EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006D0588-20081011

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012 (notifikata bid-dokument numru C(2006) 3839) (2006/588/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/588/2008-10-11

2006D0588 — MT — 11.10.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Awwissu 2006

li jistabbilixxi l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 3839)

(2006/588/KE)

(ĠU L 240, 2.9.2006, p.6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-3 ta’ Ottubru 2008

  L 271

45

11.10.2008




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Awwissu 2006

li jistabbilixxi l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 3839)

(2006/588/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 ( 1 ), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE ( 2 ) stabbiliet, b'mod partikulari, l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' tnaqqis fil-ħlasijiet diretti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006-2012, li huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvlupp Rurali (FAEŻR) għas-snin baġitarji 2007-2013.

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi l-kriterji għat-tqassim tal-ammont li jitnisslu mill-modulazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-istess Artikolu.

(3)

L-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa ( 3 ), jistabbilixxi l-prinċipju tal-allokazzjoni għal dawn l-ammonti fost l-Istati Membri billi jintużaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(4)

Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jispeċifika li l-Istat Membru għandu jirċievi tal-anqas 80 % mill-ammonti ġġenerati mill-modulazzjoni fl-istess Stat Membri, filwaqt li l-Artikolu 10(4) tal-istess Regolament jipprovdi li dan il-perċentwal jista' jilħaq sa 90 % għall-Istati Membri bi produzzjoni importanti tas-segala matul il-perjodu 2000-2002.

(5)

Abbażi ta’ dawn il-kriterji, jeħtieġ li jiġu allokati għall-Istati Membri l-ammont li jitnisslu mill-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2006 għas-snin 2006-2012, filwaqt li jitqies it-tnaqqis ipprovdut fil-paragrafu 2 tal-istess Artikolu.

(6)

(Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għas-snin 2006-2012, l-ammonti li jitnisslu mill-modulazzjoni għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont it-tabella li tidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS



Allokazzjoni lill-Istati Membri tal-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għas-snin 2006 sa 2012

(EUR miljuni)

Stat Membru

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Il-Belġju

13,5

17,5

18,0

18,3

18,2

18,2

18,2

Id-Danimarka

24,8

31,2

33,3

33,4

33,4

33,4

33,4

Il-Ġermanja

157,5

199,1

206,4

207,5

206,8

206,8

206,8

L-Irlanda

26,8

33,0

35,1

35,2

34,5

34,5

34,7

Il-Greċja

47,5

59,6

64,1

64,3

61,3

61,3

61,4

Spanja

163,8

206,7

222,6

223,4

217,8

218,4

218,5

Franza

212,6

267,5

270,8

271,8

270,6

270,8

271,0

L-Italja

103,2

130,0

144,1

144,6

140,2

140,8

140,8

Il-Lussemburgu

1,0

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

1,2

L-Olanda

22,0

27,2

29,2

29,4

28,8

28,8

28,8

L-Awstrija

31,4

40,6

44,1

44,3

43,2

43,3

43,3

Il-Portugall

37,1

48,4

54,0

54,1

52,8

52,8

52,9

Il-Finlandja

15,1

19,0

20,5

20,6

20,2

20,2

20,2

L-Iżvezja

19,7

24,3

25,9

26,0

25,5

25,5

25,5

Ir-Renju Unit

108,0

135,7

136,4

136,7

136,3

136,3

136,3



( 1 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 953/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1).

( 2 ) 2 ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

( 3 ) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 659/2006 (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 20).

Top