Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R0333-20230101

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/333/2023-01-01

    02007R0333 — MT — 01.01.2023 — 006.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ►M2  IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 333/2007

    tat-28 ta' Marzu 2007

    li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel ◄

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 088 29.3.2007, p. 29)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 836/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011

      L 215

    9

    20.8.2011

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/582 tal-15 ta' April 2016

      L 101

    3

    16.4.2016

    ►M3

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2093 tad-29 ta’ Novembru 2019

      L 317

    96

    9.12.2019

    ►M4

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/705 tat-28 ta’ April 2021

      L 146

    73

    29.4.2021

    ►M5

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/685 tat-28 ta’ April 2022

      L 126

    14

    29.4.2022

    ►M6

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2418 tad-9 ta’ Diċembru 2022

      L 318

    4

    12.12.2022




    ▼B

    ▼M2

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 333/2007

    tat-28 ta' Marzu 2007

    li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel

    ▼B

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    ▼M3

    1.  
    It-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, arseniku inorganiku, 3-monokloropropan-1,2-diol (3-MCPD), esteri tal-aċidi xaħmin 3-MCPD, esteri gliċidiliċi tal-aċidi grassi, idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) u perklorat elenkati fit-Taqsimiet 3, 4, 6 u 9 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u għall-kontroll tal-livelli ta’ akrilammid f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 ( 1 ), għandhom jitwettqu f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    ▼B

    2.  
    Il-Paragrafu 1 għandu japplika mingħajr pre ġudizzju għad-dispożizzjonjiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    Artikolu 2

    Id-Direttivi 2001/22/KE, 2004/16/KE u 2005/10/KE huma revokati.

    Ir-referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS

    PARTI A

    DEFINIZZJONIJIET

    Għall-għanijiet ta' dan l-Anness għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

    ▼M5

    “daqs jew piż komparabbli”

    :

    parti magħżula ta’ lott kbir sabiex jiġi applikat il-metodu ta' teħid ta' kampjuni fuq dik il-parti magħżula. Kull sublott għandu jkun fiżikament separat u identifikabbli;

    ▼B

    “sublott”

    :

    parti magħżula ta’ lott kbir sabiex jiġi applikat il-metodu ta' teħid ta' kampjuni fuq dik il-parti magħżula. Kull sublott għandu jkun fiżikament separat u identifikabbli;

    “kampjun inkrimentali”

    :

    kwanità ta' materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott;

    “kampjun kollettiv”

    :

    it-total kollettiv tal-kampjuni inkrimentali kollha meħuda mil-lott jew is-sublott; kampjuni kollettivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala rappreżentattivi tal-lotts u s-sublottijiet li ttieħdu minnhom;

    “kampjun tal-laboratorju”

    :

    kampjun maħsub għal-laboratorju;

    ▼M5

    “daqs jew piż komparabbli”

    :

    id-differenza fid-daqs jew fil-piż ma taqbiżx il-50 %.

    ▼B

    PARTI B

    METODI TA' TEĦID TAL-KAMPJUNI

    B.1.   DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    B.1.1.   Il-Persunal

    It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif nominata mill-Istat Membru.

    B.1.2.   Il-Materjal li minnu għandu jittieħed kampjun

    Kull lott jew sublott, li għandu jiġi eżaminat, għandu jittieħed kampjun minnu separatament.

    B.1.3.   Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

    Waqt it-teħid ta' kampjuni, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata kwalunkwe bidla li taffettwa l-livelli ta' kontaminanti, jew li taffettwa d-determinazzjoni analitika b’mod negattiv jew inkella twassal biex il-kampjuni kollettivi ma jibqgħux rappreżentattivi.

    B.1.4.   Kampjuni inkrimentali

    Safejn hu possibbli l-kampjuni inkrimentali għandhom jittieħdu f'postijiet differenti mifruxa madwar il-lott jew is-sublott kollu. Differenzi minn din il-proċedura għandhom jiġu rreġistrati fl-arkivju previst skond il-punt B.1.8 ta’ dan l-Anness.

    B.1.5.   It-tħejjija tal-kampjun kollettiv

    Il-kampjun kollettiv għandu jkun magħmul billi jingħaqdu flimkien il-kampjuni inkrementali.

    B.1.6.   Kampjuni għal raġunijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ

    Il-kampjuni għal raġunijiet ta’ infurzar, difiża u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-kampjun kollettiv omoġenizzat, sakemm dan ma jkunx ta' kunflitt mar-regoli ta’ l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-operatur kummerċjali ta’ l-ikel.

    B.1.7.   Ippakkjar u twassil tal-kampjuni

    Kull wieħed mill-kampjuni għandu jitpoġġa f’kontenitur nadif u wieqaf li joffri protezzjoni xierqa kontra l-kontaminazzjoni, kontra telf ta’ materjal li għandu jiġi analizzat minħabba aderenza mall-ħitan interni tal-kontenitur u kontra l-ħsara waqt it-trasport. Għandhom jittieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex tkun evitata kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjun li tista’ sseħħ waqt it-trasport jew il-ħażna.

