EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0215-20140530

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat- 18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/215/2014-05-30

2008R0215 — MT — 30.05.2014 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 215/2008

tat-18 ta' Frar 2008

dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

(ĠU L 078, 19.3.2008, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 370/2011 tal-11 ta’ April 2011

  L 102

1

16.4.2011

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 567/2014 tas-26 ta' Mejju 2014

  L 157

52

27.5.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 215/2008

tat-18 ta' Frar 2008

dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju ta' l-2000 ( 1 ) u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 ( 2 ) (il-“Ftehim AKP-KE”),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru ta' l-2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ewropea (l-“Overseas Association Decision”) ( 3 ), u b'mod partikolari r-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 23 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-Kunsill tal-Ministri tat-2 ta' Ġunju 2006 li tispeċifika l-kwadru finanzjarju pluriennali għall-perijodu bejn l-2008 u l-2013 u li jemenda l-Ftehim AKP-KE rivedut ( 4 ),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament ta' l-għajnuna Komunitarja skond il-kwadru finanzjarju pluriennali għall-perijodu bejn l-2008 u l-2013 skond il-Ftehim AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE ( 5 ) (il-“Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 ta' l-14 ta' Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni ta' l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ( 6 ),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ( 7 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li jiġu determinati r-regoli dettaljati għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“il-FEŻ”), li ġie stabbilit permezz tal-Ftehim Intern, u għall-allokazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE (“PTB”).

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli għat-trattament tal-bilanċi li jifdal mill-FEŻ preċedenti, b'mod partikolari rigward l-aranġamenti dettaljati għat-trasferiment tagħhom għall-10 FEŻ u r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tagħhom, jew il-konsegwenzi tax-xoljiment mill-impenn tagħhom b'relazzjoni għall-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet skond liema l-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżerċita s-setgħat tagħha rigward il-FEŻ.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li skondhom il-Bank Ewropew ta' l-Investiment (“BEI”) jamministra r-riżorsi tal-FEŻ.

(5)

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskrutinju min-naħa tal-Qorti ta' l-Awdituri tar-riżorsi tal-FEŻ li huma amministrati mill-BEI għandhom ikunu konformi mal-Ftehim Tripartitiku li ġie konkluż bejn il-Qorti ta' l-Awdituri, il-BEI u l-Kummissjoni previst fl-Artikolu 248(4) tat-Trattat.

(6)

Huwa xieraq li tiġi żgurata l-eżekuzzjoni adegwata, fil-pront u effiċjenti tal-programmi u tal-proġetti ffinanzjati taħt il-Ftehim AKP-KE u li jiġu stabbiliti proċeduri ta' amministrazzjoni li jkunu trasparenti u faċli sabiex jiġu applikati, u li jiffaċilitaw id-deċentralizzazzjoni tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet.

(7)

Il-partijiet għall-Ftehim AKP-KE reġgħu affermaw l-impenn tagħhom għall-klawżoli soċjali u etiċi kif iddefiniti mill-Konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO).

(8)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati skond liema l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni b'delega jistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tkun żgurata l-eżekuzzjoni xierqa ta' l-operazzjonijiet b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Uffiċjal Nazzjonali ta' l-Awtorizzazzjoni.

(9)

Safejn ikun possibbli, f'dan ir-Regolament għandu jittieħed kont tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju ta' l-2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 8 ), bħala s-sies tar-riforma ta' l-amministrazzjoni interna tal-Kummissjoni, għal raġunijiet ta' effiċjenza u semplifikazzjoni. Jekk ikun xieraq ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 9 ) għandu japplika mutatis mutandis f'ċerti każijiet.

(10)

Il-bidliet kollha b'paragun mar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp ( 10 ) għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-objettivi tar-riformi tal-Kummissjoni, għandhom itejbu jew jiżguraw amministrazzjoni finanzjarja tajba, u għandhom ikabbru l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħrajn, u b'hekk ikabbru l-legalità u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet finanzjarji.

(11)

Uħud mill-bidliet b'paragun mar-Regolament Finanzjarju għad-9 FEŻ huma meħtieġa fid-dawl ta' l-esperjenza prattika sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-FEŻ u t-twettiq ta' l-objettivi sottostanti tal-politika u sabiex isir aġġustament għal uħud mir-rekwiżiti proċedurali u dokumentarji. B'mod partikolari, it-trasparenza għandha tiġi rinforzata billi tiġi prevista informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi Komunitarji.

(12)

Il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu jimplika kontroll intern effettiv u effiċjenti għall-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ.

(13)

Rigward ir-riżorsi tal-FEŻ, għandu jsir possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji sabiex jgħinu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE barra l-arranġamenti ta' kofinanzjament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 617/2007.

(14)

Għall-FEŻ, għandu japplika l-prinċipju ta' speċifikazzjoni.

(15)

Rigward il-metodi ta' implimentazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ, id-dispożizzjonijiet dwar l-amministrazzjoni ċentralizzata, deċentralizzata u konġunta kif ġew stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju għad-9 FEŻ għandhom ikunu ristrutturati bl-objettiv li jkunu aktar ċari u wħud mir-rekwiżiti għandhom jiġu ċċarati aktar. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti għal amministrazzjoni konġunta, il-kondizzjonijiet għad-delega tal-kompiti u l-kriterji sabiex jintużaw korpi nazzjonali tas-settur pubbliku għandhom ikunu simplifikati sabiex ikun iffaċilitat l-użu tagħhom u sabiex jirrispondu għal ħtiġijiet operattivi dejjem akbar.

(16)

Il-projbizzjoni tad-delega tal-kompiti implimentattivi lil korpi privati għandha tiġi aġġustata fir-rigward ta' l-amministrazzjoni ċentralizzata peress li t-termini ta' dik il-projbizzjoni irriżultaw li huma inutilment stretti. Għandu jkun possibbli li l-Kummissjoni tuża s-servizzi ta' aġenzija ta' l-ivjaġġar jew ta' organizzatur tal-konferenzi sabiex ikunu responabbli għar-rimborż ta' l-ispejjeż lill-parteċipanti fil-konferenzi, dment li wieħed joqgħod attent li jkun żgurat li ma jkun eżerċitat l-ebda poter diskrezzjonarju mill-kumpannija privata.

(17)

Rigward l-uffiċjal tal-kontabbiltà, ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiċċertifika l-kontabbiltà abbażi ta' l-informazzjoni finanzjarja provduta lilu mill-uffiċjali ta' l-awtorizzazzjoni għandha tkun iċċarata aktar. Għal dan il-għan, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jingħata l-poter li jikkontrolla li l-informazzjoni li tasal għand l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni b'delega u li jintroduċi riżervi, jekk ikun meħtieġ.

(18)

Il-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet rigward ir-responsabbiltà finanzjarja ta' l-atturi finanzjarji kollha u ta' kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni tal-FEŻ għandhom ikunu ċċarati.

(19)

Ir-regoli ta' l-irkupru ta' l-ammonti li jistgħu jinġabru għandhom ikunu ċċarati u msaħħa sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet ikunu mħarsa aħjar. B'mod partikolari, għandhom ikunu speċifikati l-kondizzjonijiet li fihom ikunu dovuti lill-FEŻ l-interessi fuq il-ħlasijiet tard.

(20)

Għandu jsir provvediment għall-perijodi ta' limitazzjoni dwar il-validità tal-pretensjonijiet. Il-Komunità, b'differenza għal ħafna mill-Istati Membri tagħha, mhix suġġetta għal perijodu ta' limitazzjoni li taħtu l-pretensjonijiet finanzjarji jiġu mitmuma wara ċertu perijodu ta' żmien. Il-Komunità lanqas mhi ristretta minn perijodu ta' limitazzjoni sabiex issegwi l-pretensjonijiet tagħha kontra terzi persuni. L-introduzzjoni ta' tali perijodi ta' limitazzjoni għandha tikkorrispondi għall-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.

