EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006D0875-20071220

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Novembru 2006 li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5677) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/875/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/875/2007-12-20

2006D0875 — MT — 20.12.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Novembru 2006

li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5677)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/875/KE)

(ĠU L 337, 5.12.2006, p.46)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-22 ta' Diċembru 2006

  L 7

46

12.1.2007

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

  L 335

47

20.12.2007




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Novembru 2006

li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5677)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/875/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(6) u l-Artikoli 29 u 32 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tipprovdi għall-possibiltà ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u ta' kontrolli bl-għan li jipprevenu ż-żoonosi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistipola regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu ( 2 ), jipprovdi għall-programmi ta' kull sena għall-monitoraġġ u l-eradikazzjoni ta' enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(3)

L-Istati Membri ressqu programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, għall-prevenzjoni ta' żoonosi u għall-eradikazzjoni u monitoraġġ tat-TSEs fit-territorji tagħhom.

(4)

Wara eżaminazzjoni ta' dawn il-programmi huma instabu f'konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b'mod partikulari mal-kriterji tal-Komunità relatati ma' l-eradikazzjoni ta' dak il-mard, fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 li tistipola kriterji tal-Komunità għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali ( 3 ).

(5)

Dawn il-programmi jidhru fil-lista tal-programmi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/687/KE tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar programmi li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fl-2007 għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, għall-prevenzjoni taż-żoonosi, għall-monitoraġġ tat-TSEs kif ukoll programmi għall-eradikazzjoni tal-BSE u l-iscrapie ( 4 ).

(6)

Fid-dawl ta' l-importanza ta' dawk il-programmi għall-ksib ta' l-objettivi Komunitarji fil-kamp tas-saħħa ta' l-annimali u dak pubbliku, kif ukoll l-applikazzjoni obbligatorja f'kull Stat Membru fil-każ tal-programmi TSE, jidher xieraq li tiġi ffissata r-rata ta' kontribuzzjoni finananzjara xierqa sabiex il-Komunità tagħti rimborż għall-ispejjeż li jistgħu ikollhom l-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li ssemmew f'din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(7)

Għall-finijiet ta' maniġġjar tajjeb, l-użu iktar effiċjenti tal-fondi Komunitarji u t-trasparenza msaħħa, huma meħtieġa wkoll li jiġu ffissati għal kull programm, fejn huwa xieraq, ammonti massimi li għandhom jingħataw rimborż lill-Istati Membri għal ċerti spejjeż bħalma huma testijiet, vaċċini differenti użati fl-Istati Membri u kumpens lill-proprjetarji minħabba xi telf mit-tbiċċir u l-qatla ta' l-annimali tagħhom.

(8)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 5 ), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard ta' l-annimali għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Garanzija Agrikola. Għal raġunijiet ta' kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta' dan ir-Regolament.

(9)

Il-preżenza ta' l-idrofobija fit-territorji li huma mdawra mill-Unjoni Ewropea ser tikkostitwixxi sors kurrenti ta' infezzjoni kontinwa għaż-żoni fl-inħawi. Huwa għalhekk preferibbli li tiġi eradikata l-idrofobija iktar milli titqiegħed fis-seħħ żona protettiva ta' vaċċinazzjoni li tinsab madwar tali territorju, li jkollu jinżamm għal żmien indeterminat.

(10)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għanda tingħata bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati huma mwettqa b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu kull informazzjoni neċessarja fil-limiti taż-żmien stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(11)

Hemm bżonn li tiġi ċċarata r-rata li għandha tintuża għall-konverżjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-pagamenti mressqa f'munita nazzjonali kif definit fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi l-arranġamenti agrimonetarji għall-ewro ( 6 ).

