Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0730-20190712

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja modifikata ġenetikament A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4735) (It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/730/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/730/2019-07-12

    02008D0730 — MT — 12.07.2019 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Settembru 2008

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja modifikata ġenetikament A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4735)

    (It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/730/KE)

    (ĠU L 247 16.9.2008, p. 50)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1195 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Lulju 2019

      L 187

    43

    12.7.2019




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Settembru 2008

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja modifikata ġenetikament A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4735)

    (It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/730/KE)



    Artikolu 1

    Organiżmu modifikat ġenetikament u identifikatur uniku

    Is-Sojja modifikata ġenetikament (Glycine max) A2704-12, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, hi assenjata l-identifikatur uniku ACS-GHØØ5-3, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

    Artikolu 2

    Awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni:

    (a) ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja ACS-GHØØ5-3;

    (b) ikel li fih, li hu magħmul, jew li ġej mis-sojja ACS-GHØØ5-3;

    (c) prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li huma magħmulin mis-sojja ACS-GHØØ5-3 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    It-tikkettjar

    1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “sojja”.

    2.  Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw, il-prodotti li fihom jew li huma magħmula mis-sojja ACS-GHØØ5-3 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c).

    Artikolu 4

    Il-Monitoraġġ għal effetti ambjentali

    1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ sorveljanza għal effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ.

    Artikolu 5

    Reġistru Komunitarju

    It-tagħrif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 6

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun ►M1  BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja ◄ .

    Artikolu 7

    Validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 8

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil ►M1  BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen ◄ - il-Ġermanja,




    ANNESS

    ▼M1

    (a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

    Indirizz

    :

    100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932 — l-Istati Uniti tal-Amerka

    Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.

    ▼B

    (b)   Isem u speċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1)

    Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li huma magħmula, jew li ġejjin mis-sojja ACS-GHØØ5-3;

    (2)

    Għalf li fih, li hu magħmul, jew li ġej mis-sojja ACS-GHØØ5-3;

    (3)

    Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li huma magħmula mis-sojja ACS-GHØØ5-3 għall-istess użi bħal kwalunkwe sojja oħra ħlief għall-kultivazzjoni.

    Is-sojja ACS-GHØØ5-3 modifikata ġenetikament, kif deskritt fl-applikazzjoni, tesprimi l-proteina PAT li tagħti t-tolleranza lill-erbiċida glufosinat-ammonju.

    (c)   L-ittikkettjar:

    (1)

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “sojja”.

    (2)

    Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’, u fid-dokumenti li jakkumpanjaw, il-prodotti li fihom jew li huma magħmula mis-sojja ACS-GHØØ5-3 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni.

    (d)   Metodu ta’ investigazzjoni:

     Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tas-sojja ACS-GHØØ5-3

     Ivvalidat fuq iż-żrieragħ mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.it/statusofdoss.htm

    ▼M1

     Materjal ta' referenza: AOCS 0707-A u AOCS 0707-B aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/tech/crm

    ▼B

    (e)   Identifikatur uniku:

    ACS-GMØØ5-3

    (f)   Tagħrif mitlub skond l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    Clearing House tal-Bijosikurezza, Rekord ID: ara [għandu jitlesta meta notifikat]

    (g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

    Mhux meħtieġa.

    (h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

    Il-pjan ta’ monitoraġġ għal effetti ambjentali li jikkonforma ma’ l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE

    [Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

    (i)   Rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għal konsum mill-bniedem

    Mhux meħtieġa.

    Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.

    Top