(21)

F'konformità mar-Regolament Finanzjarju Ġenerali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal fornimenti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi ( 11 ), ir-regoli dwar l-esklużjoni minn proċedura ta' akkwist jeħtieġ li jiġu ċċarati. Għandha ssir distinzjoni ċara bejn esklużjoni mandatorja u esklużjoni abbażi ta' penali amministrattiva. Barra minn hekk, għal raġunjiet ta' ċertezza u ta' proporzjonalità legali, għandu jkun stabbilit perijodu massimu ta' esklużjoni. Tista' tkun prevista eċċezzjoni għar-regoli dwar l-esklużjoni rigward ix-xiri ta' fornimenti b'termini partikolarment vantaġġjużi jew minn fornitur li qiegħed jagħlaq b'mod definittiv l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, jew mir-riċevituri jew mil-likwidaturi ta' falliment, arranġament ma' kredituri, jew proċedura simili skond il-liġi nazzjonali.

(22)

Huwa xieraq li jkun permess l-użu tad-database ċentrali li tikkonċerna l-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti għal xogħol b'appalt f'sitwazzjonijiet ta' esklużjoni stabbiliti skond ir-Regolament (KE, Eu ratom) Nru 1605/2002 fil-kuntest tal-FEŻ.

(23)

Rigward l-għotjiet, hu meħtieġ li jsiru xi kjarifiki fl-Artikolu 103, b'mod partikolari rigward il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Sabiex tittejjeb l-amministrazzjoni ta' l-għotjiet u jkunu simplifikati l-proċeduri, għandu jkun possibbli l-għotjiet jingħataw jew permezz ta' deċiżjonijiet ta' l-istituzzjoni jew permezz ta' ftehim bil-miktub ma' benefiċjarji, u li jiġi awtorizzat l-użu ta' ħlasijiet b'somma li tingħata f'daqqa u b'rata fissa flimkien mal-metodu aktar tradizzjonali ta' rimborż ta' l-ispejjeż tabilħaqq ikunu saru. Finalment, ir-rekwiżiti għall-kontrolli u għall-garanziji għandhom ikunu aktar proporzjonati għar-riskji finanzjarji involuti.

(24)

Ir-regola li l-għotjiet għandhom jingħataw abbażi ta' sejħiet għal proposti rriżultat siewja. Madankollu mill-esperjenza ntwera li f'ċerti sitwazzjonijiet in-natura ta' l-azzjoni ma tħalli l-ebda għażla fis-selezzjoni tal-benefiċjarji. Għalhekk għandu jkun rikonoxxut b'mod espliċitu li jistgħu jinqalgħu tali każijiet eċċezzjonali.

(25)

Fejn jingħataw għotjiet għal spejjeż kurrenti, irriżulta li r-regola li l-ftehim meħtieġ ma jistax jiġi ffirmat aktar tard minn erba' xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju kienet wisq riġida. Dik l-iskadenza għalhekk għandha tkun iffissata għal sitt xhur.

(26)

Ladarba l-għotjiet għandhom jibqgħu jingħataw abbażi ta' kriterji ta' għażla u ta' għoti, m'hemmx għalfejn dawk il-kriterji jiġu evalwati fil-każijiet kollha minn kumitat. Għandhom ikunu permessi mezzi oħrajn aktar flessibbli għall-evalwazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla.

(27)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' akkwist li għandhom ikunu applikati mill-benefiċjarji ta' l-għotjiet għandhom ikunu ssimplifikati. Barra minn hekk, għandu jkun previt b'mod espliċitu il-każ fejn l-implimentazzjoni ta' azzjoni tkun teħtieġ appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT,



WERREJ

L-EWWEL PARTI –

DISPOŻIZZJONIJIET EWLENIN

TITOLU I –

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU II –

PRINĊIPJI FINANZJARJI

TITOLU III –

RIŻORSI TAL-FEŻ U IMPLIMENTAZZJONI

TITOLU IV –

ATTURI FINANZJARJI

TITOLU V –

OPERAZZJONIJIET TA' DĦUL

TITOLU VI –

OPERAZZJONIJIET TA' NFIQ

TITOLU VII –

DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI VARJI

TITOLU VIII –

TIPI TA FINANZJAMENT

TITOLU IX –

PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KONTABBILTÀ

TITOLU X –

AWDITJAR ESTERN U L-KWITTANZA

IT-TIENI PARTI –

FAĊILITÀ TA' INVESTIMENT

IT-TIELET PARTI –

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

▼M2



L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET EWLENIN



TITOLU I

Suġġett, Kamp ta' Applikazzjoni U Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), u l-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet tiegħu.

Artikolu 2

Rabta mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

1.  Sakemm ma jkunx previst speċifikament mod ieħor, referenzi diretti f'dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) għandhom jitqiesu li jinkludu wkoll referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ( 13 ).

2.  Ir-referenzi f'dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ma għandhomx jitqiesu li jinkludu dispożizzjonijiet proċedurali li mhumiex rilevanti għall-FEŻ, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-għoti tas-setgħa li tadotta atti delegati.

3.  Referenzi interni fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx jirrendu d-dispożizzjonijiet imsemmija indirettament applikabbli għall-FEŻ.

4.  It-termini użati f'dan ir-Regolament għandu jkollhom l-istess tifsira bħal dawk fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, bl-eċċezzjoni tad-definizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

Madankollu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini li ġejjin fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jiġu definiti kif ġej:

(a) “baġit” jew “baġitarju” tfisser “il-FEŻ”;

(b) “impenn baġitarju” tfisser “impenn finanzjarju”;

(c) “istituzzjoni” tfisser “il-Kummissjoni”;

(d) “approprjazzjonijiet” jew “approprjazzjonijiet operazzjonali” tfisser “ir-riżorsi tal-FEŻ”;

(e) “linja tal-baġit” jew “linja fil-baġit” tfisser “allokazzjoni”;

(f) “att bażiku” tfisser, skont il-kuntest rilevanti, il-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE ( 14 ) (id-“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”), jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 ( 15 ) (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni”);

(g) “pajjiż terz” tfisser kwalunkwe pajjiż jew territorju benefiċjarju kopert mill-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-FEŻ.

5.  L-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkollha l-għan li tippreserva l-koerenza mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sakemm tali interpretazzjoni ma tkunx kompatibbli mal-ispeċifiċitajiet tal-FEŻ kif previst fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fil-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea jew ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

Artikolu 3

Perijodi, dati u limiti ta' żmien

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ( 16 ) għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Protezzjoni ta' data personali

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) u għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).

L-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data personali għall-finijiet tal-awditjar għandhom japplikaw.



TITOLU II

Prinċipji Finanzjarji

Artikolu 5

Prinċipji finanzjarji

Ir-riżorsi tal-FEŻ għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a) l-unità u l-preċiżjoni tal-baġit;

(b) l-unità tal-kontijiet;

(c) l-universalità;

(d) l-ispeċifikazzjoni;

(e) l-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

(f) it-trasparenza.

Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

Artikolu 6

Prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni baġitarja

L-ebda dħul ma għandu jinġabar u l-ebda nfiq ma għandu jsir dment li ma jkunx riservat għal allokazzjoni tal-FEŻ.

L-Artikolu 8(2) u (3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

Artikolu 7

Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar l-użu tal-euro għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 8

Prinċipju tal-universalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, id-dħul totali għandu jkopri l-istima għall-pagamenti totali.

