Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0110-20190201

    Consolidated text: Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/110(1)/2019-02-01

    02008R0110 — MT — 01.02.2019 — 013.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (KE) Nru 110/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' Jannar 2008

    dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

    (ĠU L 039 13.2.2008, p. 16)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (KE) Nru 1334/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2008

      L 354

    34

    31.12.2008

     M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 164/2012 tal-24 ta’ Frar 2012

      L 53

    1

    25.2.2012

     M3

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1065/2013 tat-30 ta’ Ottubru 2013

      L 289

    48

    31.10.2013

     M4

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 97/2014 tat-3 ta’ Frar 2014

      L 33

    1

    4.2.2014

    ►M5

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 98/2014 tat-3 ta’ Frar 2014

      L 33

    3

    4.2.2014

    ►M6

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 426/2014 tal-25 ta' April 2014

      L 125

    55

    26.4.2014

    ►M7

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI 2015/210 tal-10 ta' Frar 2015

      L 35

    16

    11.2.2015

    ►M8

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/235 tat-18 ta' Frar 2016

      L 44

    7

    19.2.2016

    ►M9

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1067 tal-1 ta' Lulju 2016

      L 178

    1

    2.7.2016

    ►M10

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/175 tat-2 ta' Frar 2018

      L 32

    48

    6.2.2018

    ►M11

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1098 tat-2 ta' Awwissu 2018

      L 197

    7

    3.8.2018

    ►M12

    REGOLAMENT (UE) 2018/1670 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Ottubru 2018

      L 284

    1

    12.11.2018

    ►M13

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1850 tal-21 ta' Novembru 2018

      L 302

    1

    28.11.2018

    ►M14

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1871 tat-23 ta' Novembru 2018

      L 306

    7

    30.11.2018


    Emendat bi:

    ►A1

    TRATTAT DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA

      L 112

    21

    24.4.2012




    ▼B

    REGOLAMENT (KE) Nru 110/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' Jannar 2008

    dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89



    KAPITOLU I

    KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONI U KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż.

    2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għax-xorb spirituż kollu imqiegħed fis-suq fil-Komunità kemm jekk prodott fil-Komunità kif ukoll jekk prodott f'pajjiżi terzi, u kif ukoll għal dak prodott fil-Komunità għall-esportazzjoni. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-użu ta' alkoħol etiliku u/jew distillati ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu ta' l-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u l-ittikkettar ta' oġġetti ta' l-ikel.

    3.  F'każijiet eċċezzjonali fejn il-liġi tal-pajjiż importatur terz teħtieġ hekk, tista' tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi I u II skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 25(3).

    Artikolu 2

    Definizzjoni ta' xarba spirituża

    1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “xarba spirituża” tfisser xarba alkolħolika:

    (a) maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

    (b) li jkollha kwalitajiet organolettiċi partikolari;

    (ċ) li jkollha qawwa alkoħolika minima ta' 15 % vol.;

    (d) li ġiet manifatturata:

    (i) direttament:

     permezz tad-distillazzjoni, biż-żieda ta', jew mingħajr, sustanzi tat-taħwir, ta' prodotti fermentati b'mod naturali, u/jew

     bil-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola u/jew distillati ta' oriġini agrikola, u/jew xorb spirituż fis-sens ta' dan ir-Regolament, u/jew

     permezz ta' żieda ta' sustanzi tat-taħwir, zokkrijiet jew prodotti dolċifikanti oħrajn elenkati fil-punt 3 ta' l-Anness I u/jew prodotti agrikoli oħra u/jew oġġetti ta' l-ikel ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola u/jew ma' distillati ta' oriġini agrikola u/jew ma' xorb spirituż, fis-sens ta' dan ir-Regolament,

    (ii) jew permezz tat-taħlit ta' xarba spirituża ma' waħda jew aktar minn:

     xorb spirituż ieħor, u/jew

     alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillati ta' oriġini agrikola, u/jew

     xarbiet alkoħoliċi oħrajn, u/jew

     xarbiet.

    2.  Madankollu, ix-xarbiet li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 2203 , 2204 , 2205 , 2206  u 2207  m'għandhomx jitqiesu bħala xorb spirituż.

    3.  Il-qawwa alkolħolika minima prevista fil-paragrafu 1(ċ) għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni tal-prodott fil-kategorija 41 fl-Anness II.

    4.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi huma dawk stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 3

    Oriġini ta' l-alkoħol etiliku

    1.  L-alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni tax-xorb spirituż u l-komponenti kollha tiegħu m'għandom ikunu ta' ebda oriġini għajr dik agrikola, fis-sens ta' l-Anness I mat-Trattat.

    2.  L-alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni ta' xorb spirituż għandu jkun konformi mad-definizzjoni prevista fl-Anness I (1) ta' dan ir-Regolament.

    3.  L-alkoħol etiliku użat sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-koloranti, is-sustanzi tat-taħwir jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

    4.  Ix-xarbiet alkoħoliċi m'għandhomx ikollhom fihom alkoħol ta' oriġini sintetika, u lanqas alkoħol ieħor ta' oriġini mhux agrikola fis-sens ta' l-Anness I mat-Trattat.

    Artikolu 4

    Kategoriji ta' xorb spirituż

    Ix-xorb spirituż għandu jkun klassifikat f'kategoriji skond id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 5

    Regoli ġenerali dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż

    1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji nnumerati 1 sa 14 fl-Anness II, ix-xarbiet spiritużi definiti hemmhekk għandhom:

    (a) jiġu prodotti permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni miksuba esklussivament mill-materja prima prevista fid-definizzjoni rilevanti tax-xorb spirituż konċernat;

    (b) ma jkollhomx żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le;

    (ċ) ma jkunx fihom sustanzi tat-taħwir miżjudin;

    (d) ikun fihom karamella miżjuda biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur;

    (e) ikunu dolċifikati biss sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott, skond l-Anness I(3). Il-livell massimu għall-prodotti ta' dolċifikazzjoni għall-irqim tat-togħma elenkati fl-Anness I(3)(a) sa (f) għandu jiġi deċiż skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3). Għandu jittieħed kont tal-Leġiżlazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri.

    2.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji enumerati 15 sa 46 fl-Anness II, ix-xarbiet spiritużi definiti hemmhekk jistgħu:

    (a) jinkisbu minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I mat-Trattat;

    (b) jkollhom żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5) ta' dan ir-Regolament;

    ▼M1

    (ċ) ikun fihom sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1334/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fi jew fuq l-ikel ( 1 ) u preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament;

    ▼B

    (d) jkollhom fihom kolorant kif definit fl-Anness I(10) ta' dan ir-Regolament;

    (e) jkunu dolċifikati sabiex jikkorrispondu għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skond l-Anness I(3) ta' dan ir-Regolament u b'kont meħud tal-Leġiżlazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri.

    3.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness II, xorb spirituż ieħor li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kategoriji 1 sa 46 jista':

    (a) jinkiseb minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I mat-Trattat u/jew oġġett ta' l-ikel adattat għall-konsum mill-bniedem;

    (b) jkollu żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5) ta' dan ir-Regolament;

    ▼M1

    (ċ) ikun fihom aromatizzant wieħed jew aktar kif definiti fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

    ▼B

    (d) jkollu fih kolorant kif definit fl-Anness I(10) ta' dan ir-Regolament;

    (e) ikun dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skond l-Anness I(3) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri

    1.  Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità għax-xorb spirituż li jiġi prodott fit-territorju tagħhom stess u b'mod partikolari għall-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III jew għall-istabbiliment ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli aktar stretti minn dawk fl-Anness II dwar il-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, u l-ittikkettar safejn dawn ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja.

    2.  L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' xorb spirituż li jikkonforma ma' dan ir-Regolament.



    KAPITOLU II

    DESKRIZZJONI, PREŻENTAZZJONI U TIKKETTAR TA' XORB SPIRITUŻ

    Artikolu 7

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini “deskrizzjoni”, “preżentazzjoni” u “tikkettar” huma definiti fl-Anness I (14), (15) u (16).

    Artikolu 8

    Denominazzjoni tal-bejgħ

    Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/13/KE, l-isem li bih tinbiegħ xarba spirituża (“id-denominazzjoni tal-bejgħ”) għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

    Artikolu 9

    Regoli speċifiċi dwar id-denominazzjonijiet tal-bejgħ

    1.  Xorb spirituż li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti definiti fil-kategoriji 1 sa 46 ta' l-Anness II għandu jkollhom fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u l-ittikkettar tagħhom id-denominazzjoni tal-bejgħ assenjata hemmhekk.

    2.  Ix-xarbiet spiritużi li jissodisfaw id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 iżda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-kategoriji 1 sa 46 ta' l-Anness II għandhom ikollhom fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tagħhom id-denominazzjoni tal-bejgħ “xorb spirituż”. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, dik id-denominazzjoni tal-bejgħ m'għandhiex tiġi sostitwita jew modifikata.

    3.  Fejn xarba spirituża tissodisfa d-definizzjoni ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż fl-Anness II, din tista' tinbiegħ taħt wieħed jew aktar mill-ismijiet elenkati għal dawk il-kategoriji fl-Anness II.

    4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu u għall-Artikolu 10(1), l-ismijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu jew jippreżentaw bi kwalunkwe mod xi xarba oħra għajr ix-xarbiet spiritużi li għalihom dawk l-ismijiet huma elenkati fl-Anness II u reġistrati fl-Anness III.

    5.  Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika reġistrata fl-Anness III u skond il-Kapitolu III, jew supplimentati skond dispożizzjonijiet nazzjonali minn indikazzjoni ġeografika oħra sakemm dan ma jingannax lill-konsumatur.

    6.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III jistgħu jiġu supplimentati biss

    (a) b'termini li diġà kienu fl-użu fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti fis-sens ta' l-Artikolu 20, jew

    (b) skond il-fajl tekniku rilevanti previst taħt l-Artikolu 17(1).

    7.  Xarba spirituża li ma tissodisfax waħda mid-definizzjonijiet elenkati fil-kategoriji 1 sa 46 ta' l-Anness II m'għandhiex tiġi deskritta, preżentata jew tikkettata billi jiġu assoċjati kliem jew frażijiet bħal “bħal”, “tip”, “stil”, “magħmul”, “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor ma' kwalunkwe waħda mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ previsti f'dan ir-Regolament u/jew mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III.

    8.  L-ebda trade mark, isem jew isem maħluq apposta ma jista' jissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża.

    9.  L-ismijiet imsemmija fil-kategoriji 1 sa 46 ta' l-Anness II jistgħu jkunu inklużi f'lista ta' ingredjenti għal oġġetti ta' l-ikel sakemm il-lista tkun skond id-Direttiva 2000/13/KE.

    Artikolu 10

    Regoli speċifiċi dwar l-użu ta' denominazzjonijiet tal-bejgħ u indikazzjonijiet ġeografiċi

    1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, l-użu ta' terminu elenkat fil-kategoriji 1 sa 46 ta' l-Anness II, jew ta' indikazzjoni ġeografika reġistrata fl-Anness III f'terminu kompost jew l-allużjoni fil-preżentazzjoni ta' oġġett ta' l-ikel għal kwalunkwe wieħed jew waħda minnhom għandhom ikunu projbiti sakemm l-alkoħol ma jkunx joriġina mix-xorb spirituż li ssir referenza għalih.

    2.  L-użu ta' terminu kompost kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll ikun projbit meta xorb spirituż ikun ġie dilwit sabiex il-qawwa alkoħolika tkun anqas mill-qawwa minima speċifikata fid-definizzjoni għal dak ix-xorb spirituż.

    3.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx jaffettwaw l-użu possibbli tat-termini “amer” jew “bitter” għal prodotti li mhumiex koperti b'dan ir-Regolament.

    4.  B'deroga mill-paragrafu 1 u sabiex ikunu kkunsidrati l-metodi ta' produzzjoni stabbiliti, it-termini komposti elenkati fil-kategorija 32(d) ta' l-Anness II jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni ta' likuri prodotti fil-Komunità taħt il-kondizzjonijiet stipulati hemmhekk.

    Artikolu 11

    Deskrizzjoni, preżentazzjoni u tikkettar ta' taħlitiet

    1.  Fejn kien hemm żieda ta' alkoħol, kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le, f'xorb spirituż elenkat fil-kategoriji 1 sa 14 ta' l-Anness II, dak ix-xorb spirituż għandu jkollhu d-denominazzjoni tal-bejgħ “xorb spirituż”. Dan m'għandux ikollu fi kwalunkwe forma isem riżervat fil-kategoriji 1 sa 14.

