Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008E0124-20221017

    Consolidated text: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK ta’ l-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/124/2022-10-17

    02008E0124 — MT — 17.10.2022 — 016.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/124/PESK

    ta’ l-4 ta’ Frar 2008

    dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

    (ĠU L 042 16.2.2008, p. 92)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/445/PESK tad-9 ta’ Ġunju 2009

      L 148

    33

    11.6.2009

    ►M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/322/PESK tat-8 ta’ Ġunju 2010

      L 145

    13

    11.6.2010

     M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/619/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2010

      L 272

    19

    16.10.2010

     M4

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/687/PESK tal-14 ta’ Ottubru 2011

      L 270

    31

    15.10.2011

     M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/752/PESK tal-24 ta’ Novembru 2011

      L 310

    10

    25.11.2011

    ►M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/291/PESK tal-5 ta’ Ġunju 2012

      L 146

    46

    6.6.2012

     M7

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/241/PESK tas-27 ta' Mejju 2013

      L 141

    47

    28.5.2013

    ►M8

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/349/PESK tat-12 ta' Ġunju 2014

      L 174

    42

    13.6.2014

    ►M9

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/685/PESK tad-29 ta' Settembru 2014

      L 284

    51

    30.9.2014

     M10

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/901 tal-11 ta' Ġunju 2015

      L 147

    21

    12.6.2015

    ►M11

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/947 tal-14 ta' Ġunju 2016

      L 157

    26

    15.6.2016

    ►M12

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1990 tal-14 ta' Novembru 2016

      L 306

    16

    15.11.2016

    ►M13

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/973 tat-8 ta' Ġunju 2017

      L 146

    141

    9.6.2017

    ►M14

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/856 tat-8 ta' Ġunju 2018

      L 146

    5

    11.6.2018

    ►M15

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/792 tal-11 ta’ Ġunju 2020

      L 193

    9

    17.6.2020

    ►M16

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/904 tat-3 ta’ Ġunju 2021

      L 197

    114

    4.6.2021

    ►M17

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/122 tas-17 ta’ Jannar 2023

      L 16

    32

    18.1.2023




    ▼B

    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/124/PESK

    ta’ l-4 ta’ Frar 2008

    dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO



    Artikolu 1

    Il-missjoni

    1.  
    L-UE b'dan tistabbilixxi l-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (minn hawn 'il quddiem “EULEX KOSOVO”).
    2.  
    EULEX KOSOVO għandha topera skond il-Mandat tal-Missjoni stabbilit fl-Artikolu 2 u twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3.

    ▼M14

    Artikolu 2

    Mandat tal-Missjoni

    EULEX KOSOVO għandha tappoġġa istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt magħżula tal-Kosovo fi triqthom lejn aktar effikaċja, sostenibbiltà, multietniċità u responsabbilizzazzjoni, ħielsa mill-interferenza politika u f'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-aħjar prattiki Ewropej — permezz ta' attivitajiet ta' monitoraġġ u funzjonijiet eżekuttivi limitati kif stipulat fl-Artikoli 3 u 3a — bil-għan li l-kompiti li fadal jgħaddu għand strumenti oħra li jaġixxu fit-tul tal-UE u li l-funzjonijiet eżekuttivi residwi jiġu eliminati gradwalment.

    Artikolu 3

    Kompiti

    Sabiex jitwettaq il-Mandat tal-Missjoni stabbilit fl-Artikolu 2, EULEX KOSOVO għandha:

    (a) 

    timmonitorja ċerti kawżi u proċessi legali fl-istituzzjonijiet tal-ġustizzja kriminali u ċivili tal-Kosovo, f'koordinazzjoni mill-qrib ma' atturi oħra tal-UE, filwaqt li tirrispetta l-indipendenza tal-ġudikatura, u tiffaċilita l-kuntatti u timmonitorja l-laqgħat rilevanti fl-ambitu tal-kooperazzjoni reġjonali dwar każijiet li jirrigwardaw delitti tal-gwerra, korruzzjoni u kriminalità serja u organizzata;

