This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02007R0520-20210215
Council Regulation (EC) No 520/2007 of 7 May 2007 laying down technical measures for the conservation of certain stocks of highly migratory species and repealing Regulation (EC) No 973/2001
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001
02007R0520 — MT — 15.02.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 123 12.5.2007, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1559/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 |
L 340 |
8 |
22.12.2007 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2107 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Novembru 2017 |
L 315 |
1 |
30.11.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/56 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Jannar 2021 |
L 24 |
1 |
26.1.2021 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 520/2007
tas-7 ta’ Mejju 2007
li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 973/2001
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni applikabbli għall-qabda u għall-ħatt ta’ ċerti ħażniet ta’ speċi li jpassu ħafna kif imsemmija fl-Anness I, kif ukoll għall-qabdiet sekondarji.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istati Membri u huma reġistrati fil-Komunità, (minn hawn ‘il quddiem “bastimenti tas-sajd Komunitarji”).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
“Speċi li jpassu ħafna” tfisser l-ispeċi elenkati fl-Anness I;
“Tonn u speċi relatati koperti mill-ICCAT” tfisser l-ispeċi elenkati fl-Anness II;
▼M3 —————
“Sajd waqt il-ħin liberu” tfisser l-attivitajiet tas-sajd li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin għar-rikreazzjoni jew għall-isport.
“Xbieki tat-tidwir” tfisser xbieki li jaqbdu l-ħut billi jdawruhom miż-żewġ naħat u minn taħt; huma jistgħu jkunu mgħammra b’purse line jew le.
“Tartarun tal-borża (purse seines)” tfisser kwalunkwe xibka tat-tidwir li t-tarf ta’ isfel tagħha huwa miġbur permezz ta’ lenza tat-tartarun li tgħaddi minn serje ta’ ħoloq ma’ tul il-ħabel fil-qiegħ u li tippermetti li x-xibka tinġabar flimkien u tingħalaq. It-tartaruni tal-borża jistgħu jintużaw biex jinqabdu speċi pelaġiċi żgħar, speċi pelaġiċi kbar u speċi tal-qiegħ.
“Konzijiet” tfisser tagħmir tas-sajd li jinkludi lenza prinċipali b’ħafna snanar fuq lenez iqsar imdendlin minnha (brazzoli) ta’ tul u spazjar varjabbli skond l-ispeċi immirati. Jista’ jintuża vertikalment jew orizzontalment ma’ wiċċ il-baħar; jista’ jintrama mal-qiegħ jew viċin il-qiegħ (konzijiet tal-qiegħ) jew jinġarr mal-kurrent f’nofs ta’ l-ilma jew viċin wiċċ l-ilma (konzijiet tal-wiċċ);
“Snanar” tfisser virga mgħawġa ta’ l-azzar u ttemprata normalment b’ponta mgħawġa lura. Il-ponta ta’ sunnara tista’ tkun kemm dritta jew anke maqluba u mgħawġa. Il-parti dritta tagħha għandha tkun ta’ tul u forma varjabbli u l-profil trasversali tagħha jista’ jkun tond (regolari) jew ċatta (mikwija fil-forġa). It-tul totali ta’ sunnara għandu jkun imkejjel bħala t-tul massimu globali tas-sieq tagħha mit-tarf tas-sunnara, li jservi biex miegħu tintrabat il-lenza u normalment jkollu l-forma ta’ għajn, sat-tarf tal-liwja. Il-wisa’ ta’ sunnara għandha titkejjel bħala l-akbar distanza orizzontali min-naħa esterna tal-parti d-dritta san-naħa esterna tal-ponta.
“Tagħmir biex jinġabar il-ħut (FADs)” tfisser kwalunkwe tagħmir li jkun f’wiċċ il-baħar u bil-għan li jattira l-ħut.
“Bastiment tat-tonn bil-qasab u x-xlief” tfisser bastimenti mgħammra għal qbid tat-tonn bil-qasab u x-xlief.
Artikolu 4
Żoni
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament dawn id-definizzjonijiet li ġejjin ta’ l-ilmijiet marittimi għandhom japplikaw:
▼M2 —————
Żona 2
L-ilmijiet kollha ta’ l-Oċean Indjan koperti mill-Ftehim għall-istabbiliment ta’ l-IOTC kif definit fl-Artikolu 2 tiegħu.
▼M3 —————
Żona 4
L-ilmijiet kollha ta’ l-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent kif definit fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tad-WCPFC.
▼M2 —————
KAPITOLU 1
Restrizzjonijiet fl-użu ta’ ċerti tipi ta’ bastimenti u tagħmir
Artikolu 5
Protezzjoni tat-tonn bigeye f’ċerti ilmijiet tropikali
Is-sajd bit-tartaruni tal-borża jew b’bastimenti tat-tonn bil-qasab u x-xlief għandu jkun ipprojbit matul il-perijodu mill-1 sat-30 ta’ Novembru fiż-żoni li ġejjin:
▼M1 —————
Artikolu 7
Sajd għat-tonn skipjack, it-tonn bigeye u t-tonn tal-pinen sofor f'’ċerti ilmijiet Portugiżi
Għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord kwalunkwe kwantità ta’ tonn skipjack, ta’ tonn bigeye u ta’ tonn tal-pinen sofor maqbudin permezz ta’ xbieki tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Portugall fis-sottożona X ta’ l-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) fit-Tramuntana tal-parallel 36°30′ jew fiż-żoni COPACE (Kumitat tas-Sajd ta’ l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) fit-Tramuntana tal-parallel 31° tat-Tramuntana u fil-Lvant tal-meridjan 17°30′ tal-Punent jew li wieħed jistad għal dawn l-ispeċi fiż-żoni msemmijin bit-tagħmir imsemmi.