    ▼M1

    Reċipjenti tal-plastik għandhom jiġu evitati fejn possibli fil-każ ta' teħid ta' kampjuni għall-analiżi tal-PAH għax jistgħu jbiddlu l-kontenut tal-PAH fil-kampjun. Fejn possibli għandhom jintużaw reċipjenti tal-ħġieġ ħielsa mill-PAH, inerti, li jipproteġu b'mod xieraq il-kampjun mid-dawl. Meta dan ikun prattikament impossibli, għandu tal-inqas jiġi evitat kuntatt dirett tal-kampjun mal-plastiks, eżempju fil-każ ta' kampjuni solidi, billi l-kampjun jiġi mgeżwer ġo fojl tal-aluminju qabel ma jitpoġġa fir-reċipjent tal-kampjun.

    ▼B

    B.1.8.   L-issiġillar u twaħħil tat-tikketti tal-kampjuni

    Kull kampjun meħud għal użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid ta’ kampjuni u identifikat skond ir-regoli ta’ l-Istati Membri.

    Għandu jinżamm reġistru b'kull kampjun, li jippermetti li kull lott jew sublott jiġi identifikat mingħajr ambigwità (għandha tingħata r-referenza għan-numru tal-lott) kif ukoll id-data u l-post li fih ikun ittieħed il-kampjun flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li probabbli tkun ta’ għajnuna għal minn iwettaq l-analiżi.

    ▼M1

    B.2.   IL-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

    B.2.1.    Tqassim ta’ lottijiet f’sublottijiet

    Lottijiet kbar ħafna għandhom jitqassmu f’sublottijiet, bil-kondizzjoni li s-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. Għall-prodotti li jinbiegħu f’konsenji bl-ingrossa (eżempju ċereali) għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-prodotti l-oħra għandha tapplika t-Tabella 2. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.

    ▼M4

    B.2.2.    Għadd ta’ kampjuni inkrimentali

    Għall-ikel, minbarra supplimenti tal-ikel, ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-kampjun aggregat għandu jkun mill-inqas kilogramma jew litru, ħlief fejn dan ma jkunx possibbli, eż. meta l-kampjun ikun jikkonsisti f’pakkett jew unità waħda.

    Għal supplimenti tal-ikel, ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-kampjun aggregat għandu jkun mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru.

    Għall-ikel, għajr is-supplimenti tal-ikel, l-għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed mil-lott jew mis-sublott għandu jkun skont it-Tabella 3.

    Fil-każ ta’ prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm huwa possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, immedjatament qabel it-teħid tal-kampjun permezz ta’ mezzi manwali jew mekkaniċi. F’dan il-każ, wieħed għandu jassumi li t-tqassim tal-kontaminanti f’lott jew f’sublott partikolari huwa omoġenju. Għalhekk l-għadd ta’ kampjuni inkrementali minn lott jew sublott biex jifforma l-kampjun aggregat għandu jkun tlieta.

    Meta l-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, għall-ikel, għajr is-supplimenti tal-ikel, l-għadd ta’ pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandu jittieħed biex jifforma l-kampjun aggregat għandu jkun skont it-Tabella 4a.

    Il-kampjuni inkrementali għandhom ikunu simili fil-piż/volum. Għall-ikel, minbarra supplimenti tal-ikel, ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-piż/il-volum ta’ kampjun inkrementali għandu jkun mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas madwar kilogramma jew litru.

    Għal ħwawar jew ħxejjex aromatiċi mnixxfin, fungi mnixxfin, algi jew likeni, il-piż/volum ta’ kampjun inkrementali għandu jkun mill-inqas 35 gramma jew 35 millilitru, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas 100 gramma jew 100 millilitru.

    Il-livelli massimi għal-landa inorganika jgħoddu għall-kontenut ta’ kull bott, iżda minħabba raġunijiet prattiċi huwa meħtieġ li jintuża metodu aggregat tat-teħid ta’ kampjuni. Jekk ir-riżultat tat-test għall-kampjun aggregat ta’ bottijiet ikun anqas mil-livell massimu ta’ landa inorganika iżda qribu u jekk ikun issuspettat li xi bottijiet individwali jistgħu jaqbżu l-livell massimu, allura għandhom isiru aktar investigazzjonijiet.

    Għas-supplimenti tal-ikel, l-għadd minimu u d-daqs tal-kampjuni inkrementali għandhom ikunu skont it-Tabella 4b.

    Fejn ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni stipulat f’dan il-punt B.2. minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott li ġarrab xi ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibbli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni previst f’dan il-punt B.2., jista’ jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta’ kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta’ lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ. Dan għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru previst fil-punt B.1.8.



    Tabella 1

    Suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti kkummerċjalizzati f’konsenji bl-ingrossa

    Piż tal-lott (tunnellati)

    Piż jew għadd ta’ sublottijiet

    ≥ 1 500

    500 tunnellata

    > 300 u < 1 500

    tliet sublottijiet

    ≥ 100 u ≤ 300

    100 tunnellata

    < 100



    Tabella 2

    Suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti kkumerċjalizzati f’konsenji bl-ingrossa

    Piż tal-lott (tunnellati)

    Piż jew għadd ta’ sublottijiet

    ≥ 15

    15-30 tunnellata

    < 15



    Tabella 3

    Għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott jew mis-sublott tal-ikel, għajr is-supplimenti tal-ikel

    Piż jew volum tal-lott/tas-sublott (f’kilogrammi jew f’litri)

    Għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu

    < 50

    3

    ≥ 50 u ≤ 500

    5

    > 500

    10



    Tabella 4a

    Għadd ta’ pakketti jew ta’ unitajiet (kampjuni inkrementali) li għandhom jittieħdu biex jiġi ffurmat il-kampjun aggregat jekk il-lott jew is-sublott ikun magħmul minn pakketti jew unitajiet individwali, għajr is-supplimenti tal-ikel