    (b) 

    tipprovdi appoġġ operattiv lid-Djalogu ffaċilitat mill-UE, kif meħtieġ;

    (c) 

    timmonitorja, tiggwida u tagħti pariri lis-Servizz Korrettiv tal-Kosovo;

    (d) 

    iżżomm ċerti responsabbiltajiet eżekuttivi limitati fl-oqsma tal-mediċina forensika u tal-pulizija, inkluż operazzjonijiet ta' sigurtà u Programm għall-Protezzjoni tax-Xhieda residwu u r-responsabbiltà li tiżgura ż-żamma u l-promozzjoni tal-ordni u s-sigurtà pubbliċi inkluż, kif neċessarju, permezz tat-treġġigħ lura jew l-annullament ta' deċiżjonijiet operattivi meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosovo;

    (e) 

    tiżgura li l-attivitajiet kollha tagħha jirrispettaw l-istandards internazzjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi; u

    (f) 

    tikkoopera mal-aġenziji rilevanti tal-UE, mal-awtoritajiet ġudizzjarji u dawk tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ta' Stati terzi fl-eżekuzzjoni tal-mandat tagħha.

    ▼M17

    Il-kompitu li jiġi pprovdut appoġġ operazzjonali għad-Djalogu ffaċilitat mill-UE għandu jiġi trasferit lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u kwistjonijiet reġjonali oħra tal-Balkani tal-Punent sal-31 ta’ Diċembru 2022.

    ▼M9

    Artikolu 3a.

    Proċedimenti ġudizzjarji rilokati

    1.  
    Għall-finijiet tal-qadi tal-mandat tagħha, inklużi r-responsabbiltajiet eżekuttivi tagħha, kif jinsabu fl-Artikolu 3(a) u (d), EULEX KOSOVO għandha tappoġġa l-proċedimenti rilokati fi Stat Membru, sabiex jiġu proċessati u jiġu ġudikati l-akkużi kriminali li jirriżultaw mill-investigazzjoni tal-allegazzjonijiet li tqajmu f'rapport bl-isem “It-trattament inuman ta' persuni u t-traffikar illeċitu ta' organi tal-bnedmin fil-Kosovo” li nħareġ fit-12 ta' Diċembru 2010 mir-Relatur Speċjali għall-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa.
    2.  
    L-imħallfin u l-prosekuturi responsabbli mill-proċedimenti għandu jkollhom indipendenza u awtonomija sħaħ fil-qadi ta' dmirijiethom.

    ▼B

    Artikolu 4

    Fażi ta’ ppjanar u tħejjija

    1.  
    Matul il-fażi ta’ ppjanar u tħejjija tal-missjoni, l-EUPT Kosovo għandu jaġixxi bħala l-element ta’ ppjanar u tħejjija ewlieni għal EULEX KOSOVO.

    Il-Kap tal-EUPT Kosovo għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kap ta’ EULEX KOSOVO (minn hawn 'il quddiem “il-Kap tal-Missjoni”).

    2.  
    Bħala prijorità, għandha titwettaq stima komprensiva tar-riskju bħala parti tal-proċess ta’ ppjanar. Din l-istima tista’ tiġi aġġornata kif meħtieġ.
    3.  
    L-EUPT Kosovo għandu jkun responsabbli għar-reklutaġġ u l-iskjerament tal-persunal, il-ksib ta’ l-assi, il-provvisti u s-servizzi, inkluż f'isem EULEX KOSOVO, ffinanzjati mill-baġit ta’ l-EUPT Kosovo.
    4.  
    L-EUPT Kosovo għandu jkun responsabbli għat-tfassil tal-Pjan Operattiv (OPLAN) u l-iżvilupp ta’ l-istrumenti tekniċi neċessarji sabiex jiġi esegwit il-mandat ta’ EULEX KOSOVO. L-OPLAN għandu jieħu kont ta’ l-istima komprensiva tar-riskju u għandu jinkludi pjan ta’ sigurtà. Il-Kunsill għandu japprova l-OPLAN.

