Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006D0504-20070701

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2006 dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti ta' l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-aflatossini (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3113) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/504/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/504/2007-07-01

2006D0504 — MT — 01.07.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Lulju 2006

dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti ta' l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-aflatossini

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3113)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/504/KE)

(ĠU L 199, 21.7.2006, p.21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Ġunju 2007

  L 174

8

4.7.2007




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Lulju 2006

dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti ta' l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-aflatossini

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3113)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/504/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u l-ħtiġijiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel u li jistipula proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà fl-ikel ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 53 (1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel innota li l-aflatossina B1 hija karċinoġenu ġenotossiku qawwi u, anki f'livelli estremament baxxi, tikkontribwixxi fir-riskju ta' kanċer fil-fwied.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel ( 2 ) jistipula livelli massimi għal ċerti kontaminanti u b'mod partikolari l-aflatossini li huma permessi fl-oġġetti ta' l-ikel. Dawk il-limiti għall-aflatossini inqabżu regolarment f'ċerti oġġetti ta' l-ikel minn ċerti pajjiżi terzi.

(3)

Din il-kontaminazzjoni tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika fil-Komunità u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati kundizzjonijiet speċjali fil-livell tal-Komunità.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/49/KE tas-6 ta' Diċembru 1999 li tirrevoka d-Deċiżjoni 1999/356/KE u li timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' karawett u ta' ċerti prodotti derivati mill-karawett li joriġinaw minn jew huma konsenjati mill-Eġittu ( 3 ) tistipula kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni tal-karawett u ċerti prodotti derivati mill-karawett li joriġinaw minn jew huma konsenjati mill-Eġittu.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/79/KE ta' l-4 ta' Frar 2002 timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' karawett u ċerti prodotti derivati mill-karawett li joriġinaw minn jew huma konsenjati miċ-Ċina ( 4 ) tistipula kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' karawett u ċerti prodotti derivati mill-karawett li joriġinaw minn jew huma konsenjati miċ-Ċina.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/80/KE ta' l-4 ta' Frar 2002 li timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' tin, ġellewż u pistaċċi u ċerti prodotti derivati minnhom li joriġinaw minn jew huma konsenjati mit-Turkija ( 5 ), tistipula ċerti kundizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' tin, ġellewż u pistaċċi u ċerti prodotti derivati minnhom li joriġinaw minn jew huma konsenjati mit-Turkija.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/493/KE ta' l-4 ta' Lulju 2003 li timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' ġewż tal-Brażil bil-qoxra li joriġina minn jew huwa konsenjat mill-Brażil ( 6 ) tistipula kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' ġewż tal-Brażil bil-qoxra li joriġina minn jew huwa konsenjat mill-Brażil.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/85/KE tas-26 ta' Jannar 2005 li timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' pistaċċi u ċerti prodotti derivati mill-pistaċċi li joriġinaw minn jew huma konsenjati mill-Iran ( 7 ), tistipula kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' pistaċċi u ċerti prodotti derivati minnhom li joriġinaw minn jew huma konsenjati mill-Iran.

(9)

Bosta mill-kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel koperti mid-Deċiżjonijiet 2000/49/KE, 2002/79/KE, 2002/80/KE, 2003/493/KE u 2005/85/KE mill-Brażil, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Iran u t-Turkija huma l-istess. Għalhekk, fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' dawk l-oġġetti ta' l-ikel minn dawn il-pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni ta' dawn il-prodotti bl-aflatossini f'Deċiżjoni waħda.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-benesseri ta' l-annimali ( 8 ) jistabbilixxi fil-livell tal-Komunità qafas armonizzat ta' regoli ġenerali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali.

(11)

Għal xi oġġetti ta' l-ikel minn ċerti pajjiżi terzi, huma meħtieġa miżuri addizzjonali speċifiċi.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel mill-Iran u l-Brażil, għandhom impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi ta' kontroll ta' l-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li jkun mitlub li l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mit-teħid ta' kampjuni, analiżi, ħażna u l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn miżuri uffiċjali meħuda fil-każ ta' kunsinni mhux konformi relatati mal-kontrolli uffiċjali ta' oġġetti ta' l-ikel mill-Iran u mill-Brażil skond din id-Deċiżjoni għandhom jinġarru mill-importaturi jew l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikkonċernati.

