This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02006R1979-20080210
Commission Regulation (EC) No 1979/2006 of 22 December 2006 opening and providing for the administration of tariff quotas for preserved mushrooms imported from third countries
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat- 22 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat- 22 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi
2006R1979 — MT — 10.02.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p.91) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 113/2008 tas-6 ta’ Frar 2008 |
L 33 |
5 |
7.2.2008 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1979/2006
tat-22 ta' Diċembru 2006
li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti proċessati tal-frott u l-ħxejjex, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu ( 1 ),
Billi:
(1) |
Wara l-Ftehim dwar l-Agrikoltura ( 2 ) konkluż waqt ir-Rawnd tal-Urugwaj tan-negozjati kummmerċjali multilaterali, il-Komunità impenjat lilha nnifisha li tiftaħ mill-1 ta’ Lulju 1995, taħt ċerti kondizzjonijiet, il-kwoti tariffarji Komunitarji għal ċertu faqqiegħ ippreservat tal-ġenus Agricus spp. |
(2) |
Il-kondizzjonijiet għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti kienu stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi ( 3 ). Minħabba ċ-ċarezza, dak ir-Regolament għandu jkun irrevokat u sostitwit minn regolament ġdid sa mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(3) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/398/KE ( 4 ), jipprevedi għal żieda b’5 200 tunnellata tal-kwota tariffarja ta’ faqqiegħ ippreżervat tal-ġenus Agaricus li jaqa’ fil-kodiċi NM 0711 51 00, 2003 10 20 u 2003 10 30 li joriġina miċ-Ċina. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ importazzjoni għal prodotti agrikoli mmexxijin minn sistemi ta’ liċenzji ta’ importazzjoni ( 5 ) japplika għal liċenzji ta’ importazzjoni għal perjodi ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b’mod partikolari dispożizzjonijiet detttaljati dwar applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ ta’ liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perijodu ta’ validità ta’ liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal liċenzji ta’ importazzjonijiet maħruġin skont dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għal kondizzjonijiet u derogi addizzjonali rigward l-applikanti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(5) |
Għandhom ikunu stabbiliti arranġamenti dettaljati biex jiżguraw li l-kwantitajiet f’eċċess tal-kwoti tariffarji jkunu soġġetti għal dazju sħiħ previst fit-Tariffa Doganali Komuni. Il-liċenzji għandhom għalhekk jinħarġu fl-aħħar ta’ perjodu li fih il-kwantitajiet huma kkontrollati u jsiru n-notifiki meħtieġa mill-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet huma jew supplimentari għal jew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati ta’ stabbiliment minn qabel għal prodotti agrikoli ( 6 ). |
(6) |
Għandu jkompli jkun hemm forniment adegwat tal-prodotti kkonċernati fis-suq Komunitarju bi prezzijiet stabbli waqt li jkun evitat xkiel mhux meħtieġ tas-suq fil-forma ta’ flutwazzjonijiet severi fil-prezz u effetti negattivi fuq il-produtturi Komunitarji. Għal dan il-għan, il-kompetizzjoni fost l-importaturi għandha tkun mħeġġa aktar u l-piżijiet amministrattivi fuq l-importaturi għandhom jitnaqqsu. |
(7) |
Fl-interess tal-importaturi eżistenti, li normalment jimportaw kwantitajiet sostanzjali tal-prodotti kkonċernati, u wkoll fl-interess ta’ importaturi ġodda li jissieħbu fis-suq u li għandu jkollhom ukoll opportunità ġusta sabiex japplikaw għal liċenzji għal kwantità ta’ faqqiegħ ippreżervat taħt il-kwoti tariffarji, għandha ssir distinzjoni bejn importaturi tradizzjonali u importaturi ġodda. Għandha tingħata definizzjoni ċara ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ importaturi, u għandhom ikunu stabbiliti ċerti kriterji rigward l-istatus tal-applikanti u l-użu tal-liċenzji allokati. |
