajru u għas-sikurezza tal-membri kollha ta' l-ekwipaġġ, tal-passiġġieri kollha u tal-merkanzija kollha abbord.
1.d. Merkanzija u sustanzi, li jistgħu jikkawżaw riskju sinifikanti għas-saħħa, is-sikurezza, il-proprjetà jew l-ambjent, bħalma huma merkanzija perikolużi, armi u munizzjon, m'għandhom ikunu trasportati fuq l-ebda ajruplan, ħlief jekk proċeduri u istruzzjonijiet speċifiċi ta' sikurezza jkunu ġew applikati biex jitnaqqsu r-riskji relatati.
1.e. Kull data, dokumenti, rekords u informazzjoni meħtieġa biex jiġi rrekordjat ir-rispett tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.ċ għandhom jinżammu għal kull titjira u jibqgħu disponibbli għal perijodu minimu ta' żmien kompattibbli mat-tip ta' operazzjoni.
2. Preparazzjoni għat-titjira
2.a. Titjira m'għandhiex tibda jekk ma jiġix aċċertat b'kull mezz raġonevoli disponibbli li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2.a.1. Faċilitajiet adegwati direttament meħtieġa għat-titjira u għall-operazzjoni sikura ta' l-inġenji ta' l-ajru, inklużi faċilitajiet ta' komunikazzjoni u għajnuniet tan-navigazzjoni, huma disponibbli għall-eżekuzzjoni tat-titjira, b'konsiderazzjoni għad-dokumentazzjoni tas-Servizzi ta' l-Informazzjoni ta' l-Ajronawtika disponibbli.
2.a.2. L-ekwipaġġ għandu jkun familjari ma', u l-passiġġieri infurmati dwar, fejn jinsab u kif jintuża it-tagħmir ta' emerġenza rilevanti. Informazzjoni suffiċjenti li tirrigwarda proċeduri ta' emerġenza u l-użu tat-tagħmir tas-sikurezza tal-kabina għandha ssir disponibbli għall-ekwipaġġ u l-passiġġieri bl-użu ta' informazzjoni speċifikata.
2.a.3. Il-bdot fil-kmand għandu jkun sodisfatt li:
(i) l-inġenju ta' l-ajru hu tajjeb għat-titjir skond kif speċifikat fil-punt 6;
(ii) jekk meħtieġ, l-inġenju ta' l-ajru jkun irreġistrat kif suppost u li ċ-ċertifikati adatti kollha fir-rigward tiegħu huma abbord l-inġenju ta' l-ajru;
(iii) strumenti u tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju ta' l-ajru u huma operattivi kif speċifikat fil-punt 5, jekk ma jkunx eżenti bis-saħħa tal-Lista ta' Tagħmir Minimu (Minimum Equipment List, MEL) jew dokument ekwivalenti applikabbli;
(iv) il-massa ta' l-inġenju ta' ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma b'tali mod li t-titjira tista' tiġi eżegwita fil-limiti msemmijin fid-dokumentazzjoni ta' l-airworthiness;
(v) il-bagalji kollha tal-kabina, il-bagalji kollha fl-istiva u l-merkanzija huma mgħobbija kif suppost u marbutin;
(vi) il-limiti ta' l-operazzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru kif speċifikat fil-punt 4 mhux ser ikunu maqbuża fl-ebda ħin matul it-titjira.
2.a.4. Informazzjoni li tirrigwarda l-kundizzjonijiet metereoloġiċi tat-tluq, id-destinazzjoni u, fejn applikabbli, ajruporti alternattivi, kif ukoll kundizzjonijiet għal waqt ir-rotta, għandhom ikunu disponibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil kundizzjonijiet atmosferiċi potenzjalment perikolużi.
2.a.5. Fil-każ ta' titjira f'kundizzjonijiet ta' silġ magħrufa jew mistennija, l-inġenju ta' l-ajru għandu jiġi ċċertifikat, mgħammar u/jew ittrattat biex jopera mingħajr periklu f'kundizzjonijiet bħal dawn.
2.a.6. Għal titjira bbażata fuq regoli tat-titjir viżiv, il-kundizzjonijiet metereoloġiċi matul ir-rotta tat-titjira għandhom ikunu tali li jagħmlu l-konformità ma' dawn ir-regoli tat-titjir possibbli. Għal titjira bbażata fuq regoli tat-titjir bl-istrumenti, id-destinazzjoni u, fejn hu applikabbli, ajruport(i) alternattiv(i) fejn l-inġenju ta' l-ajru jista' jinżel, għandhom jintgħażlu b'konsiderazzjoni b'mod partikulari għall-kundizzjonijiet metereoloġiċi mbassra, id-disponibbiltà ta' servizzi ta' navigazzjoni fl-ajru, id-disponibbiltà ta' faċilitajiet ta' l-art u l-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti ċertifikati mill-Istat fejn jinsab l-ajruport tad-destinazzjoni u/jew l-ajruport alternattiv.
2.a.7 L-ammont ta' fjuwil u żejt abbord għandu jkun biżżejjed biex jiġi żgurat li t-titjira ppjanata tista' tiġi kkompletata mingħajr periklu, b'konsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet metereoloġiċi, kwalunkwe element li jaffettwa l-prestazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru u xi dewmien mistenni fit-titjira. Barra dan, riżerva ta' fjuwil għandha tinġarr biex tipprovdi għal kontinġenzi. Proċeduri għall-ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira għandhom ikunu stabbiliti meta rilevanti.
3. Operazzjonijiet ta' titjir
3.a. Fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' titjir, il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti:
3.a.1. Fejn rilevanti għat-tip ta' l-inġenju ta' l-ajru, waqt it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jkun meqjus meħtieġ mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, kull membru ta' l-ekwipaġġ għandu jkun bilqiegħda fl-istazzjon ta' l-ekwipaġġ u jrid juża s-sistemi ta' rbit ipprovduti, skond it-tip ta'l-inġenju ta' l-ajru.
3.a.2. Fejn rilevanti għat-tip ta' l-inġenju ta' l-ajru, il-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li meħtieġa jkunu xogħol fuq il-gverta għandhom ikunu u jibqgħu stazzjonati hemm, biċ- ċinturini tas-sikurezza maqfula ħlief għal ħtiġijiet fiżjoloġiċi u operattivi.
3.a.3. Fejn rilevanti għat-tip ta' inġenju ta' l-ajru u t-tip ta' operazzjoni, qabel it-tluq u l-inżul, waqt li jkun miexi mar-runway u kull meta jun meqjus meħtieġ fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li kull passiġġier hu bilqiegħda sew u marbut.
3.a.4. Titjira għandha ssir b'tali mod li tinżamm separazzjoni xierqa minn inġenji ta' l-ajru oħra u li jkun żgurat spazju adegwat ħieles minn ostakli, matul il-fażijiet kollha tat-titjira. Tali separazzjoni għandha tkun minn ta' l-inqas dik stabbilità mir-regoli ta' l-ajru applikabbli.
3.a.5. Titjira m'għandhiex titkompla sakemm kondizzjonijiet magħrufa jibgħu jkunu almenu ekwivalenti għal dawk fil-punt 2. Flimkient ma' dan, għal titjira bbażata fuq regoli ta' strument ta' titjira, approċċ lejn aerodrome m'għandux jitkompla taħt ċertu għoli speċifikat jew lil minn ċertu pożizzjoni, jekk kriterji ta' vizibbiltà preskrtti ma jintlaħqux.
3.a.6. F'emerġenza, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-passiġġieri kollha jingħataw istruzzjonijiet xierqa dwar l-azzjoni ta' emerġenza meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.
3.a.7. Bdot fil-kmand għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimminimizza l-konsegwenzi fuq it-titjira ta' mġiba ta' passiġġieri li joħolqu l-inkwiet.
3.a.8. Inġenju ta' l-ajru m'għandux ikun misjuq fuq iż-żona tal-moviment ta' l-ajruport, jew ir-rotor tiegħu m'għandux ikun imħaddem, ħlief jekk il-persuna mal-kontrolli tkun kompetenti kif jixraq.
3.a.9. Il-proċeduri ta' ġestjoni ta' fjuwil in-flight applikabbli għandhom jintużaw, meta rilevanti.