(13)

Mis-sejbiet tal-missjoni ta' l-Uffiċċju ta' l-Ikel u Veterinarju (“FVO”) tal-Kummissjoni, jista' jiġi konkluż li l-Brażil fil-preżent ma jistax jiżgura riżultati analitiċi ta' min jorbot fuqhom jew jiggarantixxi l-integrità ta' lott rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-kunsinni ta' ġewż tal-Brażil mingħajr qoxra. Barra minn hekk, jista' jiġi konkluż ukoll li l-kontrolli uffiċjali attwali fuq lottijiet imreġġgħin lura huma inadegwati. Huwa għalhekk xieraq li l-analiżi tiġi limitata għal-laboratorju uffiċjali li jista' jagħti garanziji rigward ir-riżultati analitiċi u li jiġu imposti kundizzjonijiet stretti rigward it-treġġigħ lura ta' lottijiet mhux konformi. F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk il-kundizzjonijiet stretti, il-lottijiet mhux konformi sussegwenti għandhom jinqerdu.

(14)

Fl-interess tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata permezz ta' rapport kull tliet xhur bir-riżultati kollha tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fir-rigward ta' kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel koperti minn din id-Deċiżjoni. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu b'żieda ma' l-obbligi ta' notifika skond is-Sistema Rapida ta' l-Allert għall-Ikel u t-Tgħam stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(15)

Huwa importanti li jiġi assigurat li t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel koperti minn din id-Deċiżjoni jitwettqu b'mod armonizzat madwar il-Komunità kollha. Għalhekk it-teħid ta' kampjuni u l-analiżi li għandhom jitwettqu skond din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistipula l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti ta' l-ikel ( 9 )

(16)

It-tħaddim ta' din id-Deċiżjoni għandu jinżamm taħt verifika fuq il-bażi tal-garanziji li jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati u tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri biex jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet speċjali jipprovdux livell suffiċjenti ta' ħarsien għas-saħħa pubblika fil-Komunità u jekk għadhomx meħtieġa.

(17)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/49/KE, 2002/79/KE, 2002/80/KE, 2003/493/KE u 2005/85/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(18)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M1

Artikolu 1

Ambitu

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (a) sa (e) u għall-oġġetti ta’ l-ikel ipproċessati u komposti derivati minn jew li fihom ammont sinifikanti mill-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (e). Madankollu, ma għandhiex tapplika għal kunsinni ta’ oġġetti ta’ l-ikel b’piż gross ta’ mhux aktar minn 5 kg.

L-oġġetti ta’ l-ikel għandhom jitqiesu li fihom ammont sinifikanti mill-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (e), fejn huma preżenti fihom fi kwantità ta’ mill-inqas 10 %.

(a) L-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mill-Brażil:

(i) ġewż tal-Brażil fil-qoxra li jaqgħu fi ħdan il-kategorija tal-kodiċi NM 0801 21 00;

(ii) taħlitiet ta’ ġewż jew frott imqadded li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0813 50 u li fihom il-ġewż tal-Brażil fil-qoxra;

(b) L-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati miċ-Ċina:

(i) karawett li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 1202 10 90 jew 1202 20 00;

(ii) karawett li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 94 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 98 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(iii) karawett inkaljat li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 92 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew il-kodiċi NM 2008 11 96 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(ċ) L-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mill-Eġittu:

(i) karawett li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 1202 10 90 jew 1202 20 00;

(ii) karawett li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 94 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 98 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(iii) karawett inkaljat li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 92 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew il-kodiċi NM 2008 11 96 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(d) L-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mill-Iran:

(i) pistaċċi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0802 50 00;

(ii) pistaċċi inkaljati li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2008 19 13 (ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) u 2008 19 93 (ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(e) L-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin li joriġinaw minn jew li ġew konsenjati mit-Turkija:

(i) tin imqadded li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 0804 20 90;

(ii) ġellewż (Corylus sp) fil-qoxra jew mingħajr qoxra li jaqa’ fi ħdan il-Kodiċi NM 0802 21 00 jew 0802 22 00;

(iii) pistaċċi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0802 50 00;

(iv) taħlitiet ta’ ġewż jew frott imqadded li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0813 50 u li fihom it-tin, il-ġellewż jew il-pistaċċi;

(v) pejst tat-tin jew pejst tal-ġellewż li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2007 99 98;

(vi) ġellewż, tin jew pistaċċi, ippreparati jew ippreservati, inklużi taħlitiet li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2008 19;

(vii) dqiq, frak u trab tal-ġellewż, tin u pistaċċi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1106 30 90;

(viii) ġewż imqatta’, imqatta’ flieli jew imkisser.

▼B

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom japplikaw.