    Għadd ta’ pakketti jew ta’ unitajiet fil-lott/fis-sublott

    Għadd ta’ pakketti jew unitajiet li għandhom jittieħdu

    ≤ 25

    mill-inqas pakkett wieħed jew unità waħda

    26-100

    madwar 5 %, mill-inqas żewġ pakketti jew unitajiet

    > 100

    madwar 5 %, massimu ta’ 10 pakketti jew unitajiet



    Tabella 4b

    Għadd minimu u daqs tal-kampjuni inkrimentali għas-supplimenti tal-ikel

    Daqs tal-lott (għadd ta’ pakketti)

    Għadd ta’ pakketti (kampjuni inkrementali) li għandhom jittieħdu għall-kampjun

    Piż tal-kampjun inkrementali

    1-50

    1

    Il-kontenut sħiħ tal-pakkett

    51-250

    2

    Il-kontenut sħiħ tal-pakkett

    251-1 000

    4

    Minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut meħud għall-kampjun, nofs il-kontenut tal-pakkett

    > 1 000

    erba’ pakketti + pakkett għal kull 1 000 pakkett għall-bejgħ bl-imnut b’massimu ta’ 25 pakkett għall-bejgħ bl-imnut

    ≤ 10 pakketti: minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut meħud għall-kampjun, nofs il-kontenut tal-pakkett

    > 10 pakketti: minn kull pakkett, jittieħed ammont ugwali li jirriżulta f’kampjun b’kontenut daqs il-kontenut ta’ ħames pakketti

    Mhux magħruf (applikabbli biss għall-kummerċ elettroniku)

    1

    Il-kontenut sħiħ tal-pakkett

    ▼M5

    B.2.3.    Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet li jkun fihom ħut sħiħ ta' daqs jew piż kumparabbli

    In-numru ta' kampjuni inkrimentali li għandhom jittieħdu mil-lott hu stabbilit fit-Tabella 3. Il-kampjun aggregat li jgħaqqad il-kampjuni inkrimentali kollha għandu jkun ta' mill-inqas 1 kilogramma (ara l-punt B.2.2).

    — 
    F'każ li l-lott li minnu għandu jittieħed il-kampjun ikollu fih ħut żgħir (ħut individwali li jiżen < 1kilogramma), il-ħuta sħiħa tittieħed bħala kampjun inkrimentali biex tifforma l-kampjun aggregat. F'każ li l-kampjun aggregat li jirriżulta jkun jiżen aktar minn 3 kilogrammi, il-kampjuni inkrimentali jistgħu jikkonsistu mill-parti tan-nofs, li kull waħda tiżen mill-inqas 100 gramma, tal-ħut li jifforma l-kampjun aggregat. Il-parti sħiħa li għaliha japplika l-livell massimu, tintuża għall-omoġenizzazzjoni tal-kampjun.
    Il-parti tan-nofs tal-ħuta hija dik fejn jinsab iċ-ċentru ta’ gravità. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dan jinsab fix-xewka tad-dahar (f’każ li l-ħuta jkollha xewka tad-dahar) jew fin-nofs bejn il-fetħa tal-garġi u l-anus.
    — 
    F'każ li l-lott li għandu jittieħed kampjun minnu jkollu fih ħut ikbar (ħut individwali li jiżen ≥1 kilogramma), il-kampjun inkrimentali jikkonsisti mill-parti tan-nofs tal-ħut. Kull kampjun inkrimentali jiżen mill-inqas 100 gramma.
    Għal ħut ta' daqs intermedju (≥ 1 kilogramma u < 6 kilogrammi) il-kampjun inkrimentali jittieħed bħala biċċa ħuta maqtugħa mis-sinsla saż-żaqq fil-parti tan-nofs tal-ħuta.
    Għall-ħut kbir ħafna (≥ 6 kilogrammi), il-parti inkrimentali tittieħed mill-parti tal-lemin (aspett frontali) tal-laħam mill-muskolu dorso-laterali fil-parti tan-nofs tal-ħuta. Meta t-teħid ta’ tali biċċa mill-parti tan-nofs tal-ħut jirriżulta fi ħsara ekonomika sinifikanti, it-teħid ta’ tliet kampjuni inkrimentali ta’ mill-inqas 350 gramma kull wieħed jista’ jitqies bħala suffiċjenti indipendentement mid-daqs tal-lott jew alternattivament tliet kampjuni inkrimentali ta’ mill-inqas 350 gramma kull wieħed minn parti ugwali (175 gramma) tal-laħam tal-muskoli qrib il-parti tad-denb u l-laħam tal-muskoli qrib il-parti tar-ras ta’ kull ħuta jistgħu jitqiesu li huma suffiċjenti indipendentement mid-daqs tal-lott.

    ▼M5

    B.2.4.    Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta' kampjuni minn lottijiet ta' ħut li fihom ħut sħiħ ta' daqsijiet u/jew piżijiet differenti

    Fir-rigward tal-kostituzzjoni tal-kampjun għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt B.2.3.

    F'każ li klassi/kategorija ta' daqs jew ta' piż tkun predominanti (madwar 80 % jew aktar tal-lott), il-kampjun jittieħed minn ħut li għandu d-daqs jew il-piż predominanti. Dan il-kampjun għandu jitqies bħala rappreżentattiv għal-lott kollu.

