EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007D0182-20080812

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Marzu 2007 dwar stħarriġ għall-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev (notifikat bid-dokument numru C(2007) 860) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2007/182/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/182/2008-08-12

2007D0182 — MT — 12.08.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Marzu 2007

dwar stħarriġ għall-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 860)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/182/KE)

(ĠU L 084, 24.3.2007, p.37)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-1 ta' Awwissu 2008

  L 215

8

12.8.2008




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Marzu 2007

dwar stħarriġ għall-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 860)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/182/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-marda ta' tnewwin kroniku hija enċefalopatija sponġiformi kontaġġjuża (transmissible spongiform encephalopathy TSE) u li taffettwa ċ-ċriev u li hi mifruxa ma' l-Amerika ta' Fuq iżda li s'issa ma ġiet irrappurtata qatt fil-Komunità.

(2)

Fit-3 ta' Ġunju 2004, l-Awtorità Ewropea għas-Siġurtà ta' l-Ikel (European Food Safety Authority EFSA) ippubblikat opinjoni li rrakkomandat li għandha sseħħ sorveljanza mmirata taċ-ċriev fil-Komunità. L-għan ta' din is-sorveljanza jkun li tinstab il-preżenza possibbli tat-TSEs fiċ-ċriev. Skond dan, għandu jiġi pprovdut sabiex l-Istati Membri jwettqu stħarriġ bi qbil ma' din l-opinjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tat-TSEs fl-annimali. Dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-programmi ta' monitoraġġ għat-TSEs fiċ-ċriev. Skond dan, issa huwa possibbli li jsiru dispożizzjonijiet għal stħarriġ għat-TSEs fiċ-ċriev li jrid jitwettaq mill-Istati Membri f'din id-Deċiżjoni.

(4)

Dan l-istħarriġ għandu jinkludi l-ispeċijiet ta' ċriev slavaġ u dawk tat-trobbija. Peress li ċ-ċerv salvaġġ għandu jintgħażel f'kampjuni l-aktar matul l-istaġun tal-kaċċa li għandu skadenza limitata, sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed ħin jiksbu l-għadd immirat ta' kampjuni, din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1923/2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(5)

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport annwali dwar ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ fiċ-ċriev. Is-sejba pożittiva tat-TSE fiċ-ċriev għandha tkun irrappurtata minnufih lill-Kummissjoni.

(6)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċriev ittestjati għat-TSEs ma jidħlux fil-katina kummerċjali ta' l-ikel sakemm jinkiseb riżultat negattiv.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli għal stħarriġ biex tinstab il-preżenza tal-marda ta' tnewwin kroniku (CWD) f'annimali tal-familja taċ-ċriev, jiġifieri ċ-ċriev (“l-isħarriġ”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet li hemm imniżżla fl-Anness I għandhom japplikaw.

Artikolu 3

L-ambitu tar-rapport

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ biex tinstab il-preżenza tas-CWD fiċ-ċriev skond ir-rekwiżiti minimi fl-Anness II.

2.  L-Istati Membri għandhom itemmu l-istħarriġ tagħhom sa mhux aktar tard minn tmiem l-istaġun tal-kaċċa ta' l- ►M1  2008 ◄ .

Artikolu 4

Il-miżuri li jridu jittieħdu mill-Istati Membri wara l-ittestjar għas-CWD

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri stabbiliti fl-Anness III wara l-ittestjar għas-CWD.

Artikolu 5

Rapporti li għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni mill-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni r-rapporti li ġejjin:

(a) rapport minnufih wara s-sejba pożittiva jew mhux konklużiva ta' enċefalopatija sponġiformi kontaġġjuża f'xi ċerv;

(b) rapport annwali tar-riżultati ta' l-istħarriġiet kif stabbilit fl-Anness IV.