    Artikolu 5

    Varar u perijodu ta’ transizzjoni

    1.  
    Id-deċiżjoni għall-varar ta' l-EULEX KOSOVO għandha tittieħed mill-Kunsill ma' l-approvazzjoni ta' l-OPLAN. Il-fażi operattiva tal-missjoni tal-PESD għandha tibda mat-trasferiment ta' l-awtorità mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo, UNMIK.
    2.  
    Matul il-perijodu transitorju, il-Kap tal-Missjoni jista' jistruwixxi lill-EUPT sabiex imexxi l-attivitajiet meħtieġa sabiex il-missjoni tal-PESD tkun operattiva bis-sħiħ dakinhar tat-trasferiment ta' l-awtorità.

    ▼M6

    Artikolu 6

    Struttura ta’ EULEX KOSOVO

    1.  
    Il-Missjoni EULEX KOSOVO għandha tkun missjoni ESDP unifikata fil-Kosovo kollu.
    2.  

    Il-Missjoni EULEX KOSOVO għandha tistabbilixxi:

    (a) 

    il-Kwartier Ġenerali prinċipali tagħha fi Pristina;

    (b) 

    uffiċċji fil-Kosovo kollu, kif meħtieġ;

    (c) 

    uffiċċji ta’ kollegament, kif meħtieġ; u

    (d) 

    element ta’ appoġġ fi Brussell.

    ▼B

    Artikolu 7

    Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili

    1.  
    Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta’ l-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għal EULEX KOSOVO.

    ▼M2

    2.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EULEX KOSOVO fil-livell strateġiku.

    ▼B

    3.  
    Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KPS, anke billi jagħti istruzzjonijiet, fil-livell strateġiku, kif meħtieġ, lill-Kap tal-Missjoni u billi jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.
    4.  
    Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat ikkonċernat li jissekonda jew ta’ l-istituzzjoni kkonċernata ta’ l-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, gruppi u unitajiet tagħhom lill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.
    5.  
    Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza ta’ l-UE jiġi attwat b'mod xieraq.
    6.  
    Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

    Artikolu 8

    Kap tal-Missjoni

    1.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll ta’ EULEX KOSOVO fuq il-post ta’ l-operazzjoni.

    ▼M8

    1a.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta' ġestjoni fi kwistjonijiet ta' persunal u kwistjonijiet finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.

    ▼B

    2.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ EULEX KOSOVO. L-eżerċizzju ta’ tali kmand u tali kontroll ser ikun mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ l-indipendenza tal-ġudikatura u l-awtonomija tal-prosekuzzjoni meta jitqies it-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji ta’ l-imħallfin u l-prosekuturi ta’ EULEX KOSOVO. ►M9  L-Imħallfin u l-Prosekuturi ta' EULEX KOSOVO għandu jkollhom l-ogħla kwalifika professjonali meħtieġa għal-livell jew il-kumplessità tal-materja mressqa quddiemhom u għandhom jinħatru wara proċess ta' għażla indipendenti. ◄
    3.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jagħti istruzzjonijiet lill-persunal kollu ta’ EULEX KOSOVO, inkluż f'dan il-każ l-element ta’ appoġġ fi Brussell, għat-tmexxija effikaċi ta’ EULEX KOSOVO fuq il-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, u billi jsegwi l-istruzzjonijiet tal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.
    4.  
    Sa l-iskadenza ta’ l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK, il-Kap tal-Missjoni għandu jkun appoġġat mill-EUPT Kosovo stabbilit permezz tagħha.

    ▼M8 —————

    ▼B

    6.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal issekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kkonċernata nazzjonali jew ta’ l-UE.
    7.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lil EULEX KOSOVO fil-qasam ta’ l-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata ta’ EULEX KOSOVO.
    8.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, skond il-każ, ma’ atturi oħrajn ta’ l-UE fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE, anke fir-rigward ta’ l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet eżekuttivi.

