This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008D0855-20111215
Commission Decision of 3 November 2008 concerning animal health control measures relating to classical swine fever in certain Member States (notified under document number C(2008) 6349) (Text with EEA relevance) (2008/855/EC)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/855/KE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/855/KE)
2008D0855 — MT — 15.12.2011 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 302, 13.11.2008, p.19) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 75 |
22 |
21.3.2009 |
||
L 138 |
5 |
4.6.2009 |
||
L 328 |
76 |
15.12.2009 |
||
L 89 |
25 |
9.4.2010 |
||
L 160 |
28 |
26.6.2010 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-20 ta’ Ġunju 2011 |
L 162 |
15 |
22.6.2011 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-14 ta’ Novembru 2011 |
L 297 |
69 |
16.11.2011 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Diċembru 2011 |
L 332 |
13 |
15.12.2011 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Novembru 2008
dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/855/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li tikkonċerna l-kontrolli veterinarji fil-kummerċ fi ħdan il-Komunità bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 2 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer ( 3 ), tintroduċi kontrolli minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ dik il-marda. Tistipula l-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Dawn il-miżuri jinkludu pjanijiet mill-Istati Membri għall-qrid tad-deni klassiku fil-ħnieżer minn popolazzjoni ta’ ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi f’ċerti kundizzjonijiet. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri ( 4 ) ġiet adottata b’reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dawn l-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’żoni ta’ dawk l-Istati Membri fejn din il-marda hija preżenti fil-ħnieżer selvaġġi sabiex il-marda ma tinxteredx lejn żoni oħra tal-Komunità. |
(3) |
Dawn l-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu t-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Għalhekk, bagħtu lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ qrid u pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra din il-marda li jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tinqered il-marda fiż-żoni li fil-pjanijiet tagħhom ġew iddefiniti bħala infettati u li jistipulaw il-miżuri meħtieġa li jridu jiġu applikati fuq l-istabbilimenti tal-ħnieżer f’dawk iż-żoni. |
(4) |
Fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer hemm qagħdiet epidemjoloġiċi differenti rreġistrati fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, jixraq għalhekk li jkun hemm tliet listi distinti ta’ żoni, skont il-qagħda epidemjoloġika ta’ kull waħda minnhom. |
(5) |
B’regola ġenerali, billi ċ-ċaqliq ta’ ħnieżer ħajjin minn żoni infettati għandu riskji ogħla miċ-ċaqliq tal-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam, iċ-ċaqliq ta’ ħnieżer ħajjin mill-Istati Membri kkonċernati għandu jiġi pprojbit. |
(6) |
Is-semen, l-ova u l-embrijuni li joriġinaw minn annimali infettati jistgħu jikkontribwixxu għat-tifrix tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Sabiex id-deni klassiku tal-ħnieżer ma jinfirixx lejn żoni oħra tal-Komunità, jixraq li l-bgħit tas-semen, l-ova u l-embrijuni minn żoni fil-lista tal-anness ta’ din id-deċiżjoni, jiġi pprojbit. |
(7) |
Jixraq li lista waħda tistipula l-Istati Membri u ż-żoni fejn il-qagħda epidemjoloġika tad-deni klassiku tal-ħnieżer hija l-aħjar u, għalhekk, b’deroga mill-projbizzjoni ġenerali, il-ħnieżer ħajjin ikunu jistgħu jintbagħtu lejn żoni ristretti oħra, soġġetti għal ċerti miżuri ta’ salvagwardja. Barra minn hekk, il-laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu f’dawn iż-żoni u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jkunu jikkonsistu minn, jew ikun fihom, laħam ta’ dawk il-ħnieżer, jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra. |
(8) |
Ċerti żoni milquta mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi, jinqasmu skont il-fruntieri nazzjonali u huma magħmula minn territorji ġirien ta’ żewġ Stati Membri. Il-miżuri ta’ kontroll tal-marda li jikkonċernaw restrizzjonijiet fuq il-bgħit ta’ ħnieżer ħajjin f’żoni ġirien milquta li jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, għandhom jiġu stipulati wkoll. |
(9) |