“postijiet ta' dħul magħżula” tfisser dawk il-postijiet li minnhom biss jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità l-oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Artikolu 1. Lista sħiħa ta' postijiet ta' dħul magħżula tinsab fl-Anness II.

L-Artikolu 3

Ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa

1.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu biss l-importazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “oġġetti ta' l-ikel”), fejn il-kunsinna hija akkumpanjata mir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi u ċertifikat tas-saħħa ( 10 ) skond il-mudell muri fl-Anness I, mimli, iffirmat u vverifikat minn rappreżentant awtorizzat ta':

(a) il-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento (MAPA) għal oġġetti ta' l-ikel mill-Brażil;

(b) l-Amministrazzjoni Statali għal spezzjoni ta' Dħul-Ħruġ u Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal oġġetti ta' l-ikel miċ-Ċina;

(ċ) il-Ministeru ta' l-Agrikoltura Eġizzjan għal oġġetti ta' l-ikel mill-Eġittu;

(d) il-Ministeru tas-Saħħa Iranjan għal oġġetti ta' l-ikel mill-Iran;

(e) id-Direttorat Ġenerali għall-protezzjoni u l-kontroll tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u ta' l-Affarijiet Rurali tar-Repubblika tat-Turkija għal oġġetti ta' l-ikel mit-Turkija.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa previst fil-paragrafu 1 ikun validu biss għall-importazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel fil-Komunità mhux aktar tard minn erba' xhur mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa.

▼M1

3.  L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-introduzzjoni għandhom jiżguraw li l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità jkunu suġġetti għal kontrolli dokumentarji sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti għar-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa stipulati fil-paragrafu 1 huma ssodisfatti.

▼B

4.  Fejn kunsinna ta' oġġetti ta' l-ikel ma tkunx akkumpanjata mir-riżultat tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa kif hemm previst fil-paragrafu 1, il-kunsinna ma tkunx tista' tidħol fil-Komunità biex titwassal għall-post ta' dħul magħżul u lanqas tista' tiġi impurtata fil-Komunità u għandha tintbagħat lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini jew tinqered.

5.  It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 401/2006.

6.  Kull kunsinna ta' oġġetti ta' l-ikel għandha tkun identifikata b'kodiċi li jaqbel mal-kodiċi tar-riżultat tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1. Kull pakkett individwali, jew kull forma oħra ta' ppakkjar, tal-kunsinna għandu jkun identifikat b'dak il-kodiċi.

▼M1

7.  L-awtoritajiet kompetenti fil-punti ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità u fil-punt magħżul għall-importazzjoni għandhom jimlew id-dokument komuni għal kontrolli mwettqa fuq oġġetti ta’ l-ikel koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE, kif stipulat fl-Anness III, sabiex jiċċertifikaw il-kontrolli mwettqa fuq l-oġġetti ta’ l-ikel koperti b’din id-Deċiżjoni.

▼B

L-Artikolu 4

Postijiet ta' dħul magħżula fil-Komunità

1.  Oġġetti ta' l-ikel jistgħu jiġu impurtati biss fil-Komunità minn wieħed mill-postijiet ta' dħul magħżula mniżżla fl-Anness II.

2.  L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandhom jiżguraw li l-postijiet ta' dħul magħżula ( 11 ) mniżżla fl-Anness II huma konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-preżenza ta' staff imħarreġ biex iwettaq kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel;

(b) id-disponibbiltà ta' struzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid ta' kampjuni u kif jintbagħtu l-kampjuni fil-laboratorju, f'konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 401/2006;

(ċ) il-possibbiltà li jsir il-ħatt u t-teħid ta' kampjuni f'post mgħotti fil-post ta' dħul magħżul; irid ikun possibbli li l-kunsinna ta' l-oġġetti ta' l-ikel titpoġġa taħt il-kontroll uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti mill-post ta' dħul magħżul 'il quddiem f'każi fejn il-kunsinna trid tinġarr sabiex isir it-teħid ta' kampjuni minnha;

(d) id-disponibbiltà ta' kmamar għall-ħażna, ta' mħażen biex kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel miżmuma jinħażnu f'kundizzjonijiet tajbin matul il-perjodu ta' detenzjoni sakemm jaslu r-riżultati ta' l-analiżi;

(e) id-disponibbiltà ta' tagħmir għall-ħatt u apparat adegwat għat-teħid ta' kampjuni;

