EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006R0967-20141205

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad- 29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/967/2014-12-05

2006R0967 — MT — 05.12.2014 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 967/2006

tad-29 ta’ Ġunju 2006

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota

(ĠU L 176, 30.6.2006, p.22)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1913/2006 of 20 December 2006 (*)

  L 365

52

21.12.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 858/2008 ta' l-1 ta' Settembru 2008

  L 235

7

2.9.2008

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 863/2010 tad-29 ta’ Settembru 2010

  L 256

15

30.9.2010

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 994/2013 tas-16 ta’ Ottubru 2013

  L 276

1

17.10.2013

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1278/2014 tal-1 ta' Diċembru 2014

  L 346

26

2.12.2014



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 967/2006

tad-29 ta’ Ġunju 2006

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 13(2), 15(2) u 40(1)(c) u (2)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, produzzjoni li taqbeż il-kwota, tista’ tintuża għall-ipproċessar ta’ ċerti prodotti, tinġarr għas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li jmiss jew tintuża għal arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni ( 2 ), jew li tiġi esportata f’ċerti limiti.

(2)

Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, ammont żejjed għandu jiġi impost fuq kwantitajiet ta’ zokkor żejjed, ta’ iżoglukosju żejjed u tax-xropp ta’ l-inulina żejjed li ma jinġarrux ’il quddiem jew li ma jiġux esportati, jew li ma jintużawx għall-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda, u fuq iz-zokkor industrijali, l-iżoglukosju industrijali u x-xropp ta’ l-inulina industrijali li għalihom ma kienet ipprovduta l-ebda prova, sa data li għandha tiġi ddeterminata, li ġie pproċessat f’wieħed mill-prodotti li jissemmew fl-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament; u fuq kwantitajiet irtirati mis-suq skond l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament u li l-obbligi pprovduti fir-rigward tagħhom fl-Artikolu 19(3) tiegħu ma ġewx sodisfatti.

(3)

L-imposta (levy) għandha tkun iffissata f’livell għoli sabiex tkun evitata l-akkumulazzjoni tal-kwantitajiet prodotti li jaqbżu l-kwota u li probabbilment jgerfxu s-suq. Ammont fiss, daqs il-livell tad-dazji sħaħ fuq l-importazzjoni fuq iz-zokkor abjad, jidher li huwa xierqa għal dan il-għan.

(4)

Għandhom ikuu stabbiliti ċerti dispożizzjonijiet għal każi fejn iz-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ inulina li jaqbżu l-kwota jistgħu jinqerdu u/jew ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati, u għal każi ta’ forza maġġuri li jagħmluha impossibbli li jintużaw il-prodotti kif inhu pprovdut fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi għall-approvazzjoni ta’ l-intrapriżi li jipproċessaw iz-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ l-inulina f’wieħed mill-prodotti industrijali li jissemmew fl-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament. Għandu jkun speċifikat il-kontenut ta’ l-applikazzjoni għall-approvazzjoni li l-proċessuri jridu jressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Iridu jiġu stabbiliti l-impenji li jridu jagħmlu dawk l-intrapriżi sabiex jiksbu l-approvazzjoni, b’mod partikolari l-obbligu li jżommu reġistru aġġornat tal-kwantitajiet ta’ materja prima li qed tiddaħħal, tiġi pproċessata fi u tħalli l-intrapriża fil-forma ta’ prodotti pproċessati. Sabiex ikun żgurat li l-arranġamenti għaz-zokkor industrijali, għall-iżoglukosju industrijali u għax-xropp ta’ l-inulina industrijali jaħdmu sew, iridu jiġu pprovduti pieni biex jiġu imposti fuq il-proċessuri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom jew l-impenji li jidħlu għalihom.

(6)

Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet għall-użu taz-zokkor industrijali, ta’ l-iżoglukosju industrijali u tax-xropp ta’ l-inulina industrijali li jissemmew fl-Artikolu 12(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 rigward, b’mod partikolari, il-kuntratti għall-kunsinni tal-materja prima bejn il-manifatturi u l-proċessuri, u l-lista ta’ prodotti li tissemma f’dak il-punt għandha ssir skond l-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament, fejn titqies l-esperjenza miksuba rigward il-provvisti taz-zokkor lill-industriji kimiċi u farmaċewtiċi.

(7)

Sabiex is-sistema ta’ kontroll issir aktar effettiva, l-użu taz-zokkor industirjali, ta’ l-iżoglukosju industrijali u tax-xropp ta’ l-inulina industrijali għandu jkun ristrett għal bejgħ dirett bejn manifattur approvat u proċessur approvat.