    ▼M8

    9.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura li l-EULEX KOSOVO taħdem mill-qrib u tikkoordina mal-awtoritajiet kompetenti tal-Kosovo u ma' atturi internazzjonali rilevanti, kif meħtieġ, inklużi n-NATO/KFOR, l-UNMIK, l-OSKE u Stati terzi involuti fl-istat tad-dritt fil-Kosovo.

    ▼B

    10.  
    Taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kap tal-Missjoni, għandha tiġi stabbilita unità interna ta’ kontroll legali u finanzjarju, indipendenti mill-persunal responabbli għall-amministrazzjoni ta’ EULEX KOSOVO.

    ▼M15

    11.  
    Għall-perijodu mill-15 ta’ Ġunju 2020 sal-14 ta’ Ġunju 2021, is-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK għandu jkun il-Kap tal-Missjoni.

    ▼B

    Artikolu 9

    Persunal

    1.  
    In-numri u l-kompetenzi tal-persunal ta’ l-EULEX KOSOVO għandhom ikunu konsistenti mal-Mandat tal-Missjoni stabbilit fl-Artikolu 2, il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-istruttura ta’ EULEX KOSOVO stabbilita fl-Artikolu 6.
    2.  
    EULEX KOSOVO għandha tikkonsisti primarjament minn persunal sekondat mill-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet ta’ l-UE. Kull Stat Membru jew istituzzjoni ta’ l-UE għandhom jassumu l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe membru tal-persunal sekondat minnhom, inklużi l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar lejn u mill-post ta’ skjerament, is-salarji, il-kopertura medika, u l-benefiċċji, barra l-benefiċċji ta’ kuljum, il-benefiċċji għar-riskji u għax-xogħol iebes.

    ▼M2

    3.  
    Persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali jista’ wkoll jiġi reklutat mill-EULEX KOSOVO, kif meħtieġ, fuq bażi kuntrattwali, jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux ipprovduti mill-persunal sekondat mill-Istati Membri. B’mod eċċezzjonali, f’każijiet debitament ġustifikati, meta ma jkunux disponibbli applikazzjonijiet kwalifikati mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif adatt.

    ▼M8

    4.  
    Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 14 ).

    ▼B

    Artikolu 10

    Status ta’ EULEX KOSOVO u tal-persunal tagħha

    1.  
    Fejn meħtieġ, l-istatus tal-persunal ta’ EULEX KOSOVO, inklużi, fejn ikun il-każ, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel ta’ EULEX KOSOVO għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim.
    2.  
    L-Istat Kontribwenti jew l-istituzzjoni ta’ l-UE li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli sabiex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta ma’ l-issekondar, minn jew rigward membru tal-persunal. L-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli mit-tressiq ta’ kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.

    ▼M8

    3.  
    Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn il-EULEX KOSOVO u l-membri tal-persunal ikkonċernati.

    ▼B

    Artikolu 11

    Linja ta’ kmand

    1.  
    EULEX KOSOVO għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata, bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi.

    ▼M2

    2.  
    Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u r-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EULEX KOSOVO.
    3.  
    Kif stabbilit ukoll fl-Artikolu 7, il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EULEX KOSOVO fil-livell strateġiku u, għaldaqstant, għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni b’istruzzjonijiet u b’konsulenza u appoġġ tekniku.
    4.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

    ▼B

    5.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll ta’ EULEX KOSOVO fuq il-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.

    Artikolu 12

    Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

    ▼M2

    1.  
    Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u r-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EULEX KOSOVO.
    2.  
    Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-fini, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat ta’ emenda tal-OPLAN u l-linja ta’ kmand. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Il-Kunsill, fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ, għandu jiddeċiedi dwar l-objettivi u t-terminazzjoni tal-EULEX KOSOVO.

    ▼B

    3.  
    Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
    4.  
    Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom. L-ippjanar fir-rigward ta’ oqsma speċifiċi jista’ jiġi rivedut mill-KPS fuq bażi regolari.