Id-dħul u l-infiq kollu għandu jkun irreġistrat bis-sħiħ mingħajr ebda aġġustament kontra xulxin, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti għar-rati tal-kambju, li għandhom japplikaw.

Madankollu, id-dħul imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament għandu jnaqqas awtomatikament il-pagamenti magħmula fuq l-impenn li minnu ġie ġġenerat.

L-Unjoni ma tistax issellef fi ħdan il-qafas tal-FEŻ.

Artikolu 9

Dħul assenjat

(1)  Id-dħul assenjat għandu jintuża biex jiffinanzja partiti speċifiċi tan-nefqa.

(2)  Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat:

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi terzi, inkluż fiż-żewġ każijiet l-aġenziji pubbliċi tagħhom, entitajiet jew persuni fiżiċi; u minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal ċerti proġetti jew programmi ta' għajnuna esterna ffinanzjati mill-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f'isimhom skont l-Artikolu 10 tar-Regolamentta' Implimentazzjoni;

(b) dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati;

(c) dħul li joriġina mill-ħlas lura, wara l-irkupru, ta' ammonti mħallsa bi żball;

(d) dħul iġġenerat minn interessi fuq pagamenti ta' prefinanzjament, soġġett għall-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(e) ħlasijiet lura u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 140(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(f) dħul iġġenerat minn rimbors sussegwenti ta' taxxi skont il-punt (b) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(3)  Dħul assenjat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja tali partiti tan-nefqa kif huma ddeterminati mid-donatur dment li huwa aċċettat mill-Kummissjoni.

Dħul assenjat imsemmi fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja partiti tan-nefqa simili għal dawk minn fejn ikun ġie ġġenerat.

(4)  L-Artikolu 184(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika mutatis mutandis.

(5)  L-Artikoli 22(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar donazzjonijiet għandhom japplikaw għal dħul assenjat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fir-rigward tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-aċċettazzjoni ta' donazzjoni għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kunsill.

(6)  Ir-riżorsi tal-FEŻ li jikkorrispondu għal dħul assenjat għandhom ikunu disponibbli awtomatikament meta dak id-dħul jiġi riċevut mill-Kummissjoni. Madankollu, stima tal-ammonti riċevibbli għandu jkollha l-effett li tagħmel ir-riżorsi tal-FEŻ disponibbli fil-każ tad-dħul assenjat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 fejn il-ftehim mal-Istat Membru jkun espress bil-munita euro; il-pagamenti jistgħu jitwettqu skont dak id-dħul biss meta tkun ġiet irċevuta.

Artikolu 10

Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

Ir-riżorsi tal-FEŻ għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi għall-Istati AKP jew OCTs u skont l-istrumenti prinċipali ta' kooperazzjoni.

Fir-rigward tal-Istati AKP, dawk l-istrumenti huma stabbiliti mill-Protokoll Finanzjarju anness għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. L-allokazzjoni tar-riżorsi (allokazzjonijiet indikattivi) għandha tkun ibbażata wkoll fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni u għandha tieħu kont tar-riżorsi riżervati għall-infiq ta' appoġġ marbuta mal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

Fir-rigward tal-OCTs, dawk l-istrumenti huma stabbiliti fir-Raba' Parti tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea u l-Anness II tagħha. L-allokazzjoni ta' dawk ir-riżorsi għandha tieħu kont ukoll tar-riżerva mhux allokata prevista fl-Artikolu 3(3) ta' dak l-Anness u tar-riżorsi riżervati għal studji jew għal miżuri ta' assistenza teknika skont il-punt (c) tal-Artikolu 1(1) tiegħu.

Artikolu 11

Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

1.  L-Artikoli 30(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja għandhom japplikaw. Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandux japplika.

2.  Għandhom jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jinkisbu, li jkunu rilevanti u f'waqthom. Il-kisba ta' dawk l-objettivi għandha tkun sorveljata minn indikaturi tal-prestazzjoni.

3.  Sabiex jitjieb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari sabiex tiġi ġġustifikata u speċifikata d-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament, huma meħtieġa l-evalwazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-użu tar-riżorsi tal-FEŻ għandu jkun antiċipat minn evalwazzjoni ex ante tal-operazzjoni li għandha ssir li tkopri l-elementi elenkati fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012;

(b) l-operazzjoni għandha titressaq għal evalwazzjoni ex post bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-riżultati maħsuba jiġġustifikaw il-mezzi użati.

4.  It-tipi ta' finanzjament previsti fit-Titolu VIII ta' dan ir-Regolament, u l-metodi ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, għandhom jintgħażlu abbażi tal-abilità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u l-kapaċità tagħhom li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jittieħed kont tal-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nonkonformità. Fil-każ tal-għotjiet, dan għandu jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom ta' darba, rati fissi u spejjeż għal kull unità.

Artikolu 12

Kontroll intern

L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

Artikolu 13

Prinċipju tat-trasparenza

1.  Il-FEŻ għandu jiġi implementat u l-kontijiet ippreżentati f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2.  Id-dikjarazzjoni annwali tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali ta' sejħiet għal kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) u l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra, għandhom japplikaw. Għall-iskop tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, it-terminu “lokalità” għandu jfisser, fejn meħtieġ, l-ekwivalenti tar-reġjun fil-livell ta' NUTS 2 meta r-riċevitur ikun persuna fiżika.

4.  Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-FEŻ jistgħu jiġu implimentati b'kofinanzjament parallel jew konġunt.

Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'għadd ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom huwa ffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.

Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi jinġabru flimkien b'tali mod li ma jibqax possibbli li s-sors ta' finanzjament jiġi identifikat għal kwalunkwe attività partikolari mwettqa bħala parti mill-azzjoni. F'dawn il-każijiet, il-pubblikazzjoni ex post ta' kuntratti tal-għotja u tal-akkwist kif meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) u l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-entità nkarigata, jekk ikun hemm.

5.  Meta tkun qed tipprovdi l-assistenza finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata l-viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. Dan għandu jinkludi miżuri li jimponu rekwiżiti ta' viżibbiltà fuq il-benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni ħlief f'każijiet debitament iġġustifikati. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-benefiċjarji ma' dawk ir-rekwiżiti.



TITOLU III

Riżorsi tal-FEŻ u Implimentazzjoni

Artikolu 14

Sorsi tar-riżorsi tal-FEŻ

Ir-riżorsi tal-FEŻ għandhom jikkonsistu mil-limitu msemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/759/UE u mid-dħul assenjat ieħor imsemmi fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.

Ir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-BEI għandhom jikkonsistu wkoll minn dawk ir-riżorsi tal-Faċilità ta' Investiment ġestiti bħala fond li jista' jerġa' jintuża.

Artikolu 15

Struttura tal-FEŻ

Id-dħul u l-infiq tal-FEŻ għandhom ikunu kklassifikati skont it-tip tagħhom jew skont l-użu li għalih huma assenjati.

Artikolu 16

L-implimentazzjoni tal-FEŻ skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

1.  Il-Kummissjoni għandha tassumi r-responsabbiltajiet tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 57 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea. Għal dan il-għan, hija għandha timplimenta d-dħul u l-infiq tal-FEŻ skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti u t-Tielet Parti ta' dan ir-Regolament, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tar-riżorsi tal-FEŻ.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex ir-riżorsi tal-FEŻ jiġu użati f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 17

Metodi ta' implimentazzjoni

1.  L-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

2.  Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 sa 5 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli dwar il-metodi ta' implimentazzjoni previsti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u l-Artikoli 188 u 193 ta' dak ir-Regolament, għandhom japplikaw. Madankollu l-punt (b) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 59 ta' dak ir-Regolament, dwar il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, ma għandhomx ikunu applikabbli.

