EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006D0963-20061218

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea (2006/963/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/963/2006-12-18

2006D0963 — MT — 18.12.2006 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

(2006/963/KE)

(ĠU L 397, 30.12.2006, p.10)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 117, 5.5.2007, p. 31  (963/06)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

(2006/963/KE)



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, matul il-proċess ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta' direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil.

(4)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

▼C1

Artikolu 1a

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 1b(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 1b

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali ( 1 ) jew mill-Kumitat relevanti stabbilit mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament għall-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2.  L-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 2 ) għandhom japplikaw fejn issir referenza għal dan il-paragrafu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

▼B

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex tintrabat il-Komunità.



( 1 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

( 2 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Top