(f) id-disponibbiltà ta' laboratorju uffiċjali akkreditat ( 12 ) għall-analiżi ta' l-aflatossina, li jkun f'post fejn il-kampjuni jkunu jistgħu jittieħdu fi żmien qasir; il-laboratorju għandu jkun mgħammar b'tagħmir għat-tħin approprjat għall-omoġenejizzazzjoni ta' kampjuni ta' 10-30 kg ( 13 ). Il-laboratorju għandu jkun kapaċi janalizza l-kampjun f'perjodu raġonevoli ta' żmien bil-għan li jikkonforma mal-perjodu massimu ta' 15-il jum ta' xogħol ta' detenzjoni għall-kunsinni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel għandhom joffru biżżejjed riżorsi umani u loġistika għall-ħatt tal-kunsinna ta' l-oġġetti ta' l-ikel, biex ikun jista' jsir teħid ta' kampjuni rappreżentattiv.

F'każ ta' ġarr speċjali u/jew forom ta' ppakkjar speċifiċi, l-operatur/l-operatur tan-negozju ta' l-ikel responsabbli għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni ta' l-ispettur uffiċjali t-tagħmir approprjat għat-teħid ta' kampjuni kemm-il darba it-teħid ta' kampjuni ma jistax isir b'mod rappreżentattiv bit-tagħmir normali għat-teħid ta' kampjuni.

L-Artikolu 5

Kontroll uffiċjali

1.  L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandhom jieħdu kampjun għall-analiżi, f'konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament 401/2006 minn kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel għall-analiżi ta' l-aflatossina B1 u kontaminazzjoni minn aflatossina totali qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-post ta' dħul magħżul għall-Komunità.

2.  It-teħid ta' kampjuni għall-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq fuq:

(a) kull kunsinna ta' oġġetti ta' l-ikel mill-Brażil;

(b) madwar 10 % tal-kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel miċ-Ċina;

(ċ) madwar 20 % tal-kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel mill-Eġittu;

(d) kull kunsinna ta' oġġetti ta' l-ikel mill-Iran;

▼M1

(e) madwar 5 % tal-kunsinni għal kull kategorija ta’ ġellewż u prodotti derivati minnu msemmija fil-punt (e)(ii), (iv), (v), (vi), (vii) u (viii) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 u prodotti derivati mit-tali ġellewż mit-Turkija u madwar 10 % tal-kunsinni ta’ kategoriji oħra ta’ oġġetti ta’ l-ikel mit-Turkija.

▼B

3.  Kwalunkwe kunsinna ta' oġġetti ta' l-ikel li għandha tkun suġġetta għat-teħid ta' kampjuni u analiżi tista' tinżamm qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mill-post ta' dħul magħżul għall-Komunità għal perjodu massimu ta' 15-il jum ta' xogħol mill-mument li l-kunsinna tiġi offruta għall-importazzjoni u tkun fiżikament disponibbli għat-teħid ta' kampjuni.

▼M1

L-awtoritajiet kompetenti fil-punt magħżul għall-importazzjoni għandhom jiżguraw li d-dokument komuni komplut għal kontrolli mwettqa fuq oġġetti ta’ l-ikel koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE, kif stipulat fl-Anness III, huwa akkumpanjat mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tagħhom.

▼B

4.  L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kull tliet xhur rapport tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni ta' oġġetti ta' l-ikel. Dan ir-rapport għandu jiġi sottomess matul ix-xahar wara kull kwart ta' sena (April, Lulju, Ottubru, u Jannar).

L-Artikolu 6

Taqsim ta' kunsinna

Jekk kunsinna tinqasam, kopji taċ-ċertifikat tas-saħħa kif previst fl-Artikolu 3(1) u d-dokument uffiċjali kif previst fl-Artikolu 5(3), u ċċertifikat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkun sar it-taqsim, għandhom jakkumpanjaw kull parti tal-kunsinna maqsuma sa u inkluż l-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa.

L-Artikolu 7

Kundizzjonijiet addizzjonali fir-rigward ta' importazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel mill-Brażil

1.  L-analiżi prevista fl-Artikolu 3(1) għandha ssir mil-laboratorju ta' kontroll uffiċjali għall-analiżi ta' l-aflatossini f'oġġetti ta' l-ikel mill-Brażil f'Belo Horizonte, il-Brażil, il-Laboratório de Controle de Qualidade de Segurança Alimentar — (LACQSA).