    2.  Fejn xorb spirituż elenkat fil-kategoriji 1 sa 46 ta' l-Anness II jiġi mħallat ma':

    (a) xarba alkoħolika waħda jew aktar, u/jew

    (b) distillat wieħed jew aktar ta' oriġini agrikola,

    huwa għandu jkollu d-denominazzjoni tal-bejgħ “xorb spirituż”. Din id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tkun murija b'mod ċar u viżibbli f'pożizzjoni prominenti fuq it-tikketta u m'għandhiex tiġi sostitwita jew modifikata.

    3.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għad-deskrizzjoni, preżentazzjoni jew tikkettar ta' taħlita msemmija f'dak il-paragrafu jekk din tissodifa waħda mid-definizzjonijiet stabbiliti fil-kategoriji 1 sa 46 ta' l-Anness II.

    4.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, id-deskrizzjoni, preżentazzjoni jew tikkettar tax-xorb spirituż li jirriżulta mit-taħlitiet imsemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu juru wieħed jew aktar mit-termini elenkati fl-Anness II fil-każ biss jekk dak it-terminu ma jiffurmax parti mid-denominazzjoni tal-bejgħ iżda jkun biss elenkat fl-istess kamp viżiv fil-lista ta' l-ingredjenti alkoħoliċi kollha li jinsabu fit-taħlita, preċedut mit-terminu “xarba spirituża mħallta”.

    It-terminu “xarba spirituża mħallta” għandu jidher fuq it-tikketta b'tipi uniformi ta' l-istess font u lewn bħal dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ. It-tipi m'għandhomx ikunu akbar minn nofs id-daqs tat-tipi użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ.

    5.  Għall-ittikkettar u l-preżentazzjoni tat-taħlitiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u li għalihom japplika r-rekwiżit li jiġu elenkati l-ingredjenti alkoħoliċi skond il-paragrafu 4, il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku għandu jkun espress bħala perċentwali f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.

    Artikolu 12

    Regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni, preżentazzjoni u tikkettar ta' xorb spirituż

    1.  Fejn id-deskrizzjoni, preżentazzjoni jew tikkettar ta' xarba spirituża jindikaw il-materja prima wżata fil-produzzjoni ta' l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, kull alkoħol agrikolu użat għandu jissemma f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati.

    2.  Id-deskrizzjoni, preżentazzjoni jew tikkettar ta' xarba spirituża tista' tkun supplimentata bit-terminu “blend”, “blending” jew “blended” fil-każ biss fejn ix-xarba spirituża tkun ġiet suġġetta għall-blending, kif definit fl-Anness I(7).

    3.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deroga adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 25(3), jista' jiġu speċifikati perijodu jew età ta' maturità biss fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikketta ta' xarba spirituża fejn dawn jirriferu għall-komponent alkoħoliku l-inqas matur u sakemm ix-xarba spirituża ġiet invekkjata taħt is-superviżjoni tas-sisa jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti.

    Artikolu 13

    Projbizzjoni ta' kapsuli jew fojl ibbażati fuq iċ-ċomb

    M'għandux jinżamm xorb spirituż bil-ħsieb li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-suq f'kontenituri b'apparati ta' għeluq miksijin b'kapsuli jew fojl ibbażati fuq iċ-ċomb.

    Artikolu 14

    L-użu tal-lingwa fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż

    1.  Id-dettalji previsti f'dan ir-Regolament għandhom jingħataw f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea b'tali mod li l-konsumatur finali jkun jista' faċilment jifhem kull waħda minn dawk il-punti ta' informazzjoni, sakemm il-konsumatur ma jkunx fornut b'din l-informazzjoni permezz ta' mezzi oħrajn.

    2.  It-termini bil-korsiv fl-Anness II u l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III m'għandhomx ikunu tradotti fuq it-tikketta u lanqas fil-preżentazzjoni tax-xarba spirituża.

    3.  Fil-każ ta' xorb spirituż li jkun ġej minn pajjiżi terzi, l-użu ta' lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li fih ġiet prodotta x-xarba spirituża għandu jkun awtorizzat jekk id-dettalji previsti f'dan ir-Regolament jingħataw ukoll f'lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea b'tali mod li l-konsumatur finali jkun jista' faċilment jifhem kull punt faċilment.

    4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każ ta' xorb spirituż prodott fil-Komunità u maħsub għall-esportazzjoni, id-dettalji previsti f'dan ir-Regolament jistgħu jkunu ripetuti f'lingwa diversa mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.



    KAPITOLU III

    INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

    Artikolu 15

    Indikazzjonijiet ġeografiċi

    1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, indikazzjoni ġeografika għandha tkun indikazzjoni li tidentifika xarba spirituża bħala oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra ta' dik ix-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

    2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmijin fil-paragrafu 1 huma reġistrati fl-Anness III.

    3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III ma jistgħux isiru ġeneriċi.

    L-ismijiet li saru ġeneriċi ma jistgħux jiġu reġistrati fl-Anness III.

    Isem li sar ġeneriku ifisser l-isem ta' xarba spirituża li, minkejja li tkun relatata ma' post jew reġjun fejn dan il-prodott kien oriġinarjament fabbrikat jew imqiegħed fis-suq, sar l-isem komuni ta' xarba spirituża fil-Komunità.

    4.  Ix-xorb spirituż li għandu indikazzjoni ġeografika reġistrata fl-Anness III għandu jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-fajl tekniku previst fl-Artikolu 17(1).

    Artikolu 16

    Protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III għandhom ikunu protetti kontra:

    (a) kull użu kummerċjali dirett jew indirett fir-rigward ta' prodotti li m'humiex koperti bir-reġistrazzjoni sakemm dawk il-prodotti jkunu komparabbli max-xarba spirituża reġistrata taħt dik l-indikazzjoni ġeografika jew sakemm it-tali użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika reġistrata;

    (b) kull użu improprju, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott tkun indikata jew l-indikazzjoni ġeografika tkun użata f'forma tradotta jew tkun akkumpanjata minn espressjoni bħal “bħal”, “tip”, “stil”, “magħmul”, “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor;

    (ċ) kwalunkwe indikazzjoni oħra falsa jew li tinganna dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikketta tal-prodott, li tista' tagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

    (d) kwalunkwe prattika oħra li tista' tinganna lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

    Artikolu 17

    Reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi

    1.  L-applikazzjonijiet sabiex indikazzjoni ġeografika tiġi reġistrata fl-Anness III għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi. Tali applikazzjonijiet għandhom ikunu debitament sostanzjati u għandhom jinkludu fajl tekniku li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li trid tikkonforma magħhom ix-xarba spirituża konċernata.

    2.  Fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fi ħdan il-Komunità, l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir mill-Istat Membru ta' oriġini tax-xarba spirituża.

    3.  Fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi f'pajjiż terz, l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat, u għandha tinkludi l-prova li l-isem in kwistjoni hu protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu.

    4.  Il-fajl tekniku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi għall-inqas l-ispeċifikazzjonijiet prinċipali li ġejjin:

    (a) l-isem u l-kategorija tax-xarba spirituża, inkluża l-indikazzjoni ġeografika;

    (b) deskrizzjoni tax-xarba spirituża li tinkludi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi prinċipali tal-prodott kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tax-xarba spirituża meta imqabbla mal-kategorija rilevanti;

    (ċ) id-definizzjoni taż-żona ġeografika konċernata;

    (d) deskrizzjoni tal-metodu kif tinkiseb ix-xarba spirituża u, jekk ikun il-każ, il-metodi awtentiċi u invarjabbli lokali;

    (e) id-dettalji li juru r-rabta ma' l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika;

    (f) kwalunkwe rekwiżit stabbilit mill-Komunità u/jew dispożizzjonijiet nazzjonali u/jew reġjonali;

    (g) isem l-applikant u l-indirizz fejn jista' jiġi kkuntattjat;

    (h) kwalunkwe suppliment għall-indikazzjoni ġeografika u/jew kwalunkwe regola speċifika ta' tikkettar, skond il-fajl tekniku rilevanti.

    5.  Il-Kummissjoni għandha tivverifika, fi żmien tnax-il xahar mid-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk dik l-applikazzjoni tkunx konformi ma' dan ir-Regolament.

    6.  Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tikkonforma ma' dan ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet prinċipali tal-fajl tekniku msemmi fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje C.

    7.  Fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-fajl tekniku, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu tista' toġġezzjona għar-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III għar-raġuni li l-kondizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament ma jkunux sodisfatti. L-oġġezzjoni, li għandha tkun debitament sostanzjata, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea jew ikollha magħha traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi.

    8.  Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3), b'kont meħud ta' kwalunkwe oġġezzjoni li tkun tressqet skond il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje C.

    Artikolu 18

    Kanċellament ta' indikazzjoni ġeografika

    Jekk il-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet fil-fajl tekniku m'għadhiex żgurata, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li tikkanċella r-reġistrazzjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3). Dik id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, Serje C.

    Artikolu 19

    Indikazzjonijiet ġeografiċi omonimi

    Indikazzjoni ġeografika omonima li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandha tiġi reġistrata b'kunsiderazzjoni xierqa ta' l-użu lokali u tradizzjonali u tar-riskju attwali ta' konfużjoni, b'mod partikolari:

     isem omonimu li jinganna lill-konsumatur billi jagħtih x'jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor m'għandux jiġi reġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż f'dik li hija għażla ta' kliem dwar it-territorju, ir-reġjun jew il-post ta' l-oriġini attwali tax-xarba spirituża konċernata;

     l-użu ta' indikazzjoni ġeografika omonima reġistrata għandu jkun suġġett għal distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu reġistrat sussegwentement u l-isem li diġà jinsab fir-reġistru, b'kunsiderazzjoni għar-rekwiżit li l-produtturi konċernati jiġu ttrattati b'mod ugwali u li l-konsumaturi ma jiġux ingannati.

    Artikolu 20

    Indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti

    1.  Għal kull indikazzjoni ġeografika reġistrata fl-Anness III fl-20 ta' Frar 2008, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fajl tekniku kif previst fl-Artikolu 17(1) mhux aktar tard mill-20 ta' Frar 2015.

    2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-fajl tekniku jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

    3.  Meta ma jkun ġie sottomess l-ebda fajl tekniku lill-Kummissjoni sa l-20 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni għandha telimina l-indikazzjoni ġeografika mill-Anness III skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3).

    ▼A1

    4.  L-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 għall-preżentazzjoni tal-fajls tekniċi għandha tapplika wkoll għall-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Kroazja elenkati fl-Anness III.

    ▼B

    Artikolu 21

    Modifika tal-fajl tekniku

    Il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 għandha tapplika mutatis mutandis fejn il-fajl tekniku msemmi fl-Artikoli 17(1) u 20(1) jkollu jiġi modifikat.

    Artikolu 22

    Verifika tal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet fil-fajl tekniku

    1.  Fir-rigward ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-Komunità, il-verifika tal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet fil-fajl tekniku, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha tiġi żgurata minn:

     awtorità kompetenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 24(1) u/jew

     korp ta' kontroll wieħed jew aktar fis-sens ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali ( 2 ) li jopera bħala korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

    Minkejja l-Leġiżlazzjoni nazzjonali, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet fil-fajl tekniku għandhom jitħallsu mill-operaturi suġġetti għal dawk il-kontrolli.

    2.  Fir-rigward ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi f'pajjiż terz, il-verifika tal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet fil-fajl tekniku, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha tiġi żgurata minn:

     awtorità pubblika waħda jew aktar maħtura mill-pajjiż terz u/jew

     korp ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti wieħed jew aktar.

    3.  Il-korpi ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonformaw ma' l-istandard Ewropew EN 45011 jew l-ISO/IEC Guide 65 (Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li jħaddmu sistemi ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti), u mill-1 ta' Mejju 2010 għandhom ikunu akkreditati magħhom.

    4.  Meta, l-awtoritajiet jew korpi imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, ikunu għażlu li jivverifikaw il-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet fil-fajl tekniku, huma għandhom joffru garanziji adegwati ta' objettività u imparzjalità, u jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

    Artikolu 23

    Relazzjoni bejn trade marks u indikazzjonijiet ġeografiċi

    1.  Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark li jkollha fiha jew tikkonsisti minn indikazzjoni ġeografika reġistrata fl-Anness III għandha tiġi miċħuda jew invalidata jekk l-użu tagħha jkun iwassal għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16.