    Artikolu 13

    Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-tfassil ta’ deċiżjonijiet ta’ l-UE u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, l-Istati terzi jistgħu jkunu mistiedna sabiex jikkontribwixxu għal EULEX KOSOVO, dment li jħallsu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni għar-Riskju Għoli, il-benefiċċji u l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn u miż-żona tal-missjoni, u sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ kuljum ta’ EULEX KOSOVO, kif meħtieġ.
    2.  
    Stati terzi li jagħmlu kontributi lil EULEX KOSOVO għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f'termini tal-ġestjoni ta’ kuljum ta’ EULEX KOSOVO bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fiha.
    3.  
    Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti dwar l-aċċettazzjoni jew le tal-kontributi proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.

    ▼M2

    4.  
    Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi fi ftehim li għandu jiġi konkluż f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat u l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn l-UE u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ tali Stat terz fl-operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EULEX KOSOVO.

    ▼B

    Artikolu 14

    Sigurtà

    ▼M6

    1.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tagħhom għal EULEX KOSOVO f’konformità mal-Artikoli 7 u 11 u f'koordinazzjoni mas-SEAE.

    ▼B

    2.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà ta’ l-operazzjoni u sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skond il-politika ta’ l-UE dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva skond it-Titolu V tat-Trattat u l-istrumenti li jappoġġawh.
    3.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Superjuri għas-Sigurtà tal-Missjoni (USSM), li jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib ma’ l-Uffiċċju tas-Sigurtà msemmi fil-paragrafu 1.
    4.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà Distrettwali fil-postijiet provinċjali u reġjonali ta’ EULEX KOSOVO, li, taħt l-awtorità ta’ l-USSM, ikunu responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-aspetti kollha ta’ sigurtà ta’ l-elementi rispettivi ta’ EULEX KOSOVO.
    5.  
    Il-persunal ta’ EULEX KOSOVO għandu jieħu taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, konformement ma’ l-OPLAN. Għandu jingħatalu ukoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post, organizzat mill-USSM u mill-Uffiċjali tas-Sigurtà Distrettwali.
    6.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura li n-numri tal-persunal preżenti ta’ EULEX KOSOVO u tal-viżitaturi awtorizzati qatt ma jeċċedu l-kapaċitajiet ta’ EULEX KOSOVO li tiżgura s-sigurtà u s-sikurezza tagħhom jew li tmexxi l-evakwazzjoni tagħhom f'sitwazzjoni ta’ emerġenza.

    ▼M8

    7.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

    ▼B

    Artikolu 15

    Għassa

    Il-kapaċità ta’ l-għassa għandha tiġi attivata għal EULEX KOSOVO.

    ▼M8

    Artikolu 15a.

    Arranġamenti legali

    Il-EULEX KOSOVO għandha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din l-Azzjoni Konġunta.

    ▼B

    Artikolu 16

    Arranġamenti finanzjarji

    ▼M12

    1.  
    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ottubru 2010 għandu jkun ta' EUR 265 000 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ottubru 2010 sal-14 ta' Diċembru 2011 għandu jkun ta' EUR 165 000 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Diċembru 2011 sal-14 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 72 800 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2012 sal-14 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 111 000 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2013 sal-14 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 110 000 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2014 sal-14 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 34 000 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ottubru 2014 sal-14 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 55 820 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2015 sal-14 ta' Ġunju 2016 għandu jkun ta' EUR 77 000 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017 għandu jkun ta' EUR 86 850 000 .

    Mill-ammont imsemmi fid-disa' subparagrafu, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta' EUR 34 500 000 mill-15 ta' Ġunju sal-14 ta' Diċembru 2016 u ta' EUR 23 250 000 mill-15 ta' Diċembru 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017; EUR 29 100 000 għandhom ikopru l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru mill-15 ta' Ġunju 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017 u għandhom ukoll retroattivament ikopru n-nefqa li tirriżulta mill-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati mill-1 ta' April 2016. Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta' għotja ma' reġistratur li jaġixxi f'isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għal dak l-ammont. Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) għandhom japplikaw għal dan il-ftehim ta' għotja.

    ▼M13

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2017 sal-14 ta' Ġunju 2018 għandu jkun ta' EUR 90 914 000 .