3.  L-entitajiet inkarigati għandhom jiżguraw konsistenza mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw lil entitajiet oħra b'kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni. Huma għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 kull sena. L-opinjoni tal-awditjar għandha tkun ippreżentata fi żmien xahar mir-rapport u d-dikjarazzjoni ta' ġestjoni li jridu jitqiesu fl-assigurazzjoni tal-Kummissjoni.

L-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-korpi tal-Istati Membri kif imsemmija fil-punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) ta' dak ir-Regolament li jkunu ġew fdati mill-Kummissjoni jistgħu jafdaw ukoll kompiti ta' implimentazzjoni ta' baġit lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li għandhom kapaċità operazzjonali u finanzjarja adatta, taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni.

L-Istati tal-AKP u l-OCTs jistgħu wkoll jinkarigaw il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit lid-dipartimenti tagħhom u lil korpi gvernati mil-liġi privata abbażi ta' kuntratt ta' servizz. Dawk il-korpi għandhom jiġu magħżula abbażi ta' proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex b'hekk jiġu evitati konflitti ta' interessi. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula t-termini tal-kuntratt ta' servizz.

4.  Fejn il-FEŻ huwa implimentat f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati AKP jew tal-OCTs li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet kontraenti, il-Kummissjoni:

(a) għandha, meta jkun meħtieġ, tirkupra ammonti dovuti minn riċevituri skont l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, inkluż permezz ta' deċiżjoni li għandha tkun infurzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 299 tat-Trattat;

(b) tista', meta ċ-ċirkostanzi jesiġu dan, timponi penalitajiet amministrattivi u/jew finanzjarji taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Il-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat AKP jew OCT għal dan l-għan.

5.  L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata permezz ta' kontribuzzjonijiet lil fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, l-Istati Membri, jew minn pajjiżi u reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jattiraw finanzjament konġunt minn għadd ta' donaturi, jew lil fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għall-fini tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti.

L-aċċess reċiproku minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet oħrajn għandu jiġi promoss, kif adatt.



TITOLU IV

Atturi Finanzjarji

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar atturi finanzjarji u r-responsabbiltà tagħhom

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil kull attur finanzjarju r-riżorsi meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu u karta li tiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu jew tagħha.

2.  L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar is-segregazzjoni tad-dmirijiet għandu japplika.

3.  Il-Kapitolu IV tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 19

Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.  L-Artikoli 65, 66 u 67 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jikkonċernaw, rispettivament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, is-setgħat u d-dmirijiet tiegħu jew tagħha, u dawk tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom japplikaw.

Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu jinkludi, bħala anness, tabelli li juru, skont l-allokazzjoni, il-pajjiż, it-territorju, ir-reġjun jew is-subreġjun, l-impenji totali, il-fondi assenjati u l-pagamenti magħmula matul is-sena finanzjarja u l-ammonti totali aggregati mill-ftuħ tal-FEŻ rispettiv.

2.  Fejn l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jinduna bi problemi fit-twettiq ta' proċeduri relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi tal-FEŻ, huwa għandu, flimkien mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni maħtur nazzjonali, reġjonali, intra-AKP, jew territorjali, jagħmel il-kuntatti kollha meħtieġa sabiex isib rimedju għas-sitwazzjoni u jieħu kwalunkwe passi li jkunu meħtieġa. Fil-każ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni nazzjonali, reġjonali, intra-AKP, jew territorjali ma jwettaqx jew ma jkunx jista' jwettaq id-dmirijiet dovuti lilu skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jista' temporanjament jieħu post dan tal-ewwel u jaġixxu f'isem u għan-nom dan; f'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' tirċievi kumpens finanzjarju għax-xogħol amministrattiv addizzjonali mġarrab mir-riżorsi allokati lill-Istat AKP jew lill-OCT inkwistjoni.

Artikolu 20

Uffiċjal tal-kontabbiltà

1.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-FEŻ.

2.  L-Artikolu 68, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jikkonċernaw, rispettivament is-setgħat u d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, u s-setgħat li jistgħu jiġu ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, għandhom japplikaw. L-Artikolu 54(2) u l-Artikolu 57(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(5), u l-Artikolu 58(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.



TITOLU V

Operazzjonijiet ta' Dħul

Artikolu 21

Kontribuzzjoni annwali u l-partijiet tiegħu

1.  Skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, il-limitu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2 u l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1, kif ukoll il-pagament tiegħu fi tliet pagamenti, għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.

Il-pagamenti li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jkunu proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet ta' dak l-Istat Membru għall-FEŻ kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru tas-sena n, li tistipula:

(a) il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2;

(b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(c) l-ammont tal-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(d) previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti bbażata fuq approċċ statistiku għall ammonti annwali ta' kontribuzzjonijiet mistennija għas-snin n + 3 u n + 4.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din il-proposta sal-15 ta' Novembru tas-sena n.

L-Istati Membri għandhom iħallsu l-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar tas-sena n + 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, li tistipula:

(a) ammont tat-tieni pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tieni pagament mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

4.  Sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-previżjonijiet tal-BEI dwar il-ġestjoni u l-operazzjoni tal-Faċilità tal-Investiment, inkluż dawk is-sussidji tar-rata ta' interess li huma implimentati mill-BEI, għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Kunsill dikjarazzjoni tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali tas-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet magħmula fis-sena n u li għandhom isiru fis-sena n + 1 u n + 2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-ammonti annwali tal-kontribuzzjonijiet skont l-Istat Membru, kif ukoll l-ammont li għad irid jitħallas mill-FEŻ, b'distinzjoni magħmula bejn l-ishma tal-BEI u dawk tal-Kummissjoni. L-ammonti għas-snin n + 1 u n + 2 għandhom ikunu bbażati fuq il-kapaċità li l-livell propost ta' riżorsi jitwassal b'mod effettiv filwaqt li jsir sforz biex jiġu evitati varjazzjonijiet sinifikanti bejn id-diversi snin, kif ukoll bilanċi tal-aħħar tas-sena sinifikanti.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta' Ottubru tas-sena n + 1, li tistipula:

(a) l-ammont tat-tielet pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tielet pagament mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

6.  Is-somma tal-pagamenti relatata ma' sena partikolari ma tistax teċċedi l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ddeterminata għal dik is-sena. L-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ma jistax jeċċedi l-limitu ddeterminat għal dik is-sena. Il-limitu ma jistax jiżdied ħlief f'konformità mal-Artikolu 7(4) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Żieda possibbli tal-limitu għandha tkun parti mill-proposti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu.

7.  Il-limitu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas minn kull Stat Membru għas-sena n + 2, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 u l-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet għandhom jispeċifikaw:

(a) l-ammont ġestit mill-Kummissjoni; u

(b) l-ammont ġestit mill-BEI, inkluż is-sussidji tar-rati ta' interess ġestiti minnu.

Artikolu 22

Il-ħlas tal-pagamenti parzjali

1.  Talbiet għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għal Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti f'ordni kronoloġiku.

2.  Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom ikunu espressi f'euro u għandhom ikunu mħallsa f'euro.

3.  Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'kont speċjali bl-isem “Kummissjoni Ewropea — Fond Ewropew għall-Iżvilupp” miftuħ mal-bank ċentrali tal-Istat Membru rilevanti jew tal-istituzzjoni finanzjarja maħtura minnu. L-ammont ta' dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jibqgħu f'dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun jeħtieġ li jsiru l-pagamenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tagħmel kwalunkwe ġbid ta' flus mill-kontijiet speċjali b'tali mod li d-distribuzzjoni tal-assi f'dawk il-kontijiet tibqa' tikkorrispondi għall-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) ta' dan ir-Regolament għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 53(1).