    2.  B'konsiderazzjoni dovuta għal-liġi Komunitarja, trade markli l-użu tagħha jikkorrispondi għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16 li saret applikazzjoni għaliha, ġiet reġistrata, jew ġiet stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hi prevista mil-Leġiżlazzjoni konċernata, in bona fede fit-territorju tal-Komunità, kemm jekk qabel id-data tal-protezzjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika fil-pajjiż ta' oriġini kif ukoll jekk qabel l-1 ta' Jannar 1996, tista' tibqa' tintuża minkejja r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, sakemm ma tkun teżisti l-ebda raġuni għall-invalidità jew ir-revoka tagħha kif speċifikat mill-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 sabiex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks ( 3 ) jew mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja ( 4 ).

    3.  Indikazzjoni ġeografika m'għandhiex tiġi reġistrata meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta' trade mark u t-tul ta' żmien li għalih intużat fil-Komunità, ir-reġistrazzjoni x'aktarx li tinganna lill-konsumatur rigward l-identità vera tal-prodott.



    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

    Artikolu 24

    Kontroll u protezzjoni tax-xorb spirituż

    1.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontroll tax-xorb spirituż. Huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari għandhom jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli fir-rigward ta' l-obbligi stabbiliti minn dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    3.  Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u jekk ikun meħtieġ għandha tadotta miżuri skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(2).

    ▼M12

    Artikolu 24a

    Deroga mir-rekwiżiti ta’ kwantitajiet nominali fid-Direttiva 2007/45/KE

    B’deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), u mis-sitt ringiela tat-taqsima 1 tal-Anness ta’ dik id-Direttiva, l-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ “shochu” ( 6 ), li jsir b’lampik tat-tip “pot still” u jiġi bbottiljat fil-Ġappun, jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet nominali ta’ 720 ml u ta’ 1 800  ml.

    ▼B

    Artikolu 25

    Kumitat

    1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għax-Xorb Spirituż.

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

    3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Artikolu 26

    Emendar ta' l-Annessi

    L-Annessi għandhom jiġu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3).

    Artikolu 27

    Miżuri implimentattivi

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(2).

    Artikolu 28

    Miżuri tranżizzjonali u oħrajn speċifiċi

    1.  Skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3), għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jiġi emendat dan ir-Regolament, fejn xieraq:

    (a) sabiex tiġi ffaċilitata, sa l-20 ta' Frar 2011, it-transizzjoni mir-regoli previsti fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament;

    (b) sabiex ikun hemm deroga mill-Artikoli 17 u 22 f'każijiet debitament ġustifikati;

    (ċ) għall-istabbiliment ta' simbolu Komunitarju għal indikazzjonijiet ġeografiċi għas-settur tax-xorb spirituż.

    2.  Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 25(2), għandhom jiġu adottati miżuri, fejn xieraq, sabiex jiġu riżolti problemi prattiċi speċifiċi, per eżempju billi jsir obbligatorju, f'ċerti każi, li jiġi ddikjarat il-post tal-manifattura fuq it-tikketta sabiex ikun evitat li l-konsumatur jiġi ingannat u sabiex jinżammu u jiġu żviluppati metodi Komunitarji ta' referenza għall-analiżi tax-xorb spirituż.

    3.  Ix-xorb spirituż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jista' jkompli jiġi prodott skond ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 sa l-20 ta' Mejju 2009. Ix-xorb spirituż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament iżda li ġie prodott skond ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 qabel l-20 ta' Frar 2008 jew sa l-20 ta' Mejju 2009 jista' jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

    Artikolu 29

    Tħassir

    1.  Ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 huwa b'dan imħassar. Ir-referenzi magħmula għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala magħmula għal dan ir-Regolament.

    2.  Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2009/92 ( 7 ), (KE) Nru 1267/94 ( 8 ) u (KE) Nru 2870/2000 ( 9 ) għandhom ikomplu japplikaw.

    Artikolu 30

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-20 ta' Mejju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    DEFINIZZJONIJIET U REKWIŻITI TEKNIĊI

    Id-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti, kif imsemmi fl-Artikolu 2(4) u fl-Artikolu 7, huma kif ġej:

    (1)  Alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola

    L-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) karatteristiċi organolettiċi: l-ebda togħma li tista' tiġi perċepita ħlief dik tal-materja prima;

    (b) qawwa alkoħolika minima skond il-volum: 96,0  % vol.;

    (ċ) livell massimu ta' residwi:

    (i) aċidità totali, espressa fi grammi ta' aċidu aċetiku għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 1,5 ,

    (ii) esteri espressi fi grammi ta' aċetat etiliku għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 1,3 ,

    (iii) aldeidi espressi fi grammi ta' aċetaldeida għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 0,5 ,

    (iv) alkoħols ogħla espressi fi grammi ta' metil2 propanol1 għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 0,5 ,

    (v) metanol espress fi grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 30,

    (vi) estratt niexef espress fi grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 1,5 ,

    (vii) bażijiet volatili li fihom in-nitroġenu espressi fi grammi ta' nitroġenu għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.: 0,1 ,

    (viii) furfural: l-ebda traċċa.

    (2)  Distillat ta' oriġini agrikola

    Distillat ta' oriġini agrikola tfisser likwidu alkoħoliku li jinkiseb permezz tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika ta' prodott jew prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat li m'għandux il-karatteristiċi ta' l-alkoħol etiliku jew ta' xarba spirituża iżda li xorta jibqa' jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata.

    Fejn issir referenza għall-materja prima użata, id-distillat għandu jinkiseb esklużivament minn dik il-materja prima.

    (3)  Dolċifikazzjoni

    Dolċifikazzjoni tfisser li jintuża wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti li ġejjin fil-preparazzjoni tax-xorb spirituż:

    (a) zokkor semi-abjad, zokkor abjad, zokkor extra abjad, destrosju, fruttosju, ġulepp tal-glukosju, soluzzjoni taz-zokkor, soluzzjoni taz-zokkor invertit, ġulepp taz-zokkor invertit, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2001 dwar ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 10 );

    (b) għasir il-għeneb konċentrat qabel ma jeħmer imsoffi, għasir il-għeneb konċentrat qabel ma jeħmer, għasir il-għeneb frisk qabel ma jeħmer;

    (ċ) zokkor maħruq, li huwa l-prodott miksub permezz tat-tisħin kontrollat tas-sukrosju bla bażijiet, aċidi minerali jew addittivi kimiċi oħrajn;

    (d) għasel kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2001 dwar l-għasel ( 11 );

    (e) ġulepp tal-ħarrub;

    (f) kwalunkwe sustanzi karboidrati naturali oħrajn li għandhom effett simili għal dawn il-prodotti.

    (4)  Taħlit

    Taħlit tfisser meta jiġu mħallta żewġ xarbiet differenti jew aktar sabiex issir xarba ġdida.

    (5)  Żieda ta' alkoħol

    Żieda ta' alkoħol tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola u/jew distillati ta' oriġini agrikola ma' xorb spirituż.

    (6)  Żieda ta' l-ilma

    Fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż, hija awtorizzata iż-żieda ta' l-ilma, sakemm il-kwalità ta' l-ilma tkun konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali ( 12 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KEE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ( 13 ) u sakemm l-ilma miżjud ma jbiddilx in-natura tal-prodott.

    Dan l-ilma jista' jkun distillat, dimineralizzat, ippermutat jew imħaffef.

    (7)  Blending

    Blending tfisser il-kombinazzjoni ta' żewġ xarbiet spiritużi jew aktar ta' l-istess kategorija, distinti minn xulxin biss permezz ta' differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

    (a) il-metodu ta' preparazzjoni;

    (b) l-imqatar li jintużaw;

    (ċ) il-perijodu tal-maturazzjoni jew invekkjament;

    (d) iż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

    Ix-xarba spirituża prodotta b'dan il-mod għandha tkun ta' l-istess kategorija tax-xarba spirituża bħax-xarbiet spiritużi oriġinali qabel il-blending.

    (8)  Maturazzjoni jew invekkjament

    Maturazzjoni jew invekkjament tfisser li jitħallew jiżviluppaw ċerti reazzjonijiet b'mod naturali f'kontenituri adatti, sabiex b'hekk ix-xarba spirituża konċernata tingħata kwalitajiet organolettiċi li qabel ma kellhiex.

    ▼M1

    (9)  Żieda ta’ sustanzi tat-taħwir

    Aromtaizzant tfisser li fil-preparazzjoni ta’ xarba alkoħolika jintużaw aromatizzant wieħed jew aktar definiti fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

    ▼B

    (10)  Kolorazzjoni

    Kolorazzjoni tfisser l-użu fil-preparazzjoni ta' xarba spirituża ta' kolorant wieħed jew aktar, kif definit fid-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel ( 14 ).

    (11)  Qawwa alkoħolika skond il-volum

    Qawwa alkoħolika skond il-volum tfisser il-proporzjon tal-volum ta' alkoħol pur preżenti fil-prodott konċernat f'20o C għall-volum totali ta' dak il-prodott fl-istess temperatura.

    (12)  Kontenut ta' sustanzi volatili

    Kontenut ta' sustanzi volatili tfisser il-kwantità ta' sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u l-metanol li fiha x-xarba spirituża miksuba esklużivament bid-distillazzjoni, b'riżultat biss tad-distillazzjoni jew tar-ridistillazzjoni tal-materja prima użata.

    (13)  Post tal-manifattura

    Post tal-manifattura tfisser il-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta lix-xarba spirituża l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tagħha.

    (14)  Deskrizzjoni

    Deskrizzjoni tfisser it-termini użati fuq l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u l-ippakkjar, fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta' xarba; fuq id-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u n-noti tal-kunsinna; u fir-reklamar tagħha.

    (15)  Preżentazzjoni

    Preżentazzjoni tfisser it-termini użati fuq l-ittikkettar u fuq l-ippakkjar, inkluż fir-reklamar u l-promozzjoni tal-bejgħ, fi stampi jew simili, kif ukoll fuq il-kontenitur, inkluż il-flixkun u l-għeluq.

    (16)  Tikkettar

    Tikkettar tfisser id-deskrizzjonijiet u r-referenzi, is-sinjali, id-disinji, jew it-trade marks l-oħrajn kollha li jiddistingwu xarba u li jidhru fuq l-istess kontenitur, inkluż l-apparat tas-siġill tiegħu jew it-tikketta mwaħħla mal-kontenitur u l-inforra li tgħatti l-għonq tal-flixkun.

    (17)  Ippakkjar

    Ippakkjar tfisser it-tgeżwir protettiv, bħal karti, inviloppi ta' kull tip, kartun u kaxex, użati fit-trasport u/jew il-bejgħ ta' kontenitur wieħed jew aktar.




    ANNESS II

    XORB SPIRITUŻ

    Kategoriji ta' xorb spirituż

    1.    Rum

    (a) Ir-rum huwa:

    (i) xarba spirituża prodotta permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni, mill-melassa jew il-ġulepp prodott waqt il-manifattura taz-zokkor tal-kannamieli jew mill-meraq tal-kannamieli nnifsu u distillat f'anqas minn 96 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi li jistgħu jingħarfu tar-rum, jew

    (ii) xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Dan l-ispirtu jista' jitqiegħed fis-suq bil-kelma “agrikolu” sabiex tikkwalifika d-denominazzjoni tal-bejgħ “rum” akkumpanjata minn kwalunkwe waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira kif reġistrati fl-Anness III.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tar-rum għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) Ir-rum m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) Ir-rum jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    (f) Il-kelma “traditionnel” tista' tissupplimenta kwalunkwe mill-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmijin fil-kategorija 1 ta' l-Anness III meta r-rum ikun prodott permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 90 % vol., wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-materjali li jipproduċu l-alkoħol li joriġinaw esklużivament fil-post tal-produzzjoni kkunsidrat. Dan ir-rum għandu jkollu kontenut ta' sustanzi volatili li jlaħħaq jew jaqbeż il-225 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol u ma jridx ikun dolċifikat. L-użu tal-kelma “traditionnel” ma jimpedixxix l-użu tat-termini “mill-produzzjoni taz-zokkor” jew “agrikolu” li jistgħu jiżdiedu mad-denominazzjoni tal-bejgħ “rum” u ma' l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

    Din id-dispożizzjoni m'għandhiex taffettwa l-użu tal-kelma “traditionnel” għall-prodotti kollha li m'humiex koperti b'din id-dispożizzjoni, skond il-kriterji speċifiċi tagħhom.