Meta wieħed iqis il-qagħda epidemjoloġika f’ċerti żoni tal-Ungerija u s-Slovakkja, jixraq li jiġu inklużi f’dik l-ewwel lista taż-żoni. |
(10) |
It-tieni lista għandha tistipula ż-żoni fejn il-qagħda epidemjoloġika fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi jew fl-stabbilimenti tal-ħnieżer tkun inqas favorevoli minħabba tifqigħat sporadiċi. Minn dawn iż-żoni, laħam tal-majjal frisk minn stabbilimenti li mhux meqjusa ta’ periklu, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom, laħam ta’ dawn il-ħnieżer, iżda mhux il-ħnieżer ħajjin, jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra soġġetti għal ċerti miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
(11) |
It-tielet lista għandha tinkludi ż-żoni li minnhom la ħnieżer ħajjin u lanqas laħam tal-majjal frisk u prodotti tal-laħam ma jistgħu, ġeneralment, jintbagħtu lejn Stati Membri oħra. Madankollu, jixraq li l-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal, jew li fihom dan il-laħam, jistgħu jintbagħtu lejn Stati Membri oħra jekk jiġu pproċessati b’tali mod li kull vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer jinqered. |
(12) |
Barra minn hekk, sabiex jieqaf it-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer lejn żoni oħra fil-Komunità, jixraq li jsiru dispożizzjonijiet biex il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, minn Stati Membri b’żoni inklużi fit-tielet lista, ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, dan il-laħam tal-majjal, u prodotti u preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, għandhom ikollhom marki speċjali biex ma jitħalltux mal-marki tas-saħħa għal-laħam tal-majjal tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 5 ) u l-marka ta’ identifikazzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 6 ). |
(13) |
Biex ma jkunx hemm tifrix tad-deni klassiku tal-ħnieżer lejn żoni oħra tal-Komunità, fejn Stat Membru jkun is-suġġett ta’ projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fiħom dan il-laħam, minn ċerti partijiet tat-territorju tiegħu, għandhom ikunu stabbiliti ċerti rekwiżiti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikazzjoni, għall-bgħit ta’ dan il-laħam, dawn il-preparazzjonijiet u dawn il-prodotti minn żoni oħra tat-territorju ta’ dan l-Istat Membru li mhux suġġetti għal din il-projbizzjoni. |
(14) |
Id-Deċiżjoni 2006/805/KE ġiet emendata bosta drabi. Għaldaqstant, jixraq li din id-Deċiżjoni tiġi revokata u sostitwita mid-Deċiżjoni preżenti. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom kif stipulati fl-Anness (“l-Istati Membri kkonċernati”).
Id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra dik il-marda, approvati mill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness lil Stati Membri oħra
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ebda ħnieżer ħajjin ma jintbagħtu mit-territorji tagħhom lejn Stati Membri oħra sakemm il-ħnieżer ma jkunux ġejjin minn:
(a) żoni barra dawk elenkati fl-Anness; kif ukoll
(b) stabbiliment fejn ma ddaħħlux ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit.
Artikolu 3
Derogi li jikkonċernaw il-bgħit tal-ħnieżer ħajjin minn Stat Membru għall-ieħor minn żoni elenkati fil-Parti 1 tal-Anness
1. B’deroga mill-Artikolu 2, il-bgħit ta’ ħnieżer minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness lejn stabbilimenti jew biċċeriji li jinsabu f’żoni oħra elenkati f’dik il-Parti tal-Anness u li jkunu ta’ Stat Membru ieħor, jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru tal-bgħit, sakemm dawn il-ħnieżer ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn:
(a) ma ddaħħlu ebda ħnieżer ħajjin matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit;
(b) twettaq eżami kliniku għad-deni klassiku tal-ħnieżer minn uffiċjal veterinarju skont il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fil-Parti A u fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE EC ( 7 ); u
(c) saru testijiet tar-reazzjoni katina tal-polimerażi għad-deni klassiku tal-ħnieżer skont il-Parti C tal-Kapitolu VI tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE li taw riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura mill-kunsinja ta’ ħnieżer li jkunu se jintbagħtu, matul il-perjodu ta’ sebat ijiem eżatt qabel id-data tal-bgħit; in-numru minimu ta’ ħnieżer li minnhom jittieħed il-kampjun għandu jkun biżżejjed biex jippermetti li tinstab prevalenza ta’ 5 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 % fil-kunsinja ta’ ħnieżer li tkun se tintbagħat.