(8)

Sabiex ikun iffaċilitat l-użu taz-zokkor industrijali u l-aċċess għal din il-materja prima mill-utenti potenzjali, il-manifatturi għandhom jitħallew jissostitwixxu kwantità miz-zokkor industrijali tagħhom b’zokkor prodott minn manifattur ieħor stabbilit, jekk ikun meħtieġ, fi Stat Membru ieħor. Madankollu, din il-possibbiltà għandha tingħata biss sakemm il-kontrolli addizzjonali fuq il-kwantitajiet ikkunsinnati u effettivament użati mill-inudstrija jsiru sew. Id-deċiżjoni dwar jekk tingħatax din il-possibbiltà għandha titħalla għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati.

(9)

Sabiex ikun żgurat li z-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ l-inulina jintuża b’mod xieraq, iridu jkunu stabbiliti pieni finanzjarji għall-proċessuri fuq livell dissważiv sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju li l-materja prima tintuża għal finijiet oħrajn.

(10)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kull intrapriża tista’ tiddeċiedi li ġġorr ’il quddiem il-produzzjoni li taqbeż il-kwota taz-zokkor, il-kwota ta’ l-iżoglukosju jew il-kwota tax-xropp ta’ l-inulina tagħha kollha jew parti minnha, li għandha tiġi ttrattata bħala parti mill-produzzjoni tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmiss. Peress li intrapriża li tipproduċi z-zokkor tista’ ġġorr ’il quddiem il-produzzjoni kollha tagħha li taqbeż il-kwota, dawk li jkabbru l-pitravi kkonċernati għandhom ikunu assoċjati mill-qrib mad-deċiżjoni tal-ġarr ’il quddiem permezz ta’ ftehim fil-kummerċ li jissemma fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament.

(11)

L-isoglukożju jiġi prodott fuq bażi kontinwa matul is-sena kollha u huwa diffiċli li taħżnu. Għalhekk għandu jkun stabbilit li d-deċiżjoni tal-ġarr ’il quddiem tista’ tittieħed a posteriori mill-intrapriżi li jipproduċu l-isoglukożju.

(12)

Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-kwantitajiet u tad-destinazzjonijiet, għandu jkun stabbilit li z-zokkor li jintuża fil-kuntest ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda irid ikun il-fini ta’ bejgħ dirett mill-manifattur lill-intrapriża fl-aktar reġjuni mbiegħda, skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 tat-12 ta’ April 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fl-aktar reġjuni [mbiegħda] ta’ l-Unjoni ( 3 ). L-applikazzjoni xierqa taż-żewġ reġimi teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru fejn jiġi prodott iz-zokkor li jkunu responsabbli biex jiġġestixxu z-zokkor żejjed u l-awtoritajiet fl-aktar reġjuni mbiegħda li jkunu responsabbli biex jiġġestixxu l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.

(13)

L-esportazzjoni trid titwettaq b’liċenzja ta’ l-esportazzjoni mingħajr ma tinħareġ rifużjoni skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u, għaz-zokkor, skond kwoti li għandhom jinfetħu mill-Kummissjoni fejn jitqiesu l-impenji Komunitarji ma’ l-Organizzazzjoni Dinijija tal-Kummerċ. Għal raġunijiet amministrattivi, id-dokumenti ta’ l-esportazzjoni pprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 4 ) għandhom jintużaw bħala prova ta’ l-esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fiżiċi skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni ( 5 ).

(14)

Għall-finijiet tat-trasparenza u taċ-ċarezza legali, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota ( 6 ), Nru 65/82 jippreskrivi regoli dettaljati biex zokkor jiġi trasferit ’il quddiem għas-sena tas-suq ta’ wara ( 7 ) u (KE) Nru 1265/2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 rigward l-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni fuq xi prodotti taz-zokkor użati fl-industrija tal-kimika ( 8 ) għandhom jiġu rrevkati b’effett mill-1 ta’ Lulju 2006.

(15)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

L-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu jew għall-ġarr ’il quddiem tal-kwantitajiet ta’ zokkor, ta’ iżoglukosju u ta’ xropp ta’ l-inulina prodotti li jaqbżu l-kwota u r-regoli dwar l-imposta mitluba fuq l-ammont żejjed skond il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) “materja prima” tfisser zokkor, iżoglukosju jew xropp ta’ l-inulina;

(b) “materja prima industrijali” tfisser zokkor industrijali, iżoglukosju industrijali jew xropp ta’ l-inulina industrijali kif jissemma fl-Artikolu 2(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

(c) “manifattur” tfisser intrapriża li tipproduċi materja prima, li ġiet approvata skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

(d) “proċessur” tfisser intrapriża li tipproċessa l-materja prima fi prodott wieħed jew aktar li jissemma fl-Anness, li ġiet approvata skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kwantitajiet ta’ materja prima u ta’ materja prima industrijali għandhom ikunu espressi f’tunnellati metriċi ta’ zokkor abjad ekwivalenti jew, fil-każ ta’ l-iżoglukosju, f’tunnellati metriċi ta’ materja niexfa.