Artikolu 23

Imgħax għal ammonti ta' kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

1.  Kif jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 21(2), (3) u (5), l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun obbligat li jħallas l-imgħax f'konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata kalendarja tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit, miżjuda b żewġ punti perċentwali. Dik ir-rata għandha tiżdied bi kwart ta' punt perċentwali għal kull xahar ta' dewmien.

(b) l-imgħax għandu jitħallas għall-perijodu li jkun għadda mill-ġurnata kalendarja ta' wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għall-pagament sal-ġurnata tal-pagament.

2.  Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(7), l-imgħax għandu jiġu kkreditat f'wieħed mill-kontijiet previsti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) l-imgħax għandu jiġi kkreditat lill-Faċilità ta' Investiment f'konformità mal-Artikolu 53(1).

Artikolu 24

Talba għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

Mal-iskadenza tal-protokoll finanzjarju anness mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-parti tal-kontribuzzjonijiet li l-Istati Membri jibqgħu obbligati jħallsu skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament għandha tintalab mill-Kummissjoni u l-BEI, kif meħtieġ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Operazzjonijiet oħra ta' dħul

1.  L-Artikoli 77 sa 79, l-Artikolu 80(1) u (2) u l-Artikoli 81 sa 82 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar l-estimi tal-ammont riċevibbli, l-istabbiliment tal-ammonti riċevibbli, l-awtorizzazzjoni u r-regoli tal-irkupru, il-perijodu ta' limitazzjoni u trattament nazzjonali ta' intitolamenti tal-Unjoni, għandhom japplikaw. L-irkupru jista' jsir permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni infurzabbli skont l-Artikolu 299 tat-Trattat.

2.  Fir-rigward tal-Artikoli 77(3) u 78(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-referenza għal riżorsi proprji għandha tinftiehem bħala referenza għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri definiti fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Artikolu 83(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandu japplika għall-irkupri stabbiliti bl-euro. Għall-irkupri fil-munita lokali, għandu japplika bl-użu tar-rata tal-bank ċentrali tal-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih hija stabbilita l-ordni ta' rkupru.

4.  Fir-rigward tal-Artikolu 84(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, il-lista ta' intitolamenti għandha tkun stabbilita separatament għall-FEŻ u għandha tiġi miżjuda mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 44(2) ta' dan ir-Regolament.

5.  L-Artikoli 85 u 90 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.



TITOLU VI

Operazzjonijiet ta' Nfiq

Artikolu 26

Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament

L-impenn tal-infiq għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta' finanzjament adottata mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tiegħu.

Artikolu 27

Regoli applikabbli għall-impenji

1.  L-Artikolu 85, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 3 tiegħu, l-Artikoli 86, 87, 185, u l-Artikolu 189(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar l-impenji u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni għandhom japplikaw. L-Artikolu 95(2), il-punti (a) u (e) tal-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

2.  Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 189(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-perijodu biex jiġu konklużi l-kuntratti individwali, u l-ftehimiet ta' għotja li jimplimentaw l-azzjoni jista' jiġi estiż għal aktar minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament fejn l-Istati AKP u l-OSTs jafdaw kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 17(3) ta' dan ir-Regolament.

3.  Meta r-riżorsi tal-FEŻ jiġu implimentati f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista', wara li jaċċetta l-ġustifikazzjoni, jestendi l-perijodu ta' sentejn imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) tiegħu.

4.  Fit-tmiem tal-perijodi estiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew il-perijodi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-bilanċi mhux użati għandhom ikunu, kif applikabbli, rilaxxati.

5.  Fejn il-miżuri huma adottati taħt l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, it-tmexxija tal-perijodi estiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tista' tiġi sospiża.

6.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-konformità u r-regolarità għandhom jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, partikolarment it-Trattati, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, ta' dan ir-Regolament, u l-atti kollha adottati fl-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

7.  Kull impenn legali għandu jipprovdi espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jkollhom is-setgħa ta' awditjar u verifika u għall-OLAF li jkollu s-setgħa ta' investigazzjonijiet, fuq il-bażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha, il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew il-fondi tal-FEŻ.

Artikolu 28

Validazzjoni, awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa

L-Artikoli 88, 89, l-Artikolu 90, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 tiegħu, l-Artikolu 91 u l-Artikolu 184(4) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

Artikolu 29

Limiti ta' żmien għall-pagament

1.  Soġġett għall-paragrafu 2, l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika għall-pagamenti mwettqa mill-Kummissjoni.

2.  Fejn ir-riżorsi tal-FEŻ huma implimentati f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs u l-Kummissjoni tesegwixxi pagamenti f'isimhom, il-limitu ta' żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika għall-pagamenti kollha mhux imsemmija fil-punt (a) tagħha. Il-Ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura kollaborazzjoni f'waqtha tal-awtorità kontraenti.

3.  Il-pretensjonijiet għal ħlasijiet tardivi li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni għandhom jiġu mħallsa mill-kont jew mill-kontijiet provduti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.



TITOLU VII

Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni Varji

Artikolu 30

Awditur intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jkun l-awditur intern tal-FEŻ. L-Artikoli 99 u 100 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

Artikolu 31

Is-sistemi tal-IT, it-trasmissjoni elettronika u l-gvern elettroniku

L-Artikoli 93, 94 u 95 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar il-ġestjoni elettronika ta' operazzjonijiet u dokumenti, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 32

Amministrazzjoni tajba u rimedju

L-Artikoli 96 u 97 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

Artikolu 33

L-użu tal-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet

Il-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 108(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 li fiha d-dettalji tal-kandidati u l-offerenti, u l-applikanti u l-benefiċjarji li jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 106, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 109(1), u l-punt (a) ta' Artikolu 109(2) ta' dak ir-Regolament għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-FEŻ.

L-Artikolu 108(2) u (5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikoli 142 u 144 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar l-użu tal-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet u dwar l-aċċess għaliha għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Rigward l-Artikolu 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jinkludu l-implimentazzjoni tal-FEŻ.

Artikolu 34

Arranġamenti amministrattivi mas-SEAE

Arranġamenti dettaljati jistgħu jkunu miftiehma bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni, min-naħa tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, tar-riżorsi previsti għan-nefqa ta' sostenn marbuta mal-FEŻ skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.



Titlu VIII

Tipi ta Finanzjament

Artikolu 35

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar tipi ta' finanzjament

1.  Bl-iskop li jipprovdu assistenza finanzjarja taħt dan it-Titolu, il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati AKP u l-OCTs jistgħu jieħdu l-forma, inter alia, ta':

(a) arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma' pajjiżi terzi l-assistenza tagħha lil Stat AKP, OCT jew reġjun;

(b) miżuri amministrattivi ta' kooperazzjoni bħall-ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru jew reġjun l-aktar imbiegħed, u dawk ta' Stat AKP jew OCTjew ir-reġjun tagħhom, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

(c) faċilitajiet ta' għarfien espert għal bini ta' kapaċità mmirat fl-Istat AKP, OCT jew ir-reġjun tagħhom u assistenza teknika fuq medda ta' żmien qasir u għoti ta' pariri lilhom, kif ukoll appoġġ lil ċentri sostenibbli ta' għarfien u eċċellenza dwar il-governanza u r-riforma fis-settur pubbliku;

(d) kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż meħtieġa biex iwaqqfu u jamministraw sħubija pubblika-privata;

(e) programmi ta' appoġġ għall-politika settorjali, li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall programm tas-settur tal-Istat AKP jew OCT; jew

(f) Sussidji fuq ir-rati tal-imgħax skont l-Artikolu 37.

