Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R0785-20190330

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 ta’ l-4 ta’ Lulju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/785/2019-03-30

    02007R0785 — MT — 30.03.2019 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 785/2007

    ta’ l-4 ta’ Lulju 2007

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 175 5.7.2007, p. 5)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/221 tas-6 ta' Frar 2019

      L 35

    28

    7.2.2019




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 785/2007

    ta’ l-4 ta’ Lulju 2007

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS



    Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

    Isem tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    (Isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Unità ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

    4a1640

    ►M1  Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V. ◄

    6-Phytase

    EC 3.1.3.26

    (Phyzyme XP 5000G

    Phyzyme XP 5000L)

    Kompożizzjoni ta’ l-addittiv

    Preparazzjoni tas-6-phytase (EC 3.1.3.26)

    prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233)

    li għandu attività minima ta’:

    Fil-forma solida: 5 000 FTU (1)/g

    Fil-forma likwida: 5 000 FTU/ml

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    6-phytase (EC 3.1.3.26)

    prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233)

    Metodu analitiku (2)

    Metodu kolimetriku li jkejjel il-fosfati inorganiċi rilaxxati mill-enżima mill-phytate substrate.

    Tiġieġ għas-simna

    250 FTU

    1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.  Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0.23 % ta’ fosforu li huwa phytin bound.

    3.  Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tal-ġisem.

    4.  Dożi rakommandati għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

    — Tiġieġ għas-simna 500-750 FTU;

    — dundjani għas-simna 250-1 000 FTU;

    — Tiġieġ li jbidu 150-900 FTU;

    — Papri għas-simna 250-1 000 FTU;

    — ħnienes (miftuma) 500-1 000 FTU;

    — Ħnieżer għas-simna 500-1 000 FTU;

    — ħnieżer ta’ ġens femminili 500 FTU.

    25 ta’ Lulju 2017

    Dundjani għas-simna

    250 FTU

    Tiġieġ li jbidu

    150 FTU

    Papri għas-simna

    250 FTU

    Ħnienes (miftuma)

    250 FTU

    Ħnieżer għas-simna

    250 FTU

    Ħnieżer nisa

    500 FTU

    (1)   1 FTU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku fil-minuta minn fosfat tas-sodju f’ pH ta’ 5.5 u 37 °C.

    (2)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/

    Top