This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02007R0715-20110619
Regulation (EC) No 715/2007 of the European Parliament and of the Council of 20 June 2007 on type approval of motor vehicles with respect to emissions from light passenger and commercial vehicles (Euro 5 and Euro 6) and on access to vehicle repair and maintenance information (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007R0715 — MT — 19.06.2011 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT (KE) Nru 715/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tal- 18 ta’ Lulju 2008 |
L 199 |
1 |
28.7.2008 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 566/2011 tat-8 ta’ Ġunju 2011 |
L 158 |
1 |
16.6.2011 |
REGOLAMENT (KE) Nru 715/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007
dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),
Billi:
(1) |
Is-suq intern jikkonsisti f’zona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital għandu jiġi żgurat. Għal dak l-għan, hemm fis-seħħ sistema ta’ approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur, stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ). Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet għandhom għalhekk jiġu armonizzati biex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. |
(2) |
Dan ir-Regolament huwa wieħed minn numru ta’ atti regolatorji separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip taħt id-Direttiva 70/156/KEE. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata skond dan. |
(3) |
Fuq talba tal-Parlament Ewropew ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-vetturi. B’hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet fundamentali dwar l-emissjonijiet mill-vetturi, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu stabbiliti permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati wara l-proċeduri ta’ kumitoloġija. |
(4) |
F’Marzu 2001 il-Kummissjoni varat il-programm Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE), li l-elementi ewlenin tiegħu huma spjegati f’komunikazzjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2005. Dan wassal għall-adozzjoni ta’ strateġija tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja bil-komunikazzjoni tal-21 ta’ Settembru 2005. Waħda mill-konklużjonijiet ta’ l-istrateġija tematika hija li hemm bżonn ta’ tnaqqis ulterjuri ta’ l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport (trasport bl-ajru, marittimu u bl-art), mid-djar u mis-setturi ta’ l-enerġija, tal-biedja u ta l-industrija biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-UE dwar il-kwalità ta’ l-arja. F’dan il-kuntest, il-ħidma biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn vetturi għandha tiġi affrontata bħala parti minn strateġija globali. L-istandards Euro 5 u 6 huma waħda mill-miżuri mfassla biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ partikulat u ta’ prekursuri ta’ l-ożonu, bħal ma huma l-ossidi tan-nitroġenu u l-idrokarburi. |
(5) |
Hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ l-UE rigward il-kwalità ta’ l-arja. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tingħata informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fil-ġejjieni. Għalhekk, apparti l-Euro 5, dan ir-Regolament jinkludi l-istadju Euro 6 tal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet. |
(6) |
B’mod partikulari, hemm bżonn ta’ tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja u biex ikun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu għat-tniġġis. Dan jeħtieġ li, fl-istadju Euro 6, jintlaħqu valuri ta’ limitu ambizzjużi, mingħajr ma’ jkun hemm l-obbligu li jiġu abbandunati l-vantaġġi tal-magni diesel f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-fjuwil u ma’ l-emissjonijiet ta’ idrokarburi u tal-monossidju tal-karbonju. Jekk jiġi stabbilit pass ta’ dan it-tip għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu fi stadju bikri, tingħata sigurtà għall-ippjanar fit-tul, fl-Ewropa kollha għall-manifatturi ta’ vetturi. |
(7) |
Fl-iffissar ta’ l-istandards għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, in-nefqiet diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jinħolqu f’termini ta’ tħeġġiġ ta’ l-innovazzjoni, titjib fil-kwalità ta’ l-arja, tnaqqis fin-nefqiet għas-saħħa, u żieda fil-medja ta’ l-għomor, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta’ l-impatt globali fuq l-emissjonijiet CO2. |
(8) |
Hemm bżonn ta’ aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manteniment tal-vetturi, bl-użu ta’ format standardizzat li jista’ jintuża biex terġa’ tinkiseb l-informazzjoni teknika u l-kompetizzjoni effettiva fis-suq biex jittejjeb il-mod kif jaħdem is-suq intern, partikolarment fir-rigward tal-moviment liberu ta’ merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi. Proporzjon kbir ta’ tali informazzjoni hu relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi ta’ vetturi oħra. Ikun xieraq li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-websajts tal-manifatturi għandhom isegwu, flimkien ma’ miżuri mmirati biex jiġi żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). Standards komuni miftehma bl-involviment ta’ kull min hu involut, bħall-format OASIS ( 4 ), jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-manifatturi u l-fornituri ta’ servizzi. Hu għalhekk xieraq li inizjalment jiġi rikjest l-użu ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-format OASIS u biex il-Kummissjoni tintalab tirrikjedi CEN/ISO biex dan il-format ikompli jiġi żviluppat fi standard bl-intenzjoni li l-format OASIS jiġi sostitwit fiż-żmien dovut. |
(9) |
Mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat tas-sistema ta’ aċċess għall-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bl-intenzjoni li jiġi determinat jekk ikunx xieraq li d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi jiġu konsolidati fi ħdan Direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar vetturi jiġu inkorporati f’dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament għandhom jitħassru, sakemm id-drittijiet eżistenti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jiġu preżervati. |
(10) |
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-emissjonijiet li għadhom mhux regolati u li jinħolqu bħala konsegwenza ta’ użu usa’ ta’ formulazzjonijiet ġodda ta’ karburanti, teknoloġiji tal-magni u sistemi ta’ kontroll ta’ emissjoni u, fejn jeħtieġ, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li jiġu regolati dan it-tip ta emissjonijiet. |
(11) |
Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi u sabiex dawn it-tip ta’ vetturi, li jista’ jkollhom emissjonijiet baxxi ta’ ossidju tan-nitroġenu u ta’ materja partikulata, ikomplu jeżistu, u fl-istess ħin jinkoraġġixxu emissjonijiet imnaqqsa minn vetturi li jaħdmu bil-petrol, dan ir-Regolament jintroduċi valuri ta’ limitu separati għal idrokarburi totali u idrokarburi totali mhux tal-metanu. |
(12) |
Għandhom jitkomplew l-isforzi għall-implimentazzjoni ta’ limiti aktar stretti fuq l-emissjonijiet, li jinkludu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju, u sabiex jiġi żgurat li dawk il-limiti jirrelataw mar-rendiment fil-fatt tal-vetturi meta dawn ikunu qed jintużaw. |