KAPITOLU 2
Daqs Minimu
Artikolu 8
Daqsijiet
Artikolu 9
Projbizzjonijiet
Artikolu 10
Tkejjil tad-daqs
▼M1 —————
KAPITOLU 3
Restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ bastimenti
Artikolu 12
Tonn bigeye u alonga ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana
Il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2371/2002, għandu jiddetermina n-numru u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross (GT) tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji aktar minn 24 metru fit-tul li jistadu għat-tonn bigeye bħala speċi mmirata fiż-Żona 1. Dawn għandhom jkunu determinati:
bħala n-numru medju u tal-kapaċità fil-GT tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li kienu jistadu fiż-Zona 1 għat-tonn bigeye bħala speċi mmirata matul il-perijodu 1991/1992, u
abbażi tar-restrizzjoni fuq in-numru ta’ bastimenti Komunitarji li kienu jistadu għat-tonn bigeye fl-2005 notifikat lill-ICCAT fit-30 ta’ Ġunju 2005.
Il-Kunsill, b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandu jqassam fost l-Istati Membri:
in-numru u l-kapaċità fil-GT determinati skond il-paragrafu 1;
in-numru tal-bastimenti ddeterminat skond il-paragrafu 2.
Qabel il-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni bil-mezzi tas-soltu tat-trasmissjoni tad-data:
il-lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li huma aktar minn 24 metru fit-tul li jistadu għat-tonn bigeye;
il-lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li qed jieħdu sehem f’sajda b’mira għall-alongi tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-segretarjat ta’ l-ICCAT qabel il-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.
KAPITOLU 4
Speċi li mhumiex fil-mira u sajd sportiv u ta’ rikreazzjoni
Artikolu 13
Marlin
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ konzijiet monofilament streamer bl-iswivels sabiex il-marlin blu u marlin abjad ħaj ikun jista’ jinħeles aktar faċilment.
Artikolu 14
Klieb il-baħar
Artikolu 15
Fkieren tal-baħar
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-ħelsien tal-fkieren tal-baħar ħajjin maqbudin aċċidentalment.
Artikolu 16
Sajd sportiv u ta’ rikreazzjoni fil-Mediterran
Artikolu 17
Rapport
Mhux aktar tard mill-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.
TITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 2
KAPITOLU 1
Restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ bastimenti
Artikolu 18
Numru ta’ bastimenti awtorizzati
KAPITOLU 2
Speċi li mhumiex immirati
Artikolu 19
Klieb il-baħar
Artikolu 20
Fkieren
L-użu ta’ kwalunkwe tagħmir tas-sajd huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
trattament xieraq, inkluż l-irkupru jew il-ħelsien, tal-fkieren tal-baħar ħajjin magbudin aċċidentalment (sunnara jew xbieki) jew bħala qabda sekondarja.
preżenza abbord ta’ tagħmir meħtieġ għall-ħelsien tal-fkieren tal-baħar magbudin aċċidentalment jew bħala qabda sekondarja.
L-użu tat-tartaruni għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
jiġi evitat l-obbligu, fejn possibbli, li l-fkieren tal-baħar jiġu mdawwra bix-xbieki.
l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ tagħmir xieraq sabiex il-qbid tal-fkieren tal-baħar b’mod sekondarju jiġi minimizzat.
adozzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa għar-rilaxx tal-fkieren tal-baħar mdawra jew maqbudin.
l-adozzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tat-tagħmir biex jinġema’ l-ħut li fihom jista’ jinqabdu fkieren tal-baħar, għar-rilaxx ta’ dawk maqbudin u għall-irkupru ta’ l-FADs li ma jintużawx.
L-użu ta’ konzijiet għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-iżvilupp u l-attwazzjoni ta’ kombinazzjonijiet ta’ snanar tat-tip tal-lixkiet tal-fond u ta’ disinjar ta’ xbieki kif ukoll ta’ prassi tas-sajd sabiex jitnaqqsu l-qabdiet aċċidentali jew bħala qabda sekondarja u l-mortalità tal-fkieren tal-baħar.
il-preżenza abbord ta’ tagħmir meħtieġ għall-ħelsien tal-fkieren tal-baħar maqbudin aċċidentalment jew bħala qabda sekondarja, inklużi l-għodod biex jitneħħew mis-snanar jew biex jinqatgħu il-lenez kif ukoll ix-xbieki għall–ħut l-oħxon.
▼M3 —————
TITOLU V
MIŻURI TEKNIĊI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 4
Artikolu 28
Tnaqqis ta’ l-iskart
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jitnaqqas l-iskart, ir-rimi, il-qbid b’tagħmir mitluf jew abbandunat, it-tniġġis mill-bastimenti tas-sajd, il-qbid ta’ ħut u ta’ migranti ta’ speċi li mhumiex immirati, kif ukoll ir-riperkussjonijiet għall-ispeċi relatati jew dipendenti, b’mod partikolari l-ispeċi mhedda bl-estinzjoni.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 29
Mammiferi tal-baħar
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Komitoloġija
Il-miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(2) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
Artikolu 31
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 973/2001 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 32
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta’ l-ispeċi li jpassu ħafna
▼M2 —————
( 1 ) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1799/2006 (ĠU L 341, 7.12.2006, p. 26).