    2.    Whisky jew Whiskey

    (a) Il-whisky jew whiskey huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz ta':

    (i) distillazzjoni ta' maxx magħmul minn ċereali mmaltjati flimkien ma' żrieragħ integrali ta' ċereali oħra jew mingħajrhom li ġie

     mibdul f'zokkor permezz tad-dijastasi tal-malt ta' ġo fih, b'enzimi naturali oħrajn jew mingħajrhom,

     fermentat bl-azzjoni tal-ħmira,

    (ii) distillazzjoni waħda jew aktar f'anqas minn 94,8  % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima użata,

    (iii) maturazzjoni tad-distillat finali għal ta' l-anqas tliet snin f'bittijat ta' l-injam li ma jesgħux aktar minn 700 litru.

    Id-distillat finali, li miegħu jistgħu jiżdiedu biss l-ilma u l-karamella ordinarja (għall-kulur), iżomm il-kulur, l-aroma u t-togħma miġjuba mill-proċess ta' produzzjoni msemmi fil-punti (i), (ii) u (iii).

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-whisky jew whiskey għandha tkun ta' 40 %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti jew tat-taħwir, u lanqas m'għandu jkun fih addittivi għajr karamella ordinarja użata għall-kulur.

    3.    Spirtu taċ-ċereali

    (a) L-ispirtu taċ-ċereali huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' maxx fermentat ta' ċereali integrali u li jkollu karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

    (b) Bl-eċċezzjoni tal-“Korn”, il-qawwa alkoħolika minima bil-volum ta' l-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 35 %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) L-ispirtu taċ-ċereali m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) L-ispirtu taċ-ċereali jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    (f) Sabiex spirtu taċ-ċereali jkollu d-denominazzjoni tal-bejgħ “brandy taċ-ċereali”, dan għandu jkun ġie miksub permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 95 % vol. minn maxx fermentat ta' ċereali integrali, u jippreżenta karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

    4.    Spirtu ta' l-inbid

    (a) L-ispirtu ta' l-inbid huwa xarba spirituża:

    (i) prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'anqas minn 86 % vol. ta' nbid jew inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew permezz tar-ridistillazzjoni ta' distillat ta' l-inbid f'anqas minn 86 % vol.,

    (ii) li jkun fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol,

    (iii) li fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-ispirtu ta' l-inbid għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) L-ispirtu ta' l-inbid m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

    (e) L-ispirtu ta' l-inbid jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    (f) Meta spirtu ta' l-inbid ikun ġie mmaturat, jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala “spirtu ta' l-inbid” bil-kondizzjoni li jkun ġie mmaturat għal mill-inqas il-perijodu stipulat għax-xarba spirituża definita fil-kategorija 5.

    5.    Brandy jew Weinbrand

    (a) Il-Brandy jew Weinbrand huwa xarba spirituża:

    (i) prodotta mill-ispirtu ta' l-inbid sew jekk miżjuda b'distillat ta' l-inbid jew le, distillat f'inqas minn 94,8  % vol., bil-kondizzjoni li dak id-distillat ma jaqbiżx massimu ta' 50 % tal-kontenut alkoħoliku tal-prodott finali,

    (ii) immaturata għal mhux inqas minn sena f'reċipjenti tal-ballut jew għal mhux anqas minn sitt xhur f'bittijat tal-ballut li jesgħu anqas minn 1 000 litru,

    (iii) li jkun fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol., u li tkun miġjuba mid-distillazzjoni jew ir-ridistillazzjoni tal-materja prima użata,

    (iv) li fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-brandy jew Weinbrand għandha tkun ta' 36 %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) Il-Brandy jew Weinbrand m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

    (e) Il-Brandy jew Weinbrand jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    6.    Karfa ta' l-għeneb magħsur jew spirtu tal-karfa ta' l-għeneb magħsur

    (a) Il-karfa ta' l-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa ta' l-għeneb magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) tkun prodotta esklussivament mill-karfa ta' l-għeneb magħsur fermentata u distillata, sew direttament permezz tal-fwar ta' l-ilma jew wara li jkun inżied l-ilma;

    (ii) kwantità ta' residwu tal-fond tista' tiżdied mal-karfa ta' l-għeneb magħsur li ma taqbiżx il-25 kg ta' residwu tal-fond għal kull 100 kg ta' karfa ta' l-għeneb magħsur użat;

    (iii) il-kwantità ta' l-alkoħol miksuba mir-residwu tal-fond m'għandhiex taqbeż il-35 % tal-kwantità totali ta' l-alkoħol fil-prodott finali;

    (iv) id-distillazzjoni għandha titwettaq fil-preżenza tal-karfa ta' l-għeneb magħsur innifisha f'anqas minn 86 % vol.;

    (v) ir-ridistillazzjoni hija awtorizzata fl-istess qawwa alkoħolika;

    (vi) li jkun fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-140 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol, u li jkollha massimu ta' kontenut ta' metanol ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-ispirtu tal-karfa ta' l-għeneb magħsur jew tal-karfa ta' l-għeneb magħsur għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) L-ispirtu tal-karfa ta' l-għeneb magħsur jew il-karfa ta' l-għeneb magħsur m'għandhomx jiżdidulhom sustanzi tat-taħwir. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

    (e) Il-karfa ta' l-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa ta' l-għeneb magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    7.    Spirtu tal-karfa tal-frott magħsur

    (a) L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) tinkiseb esklussivament permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f'anqas minn 86 % vol. ta' karfa tal-frott magħsur għajr il-karfa ta' l-għeneb magħsur;

    (ii) fiha kwantità minima ta' sustanzi volatili ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol;

    (iii) il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 500 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

    (iv) il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 7 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott ta' l-għadma magħsur;

    (v) id-distillazzjoni mill-ġdid fl-istess qawwa alkoħolika skond il-punt (i) hija awtorizzata.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    (f) Id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tikkonsisti mill-isem tal-frotta segwita bi “spirtu tal-karfa”. Jekk jintużaw karfiet ta' għadd ta' frott differenti, id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tkun “spirtu tal-karfa tal-frott”.

    8.    Spirtu taż-żbib jew raisin brandy

    (a) L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika ta' l-estratt ta' għeneb imnixxef tal-varjetajiet “Corinth Black” jew Moscatel tal-varjetajiet ta' Alessandrija, distillati f'anqas minn 94,5  % vol., sabiex id-distillat ikollu aroma u togħma miġjuba mill-materja prima użata.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    9.    Spirtu tal-frott

    (a) L-ispirtu tal-frott huwa xarba spirituża:

    (i) prodotta esklussivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni ta' frott imlaħħam jew must ta' tali frott, berries jew ħxejjex, bl-għadam jew mingħajru,

    (ii) distillata f'anqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima distillata,

    (iii) li jkun fihom kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol,

    (iv) li, fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollhom kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx is-7 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

    (b) Il-kontenut massimu ta' metanol ta' l-ispirtu tal-frott għandu jkun ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

    Madankollu għax-xarbiet spiritużi tal-frott li ġejjin il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun:

    (i) 1 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol miksub mill-frott li ġejjin:

     għanbaqar (Prunus domestica L.),

     mirabella (Prunus domestica L. subsp. syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.),

     quetsch (Prunus domestica L.),

     tuffieħ (Malus domestica Borkh.),

     lanġas (Pyrus communis L.) għajr il-lanġas Williams (Pyrus communis L. cv “Williams”),

     lampun (Rubus idaeus L.),

     tut salvaġġ (Rubus fruticosus auct. aggr.),

     berquq (Prunus armeniaca L.),

     ħawħ (Prunus persica (L.) Batsch);

    (ii) 1 350 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol miksub mill-frott jew berries li ġejjin:

     lanġas Williams (Pyrus communis L. cv “Williams”),

     passolina ħamra (Ribes rubrum L.),

     passolina sewda (Ribes nigrum L.),

     rowanberries (Sorbus aucuparia L.),

     frott tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

     sfarġel (Cydonia oblonga Mill.),

     ġnibru (Juniperus communis L. u/jew Juniperus oxicedrus L.).

    (ċ) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-ispirtu tal-frott għandha tkun ta' 37,5  %.

    (d) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (e) L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    ▼M10

    (f) Id-denominazzjoni tal-bejgħ ta' spirtu tal-frott għandha tkun “spirtu” preċeduta mill-isem tal-frotta, berry jew ħaxixa, bħal: spirtu taċ-ċirasa, li jista' jissejjaħ ukoll kirsch, spirtu tal-għanbaqar li jista' jissejjaħ ukoll slivovitz, spirtu tal-mirabella, tal-ħawħ, tat-tuffieħ, tal-lanġas, tal-berquq, tat-tin, taċ-ċitru jew tal-għeneb jew spirtu ta' frott ieħor. Din id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi espressa billi jintuża isem il-frotta supplimentat b'suffiss, meta tiġi espressa biċ-Ċek, bil-Kroat, bil-Grieg, bil-Pollakk, bis-Slovakk, bis-Sloven u bir-Rumen.

    Jista' jissejaħ ukoll wasser, flimkien ma' isem il-frotta.

    Isem il-frotta jista' jissostitwixxi “spirtu ta'” segwit minn isem il-frotta fil-każ tal-frott jew berries li ġejjin biss:

     mirabella (Prunus domestica L. subsp. syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.)

     għanbaqar (Prunus domestica L.),

     quetsch (Prunus domestica L.),

     frott tal-ubrjagola (Arbutus unedo L.),

     tuffieħ tat-tip “Golden Delicious”.

    Jekk ikun hemm ir-riskju li l-konsumatur finali ma jifhimx faċilment waħda minn dawk id-denominazzjonijiet tal-bejgħ li ma jinkludux il-kelma “spirtu”, it-tikkettar u l-prezentazzjoni għandhom jinkludu l-kelma “spirtu”, li tista' tiġi supplimentata bi spjegazzjoni.

    ▼B

    (g) L-isem Williams jista' jintuża biss għall-bejgħ ta' spirtu tal-lanġas prodott mil-lanġas tal-varjetà “Williams” biss.

    (h) Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jinbiegħ taħt l-isem “spirtu tal-frott” jew “spirtu tal-ħaxix”, skond il-każ. L-isem jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skond il-kwantità użata.

    ▼M10

    10.    Spirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry

    (a) Spirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry huma xarbiet spiritużi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i) huma prodotti esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru jew tal-perry f'anqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-frott;

    (ii) fihom kwantità ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol;

    (iii) fihom kontenut massimu ta' metanol ta' 1 000  gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

    Il-kundizzjoni msemmija fil-punt (i) m'għandhiex teskludi xarbiet spiritużi prodotti skont metodi ta' produzzjoni tradizzjonali li jippermettu d-distillazzjoni tas-sidru u tal-perry flimkien. F'dawk il-każijiet, id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tkun “spirtu tas-sidru u tal-perry”.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tas-sidru, tal-spirtu tal-perry u tal-ispirtu tas-sidru u tal-perry għandha tkun ta' 37,5 %.

    (c) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, kemm jekk dilwit kif ukoll jekk le, hekk kif definit fil-punt (5) tal-Anness I.

    (d) L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry ma għandhom jiġu miżjuda b'ebda sustanzi tat-taħwir.

    (e) L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry jista' jkollhom miżjud fihom biss karamella, bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    ▼B

    11.    Spirtu ta' l-għasel

    (a) L-ispirtu ta' l-għasel huwa xarba spirituża:

    (i) prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-maxx ta' l-għasel,

    (ii) distillata f'inqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-ispirtu ta' l-għasel għandha tkun ta' 35 % vol.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) L-ispirtu ta' l-għasel m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) L-ispirtu ta' l-għasel jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    (f) L-ispirtu ta' l-għasel jista' jiġi dolċifikat biss bl-għasel.

    12.    Hefebrand jew spirtu tar-residwu tal-fond

    (a) Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond ta' l-inbid jew ta' frott fermentat.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-Hefebrand jew ta' l-ispirtu tar-residwu tal-fond għandha tkun ta' 38 %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    (f) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tal-Hefebrand jew ta' l-ispirtu tar-residwu tal-fond għandha tkun issupplimentata bl-isem tal-materja prima użata.

    13.    Bierbrand jew eau de vie de bière

    (a) Il-Bierbrand jew eau de vie de bière huwa xarba spirituża miksuba permezz tad-distillazzjoni diretta taħt pressjoni normali ta' birra friska ta' qawwa alkoħolika skond il-volum ta' anqas minn 86 % b'tali mod li d-distillat miksub ikollu karatteristiċi organolettiċi li jidderivaw mill-birra.