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta’ materjal partikulat fin ħafna (PM 0.1 μm u inqas) ikunu kkontrollati, il-Kummissjoni għandha tadotta, malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ l-istadju Euro 6, metodu bbażat fuq numri fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ PM, b’żieda mal-metodu bbażat fuq il-massa li jintuża bħal issa. L-approċċ ibbażat fuq numri għal emissjonijiet ta’ PM għandu jaħdem fuq ir-riżultati tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) ta’ l-UN/ECE, u għandu jkun konsistenti ma’ l-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent. |
(14) |
Biex tipprovdi possibbiltà akbar ta’ ripetizzjoni tal-kejl tal-massa u tan-numru ta’ emissjonijiet f’partikulati fil-laboratorju, il-Kummissjoni għandha tadotta proċedura ġdida ta’ kejl li tissostitwixxi l-proċedura attwali. Dan għandu jsir mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ l-istadju Euro 6. Għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati tal-PMP. Meta l-proċedura ta’ kejl il-ġdida tiġi implimentata, il-limiti tal-massa ta’ PM stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalibrati mill-ġdid, billi l-proċedura l-ġdida tirreġistra livell aktar baxx ta’ massa minn dak attwali. |
(15) |
Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni l-bżonn li tirrevedi ċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (New European Drive Cycle) bħala proċedura ta’ ttestjar li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti dwar emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE. L-aġġornament jew is-sostituzzjoni taċ-ċikli ta’ ttestjar jistgħu jkunu meħtieġa biex jirriflettu l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi u l-imġieba tas-sewwieqa. Reviżjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-emissjonijiet fid-dinja reali jikkorrispondu għal dawk imkejla fl-approvazzjoni tat-tip. L-użu ta’ sistemi portable ta’ kejl ta’ emissjonijiet u l-introduzzjoni ta’ kunċett regolatorju ta’ “m’għandux jinqabeż” għandhom jiġu kkunsidrati wkoll. |
(16) |
Sistemi OBD huma importanti għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet matul l-użu tal-vettura. Minħabba l-importanza li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet fid-dinja reali, il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni r-rekwiżiti għal tali sistemi u l-limiti ta’ tolleranza għall-monitoraġġ ta’ difetti. |
(17) |
Metodu standardizzat għall-kejl tal-konsum tal-karburant u ta’ l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-vetturi huwa meħtieġ biex jiżgura li ebda ostakli tekniċi għall-kummerċ ma jinħolqu bejn l-Istati Membri. Aktar minn hekk, huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li l-klijenti u l-utenti jingħataw informazzjoni oġġettiva u preċiża. |
(18) |
Qabel ma titħejja proposta għal standards futuri ta’ l-emissjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel studji maħsuba sabiex jiġi determinat jekk għadux meħtieġ li titkompla s-suddiviżjoni ta’ kategoriji ta’ vetturi fi gruppi, u jekk jistgħux jiġu applikati limiti ta’ emissjonijiet indipendenti mill-massa. |
(19) |
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, permezz ta’ inċentivi finanzjarji, jgħaġġlu t-tqegħid fis-suq ta’ vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti adottati fil-livell Komunitarju. Madanakollu, tali inċentivi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna statali. Dan sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq intern. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jinkludu l-emissjonijiet fil-bażi tal-kalkolu tat-taxxi imposti fuq il-vetturi. |
(20) |
Billi l-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant tal-vetturi żviluppat matul perjodu ta’ aktar minn 35 sena u issa hija mifruxa fuq aktar minn 24 Direttiva, huwa rakkomandabbli li dawk id-Direttivi jiġu sostitwiti b’regolament ġdid u numru ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Regolament jiżgura li d-dispożizzjonijiet tekniċi dettaljati jkunu applikabbli direttament għall-manifatturi, awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni u servizzi tekniċi u li jkunu jistgħu jiġu aġġornati b’aktar ħeffa u effiċjenza. Id-Direttivi 70/220/KEE ( 5 ), 72/306/KEE ( 6 ), 74/290/KEE ( 7 ), 80/1268/KEE ( 8 ), 83/351/KEE ( 9 ), 88/76/KEE ( 10 ), 88/436/KEE ( 11 ), 89/458/KEE ( 12 ), 91/441/KEE ( 13 ), 93/59/KEE ( 14 ), 94/12/KE ( 15 ), 96/69/KE ( 16 ), 98/69/KE ( 17 ), 2001/1/KE ( 18 ), 2001/100/KE ( 19 ) u 2004/3/KE ( 20 ) għandhom għalhekk jiġu mħassra. Barra min dan, l-Istati Membri għandhom iħassru wkoll il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttivi mħassra. |
(21) |
Sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi ( 21 ) għandhom jiġu emendati b’tali mod li jkopru l-vetturi heavy-duty kollha, sabiex ikun magħmul ċar li dan ir-Regolament jikkonċerna l-vetturi light-duty. |
(22) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mid-Direttivi eżistenti għal dan ir-Regolament, l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ddifferita għal ċertu perjodu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Madanakollu, matul dak il-perjodu l-manifatturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jkollhom il-vetturi approvati jew taħt id-Direttivi preżenti jew taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-inċentivi finanzjarji għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-validità ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija taħt id-Direttivi eżistenti m’hijiex affettwata mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(23) |
Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr problemi mid-Direttivi li jeżistu bħalissa għal dan ir-Regolament għandhom jiġu previsti ċerti eċċezzjonijiet fl-istadju Euro 5 għal vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jitwaqqfu meta jibda jseħħ l-istadju Euro 6. |
(24) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni ( 22 ). |
(25) |
B’mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi fl-Anness I valuri ta’ limitu ta’ partikulati fuq bażi ta’ numri, kif ukoll biex tikkalibra mill-ġdid il-valuri ta’ limitu mniżżla f’dak l-Anness ibbażati fuq il-massa ta’ partikulati. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(26) |
B’mod partikulari l-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa biex tistabbilixxi proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll proċedura riveduta għall-kejl ta’ materjal f’partikuli u valur ta’ limitu tan-numru ta’ partikuli, u biex tadotta miżuri dwar l-użu ta’ tagħmir għar-riduzzjoni tal-kontroll, l-aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi u ċ-ċikli ta’ testijiet użati biex jitkejlu l-emissjonijiet. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla bħala suppliment għal dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(27) |
Peress illi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri r-realizzazzjoni tas-suq intern permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u l-aċċess iggarantit għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta’ vetturi għal operaturi indipendenti fuq l-istess bażi bħall-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur (“vetturi”) u “spare parts” bħal ma hu tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward ta’ l-emissjonijiet tagħhom.
2. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli tal-konformità waqt s-servizz, perjodu ta’ servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, sistemi ta’ dijanjostika fil-vettura (on-board diagnostic systems (OBD), kejl tal-konsum tal-fjuwil u aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ra’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg.
2. Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża minn vetturi li jaqgħu taħt paragrafu 1 għall-vetturi M1, M2, N1 u N2 kif speċifikat fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx 2 840 kg u li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni tiegħu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1) “vettura hybrid” tfisser vettura b’minn ta’ lanqas żewġ konvertituri ta’ l-enerġija differenti u żewġ sistemi ta’ ħżin ta’ enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;
2) “vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi” tfisser vetturi diesel tal-kategorija M1 li huma:
(a) vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg;
(b) vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg u magħmulin apposta biex iġorru 7 persuni jew aktar inkluż is-sewwieq bl-esklużjoni, mill-1 ta’ Settembru 2012, ta’ vetturi tal-kategorija M1G kif definit fid-Direttiva 70/156/KEE;
jew
(ċ) vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 1 760 kg mibnija speċifikatament għal skopijiet kummerċjali sabiex jakkomodaw l-użu tas-siġġijiet tar-roti fil-vettura;
jew
3) “massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew imnaqqsa bil-massa uniformi ta’ sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;
4) “inkwinanti gassużi” jfissru emissjonijiet ta’ gass ta’ l-exhaust bħala monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu, espressi f’ekwivalenti ta’ dijossidu tan-nitroġenu (NO2), u idrokarburi;
5) “inkwinanti f’partikulati” jfissru komponenti tal-gass ta’ l-exhaust li jitneħħew minn gass ta’ l-exhaust dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura ta’ ttestjar għall-verifika ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe;
6) “emissjonijiet mit-tailpipe” ifissru emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikuli;
7) “emissjonijiet evaporattivi” ifissru evaporazzjonijiet ta’ idrokarburi li joħorġu mis-sistema tal-karburant tal-vettura għajr dawk minn emissjonijiet mit-tailpipe;
8) “crankcase” ifisser l-ispazji ġo, jew barra, il-magna li huma mqabbdin mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar;
9) “sistema ta’ dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn x’aktarx hemm funzjonament ħażin permezz ta’ kodiċijiet ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;
10) “tagħmir ta’ riduzzjoni” jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura;
11) “tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi;
12) “tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip koperti bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-vettura konċernata;
13) “tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip maħsuba biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jistgħu jiġu approvati bħala unità teknika separata kif speċifikat fid-Direttiva 70/156/KEE;
14) “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vettura u li l-manifattur jipprovdi lill-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, inklużi kull emendi u supplimenti li jiġu wara tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’partijiet jew tagħmir;
15) “operatur indipendenti” tfisser impriżi għajr bejjiegħa awtorizzati u min isewwi li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari min isewwi, manifatturi jew distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodda jew spare parts, pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi ta’ l-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru t-taħriġ lil min jinstalla, jimmanifattura u jsewwi t-tagħmir għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;
16) “bijofjuwils” tfisser fjuwils f’forma ta’ likwidu jew ta’ gass għat-trasport prodott mill-bijomassa;
17) “vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’għall-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jew ikun fil-forma ta’ gass f’temperatura u pressjoni atmosferiċi, jew sustanzjalment derivat minn żejt li mhux minerali.
KAPITOLU II
OBBLIGI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-MANIFATTURI
Artikolu 4
Obbligi tal-manifatturi
1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, reġistrati jew mqiegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-manifatturi għandhom juru wkoll li t-tagħmir ġdid, użat biex jibdel tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, kollu li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
1. Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I u l-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.
2. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, il-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u l-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati.
2. Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi huma effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f’kundizzjonijiet normali. Għalhekk, miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom jiġu verifikati sa perijodu ta’ ħames snin jew 100 000 km, liema minnhom jasal l-ewwel. L-ittestjar tal-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis imressaq għall-approvazzjoni tat-tip għandu jkopri 160 000 km. Biex jikkonformaw ma’ dan it-test tal-perjodu tas-servizz, il-manifatturi għandu jkollhom il-possibilità li jużaw testijiet ta’ riproduzzjoni, f’laboratorju tal-kundizzjonijiet ta’ użu (“test bench ageing”), suġġett għall-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
2. Il-konformità waqt is-servizz għandha tkun ikkontrollata b’mod partikulari għall-emissjonijiet mit-tailpipe kif ittestjati mal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Sabiex jitjieb il-kontroll ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, il-proċeduri ta’ ttestjar għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni.
