Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007D0453-20130813

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3114) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/453/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/453/2013-08-13

    2007D0453 — MT — 13.08.2013 — 006.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Ġunju 2007

    li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3114)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/453/KE)

    (ĠU L 172, 30.6.2007, p.84)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

     M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta' Ottubru 2008

      L 294

    14

    1.11.2008

     M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-11 ta’ Novembru 2009

      L 295

    11

    12.11.2009

     M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-2 ta’ Diċembru 2010

      L 318

    47

    4.12.2010

     M4

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-10 ta’ Frar 2012

      L 50

    49

    23.2.2012

     M5

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-24 ta’ Awwissu 2012

      L 231

    13

    28.8.2012

     M6

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

      L 158

    74

    10.6.2013

    ►M7

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta’ Awwissu 2013

      L 217

    37

    13.8.2013




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Ġunju 2007

    li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3114)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/453/KE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ l-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Skond l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (pajjiżi jew reġjuni) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f'waħda minn tliet kategoriji skond ir-riskju tal-BSE stipulat fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    L-għan ta’ kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE huwa sabiex jiġu stabbiliti regoli tal-kummerċ għal kull kategorija tar-riskju tal-BSE sabiex jingħataw il-garanziji meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali u dik tal-pubbliku.

    (3)

    L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula r-regoli għal kummerċ intrakomunitarju u l-Anness IX għal dak ir-Regolament jistipula regoli relatati ma’ l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità. Huma bbażati fuq ir-regoli stipulati fil-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Mondjali għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE).

    (4)

    L-OIE għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE.

    (5)

    Matul is-Sessjoni Ġenerali ta’ l-OIE f'Mejju ta’ l-2007, ġiet adottata Riżoluzzjoni relatata ma’ l-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi differenti. Fl-istennija ta’ konklużjoni finali dwar l-istatus tar-riskju tal-BSE ta’ l-Istati Membri u filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-miżuri stretti armonizzati protettivi tal-BSE applikati fi ħdan il-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti bħala pajjiżi b'riskju kontrollat tal-BSE.

    (6)

    Minbarra hekk, fl-istennija tal-konklużjoni finali ta’ l-istatus tar-riskju tal-BSE fir-rigward tan-Norveġja u l-Iżlanda u meta jitqiesu r-riżultati tal-verifiki l-aktar riċenti ta’ riskju fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi, għandhom provviżorjament jiġu rikonoxxuti bħala pajjiżi b'riskju kontrollat tal-BSE.

    (7)

    Skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, ittieħdu miżuri tranżizzjonali għal perjodu li jintemm fl-1 ta’ Lulju 2007. Dawn il-miżuri għandhom jieqfu japplikaw immedjatament wara d-data ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar klassifikazzjoni skond l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni sabiex il-pajjiżi jew ir-reġjuni jiġu kklassifikati skond ir-riskju tagħhom tal-BSE qabel dik id-data.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    L-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE huwa stipulat fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M7




    ANNESS

    LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI

    A.    Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE

    L-Istati Membri

     Il-Belġju

     Id-Danimarka

     L-Italja

     Il-Pajjiżi l-Baxxi

     L-Awstrija

     Is-Slovenja

     Il-Finlandja

     L-Isvezja

    Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

     L-Islanda

     In-Norvegja

    Il-pajjiżi terzi

     L-Arġentina

     L-Awstralja

     Il-Brażil

     Iċ-Ċilì

     Il-Kolombja

     L-Indja

     Iżrael

     Il-Ġappun

     In-New Zealand

     Il-Panama

     Il-Paragwaj

     Il-Perù

     Singapor

     L-Istati Uniti

     L-Urugwaj

    B.    Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE

    L-Istati Membri

     il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

    Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

     Il-Liechtenstein

     L-Isvizzera

    Il-pajjiżi terzi

     Il-Kanada

     Il-Kosta Rika

     Il-Messiku

     In-Nikaragwa

     Il-Korea t’Isfel

     It-Tajwan

    C.    Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE

     Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.



    ( 1 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).

    Top