    (b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal-Bierbrand jew eau de vie de bière għandha tkun ta' 38 %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) Il-Bierbrand jew eau de vie de bière m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) Il-Bierbrand jew eau de vie de bière jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    14.    Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm

    (a) It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. ta' tuberi tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm (Helianthus tuberosus L.).

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tat-topinambur jew ta' l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm għandha tkun ta' 38 %.

    (ċ) M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fl-Anness I(5), dilwit jew le.

    (d) It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (e) It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz sabiex jiġi adattat il-kulur.

    15.    Vodka

    (a) Il-vodka hija xarba ta' l-ispirtu prodotta mill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li tinkiseb wara fermentazzjoni mal-ħmira minn:

    (i) patata u/jew ċereali, jew,

    (ii) materji prima agrikoli oħra,

    distillata u/jew imsoffija sabiex il-karatteristiċi organolettiċi tal-materja prima użata u tal-prodotti sekondarji fformati waqt il-fermentazzjoni jitnaqqsu b'mod selettiv.

    Dan il-proċess jista' jiġi segwit b'ridistillazzjoni u/jew trattament permezz ta' assistenzi xierqa għall-ipproċessar, inkluż it-trattament bil-faħam tal-kannol attivat, sabiex ix-xarba tingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali.

    Il-livelli massimi ta' residwu għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għandhom jissodisfaw lil dawk stabbiliti fl-Anness I, ħlief il-kontenut li r-residwu tal-metanol m'għandux jaqbeż l-10 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol alkoħol.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-vodka għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) L-uniċi sustanzi tat-taħwir li jistgħu jiżdiedu huma l-komposti tat-taħwir naturali preżenti fid-distillat miksub mill-materjali prima ffermentati. Flimkien ma' dan, il-prodott jista' jingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali, minbarra it-togħma predominanti.

    (d) Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew l-ittikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn materja(i) prima elenkati fil-paragrafu (a) (i) għandu juri l-indikazzjoni “magħmul minn ...”, supplimentata bl-isem tal-materja(i) prima utilizzati fil-produzzjoni ta' l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. L-ittikkettar għandu jkun skond l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2000/13/KE.

    16.    Spirtu ta' (segwit minn isem il-frotta jew berry), miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni

    (a) L-ispirtu (segwit minn isem il-frotta jew berry) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni huwa xarba spirituża:

    (i) prodotta bil-maċerazzjoni ta' frott jew berries elenkati taħt il-punt (ii) kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu u/jew distillat miġjub mill-istess frott għal kull 100 kg ta' frott jew berries fermentat, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

    ▼M6

    (ii) miksuba mill-frott jew berries li ġejjin:

     tut salvaġġ (Rubus fruticosus auct. aggr.),

     frawli (Fragaria spp.),

     mirtill (Vaccinium myrtillus L.),

     lampun (Rubus idaeus L.),

     passolina ħamra (Ribes rubrum L.),

     passolina bajda (Ribes niveum Lindl.),

     passolina sewda (Ribes nigrum L.),

     pruna salvaġġa (Prunus spinosa L.),

     rowanberry (Sorbus aucuparia L.),

     frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

     frotta tal-ileks (Ilex aquifolium and Ilex cassine L.),

     checkerberry (Sorbus torminalis (L.) Crantz),

     frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

     ribes (Ribes uva-crispa L. syn. Ribes grossularia),

     cranberry (Vaccinium L. subgenus Oxycoccus),

     lingonberry (Vaccinium vitis-idaea L.),

     mirtill tal-pjanta għolja — għoli (Vaccinium corymbosum L.),

     sea-buckthorn (Hippophae rhamnoides L.),

     rosehip (Rosa canina L.),

     frott l-għollieq tal-muntanji (“cloudberry”) (Rubus chamaemorus L.),

     crowberry (Empetrum nigrum L.),

     frott l-għollieq tal-artiku (arctic bramble) (Rubus arcticus L.),

     riħan (Myrtus communis L.),

     banana (Musa spp.),

     frotta tal-passjoni (Passiflora edulis Sims),

     ambarella (Spondias dulcis Sol. ex Parkinson),

     hog plum (Spondias mombin L.),

     ġewż (Juglans regia L.),

     ġellewż (Corylus avellana L.),

     qastan (Castanea sativa L.),

     frott taċ-ċitru (Citrus spp. L.),

     bajtar tax-xewk (Opuntia ficus-indica).

    ▼B

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' Spirtu (segwit minn isem il-frotta jew berry) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) L-ispirtu (segwit minn isem il-frotta jew berry), miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    (d) Rigward l-ittikkettar u l-preżentazzjoni ta' Spirtu (segwit minn isem il-frotta jew berry) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, il-kliem “miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni” għandhom jidhru fuq id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew l-ittikkettar b'tipa ta' l-istess font, daqs u lewn, u fuq l-istess kamp viżiv bħall-kliem “Spirtu ta' (segwit minn isem il-frotta jew berry)” u, fil-każ ta' fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem.

    17.    Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata)

    (a)  Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) huwa xarba spirituża miksuba permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-kategorija 16(a)(ii) jew ħxejjex, lewż, jew materjali ta' pjanti oħra bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) Il-Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) m'għandux ikun miżjud b'sustanzi tat-taħwir.

    18.    Ġenzjana

    (a) Il-ġenzjana hija xarba spirituża prodotta minn distillat tal-ġenzjana, li jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta' għerq il-ġenzjana biż-żieda jew mingħajrha ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' ġenzjana għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) Il-ġenzjana m'għandhiex tkun miżjuda b'sustanzi tat-taħwir.

    19.    Xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru

    (a) Ix-xarbiet spiritużi bit-togħma tal-ġnibru huma xarbiet spiritużi prodotti billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. u/jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola u/jew spirtu taċ-ċereali u/jew distillat taċ-ċereali.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tax-xarbiet spiritużi bit-togħma tal-ġnibru għandha tkun ta' 30 %.

    ▼M1

    (ċ) Sustanzi aromatizzanti oħra kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament, u/jew pjanti aromatiċi jew partijiet minn pjanti aromatiċi jistgħu jintużaw bħala żieda, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa.

    ▼B

    (d) Xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru jista' jkollu d-denominazzjonijiet tal-bejgħ Wacholder jew genebra.

    20.    Gin

    (a) Il-gin huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta billi tingħata t-togħma tal-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jkun organolettikament adatt.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-gin għandha tkun ta' 37,5  %.

    ▼M1

    (ċ) Sustanzi aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament biss għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-ġinn sabiex it-togħma predominanti tkun tal-ġnibru.

    ▼M5

    (d) It-terminu “gin” jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jekk ma jkunx fih taħlil li jaqbeż iż-0,1 gramma ta’ zokrijiet għal kull litru tal-prodott finali.

    ▼B

    21.    Gin distillat

    (a)  Gin distillat huwa:

    (i) xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta esklussivament permezz tar-ridistillazzjoni b'mod organolettiku ta' alkoħol etiliku adatt ta' oriġini agrikola ta' kwalità xierqa b'qawwa alkoħolika inizjali ta' mhux anqas minn 96 % vol. f'imqatar tradizzjonali użati għall-gin, fil-preżenza ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u materjali botaniċi naturali oħrajn sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti, jew

    ▼M1

    (ii) it-taħlita tal-prodott ta’ distillazzjoni bħal din u ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bl-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi li jagħtu t-togħma u/jew il-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif speċifikati fil-kategorija 20(c), jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġinn iddistillat.

    ▼B

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' gin distillat għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) Il-gin miksub sempliċiment billi jiżdiedu l-essenzi jew is-sustanzi tat-taħwir ma' l-alkoħol elitiku ta' oriġini agrikola m'huwiex gin distillat.

    ▼M5

    (d) It-terminu “gin distillat” jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jekk ma jkunx fih taħlil li jaqbeż iż-0,1 gramma ta’ zokrijiet għal kull litru tal-prodott finali.

    ▼B

    22.    London gin

    (a) Il-London gin huwa tip ta' gin distillat:

    (i) miksub minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, li t-togħma tiegħu tiġi introdotta esklussivament permezz tar-ridistillazzjoni f'imqatar tradizzjonali ta' l-alkoħol etiliku fil-preżenza tal-materjali naturali mill-pjanti kollha użati,

    (ii) li d-distillat li jirriżulta minnu fih ta' l-anqas volum ta' alkoħol ta' 70 %,

    (iii) fejn jiżdied kwalunkwe alkoħol elitiku ta' oriġini agrikola dan għandu jkun konsistenti mal-karatteristiċi elenkati fl-Anness I(-1), iżda b'kontenut massimu ta' metanol li ma jaqbiżx il-5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 %,

    (iv) li ma fihx dolċifikanti miżjudin aktar minn 0,1 grammi ta' zokkort għal kull litru ta' prodott finali u lanqas koloranti,

    (v) li ma fih ebda ingredjenti oħrajn miżjudin għajr l-ilma.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-London gin għandha tkun ta' 37,5  %.

    (ċ) It-terminu London gin jista' jkun issupplimentat bit-terminu “dry”.

    23.    Xarbiet spiritużi bit-togħma ta' l-anisi

    (a) Ix-xarbiet spiritużi bit-togħma ta' l-anisi huma xarbiet spiritużi prodotti billi tingħata t-togħma ta' l-anisi (Carum carvi L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tax-xarbiet spiritużi bit-togħma ta' l-anisi għandha tkun ta' 30 %.

    ▼M1

    (ċ) Sustanzi aromatizzanti oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u/jew preparazzjonijiet aromatizzanti kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw addizzjonalment, imma jrid ikun hemm togħma predominanti ta’ anisi.

    ▼B

    24.    Akvavit jew aquavit

    ▼M6

    (a)  Akvavit jew aquavit huwa xarba spirituża bit-togħma tal-anisi u/jew taż-żerriegħa tax-xibt prodott bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, mogħti t-togħma b'distillat ta' pjanti jew ħwawar.

    ▼B

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-akvavit jew aquavit għandha tkun ta' 37,5  %.

    ▼M1

    (ċ) Sustanzi naturali oħrajn li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw addizzjonalment, iżda t-togħma ta’ dan ix-xorb trid tkun ġejja l-aktar minn distillati ta’ l-anisi (Carum carvi L.) u/jew miż-żerriegħa tax-xibt (Anethum graveolens L.), peress li l-użu taż-żjut essenzjali (essential oils) huwa projbit.

    ▼B

    (d) Is-sustanzi morri m'għandhomx jiddominaw it-togħma b'mod ovvju; il-kontenut ta' l-estratt niexef m'għandux jaqbeż il-1,5 grammi għal kull 100 millilitru.

    25.    Xorb spirituż bit-togħma ta' l-aniżetta

    (a) Ix-xarbiet spiritużi bit-togħma ta' l-aniżetta huma xarbiet spiritużi prodotti billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz ta' estratti naturali ta' l-anisi stellata (Illicium verum Hook f.), l-anisi (Pimpinella anisum L.), il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.), jew kwalunkwe pjanta oħra li fiha l-istess kostitwent aromatiku prinċipali, bl-użu ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin jew il-kombinazzjoni tagħhom:

    (i) il-maċerazjoni u/jew id-distillazzjoni,

    (ii) ir-ridistillazzjoni ta' l-alkoħol fil-preżenza taż-żrieragħ jew partijiet oħra tal-pjanti speċifikati hawn fuq,

    (iii) iż-żieda ta' estratti distillati naturali ta' pjanti bit-togħma ta' l-aniżetta.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tax-xarbiet spiritużi bit-togħma ta' l-aniżetta għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni ta' xarbiet spiritużi bit-togħma ta' l-aniżetta.

    (d) Estratti jew żrieragħ aromatiċi minn pjanti naturali oħrajn jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma ta' l-aniżetta trid tibqa' predominanti.

    26.    Pastis

    (a) Il-pastis huwa xarba spirituża bit-togħma ta' l-aniżetta li fiha wkoll estratti naturali ta' għerq il-likorizja (Glycyrrhiza spp.), li jimplika l-preżenza tal-koloranti magħrufa bħala “chalcones” kif ukoll l-aċidu glikoċirriżiku, li l-livelli minimi u massimi tiegħu għandhom ikunu ta' 0,05  u 0,5 ta' gramma għal kull litru rispettivament.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-pastis għandha tkun ta' 40 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-pastis.

    (d) Il-pastis fih anqas minn 100 gramma ta' zokkrijiet għal kull litru, espressi bħala zokkor invertit, u għandu livell minimu u massimu ta' anetolu ta' 1,5  u 2 grammi għal kull litru rispettivament.