    Mill-ammont imsemmi fil-ħdax-il subparagrafu, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta' EUR 49 600 000  u l-ammont maħsub biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi ħdan Stat Membru għandu jkun ta' EUR 41 314 000 .

    Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta' għotja ma' reġistratur li jaġixxi f'isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għal l-ammont ta' EUR 41 314 000 . Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) għandhom japplikaw għal dan il-ftehim ta' għotja.

    ▼M14

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2018 sal-14 ta' Ġunju 2020 għandu jkun ta' EUR 169 805 000 .

    Mill-ammont imsemmi fl-erbatax-il subparagrafu, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta' EUR 83 555 000  u l-ammont maħsub biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru għandu jkun ta' EUR 86 250 000 .

    Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta' għotja ma' reġistratur li jaġixxi f'isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għall-ammont ta' EUR 86 250 000 . Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) għandhom japplikaw għal dan il-ftehim ta' għotja.

    ▼M15

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2020 sal-14 ta’ Ġunju 2021 għandu jkun ta’ EUR 83 745 000 .

    Mill-ammont imsemmi fis-sbatax-il subparagrafu, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta’ EUR 38 700 000  u l-ammont maħsub biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru għandu jkun ta’ EUR 45 045 000 .

    Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta’ għotja ma’ reġistratur li jaġixxi f’isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għall-ammont ta’ EUR 45 045 000 . Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) għandhom japplikaw għal dan il-ftehim ta’ għotja.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għal EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

    ▼M16

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ġunju 2021 sal-14 ta’ Ġunju 2023 għandu jkun ta’ EUR 173 693 683 . Minn dak l-ammont, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta’ EUR 57 900 000 u l-ammont maħsub biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru għandu jkun ta’ EUR 115 793 683 .

    Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta’ għotja ma’ reġistratur li jaġixxi f’isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għall-ammont ta’ EUR 115 793 683 . Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) għandhom japplikaw għall-ftehim ta’ għotja.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għal EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

    ▼M12

    2.  
    In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist iffinanzjati mill-baġit tal-Missjoni għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandha tapplika l-ebda regola tal-oriġini għall-merkanzija mixtrija minn EULEX KOSOVO.
    3.  
    Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista' jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri tal-UE, ma' Stati terzi parteċipanti u ma' atturi internazzjonali oħrajn skjerati fil-Kosovo fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lil EULEX KOSOVO. Il-pożizzjoni ta' detentur tal-kuntratt ta' kuntratti jew taħt arranġamenti konklużi mill-EUPT Kosovo għal EULEX KOSOVO matul il-fażi ta' ppjanar u tħejjija għandha tiġi trasferita lil EULEX KOSOVO, kif xieraq. Assi ta' proprjetà tal-EUPT Kosovo għandhom jiġu trasferiti lil EULEX KOSOVO.

    ▼M16

    4.  
    Għajr l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 relatati mal-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru, EULEX KOSOVO għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni finanzjarja tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, EULEX KOSOVO għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.

    ▼M8

    5.  
    Il-EULEX KOSOVO għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-15 ta' Ġunju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' kondotta serjament skorretta mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha l-Kap tal-Missjoni għandu jerfa' r-responsabbiltà.
    6.  
    L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 7, 8 u 11 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-missjoni EULEX KOSOVO, inkluż il-kompatibilità tat-tagħmir u l-interoperabilità tat-timijiet tagħha.
    7.  
    In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.

    ▼M8

    Artikolu 16a.

    Ċellula ta' proġetti

    1.  
    L-EULEX KOSOVO għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-EULEX KOSOVO għandha, skont kif ikun meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita, u tipprovdi parir dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma marbutin mal-EULEX KOSOVO u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.
    2.  

    L-EULEX KOSOVO hija awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jew ta' Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EULEX KOSOVO, jekk il-proġett ikun:

    (a) 

    previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din l-Azzjoni Konġunta; jew

    (b) 

    integrat matul il-mandat permezz ta' emenda għad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni. L-EULEX KOSOVO għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EULEX KOSOVO fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli ta' atti jew ommissjonijiet mill-EULEX KOSOVO fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

    3.  
    Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta' proġetti.

