This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008D0590-20130701
Commission Decision of 16 June 2008 relating to the setting up of an Advisory Committee on Equal Opportunities for Women and Men (Codified version) (2008/590/EC)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Ġunju 2008 rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel (Verżjoni kodifikata) (2008/590/KE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Ġunju 2008 rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel (Verżjoni kodifikata) (2008/590/KE)
2008D0590 — MT — 01.07.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Ġunju 2008 rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 190, 18.7.2008, p.17) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Ġunju 2008
rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel
(Verżjoni kodifikata)
(2008/590/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/43/KEE tad-9 ta’ Diċembru 1981 rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u l-Irġiel ( 1 ) ġiet emendata kemm-il darba ( 2 ) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija essenzjali għad-dinjità umana u d-demokrazija, u tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja, tal-kostituzzjonijiet u tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, u tal-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej. |
(3) |
Fil-prattika l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għan-nisa u għall-irġiel għandu jitħeġġeġ permezz ta’ kooperazzjoni mtejba u skambju ta’ opinjonijiet u esperjenzi bejn dawk il-korpi fl-Istati Membri li għandhom responsabbiltà speċjali biex iġibu ‘l quddiem l-ugwaljanza ta’ l-opportunitajiet, u l-Kummissjoni. |
(4) |
L-implimentazzjoni sħiħa fil-prattika tad-direttivi, tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Kunsill fil-qasam ta’ l-opportunitajiet ugwali tista’ titħaffef sew bl-għajnuna ta’ korpi nazzjonali li għandhom network ta’ informazzjoni speċjalizzata għad-dispozizzjoni tagħhom. |
(5) |
It-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Komunità dwar l-impjegar tan-nisa, it-titjib tal-qagħda tan-nisa li jaħdmu għal rashom u dawk imqabbda biex jaħdmu fl-agrikoltura, u t-tmexxija ‘l quddiem ta’ l-opportunitajiet ugwali jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi speċjalizzati fl-Istati Membri. |
(6) |
Għalhekk, huwa meħtieġ qafas istituzzjonali għall-iskop ta’ konsultazzjonijiet regolari ma’ dawk il-korpi, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni b’dan qiegħda tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.
Artikolu 2
1. Il-Kumitat għandu jassisti lill-Kummissjoni biex tifformula u timplimenta l-attivitajiet Komunitarji li għandhom l-iskop li jġibu ‘l quddiem l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel u għandu jinkoraġġixxi skambju kontinwu ta’ l-esperjenza, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti.
2. Biex jilħaq l-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kumitat għandu:
(a) jassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ l-istrumenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tifrix tar-riżultati tal-miżuri meħuda fuq livell Komunitarju biex jippromwovu l-opportunitajiet ugwali;
(b) jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam, l-aktar billi janalizza r-riżultati u jissuġġerixxi titjib għall-miżuri meħuda;
(ċ) jikkontribwixxi, permezz ta’ l-opinjoni tiegħu, għat-tħejjija tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar f’li tintlaħaq l-ugwaljanza ta’ opportunità għan-nisa u għall-irġiel;
(d) jinkoraġġixxi skambji ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda fuq il-livelli kollha biex iġibu ‘l quddiem l-opportunitajiet ugwali u, meta xieraq, jissuġġerixxi proposti li fuqhom tkun tista’ tissokta li tittieħed azzjoni;
(e) jibgħat opinjonijiet jew jagħti rapporti lill-Kummissjoni, jew fuq it-talba ta’ din ta’ l-aħħar jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, dwar kull materja ta’ rilevanza biex iġib ‘il quddiem l-opportunitajiet indaqs fil-Komunità.