(12)

L-approvazzjoni ta' uħud mill-programmi ma għandhiex tippreġudika deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar regoli għall-eradikazzjoni ta' dan il-mard bażata fuq parir xjentifiku.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



KAPITOLU I

IDROFOBIJA

Artikolu 1

1.  Il-programmi ta' l-eradikazzjoni ta' l-idrofobija ppreżentati mir-Repubblika Ċeka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, mill-Awstrija, mill-Polonja, mis-Slovenja, mis-Slovakkja u mill-Finlandja huma hawhekk approvati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li saru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju u għall-akkwist u d-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-lixki għall-programmi u m'għandhomx ikunu ogħla minn:

(a) EUR 490 000 għar-Repubblika Ċeka;

(b) EUR 850 000 għall-Ġermanja;

(ċ) EUR 925 000 għall-Estonja;

(d)  ►M2  EUR 790 000 ◄ għal-Latvja;

(e)  ►M2  EUR 900 000 ◄ għall-Ungerija;

(f) EUR 185 000 għall-Awstrija;

(g)  ►M2  EUR 4 100 000 ◄ għall-Polonja;

(h) EUR 375 000 għas-Slovenja;

(i) EUR 500 000 għas-Slovakkja;

(j) EUR 112 000 għall-Finlandja.

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju li jsiru mil-Litwanja u 100 % ta' l-ispejjeż li għandhom isiru mil-Litwanja għall-akkwist u d-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-lixki 'l barra mit-territorju tagħha u m'għandhiex tkun ogħla minn ►M2  EUR 450 000 ◄ .

4.  L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:

(a) għall-akkwist ta' doża ta' vaċċin waħda EUR 0.5 għal kull doża għall-programmi I jissemmew fil-paragrafi 2(ċ) u (d); kif ukoll

(b) għall-akkwist ta' doża ta' vaċċin waħda EUR 0.3 għal kull doża għall-programmi l-oħrajn li jissemmew fil-paragrafi 2 u 3.



KAPITOLU II

BRUĊELLOSI BOVINA

Artikolu 2

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellosi bovina ppreżentat minn Spanja, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, l-Portugall u r-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li jsiru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' l-ispejjeż tat-testjar tal-laboratorju, il-kumpens lill-proprjetarji għat-telf tagħhom kaġun tat-tbiċċir ta' l-annimali soġġetti għall-programmi u l-akkwist tad-dożi ta' vaċċini u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a)  ►M2  EUR 5 500 000 ◄ għal Spanja;

(b)  ►M2  EUR 1 950 000 ◄ għall-Irlanda;

(ċ)  ►M2  EUR 3 000 000 ◄ għall-Italja;

(d)  ►M2  EUR 20 000 ◄ għal Ċipru;

(e)  ►M2  EUR 1 280 000 ◄ għall-Portugall;

(f) EUR 1 100 000 għar-Renju Unit.

3.  L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  għat-test rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)  għat-test SAT

EUR 0,2 għal kull test;

(ċ)  għat-test compliment fixation

EUR 0,4 għal kull test;

(d)  għat-test ELISA

EUR 1 għal kull test;

(e)  ħall-akkwist ta' doża waħda ta' vaċċin

EUR 0,5 għal kull doża;



KAPITOLU III

TUBERKULOŻI BOVINA

Artikolu 3

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-tuberkolożi bovina ppreżentati minn Spanja, mill-Italja, mill-Polonja u mill-Portugall huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li jsiru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' l-ispejjeż tat-testjar tat-tuberkulin, l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lill-proprjetarji għat-telf tagħhom kaġun tat-tbiċċir ta' l-annimali soġġetti għall-programmi u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a)  ►M2  EUR 8 000 000 ◄ għal Spanja;

(b)  ►M2  EUR 2 950 000 ◄ għall-Italja;

(ċ)  ►M2  EUR 1 550 000 ◄ għall-Polonja;

(d) EUR 450 000 għall-Portugall;

3.  L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  għat-test tuberkulin

EUR 0,8 għal kull test;

(b)  għat-test gamma-interferon

EUR 5 għal kull test.