    F’każ li l-ebda klassi/kategorija partikolari ta’ daqs jew ta’ piż ma tkun predominanti, għandu jiġi żgurat li l-ħut magħżul għall-kampjun ikun rappreżentattiv tal-lott. Għal każijiet bħal dawn hemm gwida speċifika fil-“Guidance document on sampling of whole fishes of different size and/or weight” ( 2 ) (Dokument ta’ gwida dwar it-teħid ta’ kampjuni ta’ ħut sħiħ ta’ daqsijiet u/jew piżijiet differenti).”

    B.2.5.    Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid ta’ kampjuni ta’ annimali terrestri

    Għal-laħam u l-ġewwieni tal-annimali porċini, bovini, ovini, kaprini u ekwini għandu jittieħed kampjun ta’ 1 kilogramma minn tal-inqas annimal wieħed. Jekk ikun meħtieġ biex tinkiseb kwantità tal-kampjun ta’ 1 kilogramma, għandhom jittieħdu kwantitajiet tal-kampjun ugwali minn aktar minn annimal wieħed.

    Għal-laħam tat-tjur għandu jittieħed kampjun ta’ kwantitajiet ugwali minn tal-inqas tliet annimali sabiex jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kilogramma. Għall-ġewwieni tat-tjur għandu jittieħed kampjun ta’ kwantitajiet ugwali minn tal-inqas tliet annimali sabiex jinkiseb kampjun aggregat ta’ 300 gramma.

    Għal-laħam u l-ġewwieni ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u annimali terrestri selvaġġi għandu jittieħed kampjun ta’ 300 gramma minn tal-inqas annimal wieħed. Jekk ikun meħtieġ biex tinkiseb kwantità tal-kampjun ta’ 300 gramma, għandhom jittieħdu kwantitajiet tal-kampjun ugwali minn aktar minn annimal wieħed.

    ▼M1

    B.3.   TEĦID TA’ KAMPJUNI FL-ISTADJU TAL-BEJGĦ BL-IMNUT

    It-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-imnut għandu jsir meta jkun possibbli skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipulati fil-punt B.2.2 ta’ dan l-Anness.

    Fejn ma jkunx possibli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta' kampjuni stipulat fil-punt B.2.2 minħabba l-konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli (eżempju minħabba l-forom tal-pakketti, lott bil-ħsara, eċċ.) jew fejn huwa prattikament impossibli li jiġi applikat il-metodu tat-teħid ta' kampjuni msemmi hawn fuq, jista' jiġi applikat metodu alternattiv tat-teħid ta' kampjuni jekk ikun hemm rappreżentazzjoni biżżejjed tal-kampjuni ta' lottijiet u sublottijiet u jkun dokumentat bis-sħiħ.

    ▼B

    PARTI C

    TĦEJJIJA U ANALIŻI TAL-KAMPJUNI

    C.1.   STANDARDS TA’ KWALITA’ GĦAL-LABORATORJI.

    Il-laboratorji għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 ►M1   ( 3 ) ◄ .

    Il-laboratorji għandhom jipparteċipaw fi skemi ta' ttestjar tal-profiċjenza adattati li jikkonformaw mal-“Protokoll Internazzjonali Armonizzat għall-Ittestjar ta' Profiċjenza ta' Laboratoji Analitiċi (Kimiċi)” ( 4 ) kif żviluppati taħt l-awspiċi ta' l-IUPAC/ISO/AOAC.

    Il-laboratorji għandhom ikunu kapaċi juru li għandhom lesti proċeduri għall-kontroll intern tal-kwalità. Eżempju ta' dawn huma l-“Linji Gwida ISO/AOAC/IUPAC dwar il-Kontroll Intern ta' Kwalità f'Laboratorji Analitiċi tal-Kimika” ( 5 ).

    Meta jkun possibbli, għandha titwettaq stima ta' l-awtentiċità ta' l-analiżi permezz ta' l-inklużjoni ta' materjali xierqa ta' referenza ċċertifikati fl-analiżi.

    C.2.   TĦEJJIJA TAL-KAMPJUN

    ▼M5

    C.2.1.    Prekawzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali

    Il-ħtieġa bażika hija li jinkiseb kampjun tal-laboratorju rappreżentattiv u omoġenju mingħajr l-introduzzjoni ta' kontaminazzjoni sekondarja.

    Il-parti sħiħa li għaliha japplika l-livell massimu għandha tintuża għall-omoġenizzazzjoni tal-kampjun.

    Għall-prodotti għajr il-ħut, il-materjal kollu tal-kampjun li jirċievi l-laboratorju għandu jintuża għat-tħejjija tal-kampjun tal-laboratorju.

    Għall-ħut, il-materjal kollu tal-kampjun li jasal għand il-laboratorju għandu jiġi omoġenizzat. Mill-kampjun aggregat omoġenizzat, għandha tintuża parti/kwantità rappreżentattiva għall-preparazzjoni tal-kampjun tal-laboratorju.

    Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.

    ▼B

    C.2.2.   Proċeduri speċifiċi għat-tħejjija tal-kampjuni

    ▼M2

    C.2.2.1.   Proċeduri speċifiċi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju, għal-landa inorganika u għall-arseniku inorganiku

    L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Kull meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f'kuntatt mal-kampjun ma għandux ikun fihom dawk il-metalli li jridu jiġu ddeterminati u għandhom ikunu magħmula minn materjali inerti, pereżempju plastik bħal polipropilen, politetrafluworoetilen (PTFE), eċċ. Dawn għandhom jitnaddfu bl-aċidu sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Għax-xfafar jista' jintuża azzar li ma jissaddadx ta' kwalità għolja.

