This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02006R1082-20140622
Regulation (EC) No 1082/2006 of the European Parliament and of the Council of 5 July 2006 on a European grouping of territorial cooperation (EGTC)
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT)
Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT)
02006R1082 — MT — 22.06.2014 — 001.004
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) NRU 1082/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210 31.7.2006, p. 19) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 1302/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 |
L 347 |
303 |
20.12.2013 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) NRU 1082/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta' Lulju 2006
dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT)
Artikolu 1
In-natura ta' REKT
Artikolu 2
Liġi applikabbli
L-atti tal-entitajiet ta' REKT għandhom jiġu regolati kif ġej:
dan ir-Regolament;
il-konvenzjoni msemmija fl-Artikolu 8, fejn hija espressament awtorizzata taħt dan ir-Regolament li tagħmel dan; u,
fil-każ ta' kwistjonijiet li mhumiex, jew huma biss parzjalment, irregolati taħt dan ir-Regolament, id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn ir-REKT ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.
Fejn ikun meħtieġ li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali privata, REKT għandu jitqies bħala entità tal-Istat Membru fejn ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.
L-attivitajiet ta' REKT li huma kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi applikabbli tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali relatati mal-applikazzjoni ta' dik il-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 3
Il-kompożizzjoni ta' REKT
L-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri ta’ REKT:
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet fuq livell nazzjonali;
l-awtoritajiet reġjonali;
l-awtoritajiet lokali;
impriżi fdati bl-operazzjonijiet ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali f’konformità mal-liġi u tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli;
l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew korpi jew impriżi, ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punti (d) u (e), minn pajjiżi terzi, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a.
Jistgħu jkunu membri wkoll assoċjazzjonijiet li jikkonsistu minn korpi li jappartjenu lil waħda jew aktar minn dawn il-kategoriji.
Artikolu 3a
L-adeżjoni ta' membri minn pajjiżi terzi jew pajjiżi jew territorji extra-Ewropej (OCTs)
Għall-finjiet ta’ dan ir-Regolament, pajjiż terz jew OCT għandu jitqies li jkun ġar ta’ Stat Membru, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda tiegħu, meta l-pajjiż terz jew l-OCT u dak l-Istat Membru jkollhom fruntiera komuni tal-art jew meta sew il-pajjiż terz jew l-OCT u sew Stat Membru jkunu eliġibbli taħt programm marittimu konġunt transkonfinali jew transnazzjonali taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea jew huma eliġibbli taħt programm ta’ kooperazzjoni transkonfinali, transmarin jew ta’ baċir tal-baħar ieħor, inkluż fejn ikunu mifruda b’ibħra internazzjonali.
Artikolu 4
L-istabbiliment ta' REKT
Kull membru prospettiv għandu:
jinnotifika lill-Istat Membru li taħt il-liġi tiegħu huwa jkun ġie ffurmat dwar l-intenzjoni tiegħu li jipparteċipa f'REKT; u
jibgħat lil dak l-Istat Membru kopja tal-konvenzjoni u l-istatuti proposti msemmija fl-Artikoli 8 u 9.
Wara notifika taħt il-paragrafu 2 minn membru prospettiv, l-Istat Membru li jkun irċieva dik in-notifika għandu, filwaqt li jqis l-istruttura kostituzzjonali tiegħu, japprova l-parteċipazzjoni tal-membru prospettiv fir-REKT u l-konvenzjoni, sakemm dak l-Istat Membru ma jikkonsidrax li:
tali parteċipazzjoni jew il-konvenzjoni mhijiex konformi ma' xi wieħed milli ġejjin:
dan ir-Regolament;
liġi oħra tal-Unjoni li tikkonċerna l-atti u l-attivitajiet tar-REKT;
il-liġi nazzjonali li tirrigwarda s-setgħat u l-kompetenzi tal-membru prospettiv;
tali parteċipazzjoni mhijiex ġustifikata għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew politika pubblika ta’ dak l-Istat Membru; jew
l-istatuti ma jkunux konsistenti mal-konvenzjoni.
Fl-eventwalità ta’ nonapprovazzjoni, l-Istat Membru għandu jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta' approvazzjoni u għandu, meta jkun xieraq, jissuġġerixxi l-emendi meħtieġa għall-konvenzjoni.