KAPITOLU IV

LEWKOŻI ENZOTIKA BOVINA

Artikolu 4

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-lewkożi enzotika bovina ppreżentati mill-Estonja, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Polonja u mill-Portugall huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li jsiru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' l-ispejjeż tat-testjar tal-laboratorju u l-kumpens lill-proprjetarji għat-telf tagħhom kaġun tat-tbiċċir ta' l-annimali soġġetti għall-programmi m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a) EUR 20 000 għall-Estonja;

(b)  ►M2  EUR 1 600 000 ◄ għall-Italja;

(ċ)  ►M2  EUR 85 000 ◄ għal-Latvja;

(d) EUR 135 000 għal-Litwanja;

(e)  ►M2  EUR 4 800 000 ◄ għall-Polonja;

(f)  ►M2  EUR 425 000 ◄ għall-Portugall.

3.  L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  għat-test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)  it-test ta' agar gel immune diffusion

EUR 0,5 għal kull test.



KAPITOLU V

BRUĊELLOSI OVINA U KAPRINA

Artikolu 5

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellosi ovina u kaprina ppreżentati mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, minn Ċipru u mill-Portugall huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li jsiru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 għall-akkwist tal-vaċċini, ta' l-ispejjeż tat-testjar fil-laboratorju u l-kumpens lill-proprjetarji għat-telf tagħhom kaġun tat-tbiċċir ta' l-annimali soġġetti għall-programmi u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a)  ►M2  EUR 5 900 000 ◄ għal Spanja;

(b)  ►M2  EUR 570 000 ◄ għal Franza;

(ċ)  ►M2  EUR 5 000 000 ◄ għall-Italja;

(d) EUR 120 000 għal Ċipru;

(e)  ►M2  EUR 1 220 000 ◄ għall-Portugall.

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li jsiru mill-Greċja għall-akkwist tal-vaċċini u s-salrji tal-veterinarji kuntrattwali speċjalment dawk reklutati għal dak il-programm m'għandhiex tkun ogħla minn ►M2  EUR 200 000 ◄ .

4.  L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  għat-test rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)  għat-test compliment fixation

EUR 0,4 għal kull test;

(c)  għall-akkwist ta' doża waħda ta' vaċċin

EUR 0,1 għal kull doża;



KAPITOLU VI

IL-BLUETONGUE

Artikolu 6

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue ppreżentati minn Spanja, Franza, l-Italja u l-Portugall huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li saru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju viroloġiċi, seroloġiċi u entomoloġiċi u l-akkwist ta' trappoli u tal-vaċċini u m'għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)  ►M2  EUR 8 000 000 ◄ għal Spanja;

(b)  ►M2  EUR 360 000 ◄ għal Franza;

(ċ)  ►M2  EUR 1 400 000 ◄ għall-Italja;

(d)  ►M2  EUR 1 100 000 ◄ għall-Portugall.

3.  L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  għat-test ELISA

EUR 2,5 għal kull test;

(b)  għall-akkwist ta' doża waħda ta' vaċċin

EUR 0,5 għal kull doża.



KAPITOLU VII

ĊERTU SALMONELLA ŻOONOTIKA FIT-TJUR GĦAT-TROBBIJA

Artikolu 7

1.  Il-programmi ta' kontroll tas-salmonella fit-tjur għat-trobbija ppreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Italja, minn Ċipru, mil-Latvja, mill-Ungerija, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, u mis-Slovakkja huma hawnhekk approvati għall-perijodu ta' l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li saru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' l-ispejjeż tat-testijiet batterjoloġiċi, il-kumpens lill-proprjetarji għat-telf tagħhom minħabba l-qatla tat-tjur u d-distruzzjoni tal-bajd u x-xiri tad-dożi tal-vaċċini u m'għandhomx ikunu ogħla minn:

(a)  ►M2  EUR 550 000 ◄ għall-Belġju;

(b) EUR 330 000 għar-Repubblika Ċeka;