    27.    Pastis de Marseille

    (a) Il-pastis de Marseille huwa pastis b'kontenut ta' anetolu ta' 2 grammi għal kull litru.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-pastis de Marseille għandha tkun ta' 45 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-pastis de Marseille.

    28.    Anis

    (a) L-anis hija xarba spirituża bit-togħma ta' l-aniżetta li t-togħma karatteristika tagħha tiġi mill-anisi (Pimpinella anisum L.) u/jew l-anisi stellata (Illicium verum Hook f.) u/jew il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.).

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-anis għandha tkun ta' 35 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni ta' l-anis.

    29.    Anis distillata

    (a) L-anis distillata hija anis li fiha alkoħol distillat fil-preżenza taż-żrieragħ imsemmijin fil-kategorija 28(a), u fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi żrieragħ mastiċi u żrieragħ, pjanti jew frott aromatiċi oħrajn, bil-kondizzjoni li tali alkoħol jikkostitwixxi ta' l-anqas 20 % tal-qawwa alkoħolika ta' l-anis distillata.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' l-anis distillata għandha tkun ta' 35 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni t7a' l-anis distillata.

    30.    Xarbiet spiritużi b'togħma morra jew bitter

    ▼M1

    (a) Ix-xorb alkoħoliku b’togħma morra jew il-bitter huma xarbiet alkoħoliċi li t-togħma predominanti tkun morra magħmula biż-żieda ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola mħawwar b’sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament.

    ▼B

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' xarbiet spiritużi b'togħma morra jew bitter għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ) Xarbiet spiritużi b'togħma morra jew “bitter” jistgħu jinbiegħu wkoll taħt l-ismijiet “amer” jew “bitter” flimkien ma' terminu ieħor jew mingħajru.

    31.    Vodka mogħtija togħma

    (a) Il-vodka mogħtija togħma hija vodka li ngħatat togħma predominanti għajr dik tal-materja prima,

    (b) il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' vodka mogħtija togħma, għandha tkun ta' 37,5  %,

    (ċ) il-vodka mogħtija togħma tista' tiġi dolċifikata, imħallta, mogħtija t-togħma, maturata jew ikkulurita,

    (d) il-vodka mogħtija togħma tista' tinbiegħ ukoll taħt l-isem ta' kwalunkwe togħma predominanti bil-kelma “vodka”.

    32.    Likur

    (a) Il-likur huwa xarba spirituża:

    (i) li għandha kontenut minimu ta' zokkor, espress bħala zokkor invertit, ta':

     70 gramma għal kull litru fil-każ ta' likuri taċ-ċirasa li l-alkoħol etiliku tagħhom jikkonsisti esklużivament minn spirtu taċ-ċirasa,

     80 gramma għal kull litru għall-ġenzjana jew likuri simili ppreparati bil-ġenzjana jew pjanti simili bħala l-unika sustanza aromatika,

     100 gramma għal kull litru fil-każijiet l-oħrajn kollha;

    ▼M8

    (ii) prodott bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża waħda jew aktar jew taħlita tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

    ▼B

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' likur għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ) Sustanzi li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1334/2008 u l-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-likuri. Madankollu, huma biss is-sustanzi naturali li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u l-preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament li għandhom jintużaw fil-preparazzjoni tal-likuri li ġejjin:

    ▼M1

    ▼B

    (i) Likuri tal-frott:

     passolina sewda,

     ċirasa,

     lampun,

     ċawsli,

     mirtill,

     frott taċ-ċitru,

     frott l-għollieq tal-muntanji ('cloudberry'),

     frott l-għollieq ta' l-artiku (arctic bramble),

     cranberry,

     lingonberry,

     pruna salvaġġa marina,

     ananas;

    (ii) likuri tal-pjanti:

     nagħniegħ,

     ġenzjana,

     aniżetta,

     ġenepi,

     vulnerarja.

    (d) It-termini komposti li ġejjin jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni ta' likuri prodotti fil-Komunità fejn l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jintuża sabiex jirrifletti metodi ta' produzzjoni stabbiliti:

      prune brandy,

      orange brandy,

      apricot brandy,

      cherry brandy,

      solbaerrom, imsejjaħ ukoll rum tal-passolina sewda.

    Fir-rigward ta' l-ittikkettar u l-preżentazzjoni ta' dawk il-likuri, it-terminu kompost għandu jidher fuq l-ittikkettar f'linja waħda b'tipa uniformi bl-istess font u lewn u l-kelma “likur” għandha tidher fil-qrib immedjat b'tipa li ma tkunx iċken minn dak il-font. Jekk l-alkoħol ma jkunx ġej mix-xarba spirituża indikata, l-oriġini tiegħu għandu jintwera fuq l-ittikkettar fl-istess kamp viżwali bħat-terminu kompost u l-kelma “likur” billi jiġi ddikjarat it-tip ta' alkoħol agrikolu jew permezz tal-kliem “alkoħol agrikolu” preċedut kull darba minn “magħmul minn” jew “magħmul bl-użu ta'”.

    33.    Crème de (segwit minn isem ta' frotta jew tal-materja prima użata)

    (a) Ix-xarbiet spiritużi magħrufin bħala Crème de (segwiti minn isem ta' frotta jew tal-materja prima użata), minbarra l-prodotti tal-ħalib, huma likuri b'kontenut minimu ta' zokkor ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta' Crème de (segwit minn isem ta' frotta jew tal-materja prima użata) għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ) Ir-regoli dwar ►M1  il-preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u s-sustanzi tat-taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għal din ix-xarba spirituża.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    34.    Crème de cassis

    (a) Il-Crème de cassis huwa likur tal-passolina sewda li fih kontenut minimu ta' 400 gramma zokkor kull litru espress bħala zokkor invertit.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-Crème de cassis għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ) Ir-regoli dwar ►M1  il-preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u s-sustanzi tat-taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-Crème de cassis.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    35.    Guignolet

    (a) Il-guignolet huwa likur miksub permezz tal-maċerazzjoni taċ-ċirasa f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-guignolet għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ) Ir-regoli dwar ►M1  il-preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u s-sustanzi tat-taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-guignolet.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    36.    Punch au rhum

    (a) Il-punch au rhum hu likur li l-kontenut ta' l-alkoħol għalih hu pprovdut esklużivament mir-rum.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-punch au rhum għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ) Ir-regoli dwar ►M1  il-preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u s-sustanzi tat-taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-punch au rhum.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    37.    Gin tal-pruna salvaġġa

    (a) Il-gin tal-pruna salvaġġa huwa likur prodott permezz tal-maċerazzjoni ta' prun salvaġġ fil-gin bil-possibbiltà ta' żieda ta' prun salvaġġ magħsur.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-gin tal-pruna salvaġġa għandha tkun ta' 25 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali biss kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-gin tal-pruna salvaġġa.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    ▼M7

    37a.    “Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán

    Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán hu xorb spirituż li:

    (a) jkollu togħma qawwija ta' pruna salvaġġa u jsir bil-maċerazzjoni tal-pruna salvaġġa (Prunus spinosa) f'alkoħol etiliku t'oriġini agrikola, biż-żieda ta' estratti naturali tal-ħlewwa u/jew distillati tal-ħlewwa.

    (b) jkollu saħħa alkoħolika minima b'volum ta' 25 %.

    (c) għall-produzzjoni tiegħu għallinqas ikunu ntużaw 125 g ta' pruna għal kull litru tal-prodott aħħari,

    (d) il-kontenut taz-zokkor tiegħu, espress bħala zokkor invertit, ikun bejn 80 g u 250 g għal kull litru tal-prodott aħħari,

    (e) il-karatteristiċi organolettiċi, il-lewn u t-togħma tiegħu jkunu jagħtuhomlu biss il-frotta użata u l-ħlewwa.

    It-terminu “Pacharán” jista' jintuża bħala denominazzjoni tal-bejgħ biss meta l-prodott ikun sar Spanja. Meta l-prodott isir xi mkien ieħor, it-terminu “Pacharán” jista' jintuża biss biex jissupplimenta d-denominazzjoni tal-bejgħ “Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa”, diment li magħha jiżdied il-kliem: “magħmul …” u jissemma l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-manifattura.

    ▼B

    38.    Sambuca

    (a) Is-sambuca huwa likur bla lewn bit-togħma ta' l-aniżetta:

    (i) li fih distillati ta' l-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum L.) jew ħxejjex aromatiċi oħra,

    (ii) li għandu kontenut minimu ta' zokkor ta' 350 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit,

    (iii) li għandu kontenut ta' anetolu naturali ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tas-sambuca għandha tkun ta' 38 %.

    (ċ) Ir-regoli dwar ►M1  il-preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u s-sustanzi tat-taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għas-sambuca.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    39.    Maraschino, Marrasquino jew Maraskino

    (a) Il-maraschino, marrasquino jew maraskino huwa likur bla lewn li togħmtu tiġi prinċipalment minn distillat taċ-ċirasa maraskina jew tal-prodott tal-maċerazzjoni taċ-ċirasa jew partijiet taċ-ċirasa f'alkoħol ta' oriġini agrikola b'kontenut minimu ta' zokkor ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-maraschino, marrasquino jew maraskino għandha tkun ta' 24 %.

    (ċ) Ir-regoli dwar ►M1  il-preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u s-sustanzi tat-taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għall-maraschino, marrasquino jew maraskino.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    40.    Nocino

    (a) In-nocino huwa likur li togħmtu tiġi prinċipalment permezz tal-maċerazzjoni u/jew id-distillazzjoni tal-ġewż aħdar (Juglans RegiaL.) b'kontenut minimu ta' zokkor ta' 100 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tan-nocino għandha tkun ta' 30 %.

    (ċ) Ir-regoli dwar ►M1  il-preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u s-sustanzi tat-taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 32 għandhom japplikaw għan-nocino.

    (d) Id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tiġi supplimentata bit-terminu “likur”.

    41.    Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

    (a) Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew bit-togħma miżjuda jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat u/jew spirtu, li l-ingredjenti tiegħu huma isfar tal-bajd, abjad tal-bajd u zokkor jew għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

    (b) B'deroga mill-Artikolu 2(1)(ċ), il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat għandha tkun ta' 14 %.

    ▼M1

    (ċ) Sustanzi aromatizzanti biss kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u preparazzjonijiet aromatizzanti biss kif definiti fl-Artikolu 3(2)(d) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-liqueur tal-bajd jew l-advocaat jew l-avocat jew l-advokat.

    ▼B

    42.    Likur bil-bajd

    (a) Il-likur bil-bajd huwa xarba spirituża, sew bit-togħma miżjuda jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat u/jew spirtu, li l-ingredjenti karatteristiċi tiegħu huma isfar tal-bajd, abjad tal-bajd u zokkor jew għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-likur bil-bajd għandha tkun ta' 15 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-likur bil-bajd.

    43.    Mistrà

    (a) Il-mMistrà huwa xarba spirituża bla lewn mogħtija t-togħma bl-aniżetta jew bl-anetolu naturali:

    (i) li għandha kontenut ta' anetolu ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru,

    (ii) li jista' jkun fiha wkoll distillat ta' ħxejjex aromatiċi,

    (iii) li ma jkun fiha l-ebda zokkor miżjud.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-mistrà għandha tkun ta' 40 % u l-qawwa alkoħolika massima skond il-volum għandha tkun ta' 47 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-mistrà.

    44.    Väkevä glögi jew spritglögg

    ▼M1

    (a) Väkevä glögi jew spritglögg huwa xarba alkoħolika prodotta biż-żieda ta’ aromatizzanti tal-qronfol u/jew tal-kannella ma’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bl-użu ta’ wieħed mill-proċessi li ġejjin: maċerazzjoni u/jew distillazzjoni, ridistillazzjoni ta’ l-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti speċifikati hawn fuq, żieda ta’ sustanzi aromatizzanti naturali kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru1334/2008 ta’ l-imsiemer tal-qronfol jew tal-kannella jew taħlita ta’ dawn il-metodi.

    ▼B

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-väkevä glögi jew spritglögg għandha tkun ta' 15 %.

    ▼M1

    (ċ) Aromatizzanti, sustanzi li jagħtu t-togħma u/jew preparazzjonijiet li jagħtu t-togħma oħrajn kif definiti fl-Artikolu 3(2)(b), (d) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistgħu jintużaw ukoll, imma jrid ikun hemm togħma predominanti tal-ħwawar speċifikati.