    ▼M2 —————

    ▼M6

    Artikolu 18

    Rilaxx ta’ informazzjoni u dokumenti

    ▼M12

    1.  
    Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO/KFOR, lill-partijiet terzi assoċjati ma' din l-Azzjoni Konġunta u lill-Frontex informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti ġġenerati għall-finijiet ta' EULEX KOSOVO sal-livell tal-klassifikazzjoni rilevanti rispettivament għal kull wieħed minnhom, skont id-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom isiru arranġamenti tekniċi lokali sabiex dan jiġi ffaċilitat.

    ▼M8

    2.  
    Fil-każ ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa awtorizzat ukoll li jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali kompetenti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/ EU RESTRICTED” iġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali kompetenti f'konformità mal-proċeduri adatti għal-livell ta' kooperazzjoni ta' dawk l-awtoritajiet mal-UE.

    ▼M6

    3.  
    Huwa b’dan awtorizzat ir-rilaxx mir-RGħ lin-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO/KFOR, lil partijiet terzi oħrajn, assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta u lill-awtoritajiet lokali rilevanti, dokumenti tal-UE mhux klassifikati relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-EULEX KOSOVO koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ( 20 ).
    4.  
    Jistgħu jiġu ddelegati mir-RGħ dawn l-awtorizzazzjonijiet, kif ukoll il-kapaċità ta’ konklużjoni tal-arranġamenti msemmija hawn fuq, lil persuni mqiegħda taħt l-awtorità tiegħu jew tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

    ▼M9

    5.  
    L-awtorizzazzjoni mogħtija lir-Rappreżentant Għoli biex jirrilaxxa lil partijiet terzi u lill-awtoritajiet lokali kompetenti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet ta' EULEX KOSOVO skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex testendi għal informazzjoni miġbura jew dokumenti ġġenerati għall-fini tal-proċedimenti ġudizzjarji li jsiru fil-qafas tal-mandat ta' EULEX KOSOVO. Dan ma jżommx milli tiġi rilaxxata informazzjoni mhux sensittiva marbuta mal-organizzazzjoni amministrattiva jew l-effiċjenza tal-proċedimenti.

    ▼M2

    Artikolu 19

    Rieżami

    Il-Kunsill għandu jevalwa, mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-iskadenza ta’ din l-Azzjoni Konġunta jekk il-EULEX KOSOVO għandhiex tiġi estiża.

    ▼M1

    Artikolu 20

    Dħul fis-seħħ u perijodu ta’ validità

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    ▼M11

    ►M16  Għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2023. ◄ Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, u filwaqt li jqis sorsi ta' finanzjament komplementari kif ukoll kontribuzzjonijiet minn sħab oħra, għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-mandat ta' EULEX KOSOVO b'appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati msemmijin fl-Artikolu 3a u l-mezzi finanzjarji meħtieġa relatati jibqa' fis-seħħ sakemm ikunu ġew konklużi dawn il-proċedimenti ġudizzjarji.

    ▼B

    Artikolu 21

    Pubblikazzjoni

    1.  
    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
    2.  
    Id-deċiżjonijiet tal-KPS skond l-Artikolu 12(1) fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.



    ( 1 ) Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

    ( 2 ) Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    ( 3 ) Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    ( 4 ) Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999)

    ( 5 ) Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

    ( 6 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar status, u huwa konformi mar-RKSNU 1244/99 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza mill-Kosovo.

    ( 7 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar status, u huwa konformi mar-RKSNU 1244/99 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza mill-Kosovo.

    ( 8 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

    ( 9 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

    ( 10 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( *1 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( *2 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( *3 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( *4 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( 11 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( 12 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( 13 ) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    ( 14 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

    ( 15 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    ( 16 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    ( 17 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    ( 18 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    ( 19 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    ( 20 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

    Top