KAPITOLU II

L-IMPOSTA

Artikolu 3

L-ammont

1.  L-imposta pprovduta fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandha tkun ta’ EUR 500 għal kull tunnellata metrika.

2.  Qabel l-1 ta’ Mejju wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni meta ġie prodott l-ammont żejjed, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-manifatturi bl-imposta totali li għandha titħallas. Dan l-ammont għandu jiġi mħallas mill-manifatturi in kwistjoni qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena.

▼M3

Jekk l-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 19(3), id-dati ta’ skadenza stipulati fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu l-1 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru rispettivament.

▼B

3.  Il-kwantità li fuqha tħallset l-imposta għandha titqies bħala li tneħħiet fis-suq Komunitarju.

Artikolu 4

L-ammont żejjed suġġett għall-imposta

1.  L-imposta għandha tintalab mingħand il-manifatturi rigward l-ammont żejjed prodott li jaqbeż il-kwota tagħhom għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari.

Madankollu, l-imposta m’għandiex tintalab fuq il-kwantitajiet li jissemmew fil-paragrafu 1 li:

▼M5

(a) ikunu waslu għand proċessur sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru tas-sena tas-suq ta' wara, ħalli jintużaw fil-manifattura tal-prodotti li jissemmew fl-Anness;

▼B

(b) inġarru ’l quddiem skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u, fil-każ taz-zokkor, inħażnu mill-manifattur sa l-aħħar jum tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni in kwistjoni;

(c) ġew ikkunsinnati qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni segwenti fil-kuntest ta’ arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda pprovduti fit-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 247/2006;

(d) ġew esportati qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni segwenti b’liċenzja ta’ l-esportazzjoni;

(e) inqerdu jew ġew iddanneġġjati mingħajr il-possibbiltà li jiġu rkuprati, f’ċirkustanzi li ġew rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

2.  Il-manifatturi taz-zokkor għandhom jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li approvahom, qabel l-1 ta’ Frar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, il-kwantità ta’ zokkor prodott li jaqbeż il-kwota ta’ produzzjoni tagħhom.

Fejn ikun xieraq, qabel tmiem kull wieħed mix-xhur segwenti, il-manifatturi taz-zokkor għandhom jikkomunikaw ukoll l-aġġustamenti għall-produzzjoni li saru matul ix-xahar preċedenti ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.

3.  Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li jissemmew fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, il-kwantitajiet żejda totali u l-imposti mitluba għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.

▼M3

Jekk l-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 19(3), id-data ta’ skadenza stipulata fl-ewwel subparagrafu għandha tkun il-31 ta’ Diċembru.

▼B

4.  Jekk, f’każi ta’ forza maġġuri, l-operazzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1(a), (c) u (d) ma jistgħux jitwettqu fl-iskadenzi mogħtija, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu, kien prodott iz-zokkor, l-iżoglukosju jew ix-xropp ta’ l-inulina żejjed, għandha tadotta miżuri xierqa għaċ-ċirkustanzi ċċitati mill-parti kkonċernata.



KAPITOLU III

L-UŻU INDUSTRIJALI

Artikolu 5

L-approvazzjonijiet

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għadhom jagħtu l-approvazzjoni meta jintalbu jagħmlu dan lill-intrapriżi li għandhom il-kapaċità li jużaw il-materja prima industrijali sabiex jimmanifatturaw wieħed mill-prodotti li jissemmew fl-Anness u li jimpenjaw irwieħhom, b’mod partikolari, biex:

(a) iżommu reġistri skond l-Artikolu 11;

(b) jipprovdu, meta jintalbu jagħmlu dan minn dawn l-awtoritajiet, kwalunkwe informazzjoni jew dokument ta’ sostenn meħtieġa biex ikunu kkontrollati l-oriġini u l-użu li sar mill-materja prima kkonċernata;

(c) jippermettu li dawn l-awtoritajiet iwettqu l-kontrolli amministrattivi u fiżiċi xierqa.