2.  Kunsinni ta' ġewż tal-Brażil mingħajr qoxra li m'humiex konformi mal-livelli massimi għall-aflatossina B1 u l-aflatossina totali, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 466/2001 jistgħu jintbagħtu lura biss lejn il-pajjiż ta' oriġini fejn, għal kull kunsinna kkonċernata individwali mhux konformi, il-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento — (MAPA) jipprovdi dan li ġej bil-miktub:

(a) qbil espliċitu għar-ritorn tal-kunsinna kkonċernata, bl-indikazzjoni tal-kodiċi tal-kunsinna;

(b) impenn li l-kunsinna mibgħuta lura titpoġġa taħt kontroll uffiċjali mid-data tal-wasla 'l quddiem;

(ċ) indikazzjoni konkreta ta':

(i) id-destinazzjoni tal-kunsinna mibgħuta lura;

(ii) it-trattament li mistenni jsir lill-kunsinna mibgħuta lura; u

(iii) it-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi maħsuba li jsiru fuq il-kunsinna mibgħuta lura.

Madankollu, jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-punti (a), (b) u (ċ) ma jiġux osservati mill-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento — (MAPA), il-kunsinni sussegwenti kollha li ma jkunux konformi mal-livelli massimi għall-aflatossina B1 u l-aflatossina totali, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandhom jinqerdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru importatur.

L-Artikolu 8

Kundizzjonijiet addizzjonali rigward l-importazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel mill-Brażil u mill-Iran

1.  L-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn teħid ta' kampjuni, analiżi, ħażna u ħruġ ta' dokumenti uffiċjali ta' akkumpanjament u kopji taċ-ċertifikat tas-saħħa u dokumenti ta' akkumpanjament skond l-Artikoli 3(1) u 5(3) għal oġġetti ta' l-ikel mill-Brażil u mill-Iran kif imsemmija fil-punti (a) u (d) ta' l-Artikolu 1 u għal oġġetti ta' l-ikel kompost u pproċessat li ġej minn jew li fih l-oġġetti ta' l-ikel msemmija f'dawn il-punti, għandhom jinġarru mill-operatur tan-negozju ta' l-ikel responsabbli mill-kunsinna jew mir-rappreżentant tiegħu.

▼M1

2.  L-ispejjeż kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri uffiċjali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ kunsinni ta’ oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ l-Artikolu 1 u sabiex jiġu pproċessati u komposti oġġetti ta’ l-ikel derivati minn jew li fihom l-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija f’dawn il-punti għandhom jiġġarbu mill-operatur kummerċjali ta’ l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew minn rappreżentant tiegħu.

▼B

L-Artikolu 9

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta fuq il-bażi tar-rapporti previsti fl-Artikolu 5(4) u l-garanziji provduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi li jkunu qed jesportaw l-oġġetti ta' l-ikel u tar-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u ta' l-analiżi mwettqa mill-Istati Membri bil-għan li jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5, 6, 7 u 8 jipprovdux livell suffiċjenti ta' ħarsien għas-saħħa pubblika fil-Komunità u jekk dawn ikunux għadhom meħtieġa.

L-Artikolu 10

Revoki

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/49/KE, 2002/79/KE, 2002/80/KE, 2003/493/KE u 2005/85/KE huma b'dan revokati.

▼M1

Artikolu 10a

Dispożizzjonijiet tranżitorji

B’deroga mill-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ kunsinni li telqu mill-pajjiż ta’ l-oriġini qabel l-1 ta’ Ottubru 2006, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa kif stipulat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/49/KE ( 14 ) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mill-Eġittu, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/79/KE ( 15 ) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel miċ-Ċina, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/80/KE ( 16 ) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mit-Turkija, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/493/KE ( 17 ) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mill-Brażil u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/85/KE ( 18 ) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mill-Iran.

▼B

L-Artikolu 11

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2006.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

L-Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS I

Ċertifikat tas-Saħħa għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ (*)Kodiċi tal-KunsinnaNumru taċ-ĊertifikatSkond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE dwar kundizzjonijiet speċjali li jiggvernaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini,Il-(l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(1))TIĊĊERTIFIKA:li l- ta’ din il-kunsinna, Numru tal-Kodiċi (Niżżel in-Numru tal-Kodiċi tal-Kunsinna) magħmula minn:(deskrizzjoni tal-kunsinna, prodott, għadd u tip ta’ pakketti, piż gross jew nett)imbarkata fil-(post ta’ l-imbarkazzjoni)minn(identifikazzjoni tat-trasportatur)sejra lejn(post u pajjiż tad-destinazzjoni)li ġejja mill-istabbiliment(l-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment)ġew prodotti, magħżula, ittrattati, ipproċessati, ippakkjati u ttrasportati b’konformità ma’ prassi ta’ iġjene tajba.Minn din il-kunsinna, il-kampjuni ttieħdu skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 fil- (data), suġġetti għall-analiżi tal-laboratorju fil- (data) fil- (l-isem tal-laboratorju), sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta’ aflatossina B1 u l-livell totali ta’ kontaminazzjoni mill-aflatossina, u d-dettalji tat-teħid tal-kampjuni, metodi ta’ analiżi użati u r-riżultat kollha huma mehmuża.Dan iċ-ċertifikat huwa validu saMagħmul fi fil-Timbru u Firma ta’ Ir-rappreżentant awtorizzat ta’ l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(1)(*) Il-prodott u l-pajjiż ta’ l-oriġini.