4. Limitazzjonijiet ta' prestazzjoni u operazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru
4.a. Inġenju ta' l-ajru għandu jkun imħaddem skond id-dokumentazzjoni ta' l-airworthiness tiegħu u l-proċeduri operattivi u l-limitazzjonijiet kollha relatati kif espressi fil-manwal tat-titjir tiegħu jew f'dokumentazzjoni ekwivalenti, skond il-każ. Il-manwal tat-titjir jew id-dokumentazzjoni ekwivalenti għandhom ikunu disponibbli għall-ekwipaġġ u miżmuma aġġornata għal kull inġenju ta' l-ajru.
4.b. L-inġenju ta' l-ajru għandu jkun imħaddem skond id-dokumentazzjoni ambjentali applikabbli.
4.ċ. Titjira m'għandhiex tinbeda jew titkompla ħlief jekk il-prestazzjoni ppjanata ta' l-inġenju ta' l-ajru, b'konsiderazzjoni għall-fatturi kollha li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-livell tal-prestazzjoni tiegħu, tippermetti li kull fażi tat-titjira tkunu eżegwita fil-limiti tad-distanzi/żoni u l-ispazju ħieles minn ostakli applikabbli għall-massa operattiva ppjanata. Il-fatturi ta' prestazzjoni li jaffettwaw b'mod sinifikanti t-tlugħ, il-vjaġġ u l-avviċinament/inżul huma, partikolarment:
(i) proċeduri operattivi;
(ii) pressjoni ta' l-altitudni ta' l-ajruport;
(iii) temperatura;
(iv) riħ;
(v) id-daqs, iż-żerżieq ta' l-art u l-kondizzjoni taz-zona tat-tlugħ/inżul; u
(vi) il-kondizzjoni ta' l-airframe, l-impjant ta' l-elettriċità jew is-sistemi, b'kont meħud tal-possibbiltà ta' deterjorament.
4.ċ.1. Tali fatturi għandhom jiġu kkunsidrati direttament bħala parametri operattivi jew indirettament permezz ta' tolleranzi jew marġni, li jistgħu jiġu pprovduti fl-ippjanar tad-data tal-prestazzjoni, kif xieraq skond it-tip ta' operazzjoni.
5. Strumenti, data u tagħmir
5.a. Inġenju ta' l-ajru għandu jkun mgħammar b'kull tagħmir ta' navigazzjoni, komunikazzjoni u tagħmir ieħor meħtieġ għat-titjira ppjanata, b'konsiderazzjoni għar-regolamenti tat-traffiku ta' l-ajru u r-regoli ta' l-ajru applikabbli waqt kull fażi tat-titjira.
5.b. Meta rilevanti, inġenju ta' l-ajru għandu jkun mgħammar bit-tagħmir kollu ta' sikurezza, mediċinali, ta' evakwazzjoni u ta' sopravivenza meħtieġ, b'konsiderazzjoni għar-riskji marbuta maż-żoni ta' operazzjoni, ir-rotot tat-titjir, l-altitudni u t-tul tat-titjira.
5.ċ. Id-data kollha meħtieġa mill-ekwipaġġ għall-eżekuzzjoni tat-titjira għandha tkun aġġornata u disponibbli abbord l-inġenju ta' l-ajru b'konsiderazzjoni għar-regolamenti tat-traffiku ta' l-ajru, ir-regoli ta' l-ajru, l-altitudnijiet tat-titjir u ż-żoni ta' operazzjoni applikabbli.
6. Kontinwità ta' l-airworthiness
6.a. L-inġenju ta' l-ajru m'għandux jitħaddem ħlief jekk:
(i) l-inġenju ta' l-ajru hu f'kundizzjoni tajba għat-titjir;
(ii) it-tagħmir operattiv u ta' emerġenza meħtieġ għat-titjira ppjanata hu fi stat tajjeb biex jintuża;
(iii) id-dokument ta' l-airworthiness ta' l-inġenju ta' l-ajru huwa validu;
(iv) il-manutenzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru ssir skond il-programm tal-manutenzjoni tiegħu.
6.b. Qabel kull titjira jew serje konsisteni ta' titjiriet konsekuttivi, l-inġenju ta' l-ajru għandu jiġi spezzjonat, permezz ta' verifika ta' qabel it-titjira, biex ikun determinat jekk hux tajjeb għat-titjira ppjanata.
6.ċ. Il-programm tal-manutenzjoni għandu jinkludi b'mod partikulari, il-kompiti u l-intervalli ta' manutenzjoni, speċjalment dawk li jkunu speċifikati bħala mandatorji fl-istruzzjonijiet għal airworthiness kontinwa.
6.d. L-inġenju ta' l-ajru m'għandux jitħaddem sakemm mhux rilaxxat għas-servizz minn persuni jew organizzazzjonijiet ikkwalifikati, wara manuntenzjoni. Ir-rilaxx għas-servizz iffirmat irid ikun fih b'mod partikolari, id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni magħmula.
6.e. Ir-rekords kollha li juru l-airworthiness ta' l-inġenju ta' l-ajru għandhom jinżammu sakemm l-informazzjoni li jkun fihom tiġi sostitwita b'informazzjoni ġdida ekwivalenti fil-firxa u d-dettall imma għal mhux inqas minn 24 xahar fil-każ ta' rekords ta' manutenzjoni dettaljati. Meta l-inġenju ta' l-ajru jinkera, ir-rekords kollha li juru l-airworthiness ta' l-inġenju ta' l-ajru għandhom jinżammu mill-inqas matul il-kirja.
6.f. Il-modifikazzjonijiet u t-tiswijiet kollha għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali ta' l-airworthiness. Id-data li ssostni l-konformità mal-ħtiġiet ta' l-airworthiness għandha tinżamm.
7. Membri ta' l-ekwipaġġ
7.a. In-numru u l-kompożizzjoni ta' l-ekwipaġġ għandhom jiġu determinati b'konsiderazzjoni għal:
(i) il-limitazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru, inkluż jekk applikabbli, id-dimostrazzjoni rilevanti ta' evakwazzjoni f'emerġenza;
(ii) il-konfigurazzjoni tal-vettura ta' l-arju; u
(iii) it-tip u t-tul ta' l-operazzjonijiet.
7.b. Il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għandhom:
(i) ikunu mħarrġa u kkontrollati fuq bażi regolari biex jilħqu u jżommu livell adegwat ta' kompetenza biex jaqdu d-dmirijiet ta' sikurezza assenjati lilhom; u
(ii) issirilhom valutazzjoni perjodika ta' l-istat mediku tagħhom li turi jekk humiex b'saħħithom biżżejjed biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta' sikurezza. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni adatta bbażata fuq l-aħjar prattika aeromedika.
7.ċ. Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u li jieħu kull azzjoni xierqa biex jassigura t-tħaddim u s-sikurezza ta' l-inġenju ta' l-ajru u tal-persuni u/jew il-proprjetà li jkun qed iġorr fih.
7.d. F'sitwazzjoni ta' emerġenza, li tipperikola l-operazzjoni jew is-sikurezza ta' l-inġenju ta' l-ajru u/jew tal-persuni abbord, il-bdot fil-kmand għandu jieħu kwalunkwe azzjoni li huwa/hija jikkunsidra meħtieġa fl-interess tas-sikurezza. Meta azzjoni bħal din tinvolvi ksur ta' regolamenti jew proċeduri lokali, il-bdot fil-kmand għandu jkollu r-responsabbiltà li jinnotifika lill-awtoritajiet lokali rilevanti mingħajr dewmien.
7.e. M'għandhiex issir simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet mhux normali ta' emerġenza waqt li jkunu qed jinġarru passiġġieri jew merkanzija.
7.f. L-ebda membru ta' l-ekwipaġġ ma jista' jippermetti d-deterjorament tal-kisba tal-kompiti/teħid tad-deċiżjonijiet sal-punt fejn tiġi pperikolata s-sikurezza tat-titjira minħabba l-effetti ta' għeja, b'kont meħud, inter alia, ta' akkumulazzjoni ta' għeja, nuqqas ta' rqad, numru ta' setturi ta' titjir, xiftijiet ta' bil-lejl jew tibdil f'żoni ta' ħin. Perijodi ta' mistrieħ għandhom jipprovdu ħin suffiċjenti biex il-membri ta' l-ekwipaġġ ikunu jistgħu jegħlbu l-effetti tax-xogħol ta' qabel u jkunu mistrieħa biżżejjed mal-bidu tal-perijodu ta' titjir li jkun imiss.