Madankollu, il-punt (c) m’għandux japplika:
(i) għal ħnieżer li jintbagħtu direttament lejn il-biċċeriji biex jinqatlu minnufih,
(ii) għal ħnieżer li jintbagħtu lejn żona fil-viċinat ta’ Stat Membru elenkat fil-Parti I tal-Anness,
(iii) meta l-Istat Membru destinatarju jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel.
2. Fil-mument tal-bgħit tal-ħnieżer imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-sanità msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9 jinkludi tagħrif addizzjonali dwar id-dati tal-eżami kliniku, u, jekk ikun il-każ, in-numru ta’ annimali fil-kampjun u r-riżultati tat-test tar-reazzjoni katina tal-polimerażi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Ċaqliq u tranżitu ta’ ħnieżer ħajjin fl-Istati Membri kkonċernati
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħtux ħnieżer ħajjin minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-Istat Membru, ħlief:
(a) ħnieżer li jintbagħtu direttament lejn il-biċċeriji biex jinqatlu minnufih;
(b) minn stabbilimenti fejn:
(i) saru eżami kliniku u testijiet tar-reazzjoni katina tal-polimerażi għad-deni klassiku tal-ħnieżer b’riżultati negattivi, skont l-Artikolu 3(1)(b) u (c); jew
(ii) sar eżami kliniku b’riżultati negattivi u bil-kundizzjoni li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha bil-quddiem.
2. L-Istati Membri kkonċernati mill-bgħit tal-ħnieżer minn żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness lil żoni oħra elenkati f’dik il-Parti tal-Anness għandhom jiżguraw li t-trasport tal-ħnieżer iseħħ biss permezz ta’ toroq ewlenin jew bil-ferrovijia, mingħajr waqfien tal-vettura li tkun qed iġġorr il-ħnieżer, u bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 ( 8 ).
Artikolu 5
Projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ kunsinji ta’ semen tal-ħnieżer u ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni elenkati fl-Anness
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li ebda kunsinja ta’ dawn li ġejjin ma tintbagħat mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri oħra:
(a) is-semen tal-porċini, sakemm is-semen ma jkunx joriġina minn ħnieżer tar-refgħa miżmuma f’ċentru tal-ġbir approvat kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE ( 9 ) u li jkun jinsab barra ż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;
(b) l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma jkunux joriġinaw minn ħnieżer miżmuma fi stabbilimenti li jkunu jinsabu barra ż-żoni elenkati fl-Anness.
Artikolu 6
Il-bgħit tal-laħam tal-majjal frisk u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness
1. L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness għandhom jiżguraw li l-kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu f’dawk iż-żoni, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam ta’ dawn il-ħnieżer jew li fihom dan il-laħam, jintbagħtu lejn l-Istati Membri l-oħra biss jekk:
(a) ma jkunx hemm evidenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-tnax-il xahar ta’ qabel fl-istabbiliment ikkonċernat u l-istabbiliment ikun jinsab barra minn żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza;
(b) il-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 90 jum fl-istabbiliment u ebda ħanżir ħaj ma ddaħħal fl-istabbiliment matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit lejn il-biċċerija;
(c) l-istabbiliment ġie soġġett għallinqas darbtejn fis-sena għal spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti, li għandha:
(i) issegwi l-linji ta’ gwida stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE,
(ii) tinkludi l-eżami kliniku skont il-proċeduri ta’ kontroll u teħid kampjuni stipulati fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE,
(iii) tiċċekkja li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni u mir-raba’ sas-seba’ inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati effettivament;
(d) qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għall-bgħit tal-ħnieżer lejn biċċerija, għandu jsir eżami kliniku għad-deni klassiku tal-ħnieżer minn uffiċjal veterinarju skont il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE.