(8) |
Huwa adatt li tkun stabbilita allokazzjoni bejn iż-żewġ kategoriji ta’ importaturi fuq il-bażi tal-kwantitajiet effettivament importati aktar milli fuq il-bażi tal-liċenzji maħruġa. |
(9) |
Fl-interess tal-importaturi eżistenti, dawk il-kwantitajiet ta’ faqqiegħ ippreżervat li jaqgħu fil-kwoti tariffarji ġestiti minn dan ir-Regolament u li ma jistgħux jiġu importati waqt perjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni minħabba force majeure għandhom ukoll ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ referenza, sabiex ikun evitat it-tnaqqis sussegwenti tal-kwantità ta’ referenza tagħhom. |
(10) |
L-applikazzjonijiet għal liċenzji għal faqqiegħ ippreżervat importat minn pajjiżi terzi ppreżentati minn kull kategorija ta’ importaturi għandhom ikunu soġġetti għal ċerti restrizzjonijiet. Dawn ir-restrizzjonijiet huma meħtieġa biex jiżguraw mhux biss li l-kompetizzjoni bejn l-importaturi tinżamm, iżda wkoll biex kull importatur b’attività kummerċjali ġenwina fis-suq tal-frott u l-ħxejjex jingħata l-opportunità li jiddefendi l-pożizzjonijiet kummerċjali leġittimi tiegħu fir-rigward ta' importaturi oħra u li l-ebda importatur ma jkun jista’ jikkontrolla s-suq waħdu. |
(11) |
Sabiex tittejjeb u tkun issemplifikata l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreżervat, għandhom isiru dispożizzjonijiet ċari rigward id-dati u l-proċeduri għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja u l-ħruġ tal-liċenzji mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
(12) |
Huma meħtieġa wkoll miżuri biex jinżammu għal minimu applikazzjonijiet spekulattivi għal liċenzji li jistgħu jirriżultaw fi kwoti tariffarji li ma jkunux utilizzati għal kollox. Minħabba n-natura u l-valur tal-prodott ikkonċernat, għandha tkun stabbilita garanzija rigward kull tunnellata (piż nett imnixxef) tal-prodott ikkonċernat li għalih issir applikazzjoni għal liċenzja għal importazzjoni. Il-garanzija għandha tkun f’livell suffiċjentement għoli biex tiskoraġġixxi applikazzjonijiet spekulattivi, iżda mhux għolja biżżejjed biex tiskoraġixxi lil dawk involuti f’attività kummerċjali ġenwina f’relazzjoni ma’ prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati. Il-kriterji oġġettivi l-aktar adatti biex ikun stabbilit il-livell ta’ garanzija huwa limitu ta’ 2 % tad-dazju addizjonali medju applikabbli għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreżervat tal-ġenus Agaricus spp. li bħalissa jaqa’ taħt fil-kodiċi NM 0711 51 00, 2003 10 20 u 2003 10 30. |
(13) |
Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannnar 2007. Konsegwentement, il-kwota tal-GATT allokata bħalissa għalihom għandha tkun allokata mill-ġdid lil fornituri oħrajn. |
(14) |
Għandhom ikunu stabbiliti miżuri tranżitorji sabiex jippermettu lill-importaturi mill-Bulgarija u mir-Rumanija sabiex jibbenefikaw minn dan ir-Regolament. |
(15) |
Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti għas-snin 2007 u 2008 biex jiżguraw li ssir distinzjoni bejn, min-naħa waħda, importaturi tradizzjonali u importaturi ġodda fil-Komunità kif ikkostitwit fil-31 ta’ Diċembru 2006 u, min-naħa l-oħra, importaturi tradizzjonali u importaturi ġodda mill-Bulgarija u r-Rumanija. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ftuħ ta’ kwoti tariffarji u dazji applikabbli
1. B’dan il-kwoti tariffarji qed jinfetħu b’relazzjoni għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreżervat tal-ġenus Agaricus klassifikabbli fil-kodiċi NM 0711 51 00, 2003 10 20 u 2003 10 30 (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala “faqqiegħ ippreżervat”), soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-volum ta’ kull waħda mill-kwoti tariffarji, in-numru tal-ordni tagħhom u l-perjodu li japplikaw għalih, huma speċifikati fl-Anness I.
2. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għandha tkun ta’ 12 % ad valorem fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 0711 51 00 u 23 % fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2003 10 20 u 2003 10 30.
Artikolu 2
Applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, ħlief jekk previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. “awtoritajiet kompetenti” għandha tfisser korp jew korpi maħtura mill-Istat Membru għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “kwantità ta’ referenza” għandha tfisser il-kwantità massima (piż nettt imnixxef) ta’ faqqiegħ ippreżervat importat kull sena kalendarja minn importatur tradizzjonali waqt waħda mill-aħħar tliet snin kalendarji.
L-importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreżervat li joriġina fl-Istati Membri tal-Komunità kif ikkostitwiti fil-31 ta’ Diċembru 2006 jew fil-Bulgarija u r-Rumanija m’għandhomx ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-kwantità ta’ referenza.
Il-kwantitajiet ta’ faqqiegħ ippreżervat li jaqgħu taħt il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li ma jistgħux jiġu importati waqt il-perjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni minħabba force majeure għandhom ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-kwantità ta’ referenza.
Artikolu 4
Kategoriji ta’ importaturi
1. Bħala deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, “importaturi tradizzjonali” għandha tfisser importaturi li jistgħu jipprovaw li:
(a) huma importaw fil-Komunità faqqiegħ ippreżervat f’tal-inqas tnejn mit-tliet snin kalendarji preċedenti;
(b) huma importaw fil-Komunità minn tal-inqas 100 tunnellata ta’ prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, waqt is-sena preċedenti għall-applikazzjoni tagħhom.
2. B’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, “importaturi ġodda” għandha tfisser importaturi barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li importaw fil-Komunità tal-inqas 50 tunnellata ta’ prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2201/96, f’kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti.
3. L-importaturi tradizzjonali u ġodda għandhom jippreżentaw il-prova li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2 intlaħqu, waqt l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal perjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni partikolari lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih u li huma reġistrati fih għal finijiet tal-VAT.
Il-prova ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi għandha tingħata esklussivament permezz ta’ dokumenti doganali ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, approvati debitament mill-awtoritajiet doganali u li jinkludu referenza għall-applikant ikkonċernat bħala li huwa d-destinatarju.
Artikolu 5
Applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji
1. Il-liċenzji ta’ importazzjoni (minn hawn 'il quddiem “liċenzji”) għandhom ikunu validi mid-data effettiva tal-ħruġ tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 2392) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.
2. L-ammont tal-garanzija għandu jkun ta’ EUR 40 kull tunnellata (piż nett imnixxef).
3. Il-pajjiż tal-oriġini għandu jiddaħħal fil-kaxxa 8 tal-applikazzjoni ta’ liċenzja u tal-liċenzja, u l-kelma “iva” għandha tkun immarkata b’salib. Il-liċenzja għandha tkun valida biss għal importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiż indikat.
4. B’deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji ta’ importazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 6
Allokazzjoni ta’ kwantitajiet totali fost l-importaturi tradizzjonali u ġodda
1. Il-kwantità totali allokata liċ-Ċina u li pajjiżi terzi oħra, skont l-Anness I, għandha tinqasam kif ġej:
(a) 95 % lill-importaturi tradizzjonali;
(b) 5 % lill-importaturi ġodda.
2. Jekk il-kwantità allokata liċ-Ċina u lil pajjiżi terzi oħra mhijiex użata għal kollox minn kategorija waħda ta’ importaturi, il-bqija għandha tkun allokata lill-kategorija l-oħra.