    Hemm bosta proċeduri speċifiċi sodisfaċenti ta' tħejjija tal-kampjuni li jistgħu jintużaw għall-prodotti kkonċernati. Għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti speċifikament b'dan ir-Regolament, l-Istandard tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi” ( 6 ) jitqies li huwa sodisfaċenti iżda metodi oħra ta' tħejjija tal-kampjun jistgħu ikunu daqstant validi.

    Fil-każ tal-landa inorganika, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-materjal kollu jittieħed f'soluzzjoni peress li huwa magħruf li faċilment isir telf, b'mod partikolari minħabba l-idroliżi, li bħala riżultat tagħha tinħoloq l-ispeċi ossida ta' Sn(IV) idratata u insolubbli.

    ▼M1

    C.2.2.2    Proċeduri speċifiċi għall-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi

    L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Qabel l-użu, ir-reċipjenti għandhom jitlaħalħu b'aċetun għoli fil-purezza jew eżan sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f’kuntatt mal-kampjun għandu jkun magħmul minn materjali inerti bħal aluminju, ħġieġ jew azzar li ma jissaddadx illustrat. Plastiks bħal polipropilen jew PTFE għandhom jiġu evitati, minħabba li l-analiti jistgħu jiġu assorbit minn dawn il-materjali.

    ▼M2

    Għall-analiżi tal-PAH fil-kawkaw u fil-prodotti dderivati mill-kawkaw, id-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam titwettaq skont il-metodu uffiċjali Nru 963.15 tal-Metodi Uffiċjali ta' Analiżi (AOAC) għad-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti dderivati. Jistgħu jiġu applikati proċeduri ekwivalenti ta' determinazzjoni tax-xaħam li fihom ikun jista' jintwera li l-proċedura ta' determinazzjoni tax-xaħam li tkun intużat tipprovdi valur indaqs (ekwivalenti) ta' kontenut tax-xaħam.

    ▼B

    C.2.3.   Trattament tal-kampjun kif jasal fil-laboratorju

    Il-kampjun kollettiv sħiħ għandu jiġi mitħun b’mod fin (fejn rilevanti) u mħallat sew bl-użu ta' proċess li ntwera li jikseb omoġenizzazzjoni sħiħa.

    C.2.4.   Kampjuni għal skopijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ

    Il-kampjuni għal skopijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-materjal omoġenizzat sakemm dan ma jkunx ta' kunflitt mar-regoli tal-kampjuni ta’ l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-operatur kummerċjali ta’ l-ikel.

    C.3.   METODI TA'ANALIŻI

    C.3.1.   Definizzjonijiet

    Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    “r”

    =

    Ir-Ripetibilità, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta’ testijiet waħdanija li nkisbu taħt kundizzjonijiet ta’ ripetibilità (jiġifieri l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju, u intervall qasir ta’ ħin) mistenni li jaqa’ fi ħdan probabbiltà speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sr.

    “sr

    =

    Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta' ripetibilità.

    “RSDr

    =

    Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati li ġew iġġenerati taħt kundizzjonijiet ta' ripetibilità [(sr/image) × 100].

    “R”

    =

    Ir-riproduċibilità, il-valur ta' taħt li d-differenza assoluta bejn riżultati ta’ testijiet waħdanija miksuba taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità, (jiġifieri fuq materjal identiku miksub minn operaturi f’laboratorji differenti, bl-użu tal-metodu standardizzat tat-test), hija mistennija li taqa’ fi ħdan ċerta probabilità (tipikament 95 %); R = 2,8 × sR.

    “sR

    =

    Devjazzjoni standard, ikkalkulata minn riżultati taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità.

    “RSDR

    =

    Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati li ġew iġġenerati taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità [(sR/image) × 100].

    ▼M3

    “LOD”

    =

    Il-limitu ta’ detezzjoni, l-iżgħar kontenut imkejjel li minnu huwa possibbli li tiġi dedotta l-preżenza tal-analita b’ċertezza statistika raġonevoli.

    “LOQ”

    =

    Limitu ta’ kwantifikazzjoni, l-iżjed kontenut baxx ta’ analita li jista’ jitkejjel b’ċertezza statistika raġonevoli.

    ▼M1

    “HORRAT ( 7 )r

    =

    L-RSDr osservat diviż bil-valur tal-RSDr stmat mill-ekwazzjoni (irranġata) ta' Horwitz ( 8 ) (cf. punt C.3.3.1 (“Noti għall-kriterji tal-prestazzjoni”)) bl-użu tal-ipotesi r = 0,66 R.

    “HORRAT ( 9 )R

    =

    HORRATr = L-RSDR osservat diviż bil-valur tal-RSDR stmat mill-ekwazzjoni (irranġata) ta' Horwitz ( 10 ) (cf. point C.3.3.1 (“Notes to the performance criteria”)).

    “u”

    =

    Inċertezza ta' kejl standard magħquda, miksuba bl-użu ta' inċertezzi ta' kejl standard individwali assoċjati mal-kwantitajiet tad-dħul fil-mudell tal-kejl ( 11 )

    ▼B

    “U”

    =

    L-inċertezza tal-kejl estiża, li tuża fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 % (U = 2u).