7.g. Membru ta' l-ekwipaġġ m'għandux jeżegwixxi d-dmirijiet allokati lilu abbord inġenju ta' l-ajru meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew ta' alkoħol jew meta ma jkunx f'sikktu minħabba korriment, għaja, medikazzjoni, mard jew raġunijiet oħra simili.
8. Ħtiġiet addizzjonali għall-operazzjoni għal skopijiet kummerċjali u operazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru mħaddma b'magni kumplessi.
8.a. L-operazzjoni għal skopijiet kummerċjali u l-operazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru mħaddma b'magni kumplessi m'għandhomx isiru jekk ma jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
8.a.1. l-operatur għandu jkollu direttament jew indirettament permezz ta' kuntratti, l-mezzi meħtieġa skond id-daqs u l-firxa ta' l-operazzjonijiet. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda m'humiex limitati għal dawn li ġejjin: inġenji ta' l-ajru, faċilitajiet, struttura ta' tmexxija, persunal, tagħmir, dokumentazzjoni ta' kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għad-data rilevanti u żamma ta' rekords;
8.a.2. l-operatur għandu juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ sew u jwettaq u jżomm programmi ta' taħriġ u kontrolli għall-membri ta' l-ekwipaġġ u persunal ieħor rilevanti;
8.a.3. l-operatur għandu jistabbilixxi MEL jew dokument ekwivalenti, b'kunsiderazzjoni għal dan li ġej:
(i) id-dokument għandu jipprovdi għall-fini ta' l-operazzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru, taħt kondizzjonijiet speċifikati, bi strumenti partikolari, lista ta' tagħmir jew ta' funzjonijiet mhux operattivi fil-bidu tat-titjira;
(ii) id-dokument irid jiġi ppreparat għal kull inġenju ta' l-ajru individwali, b'konsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet operattivi u ta' manutenzjoni rilevanti ta' l-operatur;
(iii) l-MEL għandha tkun ibbażata fuq il-Lista Master ta' Tagħmir Minimu (MMEL), jekk tkun disponibbli, u m'għandhiex tkun anqas restrittiva mill-MMEL;
8.a.4. l-operatur għandu jimplimenta u jżomm sistema maniġerjali biex jiżgura l-konformità ma' dawn il-ħtiġiet essenzjali għall-operazzjonijiet u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema;
8.a.5. l-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm programm ta' prevenzjoni ta' aċċidenti u ta' sikurezza, inkluż programm għall-irrappurtar ta' l-okkorrenzi, li għandu jintuża mis-sistema maniġerjali b'kontribuzzjoni għall-għan ta' titjib kontinwu fis-sikurezza ta' l-operazzjonijiet.
8.b. L-operazzjoni għal skopijiet kummerċjali u l-operazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru mħaddma b'magni kumplessi għandha ssir biss skond Manwal ta' l-Operazzjonijiet ta' l-operatur. Tali manwal għandu jinkludi l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-inġenji ta' l-ajru kollha mħaddma u għall-persunal ta' l-operazzjonijiet biex iwettqu dmirijiethom. Għandhom ikunu speċifikati l-limitazzjonijiet applikabbli għat-tul ta' ħin ta' titjir, il-perijodi ta' xogħol f'titjiriet u l-perijodi ta' mistrieħ għall-membri ta' l-ekwipaġġ. Il-Manwal ta' l-Operazzjonijiet u r-reviżjonijiet tiegħu għandhom ikunu konformi mal-Manwal tat-Titjir approvat u jiġu emendati skond il-ħtieġa.
8.ċ. L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri, kif inhu xieraq, biex jimminimizza l-konsegwenzi ta' imġiba ta' passiġġieri li tista' għalħloq inkwiet fuq is-sikurezza ta' l-operazzjonijiet ta' titjir.
8.d. L-operatur għandu jiżviluppa u jżomm programmi tas-sigurtà adattati għall-inġenju ta' l-ajru u t-tip ta' operazzjoni li jkunu jinkludu partikolarment:
(i) is-sigurtà tal-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira;
(ii) il-ista ta' kontroll tal-proċedura ta' tfittxija fuq l-inġenju ta' l-ajru;
(iii) programmi ta' taħriġ;
(iv) il-protezzjoni tas-sistemi elettroniċi u tal-kompjuter għall-prevenzjoni ta' interferenza u korruzzjoni intenzjonata fis-sistemi;
(v) rappurtar ta' atti ta' interferenza illegali.
Meta l-miżuri ta' sigurtà jistgħu jaffettwaw ħażin is-sikurezza ta' operazzjonijiet, ir-riskji għandhom jiġu vvalutati u għandhom jiġu żviluppati proċeduri adatti biex inaqqsu r-riskji ta' sikurezza, dan jista' jirrikjedi l-użu ta' tagħmir speċjalizzat.
8.e. L-operatur għandu jaħtar bdot wieħed minn fost l-ekwipaġġ ta' l-ajru bħala l-bdot fil-kmand.
8.f. Il-prevenzjoni ta' l-għaja għandha tiġi amministrata permezz ta' sistema ta' roster. Għal titjira, jew serje ta' titjiriet, din is-sistema ta' roster trid tindirizza l-ħinijiet tat-titjir, il-ħinijiet ta' xogħol f'titjir, xogħol u l-perijodi ta' mistrieħ adattati. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema tar-roster trid tikkunsidra l-fatturi kollha rilevanti li jikkontribwixxu għall-għaja bħal m'huma, b'mod partikolari, in-numru ta' setturi tat-titjir, il-qsim ta' żoni ta' ħin, nuqqas ta' rqad, sfrattu taċ-ċikli bijoloġiċi ta' kull jum, sigħat ta' bil-lejl, stazzjonar, akkumulazzjoni ta' ħinijiet ta' xogħol għal perijodi speċifiċi, kondiviżjoni ta' kompiti allokati fost membri ta' l-ekwipaġġ, u wkoll il-provvediment ta' ekwipaġġi miżjuda.
8.g. Il-kompiti speċifikati fil-punt 6.a u dawk deskritti fil-punti 6.d. u 6.e. għandhom ikunu kkontrollati minn organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni ta' l-airworthiness kontinwa li għandha tissodisfa, flimkien ma' dawk il-ħtiġiet ta' l-Anness I punt 3.a, il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) l-organizzazzjoni għandha tkun kwalifikata għall-manutenzjoni tal-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha jew tkun ikkonkludiet kuntratt ma' organizzazzjoni hekk kwalifikata għal dawn il-prodotti, partijiet u tagħmir; u
(ii) l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi manwal ta' l-organizzazzjoni li jipprovdi, għall-użu u l-gwida tal-persunal ikkonċernat, deskrizzjoni ta' kull proċedura ta' l-airworthiness kontinwa ta' l-organizzazzjoni, inkluż meta applikabbli, deskrizzjoni ta' l-arranġamenti amministrattivi bejn l-organizzazzjoni u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.
ANNESS V
Kriterji għall-entitajiet kwalifikati u l-korpi akkreditati imsemmija fl-Artikolu 13 (“entità kwalifikata” jew “entità”)
1. L-entità, id-Direttur tagħha u l-persunal responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-kontrolli, ma jistgħux jinvolvu ruħhom, la direttament u lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni jew il-manutenzjoni tal-prodotti, il-partijiet, it-tagħmir, il-kostitwenti jew is-sistemi jew fl-operazzjonijiet, il-provvediment ta' servizz jew l-użu tagħhom. Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn l-organizzazzjonijiet involuti u l-entità kwalifikata.
2. L-entità u l-persunal responsabbli għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni għandhom jeżegwixxu d-dmirijiet tagħhom bl-akbar integrità professjonali possibbli u l-akbar kompetenza teknika possibbli u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b'mod partikolari ta' natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom u r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari minn persuni jew gruppi ta' persuni affettwati mir-riżultati tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni.
3. L-entità għandha timpjega persunal u jkollha l-mezzi meħtieġa biex twettaq b'mod adegwat il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess ta' ċertifikazzjoni; għandu jkollha wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal verifiki eċċezzjonali.