(ċ)  ►M2  EUR 500 000 ◄ għad-Danimarka;

(d) EUR 175 000 għall-Ġermanja;

(e) EUR 27 000 għall-Estonja;

(f) EUR 60 000 għall-Greċja;

(g)  ►M2  EUR 960 000 ◄ għal Spanja;

(h)  ►M2  EUR 550 000 ◄ għal Franza;

(i) EUR ►M2  0 ◄ għall-Irlanda;

(j)  ►M2  EUR 590 000 ◄ għall-Italja;

(k) EUR 40 000 għal Ċipru;

(l) EUR 60 000 għal-Latvja;

(m)  ►M2  EUR 110 000 ◄ għall-Ungerija;

(n) EUR 1 350 000 għall-Olanda;

(o) EUR 80 000 għall-Awstrija;

(p) EUR 2 000 000 għal Polonja;

(q)  ►M2  EUR 20 000 ◄ għall-Portugall;

(r)  ►M2  EUR 50 000 ◄ għas-Slovakkja.

3.  L-ammonti massimi ta' l-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  Għat-test batterjoloġiku

EUR 5,0 għal kull test;

(b)  għall-akkwist ta' doża waħda ta' vaċċin

EUR 0,05 għal kull doża.



KAPITOLU VIII

DENI KLASSIKU TAL-MAJJALI U DENI AFRIKAN TAL-MAJJALI

Artikolu 8

1.  Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta':

(a) Deni klassiku tal-majjali ppreżentati mill-Ġermanja, Franza, Lussemburgu, Slovenja u Slovakkja huma hawnhekk approvati għall-perijodi mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

(b) Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali ppreżentati mill-Italja huma hawnhekk approvati għall-perijodi mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li saru minn kull Stat membru li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' l-ispejjeż tat-testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta' majjali domestiċi u taċ-ċingjali u għall-programmi tal-Ġermanja, Franza u s-Slovakkja kif ukoll għall-akkwist u d-distribuzzjoni tal-vaċċini kif ukoll tal-lixki u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a)  ►M2  EUR 1 100 000 ◄ għall-Ġermanja;

(b)  ►M2  EUR 650 000 ◄ għal Franza;

(ċ) EUR 140 000 għall-Italja;

(d) EUR 35 000 għal-Lussemburgu;

(e) EUR 25 000 għas-Slovenja;

(f) EUR 400 000 għas-Slovakkja.

3.  L-ammonti massimi ta' l-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  għat-test ELISA

EUR 2,5 għal kull test;

(b)  għall-akkwist ta' doża waħda ta' vaċċin

EUR 0,5 għal kull doża.



KAPITOLU IX

IL-MARDA TA' AUJESZKY

Artikolu 9

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky ppreżentati mill-Belġju u minn Spanja huma hawnhekk approvati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a)  ►M2  EUR 350 000 ◄ għall-Belġju;

(b) EUR 350 000 għal Spanja;

3.  L-ammont massimu ta' l-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ogħla minn EUR 1 għal kull test ELISA.



KAPITOLU X

IL-MARDA TA' L-INFAFET (VEŻIKULARI) TAL-MAJJALI

Artikolu 10

1.  Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda ta' l-infafet (veżikulari) tal-majjali ppreżentat mill-Italja huwa hawnhekk approvat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju u m'għandhiex tkun ogħla minn ►M2  EUR 350 000 ◄ .



KAPITOLU XI

IL-MARDA TA' L-ILMA FIL-QALB, IL-BABESIJOŻI U L-ANAPLAŻMOŻI (POSEIDOM)

Artikolu 11

1.  Il-programmi ta' eradikazzjoni tal-marda ta' l-ilma fil-qalb, tal-babesijożi u l-anapalsmosi (Poseidom) trażmessi mill-insetti fid-dipartimenti esteri Franċiżi tal-Guadaloupe, Martinique u Réunion ippreżentati minn Franza huma hawnhekk approvati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li saru minn Franza għall-implimentazzjoni tal-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 u m'għandhiex tkun ogħla minn EUR 50 000.