Artikolu 6

Sommarju tar-rapporti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Istati Membri sommarju tar-rapporti kif stabbilit fl-Artikolu 5.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Definizzjonijiet

Għar-raġunijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “l-ispeċi mmirati” tfisser iċ-ċerv aħmar salvaġġ u tat-trobbija (Cervus elaphus) u/jew iċ-ċerv b'denbu abjad salvaġġ (Odocoileus virginianus);

(b) “l-Istati Membri mmirati” tfisser dawk l-Istati Membri li għandhom biżżejjed popolazzjonijiet ta' speċi immirati li jippermettu li jinkisbu daqsijiet ta' kampjuni meħtieġa għall-istatistika; huma differenti minn xulxin skond l-ispeċi immirati u skond jekk humiex speċi immirati slavaġ jew tat-trobbija u hemm lista tagħhom fit-tabelli 1 u 2 fl-Anness II;

(ċ) “ċriev kliniċi/morda” tfisser ċriev li juru sinjali ta' mġiba anormali u/jew disturb fil-moviment u/jew b'mod ġenerali f'kundizzjoni ħażina;

(d) “ċriev korruti jew maqtula bit-traffiku” tfisser ċriev milquta minn vetturi fuq it-triq li għalihom il-kondizzjoni ante-mortem ma tistax tiġi aċċertata;

(e) “ċriev mejtin/maqtula” tfisser ċriev misjuba mejta fir-razzett jew fil-beraħ u ċriev tat-trobbija maqtula għal raġunijiet ta' saħħa/età;

(f) “ċriev imbiċċra f'saħħithom” tfisser ċriev f'saħħithom tat-trobbija maqtula fil-biċċerija jew fir-razzett;

(g) “ċriev f'saħħithom maqtula b'tir” tfisser ċriev slavaġ u f'saħħithom maqtula b'tir matul l-istaġun tal-kaċċa.

(h) “gruppi mmirati” tfisser iċ-ċriev iddefiniti fil-punti (c) sa (g).




ANNESS II

Rekwiżiti minimi għal stħarriġ biex tinstab il-preżenza tal-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev

1.   Teħid ta' kampjuni mill-Istati Membri mmirati ta' l-ispeċi mmirati.

(a) L-Istati Membri mmirati għandhom jieħdu kampjuni għall-ittestjar tal-marda ta' tnewwin kroniku (CWD) skond it-tabella 1 għall-popolazzjoni tagħhom ta' ċriev slavaġ ħomor u ċriev ta' denbhom abjad u t-tabella 2 għall-popolazzjoni tagħhom ta' ċriev ħomor tat-trobbija.

Dawn il-kampjuni jistgħu jittieħdu mill-gruppi kollha mmirati fl-Istati Membri mmirati.

(b) L-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri mmirati għandhom jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin huma u jiddeċiedu dwar it-teħid ta' kampjuni tal-kampjuni magħżula għall-ispeċijiet immirati:

(i) Iċ-ċriev kollha għandhom ikunu 'l fuq minn 18-il xahar; l-età ta' l-annimal għandha tkun stmata ibbażata fuq id-dentatura, sinjali ovvji ta' maturità jew kull tagħrif ieħor affidabbli;

(ii) fil-każ taċ-ċriev f'saħħithom maqtula b'tir, għandhom jittieħdu l-kampjuni b'mod partikolari minn ċriev irġiel;

(iii) fil-każ taċ-ċriev f'saħħithom imbiċċra, għandhom jittieħdu l-kampjuni b'mod partikolari minn ċriev irġiel u nisa ixjeħ;

(ċ) L-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri mmirati għandha tikkunsidra dawn il-fatturi ta' riskju potenzjali, meta jkunu preżenti, hi u tiddeċiedi dwar it-teħid ta' kampjuni tal-kampjuni magħżula għall-ispeċi mmirati:

(i) żoni ta' popolazzjoni magħquda ta' ċriev;

(ii) inċidenza għolja ta' scrapie;

(iii) inċidenza għolja ta' BSE;

(iv) ċriev li jkunu kkunsmaw għalf potenzjalment ikkontaminat bit-TSE;

(v) ċriev fuq irziezet jew f'reġjuni fejn fil-passat huwa magħruf li saru importazzjonijiet minn reġjuni oħra affettwati mis-CWD ta' ċriev jew ta' prodotti tagħhom.