ANNESS II



Lista tal-punti magħżula għall-importazzjoni li minnhom jistgħu jiddaħħlu oġġetti ta’ l-ikel koperti mill-Artikolu 1 fil-Komunità

Stat Membru

Punti ta’ importazzjoni magħżula

Il-Belġju

Antwerpen/Anvers, Zeebrugge, Brussel/Bruxelles, Aalst/Alost

Il-Bulgarija

L-ajruport ta’ Burgas,

Burgas “West–Fish port”,

L-ajruport ta’ Varna

Varna Port – West

Varna port,

Varna – lanċa,

Svilengrad – stazzjon tal-ferrovija,

Kapitan Andreevo,

Ruse – terminal port tal-lvant,

L-ajruport ta’ Sofia

Id-Dipartiment tad-Dwana – Sofia

Id-Dipartiment tad-Dwana – Plovdiv

Ir-Repubblika Ċeka

Celní úřad Praha D5

Id-Danimarka

Il-portijiet u l-ajruporti kollha Daniżi

Il-Ġermanja

HZA Lörrach – ZA Weil am Rhein–Autobahn, HZA Stuttgart – ZA Flughafen, HZA München – ZA München – Flughafen, HZA Berlin – ZA Dreilinden, HZA Frankfurt (Oder) – ZA Frankfurt (Oder) Autobahn, HZA Frankfurt (Oder) – ZA Forst–Autobahn, HZA Bremen – ZA Neustädter Hafen, HZA Bremen – ZA Bremerhaven, HZA Hamburg – Hafen – ZA Waltershof, HZA Hamburg – Stadt, HZA Itzehoe – ZA Hamburg – Flughafen, HZA Frankfurt–am–Main–Flughafen, HZA Braunschweig – ZA Braunschweig–Broitzem, HZA Hannover – ZA Hamburger Allee, HZA Koblenz – ZA Hahn – Flughafen, HZA Oldenburg – ZA Wilhelmshaven, HZA Bielefeld – ZA Eckendorfer Straße Bielefeld, HZA Erfurt – ZA Eisenach, HZA Potsdam – ZA Ludwigsfelde, HZA Potsdam – ZA Berlin – Flughafen Schönefeld, HZA Potsdam – ZA Berlin – Flughafen Tegel, HZA Augsburg – ZA Memmingen, HZA Ulm – ZA Ulm (Donautal), HZA Karlsruhe – ZA Karlsruhe, HZA Gießen – ZA Gießen, HZA Gießen – ZA Marburg, HZA Singen – ZA Bahnhof, HZA Lörrach – ZA Weil am Rhein – Schusterinsel, HZA Hamburg–Stadt – ZA Oberelbe, HZA Hamburg–Stadt – ZA Oberelbe – Abfertigungsstelle Billbrook, HZA Hamburg-Stadt – ZA Oberelbe – Abfertigungsstelle Großmarkt, HZA Düsseldorf – ZA Düsseldorf Nord, HZA Köln – ZA Köln Niehl, HZA Erfurt – ZA Jena

L-Estonja

L-Uffiċċji tad-Dwana kollha Estoni

Il-Greċja

Athina, Pireas, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Athina, Thessaloniki, Volos, Nafplio Patra, Egion, Iraklion Kritis, Larisa, Ioannina, Katerini, Komolini, Veria, Drama, Serres, Kavala, Xanthi, Alexadroupolis

Spanja

Algeciras (Puerto), Alicante (Puerto), Almería (Puerto), Barcelona (Puerto), Bilbao (Puerto), Cádiz (Puerto), Ceuta (Puerto), Las Palmas de Gran Canaria (puerto), Málaga (Puerto), Melilla (Puerto), Sevilla (Puerto), Tarragona (Puerto), Valencia (Puerto), Juan Escoda S.A. – Tarragona (Puerto), Importaco – Valencia(Puerto)