2. Madankollu, fil-każ li stabbiliment ikun jikkonsisti minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati fejn l-istruttura, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-attivitajiet imwettqa jkunu tali li l-unitajiet tal-produzzjoni jipprovdu faċilatijiet kompletament separati għaż-żamma u t-tmigħ, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tiddeċiedi li tawtorizza biss il-bgħit tal-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam, minn ċerti unitajiet tal-produzzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(1).
Artikolu 7
Projbizzjoni tal-bgħit tal-laħam tal-majjal frisk u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness
1. L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness għandhom jiżguraw l-kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dawn il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jintbagħtu biss lejn l-Istati Membri l-oħra jekk:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1, u prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam, lejn l-Istati Membri oħra jekk il-prodotti:
(a) ikunu saru u ġew ipproċessati b’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE ( 10 );
(b) ikollhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE; u
(c) ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-sanità għall-kummerċ intra-Komunitarju kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 ( 11 ) li l-Parti II tiegħu għandha tkun kompluta b’dan li ġej:
“Prodott f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri ( 12 ).
Artikolu 8
Marki sanitarji speċjali u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għal laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)
L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness għandhom jiżguraw li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ikunu mmarkati b’marka sanitarja speċjali li ma tistax tkun ovali u ma tistax tkun tixbaħ:
— lill-marka ta’ identifikazzjoni għal preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, stipulata fit-Taqsima I tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u
— lill-marka sanitarja għal-laħam frisk tal-majjal imsemmija fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004;
Artikolu 8a
Id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam li ġejjin minn żoni barra ż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lil Stati Membri oħrajn
1. L-Istati Membri kkonċernati minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ għal Stati Membri oħrajn tal-laħam frisk tal-majjal li ġej minn ħnieżer ta’ stabbilimenti li jinsabu barra miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jekk il-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam huma prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti:
(a) li huma approvati għal dak l-iskop minn awtorità kompetenti u nnotifikati lill-Kummissjoni;
(b) fejn il-produzzjoni, ħażna u l-ipproċessar isiru b’mod separat minn prodotti oħrajn li jikkonsistu f’laħam jew li fihom laħam, li ġej minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness.
2. Il-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun immarkat kif stipulat fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mmarkati kif stipulat fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
L-Artikolu 8b
Miżuri marbuta ma' ħnieżer selvaġġi ħajjin, laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam li ġej mill-ħnieżer selvaġġi
1. L-Istati Membri kkonċernati biż-żoni elenkati fl-Anness għandhom jiżguraw li:
(a) l-ebda ħnieżer selvaġġi ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness ma jintbagħtu fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru;
(b) ma jintbagħtu l-ebda kunsinni ta' laħam frisk tal-ħnieżer selvaġġi, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam bħal dan miż-żoni elenkati fl-Anness lil Stati Membri oħra jew lil żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru.
2. B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri kkonċernati biż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness jistgħu jawtorizzaw il-bgħit ta' kunsinni tal-laħam frisk tal-ħnieżer selvaġġi, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom jew jikkonsistu f'laħam bħal dan minn dawk iż-żoni għal żoni oħra li mhumiex elenkati fl-Anness, kemm-il darba:
(a) il-ħnieżer ikunu ġew ittestjati u jirriżulta li ma għandhomx deni klassiku tal-ħnieżer skont kull proċedura ta' dijanjożi deskritta fil-Parti A(1), Parti B jew Parti C tal-Kapitolu VI tal-Anness mad-Deċiżjoni 2002/106/KE;
(b) l-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel.
Artikolu 9
Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-sanità għall-Istati Membri kkonċernati
L-Istat Membru għandu jiżgura li ċ-ċertifikat tas-sanità stipulat:
(a) fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE ( 13 ) li jintbagħat flimkien mal-ħnieżer mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej:
“Annimali f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri ( 14 ).