L-Istat Membru għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu, rigward l-approvazzjoni, f'perijodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta tkun waslet in-notifika skont il-paragrafu 2. Jekk l-Istat Membru li jkun irċieva n-notifika, ma jqajjimx oġġezzjoni f'dak il-perjodu stabbilit, il-parteċipazzjoni tal-membru prospettiv u l-konvenzjoni għandha jitqiesu li jkunu ġew approvati. Madankollu, l-Istat Membru fejn ir-REKT għandu jkollu l-uffiċċju rreġistrat propost għandu japprova l-konvenzjoni formalment biex ir-REKT ikun jista' jiġi stabbilit.
Kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru lil membru prospettiv għandha tinterrompi l-iskadenza msemmija fit-tielet subparagrafu. Il-perjodu tal-interruzzjoni għandu jibda mill-jum wara d-data li fiha l-Istat Membru jkun bagħat l-osservazzjonijiet tiegħu lill-membru prospettiv u għandu jibqa' għaddej sa meta l-membru prospettiv ikun wieġeb għall-osservazzjonijiet.
Madankollu, interruzzjoni tal-iskadenza msemmija fit-tielet subparagrafu m’għandhiex isseħħ jekk il-membru prospettiv iressaq tweġiba għall-osservazzjonijiet tal-Istat Membru fi żmien għaxart ijiem minn meta jkun beda l-perjodu tal-interruzzjoni.
Fid-deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni f'REKT tal-membru prospettiv, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.
Fil-każ ta’ REKT b'membri prospettivi minn pajjiż terz wieħed jew iktar l-Istat Membru fejn ir-REKT għandu jkollu l-uffiċċju reġistrat propost tiegħu fih, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati, jaċċerta ruħu li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a jkunu ssodisfati u li kull pajjiż terz ikun approva l-parteċipazzjoni tal-membru prospettiv f'konformità ma':
kundizzjonijiet u proċeduri ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament; jew
ftehim konkluż bejn mill-inqas Stat Membru wieħed li taħt il-liġi tiegħu huwa stabbilit membru prospettiv u dak il-pajjiż terz.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fl-eventwalità tal-adeżjoni ta' membri ġodda għal REKT eżistenti:
fl-eventwalità ta’ adeżjoni ta' membru ġdid minn Stat Membru li jkun diġà approva l-konvenzjoni, tali adeżjoni għandha tiġi approvata biss mill-Istat Membru, li l-membru l-ġdid ikun ġie stabbilit skont il-liġijiet tiegħu, f'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 3 u nnotifikata lill-Istat Membru fejn ir-REKT ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;
fl-eventwalità tal-adeżjoni ta' membru ġdid minn Stat Membru li ma jkunx għadu approva l-konvenzjoni, għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 6;
fl-eventwalità tal-adeżjoni ta' membru ġdid minn pajjiż terz għal REKT eżistenti, tali adeżjoni għandha tkun soġġetta għal analiżi mill-Istat Membru fejn ir-REKT ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu f'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 3a.
Artikolu 4a
Parteċipazzjoni ta' membri minn OCT
Fil-każ ta' REKT b'membru prospettiv minn OCT, l-Istat Membru li miegħu jkun marbut OCT għandu jaċċerta ruħu li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 3a jkunu ssodisfati u, filwaqt li jikkunsidra r-relazzjoni tiegħu mal-OCT, jew:
japprova l-parteċipazzjoni tal-membru prospettiv f'konformità mal-Artikolu 4(3); jew
jikkonferma bil-miktub lill-Istat Membru fejn ir-REKT għandu jkollu l-uffiċċju rreġistrat propost li l-awtoritajiet kompetenti fl-OCT jkunu approvaw il-parteċipazzjoni tal-membru prospettiv f'konformità mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri ekwivalenti għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Kisba ta' personalità ġuridika u pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali
Artikolu 6
Il-kontroll ta' l-amministrazzjoni ta' fondi pubbliċi
Artikolu 7
Kompiti
Primarjament, il-kompiti ta’ REKT jistgħu jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni jew partijiet minnhom jew l-implimentazzjoni ta' ħidmiet appoġġati mill-Unjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Fond Soċjali Ewropew u/jew tal-Fond ta' Koeżjoni.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kompiti li r-REKT jistgħu jwettqu mingħajr appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-Istati Membri ma għandhomx jeskludu dawk il-kompiti relatati mal-prijoritajiet ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Madankollu, f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, l-assemblea ta’ REKT, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1) tista' tiddefinixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu ta' oġġett ta' infrastruttura li r-REKT qed jamministra, jew it-termini u l-kundizzjonijiet li soġġett tagħhom qed jingħata servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, inklużi t-tariffi u l-miżati li għandhom jitħallsu mill-utenti.