2.  Minbarra t-tipi ta' finanzjamentprevisti fl-Artikoli 36 sa 42, assistenza finanzjarja tista' tingħata wkoll permezz ta' dan li ġej:

(a) ħelsien mid-dejn, skont programmi ta' tnaqqis tad-dejn miftiehma internazzjonalment;

(b) f'każijiet eċċezzjonali, programmi settorali u ġenerali ta' importazzjoni, li jistgħu jieħdu l-forma ta':

 programmi settorali ta' importazzjoni f'oġġetti;

 programmi settorjali ta' importazzjoni li jipprovdu skambju ta' flus barranin għall-finanzjament ta' importazzjonijiet għas-settur inkwistjoni; jew

 programmi ġenerali ta' importazzjoni li jipprovdu flus barranin sabiex jiffinanzjaw importazzjonijiet ġenerali ta' firxa wiesgħa ta' prodotti.

3.  L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata wkoll permezz ta' kontribuzzjonijiet lil fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, l-Istati Membri, Stati AKP jew OCTs u reġjuni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jattiraw finanzjament konġunt minn għadd ta' donaturi, jew lil fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għall-fini tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti.

L-aċċess reċiproku minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu promossi, kif xieraq.

4.  Fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tagħha għal tranżizzjoni u riforma f'pajjiżi AKP u l-OCTs, l-Unjoni għandha tuża u taqsam l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-lezzjonijiet miksuba.

Artikolu 36

Akkwist

1.  L-Artikolu 101 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jiddefinixxi kuntratti pubbliċi għandu japplika.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu:

(a) il-Kummissjoni f'isem ta' u għall-akkont ta' pajjiż AKP jew OCTs wieħed jew aktar;

(b) l-entitajiet u persuni msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit korrispondenti.

3.  Għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew f'isimhom, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tal-Ewwel Parti u tal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni ta':

(a) l-Artikolu 103, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(1) u l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(b) l-Artikolu 127(3) u (4), l-Artikolu 128, l-Artikoli 134 sa 137, l-Artikolu 139(3) sa (6), l-Artikolu 148(4), l-Artikolu 151(2), l-Artikolu 160, l-Artikolu 164, it-tieni sentenza tal-Artikolu 260, u l-Artikolu 262 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

L-Artikolu 124(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 japplika għall-kuntratti tal-bini.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax għall-awtoritajiet kontraenti msemmija f'punt (b) ta' paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fejn, wara l-verifiki msemmija fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 il-Kummissjoni tkun awtorizzathom sabiex jużaw il-proċeduri ta' akkwist tagħhom stess.

4.  Għall-kuntratti ta' xiri mogħtija mill-Kummissjoni f'isimha kif ukoll azzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw l-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

5.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3, in-nefqa fuq l-operazzjonijiet inkwistjoni ma tkunx eliġibbli għal finanzjament mill-FEŻ.

6.  Il-proċeduri ta' akkwist imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament.

7.  Rigward il-punt (a) tal-Artikolu 263(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012:

(a) “avviż minn qabel ta' informazzjoni” huwa l-avviż li permezz tiegħu l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu, bħala gwida, il-valur totali stmat u s-suġġett tal-kuntratti u l-kuntratti qafas li jkun beħsiebhom jagħtu matul sena finanzjarja, minbarra l-kuntratti bil-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar kuntratt;

(b) “avviż dwar kuntratt” huwa l-mezz li bih l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom li jniedu proċedura għall-għoti ta' kuntratt jew ta' kuntratt qafas jew li jistabbilixxu sistema dinamika ta' xiri skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012;

(c) “avviż ta' għoti” huwa l-avviż li jagħti r-riżultat tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratti, kuntratti qafas jew kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta' xiri.

Artikolu 37

Għotjiet

1.  Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, it-Titolu VI tal-Ewwel Parti u l-Artikolu 192 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

2.  Għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, bħala donazzjoni, mill-FEŻ sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) azzjoni maħsuba biex tgħin ħalli jintlaħaq għan tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, jew ta' programm jew proġett li ġie adottat skont dak il-Ftehim jew Deċiżjoni; jew

(b) il-funzjonament ta' korp li jsegwi l-għan imsemmi fil-punt (a).

Għotja fit-tifsira tal-punt (a) tista' tingħata lil xi korp imsemmi fl-Artikolu 208(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3.  Meta taħdem mal-partijiet interessati tal-Istati AKP u l-OCTs, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inkluż il-ħtiġijiet u l-kuntest, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni ta' għotjiet bil-għan li tilħaq u tirreaġixxi bl-aħjar mod għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' partijiet interessati tal-Istati AKP u l-OCTs, u għall-kisba l-aktar effettiva tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea. Modalitajiet speċifiċi għandhom ikunu mħeġġa, bħal ftehimiet ta' sħubija, appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, għotja diretta jew sejħiet b'eliġibilità ristretta għal proposti jew somom f'daqqa.

4.  Dawn li ġejjin m'għandhomx jikkostitwixxu għotjiet skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament:

(a) punti msemmija fil-punti (b) sa (f), (h) u (i) tal-Artikolu 121(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(b) assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 35(2) ta' dan ir-Regolament.

5.  L-Artikoli 175 u 177 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 38

Premjijiet

Titolu VII tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 138(2) tiegħu.

Artikolu 39

Appoġġ għall-baġit

L-Artikolu 186 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

Appoġġ baġitarju tal-Unjoni ġenerali jew settorjali huwa bbażat fuq ir-responsabbiltà reċiproka u impenn komuni għall-valuri universali u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet kuntrattwali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi AKP jew OCTs biex tiġi promossa d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, biex jingħata sostenn lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u biex jinqered il-faqar.

Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju maqbula mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji.

Wieħed mill-fatturi prinċipali li jiddeterminaw tali Deċiżjoni għandha tkun stima tal-impenn, l-irreġistrat u l-progress tal-pajjiżi tal-AKP u l-OCTs fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. L-appoġġ baġitarju għandu jkun iddifferenzjat biex jirreaġixxi aħjar fil-kuntest politiku, soċjali u ekonomiku tal-Istati tal-AKP u l-OCTs, b'kunsiderazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' fraġilità.

Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi u tissorvelja b'mod ċar il-kundizzjonalità tiegħu, u għandha wkoll tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' kontroll parlamentari u awditjar u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

Il-ħruġ ta' appoġġ tal-baġit għandu jkun kundizzjonali fuq il-progress sodisfaċenti lejn il-kisba ta' għanijiet maqbula mal-pajjiżi AKP u OCTs.

Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju lill-OCTs, ir-rabtiet istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu kkunsidrati.

Artikolu 40

Strumenti finanzjarji

L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti fid-deċiżjonijiet ta' finanzjament imsemmijin fl-Artikolu 26. Huma għandhom ikunu, meta possibbli, taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, pereżempju banek ta' żvilupp bilaterali, possibilment flimkien ma' għotjiet addizzjonali minn sorsi oħra.

Il-Kummissjoni tista' timplimenta strumenti finanzjarji taħt ġestjoni diretta, jew taħt ġestjoni indiretta billi tafda kompiti lill-entitajiet skont il-punt (c)(ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Dawk l-entitajiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u għandhom ikunu konformi mal-objettivi, l-istandards u l-politiki tal-Unjoni, kif ukoll l-aħjar prattiki rigward l-użu u r-rappurtar dwar fondi tal-Unjoni.

L-entitajiet li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 huma meqjusa li jilħqu l-kriterji ta' selezzjoni msemmija fl-Artikolu 139 ta' dak ir-Regolament. It-Titolu VIII tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 139 tiegħu.

L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu miġbura f'faċilitajiet għall-għanijiet ta' implimentazzjoni u ta' rappurtar.