4. Il-persunal responsabbli għall-investigazzjoni għandu jkollu:
— taħriġ tekniku u vokazzjonali sod;
— konoxxenza sodisfaċenti tal-ħtiġiet tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni li jwettaq u esperjenza adegwata ta' tali proċessi;
— l-abbiltà meħtieġa biex jipprepara d-dikjarazzjonijiet, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-investigazzjonijiet ikunu ġew eżegwiti.
5. L-imparzjalità tal-persunal investigattiv għandha tiġi ggarantita. Ir-remunerazzjoni tagħhom ma tridx tkun tiddependi fuq in-numru ta' investigazzjonijiet magħmula jew fuq ir-riżultati ta' tali investigazzjonijiet.
6. L-entità għandha toħroġ polza ta' assigurazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà ħlief fejn ir-responsabbiltà tagħha tkun meħuda minn Stat Membru wieħed skond il-liġi nazzjonali tiegħu.
7. Il-persunal ta' l-entità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward ta' l-informazzjoni kollha li jkun kiseb waqt l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu taħt dan ir-Regolament.
ANNESS Va
REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAL AJRUDROMI
A — Karatteristiċi fiżiċi, infrastruttura u tagħmir
(1) Żona ta’ moviment
(a) L-ajrudromi għandu jkollhom żona apposta għat-tlugħ u l-inżul tal-inġenji tal-ajru, li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) din iż-żona għandu jkollha dimensjonijiet u karatteristiċi xierqa għall-inġenji tal-ajru maħsuba biex jużaw il-faċilità;
(ii) din iż-żona, fejn applikabbli, għandu jkollha dimensjonijiet xierqa għall-inġenji tal-ajru maħsuba. Dawk iż-żoni li mhumiex maħsuba għal operazzjonijiet ripetittivi jridu jkunu biss kapaċi jifilħu l-inġenju tal-ajru;
(iii) din iż-żona għandha tkun iddisinjata b’tali mod li ma żżommx l-ilma u ma tippermettix li l-ilma qiegħed jsir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(iv) iż-żerżieq u l-bidliet fiż-żerżieq ta’ din iż-żona m’għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(v) il-karatteristiċi tal-wiċċ ta’ din iż-żona għat-tlugħ u l-inżul għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru maħsub; u
(vi) din iż-żona għandha tkun ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal- inġenji tal-ajru.
(b) Fejn ikun hemm bosta żoni tat-tlugħ u tal-inżul diżinjati, dawn għandhom ikunu tali li ma joħolqux riskju mhux aċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.
(ċ) Iż-zona tat-tlugħ u tal-inżul diżinjata għandha tkun imdawra b’żoni definiti. Dawn iż-żoni huma maħsuba biex iħarsu l-inġenji tal-ajru milli jtiru minn fuqhom waqt operazzjonijiet ta’ tlugħ jew ta’ nżul, jew biex itaffu l-konsegwenzi ta’ nżul li jsir qabel tibda r-runway, moviment lil hinn mill-ġnub, jew moviment lil hinn mil-limiti taż-żona tat-tlugħ u tal-inżul, u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) dawn iż-żoni għandu jkollhom dimensjonijiet xierqa għall-operazzjonijiet antiċipati tal-inġenji tal-ajru;
(ii) iż-żerżieq u l-bidliet fiż-żerżieq ta’ dawn iż-żoni m’għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(iii) dawn iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Dan m’għandux jipprekludi milli jkun hemm tagħmir fraġli f’dawn iż-żoni, jekk ikun meħtieġ biex jassisti l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru; u
(iv) kull waħda minn dawn iż-żoni għandu jkollha saħħa biżżejjed biex tiflaħ għall-għan tagħha.
(d) Dawk iż-żoni ta’ ajrudrom, bil-madwar immedjat assoċjat tagħhom, li qegħdin sabiex jintużaw biex l-inġenju tal-ajru jiċċirkola fuq l-art jew jipparkja, għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jippermettu l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru li mistenni juża l-faċilità partikolari taħt il-kundizzjonijiet kollha li sar pjan għalihom, u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) dawn iż-żoni għandhom ikunu jifilħu biżżejjed operazzjonijiet ripetittivi tal-inġenju tal-ajru maħsub, ħlief iż-żoni fejn hu mistenni biss użu okkażjonali u li għandhom biss bżonn jifilħu l-inġenju tal-ajru;
(ii) dawn iż-żoni għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li ma żżommx l-ilma u ma tippermettix li l-ilma qiegħed isir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal- inġenji tal-ajru;
(iii) iż-żerżieq u l-bidliet fiż-żerżieq ta’ dawn iż-żoni m’għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(iv) il-karatteristiċi ta’ wiċċ l-art għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru maħsub; u
(v) dawn iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju mhux aċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Dan m’għandux jipprekludi tagħmir għall-parkeġġ meħtieġ għal dik iż-żona f’pożizzjonijiet jew żoni speċifikament identifikati.
(e) Infrastruttura oħra maħsuba għall-użu minn inġenji tal-ajru għandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-użu ta’ dik l-infrastruttura ma joħloqx riskju mhux aċċettabbli għall-inġenji tal-ajru li qed jużawha.
(f) Kostruzzjonijiet, bini, tagħmir jew żoni ta’ ħżin għandhom ikunu f’postijiet u ddisinjati b’tali mod li ma joħolqux riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru.
(g) Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa li jżommu lil persuni mhux awtorizzati, vetturi mhux awtorizzati jew annimali kbar biżżejjed li joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru milli jidħlu fiż-żona tal-moviment, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali dwar il-ħarsien tal-annimali.
(2) Separazzjoni mill-ostakli
(a) Sabiex jiġi protett inġenju tal-ajru riesaq lejn ajrudrom biex jinżel fih, jew għat-tluq tiegħu minn ajrudrom, għandhom jiġu stabbiliti rotot jew żoni ta’ wasla u ta’ tluq. Rotot jew żoni bħal dawn għandhom jipprovdu l-inġenji tal-ajru bis-separazzjoni meħtieġa mill-ostakli li jkunu qegħdin fiż-żona madwar l-ajrudrom wara li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi lokali.
(b) Din is-separazzjoni mill-ostakli għandha tkun xierqa għall-fażi tat-titjira u t-tip ta’ operazzjoni li qed titwettaq. Għandha wkoll tqis it-tagħmir li jkun qed jintuża sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru.
(3) Għajnuniet viżivi u mhux viżivi u tagħmir tal-ajrudrom
(a) L-għajnuniet iridu jkunu idonei għall-għan li maħsubin għalih, jintgħarfu u jipprovdu informazzjoni mhux ambigwa lill-utenti taħt il-kundizzjonijiet operattivi kollha maħsuba.
(b) It-tagħmir tal-ajrudrom għandu jaħdem kif maħsub taħt il-kundizzjonijiet tal-operat previsti. Taħt kundizzjonijiet tal-operat jew fil-każ ta’ ħsara, it-tagħmir tal-ajrudrom ma għandux jikkawża riskju inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni.
(ċ) L-għajnuniet u s-sistema tal-provvista tal-elettriku għandhom ikunu ddisinjati sabiex il-ħsarat ma jirriżultawx f’li tingħata informazzjoni mhux xierqa, qarrieqa jew insuffiċjenti lill-utenti, jew li twassal għall-waqfien ta’ servizz essenzjali.
(d) Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa ta’ protezzjoni sabiex jiġu evitati l-ħsarat jew ix-xkiel għal dawn l-għajnuniet.
(e) Għejun tar-radjazzjoni jew il-preżenza ta’ oġġetti jiċċaqalqu jew fissi m’għandhomx ixekklu jew jolqtu ħażin ir-rendiment tas-sistemi tal-komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza ajronawtika.
(f) Għandha ssir disponibbli informazzjoni lill-istaff rilevanti dwar l-operat u l-użu tat-tagħmir tal-ajrudrom, inklużi indikazzjonijiet ċari tal-kundizzjonijiet li jistgħu joħolqu riskji inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni.
(4) Data dwar l-ajrudromi:
(a) Data rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli għandha tiġi stabbilita u miżmuma aġġornata.
(b) Id-data għandha tkun preċiża, tista’ tinqara, kompluta u mhux ambigwa. Għandhom jinżammu livelli xierqa ta’ integrità.
(ċ) Id-data għandha tkun disponibbli għall-utenti u l-fornituri ANS relevanti fi żmien xieraq, bl-użu ta’ metodu sikur u veloċi ta’ komunikazzjoni.