2.  L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni għandhom jindikaw il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar għall-materja prima, u għandhom jagħtu deskrizzjoni preċiża tal-prodott li għandu jiġi mmanifatturat. Id-data għandha titqassam skond is-sit industrijali.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jivverifikaw il-plawżibbiltà tal-koeffiċjenti tekniċi ta’ l-ipproċessar għall-materja prima.

Il-koeffiċjenti għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tat-testijiet imwettqa fl-intrapriża tal-proċessur. Jekk ma jkun hemm l-ebda koeffiċjent speċifiku għal dik l-intrapriża, il-kontroll għandu jistrieħ fuq il-koeffiċjenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew, jekk ma jkun hemm l-ebda koeffiċjent bħal dan, fuq dawk ġeneralment aċċettati mill-industrija ta’ l-ipproċessar ikkonċernata.

3.  Għandha tingħata approvazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodott speċifiku wieħed jew aktar. Din għandha tiġi rtirata jekk jinstab li waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 m’għadiex tiġi sodisfatta aktar. L-approvazzjoni tista’ tiġi rtirata matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. M’għandux ikollha effett retroattiv.

Artikolu 6

Il-kuntratti ta’ kunsinna

1.  Il-materja prima industrijali għandha tkun is-suġġett tal-kuntratt ta’ kunsinna li jissemma fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 bejn manifatur u proċessur li jiggarantixxi li l-materja prima tintuża fil-Komunità għall-finijiet tal-manifattura tal-prodotti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.  Il-kuntratt ta’ kunsinna għall-materja prima industrijali għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a) l-ismijiet, l-indirizzi u n-numri ta’ approvazzjoni tal-partijiet kontraenti;

(b) it-terminu tal-kuntratt u l-kwantitajiet ta’ kull materja prima li għandha tiġi kkunsinnata għal kull perjodu ta’ kunsinna;

(c) il-prezzijiet, il-kwalitajiet u l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għall-kunsinna tal-materja prima;

(d) l-impenn li jieħu l-manifattur li jikkunsinna materja prima mill-produzzjoni li taqbeż il-kwota tiegħu u l-impenn li jieħu l-proċessur li juża l-kwantitajiet ikkunsinnati esklussivament sabiex ikun prodott wieħed mill-prodotti jew aktar koperti mill-approvazzjoni tiegħu.

3.  Jekk il-manifattur u l-proċessur jifformaw parti mill-istess intrapriża, dik l-intrapriża għandha tipprepara kuntratt ta’ kunsinna pro forma li jinkludi l-annotazzjonjiet kollha li ġew speċifikati fil-paragrafu 2 ħlief għall-prezzijiet.

4.  Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li approva l-proċessur in kwistjoni kopja ta’ kull kuntratt, qabel l-ewwel kunsinna skond dak il-kuntratt. Il-kopja mhemmx għalfejn turi l-prezzijiet li jissemmew fil-paragafu 2(c).

Artikolu 7

L-ekwivalenza

1.  Mill-bidu ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni sakemm il-produzzjoni tagħhom tilħaq il-kwota tagħhom, skond il-kuntratti ta’ kunsinna li jissemmew fl-Artikolu 6, il-manifatturi jistgħu jissostitwixxu l-materja prima industrijali b’materja prima prodotta skond kwota.

2.  Fuq talba tal-manifattur ikkonċernat, il-materja prima prodotta skond kwota kkunsinnata skond il-paragrafu 1 għandha titniżżel fil-kontabbiltà bħala materja prima industrijali kkunsinnata lil proċessur kif inhu pprovdut fil-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) għall-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.

3.  Fuq it-talba ta’ dawk ikkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kwantità ta’ zokkor prodotta fil-Komunità minn manifattur ieħor tiġi kkunsinnata minflok iz-zokkor industrijali. F’dan il-każ, iz-zokkor ikkunsinnat għandu jitniżżel fil-kontabbiltà bħala zokkor industrijali kkunsinnat lil proċessur kif inhu pprovdut fil-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) għall-istess sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoordinaw il-kontrolli u l-monitoraġġ ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Artikolu 8

Il-kunsinna ta’ materja prima

Fuq il-bażi tan-noti ta’ kunsinna li jissemmew fl-Artikolu 9(1), kull xahar, il-manifatturi għandhom jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li approvahom il-kwantitajiet ta’ materja prima kkunsinnata x-xahar preċedenti skond kull wieħed mill-kuntratti ta’ kunsinna u, fejn ikun xieraq, għandhom jindikaw il-kwantitajiet ikkunsinnati skond l-Artikolu 7(1) jew (3).

Għandu jitqies li l-kwantitajiet li jissemmew fl-ewwel sottoparagrafu ġew ikkunsinnati skond il-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1).