Franza

Marseille (Bouches–du–Rhone), Le Havre (Seine–Maritime), Rungis MIN (Val–de–Marne), Lyon Chassieu CRD (Rhône), Strasbourg CRD (Bas–Rhin), Lille CRD (Nord), Saint–Nazaire Montoir CRD (Loire–Atlantique), Agen (Lot–et–Garonne), Port de la Pointe des Galets à la Réunion

L-Irlanda

Il-port ta’ Dublin, l-ajruport ta’ Shannon

L-Italja

Ufficio di Sanità, Marittima, Aerea e di Frontiera (USMAF) Bari, Unità Territoriale (UT) Bari

USMAF Bologna, UT Ravenna,

USMAF Brindisi, UT Brindisi

USMAF Catania, UT Reggio Calabria

USMAF Genova, UT Genova

USMAF Genova, UT La Spezia

USMAF Genova, UT Savona,

USMAF Livorno, UT Livorno

USMAF Napoli, UT Cagliari

USMAF Napoli, UT Napoli,

USMAF Napoli, UT Salerno,

USMAF Pescara, UT Ancona,

USMAF Venezia, UT Trieste, compresa dogana di Fernetti-interporto Monrupino

USMAF Venezia, UT Venezia

Ċipru

Il-port ta’ Limassol, l-ajruport ta’ Larnaca

Il-Latvja

Grebneva – triq mar-Russja

Grebneva – triq mar-Russja

Pātarnieki – triq mal-Belarus

Silene – triq mal-Belarus

Daugavpils – stazzjon tal-ferrovija għall-komoditajiet

Rēzekne – stazzjon tal-ferrovija għall-komoditajiet

Il-port ta’ Liepāja

Il-port ta’ Ventspils

Il-port ta’ Rīga

Il-port ta’ Rīga

Rīga – Latvian Post

Il-Litwanja

Triq: Kybartai, Lavoriškės, Medininkai, Panemunė, Šalčininkai

Ajruport: Vilnius

Port: Malkų įlankos, Molo, Pilies

Ferrovija: Kena, Kybartai, Pagėgiai

Il-Lussemburgu

Centre Douanier, Croix de Gasperich, Lussemburgu

Administration des Douanes et Accises, Bureau Lussemburgu–Aéroport, Niederanven

L-Ungerija

Ferihegy – Budapest – ajruport

Záhony – Szabolcs–Szatmár–Bereg – triq

Eperjeske – Szabolcs–Szatmár–Bereg – ferrovija

Röszke – Csongrád – triq

Kelebia – Bács-Kiskun – ferrovija

Letenye – Zala – triq

Gyékényes – Somogy – ferrovija

Mohács – Baranya – port

L-Uffiċċji Prinċipali tad-Dwana Ungeriżi kollha

Malta

Malta Freeport, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port il-Kbir.

L-Olanda

Il-portijiet u l-arjuporti kollha u kull stazzjoni mal-fruntiera

L-Awstrija

L-Uffiċċji tad-Dwana kollha

Il-Polonja

Bezledy – Warmińsko – Mazurskie – triq – punt mal-fruntiera

Kuźnica Białostocka – Podlaskie – triq – punt mal-fruntiera

Bobrowniki – Podlaskie – triq – punt mal-fruntiera

Koroszczyn – Lubelskie – triq – punt mal-fruntiera

Dorohusk – Lubelskie – triq u ferrovija – punt mal-fruntiera

Gdynia – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera

Gdańsk – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera

Medyka – Przemyśl – Podkarpackie – ferrovija – punt mal-fruntiera

Medyka – Podkarpackie – triq – punt mal-fruntiera

Korczowa – Podkarpackie – triq – punt mal-fruntiera

Jasionka – Podkarpackie – ajruport – punt mal-fruntiera

Szczecin – Zachodnio – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera

Świnoujście – Zachodnio – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera

Kołobrzeg – Zachodnio – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera

Mazowieckie – L-Ajruport u d-Dipartiment tad-Dwana ta’ Warsaw – issorveljati minn BSES f’Warszawa

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Bytom

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Gliwice

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Dąbrowa Górnicza

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Katowice

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Cieszyn

4 Dipartimenti tad-Dwana – issorveljati minn PSES f’Poznań

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Łódź

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Łowicz

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES fi Skierniewic

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Bytów

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES fi Kraków

2 Dipartimenti tad-Dwana – issorveljati minn PSES f’Biała Podlaska

Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Bolesławiec

2 Dipartimenti tad-Dwana – issorveljati minn PSES f’Bydgoszcz

Il-Portugall

Lisboa, Leixões

Sines, Alverca, Riachos, Setúbal, Bodadela, l-ajruport ta’ Liżbona, l-ajruport ta’ Porto

