This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02007R1579-20081217
Council Regulation (EC) No 1579/2007 of 20 December 2007 fixing the fishing opportunities and the conditions relating thereto for certain fish stocks and groups of fish stocks applicable in the Black Sea for 2008
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1579/2007 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1579/2007 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut
2007R1579 — MT — 17.12.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1579/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 346, 29.12.2007, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1257/2008 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008 |
L 338 |
1 |
17.12.2008 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1579/2007
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa li jirregolaw l-aċċess għaż-żoni u għar-riżorsi u l-attivitajiet sostenibbli tas-sajd, b’kont meħud tal-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport preżentat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd. |
(2) |
Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd skond it-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u jallokhom lill-Istati Membri. |
(3) |
Sabiex tkun assigurata l-ġestjoni effikaċi ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ sajd. |
(4) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd. |
(5) |
Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji previst fl-imsemmi Regolament. |
(6) |
Sabiex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni ta’ l-istokkijiet tal-ħut, ċerti kondizzjonijiet tekniċi supplimentari għas-sajd għandhom jiġu implimentati fl-2008. |
(7) |
L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jintużaw skond il-liġi Komunitarja dwar il-materja, u b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (il-politika komuni tas-sajd) ( 3 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar ( 4 ). |
(8) |
B’kont meħud tal-fatt li fi Stat Membru kienu tradizzjonalment jintuzaw xbieki ta’ maljatura ta’ inqas minn 200 mm għas-sajd tal-barbun imperjali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u sabiex ikun permess adattament adegwat għall-miżuri tekniċi introdotti minn dan ir-Regolament, huwa kunsiljabbli li dak l-Istat Membru jkun permess jistad għall-barbun imperjali bl-użu ta’ xbieki b’daqs minimu ta’ malji ta’ mhux inqas minn 180 mm. |
(9) |
Fid-dawl ta’ l-urġenza tal-każ, huwa imperattiv li tiġi permessa eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
GĦAN, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Għan
Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2008 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom tali opportunitajiet ta’ sajd jistgħu jintużaw.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar l-Iswed.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta’ investigazzjoni xjentifika u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li ġew infurmati bihom bil-quddiem il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, addizzjonalment għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran;
(b) “Il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika tal-GFCM kif definita fir-Riżoluzzjoni GFCM/31/2007/2;
(ċ) “qabda totali permessa (TAC)” tfisser il-kwantità prelevabbli minn kull stokk kull sena;
(d) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TA’ SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI MAGĦHOM
Artikolu 4
Limiti ta’ qbid u allokazzjonijiet
Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawk il-limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) skambji magħmula skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;
(b) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula skond l-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;
(ċ) ħatt l-art addizzjonali permess skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;
(d) tnaqqis magħmul skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96, u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għal qabdiet u qabdiet inċidentali
1. Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk jinqabad minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita;
2. Il-qabdiet kollha għandhom jittieħdu mill-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, mis-sehem Komunitarju.
Artikolu 7
Miżuri tekniċi tranżitorji
Għandhom japplikaw il-miżuri tekniċi transizzjonali stabbiliti fl-Anness II.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 8
Trasmissjoni ta’ data
Meta l-Istati Membri jittrasmettu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda skond Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għandhom jużaw il-kodiċijiet ta’ l-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Il-limiti tal-qbid u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tal-limiti fuq il-qabdiet applikabbli għall-bastimenti Komunitarji f’żoni fejn jeżistu l-limiti fuq il-qabdiet skond l-ispeċi u skond iż-żona
It-tabelli li ġejjin jistipulaw it-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skond l-istokk, l-allokazzjoni lill-Istati Membri u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-immaniġjar tal-kwoti minn sena għall-oħra.
F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej ta’ l-ismijiet ta’ l-ispeċi bil-Latin. Għall-iskopijiet ta’ dawn it-tabelli il-kodiċijiet użati għall-ispeċijiet differenti huma dawn:
Isem Xjentifiku |
Kodiċi Alpha-3 |
Isem komuni |
Psetta maxima |
TUR |
Barbun imperjali |
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
Speċi: Barbun imperjali Psetta maxima |
Żona: Il-Baħar l-Iswed |
|
Il-Bulgarija |
50 |
TAC Prekawzjonali
►M1
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika. ◄
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
Ir-Rumanija |
50 |
|
KE |
100 |
|
TAC |
Mhux rilevanti |
Speċi: Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: Il-Baħar l-Iswed |
|
KE |
15 000 (1) |
TAC Prekawzjonali
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
(1) Jistgħu jinqabdu biss minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija jew ir-Rumanija. |
ANNESS II
MIŻURI TEKNIĊI TRANŻIZZJONALI
1. M’għandha titħalla l-ebda attività tas-sajd għall-barbun imperjali mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju fl-ilmijiet tal-Komunità Ewropea tal-Baħar l-Iswed.
2. Fi Stat Membru fejn id-daqs minimu legali tal-malji tax-xbieki li jintużaw għas-sajd tal-barbun imperjali kien inqas minn 200 mm qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-użu ta’ xbieki b’daqs minimu ta’ malji ta’ mhux inqas minn 180 mm huwa permess għas-sajd tal-barbun imperjali.
3. Id-daqs minimu ta’ barbun imperjali li jista’ jinħatt l-art m’għandux ikun inqas minn 45 ċm tul, imkejjel skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 850/98.
( 1 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
( 2 ) ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.
( 3 ) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 9).
( 4 ) ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).