Artikolu 41

Esperti

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 204 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 287 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar esperti esterni b'remunerazzjoni għandhom japplikaw.

Artikolu 42

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni

1.  Soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 187 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

2.  Fir-rigward tal-Artikolu 187(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kumitat kompetenti għandu jkun il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.



TITOLU IX

Preżentazzjoni tal-Kontijiet u Kontabbiltà

Artikolu 43

Kontijiet tal-FEŻ

1.  Il-kontijiet tal-FEŻ li jiddeskrivu s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu mill-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għandhom jinkludu:

(a) id-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(b) ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finananzjarja.

Ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni provduta mill-BEI skont l-Artikolu 57.

2.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

3.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju tas-sena ta' wara tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEŻ li għall-amministrazzjoni finanzjarja tagħha hija responsabbli l-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel il-korrezzjonijiet meqjusa meħtieġa sabiex tfassal il-kontijiet finali.

4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet finali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

5.  It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 148(3) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

6.  Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-istqarrija tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri b'konformità mal-Artikolu 49 sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

7.  Il-kontijiet provviżorji u finali jistgħu jintbagħtu skont il-paragrafi 2 u 4, b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 44

Rapporti finanzjarji u r-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja

1.  L-Artikolu 145 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

2.  Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandu jiġi ppreparat mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-15 ta' Marzu għall-inklużjoni fil-kontijiet tal-FEŻ. Għandu jippreżenta perspettiva veritiera u ġusta tal-operazzjonijiet ta' dħul u nfiq mir-riżorsi tal-FEŻ. Għandu jkun ippreżentat f'miljuni ta' euro u għandu jinkludi:

(a) il-kont tar-riżultat finanzjarju, li jistabbilixxi l-operazzjonijiet finanzjarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u nfiq;

(b) l-anness għall-kont tar-riżultat finanzjarju, li għandu jissupplementa u jikkumenta dwar l-informazzjoni mogħtija f'dak il-kont.

3.  Il-kont tar-riżultat finanzjarju għandu jkun fih dan li ġej:

(a) tabella li tiddeskrivi l-bidliet matul is-sena finanzjarja preċedenti fl-allokazzjonijiet;

(b) tabella li turi t-total skont l-allokazzjoni tal-impenji, il-fondi assenjati u l-ħlasijiet magħmula matul is-sena finanzjarja u s-somom totali aggregati mill-ftuħ tal-EDF;

Artikolu 45

Monitoraġġ u Rapportar mill-Kummissjoni u l-BEI

1.  Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jissorveljaw, kull wieħed safejn ikun ikkonċernat, l-użu tal-assistenza tal-FEŻ mill-pajjiżi AKP, l-OCTs jew minn kwalunkwe benefiċjarju ieħor, u l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-FEŻ, waqt li jqisu b'mod partikolari l-objettivi msemmija fl-Artikoli 55 u 56 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni dwar l-assoċjazzjoni extra-Ewropea.

2.  L-EIB għandu jinforma perjodikament lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mir-riżorsi tal-EDF li jamministra, billi jsegwi l-proċeduri stabbiliti fil-linji ta' gwida operattivi tal-Faċilità ta' Investiment.

3.  Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jipprovdu lill-Istati Membri bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni operattiva tar-riżorsi tal-FEŻ kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri f'konformità mal-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ.

Artikolu 46

Kontabbiltà

Ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw għar-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati għall-FEŻ filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-attivitajiet tiegħu.

Il-prinċipji tal-kontabbiltà li jinsabu fl-Artikolu 144 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw għar-rapporti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament.

L-Artikoli 151, 153, 154 u 155 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji u wara li jikkonsulta lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega, jadotta l-pjan tal-kontijiet li għandu jiġi applikat għall-operazzjonijiet tal-FEŻ.

Artikolu 47

Il-kontabbiltà baġitarja

1.  Il-kontijiet baġitarji għandhom jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-FEŻ.

2.  Il-kontijiet baġitarji għandhom juru dawn kollha:

(a) l-allokazzjonijiet u r-riżorsi korrispondenti tal-FEŻ;

(b) l-impenji finanzjarji;

(c) il-ħlasijiet; u

(d) l-operazzjonijiet stabbiliti għad-dejn u l-ġbir għas-sena finanzjarja, b'mod sħiħ u mingħajr l-ebda aġġustament reċiproku.

3.  Meta l-impenji, il-ħlasijiet u d-dejn jiġu espressi f'valuti nazzjonali, is-sistema ta' kontabbiltà għandha tagħmilha possibbli, fejn ikun meħtieġ, li jiġu rreġistrati f'valuti nazzjonali kif ukoll f'euro.

4.  L-impenji finanzjarji globali għandhom jiġu rreġistrati f'euro għall-valur tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament meħuda mill-Kummissjoni. Impenji finanzjarji individwali għandhom jiġu rreġistrati f'euro fl-ekwivalenti tal-valur tal-impenji legali. Fejn ikun xieraq, dak il-valur għandu jinkludi:

(a) provvediment għall-ħlas ta' spejjeż rimborżabbli hekk kif jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' appoġġ;

(b) dispożizzjoni għar-reviżjoni tal-prezzijiet, għaż-żieda fil-kwantitajiet, u għall-kontinġenzi kif iddefinit fil-kuntratti finanzjati mill-FEŻ;

(c) provvediment finanzjarju għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju.

5.  Ir-rekords kontabbli kollha li jirreferu għal meta impenn jiġi sodisfatt għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tagħti rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF imsemmija fl-Artikolu 50, li tikkonċerna s-sena finanzjarja li matulha l-impenn ingħalaq għal finijiet tal-kontabilità.



TITOLU X

Awditjar Estern u l-Kwittanza

Artikolu 48

Awditjar estern

1.  Fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16, il-Qorti tal-Awdituri għandha teżerċita s-setgħat tagħha skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 49.

2.  L-Artikoli 159, 160, l-Artikolu 161, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 6 tiegħu, l-Artikolu 162, bl-eċċezzjoni tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 u tal-paragrafu 5 tiegħu, u l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 159(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis it-Trattati, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, il-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, dan ir-Regolament u l-atti l-oħra kollha adottati skont dawk l-istrumenti.

4.  Għall-finijiet tal-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012, id-data stabbilita fl-ewwel sentenza għandha tkun il-15 ta' Ġunju.

5.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun infurmata bir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 56(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 inkluża l-ħatra tal-uffiċjali awtorizzanti, kif ukoll l-istrument ta' delega msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

6.  L-awtoritajiet nazzjonali ta' awditjar tal-Istati AKP u l-OCTs għandhom ikunu mħeġġa jikkooperaw mal-Qorti tal-Awdituri fuq stedina min-naħa tagħha.

7.  Il-Qorti tal-Awdituri, fuq it-talba ta' waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tista' toħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-FEŻ.

Artikolu 49

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

Fl-istess żmien tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 162 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, li għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 50

Kwittanza fir-rigward tal-Kummissjoni

1.  Id-deċiżjoni tal-kwittanza għandha tkopri l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 43, ħlief il-parti mill-kontabbiltà pprovduta mill-EIB skont l-Artikolu 57, u għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 164 u l-Artikolu 165(2) u (3) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kwittanza msemmija fl-Artikolu 164(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandha tingħata fir-rigward ta' dawk ir-riżorsi tal-FEŻ li huma ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament għas-sena n.

2.  Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  L-Artikoli 166 u 167 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.