B — Operazzjonijiet u ġestjoni
(1) L-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli mill-operat tal-ajrudrom. Ir-responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom huma kif ġej:
(a) l-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu, direttament jew b’kuntratt, il-mezzi neċessarji kollha biex jiżgura l-operat sikur tal-inġenju tal-ajru fl-ajrudrom. Dawn il-mezzi għandhom jinkludu, imma mhumiex limitati għal, faċilitajiet, impjegati, materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta’ reġistri;
(b) l-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li jkun hemm konformità f’kull ħin mar-rekwiżiti tat-Taqsima A jew jieħu miżuri xierqa biex itaffi r-riskji assoċjati man-non-konformità. Il-proċeduri għandhom ikunu stabbiliti u applikati sabiex l-utenti kollha jkunu konxji fil-ħin ix-xieraq minn dawn il-miżuri;
(ċ) l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm xieraq ta’ ġestjoni tar-riskju għall-fawna madwar l-ajrudrom;
(d) l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li l-movimenti tal-vetturi u l-persuni fiż-żona tal-moviment u żoni operattivi oħra jkunu kkoordinati mal-movimenti tal-inġenji tal-ajru biex jiġu evitati kolliżjonijiet u ħsarat lill-inġenji tal-ajru;
(e) l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri li jtaffu r-riskji marbuta mal-operazzjonijiet tal-ajrudrom waqt it-tħaddim tagħhom fix-xitwa, f’kundizzjonijiet tat-temp ħżiena, viżibbiltà ħażina jew bil-lejl, fejn applikabbli;
(f) l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra sabiex tiġi żgurata l-konformità kontinwa ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi. Dawn l-organizzazzjonijiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, fornituri ta’ servizzi ta’ ground handling, u organizzazzjonijiet oħra li l-attivitajiet jew il-prodotti tagħhom jista’ jkollhom effett fuq is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;
(g) l-operatur tal-ajrudrom, jew hu stess jew permezz ta’ kuntratti ma’ terzi persuni, għandu jiżgura li jeżistu u huma applikati proċeduri sabiex l-inġenji tal-ajru jingħataw fjuwil mhux ikkontaminat u bl-ispeċifikazzjoni l-korretta.
(h) għandhom ikunu disponibbli manwali għall-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ajrudromi, u għandhom ikunu applikabbli fil-prattika u jkopru struzzjonijiet dwar manutenzjoni u tiswija, tagħrif għas-servicing, sejbien ta’ problemi u proċeduri ta’ spezzjoni;
(i) l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ emerġenza għall-ajrudrom, li jkopri xenarji ta’ emerġenza li jistgħu jseħħu fl-ajrudrom jew fl-inħawi ta’ madwaru. Il-pjan għandu jkun ikkoordinat mal-pjan ta’ emerġenza għall-komunità lokali, kif meħtieġ;
(j) l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li huma pprovduti servizzi xierqa ta’ salvataġġ u tifi tan-nar fl-ajrudrom. Dawn is-servizzi għandhom iwieġbu għal inċident jew aċċident b’biżżejjed urġenza u għandhom jinkludu mill-inqas tagħmir, sustanzi għat-tifi tan-nar u għadd suffiċjenti ta’ persunal;
(k) l-operatur tal-ajrudrom għandu juża biss persunal imħarreġ u kkwalifikat għall-operazzjonijiet u l-manutenzjoni tal-ajrudromi, u għandu jimplimenta u jmantni programmi ta’ taħriġ u ta’ verifika li jiżguraw il-kompetenza kontinwata tal-persunal rilevanti kollu;
(l) l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li kull persuna li għandha l-permess ikollha aċċess mingħajr skorta fiż-żona tal-moviment jew żoni operattivi oħra tkun imħarrġa kif xieraq u kkwalifikata għal dan it-tp ta’ aċċess;
(m) il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar għandu jkun imħarreġ kif xieraq u kkwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jmantni programmi ta’ taħriġ u ta’ verifika sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwata ta’ dan il-persunal; u
(n) il-persunal kollu tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar li jkun potenzjalment meħtieġ li jaġixxi f’emerġenzi tal-avjazzjoni għandu jagħti perjodikament prova ta’ qagħda medika xierqa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jitqies it-tip ta’ attività. F’dan il-kuntest, il-qagħda medika, li tinkludi sew l-aspett fiżiku sew l-aspett mentali, tfisser li dak li jkun ma jkunx ibati minn ebda marda jew diżabilità li tista’ tinkapaċita lil dan il-persunal milli:
(i) iwettaq il-kompiti meħtieġa biex jopera fl-emerġenzi tal-avjazzjoni;
(ii) iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu fi kwalunkwe ħin; jew
(iii) jipperċepixxi b’mod xieraq l-ambjent tiegħu.
(2) Sistemi ta’ ġestjoni
(a) L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali għal ajrudromi, u jimmira għal titjib kontinwu u proattiv tas-sikurezza. Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tinkludi strutturi organizattivi, kontabbiltà, responsabbiltajiet, politiki u proċeduri.
(b) Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tinkludi programm ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti u aċċidenti, inklużi skema ta’ rappurtar u analiżi tal-okkorrenzi. L-analiżi għandha tinvolvi l-partijiet elenkati fil-punt 1(f) fuq, kif xieraq.
(ċ) L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżviluppa manwal tal-ajrudrom u jopera skont dan il-manwal. Dan il-manwal għandu jkun fih l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-ajrudrom, għas-sistema ta’ ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu.
C — L-inħawi madwar l-ajrudrom
(1) L-ispazju tal-ajru madwar iż-żoni ta’ moviment tal-ajrudromi għandhom ikunu protetti mill-ostakli sabiex ikunu jistgħu jseħħu l-operazzjonijiet maħsuba tal-inġenji tal-ajru fl-ajrudromi mingħajr ma jinħoloq riskju inaċċettabbli kkawżat mill-iżvilupp ta’ ostakli madwar l-ajrudromi. Għandhom għalhekk jiġu żviluppati, implimentati u mmonitorjati kontinwament uċuħ li jimmonitorjaw l-ostakli sabiex tiġi indentifikata kwalunkwe penetrazzjoni infranġenti.
(a) Kwalunkwe infrazzjoni ta’ dawn l-uċuħ tkun teħtieġ valutazzjoni li tidentifika jekk oġġett huwiex qed joħloq riskju inaċċettabbli. Kwalunkwe oġġett li jippreżenta riskju inaċċettabbli għandu jitneħħa jew jew tittieħed azzjoni ta’ mitigazzjoni biex tipproteġi l-inġenji tal-ajru li qed jużaw l-ajrudrom.
(b) Kwalunkwe minn dawn l-ostakli li jkun fadal għandhom jiġi ppubblikati u, skont il-ħtieġa, għandhom jiġu mmarkati u, fejn meħtieġ, jiġu magħmula viżibbli permezz ta’ dwal.
(2) Perikli marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem u l-użu tal-art, bħal, iżda mhux esklussivament, dawk elenkati fil-lista li ġejja, għandhom jiġu mmonitorjati u kkontrollati. Ir-riskju kkawżat minnhom għandu jiġi vvalutat u mtaffi kif xieraq:
(a) kull żvilupp jew bidla fl-użu tal-art fiż-żona tal-ajrudrom;
(b) il-possibbiltà ta’ turbolenza ikkaġunata minn ostaklu;
(ċ) l-użu ta’ dwal perikolużi, li jħawdu jew li jqarrqu;
(d) it-tgħammix ikkawżat minn uċuħ kbar u li jirriflettu ħafna;
(e) il-ħolqien ta’ żoni li għandhom mnejn jinkoraġġixxu attività ta’ annimali selvaġġi fil-madwar taż-żoni ta’ moviment tal-ajrudrom;
(f) għejun ta’ radazzjoni mhux viżibbli jew il-preżenza ta’ oġġetti jiċċaqalqu jew fissi jistgħu jxekklu jew jolqtu ħażin ir-rendiment tas-sistemi tal-komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza ajrunawtika.
(3) Għandu jiġi stabbilit pjan ta’ emerġenza għall-komunità lokali għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tal-avjazzjoni li jseħħu fiż-żona lokali tal-ajrudrom.