Artikolu 9

L-obbligi fuq il-proċessuri

1.  Għal kull kunsinna, il-proċessur għandu jressaq quddiem il-manifattur ikkonċernat nota ta’ kunsinna għall-materja prima industrijali skond il-kuntratt ta’ kunsinna li jissemma fl-Artikolu 6, fejn jiġu ċċertifikati l-kwantitajiet ikkunsinnati.

2.  Qabel tmiem il-ħames xahar wara kull kunsinna, il-proċessuri għandhom jipprovdu provi, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru, ta’ l-użu li qed jagħmlu mill-materja prima industrijali għall-finijiet tal-manifattura tal-prodotti skond l-approvazzjoni li tissemma fl-Artikolu 5 u l-kuntratt ta’ kunsinna li jissemma fl-Artikolu 6. Din il-prova għandha tikkonsisti fir-reġistrazzjoni kompjuterizzata fir-reġistri matul jew fi tmiem il-proċess ta’ manifattura tal-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati.

3.  Jekk il-proċessuri ma jkunux ipprovdew provi skond il-paragrafu 2, huma għandhom iħallsu s-somma ta’ EUR 5 għal kull tunnellata metrika tal-kunsinna kkonċernata u għal kull jum ta’ dewmien minn tmiem il-ħames xahar wara l-kunsinna.

4.  Jekk il-proċessuri ma pprovdewx il-provi li jissemmew fil-paragrafu 2 qabel tmiem is-seba’ xahar wara kull kunsinna, għandu jitqies li l-kwantità kkonċernata ġiet sovraddikjarata għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13. L-approvazzjoni tal-proċessur għandha tiġi rtirata għal perjodu ta’ bejn it-tliet u s-sitt xhur skond is-serjetà tas-sitwazzjoni.

▼M2

Artikolu 10

Notifiki mill-Istati Membri

Kull Stat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:

a) sa mhux aktar tard minn tmiem Mejju, il-kwantità tal-materja prima industrijali trasportata mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu preċedenti mill-manifatturi awtorizzati mill-Istat Membru;

b) sa mhux aktar minn tmiem Novembru, għas-sena tas-suq preċedenti:

 il-kwantità tal-materja prima industrijali trasportata mill-manifatturi awtorizzati mill-Istat Membru, imqassma f'zokkor abjad, zokkor mhux raffinat, f'ġulepp taz-zokkor u f'iżoglukożju;

 il-kwantità tal-materja prima industrijali li għaliha l-proċessuri awtorizzati mill-Istat Membru pprovdew l-evidenza msemmija fl-Artikolu 9(2), imqassma f'zokkor abjad, zokkor mhux raffinat, f'ġulepp taz-zokkor u f'iżoglukożju; u min-naħa l-oħra,

 il-kwantità taz-zokkor trasportata skont l-Artikolu 7(3) tal-manifatturi awtorizzati mill-Istat Membru.

▼B

Artikolu 11

Ir-reġistri tal-proċessur

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tispeċifika r-reġistri li għandhom jinżammu mill-proċessuri u l-frekwenza ta’ tali żamma ta’ reġistri, li għandha tkun mill-inqas ta’ kull xahar.

Dawn ir-reġistri, li għandhom jinżammu mill-proċessur għal mill-inqas it-tliet snin wara s-sena kurrenti, għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-kwantitajiet tal-materja prima differenti li nxtrat għall-ipproċessar;

(b) il-kwantitajiet tal-materja prima pproċessata u l-kwantitajiet u t-tipi ta’ prodotti finali, ta’ ko-prodotti u ta’ prodotti sekondarji miksuba minnha;

(c) il-ħela waqt l-ipproċessar;

(d) il-kwantitajiet meqruda u r-raġunijiet għal tali qerda;

(e) il-kwantitajiet u t-tipi ta’ prodotti mibjugħa jew ittrasferiti mill-proċessur.

Artikolu 12

Il-kontrolli fuq il-proċessuri

1.  Kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq mill-inqas 50 % tal-proċessuri approvati, magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

2.  Il-kontrolli għandhom jinkludu analiżi tal-katina ta’ l-ipproċessar, eżami tad-dokumenti kummerċjali, u kontrolli fiżiċi fuq il-ħażniet sabiex ikun żgurat li l-materja prima kkunsinnata tikkorrispondi għall-prodotti finali, għall-ko-prodotti u għall-prodotti sekondarji miksuba.