    ▼B

    (d) Il-kontenut ta' nbid jew prodotti ta' l-inbid m'għandhiex taqbeż il-50 % tal-prodott finali.

    45.    Berenburg jew Beerenburg

    (a) Il-Berenburg jew Beerenburg huwa xarba spirituża:

    (i) prodotta permezz ta' l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola,

    (ii) bil-maċerazzjoni ta' frott jew pjanti jew partijiet minnhom,

    (iii) li jkun fiha bħala togħma speċifika d-distillat ta' għerq il-ġenzjana (Gentiana lutea L.), ta' frott il-ġnibru (Juniperus communis L.) u tal-weraq tar-rand (Laurus nobilis L.),

    (iv) li tvarja fil-lewn minn kannella ċar sa skur,

    (v) li tista' tiġi dolċifikata sa massimu ta' 20 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-Berenburg jew Beerenburg għandha tkun ta' 30 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tal-Berenburg jew Beerenburg.

    46.    Nektar ta' l-għasel jew tal-mead

    (a) In-nektar ta' l-għasel jew tal-mead huwa xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lit-taħlita ta' maxx ta' l-għasel fermentat u distillat ta' l-għasel u/jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, li fiha mill-inqas 30 % vol. ta' maxx ta' l-għasel fermentat.

    (b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tan-nektar ta' l-għasel jew tal-mead għandha tkun ta' 22 %.

    (ċ)  ►M1  Preparazzjonijiet aromatizzanti ◄ u sustanzi tat-taħwir naturali kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fil-preparazzjoni tan-nektar ta' l-għasel jew tal-mead bil-kondizzjoni li tippredomina t-togħma ta' l-għasel.

    (d) In-nektar ta' l-għasel jew tal-mead jista' jiġi dolċifikat biss bl-għasel.

    Xorb spirituż ieħor

    1. Ir-Rum-Verschnitt huwa prodott fil-Ġermanja u jinkiseb billi jitħalltu r-rum u l-alkoħol, fejn proporzjon mimimu ta' 5 % ta' l-alkoħol fil-prodott finali trid tiġi mir-rum. Il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tar-Rum-Verschnitt għandha tkun ta' 37,5  %. Fir-rigward ta' l-ittikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodott Rum-Verschnitt il-kelma “Verschnitt” trid tidher fuq id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew l-ittikkettar b'karattri ta' l-istess tipa, daqs u lewn, u fuq l-istess linja, tal-kelma “Rum” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. Meta dan il-prodott jinbiegħ barra mis-suq Ġermaniż, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu trid tintwera fuq it-tikketta.

    2. Is-slivovice huwa prodott fir-Republika Ċeka u jinkiseb permezz taż-żieda mad-distillat ta' l-għanbaqar, qabel id-distillazzjoni finali, ta' proporzjon massimu ta' 30 % skond il-volum ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. Dan il-prodott irid jiġi deskritt bħala “xarba ta' l-ispirtu” u l-isem slivovice jista' jintuża wkoll fl-istess kamp viżiv fuq it-tikketta ta' quddiem. Jekk dan is-slivovice Ċek jitqiegħed fis-suq tal-Komunità, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu trid tintwera fuq it-tikketta. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-użu ta' l-isem slivovice għal xorb spirituż tal-frott skond il-kategorija 9.

    ▼M9




    ANNESS III

    INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI



    Kategoriji ta' prodotti

    Indikazzjoni ġeografika

    Pajjiż tal-oriġini (l-oriġini ġeografika eżatta hi deskritta fil-fajl tekniku tal-prodott)

    1.  Rum

     

    Rhum de la Martinique

    Franza

    Rhum de la Guadeloupe

    Franza

    Rhum de la Réunion

    Franza

    Rhum de la Guyane

    Franza

    Rhum de sucrerie de la Baie du Galion

    Franza

    Rhum des Antilles françaises

    Franza

    Rhum des départements français d'outre-mer

    Franza

    Rum da Madeira

    Il-Portugall

    Ron de Guatemala

    Il-Gwatemala

    2.  Whisky/Whiskey

     

    Scotch Whisky

    Ir-Renju Unit (l-Iskozja)

    Irish Whiskey/Uisce Beatha Eireannach/Irish Whisky (1)

    L-Irlanda

    Whisky breton/Whisky de Bretagne

    Franza

    Whisky alsacien/Whisky d'Alsace

    Franza

    3.  Spirtu magħmul miċ-ċereali

     

    Korn/Kornbrand

    Il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju (il-komunità li titkellem bil-Ġermaniż)

    Münsterländer Korn/Kornbrand

    Il-Ġermanja

    Sendenhorster Korn/Kornbrand

    Il-Ġermanja

    Emsländer Korn/Kornbrand

    Il-Ġermanja

    Haselünner Korn/Kornbrand

    Il-Ġermanja

    Hasetaler Korn/Kornbrand

    Il-Ġermanja

    Samanė

    Il-Litwanja

    4.  Spirtu magħmul mill-inbid

     

    ►M11  Eau-de-vie de Cognac/Eau-de-vie des Charentes/Cognac ◄

    Id-denominazzjoni “Cognac” tista' tiġi supplimentata mit-termini li ġejjin:

    — Fine

    — Grande Fine Champagne

    — Grande Champagne

    — Petite Fine Champagne

    — Petite Champagne

    — Fine Champagne

    — Borderies

    — Fins Bois

    — Bons Bois)

    Franza

    Fine Bordeaux

    Franza

    Fine de Bourgogne

    Franza

    Armagnac

    Id-denominazzjoni “Armagnac” tista' tiġi supplimentata mit-termini li ġejjin:

    — Bas-Armagnac

    — Haut-Armagnac

    — Armagnac-Ténarèze

    — Blanche Armagnac)

    Franza

    Eau-de-vie de vin de la Marne

    Franza

    Eau-de-vie de vin originaire du Bugey

    Franza

    Eau-de-vie de vin des Côtes-du-Rhône

    Franza

    ►M11  Eau de vie de Faugères ◄

    Franza

    Eau-de-vie de vin originaire du Languedoc

    Franza

    Aguardente de Vinho Douro

    Il-Portugall

    Aguardente de Vinho Ribatejo

    Il-Portugall

    Aguardente de Vinho Alentejo

    Il-Portugall

    Aguardente de Vinho da Região dos Vinhos Verdes

    Il-Portugall

    Aguardente de Vinho Lourinhã

    Il-Portugall

    Сунгурларска гроздова ракия/Гроздова ракия от Сунгурларе/Sungurlarska grozdova rakya/Grozdova rakya minn Sungurlare

    Il-Bulgarija

    Сливенска перла (Сливенска гроздова ракия/Гроздова ракия от Сливен)/Slivenska perla (Slivenska grozdova rakya/Grozdova rakya minn Sliven)

    Il-Bulgarija

    Стралджанска Мускатова ракия/Мускатова ракия от Стралджа/Straldjanska Muscatova rakya/Muscatova rakya minn Straldja

    Il-Bulgarija

    Поморийска гроздова ракия/Гроздова ракия от Поморие/Pomoriyska grozdova rakya/Grozdova rakya minn Pomorie

    Il-Bulgarija

    Бургаска Мускатова ракия/Мускатова ракия от Бургас/Bourgaska Muscatova rakya/Muscatova rakya minn Bourgas

    Il-Bulgarija

    Сухиндолска гроздова ракия/Гроздова ракия от Сухиндол/Suhindolska grozdova rakya/Grozdova rakya minn Suhindol

    Il-Bulgarija

    Карловска гроздова ракия/Гроздова Ракия от Карлово/Karlovska grozdova rakya/Grozdova Rakya minn Karlovo

    Il-Bulgarija

    ►M13  Гроздова ракия от Търговище/Grozdova rakya ot Targovishte

    Il-Bulgarija ◄

    ►M14  “Карнобатска Гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat”

    Il-Bulgarija ◄

    Vinars Târnave

    Ir-Rumanija

    Vinars Vaslui

    Ir-Rumanija

    Vinars Murfatlar

    Ir-Rumanija

    Vinars Vrancea

    Ir-Rumanija

    Vinars Segarcea

    Ir-Rumanija

    5.  Brandy/Weinbrand

     

    Brandy de Jerez

    Spanja

    Brandy del Penedés

    Spanja

    Brandy italiano

    L-Italja

    Deutscher Weinbrand

    Il-Ġermanja

    Wachauer Weinbrand

    L-Awstrija

    Pfälzer Weinbrand

    Il-Ġermanja

    6.  Germany Grape marc spirit

     

    Marc de Champagne/Eau-de-vie de marc de Champagne

    Franza

    Marc de Bourgogne/Eau-de-vie de marc de Bourgogne

    Franza

    ►M11  Marc du Bugey ◄

    Franza

    ►M11  Marc de Savoie ◄

    Franza

    Marc des Côtes-du-Rhône/Eau-de-vie de marc des Côtes du Rhône

    Franza

    ►M11  Marc de Provence ◄

    Franza

    ►M11  Marc du Languedoc ◄

    Franza

    ►M11  Marc d'Alsace Gewurztraminer ◄

    Franza

    Marc d'Auvergne

    Franza

    Marc du Jura

    Franza

    Aguardente Bagaceira Bairrada

    Il-Portugall

    Aguardente Bagaceira Alentejo

    Il-Portugall

    Aguardente Bagaceira da Região dos Vinhos Verdes

    Il-Portugall

    Orujo de Galicia

    Spanja

    Grappa

    L-Italja

    Grappa di Barolo

    L-Italja

    Grappa piemontese/Grappa del Piemonte

    L-Italja

    ►M11  Grappa lombarda/Grappa della Lombardia ◄

    L-Italja

    Grappa trentina/Grappa del Trentino

    L-Italja

    Grappa friulana/Grappa del Friuli

    L-Italja

    Grappa veneta/Grappa del Veneto

    L-Italja

    Südtiroler Grappa/Grappa dell'Alto Adige

    L-Italja

    Grappa siciliana/Grappa di Sicilia

    L-Italja

    Grappa di Marsala

    L-Italja

    ►M11  Τσικουδιά/Tsikoudia/Τσίπουρο/Tsipouro ◄

    Il-Greċja

    Τσικουδιά Κρήτης/Tsikoudia ta' Kreta

    Il-Greċja

    Τσίπουρο Μακεδονίας/Tsipouro tal-Maċedonja

    Il-Greċja

    Τσίπουρο Θεσσαλίας/Tsipouro tat-Tessalja

    Il-Greċja

    Τσίπουρο Τυρνάβου/Tsipouro ta' Tyrnavos

    Il-Greċja

    Ζιβανία/Τζιβανία/Ζιβάνα/Zivania

    Ċipru

    Törkölypálinka

    L-Ungerija

    9.  Spirti tal-Frott

     

    Schwarzwälder Kirschwasser

    Il-Ġermanja

    Schwarzwälder Mirabellenwasser

    Il-Ġermanja

    Schwarzwälder Williamsbirne

    Il-Ġermanja

    Schwarzwälder Zwetschgenwasser

    Il-Ġermanja

    Fränkisches Zwetschgenwasser

    Il-Ġermanja

    Fränkisches Kirschwasser

    Il-Ġermanja

    Fränkischer Obstler

    Il-Ġermanja

    Mirabelle de Lorraine

    Franza

    Kirsch d'Alsace

    Franza

    Quetsch d'Alsace

    Franza

    Framboise d'Alsace

    Franza

    Mirabelle d'Alsace

    Franza

    Kirsch de Fougerolles

    Franza

    Südtiroler Williams/Williams dell'Alto Adige

    L-Italja

    Südtiroler Marille/Marille dell'Alto Adige

    L-Italja

    Südtiroler Kirsch/Kirsch dell'Alto Adige

    L-Italja

    Südtiroler Zwetschgeler/Zwetschgeler dell'Alto Adige

    L-Italja

    Südtiroler Obstler/Obstler dell'Alto Adige

    L-Italja

    Südtiroler Gravensteiner/Gravensteiner dell'Alto Adige

    L-Italja

    Südtiroler Golden Delicious/Golden Delicious dell'Alto Adige

    L-Italja

    Williams friulano/Williams del Friuli

    L-Italja

    Sliwovitz del Veneto

    L-Italja

    Sliwovitz del Friuli-Venezia Giulia

    L-Italja

    Distillato di mele trentino/Distillato di mele del Trentino

    L-Italja

    Williams trentino/Williams del Trentino

    L-Italja

    Sliwovitz trentino/Sliwovitz del Trentino

    L-Italja

    Aprikot trentino/Aprikot del Trentino

    L-Italja

    Medronho do Algarve

    Il-Portugall

    Kirsch Friulano/Kirschwasser Friulano

    L-Italja

    Kirsch Trentino/Kirschwasser Trentino

    L-Italja

    Kirsch Veneto/Kirschwasser Veneto

    L-Italja

    Wachauer Marillenbrand

    L-Awstrija

    Szatmári Szilvapálinka

    L-Ungerija

    Kecskeméti Barackpálinka

    L-Ungerija

    Békési Szilvapálinka

    L-Ungerija

    Szabolcsi Almapálinka

    L-Ungerija

    Gönci Barackpálinka

    L-Ungerija

    Pálinka

    L-Ungerija

    l-Awstrija (għal xorb alkoħoliku tal-berquq prodott biss fil-Länder ta': Niederösterreich, Burgenland, Steiermark, Wien)