KAPITOLU XII

PROGRAMMI TA' STĦARRIĠ GĦALL-INFLUWENZA TAT-TJUR FIT-TJUR U T-TJUR SALVAĠĠI

Artikolu 12

1.  Il-programmi għall-influwenza tat-tjur fit-tjur u t-tjur salvaġġi ppreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Italja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mil-Lussemburgu, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, u mis-Slovenja, mis-Slovakkja mill-Finlandja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perijodu ta' l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-ispejjeż ta' analiżi tal-kampjuni għandha ssir bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż li saru minn kull Stat Membru u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a) EUR 66 000 għall-Belġju;

(b) EUR 74 000 għar-Repubblika Ċeka;

(ċ)  ►M2  EUR 310 000 ◄ għad-Danimarka;

(d)  ►M2  EUR 460 000 ◄ għall-Ġermanja;

(e) EUR 40 000 għall-Estonja;

(f) EUR 42 000 għall-Greċja;

(g) EUR 82 000 għal Spanja;

(h) EUR 280 000 għal Franza;

(i) EUR 59 000 għall-Irlanda;

(j)  ►M2  EUR 900 000 ◄ għall-Italja;

(k) EUR 15 000 għal Ċipru;

(l) EUR 15 000 għal-Latvja;

(m) EUR 12 000 għall-Litwanja;

(n)  ►M2  EUR 15 000 ◄ għal-Lussemburgu;

(o) EUR 110 000 għall-Ungerija;

(p) EUR 5 000 għal Malta;

(q) EUR 126 000 għall-Olanda;

(r) EUR 42 000 għall-Awstrija;

(s) EUR 87 000 għall-Polonja;

(t)  ►M2  EUR 46 000 ◄ għall-Portugall;

(u) EUR 32 000 għas-Slovenja;

(v) EUR 21 000 għas-Slovakkja.

(w) EUR 27 000 għall-Finlandja;

(x)  ►M2  EUR 200 000 ◄ għall-Iżvezja;

(y)  ►M2  EUR 1 125 000 ◄ għar-Renju Unit.

3.  L-ammonti massimi ta' l-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi m'għandhomx ikunu ogħla minn:



(a)  test ELISA:

EUR 1 għal kull test;

(b)  test agar gel immune diffusion:

EUR 1,2 għal kull test;

(ċ)  HI test għall-H5/H7:

EUR 12 għal kull test;

(d)  test ta' iżolazzjoni virali:

EUR 30 għal kull test;

(e)  test PCR:

EUR 15 għal kull test.



KAPITOLU XIII

MONITORAĠĠ TA' L-ENĊEFALOPATIJI SPONĠIFORMI TRAŻMISSIBBLI

Artikolu 13

1.  Il-programmi għall-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ppreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Italja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mil-Lussemburgu, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, u mis-Slovenja, mis-Slovakkja mill-Finlandja, mill-Iżvezja u mir-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perijodu ta' l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha ssir bir-rata ta' 100 % ta' l-ispejjeż li saru minn kull Stat Membru li jissemmew fil-paragrafu 1 għall-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi u m'għandhomx ikunu ogħla minn:

(a) EUR 2 084 000 għall-Belġju;

(b)  ►M2  EUR 1 320 000 ◄ għar-Repubblika Ċeka;

(ċ)  ►M2  EUR 1 950 000 ◄ għad-Danimarka;

(d) EUR 11 307 000 għall-Ġermanja;

(e) EUR 233 000 għall-Estonja;

(f)  ►M2  EUR 1 650 000 ◄ għall-Greċja;

(g)  ►M2  EUR 9 100 000 ◄ għal Spanja;

(h) EUR 24 815 000 għal Franza;

(i)  ►M2  EUR 6 410 000 ◄ għall-Irlanda;