Il-kontrolli għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni ta’ l-istrumenti tal-kejl u ta’ l-analiżijiet tal-laboratorju li ntużaw sabiex ikunu ddeterminati l-kunsinni tal-materja prima u d-dħul tagħhom fil-produzzjoni, il-prodotti miksuba u l-movimenti tal-ħażniet.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jipprovdu li elementi partikolari tal-kontroll jistgħu jitwetqu fuq il-bażi ta’ kampjun, dak il-kampjun għandu jiggarantixxi livell affidabbli u rappreżentattiv ta’ kontroll.

3.  Kull kontroll fil-post għandu jkun is-suġġett ta’ rapport ta’ spezzjoni ffirmat mill-ispettur li jagħti d-dettalji tal-kontrolli mwettqa. Ir-rapporti għandhom jindikaw b’mod partikolari:

(a) id-data tal-kontroll, u l-persuni preżenti;

(b) il-perjodu kkontrollat u l-kwantitajiet involuti;

(c) it-tekniki ta’ kontroll li ntużaw inkluż, fejn ikun applikabbli, referenza għall-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni;

(d) ir-riżultati tal-kontroll u r-rakkomandazzjonijiet li saru;

(e) valutazzjoni tas-serjetà, tal-firxa, tal-permanenza u tat-terminu ta’ kwalunkwe ħsara u diskrepanza li nstabu u l-elementi l-oħra kollha li għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-pieni.

Kull rapport ta’ spezzjoni għandu jiġi arkivjat u għandu jinżamm għal mill-inqas tliet snin wara s-sena meta jitwettaq il-kontroll, b’mod li jkun żgurat li jkun jista’ jintuża faċilment mid-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-kontrolli u mill-ispezzjonijiet.

Artikolu 13

Il-pieni

1.  Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tiskopri diskrepanza bejn il-ħażna fiżika, il-ħażna rreġistrata fir-reġistri u l-kunsinni tal-materja prima, jew in-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn sabiex tkun żgurata konsistenza bejn dawn l-elementi, l-approvazzjoni tal-proċessur għandha tkun irtirata għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri, li ma jistax ikun inqas minn tliet xhur mid-data tas-sejba. Matul il-perjodu ta’ l-irtirar ta’ l-approvazzjoni, il-proċessur ma jistax jieħu kunsinni ta’ materja prima industrijali, imma jista’ juża kwalunkwe materja prima industrijali li ġiet ikkunsinnata qabel.

Fil-każ ta’ sovradikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta’ materja prima użata, il-proċessur għandu jkun meħtieġ iħallas somma ta’ EUR 500 għal kull tunnellata metrika sovraddikjarata.

2.  L-approvazzjoni m’għandiex tiġi rtirata skond il-paragrafu 1 fejn id-diskrepanza bejn il-ħażna fiżika u l-ħażna rreġistrata fir-reġistri tal-ħażniet tkun minħabba forza maġġuri jew jekk tkun inqas minn 5 % fil-piż tal-kwantità tal-materja prima kkontrollata jew minħabba omissjonijiet jew sempliċi żbalji amministrattivi, sakemm jittieħdu miżuri korrettivi sabiex ikun żgurat li ma jerġgħux jiġru żbalji simili.



KAPITOLU IV

IL-ĠARR ’IL QUDDIEM

Artikolu 14

Il-kwantitajiet li jinġarru ’l quddiem

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-manifatturi jistgħu jġorru ’l quddiem għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jmiss kwantità ta’ materja prima daqs jew inqas mill-ammont żejjed, meta pparagunata mal-kwota allokata, tal-produzzjoni totali f’dik is-sena, inklużi l-kwantitajiet li nġarrew ’il quddiem qabel għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti skond dak l-Artikolu jew li ġew irtirati mis-suq skond l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 15

Il-ġarr ’il quddiem taz-zokkor

1.  Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-kundizzjonijiet għall-ġarr ’il quddiem taz-zokkor għandhom ikunu stabbiliti bi ftehim fil-kummerċ kif jissemma fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament u għandhom jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-kwantità ta’ pitravi li tikkorrispondi għall-kwantità ta’ zokkor li għandha tinġarr ’il quddiem u t-tqassim ta’ din il-kwantità fost dawk li jkabbru l-pitravi.

2.  Il-pitravi li jikkorrispondu għall-kwantità ta’ zokkor li nġarret ’il quddiem għandhom jitħallsu mill-intrapriża in kwistjoni bi prezz li jkun mill-inqas daqs il-prezz minimu u skond it-termini applikabbli għall-pitravi kkunsinnati bħala parti mill-produzzjoni skond kwoti tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni fejn inġarr ’il quddiem iz-zokkor.