(b) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li jintbagħat flimkien mas-semen tal-ħnieżer tar-refgħa mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej:
“Semen f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri ( 15 ).
(c) L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE ( 16 ) li jintbagħat flimkien mal-embrijuni u l-ova tal-ħnieżer mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej:
“Embrijuni/ov ( 17 ) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri ( 18 ).
Artikolu 10
Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni li jikkonċernaw Stati Membri li għandhom żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness
L-Istati Membri kkonċernati minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, minn stabbilimenti li jinsabu barra miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, li għalihom ma tapplikax il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) u li jintbagħtu lejn Stati Membri oħra:
(a) ikollhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/99/KE; u
(b) jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-sanità għall-kummerċ intra-Komunitarju stipulat mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 599/2004 li l-Parti II tiegħu għandha tkun kompluta b’dan li ġej:
“Laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri ( 19 ).
Artikolu 11
Rekwiżiti li jikkonċernaw stabbilimenti u vetturi tat-trasport fiż-żoni elenkati fl-Anness
L-Istati Membru kkonċernati għandhom jiżguraw:
(a) li d-dispożizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż u mir-raba’ sas-seba’ inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati fl-istabbilimenti tal-ħnieżer li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;
(b) li l-vetturi li ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi prova ta’ din id-diżinfezzjoni.
Artikolu 12
Rekwiżiti ta’ tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, dwar ir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer imwettqa fiż-żoni elenkati fl-Anness, kif stipulat fil-pjanijiet għall-qrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer jew fil-pjanijiet tat-tilqim ta’ emerġenza kontra din il-marda approvati mill-Kummissjoni u msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1.
Artikolu 13
Konformità
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jagħmlu reklamar xieraq immedjat dwar il-miżuri adottati. Dawn għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 14
Revoka
Id-Deċiżjoni 2006/805/KE hija revokata.
Artikolu 15
Applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- ►M8 31 ta’ Diċembru 2013 ◄ .
Artikolu 16
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
PARTI I
1. Il-Ġermanja
A. Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate:
(a) Il-Kreise Altenkirchen u Neuwied.
(b) Fil-Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3.
(ċ) Fil-Landkreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet ta’ Thaleischweiler-Fröschen, Waldfischbach-Burgalben, Rodalben u Wallhalben. Fil-Kreis Kaiserslautern: il-muniċipalitajiet Bruchmühlbach-Miesau fin-nofsinhar tal-awtostrada A6, Kaiserslautern-Süd u Landstuhl.
(d) Il-belt ta’ Kaiserslautern fin-nofsinhar tal-awtostrada A6.
B. Fl-istat federali tat-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia
(a) Fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-bliet ta’ Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much.
(b) Fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt ta’ Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen u Burbach, fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden.
(ċ) Fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe l-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden.
(d) Fil-Märkische Kreis l-bliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen.
(e) Fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet ta’ Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born.
(f) Fil-bliet ta’ Köln u Bonn il-muniċipalitajiet fuq il-lemin tax-xmara Rhine.
(g) Il-belt ta’ Leverkusen
(h) Ir-Rheinisch-Bergische Kreis.
(i) L-Oberbergische Kreis.
▼M7 —————
3. L-Ungerija
It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsabu fit-Tramuntana u fil-Lvant tad-Danubju, fin-Nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-Punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-Tramuntana tal-awtostrada E 71.
▼M6 —————
PARTI II
Il-Bulgarija
It-territorju kollu tal-Bulgarija.
PARTI III
Ir-Rumanija
It-territorju kollu tar-Rumanija.
( 1 ) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
( 2 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
( 3 ) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.
( 4 ) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 67.
( 5 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
( 7 ) ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71
( 8 ) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1
( 9 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.
( 10 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p.11.
( 11 ) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.
( 12 ) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”
( 13 ) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
( 14 ) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”
( 15 ) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”
( 16 ) ĠU L 275, 18.11.1995, p. 30.
( 17 ) Ħassar skont il-każ.
( 18 ) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”
( 19 ) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”