Artikolu 8
Konvenzjoni
Il-konvenzjoni għandha tispeċifika:
l-isem tar-REKT u l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;
il-medda tat-territorju li fih ir-REKT jista' jesegwixxi l-kompiti tiegħu;
l-għan u l-kompiti tar-REKT;
it-tul ta' żmien tar-REKT u l-kundizzjonijiet għax-xoljiment tiegħu;
il-lista tal-membri tar-REKT;
il-lista tal-organi tar-REKT u l-kompetenzi rispettivi tagħhom;
il-liġi applikabbli tal-Unjoni u l-liġi applikabbli nazzjonali tal-Istat Membru fejn ir-REKT ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu għall-finijiet tal-interpretazzjoni u l-infurzar tal-konvenzjoni;
il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru fejn jaġixxu l-organi tar-REKT;
l-arranġamenti għall-involviment ta' membri minn pajjiżi terzi jew minn OCTs jekk ikun xieraq inkluża l-identifikazzjoni tal-liġi applikabbli fejn ir-REKT iwettaq kompiti f'pajjiżi terzi jew f'OCTs;
il-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali direttament rilevanti għall-attivitajiet tar-REKT imwettqa skont il-kompiti speċifikati fil-konvenzjoni;
ir-regoli applikabbli għall-persunal ta' REKT kif ukoll il-prinċipji li jirregolaw l-arranġamenti dwar ġestjoni tal-persunal u l-proċeduri għar-reklutaġġ;
l-arranġamenti għar-responsabbiltà tar-REKT u tal-membri tiegħu f'konformità mal-Artikolu 12;
l-arranġamenti xierqa għar-rikonoxximent reċiproku, inkluż għall-kontroll finanzjarju fil-ġestjoni tal-fondi pubbliċi; kif ukoll
il-proċeduri għall-adozzjoni tal-istatuti u l-modifika tal-konvenzjoni, li għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Artikolu 9
Statuti
L-istatuti tar-REKT għandhom jispeċifikaw, bħala minimu, is-segwenti:
id-dispożizzjonijiet operattivi tal-organi tiegħu u l-kompetenzi ta' dawk l-organi, kif ukoll in-numru ta' rappreżentanti tal-membri fl-organi relevanti;
il-proċeduri għal teħid ta' deċiżjonijiet;
il-lingwa jew lingwi operattivi tiegħu;
l-arranġamenti għall-funzjonament tiegħu;
il-proċeduri rigward il-ġestjoni tal-persunal u r-reklutaġġ;
l-arranġamenti għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tiegħu;
ir-regoli ta' kontabbiltà u baġitarji applikabbli għall-membri tiegħu;
il-ħatra ta’ awditur estern indipendenti għall-kontijiet tar-REKT; u
il-proċeduri għall-modifika tal-istatuti tiegħu, li għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Artikolu 10
L-organizzazzjoni ta' REKT
REKT għandu jkollu mill-inqas l-organi li ġejjin:
assemblea, li tkun magħmula minn rappreżentanti tal-membri tiegħu;
direttur, li jirrapreżenta lir-REKT u li jaġixxi f'ismu.
Artikolu 11
Baġit
Artikolu 12
Likwidazzjoni, insolvenza, waqfien ta' ħlasijiet u responsabbiltà
REKT għandu jkun responsabbli għad-dejn kollu tiegħu.
Il-membri ta’ REKT jistgħu jipprovdu fl-istatuti, li huma responsabbli, wara li jkunu waqfu milli jkunu membri ta' REKT, għall-obbligi li jirriżultaw minn attivitajiet tar-REKT matul is-sħubija tagħhom.
L-isem ta' REKT li l-membri tiegħu jkollhom responsabbiltà limitata għandu jinkludi l-kelma 'limitat'.