    Újfehértói meggypálinka

    L-Ungerija

    Brinjevec

    Is-Slovenja

    Dolenjski sadjevec

    Is-Slovenja

    Троянска сливова ракия/Сливова ракия от Троян/Troyanska slivova rakya/Slivova rakya minn Troyan

    Il-Bulgarija

    Ловешка сливова ракия/Сливова ракия от Ловеч/Loveshka slivova rakya/Slivova rakya minn Lovech

    Il-Bulgarija

    Pălincă

    Ir-Rumanija

    Țuică Zetea de Medieșu Aurit

    Ir-Rumanija

    Țuică de Argeș

    Ir-Rumanija

    Horincă de Cămârzana

    Ir-Rumanija

    Hrvatska loza

    Il-Kroazja

    Hrvatska stara šljivovica

    Il-Kroazja

    Slavonska šljivovica

    Il-Kroazja

    Pisco (2)

    Il-Perù

    10.  Spirtu magħmul mis-sidru jew mill-meraq imħemmer tal-lanġas

     

    Calvados

    Franza

    Calvados Pays d'Auge

    Franza

    Calvados Domfrontais

    Franza

    Eau-de-vie de cidre de Bretagne

    Franza

    Eau-de-vie de cidre de Normandie

    Franza

    Eau-de-vie de poiré de Normandie

    Franza

    Eau-de-vie de cidre du Maine

    Franza

    Aguardiente de sidra de Asturias

    Spanja

    Somerset Cider Brandy (3)

    Ir-Renju Unit

    15.  Vodka:

     

    Svensk Vodka/Swedish Vodka

    L-Iżvezja

    Suomalainen Vodka/Finsk Vodka/Vodka ta' Finland

    Il-Finlandja

    Polska Wódka/Polish Vodka

    Il-Polonja

    Originali lietuviška degtinė/Original Lithuanian vodka

    Il-Litwanja

    Estonian vodka

    L-Estonja

    17.  Spirtu tat-tip “Geist”

     

    Schwarzwälder Himbeergeist

    Il-Ġermanja

    18.  Spirtu magħmul mill-ġenzjana

     

    Bayerischer Gebirgsenzian

    Il-Ġermanja

    Südtiroler Enzian/Genziana dell'Alto Adige

    L-Italja

    Genziana trentina/Genziana del Trentino

    L-Italja

    19.  Xorb alkoħoliku bit-togħma tal-ġnibru

     

    Genièvre/Jenever/Genever

    Il-Belġju, in-Netherlands, Franza (id-départements Nord (59) u Pas-de-Calais (62)), Il-Ġermanja (il-Bundesländer Ġermaniżi Nordrhein Westfalen u Niedersachsen)

    Jonge jenever/jonge genever

    Il-Belġju, in-Netherlands, Franza (id-départements Nord (59) u Pas-de-Calais (62))

    Oude jenever/oude genever

    Il-Belġju, in-Netherlands

    Oude jenever/oude genever

    Il-Belġju, in-Netherlands

    Hasseltse jenever/Hasselt Balegemse jenever

    Il-Belġju (Hasselt, Zonhoven, Diepenbeek)

    Balegemse jenever

    Il-Belġju (Balegem)

    O' de Flander-Oost-Vlaamse Graanjenever

    Il-Belġju (Oost-Vlaanderen)

    Peket-Pekêt/Peket-Pékêt de Wallonie

    Il-Belġju (Région wallonne)

    ►M11  Genièvre Flandre Artois ◄

    Franza (id-départements Nord (59) u Pas-de-Calais (62))

    Ostfriesischer Korngenever

    Il-Ġermanja

    Steinhäger

    Il-Ġermanja

    Gin de Mahón

    Spanja

    Vilniaus Džinas/Vilnius Gin

    Il-Litwanja

    Spišská borovička

    Is-Slovakkja

    24.  Spirtu tat-tip “akvavit”/“aquavit”

     

    Svensk Aquavit/Svensk Akvavit/Swedish Aquavit

    L-Iżvezja

    25.  Xorb alkoħoliku bit-togħma tal-aniżett

     

    Anís Paloma Monforte del Cid

    Spanja

    Hierbas de Mallorca

    Spanja

    Hierbas Ibicencas

    Spanja

    Chinchón

    Spanja

    Janeževec

    Is-Slovenja

    29.  Anis iddistillat

     

    Ouzo/Ούζο

    Ċipru, il-Greċja

    Ούζο Μυτιλήνης/Ouzo ta' Mitilene

    Il-Greċja

    Ούζο Πλωμαρίου/Ouzo ta' Plomari

    Il-Greċja

    Ούζο Καλαμάτας/Ouzo ta' Kalamata

    Il-Greċja

    Ούζο Θράκης/Ouzo ta' Traċja

    Il-Greċja

    Ούζο Μακεδονίας/Ouzo tal-Maċedonja

    Il-Greċja

    30.  Xarbiet spiritużi b'togħma morra/bitter

     

    Rheinberger Kräuter

    Il-Ġermanja

    Trejos devynerios

    Il-Litwanja

    Slovenska travarica

    Is-Slovenja

    31.  Vodka aromatizzata

     

    Vodka erbali mit-Tramuntana ta' Podlasie Lowland aromatizzat b'estratt ta' hierochloe odorata/Wódka ziołowa z Niziny Północnopodlaskiej aromatyzowana ekstraktem z trawy żubrowej

    Il-Polonja

    Polska Wódka/Polish Vodka (4)

    Il-Polonja

    Originali lietuviška degtinė/Original Lithuanian vodka (4)

    Il-Litwanja

    32.  Likur

     

    Berliner Kümmel

    Il-Ġermanja

    Hamburger Kümmel

    Il-Ġermanja

    Münchener Kümmel

    Il-Ġermanja

    Chiemseer Klosterlikör

    Il-Ġermanja

    Bayerischer Kräuterlikör

    Il-Ġermanja

    Irish Cream (5)

    L-Irlanda

    Palo de Mallorca

    Spanja

    Mirto di Sardegna

    L-Italja

    Liquore di limone di Sorrento

    L-Italja

    Liquore di limone della Costa d'Amalfi

    L-Italja

    Genepì del Piemonte

    L-Italja

    Genepì della Valle d'Aosta

    L-Italja

    Benediktbeurer Klosterlikör

    Il-Ġermanja

    Ettaler Klosterlikör

    Il-Ġermanja

    Ratafia de Champagne

    Franza

    Ratafia catalana

    Spanja

    Suomalainen Marjalikööri/Suomalainen Hedelmälikööri/Finsk Bärlikör/Finsk Fruktlikör/Finnish berry liqueur/Finnish fruit liqueur

    Il-Finlandja

    Mariazeller Magenlikör

    L-Awstrija

    Steinfelder Magenbitter

    L-Awstrija

    Wachauer Marillenlikör

    L-Awstrija

    Jägertee/Jagertee/Jagatee

    L-Awstrija

    Hüttentee

    Il-Ġermanja

    Polish Cherry

    Il-Polonja

    Karlovarská Hořká

    Ir-Repubblika Ċeka

    Pelinkovec

    Is-Slovenja

    Blutwurz

    Il-Ġermanja

    Cantueso Alicantino

    Spanja

    Licor café de Galicia

    Spanja

    Licor de hierbas de Galicia

    Spanja

    ►M11  Génépi des Alpes/Genepì delle Alpi ◄

    Franza, l-Italja

    Μαστίχα Χίου/Masticha ta' Chios

    Il-Greċja

    Κίτρο Νάξου/Kitro ta' Naxos

    Il-Greċja

    Κουμκουάτ Κέρκυρας/Koum Kouat ta' Corfu

    Il-Greċja

    Τεντούρα/Tentoura

    Il-Greċja

    Poncha da Madeira

    Il-Portugall

    Hrvatski pelinkovac

    Il-Kroazja

    34.  Crème de cassis

     

    Cassis de Bourgogne

    Franza

    Cassis de Dijon

    Franza

    Cassis de Saintonge

    Franza

    37a.  Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán

    Pacharán Navarro

    Espagne

    39.  Maraschino/Marrasquino/Maraskino

    Zadarski maraschino

    Il-Kroazja

    40.  Nocino

     

    Nocino di Modena

    L-Italja

    Orehovec

    Is-Slovenja

    Xorb spirituż ieħor

     

    Pommeau de Bretagne

    Franza

    Pommeau du Maine

    Franza

    Pommeau de Normandie

    Franza

    Svensk Punsch/Swedish Punch

    L-Iżvezja

    Inländerrum

    L-Awstrija

    Bärwurz

    Il-Ġermanja

    Aguardiente de hierbas de Galicia

    Spanja

    Aperitivo Café de Alcoy

    Spanja

    Herbero de la Sierra de Mariola

    Spanja

    Königsberger Bärenfang

    Il-Ġermanja

    Ostpreußischer Bärenfang

    Il-Ġermanja

    Ronmiel de Canarias

    Spanja

    Genièvre aux fruits/Vruchtenjenever/Jenever met vruchten/Fruchtgenever

    Il-Belġju, in-Netherlands, il-Ġermanja (il-Bundesländer Ġermaniżi Nord-rhein Westfalen u Niedersachsen)

    Domači rum

    Is-Slovenja

    Irish Poteen/Irish Poitín

    ►M11  L-Irlanda (6)  ◄

    Trauktinė

    Il-Litwanja

    Trauktinė Palanga

    Il-Litwanja

    Trauktinė Dainava

    Il-Litwanja

    Hrvatska travarica

    Il-Kroazja

    (1)   L-indikazzjoni ġeografika Irish Whiskey/Uisce Beatha Eireannach/Irish Whisky tkopri whisky/whiskey prodott fl-Irlanda u fl-Irlanda ta' Fuq.

    (2)   Il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika Pisco skont dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-isem Pisco għal prodotti li joriġinaw fiċ-Ċilì protetti skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì tal-2002.

    (3)   L-indikazzjoni ġeografika Somerset Cider Brandy għandha tkun akkumpanjata mid-denominazzjoni tal-bejgħ “spirtu tas-sidru”.

    (4)   Dan il-prodott għandu jkollu fuq it-tikketta d-denominazzjoni tal-bejgħ “vodka aromatizzata”. It-terminu “aromatizzata” jista' jinbidel bl-isem tat-togħma predominanti.

    (5)   L-indikazzjoni ġeografika Irish Cream tkopri l-likur korrispondenti prodott fl-Irlanda u fl-Irlanda ta' Fuq.

    (6)   L-indikazzjoni ġeografika “Irish Poteen/Irish Poitín” tkopri x-xorb spirituż li jikkorrispondi, prodott fl-Irlanda u fl-Irlanda ta' Fuq.



    ( 1 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

    ( 2 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, korrett bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006.

    ( 3 ) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/10/KEE (ĠU L 6, 11.1.1992, p. 35).

    ( 4 ) ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 386, 29.12.2006. p. 14).

    ( 5 ) Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17).

    ( 6 ) Kif imsemmi fl-Anness 2-D tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika.

    ( 7 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2009/92 ta' l-20 ta' Lulju 1992 li jiddetermina l-metodi ta' analiżi Komunitarji għal alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż, inbid aromatizzat, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails bi prodotti ta' l-inbid aromatizzat (ĠU L 203, 21.7.1992, p. 10).

    ( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/94 ta' l-1 ta' Ġunju 1994 li japplika l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertu xorb spirituż (ĠU L 138, 2.6.1994, p. 7). Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1434/97 (ĠU L 196, 24.7.1997, p. 56).

    ( 9 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-metodi ta' referenza Komunitarji għall-analiżi ta' xorb spirituż (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 20). Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2091/2002 (ĠU L 322, 27.11.2002, p. 11).

    ( 10 ) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53.

    ( 11 ) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.

    ( 12 ) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

    ( 13 ) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

    ( 14 ) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

    Top