D — Affarijiet oħra
Ħlief għal inġenji tal-ajru f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta jkunu ddevjati għal ajrudrom alternattiv, jew isibu ruħhom f’kundizzjonijiet oħra speċifikati f’kull każ, ajrudrom jew partijiet tiegħu m’għandhomx jintużaw minn inġenji tal-ajru li normalment mhumiex konformi mad-disinn u l-proċeduri operattivi ta’ dak l-ajrudrom.
ANNESS Vb
REKWIŻITI ESSENZJALI GĦALL-ATM/ANS U GĦALL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU
(1) L-użu tal-ispazju tal-Ajru
(a) Kull inġenju tal-ajru, esklużi dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a), f’kull fażi tat-tajran jew fiż-żona ta’ moviment tal-ajrudrom, għandu jkun operat skont regoli ġenerali komuni tal-operat u kwalunkwe proċedura speċifikata applikabbli għall-użu ta’ dak l-ispazju tal-ajru.
(b) Kull inġenju tal-ajru esklużi dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a), għandu jkun mgħammar bil-kostitwenti meħtieġa u jkun operat kif xieraq. Il-kostitwenti użati fis-sistema ATM/ANS għandhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt 3.
(2) Servizzi
(a) Informazzjoni u data ajrunawtika għall-utenti tal-ispazju tal-ajru għall-għanijiet tan-navigazzjoni bl-ajru
(i) Id-data użata bħala sors ta’ informazzjoni ajrunawtika għandha tkun ta’ kwalità suffiċjenti, kompluta, kurrenti u pprovduta f’waqtha.
(ii) L-informazzjoni ajrunawtika riżultanti għandha tkun preċiża, kompluta, kurrenti, mhux ambigwa, u ta’ integrità adegwata f’format xieraq għall-utenti.
(iii) It-tixrid ta’ din l-informazzjoni ajrunawtika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru għandu jkun f’waqtu, u jkun juża mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti mill-interferenza u l-korruzzjoni.
(b) L-informazzjoni meteoroloġika
(i) Id-data użata bħala sors ta’ informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun ta’ kwalità suffiċjenti, kompluta, kurrenti u pprovduta f’waqtha.
(ii) Sa fejn hu possibbli, l-informazzjoni ajronawtika meteoroloġika riżultanti għandha tkun biżżejjed preċiża, kompluta, kurrenti, ta’ integrità adegwata u ċara biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.
(iii) It-tixrid ta’ din l-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jrid ikun f’waqtu, u jkun juża mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti mill-interferenza u l-korruzzjoni.
(ċ) Servizzi tat-traffiku tal-ajru
(i) Id-data użata bħala sors għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tkun korretta, kompluta, u kurrenti.
(ii) Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu biżżejjed preċiżi, kompluti, kurrenti, u ċari biex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ sikurezza tal-utenti.
(iii) Għodod awtomatizzati li jipprovdu informazzjoni jew pariri lill-utenti għandhom ikunu ddisinjati, manifatturati u miżmuma b’mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma idonei għall-għan maħsub tagħhom.
(iv) Is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u l-proċessi għandhom jridu jipprovdu għal separazzjoni adegwata bejn l-inġenji tal-ajru u, fejn xieraq, jagħtu protezzjoni mill-ostakli u perikli oħra li jtiru, u għandhom jiżguraw koordinazzjoni f’waqtha mal-utenti rilevanti kollha u l-volumi fil-qrib tal-ispazju tal-ajru.
(v) Il-komunikazzjoni bejn is-servizzi tat-traffiku tal-ajru u bejn l-unitajiet rilevanti tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu f’waqthom, ċari, korretti, mhux ambigwi, protetti mill-interferenzi u mifhuma u, fejn applikabbli, magħrufa b’mod komuni minn kull min huwa involut.
(vi) Għandu jkun hemm mezzi disponibbli sabiex jingħarfu emerġenzi possibbli u, fejn xieraq, tinbeda azzjoni effettiva ta’ tiftix u salvataġġ. Dawn il-mezzi għandhom, bħala minimu, jinkludu mekkaniżmi xierqa għat-tqajjim tal-allarm, miżuri u proċeduri ta’ koordinazzjoni, mezzi u persunal biex jiġi kopert b’mod effiċjenti l-qasam ta’ responsabbiltà.
(d) Servizzi ta’ komunikazzjoni
Is-servizzi tal-komunikazzjoni għandhom jiksbu u jżommu rendiment suffiċjenti, fir-rigward tad-disponibilità, kriterji għad-disponibbiltà, l-integrità, il-kontinwità u l-puntwalità tagħhom. Huma għandhom ikunu veloċi u protetti mill-korruzzjoni.
(e) Servizz ta’ navigazzjoni
Servizz ta’ navigazzjoni għandu jikseb u jżomm livell suffiċjenti ta’ rendiment fir-rigward tal-gwida, l-ippożizzjonar u, meta pprovdut, informazzjoni dwar it-timing. Il-kriterji tar-rendiment jinkludu l-preċiżjoni, l-integrità, id-disponibbiltà u l-kontinwità tas-servizz.
(f) Servizz ta’ sorveljanza
Servizzi ta’ sorveljanza għandhom jiddeterminaw il-pożizzjoni rispettiva tal-inġenju tal-ajru fl-ajru u ta’ inġenji tal-ajru oħra u vetturi tal-art fuq wiċċ l-ajrudrom, b’rendiment suffiċjenti, fir-rigward tal-preċiżjoni, l-integrità, il-kontinwità u l-probabbiltà tal-lokalizzazzjoni.
(g) Il-ġestjoni tal-fluss ta’ traffiku tal-ajru
Il-ġestjoni tattika tal-flussi tat-traffiku tal-ajru fuq livell Komunitarju għandha tuża u tagħti tagħrif li jkun biżżejjed preċiż u aġġornat dwar il-volum u n-natura tat-traffiku tal-ajru ppjanat li jaffettwa l-forniment ta-servizz, u għandha tikkoordina u tinnegozja l-bdil tar-rotot jew it-tidwim tal-flussi tat-traffiku sabiex tnaqqas ir-riskju li jkun hemm sitwazzjonijiet ta’ konġestjoni fl-ajru jew fl-ajrudromi.
(h) Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru
L-allokazzjoni ta’ volumi speċifiċi ta’ spazju tal-ajru għal ċertu użu għandha tiġi mmonitorjata, ikkoordinata u ppromulgata f’waqtha sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf ta’ separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru f’kull ċirkostanza.
(i) Disinn tal-ispazju tal-ajru
L-istrutturi tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri tat-titjiriet għandhom ikunu ddisinjati sew, sorveljati u vvalidati qabel ma jkunu mqiegħda disponibbli u użati mill-inġenji tal-ajru.
(3) Sistemi u kostitwenti
(a) Ġenerali
Sistemi ATM/ANS u kostitwenti li jipprovdu informazzjoni relatata ma’ u minn inġenju tal-ajru u fuq l-art għandhom jkunu ddisinjati, manifatturati, stallati, miżmuma u operati b’mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma proprji għall-għan maħsub tagħhom.
(b) L-integrità, ir-rendiment u l-affidabbiltà tas-sistema u tal-kostitwenti
L-integrità u r-rendiment relatat mas-sikurezza tas-sistemi u l-kostitwenti, ikunux fuq l-inġenju tal-ajru, l-art jew l-ispazju, għandhom ikunu proprji għall-għan maħsub tagħhom. Għandhom jilħqu l-livell ta’ rendiment mitlub ta’ rendiment operattivi għall-kundizzjonijiet operattivi prevedibbli kollha tagħhom u għall-ħajja operattiva kollha tagħhom.
(ċ) Id-disinn tas-sistemi u l-kostitwenti
(i) Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li japplikaw.
(ii) Sistemi u kostitwenti, meqjusa kollettivament, separatament u f’relazzjoni ma’ xulxin, għandhom jkunu ddisinjati b’tali mod li teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà li ħsara tista’ tirriżulta f’falliment totali tas-sistema u bejn is-severità tal-effett tagħhom fuq is-servizz is-sikurezza tas-servizzi.
(iii) Sistemi u kostitwenti, meqjusa kollettivament u f’tagħqida ma’ xulxin, għandhom ikunu ddisinjati billi jitqiesu l-limitazzjonijiet relatati mal-ħiliet u r-rendiment tal-bniedem.
(iv) Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jitħarsu minn interazzjonijiet perikolużi mhux mixtieqa ma’ elementi esterni.