3. Il-kaxxa 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja għandha tindika “importatur tradizzjonali” jew “importatur ġdid”, kif jixraq.
Artikolu 7
Restrizzjonijiet applikabbli għall-applikazzjonijiet
1. L-ammont totali (piż nett imnixxef) tal-aplikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreżervat ippreżentat minn importatur tradizzjonali ma jistax ikun relatati ma’ kwantità li taqbeż il-150 % tal-kwantità ta’ referenza.
2. L-ammont totali (piż nett imnixxef) tal-applikazzjonijiet għal liċenzja għal importazzjoni fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreżervat ippreżentat minn importatur ġdid għal ċerta oriġini ma jistax jaqbeż il-1 % tal-kwantità totali msemmija fl-Anness I għal dik l-oriġini.
Artikolu 8
Preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja minn importaturi
1. L-importaturi jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal liċenzji waqt l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol ta’ Jannar.
2. Meta importtauri ġodda jkunu akkwistaw liċenzji skont ir-Regolament (KE) Nru 1864/2004 jew dan ir-Regolament fis-sena kalendarja preċedenti, huma għandhom jipproduċu wkoll prova li tal-anqas 50 % tal-kwantità allokata lilhom fil-fatt kienet rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.
Artikolu 9
Notifiki ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ xogħol ta’ Jannar, bil-kwantitajiet f’kilogrammi li għalihom kienu ppreżentati applikazzjonijiet għal liċenzja.
In-notifiki għandhom ikunu diviżi skont il-kodiċi NM u l-oriġini, u għandhom jingħataw ukoll ċifri separati għall-kwantitajiet ta’ kull prodott applikati minn importaturi tradizzjonali u ġodda, rispetttivament.
Artikolu 10
Ħruġ ta’ liċenzji
Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fis-seba’ jum ta’ xogħol wara l-iskadenza għal notifika prevista mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9.
▼M1 —————
Artikolu 12
Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw kooperazzjoni amministrattiva reċiproka bil-ħsieb li jiżguraw li r-Regolament ikun adottat kif adatt.
Artikolu 13
Miżuri tranżizzjonali għas-snin 2007 u 2008
B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), għas-snin 2007 u 2008, u biss fil-Bulgarija u r-Rumanija, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “importaturi tradizzjonali” għandha tfisser importaturi li jistgħu jipprovaw li:
(a) huma importaw faqqiegħ ippreżervat f’tal-inqas tnejn mit-tliet snin kalendarji preċedenti;
(b) huma importaw waqt is-sena kalendarji preċedenti tal-inqas 100 tunnellata ta’ prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96;
(c) l-importazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) saru fil-Bulgarija jew fir-Rumanija, fejn l-importatur ikkonċernat għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu;
(2) “importaturi ġodda” għandha tfisser importaturi barra minn dawk imsemmija fil-punt 1, li importaw fil-Bulgarija jew fir-Rumanija tal-inqas 50 tunnelllata ta’ prodotti ta’ frott jew ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, f’kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti.
Artikolu 14
Revoka
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1864/2004 huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
L-Artikolu 13 għandu japplika soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Volum, numri tal-ordni u perjodu ta’ applikazzjoni tal-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1) f’tunnelllati (piż nett imnixxef)
Pajjiż ta’ oriġini |
Numri ta’ ordni |
1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena |
Ċina |
Importaturi tradizzjonali: 09,4157 Importaturi ġodda: 09,4193 |
28 950 |
Pajjiżi terzi oħra |
Importaturi tradizzjonali: 09,4158 Importaturi ġodda: 09,4194 |
5 030 |
▼M1 —————
( 1 ) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).
( 2 ) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
( 3 ) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 30. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1995/2005 (ĠU L 320, 8.12.2005, p. 34).
( 4 ) ĠU L 154, 8.6.2006, p. 22.
( 5 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
( 6 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).