(d) L-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri mmirati għandha tieħu kampjuni każwali biex tagħżel l-ispeċijiet immirati għall-kampjuni.

2.   It-teħid ta' kampjuni għas-CWD fl-ispeċijiet kollha taċ-ċriev mill-Istati Membri kollha.

L-Istati Membri kollha għandhom jieħdu kampjuni għas-CWD minn ċriev kliniċi/morda u ċriev mejta/maqtula, bħala prijorità, kif ukoll minn ċriev korruti jew maqtula mit-traffiku ta' l-ispeċijiet kollha taċ-ċriev. L-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri għandha tagħmel l-almu tagħha biex tkabbar kemm jista' jkun l-għarfien dwar dawn iċ-ċriev u tiżgura li kemm jista' jkun dawn iċ-ċriev jiġu ttestjati għas-CWD



Tabella 1

Ċriev Ħomor Slavaġ (Cervus elaphus ), u Ċriev ta' Denbhom Abjad (Odocoileus virginianus)

 

Popolazzjoni ta' l-ispeċi mmirati

Daqs tal-kampjun

Ir-Repubblika Ċeka

25 000

598

Il-Ġermanja

150 000

598

Spanja

220 000 sa 290 000

598

Franza

100 000

598

L-Italja

44 000

598

Il-Latvja

28 000

598

L-Ungerija

74 000

598

L-Awstrija

150 000

598

Il-Polonja

600 000

598

Is-Slovakkja

38 260

598

Il-Finlandja

30 000

598

Ir-Renju Unit

382 500

598



Tabella 2

Ċriev ħomor tat-trobbija (Cervus elaphus elaphus)

 

Popolazzjoni ta' l-ispeċijiet immirati

Daqs tal-kampjun

Ir-Repubblika Ċeka

> 9 000

576

Il-Ġermanja

11 500

598

Franza

17 000

598

L-Irlanda

10 000

581

L-Awstrija

10 000

581

Ir-Renju Unit

28 000

598

3.   Teħid ta' kampjuni u ttestjar fil-laboratorju

Kampjun ta' obex għandu jinġabar u jiġi ttestjat għal kull ċerv fil-kampjuni msemmija fil-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness. Ta' l-inqas porzjon minn kull kampjun għandu jinżamm frisk jew iffriżat sakemm jinkiseb riżultat negattiv, f'każ li tinħtieġ analiżi bijoloġika.

L-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri għandha tirreferi għall-punt 3 tal-Kapitolu C ta' l-Anness X tar-Regolament KE (Nru) 999/2001 għall-gwida dwar metodi u protokolli.

Testijiet rapidi kif imsemmija fil-punt 4 tal-Kapitolu C ta' l-Anness X tar-Regolament KE (Nru) 999/2001 użati fis-sejba għall-enċefalopatija sponġiformi kontaġġuża (TSE) fl-obex ta' annimali bovini jew annimali żgħar li jixtarru għandhom jitqiesu xierqa għall-użu fit-teħid ta' kampjuni msemmi fil-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw l-immunoistokimika għal skopijiet ta' skrining u għal dan il-għan għandhom jissodisfaw test tal-profiċjenza mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità. Fejn Stat Membru ma jistax jikkonferma riżultat pożittiv ta' test rapidu, għandu jibgħat kampjun xieraq ta' tissue lis-CRL għal konferma. Fil-każ ta' sejbiet pożittivi tat-TSE, il-protokoll kif stipulat fi 3.2, (c)(i) u (ii) tal-Kapitolu C ta' l-Anness X tar-Regolament KE (Nru) 999/2001 għandu japplika.