(v) L-informazzjoni meħtieġa għall-manifattura, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti, kif ukoll l-informazzjoni dwar kundizzjonijiet mhux sikuri għandha tiġi pprovduta lill-persunal b’mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu.
(d) Livell kontinwu tas-servizz
Il-livelli ta’ sikurezza u r-rikonfigurazzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu miżmuma tajjeb waqt is-servizz u waqt xi modifiki għas-servizz.
(4) Il-kwalifiki tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
(a) Ġenerali
Persuna li qed titħarreġ bħala kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew bħala student kontrollur tat-traffiku tal-ajru, għandha tkun matura biżżejjed f’sens edukattiv, fiżiku u mentali biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoriku u l-ħiliet prattiċi rilevanti.
(b) Għarfien teoriku
(i) Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm livell ta’ għarfien xieraq għall-funzjonijiet li jwettaq u proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip tas-servizz.
(ii) Il-kisba u ż-żamma tal-għarfien teoriku għandhom jintwerew permezz ta’ valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, jew permezz ta’ eżamijiet xierqa.
(iii) Għandu jinżamm livell xieraq ta’ għarfien teoriku. Il-konformità għandha tintwera permezz ta’ valutazzjonijiet jew eżamijiet regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta’ servizz.
(ċ) Ħila prattika
(i) Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm il-ħiliet prattiċi xierqa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Dawn il-ħiliet għandhom ikun proprzjonati għar-riskji assoċjati mat-tip ta’ servizz u għandhom ikopru mill-inqas, jekk xierqa għall-funzjonijiet imwettqa, dawn li ġejjin:
i. proċeduri operattivi;
ii. aspetti speċifiċi għall-kompitu;
iii. sitwazzjonijiet anormali u ta’ emerġenza; u
iv. fatturi umani.
(ii) Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri l-ħila li jwettaq il-proċeduri u l-kompiti assoċjati b’livell ta’ kompetenza xieraq għall-funzjonijiet imwettqa.
(iii) Għandu jinżamm livell xieraq ta’ kompetenza fil-ħiliet prattiċi. Il-konformità għandha tkun verifikata permezz ta’ valutazzjonijiet regolari. Il-frekwenza tal-valutazzjonijiet għandha tkun proporzjonata għall-kumplessità u l-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta’ servizz u l-kompiti mwettqa.
(d) Ħila fl-ilsna
(i) Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri ħila li jitkellem u jifhem l-Ingliż sa tali punt li jista’ jikkomunika effettivament f’sitwazzjonijiet ta’ leħen biss (telefown/radjutelefown) u wiċċ imb’wiċċ dwar suġġetti konkreti u marbuta max-xogħol, inkluż f’sitwazzjonijet ta’ emerġenza.
(ii) Fejn meħtieġ f’volum ta’ spazju tal-ajru definit għall-iskop ta’ forniment ta’ servizz ATS, kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu wkoll ikollu l-ħila jitkellem u jifhem jitkellem u jifhem l-ilsien/ilsna nazzjonali sal-punt imsemmi fuq.
(e) Mezzi ta’ taħriġ sintetiċi (STD)
Meta jintuża STD għat-taħriġ prattiku dwar l-għarfien sitwazzjonali u l-fatturi umani jew biex jintwera li l-ħiliet inkisbu u nżammu, għandu jkollu livell ta’ rendiment li jippermetti s-simulazzjoni xierqa tal-ambjent tax-xogħol u tas-sitwazzjonijiet operattivi xierqa għat-taħriġ mogħti.
(f) Kors ta’ taħriġ
(i) It-taħriġ għandu jingħata minn kors ta’ taħriġ, li jista’ jinkludi tagħlim teoriku u prattiku, inkluż taħriġ fuq STD, fejn applikabbli.
(ii) Kors għandu jiġi ddefinit u approvat għal kull tip ta’ taħriġ.
(g) Għalliema
(i) It-tagħlim teoriku għandu jingħata minn għalliema kkwalifkati kif xieraq. Huma għandhom:
i. ikollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru; u
ii. ikunu wrew il-ħila li jużaw tekniki ta’ tagħlim xierqa.
(ii) It-tagħlim dwar il-ħiliet prattiċi għandu jingħata minn għalliema kkwalifikati kif xieraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:
i. jilħqu l-għarfien teoriku u r-rekwiżiti tal-esperjenza x-xierqa biex ikun jista’ jingħata t-tagħlim;
ii. ikunu wrew il-ħila li jgħallmu u jużaw tekniki ta’ tagħlim xierqa;
iii. ikunu pprattikaw tekniki ta’ tagħlim f’dawk li proċeduri li dwarhom ikun se jingħata t-tagħlim; u
iv. jagħmlu korsijiet ta’ aġġornament regolari sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi istruttivi tagħhom jinżammu.
(iii) Barra minn hekk, l-għalliema tal-ħiliet prattiċi għandhom jkunu intitolati jew inkella kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.
(h) Assessuri
(i) Il-persuni responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħila tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandu:
i. ikun wera il-ħila li jivvaluta l-prestazzjoni ta’, u jwettaq testijiet u verifiki fuq il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru; u
ii. jirċievi korsijiet ta’ aġġornament regolari sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-valutazzjoni tiegħu jinżammu.
(ii) L-assessuri tal-ħiliet prattiċi għandhom jkunu intitolati jew inkella kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru f’dawk l-oqsma li fihom issir l-evalwazzjoni.
(i) Il-kundizzjoni medika ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru
(i) Kriterji mediċi
i. Kull kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu perjodikament jagħti prova tal-qagħda medika tiegħu li tkun xierqa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod sodisfaċenti. Il-konformità għandha tintwera permezz ta’ valutazzjoni xierqa li tqis it-tnaqqis mentali u fiżiku possibbli minħabba ż-żmien.
ii. Il-wiri tal-qagħda medika, li tinkludi sew l-aspett fiżiku sew l-aspett mentali, tfisser prova tal-assenza ta’ kwalunkwe marda jew diżabilità, li tista’ żżomm lill-persuna li qed tipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) milli:
— jwettaq kif xieraq il-kompiti meħtieġa biex jiġi pprovdut servizz ta’ ATC;
— jwettaq id-dmirijiet assenjati lilu fi kwalunkwe ħin; jew
— jipperċepixxi b’mod xieraq l-ambjent tiegħu/tagħha.
(ii) |
Meta l-qagħda medika xierqa ma tkunx tista’ tintwera għal kollox, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza ekwivalenti. |
(5) Fornituri tas-servizzi u organizzazzjonijiet tat-taħriġ
(a) Il-forniment tas-servizz m’għandux isir jekk ma jintlaħqux dawn il-kundizzjonijiet:
(i) Il-fornitur tas-servizz għandu jkollu, direttament jew b’kuntratt, il-mezzi neċessarji għall-iskala u l-ambitu tas-servizz. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin: sistemi, faċilitajiet, inkluża l-provvista tal-elettriku, l-istruttura tal-ġestjoni, il-persunal, it-tagħmir u l-manutenzjoni tiegħu, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta’ reġistri;
(ii) Il-fornitur tas-servizz għandu jiżviluppa u jżomm aġġornati manwali tal-ġestjoni u tal-operazzjonijiet marbuta mal-forniment tas-servizzi tiegħu u għandu jopera skont dawn il-manwali. Dawn il-manwali jrid ikun fihom l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-operazzjonijiet, is-sistema ta’ ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu;
(iii) Il-fornitur tas-servizz għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ tmexxija bbażata fuq ir-riskju sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali f’dan l-Anness u timmira għal titjib proattiv kontinwu ta’ din is-sistema;
(iv) Il-fornitur tas-servizz għandu juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ kif xieraq u jimplimenta u jmantni programmi ta’ taħriġ u verifika għall-persunal;
(v) Il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi konnessjonijiet formali mal-kontributuri l-oħra kollha għall-forniment tas-servizz sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali;
(vi) Il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ kontinġenza li jkopri sitwazzjonijiet annormali u ta’ emerġenza li jistgħu jseħħu f’relazzjoni mas-servizzi tiegħu;
(vii) Il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi u jmantni programm ta’ prevenzjoni u sikurezza mill-aċċidenti u l-inċidenti,inkluż programm ta’ rappurtar u analiżi tal-okkorrenzi, li għandu jintuża mis-sistema tal-ġestjoni sabiex tikkontribwixxi għall-għan tat-titjib kontinwu tas-sikurezza; kif ukoll
(viii) Il-fornitur tas-servizz għandu jagħmel arranġamenti biex jivverifika li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ kwalunkwe sistema u kostitwent li jopera jintlaħqu f’kull ħin.