3. Il-manifatturi għandhom jifformulaw ċifri ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju u ta’ konsum tal-karburant f’dokument mogħti lix-xerrej tal-vettura fil-ħin tax-xiri.
4. Il-proċeduri speċifiċi u r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 5
Rekwiżiti u testijiet
1. Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
2. L-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m’ għandiex tapplika fejn:
(a) il-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;
(b) it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet ta’ l-istartjar tal-magna;
jew
(ċ) il-kondizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tal-verifika ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-medja ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe.
3. Il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f’dan il-paragrafu, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2, li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi l-istabbiliment tar-rekwiżiti fir-rigward ta’:
(a) l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli ta’ test, l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, waqt modalità ta’ idling, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi ta’ after-treatment;
(b) l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet mill-crankcase;
(c) is-sistemi ta’ OBD u l-prestazzjoni waqt l-użu tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis;
(d) il-perjodu ta’ servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis tal-bdil, konformità waqt s-servizz, konformità tal-produzzjoni u tal-kondizzjoni tajba għat-triq;
(e) kejl tal-gass bl-effett serra, l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant;
(f) il-vetturi hybrid u vetturi ta’ fjuwil alternattiv;
(g) l-estensjoni ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip u r-rekwiżiti għal manifatturi ta’ volum baxx;
(h) ir-rekwiżiti għat-tagħmir tat-testijiet;
u
(i) il-karburanti ta’ referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass.
3. Ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom, fejn meħtieġ, japplikaw għal vetturi kollha mingħajr ma jitqies it-tip ta’ fjuwil li huma jużaw.
KAPITOLU III
AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURA
Artikolu 6
Obbligi tal-manifatturi
1. Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet u standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura lill-operaturi indipendenti permezz ta’ websajts permezz ta’ format standardizzat b’mod faċilment aċċessibbli u malajr, u b’mod li ma jkunx diskriminatorju meta pparagunat mad-dispożizzjoni mogħtija jew ma’ l-aċċess mogħti lil bejjiegħa u lil min isewwi awtorizzati. Bil-ħsieb li tiffaċilita l-kisba ta’ dan l-objettiv, l-informazzjoni għandha titressaq b’mod konsistenti, fil-bidu bi qbil mar-rekwiżiti tekniċi tal-format OASIS ( 23 ). Il-produtturi għandhom jipprovdu wkoll materjal ta’ taħriġ lill-operaturi indipendenti u lill-negozjanti awtorizzati u lil min isewwi.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
(a) l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;
(b) il-manwali tal-manutenzjoni, inklużi rekords ta’ servizz u manutenzjoni;
(ċ) il-manwali tekniċi;
(d) l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);
(e) il-pjanti tal-wiring;
(f) il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur);
(g) in-numru tal-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta’ vettura;
(h) l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;
(i) l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta u d-dejta bi-direzzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar; u
(j) unitajiet ta’ ħidma standard jew perjodi ta’ żmien għal xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni jekk jitpoġġew, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħa u s-sewwejja awtorizzati tal-manifatturi.
3. Bejjiegħa u min isewwi awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ xi vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament safejn huma jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom m’humiex imsieħba fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura.
4. L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni.
5. Għal skopijiet ta’ manifattura u manutenzjoni ta’ partijiet għall-bdil jew għall-manutenzjoni kompatibbli ma’ l-OBD u għodda għad-dijanjostika u tagħmir tat-testijiet, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhux diskriminatorja lil dawk interessati fost il-manifatturi ta’, jew min isewwi komponenti, għodda għad-dijanjostika jew tagħmir tat-testijiet.
6. Għall-iskopijiet tat-tfassil u l-manifattura ta’ tagħmir ta’ vetturi għal vetturi bi fjuwil alternattiv, il-produtturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhix diskriminatorja għal kwalunkwe produttur interessat, għal min jinstalla jew għal min isewwi t-tagħmir ta’ vetturi bi fjuwil alternattiv.
7. Meta japplika għall-approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi evidenza dwar il-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament fir rigward ta’ l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip. F’każ li din l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak il-waqt, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Jekk tali evidenza ta’ konformità ma tiġix ipprovduta sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità.
7. Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti ta’ l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għal dawk awtorizzati li jsewwu.
8. Fejn ir-rekords ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ vettura jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f’ismu, is-sewwejja indipendenti, approvati u awtorizzati kif meħtieġ skont il-punt 2.2 tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 ( 24 ), għandu jkollhom aċċess għal tali rekords mingħajr ħlas u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ta’ bejjiegħa jew sewwejja awtorizzati sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu wettqu.
Artikolu 7
Ħlasijiet mitluba għal aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u l-manutenzjonital-vettura
1. Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura koperta minn dan ir-Regolament; ħlas mitlub ma jkunx raġonevoli jew proporzjonat jekk jiskoraġġixxi l-aċċess billi jonqos milli jikkunsidra l-ammont ta’ użu li operatur indipendenti jkun se jagħmel minnha.
2. Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli inklużi servizzi ta’ tranżazzjoni bħal programmar mill-ġdid jew assistenza teknika fuq bażi ta’ kull siegħa, kull jum, kull xahar u kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għall-aċċess għal tali informazzjoni għandhom ivarjaw skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi li għalihom jingħata l-aċċess. B’żieda mal-aċċess ibbażat fuq iż-żmien, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess ibbażat fuq it-tranżazzjoni, li għalih jintalbu ħlasijiet għal kull tranżazzjoni u mhux ibbażati fuq iż-żmien li għalih jingħata l-aċċess. Meta l-manifatturi joffru ż-żewġ sistemi ta’ aċċess, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu sistema ta’ aċċess preferita, jew ibbażata fuq iż-żmien jew ibbażata fuq it-tranżazzjoni.