    “Uf”

    =

    Inċertezza massima tal-kejl standard

    ▼M2

    C.3.2.   Rekwiżiti ġenerali

    Il-metodi ta' analiżi li jintużaw għall-finijiet ta' kontroll tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-kontroll dwar il-livelli ta' landa inorganika.

    Għall-analiżi taċ-ċomb fl-inbid, japplikaw il-metodi u r-regoli stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) ( 12 ), f'konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ( 13 ).

    Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-finijiet ta' skrinjar għall-kontroll dwar il-livelli ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun taħt il-livell massimu ta' arseniku inorganiku, mhu meħtieġ ebda ttestjar iktar u l-kampjun jitqies li huwa konformi mal-livell massimu ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun daqs il-livell massimu ta' arseniku inorganiku jew ogħla minnu, irid jitwettaq ittestjar ta' segwitu sabiex jiġi ddeterminat jekk il-konċentrazzjoni tal-arseniku inorganiku hijiex ogħla mil-livell massimu ta' arseniku inorganiku.

    ▼B

    C.3.3.   Rekwiżiti speċifiċi

    ▼M1

    C.3.3.1.    Kriterji tal-prestazzjoni

    Fejn fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm preskritti metodi speċifiċi għad-determinazzjoni ta' kontaminanti fil-prodotti tal-ikel, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kwalunkwe metodu ta' analiżi vvalidat għall-matriċi rispettiva, jekk il-metodu magħżul jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni speċifiċi stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7.

    Huwa rakkomandat li l-metodi vvalidati bis-sħiħ (jiġifieri l-metodi vvalidati mill-proċess ta' kollaborazzjoni għall-matriċi rispettiva) jiġu użati fejn xieraq u fejn disponibbli. Metodi xierqa oħra vvalidati (eżempju metodi għall-matriċi rispettiva vvalidati internament) jistgħu jiġu użati jekk jissodisfaw il-kriterji tal-prestazzjoni stipulati fit-tabelli 5, 6 u 7.

    Fejn huwa possibli, it-tisħiħ tal-metodi vvalidati internament għandu jinkludi materjal ta' referenza ċċertifikat.

    ▼M6

    (a) 

    Kriterji ta’ prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju, għal-landa inorganika u għall-arseniku inorganiku



    Tabella 5

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006

    Speċifiċità

    Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

    Ripetibbiltà (RSDr)

    HORRATr inqas minn 2

    Riproduċibbiltà (RSDR)

    HORRATR inqas minn 2

    Irkupru

    Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt D.1.2.

    LOD:

    = tliet LOQ minn kull għaxra

    LOK

    Landa inorganika

    ≤ 10 mg/kg

    Ċomb

    ML ≤ 0,02 mg/kg

    0,02 < ML < 0,1 mg/kg

    ML ≥ 0,1 mg/kg

    ≤ ML

    ≤ żewġ terzi tal-ML

    ≤ wieħed minn ħamsa tal-ML

    Kadmju, merkurju

    ML ≤ 0,02 mg/kg

    0,02 < ML < 0,1 mg/kg

    ML huwa ≥ 0,1 mg/kg

    ≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

    ≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

    ≤ wieħed minn ħamsa tal-ML

    Arseniku inorganiku u l-arseniku totali

    ML ≤ 0,03 mg/kg

    0,03 < ML < 0,1 mg/kg

    ML huwa ≥ 0,1 mg/kg

    ≤ ML

    ≤ żewġ terzi tal-ML

    ≤ żewġ terzi tal-ML

    ▼M3

    (b) 

    Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għat-3-monokloropropan-1,2-diol (3-MCPD), għall-esteri tal-aċidi xaħmin 3-MCPD u għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi grassi:

    — 
    Kriterji ta’ prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għat-3-MCPD fl-ikel speċifikat fil-punt 4.1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006



    Tabella 6a

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    Ikel speċifikat fil-punt 4.1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006

    Speċifiċità

    Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

    Kamp vojt

    Inqas mil-LOD

    Ripetibbiltà (RSDr)

    0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Riproduċibbiltà (RSDR)

    kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Irkupru

    75–110 %

    Limitu ta’ Detezzjoni (LOD)

    ≤ 5 μg/kg (fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    ≤ 10 μg/kg (fuq il-bażi ta’ materja niexfa)

    — 
    Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għat-3-MCPD fl-ikel speċifikat fil-punt 4.3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006



    Tabella 6b

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    Ikel speċifikat fil-punt 4.3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006

    Speċifiċità

    Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

    Kamp vojt

    Inqas mil-LOD

    Ripetibbiltà (RSDr)

    0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Riproduċibbiltà (RSDR)

    kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Irkupru

    75–110 %

    Limitu ta’ Detezzjoni (LOD)

    ≤ 7 μg/kg

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    ≤ 14 μg/kg

    — 
    Kriterji ta’ prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għall-esteri tal-aċidi xaħmin 3-MCPD, espressi bħala 3-MCPD, fl-ikel speċifikat fil-punt 4.3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006



    Tabella 6c

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    Ikel speċifikat fil-punt 4.3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006

    Speċifiċità

    Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

    Ripetibbiltà (RSDr)

    0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Riproduċibbiltà (RSDR)

    kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Irkupru

    70-125 %

    Limitu ta’ Detezzjoni (LOD)

    Tliet għexieren ta’ LOQ

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    għall-ikel speċifikat f’4.3.1 u f’4.3.2

    ≤ 100 μg/kg fi żjut u xaħmijiet

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    għal ikel speċifikat f’4.3.3 u f’4.3.4 b’kontenut ta’ xaħam < 40 %

    ≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    għal ikel speċifikat f’4.3.4 b’kontenut ta’ xaħam ≥ 40 %

    ≤ 15 μg/kg ta’ xaħam

    — 
    Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għall-esteri gliċidiliċi tal-aċidi grassi, espressi bħala gliċidol, fl-ikel speċifikat fil-punt 4.2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006



    Tabella 6d

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    Ikel speċifikat fil-punt 4.2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006

    Speċifiċità

    Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

    Ripetibbiltà (RSDr)

    0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Riproduċibbiltà (RSDR)

    kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Irkupru

    70-125 %

    Limitu ta’ Detezzjoni (LOD)

    Tliet għexieren ta’ LOQ

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    għall-ikel speċifikat f’4.2.1 u f’4.2.2

    ≤ 100 μg/kg fi żjut u xaħmijiet

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    għal ikel speċifikat f’4.2.3 b’kontenut ta’ xaħam < 65 % u f’4.2.4 b’kontenut ta’ xaħam < 8 %

    ≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    għal ikel speċifikat f’4.2.3 b’kontenut ta’ xaħam ≥ 65 % u f’4.2.4 b’kontenut ta’ xaħam ≥ 8 %

    ≤ 31 μg/kg ta’ xaħam

    ▼M1

    (c) 

    Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta' analiżi għall-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi:

    L-erba' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi li għalihom japplikaw dawn il-kriterji huma benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworoanten u krisen.



    Tabella 7

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

    Speċifiċità

    Ħieles minn matriċi jew interferenzi spettrali, verifika ta' skoperta pożittiva

    Repettittività (RSDr)

    HORRATr inqas minn 2

    Reproduċibbilità (RSDR):

    HORRATR inqas minn 2

    Irkupru

    50-120 %

    LOD

    ≤ 0,30 μg/kg għal kull wieħed mill-erba' sustanzi

    LOQ

    ≤ 0,90 μg/kg għal kull wieħed mill-erba' sustanzi

    ▼M3

    (d) 

    Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għall-akrilammid:



    Tabella 8

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    L-ikel kollu

    Speċifiċità

    Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

    Kamp vojt

    Inqas mil-Limitu ta’ Detezzjoni (LOD)

    Ripetibbiltà (RSDr)

    0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Riproduċibbiltà (RSDR)

    kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Irkupru

    75–110 %

    Limitu ta’ Detezzjoni (LOD)

    Tliet għexieren ta’ LOQ

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    Għal ikel b’livelli ta’ riferiment < 125 μg/kg: ≤ tnejn minn ħamsa tal-livell ta’ riferiment, madankollu mhux meħtieġ li jkun inqas minn 20 μg/kg

    Għal ikel b’livell ta’ riferiment ≥ 125 μg/kg: ≤ 50 μg/kg

    ▼M3

    (e) 

    Kriterji tal-prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi għall-perklorat:



    Tabella 9

    Parametru

    Kriterju

    Applikabbiltà

    L-ikel kollu

    Speċifiċità

    Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

    Ripetibbiltà (RSDr)

    0,66 darba tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Riproduċibbiltà (RSDR)

    kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (irranġata)

    Irkupru

    70–110 %

    Limitu ta’ Detezzjoni (LOD)

    Tliet għexieren ta’ LOQ

    Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LOQ)

    ≤ tnejn minn ħamsa tal-ML

    (f) 

    Noti għall-kriterji tal-prestazzjoni:

    L-ekwazzjoni Horwitz ( 14 ) (għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10-7 ≤ C ≤ 0,138) u l-ekwazzjoni Horwitz ( 15 ) irranġata (għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10-7) huma ekwazzjonijiet ta’ preċiżjoni ġġeneralizzati li huma indipendenti mill-analita u l-matriċi iżda jiddependu biss fuq il-konċentrazzjoni għal ħafna mill-metodi ta’ analiżi ta’ rutina.

    L-ekwazzjoni Horwitz irranġata għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10-7:

    RSDR = 22 %

    fejn:

    — 
    L-RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati miksuba f’kundizzjonijiet ta’ riproduċibbilitàimage
    — 
    C huwa l-proporzjon ta’ konċentrazzjoni (i.e. 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg). L-ekwazzjoni Horwitz modifikata tapplika għall-konċentrazzjonijiet C < 1,2 × 10-7.

    L-ekwazzjoni Horwitz għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10-7 ≤ C ≤ 0,138:

    RSDR = 2C(- 0,15 )

    fejn:

    — 
    L-RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati miksuba f’kundizzjonijiet ta’ riproduċibbilitàimage
    — 
    C huwa l-proporzjon ta’ konċentrazzjoni (i.e. 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg). L-ekwazzjoni Horwitz tapplika għall-konċentrazzjonijiet 1,2 × 10-7 ≤ C ≤ 0,138.