(j)  ►M2  EUR 3 000 000 ◄ għall-Italja;

(k)  ►M2  EUR 530 000 ◄ għal Ċipru;

(l) EUR 312 000 għal-Latvja;

(m) EUR 645 000 għal-Litwanja;

(n) EUR 146 000 għal-Lussemburgu;

(o) EUR 784 000 għall-Ungerija;

(p) EUR 90 000 għal Malta;

(q) EUR 5 112 000 għall-Olanda;

(r) EUR 1 759 000 għall-Awstrija;

(s)  ►M2  EUR 244 000 ◄ għall-Polonja;

(t)  ►M2  EUR 2 940 000 ◄ għall-Portugall;

(u) EUR 308 000 għas-Slovenja;

(v)  ►M2  EUR 610 000 ◄ għas-Slovakkja.

w) EUR 839 000 għall-Finlandja;

(x) EUR 2 020 000 għall-Iżvezja;

(y) EUR 6 781 000 għar-Renju Unit.

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 għandha sservi għat-testijiet li saru u l-ammont massimu li għandu jitħallas m'għandux ikun ogħla minn:

(a) EUR 6 għal kull test li sar fuq l-annimali bovini li jissemmew fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b) EUR 30 għal kull test li sar fuq l-annimali ovini u kaprini li jissemmew fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ċ) EUR 50 għal kull test li sar fuq iċ-ċriev li jissemmew fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(d) EUR 145 għal kull test, għat-testijiet diskriminatorji molekolari primarji li saru kif jissemma fl-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2(ċ) (i) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.



KAPITOLU XIV

ERADIKAZZJONI TA' L-ENĊEFALOPATIJI SPONĠIFORMI BOVINI

Artikolu 14

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni ta' l-enċefalopatiji sponġiformi bovini ppreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Italja, mil-Lussemburgu, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, u mis-Slovenja, mis-Slovakkja mill-Finlandja u mir-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom isiru bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri kkonċernati bħala kumpens lill-proprjetarji għall-valur tal-bhejjem tagħhom li ġew maqtula jew meqruda fi qbil mal-programm tagħhom għall-eradikazzjoni, sa massimu ta' EUR 500 għal kull annimal u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a) EUR 50 000 għall-Belġju;

(b) EUR 750 000 għar-Repubblika Ċeka;

(ċ) EUR 51 000 għad-Danimarka;

(d)  ►M2  EUR 50 000 ◄ għall-Ġermanja;

(e) EUR 98 000 għall-Estonja;

(f) EUR 750 000 għall-Greċja;

(g)  ►M2  EUR 413 000 ◄ għal Spanja;

(h) EUR 50 000 għal Franza;

(i)  ►M2  EUR 70 000 ◄ għall-Irlanda;

(j)  ►M2  EUR 65 000 ◄ għall-Italja;

(l) EUR 100 000 għal-Lussemburgu;

(m) EUR 60 000 għall-Olanda;

(n) EUR 48 000 għall-Awstrija;

(o)  ►M2  EUR 530 000 ◄ għall-Polonja;

(p)  ►M2  EUR 45 000 ◄ għall-Portugall;

(q) EUR 25 000 għas-Slovenja;

(r) EUR 250 000 għas-Slovakkja;

(s) EUR 25 000 għall-Finlandja;

(t) EUR 347 000 għar-Renju Unit.



KAPITOLU XV

ERADIKAZZJONI TA' L-ISCRAPIE

Artikolu 15

1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni ta' l-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Irlanda, mill-Italja, minn Ċipru, mil-Lussemburgu, mill-Ungerija, mill-Olanda, mill-Awstrija, mill-Portugall, u mis-Slovenja, mis-Slovakkja mill-Finlandja mill-Iżvezja u mir-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom isiru bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri kkonċernati bħala kumpens lill-proprjetarji għall-valur tal-bhejjem tagħhom li ġew maqtula jew distrutti fi qbil mal-programm tagħhom għall-eradikazzjoni, sa massimu ta' EUR 100 għal kull annimal u bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż ta' l-analiżi tal-kampjuni għall-genotyping, sa massimu ta' EUR 10 għal kull test tal-genotyping u m'għandhiex tkun ogħla minn:

(a) EUR 99 000 għall-Belġju;

(b) EUR 107 000 għar-Repubblika Ċeka;

(ċ)  ►M2  EUR 827 000 ◄ għall-Ġermanja;

(d) EUR 13 000 għall-Estonja;

(e)  ►M2  EUR 516 000 ◄ għall-Greċja;

(f)  ►M2  EUR 4 500 000 ◄ għal Spanja;

(g) EUR 8 862 000 għal Franza;

(h)  ►M2  EUR 279 000 ◄ għall-Irlanda;

(i)  ►M2  EUR 620 000 ◄ għall-Italja;

(j)  ►M2  EUR 1 280 000 ◄ għal Ċipru;

(k) EUR 28 000 għal-Lussemburgu;

(l)  ►M2  EUR 232 000 ◄ għall-Ungerija;

(m) EUR 543 000 għall-Olanda;

(n) EUR 14 000 għall-Awstrija;

(o)  ►M2  EUR 41 000 ◄ għall-Portugall;

(p) EUR 83 000 għas-Slovenja;

(q)  ►M2  EUR 179 000 ◄ għas-Slovakkja.

(r) EUR 11 000 għall-Finlandja;

(s) EUR 6 000 għall-Iżvezja;

(t)  ►M2  EUR 5 178 000 ◄ għar-Renju Unit.



KAPITOLU XVI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 16

1.  Il-programmi li jissemmew fl-Artikoli 2 sa 5 u 7, l-ispejjeż eliġibbli għall-kumpens tat-telf minħabba tbiċċir u l-qtil ta' l-annimali għandhom ikunu limitati kif inhu previst fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Il-medja tal-kumpens li għandu jiġi rrimborżat lill-Istati Membri għandu jiġi kkalkolat skond in-numru ta' l-annimali li ġew imbiċċra jew maqtula fl-Istat Membru u:

(a) għall-annimali bovini, sa massimu ta' EUR 300 għal kull annimal;

(b) għan-nagħaġ u l-mogħoż, sa massimu ta' EUR 35 għal kull annimal;

(ċ) għat-tjur għat-trobbija, sa massimu ta' EUR 2,5 għal kull annimal.

3.  L-ammont massimu ta' kumpens li għandu iġi rimbursat lill-Istati Membri għal kull annimal singolu m'għandux ikun ogħla minn EUR 1 000 għal kull annimali bovin u ta' EUR 100 għal kull nagħġa jew mogħża.

▼M1

Artikolu 17

In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'ewro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

Artikolu 18

Meta n-nefqa ta' Stat Membru tkun f'munita li mhux l-ewro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f'ewro billi japplika r-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Istat Membru.

▼B

Artikolu 19

1.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi li jissemmew fl-Artikoli 1 sa 15 għandhom jingħataw bil-kondizzjoni li l-Istati Membri jimplimentaw il-programmi fi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni u l-aġġudikazzjoni tal-kuntratti pubbliċi, u soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fil-punti (a) sa (f):

(a) jinġiebu fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2007 l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi mill-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni tal-programm;

(b) it-tressiq sa mhux iktar tard mill-1 ta' Ġunju 2007, il-valutazzjoni preliminari teknika u finanzjarja tal-programm, fi qbil ma' l-Artikolu 24(7) tad-Deċiżjoni 90/42/KEE;

(ċ) għall-programmi li jissemmew fl-Artikoli 1 sa 11, it-tressiq ta' rapport intermedju, li jkopri l-ewwel sitt xhur tal-programm, sa mhux iktar minn tard minn erba' ġimgħat mit-tmiem tal-perijodu ta' l-implimentazzjoni kopert mir-rapport;