Artikolu 8
Miżuri ta’ implimentazzjoni
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi konnessi mal-mod ta’ kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD, kif ukoll dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, b’mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ l- SMEs.
Artikolu 9
Rapport
Mhux aktar tard mit-2 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b’kunsiderazzjoni partikulari għall-effett fuq il-kompetizzjoni u t-tħaddim tas-suq intern u l-benefiċċji ambjentali. Ir-rapport għandu jqis ukoll jekk ikunx xieraq li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi f’direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip.
KAPITOLU IV
OBBLIGI TA’ L-ISTATI MEMBRI
Artikolu 10
Approvazzjoni tat-tip
1. B’ effett mit-2 ta’ Lulju 2007, jekk manifattur hekk jitlob, l-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum ta’ karburant minn vetturi, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura, jew jipprojbixxu ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-vettura l-ġdida, fejn il-vettura konċernata tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 5 stipulati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I jew mal-valuri tal-limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.
2. B’effett mill-1 ta’ Settembru 2009 u mill-1 ta’ Settembru 2010 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess bħal dawk għal vetturi tal-kategorija N1 klassi III.
3. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, u mill-1 ta’ Jannar 2012 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III, kategorija N2 u vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess daqs dawk għal vetturi ta’ kategorija N1 klassi III.
4. B’effett mill-1 ta’ Settembru 2014, u mill-1 ta’ Settembru 2015 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.
5. B’effett mill-1 ta’ Settembru 2015, u mill-1 ta’ Settembru 2016 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u l-kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, jiprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.
6. Il-limitu ta’ emissjoni ta’ 5,0 mg/km għal massa ta’ materja f’partikuli li jissemma fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I għandu jkun effettiv mid-dati applikabbli stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Il-limitu ta’ emissjoni ta’ 4,5 mg/km għal massa ta’ materja f’partikuli u l-limitu għan-numru ta’ partikuli li jissemmew fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I għandhom ikunu effettivi mill-1 ta’ Settembru 2011 għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tipi ġodda ta’ vetturi u mill-1 ta’ Jannar 2013 għall-vetturi l-ġodda kollha, mibjugħa, irreġistrati jew li ddaħħlu f’servizz fil-Komunità.
Artikolu 11
Approvazzjoni tat-tip ta’ partijiet tal-bdil
1. Dwar tagħmir tal-bdil ġdid għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vetturi approvati skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni tiegħu fuq vettura jekk ma tkunx ta’ tip li għalih tkun inħarġet approvazzjoni tat-tip konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
2. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet għal approvazzjonijiet tat-tip KE għal tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis maħsub għall-istandards ta’ qabel dan ir-Regolament taħt il-kundizzjonijiet li kienu japplikaw oriġinarjament. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni ta’ tali tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis fuq vettura sakemm ma jkunx ta’ tip li għalih tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip rilevanti.
3. Tagħmir tal-bdil għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vettura bl-approvazzjoni tat-tip qabel l-adozzjoni tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 12
Inċentivi finanzjarji
1. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi prodotti f’serje li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.
1. Dawk l-inċentivi għandhom ikunu validi għall-vetturi ġodda kollha offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru li jikkonformaw għall-inqas mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu fid-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3).
1. Inċentivi finanzjarji li japplikaw esklussivament għal vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I jistgħu jingħataw għal tali vetturi ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru mid-dati ffissati fl-Artikolu 10(3) qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(5); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu f’dawk id-dati.
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-attrezzar b’lura ta’ vetturi diġà fl-użu u għal skrappjar ta’ vetturi li ma jikkonformawx.
3. L-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom, għal kull tip ta’ vettura, m’ għandhomx jaqbżu n-nefqa addizzjonali għat-tagħmir tekniku introdott biex jiżgura l-konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża n-nefqa ta’ l-istallazzjoni fuq il-vettura.
4. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien li jkun kmieni biżżejjed bi pjanijiet ta’ stabbiliment jew ta’ tibdil fl-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 13
Penalitajiet
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.
2. It-tipi ta’ ksur li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:
(a) li wieħed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni jew waqt proċeduri li jwasslu għat-teħid lura;
(b) il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew tal-konformità waqt s-servizz;
(ċ) li wieħed iżomm għalih data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu biex tittieħed lura jew titneħħa approvazzjoni tat- tip;
(d) l-użu ta’ tagħmir difettuż;
u
(e) li wieħed jirrifjuta li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Definizzjoni mill-ġdid ta’ l-ispeċifikazzjonijiet
1. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metanu fil-kalkolu ta’ l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’miżuri biex jingħata kont għall-emissjonijiet tal-metanu jew biex jiġu limitati.
2. Wara t-tlestija tal-programm tal-kejl tal-partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri li ġejjin, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jkun issuplimentat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ ambizzjoni eżistenti rigward l-ambjent:
(a) l-emendar ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) għall-fini ta’ kkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta’ limitu ta’ partikulati bbażati fuq il-massa stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u tintroduċi valuri ta’ limitu ta’ partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diesel;
(b) adozzjoni ta’ proċedura ta’ kejl rivedut għall-partikulati u l-valur ta’ limitu ta’ partikulati f’numri, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
3. Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-proċeduri, t-testijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli ta’ ttestjar użati biex jitkejjlu l-emissjonijiet. Jekk mir-reviżjoni jirriżulta li dawn m’għadhomx xierqa jew ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni reali ta’ l-emissjonijiet, għandhom ikunu adattati b’tali mod li jirriflettu b’mod xieraq l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan attwali fit-toroq. Il-miżuri meħtieġa mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
4. Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-inkwinanti suġġetti għar-rekwiżiti tat-testijiet msemmija fl-Artikolu 5(3). Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizjonali jkunu regolati, għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex dan ir-Regolament ikun emendat kif xieraq.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti ta’ emmissjonijiet stipulati fl-Anness I Tabella 4 għall-emissjonijiet mill-vetturi ta’ monossidu tal-karbonju u ta’ idrokarburi wara li jsir test ta’ startjar b’magna kiesħa u għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li tbaxxi l-limiti ta’ l-emissjonijiet.