Artikolu 16

Il-ġarr ’il quddiem ta’ l-iżoglukosju

Il-manifatturi ta’ l-iżoglukosju li jiddeċiedu li jġorru ’l quddiem f’sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li approvahom sal-31 ta’ Otturbu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

Artikolu 17

Il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

▼M5

(a) mhux aktar tard mill-15 ta' Settembru, il-kwantitajiet taz-zokkor mill-pitravi, il-ġulepp tal-inulina u z-zokkor tal-kannamieli mis-sena tas-suq attwali li jridu jiġu trasferiti 'l quddiem għas-sena tas-suq li jmiss;

▼B

(c) mhux aktar tard mill-15 ta’ Novebru, il-kwantitajiet ta’ l-iżgolukosju li nġarrew ’il quddiem mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti.



KAPITOLU V

L-ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI TA’ PROVVISTA U L-ESPORTAZZJONI

Artikolu 18

L-aktar reġjuni mbiegħda

1.  Il-materja prima żejda li ntużat għall-finijiet ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda skond l-Artikolu 12(c) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u fil-limiti kwantitativi ffissati fil-programmi li jissemmew fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandha tkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ bejgħ dirett mill-manifattur li pproduċiha lil operatur li jitniżżel f’wieħed mir-reġistri li jissemmew fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 793/2006.

2.  Il-kuntratt li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi, b’mod partikolari, għat-trażmissjoni bejn il-partijiet ta’:

(a) dikjarazzjoni mill-manifattur tal-kwantità ta’ materja prima żejda kkunsinnata skond il-kuntratt, u

(b) dikjarazzjoni mill-operatur ikkonċernat li l-kwantità in kwistjoni ġiet ikkunsinnata skond l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista.

Għall-materja prima żejda, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna li tissemma fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 793/2006 għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni tal-produttur li tissemma fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu. Il-Kaxxa 20 taċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna għandha tinkludi l-annotazzjoni “zokkor C: l-ebda għajnuna” kif jissemma fil-Parti ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 793/2006.

L-awtoritajiet kompetenti li ħarġu ċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna għandhom jibagħtu kopja ta’ dak iċ-ċertifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn kien approvat il-manifattur.

Il-kwantitajiet tal-materja prima li għalihom il-manifattur jippreżenta d-dikjarazzjoni li tissemma fil-paragrafu 2(b), u li għalihom l-Istat Membru kkonċernat għandu kopji taċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna, għandhom jitqiesu bħala li ġew ikkunsinnati skond l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, kif inhu pprovdut fil-punt (c) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1).

Artikolu 19

L-esportazzjoni

1.  Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jissemmew fil-punt (d) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) għandhom jinħarġu fil-limiti kwantitativi fuq l-esportazzjoni mingħajr rifużjoni li għandhom ikunu ffissati mill-Kummissjoni skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

2.  Għandu jitqies li l-kwantitajiet żejda li ġew esportati fit-tifsira tal-punt (d) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament kienu:

(a) il-prodott ġie esportata mingħajr rifużjoni bħala zokkor abjad, iżoglukosju mhux ipproċessat jew xropp ta’ l-inulina mhux ipproċessat;

(b) l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni jkun aċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni rilevanti qabel l-1 ta’ Jannar wara tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li matulha ġiet prodotta l-materja prima żejda;

(c) il-manifattur ressaq quddiem l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, qabel l-1 ta’ April wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni meta ġie pprodott l-ammont żejjed:

(i) il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li nħarġitlu skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006;

▼M3

(ii) id-dokumenti msemmijin fl-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u, fil-każ li ċerti destinazzjonijiet ma jkunux eliġibbli biex jesportaw zokkor u/jew l-iżolglukożju li jaqbżu l-kwota, id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 4c tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, meħtieġa biex jirrilaxxaw il-garanzija;

▼B

(iii) dikjarazzjoni li l-kwantitajiet esportati tniżżlu fil-kontabbiltà bħala l-kwantitajiet żejda li jissemmew fil-punt (d) tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

▼M3

3.  Fil-każ li ċerti destinazzjonijiet ma jkunux eliġibbli biex jesportaw zokkor u/jew iżoglukożju prodott li jaqbżu l-kwota, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba bil-miktub tal-manifattur, jestendu d-data ta’ skadenza tal-1 ta’ April stipulata fil-paragrafu 2(c) b’mhux iktar minn 6 xhur biex jibagħtu d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 2(c)(ii).