3. Il-proċeduri għad-distribuzzjoni ta’ l-opinjonijiet u r-rapporti tal-Kumitat għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim mal-Kummissjoni. Dawn jistgħu jiġu ippubblikati bħala anness għar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
1. Il-Kumitat għandu jkun kompost minn ►M1 70 ◄ membru, i.e.:
(a) rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru mill-ministeri jew dipartimenti tal-gvern responsabbli biex imexxi ‘l quddiem l-opportunitajiet ugwali; ir-rappreżentant għandu jintgħażel mill-Gvern ta’ kull Stat Membru;
(b) rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru mill-kumitati jew korpi nazzjonali stabbiliti b’deċiżjoni uffiċjali, li jkollu ir-responsabbiltà speċifika għall-opportunitajiet ugwali bejn in-nisa u l-irġiel permezz ta’ rappreżentanza tas-setturi interessati; meta f’xi Stat Membru ikun hemm aktar minn kumitat jew korp wieħed li jaħdmu f’dawn il-materji il-Kummissjoni għandha tistabixxi liema korp, skond l-iskopijiet, l-istruttura, ir-rappreżentattività u livell ta’ indipendenza tiegħu, huwa l-aktar ikkwalifikat biex ikun rappreżentat fil-Kumitat; kull pajjiż li ma jkollux dawn il-kumitati għandu jkun rappreżentat minn membri ta’ korpi kkunsidrati mill-Kummissjoni li jaqdu dmirijiet analogi; ir-rappreżentant għandu jinħatar mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta tal-kumitat jew korp nazzjonali li għandu x’jaqsam;
(ċ) sebgħa membri li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fuq il-livell Komuntarju;
(d) sebgħa membri li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fuq il-livell Komunitarju.
Ir-rappreżentanti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mis-sieħba soċjali fuq il-livell Komunitarju.
2. Żewġ rappreżentanti tal-European Women’s Lobby għandhom jattendu l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi.
3. Ir-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u professjonali u assoċjazzjonijiet oħra li jagħmlu talbiet motivati kif dovut lill-Kummissjoni jistgħu jingħataw status ta’ osservaturi.
Artikolu 4
Persuna alternattiva għandha tinħatar għal kull membru tal-Kumitat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3.
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7, il-persuna alternattiva la tattendi l-laqgħat tal-Kumitat u lanqas tipparteċipa fix-xogħol tiegħu sakemm il-membru rilevanti ma jkunx miżmum milli jagħmel dan.
Artikolu 5
Iż-żmien tal-kariga tal-membri tal-Kumitat għandu jkun ta’ tliet snin u jista’ jiġġedded.
Meta jagħlaq il-perjodu ta’ tliet snin, il-membri tal-Kumitat ikomplu fil-kariga sakemm ikun provdut xi ħadd li jeħdilhom posthom jew jiġġedded iż-żmien tal-kariga tagħhom.
Iż-żmien ta’ kariga ta’ kull membru jintemm qabel ma jagħlaq il-perjodu ta’ tliet snin fil-każ tar-riżenja tagħha/tiegħu, tat-tmiem tas-sħubija tagħha/tiegħu fl-organizzazzjoni li tirrappreżenta jew jirrappreżenta, jew il-mewt tagħha/tiegħu. Iż-żmien ta’ kariga ta’ xi membru jista’ jintemm ukoll jekk l-organizzazzjoni li nnominatu titlob li jinbidel.
Il-membru jinbidel għall-kumplament taż-żmien tal-kariga skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4.
Ma jkun hemm ebda ħlas għad-dmirijiet tal-membru; spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ kuljum għal-laqgħat tal-Kumitat u gruppi ta’ xogħol stabbiliti skond l-Artikolu 8 għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni skond ir-regoli amministrattivi li jkun hemm fis-seħħ.
Artikolu 6
Il-Kumitat għandu jaħtar president, għal mandat ta’ sena, minn fost il-membri tiegħu. L-elezzjoni ssir b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti; iżda ikun jeħtieġ minimu ta’ nofs il-voti kollha favur.
Għandhom jiġu eletti żewġ viċi-presidenti bl-istess maġġoranza u taħt l-istess kundizzjonijiet. Dawn ikollhom jaġixxu flok il-president fl-assenza ta’ dan ta’ l-aħħar. Il-president u l-viċi-presidenti għandhom jappartjenu għal Stati Membri differenti. Għandhom jikkostitwixxu il-Bureau tal-Kumitat, li għandu jiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Kumitat.
Il-Kummissjoni għandha torganizza x-xogħol tal-Kumitat b’kooperazzjoni mill-qrib mal-president. L-abbozz ta’ l-aġenda għal-laqgħat tal-Kumitat għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni bi ftehim mal-president. Is-Segretarjat tal-Kumitat għandu jiġi pprovdut mill-Unità ta’ l-Opportunitajiet Ugwali tal-Kummissjoni. Il-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat għandhom jinkitbu mis-servizzi tal-Kummissjoni u jingħataw lill-Kumitat għall-approvazzjoni.