6. L-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2005/55/KE għandhom ikunu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) sabiex ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha jkunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 15
Proċedura fil-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
2. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 16
Emendi għad-Direttivi 70/156/KEE u 2005/55/KE
1. Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. Id-Direttiva 2005/55/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(a) It-titolu għandu jinbidel bit-test li ġej:
“Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi kbar u ta’ magni f’dak li jirrigwarda l-emmissjonijiet tagħhom (Euro IV u V)”
(b) L-Artikolu 1għandu jinbidel bit-test li ġej:
“Artikolu 1
2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) ‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 610 kilo;
(b) ‘magna’ tfisser l-għajn tal-propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura għal liema tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala entità separata, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE;
(ċ) ‘vetturi mtejba li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (EEV)’ tfisser vetturi li jaħdmu b’magna li tikkonforma mal-valuri ta’ limitu ta’ l-emissjonijiet permessi stabbiliti fir-ringiela Ċ tat-tabelli f’Taqsima 6.2.1 ta’ l-Anness I.”;
(ċ) It-Taqsima 1 ta’ l-Anness 1 għandha tinbidel bit-test li ġej:
“1. Din id-Direttiva tapplika għall-kontroll ta’ sustanzi ta’ gass u materjali f’partikulati li jniġġsu, il-ħajja utli ta’ apparati li jikkontrollaw l-emissjonijiet, il-konformità ta’ vetturi/magni li qed jintużaw bħalissa u ta’ sistemi ta’ dijanjosi fil-vettura (OBD) tal-vetturi motorizzati kollha, u għall-magni kif speċifikat fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-vetturi tal-kategorija M1, N1, N2 and M2 li għalihom ingħatat l-approvazzjoni tat-tip taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ( 25 ).
Artikolu 17
Tħassir
1. Id-Direttivi li ġejjin għandhom jitħassru b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.
— Direttiva 70/220/KEE,
— Direttiva 72/306/KEE,
— Direttiva 74/290/KEE,
— Direttiva 77/102/KEE,
— Direttiva 78/665/KEE,
— Direttiva 80/1268/KEE,
— Direttiva 83/351/KEE,
— Direttiva 88/76/KEE,
— Direttiva 88/436/KEE,
— Direttiva 89/458/KEE,
— Direttiva 91/441/KEE,
— Direttiva 93/59/KEE,
— Direttiva 93/116/KE,
— Direttiva 94/12/KE,
— Direttiva 96/44/KE,
— Direttiva 96/69/KE,
— Direttiva 98/69/KE,
— Direttiva 98/77/KE,
— Direttiva 1999/100/KE,
— Direttiva 1999/102/KE,
— Direttiva 2001/1/KE,
— Direttiva 2001/100/KE,
— Direttiva 2002/80/KE,
— Direttiva 2003/76/KE,
— Direttiva 2004/3/KE,
2. L-Annessi II u V tad-Direttiva tal-Kummissjoni 89/491/KEE tas-17 ta’ Lulju 1989 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttivi tal-Kunsill 70/157/KEE, 70/220/KEE, 72/245/KEE, 72/306/KEE, 80/1268/KEE u 80/1269/KEE rigward il-vetturi bil-mutur ( 26 ) huma mħassra b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.
3. Ir-referenzi magħmula għal Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
4. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tagħhom adottata taħt id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta’ Jannar 2009, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 10(1) u 12 li għandhom japplikaw mit-2 ta’ Lulju 2007.
3. L-emendi jew il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 14(6) għandhom jiġu adottati mit-2 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LIMITI TA’ EMISSJONI
Tabella 1
Limiti ta’ Emissjoni Euro 5
Massa ta’ referenza (RM) (kg) |
Valuri ta’ limitu |
|||||||||||||||
Massa ta’ monossidu tal-karbonju (CO) |
Massa ta’ idrokarburi totali (THC) |
Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu (NMHC) |
Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx) |
Massa ta’ partikuli (1) (PM) |
Numru ta’ partikuli (2) (P) |
||||||||||
L1 (mg/km) |
L2 (mg/km) |
L3 (mg/km) |
L4 (mg/km) |
L2 + L4 (mg/km) |
L5 (mg/km) |
L6 (#/km) |
||||||||||
Kategorija |
Klassi |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI (3) |
CI |
PI |
CI |
|
M |
— |
Kollha |
1 000 |
500 |
100 |
— |
68 |
— |
60 |
180 |
— |
230 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
— |
6,0 × 1011 |
N1 |
I |
RM ≤ 1 305 |
1 000 |
500 |
100 |
— |
68 |
— |
60 |
180 |
— |
230 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
— |
6,0 × 1011 |
I |
1 305 < RM ≤ 1 760 |
1 810 |
630 |
130 |
— |
90 |
— |
75 |
235 |
— |
295 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
— |
6,0 × 1011 |
|
II |
1 760 < RM |
2 270 |
740 |
160 |
— |
108 |
— |
82 |
280 |
— |
350 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
— |
6,0 × 1011 |
|
N2 |
— |
All |
2 270 |
740 |
160 |
— |
108 |
— |
82 |
280 |
— |
350 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
— |
6,0 × 1011 |