Ir-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni tal-konvenzjoni, l-istatuti u l-kontijiet ta’ REKT meta l-membri tiegħu jkollhom responsabbiltà limitata għandhom ikunu mill-anqas ugwali għal dawk meħtieġa għal entitajiet legali oħra b'responsabbiltà limitata skont il-liġijiet tal-Istat Membru fejn dak ir-REKT ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu.
Fil-każ ta' REKT li l-membri tiegħu għandhom responsabbiltà limitata, kwalunkwe Stat Membru kkonċernat jista' jesiġi li r-REKT jagħmel assigurazzjoni adatta jew li jkun soġġett għal garanzija pprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra stabbilita fi Stat Membru jew li jkun kopert b'faċilità pprovduta bħala garanzija minn entità pubblika jew minn Stat Membru biex jiġu koperti r-riskji speċifiċi għall-attivitajiet tar-REKT.
Artikolu 13
Interess pubbliku
Fejn REKT iwettaq kwalunkwe attività bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' Stat Membru dwar il-politika pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika jew il-moralità pubblika, jew bi ksur ta' l-interess pubbliku ta' Stat Membru, korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru jista' jipprojbixxi dik l-attività fuq it-territorju tiegħu jew jeżiġi li dawk il-membri li jkunu ġew iffurmati taħt il-liġi tiegħu jirtiraw mir-REKT sakemm ir-REKT ma jieqafx mill-attività msemmija.
Tali projbizzjonijiet ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' restrizzjoni arbitrarja jew moħbija fuq il-koperazzjoni territorjali bejn il-membri tar-REKT. Għandha tkun possibbli r-reviżjoni tad-deċiżjoni ta' dak il-korp kompetenti minn awtorità ġudizzjarja.
Artikolu 14
Xoljiment
Artikolu 15
Ġurisdizzjoni
Il-qrati kompetenti għar-riżoluzzjoni ta' disputi taħt l-Artikolu 4(3) jew (6), jew taħt l-Artikolu 13 għandhom ikunu l-qrati ta' l-Istat Membru li d-deċiżjoni tiegħu tkun kontestata.
Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jiċħad liċ-ċittadini mill-eżerċizzju tad-drittijiet kostituzzjonali nazzjonali tagħhom ta' appell kontra korpi pubbliċi li jkunu membri ta' REKT fir-rigward ta':
deċiżjonijiet amministrattivi fir-rigward ta' attivitajiet li jkunu qegħdin jitwettqu minn REKT;
aċċess għal servizzi fil-lingwa tagħhom stess; u
aċċess għal informazzjoni.
F'dawn il-każijiet il-qrati kompetenti għandhom ikunu dawk ta' l-Istat Membru li taħt il-kostituzzjoni tiegħu jirriżultaw id-drittijiet ta' appell.
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet finali
Fejn ikun meħtieġ taħt it-termini tal-liġi nazzjonali ta' Stat Membru, dak l-Istat Membru jista' jistabbilixxi lista komprensiva tal-kompiti li l-membri ta' REKT fis-sens tal-Artikolu 3(1) stabbiliti taħt il-liġijiet tiegħu diġà għandhom, sa fejn għandha x'taqsam il-kooperazzjoni territorjali f'dak l-Istat Membru.
L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni b'kulldispożizzjoni adottata taħt dan l-Artikolu, kif ukoll emendi għalih. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn id-dispożizzjonijiet lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Artikolu 17
Rapport
Sal-1 ta' Awwissu 2018 il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jevalwa, abbażi ta’ indikaturi, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-valur miżjud Ewropew u l-ambitu għas-simplifikazzjoni tiegħu.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 17a, li jistabbilixxu l-lista ta’ indikaturi li hemm riferiment għalihom fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 17a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2007, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 16, li għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Mudell tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa skont l-Artikolu 5(2)
IT-TWAQQIF TA' RAGGRUPPAMENT EWROPEW TA' KOOPERAZZJONI TERRITORJALI (REKT)
L-isem ta’ REKT li l-membri tiegħu jkollhom responsabbiltà limitata għandu jinkludi l-kelma “limitat” (l-Artikolu 12(2a))
L-asterisk * tindika l-oqsma obbligatorji.
( 1 ) Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).
( 2 ) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
( 3 ) Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU 347, 20.12.2013, p. 259).