(b) Il-forniment tas-servizz ATC m’għandux isir jekk ma jintlaħqux dawn il-kundizzjonijiet:
(i) Il-prevenzjoni tal-għejja tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta’ sistema ta’ roster. Sistema bħal din trid tindirizza l-perjodi ta’ xogħol, il-ħinijiet tax-xogħol u perjodi adattati tal-mistrieħ. Limitazzjonijiet stabbiliti fi ħdan is-sistema ta’ roster għandhom iqisu fatturi rilevanti li jwasslu għall-għejja bħal, b’mod partikolari, nuqqas ta’ rqad, tħarbit taċ-ċikli ċirkadjani, sigħat bil-lejl, ħin kumulattiv tal-ħidma għal perjodi ta’ żmien partikolari u anki t-tqassim bejn il-persunal tal-kompiti allokati;
(ii) Il-prevenzjoni tal-istress tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni u prevenzjoni;
(iii) Il-fornitur tas-servizz ATC għandu jkollu stabbiliti proċeduri li jivverifikaw jekk ikunx imxekkel il-ġudizzju konjittiv jew jekk ma tkunx xierqa l-qagħda medika tal-persunal li jipprovdi servizzi ATC;
(iv) Il-fornitur tas-servizz ATC għandu jqis limitazzjonijiet operattivi u tekniċi kif ukoll prinċipji tal-fattur uman fl-ippjanar u l-operazzjonijiet tiegħu.
(ċ) Il-forniment tas-servizzi Communication, Navigation and/or Surveillance (S) m’għandux isir ħlief jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:
Il-fornitur tas-servizz għandu jżomm infurmati lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-unitajiet ATS rilevanti dwar l-istatus operattiv (u l-bidliet fih) tas-servizzi tagħhom ipprovduti għal għanijiet ATS.
(d) Organizzazzjonijiet tat-taħriġ
Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi t-taħriġ għall-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:
i ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu tar-responsabbiltajiet assoċjati mal-attività tagħhom. Dawn il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: faċilitajiet, impjegati, tagħmir, metodoloġija, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsibbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta’ reġistri;
ii timplimenta u żżomm sistema ta’ ġestjoni relatata mas-sikurezza u l-istandard tat-taħriġ, u timmira għal tijib kontinwu ta’ din is-sistema; kif ukoll
iii tistabbilixxi arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif neċessarju, sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali.
ANNESS VI
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament (KE) 1592/2002 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2)(a) sa (e) |
Artikolu 2(2)(a) sa (e) |
— |
Artikolu 2(2)(f) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 3(a) sa (g) |
Artikolu 3(a) sa (g) |
— |
Artikolu 3(h) sa (l) |
Artikolu 4(1)(a) sa (c) |
Artikolu 4(1)(a) sa (c) |
— |
Artikolu 4(1)(d) |
— |
Artikolu 4(2) u (3) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(4) |
— |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(6) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, (a) sa (c) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (c) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punti (d) u (e) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punti (e) u (f) |
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punti (f) u (g) |
— |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (d) |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (d) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, punt (e) (i) sa (iii) |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, punt (e) (i) sa (iii) |
— |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, punt (e) (iv) sa (vi) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, punti (f) sa (i) |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, punti (f) sa (i) |
— |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, punt (j) |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
— |
Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu, punti (d) |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) sa (4) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 11(5) |
— |
Artikolu 11(6) |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 14(1) |
— |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 14(6) |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 14(7) |
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
Artikolu 12 |
Artikolu 17 |
Artikolu 13, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 18, formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 13(a) |
Artikolu 18(a) |
— |
Artikolu 18(b) |
Artikolu 13(b) |
Artikolu 18(c) |
Artikolu 13(c) |
Artikolu 18(d) |
— |
Artikolu 18(e) |
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
Artikolu 15(1), formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 20(1), formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 15(1)(a) sa (j) |
Artikolu 20(1)(a) sa (j) |
— |
Artikolu 20(1)(k) u (l) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 20(2) |
— |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 16(1) u (2) |
Artikolu 24(1) u (2) |
— |
Artikolu 24(3) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 24(4) |
Artikolu 16(4) |
Artikolu 24(5) |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 17 |
Artikolu 26 |
Artikolu 18 |
Artikolu 27 |
Artikolu 19 |
Artikolu 28 |
Artikolu 20 |
Artikolu 29 |
Artikolu 21 |
Artikolu 30 |
Artikolu 22 |
Artikolu 31 |
Artikolu 23 |
Artikolu 32 |
Artikolu 24(1) sa (4) |
Artikolu 33(1) sa (4) |
— |
Artikolu 33(5) |
Artikolu 25(1) u (2) |
Artikolu 34(1) u (2) |
— |
Artikolu 34(3) |
Artikolu 26 |
Artikolu 35 |
Artikolu 27 |
Artikolu 36 |
Artikolu 28 |
Artikolu 37 |
Artikolu 29(1) u (2) |
Artikolu 38(1) u (2) |
Artikolu 29(3)(a) sa (j) |
Artikolu 38(3)(a) sa (j) |
— |
Artikolu 38(3) (k) u (l) |
Artikolu 30 |
Artikolu 39 |
Artikolu 31 |
Artikolu 40 |
Artikolu 32 |
Artikolu 41 |
Artikolu 33 |
Artikolu 42 |
Artikolu 34 |
Artikolu 43 |
Artikolu 35 |
Artikolu 44 |
Artikolu 36 |
Artikolu 45 |
Artikolu 37 |
Artikolu 46 |
Artikolu 38 |
Artikolu 47 |
Artikolu 39 |
Artikolu 48 |
Artikolu 40 |
Artikolu 49 |
Artikolu 41 |
Artikolu 50 |
Artikolu 42 |
Artikolu 51 |
Artikolu 43 |
Artikolu 52 |
Artikolu 44 |
Artikolu 53 |
Artikolu 45 |
Artikolu 54 |
Artikolu 46(1), formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 55(1), formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 46(1)(a) sa (d) |
Artikolu 55(1)(a) sa (d) |
— |
Artikolu 55(1)(e) |
Artikolu 46(2) u (3) |
Artikolu 55(2) u (3) |
— |
Artikolu 56 |
— |
Artikolu 57 |
Artikolu 47(1) u (2) |
Artikolu 58(1) u (2) |
Artikolu 47(3) |
|
Artikolu 47(4) |
Artikolu 58(3) |
Artikolu 47(5) |
|
— |
Artikolu 58(4) |
Artikolu 48(1), formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 59(1), formolazzjoni introduttiva |
Artikolu 48(1)(a) |
Artikolu 59(1)(a) u (b) |
Artikolu 48(1)(b) u (c) |
Artikolu 59(1)(c) u (d) |
— |
Artikolu 59(1)(e) |
Artikolu 48(2) u (3) |
Artikolu 59(2) u (3) |
|
Artikolu 59(4) |
Artikolu 48(4) sa (10) |
Artikolu 59(5) sa (11) |
Artikolu 49 |
Artikolu 60 |
Artikolu 50 |
Artikolu 61 |
Artikolu 51 |
Artikolu 62 |
Artikolu 52 |
Artikolu 63 |
Artikolu 53 |
Artikolu 64 |
Artikolu 54 |
Artikolu 65 |
Artikolu 55 |
Artikolu 66 |
Artikolu 56 |
Artikolu 67 |
— |
Artikolu 68 |
Artikolu 57 |
Artikolu 69 |
Artikolu 59 |
Artikolu 70 |
( 1 ) ĠU C 185, 8.8.2006. p. 106.
( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 (ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 103), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2007 (ĠU C 277 E, 20.11.2007, p. 8) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2007. Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Jannar 2008.
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta' l-ajru li topera (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).
( 4 ) ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 39).
( 5 ) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 (ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1).
( 6 ) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 1.
( 7 ) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.
( 8 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
( 9 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
( 10 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.
( 11 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
( 12 ) ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1.
( 13 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
( 14 ) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
( 15 ) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 22.
( 16 ) ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13.
( 17 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 18 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
( 19 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
( 20 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
( 21 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.