Artikolu 7
Il-President jista’ jistieden lil xi persuna li tkun speċjalment kwalifikata f’xi suġġett partikulari li jkun fl-aġenda biex tieħu sehem fix-xogħol tiegħu bħala espert.
L-esperti għandhom jieħdu sehem fix-xogħol fuq is-suġġett partikolari li għalih intalbet l-attendenza tagħhom.
Artikolu 8
1. Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ xogħol.
2. Għat-tħejjija ta’ l-opinjonijiet tiegħu, il-Kumitat jista’ jafda x-xogħol tat-tfassil tar-rapporti f’idejn rapporteur jew xi espert minn barra skond il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti.
3. Membru wieħed jew aktar tal-Kumitat jista’ jipparteċipa bħala osservatur fl-attivitajiet ta’ kumitati konsultattivi oħra tal-Kummissjoni, u għandu jinforma lill-Kumitat b’dan.
Artikolu 9
Il-miżuri adottati skond l-Artikoli 7 u 8 li jkollhom implikazzjonijiet finanzjarji għall-bilanċ tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jingħataw qabel għall-qbil tal-Kummissjoni u għandhom ikunu implimentati skond ir-regoli amministrattivi li jkun hemm fis-seħħ.
Artikolu 10
Il-Kumitat għandu jitlaqqa mill-Kummissjoni u għandu jiltaqa’ fil-bini tagħha. Għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena.
Artikolu 11
Id-diskussjonijiet tal-Kumitat għandhom jittrattaw fuq it-talbiet formulati mill-Kummissjoni jew fuq l-opinjonijiet li l-Kumitat jagħti fuq l-inizjattiva tiegħu proprja. Ma jitteħidx vot fuqhom.
Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda titlob l-opinjoni tal-Kumitat, tista’ tagħti limitu ta’ żmien li fih trid tingħata l-opinjoni.
L-opinjonijiet espressi mid-diversi kategoriji rrappreżentati fil-Kumitat huma rreġistrati fil-minuti, li jintbagħtu lill-Kummissjoni.
Meta l-opinjoni mitluba tkun intlaħqet b’mod unanimu mill-Kumitat, dan għandu jabbozza konklużjonijiet komuni li jkunu annessi mal-minuti.
Artikolu 12
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri tal-Kumitat m’għandhomx ikunu mitluba jiżvelaw informazzjoni miksuba fil-qadi tax-xogħol tal-Kumitat jew tal-gruppi tax-xogħol tiegħu meta jiġu infurmati mill-Kummissjoni li l-opinjoni mitluba jew il-mistoqsija magħmula jkollha x’taqsam ma’ xi ħaġa kunfidenzjali.
F’dawn il-każijiet, membri tal-Kumitat u r-rappreżentanti tad-dipartimenti tal-Kummissjoni biss għandhom jattendu l-laqgħat.
Artikolu 13
Id-Deċiżjoni 82/43/KEE hi mħassra.
Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
ANNESS I
Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/43/KEE (ĠU L 20, 28.1.1982, p. 35) |
|
Punt VIII.12. ta’ l-Anness I ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 209) |
|
Punt IV.Ċ. ta’ l-Anness I ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 115) |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/420/KE (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 43) |
|
Punt 11.4. ta’ l-Anness II ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 585) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1) |
Biss fir-rigward tar-referenza magħmula fis-sitt inċiż ta’ Artikolu 1(2) għad-Deċiżjoni 82/43/KEE u l-Anness, punt 9.1. |
ANNESS II
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Deċiżjoni 82/43/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1 u 2 |
Artikolu 1 u 2 |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (a) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (a) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (b) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (b) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (ċ), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (ċ) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (ċ), it-tieni inċiż |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, (d) |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(2) u (3) |
Artikolu 3(2) u (3) |
Artikolu 4, l-ewwel sentenza |
Artikolu 4, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4, it-tieni sentenza |
Artikolu 4, it-tieni subparagrafu |
Artikoli 5-12 |
Artikoli 5-12 |
Artikolu 13 |
— |
— |
Artikolu 13 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
( 1 ) ĠU L 20, 28.1.1982, p. 35. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).
( 2 ) Ara l-Anness I.