    ▼M1

    C.3.3.2.   Il-metodu “adekwatezza għall-fini”

    Jista' jintuża l-metodu “adekwatezza għall-fini” ( 16 ) bħala alternattiva biex tiġi vvalutata l-konvenjenza tal-metodi vvalidati internament għall-kontroll uffiċjali. Metodi xierqa għall-kontroll uffiċjali għandhom jagħtu r-riżultati b'inċertezza ta' kejl standard maqgħuda (u) inqas mill-inċertezza ta' kejl standard massima kkalkulata bil-formula ta' hawn taħt:

    image

    fejn:

    — 
    Uf hija l-inċertezza ta' kejl standard massima (μg/kg).
    — 
    LOD huwa l-limitu ta’ skoperta tal-metodu (μg/kg). L-LOD għandu jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni stabbiliti fil-punt C.3.3.1 għall-konċentrazzjoni tal-interess.
    — 
    C hija l-konċentrazzjoni tal-interess (μg/kg).
    — 
    α hija fattur numeriku kostanti li għandu jintuża skont il-valur ta’ C. Il-valuri li għandhom jintużaw huma stabbiliti ►M3  fit-Tabella 10 ◄ .



    ▼M3

    Tabella 10

    ▼M1

    Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stipulata f’dan il-punt, skont il-konċentrazzjoni tal-interess

    C (μg/kg)

    α

    ≤ 50

    0,2

    51-500

    0,18

    501-1 000

    0,15

    1 001 -10 000

    0,12

    > 10 000

    0,1

    L-analista għandu jieħu nota tar-“Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf” ( 17 ).

    ▼B

    PARTI D

    RAPPURTAR U INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

    D.1.   IR-RAPPURTAR

    D.1.1.   L-espressjoni tar-riżultati

    Ir-riżultati għandhom jiġu espressi bl-istess unitajiet ta’ kejl u bl-istess għadd ta’ ċifri sinjifikanti bħalma huma tal-livelli massimi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

    D.1.2.   Kalkoli ta' l-irkupru

    ▼M1

    Fil-każ li fil-metodu analitiku ma jiġi applikat l-ebda pass ta' estrazzjoni (eżempju fil-każ tal-metalli), ir-riżultat jista' jiġi rrappurtat mhux ikkorreġut għall-irkupru jekk l-evidenza mogħtija tkun idealment bl-użu ta' materjal ta' referenza xieraq u ċċertifikat li l-konċentrazzjoni ċċertifikata li tħalli l-inċertezza ta' kejl hija miksuba (jiġifieri reqqa kbira fil-kejl), u għaldaqstant li l-metodu mhuwiex imparzjali. Fil-każ li r-riżultat jiġi rrapurtat bħala mhux ikkorreġut għall-irkupru, dan għandu jissemma.

    ▼B

    D.1.3.   Inċertezza tal-kejl

    Ir-riżultat analitiku jrid jiġi rrappurtat bħala × +/- U fejn × huwa r-riżultat analitiku u U -inċertezza tal-kejl estiża, bl-użu ta' fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell fiduċjarju ta' bejn wieħed u ieħor 95 % (U = 2u).

    ▼M1

    L-analista għandu jieħu nota tar-“Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza ta’ kejl, fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ikel u l-għalf” ( 18 ).

    ▼B

    D.2.   INTERPRETAZZJONI TAR-RISULTATI

    D.2.1.   Aċċettazzjoni tal-lott/sublott

    Il-lott jew is-sublott jiġi aċċettat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta tqis l-inċertezza tal-kejl estiża u l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.

    D.2.2.   Rifjut ta' lott/sublott

    Il-lott jew sublott jiġi rrifjutat jekk ir-riżultat analitiku tal-kampjun tal-laboratorju jaqbeż mingħajr dubju raġjonevoli l-livell massimu rispettiv kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 meta tqis l-inċertezza tal-kejl estiżau l-aġġustament tar-riżultat għall-irkupru jekk ikun ġie applikat proċess ta' estrazzjoni fil-metodu analitiku użat.

    D.2.3.   Applikabilità

    Ir-regoli attwali ta’ interpretazzjoni għandhom japplikaw għar-riżultati analitiċi miksuba mill-kampjun għall-infurzar. F’każ ta' analiżi għal skopijiet ta' difiża jew ta' referenza, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.



    ( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 tal-20 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni u livelli ta’ parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 304, 21.11.2017, p. 24)

    ( 2 ) https://ec.europa.eu/food/safety/chemical-safety/contaminants/sampling-and-analysis

    ►M1  ( 3 ) Kif emendat mill-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83). ◄

    ( 4 ) “The international harmonized protocol for the proficiency testing of analytical chemistry laboratories” ta' M. Thompson, S.L.R. Ellison u R. Wood, Pure Appl. Chem., 2006, 78, 145-96.

    ( 5 ) Edittjat minn M. Thompson and R. Wood, Pure Appl. Chem., 1995, 67, 649-666.

    ( 6 ) L-istandard EN 13804:2013, “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi”, CEN, Rue de Stassart 36, B-1050 Bruxelles/Brussell.

    ( 7 ) Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109.

    ( 8 ) M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.

    ( 9 ) Horwitz W. u Albert. R., 2006, The Horwitz Ratio (HorRat): A useful Index of Method Performance with respect to Precision, Journal of AOAC International, Vol. 89, 1095-1109.

    ( 10 ) M. Thompson, Analyst, 2000, p. 125 u 385-386.

    ( 11 ) International vocabulary of metrology – Basic and general concepts and associated terms (VIM), JCGM 200:2008.

    ( 12 ) Organisation internationale de la vigne et du vin.

    ( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

    ( 14 ) W. Horwitz, L.R. Kamps, K.W. Boyer, J.Assoc.Off.Analy.Chem.,63, 1980, 1344–1354.

    ( 15 ) M. Thompson, Analyst, 125, 2000, 385–386.

    ( 16 ) M. Thompson and R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, p. 10 u 471-478.

    ( 17 ) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf

    ( 18 ) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf

    Top