▼B



KAPITOLU VI

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

▼M1 —————

▼B

Artikolu 21

Il-kontrolli u l-miżuri implimentattivi nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fiżiċi fuq mill-inqas 5 % ta’:

(a) il-kwantitajiet ta’ zokkor li jinġarru ’l quddiem kif jissemma fl-Artikolu 14;

(b) il-kwantitajiet ta’ materja prima kkunsinnati fil-kuntest ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għall-aktar reġjuni mbiegħda li jissemmew fl-Artikolu 18;

(c) id-dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni li jissemmew fl-Artikolu 19 skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2090/2002.

2.  Mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport annwali li juri n-numru ta’ kontrolli mwettqa, b’mod partikolari dawk li jissemmew fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 12, fejn għal kull kontroll imwettaq, jispeċifikaw in-numru ta’ nuqqasijiet sinifikanti u insinfikanti misjuba u l-azzjoni meħuda u l-pieni applikati.

3.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi applikat b’mod xieraq u jistgħu jimponu pieni nazzjonali xierqa fuq l-operaturi involuti fil-proċedura.

4.  L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin sabiex ikunu żguri minn kontrolli effettivi, u jkunu żguri li tiġi kkontrollata l-awtentiċità tad-dokumenti mressqa u/jew il-preċiżjoni tad-data skambjata.

▼M4

5.  Il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikoli 10 u 17 u f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 9 ).

▼B

Artikolu 22

Ir-revoka

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, b’dan qed jiġu rrevokati r-Regolamenti (KEE) Nri 65/82 u 2670/81 u (KE) Nru 1265/2001.

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2670/81 u (KE) Nru 1265/2001, madankollu, se jkomplu japplikaw għall-produzzjoni fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/06.

Artikolu 23

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dak inhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS



Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

1302 32

– – Muċillaġni u sustanzi li jgħaqqdu, sew jekk immodifikati u sew jekk le, li jitnisslu mill-ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-guar:

1302 39 00

– – oħrajn

ex 1702 90 95

ex 2106 90 59

– – Ġulepp għad-dlik u ġulepp għall-produzzjoni tar-Rinse appelstroop

2102 10

– Ħmejjer attivi

ex 2102 20

– – Ħmejjer mhux attivi

2207 10 00

– Alkoħol etiliku mhux denaturat, b'livell alkoħometriku volumiku ta' 80 % vol jew aktar (Bioetanol)

ex 2207 20 00

– Alkoħol etiliku totalment denaturat (Bioetanol)

ex 2208 40

– Rum

 

Preparazzjonijiet ta' tipi użati għall-għalf ta' l-annimali:

ex 2309 90

– Prodotti b'kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-anqas 60 % ta’ lisin

29

Prodotti kimiċi organiċi għajr il-prodotti bil-kodiċijiet 2905 43 00 u 2905 44

3002 90 50

– – Kulturi ta’ mikro-organiżmi

3003

Medikamenti (għajr il-prodotti bil-kodiċi 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin, imħejjija għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, iżda li la huma ppreżentati f'forma ta’ dożi u lanqas kondizzjonati għall-bejgħ bl-imnut

3004

Medikamenti (għajr il-prodotti bil-kodiċi 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin, imħejjija għal skopijiet terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f'forma ta’ dożi jew kondizzjonati għall-bejgħ bl-imnut

3006

Preparazzjonijiet u oġġetti farmaċewtiċi speċifikati fin-nota 4 ta’ dan il-kapitolu

3203 00 10

– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

3203 00 90

– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni ta’ annimali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

ex  32 04

– Materjal taż-żbigħ ta’ oriġini sintetika u l-preparazzjonijiet imsemmija fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu abbażi ta’ dan il-materjal taż-żbigħ.

ex 3307 90 00

Xama' għat-tneħħija tas-suf

ex35

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi, għajr għall-prodotti bil-kodiċi 3501 u bil-kodiċi 3505 10 10 , 3505 10 90 jew 3505 20

ex38

Prodotti varji ta' l-industrija kimika għajr dawk li jaqgħu taħt il-kodiċi 3809 , minbarra l-prodotti li jrattbu d-drapp bil-kodiċi NM ex 3809 91 00 , u l-kodiċi 3824 60 .

3901 sa 3914

– Forom primarji

ex  68 09

Oġġetti tal-ġibs jew ta’ kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs:

– Pjanċi, folji, panewijiet, madum u oġġetti simili



( 1 ) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

( 2 ) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 318/2006.

( 3 ) ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

( 4 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).

( 5 ) ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1454/2004 (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 9).

( 6 ) ĠU L 262, 16.9.1981, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 95/2002 (ĠU L 17, 19.1.2002, p. 37).

( 7 ) ĠU L 9, 14.1.1982, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2223/2000 (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 15).

( 8 ) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 63. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2006 (ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11).

( 9 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

Top