(1) Qabel l-applikazzjoni tal-valur ta’ limitu ta’ 4,5 mg/km għandha tiġi introdotta proċedura ta’ kejl riveduta. (2) Qabel l-applikazzjoni tal-valur ta’ limitu għandha tiġi introdotta proċedura ta’ kejl ġdida. (3) L-istandards tal-massa f’partikuli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta. Qari: PI = Positive-ignition (Positive-ignition), CI = Compression-Ignition (Compression-Ignition) |
Tabella 2
Limiti ta’ emissjoni Euro 6
Massa ta’ referenza (RM) (kg) |
Valuri ta’ limitu |
|||||||||||||||
Massa ta’ monossidu tal-karbonju (CO) |
Massa ta’ idrokarburi totali (THC) |
Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu (NMHC) |
Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx) |
Massa ta’ partikuli (1) (PM) |
Numru ta’ partikuli (2) (P) |
||||||||||
L1 (mg/km) |
L2 (mg/km) |
L3 (mg/km) |
L4 (mg/km) |
L2 + L4 (mg/km) |
L5 (mg/km) |
L6 (#/km) |
||||||||||
Kategorija |
Klassi |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI |
CI |
PI (3) |
CI |
PI (4) |
CI (5) |
|
M |
— |
Kollha |
1 000 |
500 |
100 |
— |
68 |
— |
60 |
80 |
— |
170 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
6,0 × 1011 |
|
N1 |
I |
RM ≤ 1 305 |
1 000 |
500 |
100 |
— |
68 |
— |
60 |
80 |
— |
170 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
6,0 × 1011 |
|
I |
1 305 < RM ≤ 1 760 |
1 810 |
630 |
130 |
— |
90 |
— |
75 |
105 |
— |
195 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
6,0 × 1011 |
||
II |
1 760 < RM |
2 270 |
740 |
160 |
— |
108 |
— |
82 |
125 |
— |
215 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
6,0 × 1011 |
||
N2 |
— |
All |
2 270 |
740 |
160 |
— |
108 |
— |
82 |
125 |
— |
215 |
5,0/4,5 |
5,0/4,5 |
6,0 × 1011 |
|
(1) Qabel l-applikazzjoni tal-valur ta’ limitu ta’ 4,5 mg/km għandha tiġi introdotta proċedura ta’ kejl riveduta. (2) Għall-vetturi positive-ignition għal dan l-istadju għandu jiġi definit standard numeriku. (3) L-istandards tal-massa f’partikuli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta. (4) Qabel l-1 ta’ Settembru 2014 għandu jkun iddefinit standard numeriku. (5) l-applikazzjoni tal-valur ta’ limitu għandha tiġi introdotta proċedura ta’ kejl ġdida. Qari: PI = Positive-ignition (Positive-ignition), CI = Compression-Ignition (Compression-Ignition) |
Tabella 3
Limitu ta’ Emissjoni għat-Test ta’ Emissjonijiet Evaporattivi
Massa ta’ Emissjoni Evaporattiva (g/test) |
2,0 |
Tabella 4
Limitu ta’ Emissjoni għall-Emmissjonijiet mit-Tailpipe ta’ Monossidu tal-Karbonju u Idrokarbonju wara Cold Start Test
Temperatura waqt it-test 266 K (–7 °C) |
|||
Kategorija tal-Vettura |
Klassi |
Massa ta’ Monossidu tal-karbonju (CO) L1 (g/km) |
Massa ta’ idrokarburi (HC) L2 (g/km) |
M |
— |
15 |
1,8 |
N1 |
I |
15 |
1,8 |
II |
24 |
2,7 |
|
III |
30 |
3,2 |
|
N2 |
30 |
3,2 |
ANNESS II
Emendi għad-Direttiva 70/156/KE
Id-Direttiva 70/156/KEE hija b’ dan emendata kif ġej:
1) Fl-Artikolu 2, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara l-aħħar inċiż:
“Jekk issir referenza f’din id-Direttiva għal Direttiva jew Regolament separat, din għandha tinkludi wkoll l-atti ta’ implimentazzjoni tagħhom.”
2) Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva separata” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 2, l-ewwel inċiż; Artikolu 2, id-disa’ inċiż; Artikolu 2, l-għaxar inċiż; Artikolu 2, l-erbatax-il inċiż; Artikolu 3(1): Artikolu 3(4): Artikolu 4(1)(c); Artikolu 4 (1)(d); Artikolu 5(5); Artikolu 6(3); Artikolu 7(2); Artikolu 13(4); Artikolu 13(5); Anness I, l-ewwel subparagrafu; Anness III, Parti III; Anness IV, Parti II, l-ewwel paragrafu; Anness V Taqsma 1(a); Anness V Taqsima 1(b); Anness V Taqsima 1(c); Anness VI, Naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness VII(1), Taqsima 4; Anness VII, nota tal-qiegħ (1); Anness X, Taqsima 2.1.; Anness X, Taqsima 3.3.; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: X; Anness XII, Taqsma B(2); Anness XIV, Taqsima 2(a); Anness XIV, Taqsima 2(c); Anness XIV, Taqsima 2(d).
3) Il-kliem “jew Regolamenti” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttivi separati” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 2, it-tmien inċiż; Artikolu 3(1); Artikolu 3(2); Artikolu 4(1)(a) l-ewwel u t-tieni inċiż; Artikolu 4(1)(b); Artikolu 4(3); Artikolu 5(4) it-tielet subparagrafu; Artikolu 5(6); Artikolu 8(2); Artikolu 8(2)(c); Artikolu 9(2); Artikolu 10(2); Artikolu 11(1); Artikolu 13(2); Artikolu 14(1) (i); Lista ta’ l-Annessi: titolu ta’ l-Anness XIII; Anness I l-ewwel subparagrafu;Anness IV, Parti I, l-ewwel u t-tieni linja; Anness IV, Parti II, nota tal-qiegħ (1) għat-tabella; Anness V Taqsma 1(b); Anness V Taqsma 3; Anness V Taqsma 3(a); Anness V Taqsma 3(b); Anness VI, punt 1 u 2; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness X, Taqsima 2.2.; Anness X, Taqsima 2.3.5.; Anness X, Taqsima 3.5.; Anness XII, titolu; Anness XIV, Taqsima 1.1.; Anness XIV, Taqsima 2(c).
4) Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 5(3) it-tielet subparagrafu; Anness IV, Parti I, nota tal-qiegħ X għat-tabella; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE l-intestatura tat-tabelli; Anness VII (1), Taqsima 2; Anness VII (1), Taqsima 3; Anness VII (1), Taqsima 4; Anness VIII, Taqsima 1,2,2.1 u 3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M1 punti 45, 46.1 u 46.2; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1 punt 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3, punti 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punt 45 u 46.1; Anness X, nota tal-qiegħ 2; Anness X, Taqsima 1.2.2; Anness XI, Appendiċi 4, tabella, intestatura tat-tielet kolonna; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: N/A; Anness XV, l-intestaturi tat-tabelli;
Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorij N1, N2 u N3; Anness XV;
5) Fl-Artikolu 8(2)(c) il-kliem “jew Regolament(i)” se jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva/i”.
6) Fl-Anness IV, il-parti I, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“Suġġett |
Numru tad-Direttiva/Regolament |
Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali |
Applikabbiltà |
|||||||||
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|||
2. Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni |
…/…/KE (EC) Nru …/… |
L …, …, p. … |
X (1) |
X (1) |
X (1) |
X (1) |
||||||
(1) Għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg. Fuq talba tal-produttur tista’ tapplika għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 840 kg.” |
7) Fl-Anness IV, il-parti I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.
8) Fl-Anness VII (4) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “fil-każ ta’ Direttiva”.
9) Fl-Anness VII (5) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “l-aktar Direttiva reċenti”.
10) Fl-Anness XI, Appendiċi 1, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġi sostitwiti b’dan li ġej:
“Oġġett |
Suġġett |
Numru tad-Direttiva/Regolament |
M1 ≤ 2 500 (1) kg |
M1 > 2 500 (1) kg |
M2 |
M3 |
2 |
Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni |
…/…/KE (EC) Nru …/… |
Q |
G + Q |
G + Q” |
11) Fl-Anness XI, Appendiċi I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.
12) Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“Oġġett |
Suġġett |
Numru tad-Direttiva/Regolament |
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
2 |
Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni |
…/…/KE (EC) Nru …/… |
A |
A |
A |
A” |
13) Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.
14) Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“Oġġett |
Suġġett |
Numru tad-Direttiva/Regolament |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
2 |
Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni |
…/…/KE (EC) Nru …/… |
Q |
Q |
Q” |
15) Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 11 għandu jitħassar.
16) Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“Oġġett |
Suġġett |
Numru tad-Direttiva/Regolament |
Krejn Mobbli tal-kategorija N |
2 |
Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni |
…/…/KE (EC) Nru …/… |
N/A” |
17) Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 11 għandu jitħassar.
( 1 ) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 62.
( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2007.
( 3 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).
( 4 ) Organizzazzjoni għall-Avvanzament ta' Standards ta' Informazzjoni Strutturata.
( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn vetturi bil-mutur (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 29).
( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra emissjonijiet ta’ inkwinanti minn magni diesel għall-użu fil-vetturi (ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 25).
( 7 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 74/290/KEE tat-28 ta’ Mejju 1974 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni “positive-ignition” ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/101/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).
( 8 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-karburanti minn vetturi bil-mutur (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 36). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36).
( 9 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 83/351/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1983 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni “positive-ignition” ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1).
( 10 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/76/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet mill-magni ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1).
( 11 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/436/KEE 16 ta' Ġunju 1988 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet mill-magni ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1).
( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/458/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li temenda, fir-rigward tan-normi ta' emissjonijiet ewropej għal vetturi b'ċilindraċċ inqas minn 1,4 litre, id-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 226, 3.8.1989, p. 1).
( 13 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/441/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 242, 30.8.1991, p. 1).
( 14 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE tat-28 ta' Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 186, 28.7.1993, p. 21).
( 15 ) Id-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 42).
( 16 ) Id-Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 1996 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 282, 1.11.1996, p. 64).
( 17 ) Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1).
( 18 ) Id-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 35, 6.2.2001, p. 34).
( 19 ) Id-Direttiva 2001/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 16, 18.1.2002, p. 32).
( 20 ) Id-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 80/1268/KEE tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma miżuri dwar emissjonijiet tad-diossidu u l-karbonju u l-użu tal-fjuwil minn vetturi bil-mutur fil-kategorija N1 (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36).
( 21 ) ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/51/KE (ĠU L 152, 7.6.2006, p. 11).
( 22 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
( 23 ) Il-“format OASIS” jirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-Dokument OASIS SC2-D5, Format ta' Informazzjoni ta' Tiswija ta' Vetturi, verżjoni 1.0, 28 ta' Mejju 2003 (disponibbli hawn: http://www.oasis-open.org/committees/download.php/2412/Draft%20Committee%20Specification.pdf) u ta' Taqsimiet 3.2, 3.5, 3.6, 3.7 u 3.8 tad-Dokument OASIS SC1-D2, Autorepair Requirements Specification, version 6.1, dated 10.1.2003 (disponibbli hawn: http://lists.oasis-open.org/archives/autorepair/200302/pdf00005.pdf), li jużaw kliem miftuħ biss u formati grafiċi.
( 24 ) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
( 25 ) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.”
( 26 ) ĠU L 238, 15.8.1989, p. 43.