4.   Ġenotipar

Il-ġenotip tal-proteina prion għandu jiġi ddeterminat għal kull sejba pożittiva ta' TSE fiċ-ċriev skond il-linjigwida tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità għat-TSEs.




ANNESS III

Miżuri għal wara l-ittestjar taċ-ċriev

1. Fejn ċerv intiż biex jitqiegħed fis-suq għall-konsum mill-bniedem jintgħażel għall-ittestjar għas-CWD, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-traċċjabilità ta' din il-karkassa u jiżguraw li ma tinħariġx għall-bejgħ kummerċjali sakemm jinkiseb riżultat negattiv mit-test rapidu.

2. Safejn huwa possibbli, u kullmeta japplika l-punt 1, il-kaċċatur, sid l-annimal jew il-bidwi, fejn huwa magħruf, għandu jkun infurmat meta jintbagħtu l-kampjuni għall-ittestjar għas-CWD u r-riżultati ta' test pożittiv rapidu għandhom jiġu kkomunikati kemm jista' jkun malajr b'mezzi awtorizzati.

3. L-Istati Membri għandhom jirriżervaw id-dritt li jżommu xi materjal għal skopijiet ulterjuri ta' dijanjożi jew riċerka sakemm jinkiseb riżultat negattiv mit-test rapidu għas-CWD.

4. Safejn ikun possibbli, għajr għall-materjal li jrid jinżamm għal skopijiet ulterjuri ta' dijanjożi jew riċerka, il-biċċiet kollha tal-ġisem ta' ċerv li jinstab pożittiv għat-test rapidu, inkluża l-ġilda, għandhom jintremew direttament b'konformità ma' l-Artikoli 4(2)(a), (b) jew (e) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 ( 2 ).




ANNESS IV

Rekwiżiti ta' rappurtaġġ u reġistrazzjoni

1.   Rekwiżiti fuq l-Istati Membri

Tagħrif li jrid jiġi ppreżentat mill-Istati Membri fir-rapport annwali tagħhom dwar ir-riżultati ta' l-istħarriġ għas-CWD.

(a) L-għadd ta' kampjuni ta' ċriev mibgħuta għall-ittestjar, skond il-grupp immirat, skond il-kriterji li ġejjin:

 l-ispeci,

 iċ-ċriev tat-trobbija jew slavaġġ,

 il-grupp immirat,

 is-sess,

 l-età.

(b) Ir-riżultati tat-testijiet rapidi u ta' konferma (l-għadd ta' testijiet pożittivi u negattivi) u, fejn ikun applikabbli, tat-testing diskriminatorju, it-tissue kampjun u t-test rapidu u t-teknika ta' konferma użata.

(ċ) L-inħawi ġeografiċi, inkluż il-pajjiż ta' oriġini, jekk mhux dak ta' l-Istat Membru li jkun qed jibgħat ir-rapport, tal-każijiet pożittivi tat-TSE.

(d) Il-ġenotip, u l-ispeċi, ta' kull ċerv misjub pożittiv għat-TSE.

2.   Perjodi ta' rappurtaġġ

Ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni għas-CWD għas-sena ta' qabel għandhom jiġu rrappurtati fir-rapport annwali.

Dan ir-rapport għandu jintbagħat kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn sitt xhur, wara t-tmiem ta' kull sena ta' l-istħarriġ.

Ir-rapport ta' l-2007 għandu jinkludi r-riżultati ta' l-istaġun tal-kaċċa ta' l-2007, anke meta xi kampjuni jkunu ttieħdu fl-2008.

▼M1

Ir-rapport ta' l-2008 għandu jinkludi r-riżultati ta' l-istaġun tal-kaċċa ta' l-2008, ukoll meta wħud mill-kampjuni jkunu ttieħdu fl-2009.



( 1 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).

( 2 ) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

Top