(d) għall-programmi li jissemmew fl-Artikolu 12, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni ir-riżultati pożittivi u negattivi ta' l-investigazzjonijiet osservati matul is-sorveljanza tat-tjur u tjur salvaġġi kull tliet xhur sa l-aħħar tax-xahar li jmiss;

(e) għall-programmi li jissemmew fl-Artikoli 13 sa 15, it-tressiq ta' rapport lill-Kummissjoni kull xahar dwar il-progress tal-programm ta' monitoraġġ tat-TSE u l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri; dan ir-rapport għandu jitressaq fi żmien ta' erba' ġimgħat mit-tmiem tax-xahar kopert mir-rapport;

(f) it-tressiq ta' rapport finali sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2008, dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-programm li huwa akkumpanjat minn evidenza ġustifikanti dwar l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

(g) id-dettalji ta' l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri kif jissemmew fil-punt (d) u (e) għandhom jiġu pprovduti fil-forma skond it-tabella inkluża fl-Annessi I u II;

(h) l-implimentazzjoni effettiva tal-programm;

(i) ebda kontribuzzjoni Komunitarja oħra ma' ġiet jew ser tiġi rikjesta għal dawn il-miżuri.

2.  Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità wara li tikkunsidra n-natura u l-gravità ta' l-infrazzjoni, u t-telf finanzjarju għall-Komunità.

Artikolu 20

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 21

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-Istati Membri.




ANNESS I

Rapport finanzjarju finali u applikazzjonijiet għall-pagamenti kif jissemmew fil-punt (g) ta' l-Artikolu 19(1)Tabella waħda għal kull stħarriġ fit-tjur/fit-tjur salvaġġi (a)Stat Membru:Data:Rappurtar mill-:sa:Miżuri li huma eliġibbli għall-kofinanzjament (b)Metodi ta' analiżi fil-laboratorjuNumru ta' testijiet mwettqa' għal kull metoduSpejjeżPre-skrining sjeroloġiku (c)Haemagglutination-inhibition-test (HI) għall- H5/H7Test ta' iżolazzjoni viraliTest PCRMiżuri oħrajn li għandhom jiġu kopertiSpeċifika l-attivitajietKampjunarOħrajnTotalB'dan niċċertifika li d-data mgħotija hawn fuq hija korretta u li ebda kontribuzzjoni Komunitarja oħra ma ġiet rikjesta għal dawn il-miżuri.(a) Immarka kif jixraq.(b) Data li għandha tingħata fil-munita nazzjonali, eskluża l-VAT(Post, Data).(c) Jekk jogħġbok indika t-test użat(Firma).




ANNESS II

Mudell tal-formula kompjuterizzata ta' l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri kif jissemma fil-punt (g) ta' l-Artikolu 19(1)



Monitoraġġ tat-TSE

Stat Membru:

Xahar:

Sena:

Testijiet fuq annimali bovini

 

Numru tat-testijiet

Spiża għal kull unità

Spiża totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.1,3 u 4.1 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.2, 4.2 u 4.3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Total

 
 
 

Testijiet fuq annimali ovini

 

Numru tat-testijiet

Spiża għal kull unità

Spiża totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 2(a) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Total

 
 
 

Testijiet fuq annimali kaprini

 

Numru tat-testijiet

Spiża għal kull unità

Spiża totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 2(b) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 

Total

 
 
 

Ittestjar primarju molekolari b'immuno-blotting diskriminatorju

 

Numru tat-testijiet

Spiża għal kull unità

Spiża totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2 (c) (i)

 
 
 

Testijiet fuq Ċriev

 

Numru tat-testijiet

Spiża għal kull unità

Spiża totali

Testijiet fuq annimali li jissemmew fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 
 
 



( 1 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

( 2 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 10).

( 3 ) ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 92/65/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

( 4 ) ĠU L 282, 13.10.2006, p. 52.

( 5 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).

( 6 ) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

Top