IT-TIENI PARTI

FAĊILITÀ TA' INVESTIMENT

Artikolu 51

Rwol tal-Bank Europew tal-Investiment

Il-BEI għandu jamministra l-Faċilità ta' Investiment u jwettaq operazzjonijiet li jaqgħu taħtu, inklużi sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u assistenza teknika, f'isem l-Unjoni Ewropea, b'konformità mat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, il-BEI għandu jieħu ħsieb l-implimentazzjoni finanzjarja ta' operazzjonijiet oħra mwettqa permezz ta' finanzjament mir-riżorsi tiegħu stess skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, fejn ikun applikabbli, ikkombinati mas-sussidji tar-rata tal-imgħax miġbuda mir-riżorsi tal-FEŻ.

L-implimentazzjoni tat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tagħti lok għal kwalunkwe obbligu jew responsabbiltà min-naħa tal-Kummissjoni.

Artikolu 52

Estimi tal-impenji u l-pagamenti tal-Faċilità tal-Investiment

Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi tiegħu għall-impenji u għall-ħlasijiet, li jkunu meħtieġa sabiex titfassal id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata tal-imgħax li jimplimenta skont il-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni estimi aġġornati tal-impenji u tal-ħlasijiet meta jitqies li jkunu meħtieġa. Il-modalitajiet għandhom jiġu definiti fil-ftehim ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 55(4) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 53

Ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Faċilità ta' Investiment

1.  Il-kontribuzzjonijiet msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) u adottati mill-Kunsill għandhom jitħallsu mingħajr spiża għall-benefiċjarju mill-Istati Membri lill-BEI permezz ta' kont speċjali miftuħ mill-BEI f'isem il-Faċilità ta' Investiment skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

2.  Ħlief fejn il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor rigward ir-remunerazzjoni tal-BEI skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ, il-qligħ li jirċievi l-Bank permezz tal-bilanċ tal-kreditu tal-kontijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi jissuplimenta lill-Faċilità ta' Investiment u għandu jittieħed kont tiegħu għas-sejħiet għal kontribuzzjoni imsemmija fl-Artikolu 21.

3.  Il-BEI għandu jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tat-teżor tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previsti fl-Artikolu 55(4).

4.  Il-Faċilità ta' Investiment għandha tiġi ġestita skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fid-Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni extra-Ewropea, fil-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ u fit-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Remunerazzjoni tal-BEI

Il-BEI għandu jiġi remunerat b'indennizz sħiħ għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-riżorsi u l-mekkaniżmi għar-remunerazzjoni tal-BEI skont l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Il-miżuri li jimplimentaw dik id-deċiżjoni għandhom jiġu inkorporati fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

Artikolu 55

Implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment

1.  Ir-regoli tal-BEI stess għandhom japplikaw għall-kuntratti ffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ li jkun qiegħed jamministra.

2.  Fejn il-programmi jew il-proġetti jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri jew mill-korpi ta' implimentazzjoni tagħhom u jikkorrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji ta' Kooperazzjoni għal kull Pajjiż u Dokumenti ta' Programmar previsti fir-Regolament Implimentattiv previst fl-Artikolu 10(1) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ u fl-Artikolu 83 tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, il-BEI jista' jinkariga l-kompiti fl-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment lill-Istati Membri jew lill-korpi implimentattivi tagħhom.

3.  L-ismijiet ta' dawk li jirċievu appoġġ finanzjarju taħt il-Faċilità ta' Investiment għandhom jiġu ppubblikati mill-BEI, sakemm dan l-iżvelar ma jkunx ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri, b'osservanza debita tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali. Il-kriterji għall-iżvelar u l-livell tad-dettalji ppubblikati għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u n-natura tal-Faċilità ta' Investiment.

4.  Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din il-Parti għandhom ikunu s-suġġetti ta' ftehim ta' amministrazzjoni bejn il-Kummissjoni, li taġixxi għan-nom tal-Unjoni, u l-BEI.

Artikolu 56

Rapportar taħt il-Faċilità ta' Investiment

Il-BEI għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni bl-operazzjonijiet imwettqa taħt il-Faċilità ta' Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata tal-imgħax, bl-użu li jsir minn kull sejħa għall-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-BEI u, partikolarment, bl-ammonti trimestrali totali tal-impenji, il-kuntratti u l-ħlasijiet, skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

Artikolu 57

Kontabbiltà, dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport annwali tal-Faċilità ta' Investiment

1.  Il-BEI għandu jżomm il-kontijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi dawk is-sussidji għar-rata tal-imgħax li huma implimentati minnha u ffinanzjati mill-FEŻ, sabiex tiġi pprovduta traċċa għaċ-ċiklu sħiħ tal-fondi, minn meta jkunu waslu sa meta jsir il-ħlas u mbagħad sad-dħul li dawn ikunu ġġeneraw u kwalunkwe rkupru sussegwenti. Il-BEI għandu jfassal ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà rilevanti li huma ggwidati mill-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan.

2.  Kull sena l-EIB għandu jibgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-EDF taħt l-ġestjoni tiegħu, inklużi l-prospetti finanzjarji ppreparati skont ir-regoli u l-metodi msemmija fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 44(3).

Dawk id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi f'forma ta' abbozz sa mhux iżjed tard mit-28 ta' Frar u fil-verżjoni finali tagħhom sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja ta' wara dik li tikkonċerna lilhom sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni sabiex jippreparaw il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 43 f'konformità mal-Artikolu 11(6) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tar-riżorsi amministrati mill-BEI għandu jitressaq minn dan tal-aħħar quddiem il-Kummissjoni sa mhux akar tard mill-31 ta' Marzu.

Artikolu 58

Awditjar estern u kwittanza fuq operazzjonijiet tal-BEI

L-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-BEI skont din il-Parti għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta' awditjar u ta' kwittanza stabbiliti fl-Istatuti tal-BEI għall-operazzjonijiet kollha tiegħu. Ir-regoli ddettaljati għall-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri ġew stabbiliti fi Ftehim Tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri.



IT-TIELET PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 59

Dħul minn imgħax fuq ir-riżorsi tat-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ

Il-bilanċ tad-dħul li ġej mill-imgħax fuq ir-riżorsi tat-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ preċedenti għandu jiġi trasferit lill-FEŻ u jiġi allokat għall-istess finijiet bħad-dħul previst fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern dwar l-10 FEŻ. L-istess għandu japplika għad-dħul mixxellanju tat-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ li jinkludu, pereżempju, l-imgħax għad-dewmien riċevut fil-każ ta' ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet ta' dawk il-FEŻ mill-Istati Membri. L-imgħax iġġenerat mir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-BEI għandu jissupplimenta lill-Faċilità ta' Investiment.

Artikolu 60

Applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal operazzjonijiet taħt it-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet iffinanzjati mit-Tmien, id-Disa' u l-Għaxar FEŻ mingħajr preġudizzju għal impenji legali eżistenti. Din ir-regola ma għandhiex tapplika għall-Faċilità ta' Investiment.

Artikolu 61

Bidu ta' proċeduri ta' kontribuzzjoni

Il-proċedura li tikkonċerna l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikoli 21 sa 24 ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għall-ewwel darba fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sena 2016. L-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008 għandhom jibqgħu japplikaw sa dak iż-żmien.

▼B

Huwa għandu japplika għall-istess perijodu bħall-Ftehim Intern.



( 1 ) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

( 2 ) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

( 3 ) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33).

( 4 ) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22.

( 5 ) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

( 6 ) ĠU L 152, 13.6.2007, p. 1.

( 7 ) ĠU C 23, 28.01.2008, p. 2.

( 8 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

( 9 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).

( 10 ) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

( 11 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1422/2007/KE (ĠU L 317, 5.12.2007, p. 34).

( 12 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

( 13 ) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

( 14 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

( 15 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (ĠU L 152, 13.6.2007, p. 1).

( 16 ) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

( 17 ) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

( 18 ) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Top