Ir-Rumanija

Port Constanta Nord,

Port Constanta Sud,

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Otopeni,

Sculeni – fuq it-triq,

Halmeu – fuq it-triq

Siret – fuq it-triq,

Stamora Moravita – fuq it-triq

Albita – fuq it-triq

Is-Slovenja

Obrežje – triq fil-qsim tal-fruntiera

Koper – port fil-qsim tal-fruntiera

Dobova – ferrovija fil-qsim tal-fruntiera

Brnik – ajruport fil-qsim tal-fruntiera

Jelšane – triq fil-qsim tal-fruntiera

Ljubljana – ferrovija u triq fil-qsim tal-fruntiera

Gruškovje – triq fil-qsim tal-fruntiera

Sežana – ferrovija u triq fil-qsim tal-fruntiera

Is-Slovakkja

L-Uffiċċji tad-Dwana Banská Bystrica, Bratislava, Košice, Žilina, Nitra, Prešov, Trnava, Trenčín, Čierna nad Tisou

Il-Finlandja

L-Uffiċċji tad-Dwana kollha Finlandiżi

L-Iżvezja

Göteborg, Stockholm, Helsingborg, Landvetter, Arlanda

Ir-Renju Unit

Belfast, Dover, Felixstowe, Gatwick Airport, Goole, Harwich, Heathrow Airport, Hull, Ipswich, Liverpool, London (including Tilbury, Thamesport and Sheerness), Manchester Airport, Manchester Container Base, Manchester International Freight Terminal, Manchester (Ellesmere Port only), Southampton, Teesport

▼M1




ANNESS III

Dokument komuni għal kontrolli mwettqa fuq oġġetti ta’ l-ikel koperti mid-deċiżjoni tal-KummissjonI 2006/504/KEIl-kunsinna ta’ (deskrizzjoni tal-merkanzija) minn (pajjiż terz) kopert miċ-ċertifikat tas-saħħa Nru maħruġ fil- ġie suġġett għall-kontroll li ġej (għażel kaxxa, jew aktar, kif xieraq) b’riżultat pożittivIl-kunsinna ma tistax tinħareġ mid-dwana sakemm tiġi aċċettata u rilaxxata għal moviment ħieles mill-awtorità kompetenti (ara l-parti C tad-dokument).A. FIL-PUNT TA’ L-INTRODUZZJONI (*)ImportazzjoniIt-tranżitu lejn il-punt magħżul għall-importazzjoni (***)Kontroll dokumentarju (**)(Awtorità kompetenti, Stat Membru)DataTimbruFirmaB. FIL-PUNT MAGĦŻUL GĦALL-IMPORTAZZJONIKontroll ta’ identità (****)Ċertifikati u dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw il-kunsinna jaqblu mat-tikkettjar tal-kunsinnaĊertifikati u dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw il-kunsinna jaqblu mal-kontenut tal-kunsinnaIl-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni fuq iċ-ċertifikati u fuq dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw il-kunsinna jikkorrispondu mal-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-entitajiet individwali tal-kunsinna(Awtorità kompetenti, Stat Membru)DataTimbruFirmaKontroll fiżiku (teħid ta’ kampjuni u analiżi) — riżultati ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi mehmuża(Awtorità kompetenti, Stat Membru)DataTimbruFirmaC. DEĊIŻJONIIl-kunsinna ġiet aċċettata u rilaxxata għal moviment ħieles fil-Komunità Ewropea(Awtorità kompetenti, Stat Membru)DataTimbruFirma(*) Fil-każ li l-punt ta’ l-introduzzjoni huwa wkoll il-punt għall-importazzjoni magħżul, il-parti B (jekk relevanti) u l-parti C iridu jimtlew.(**) Il-kontroll dokumentarju jikkonsisti fil-kontroll tad-dokumenti kummerċjali u jekk il-kunsinna hux akkumpanjata miċ-ċertifikat tas-saħħa, mimli u ffirmat u mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u ta’ l-analiżi. Il-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tiġi vverifikata ukoll.(***) Iċ-ċertifikat iffirmat irid jingħadda lill-awtorità kompetenti tal-post għall-importazzjoni magħżul.(****) Il-kontroll ta’ l-identità jista’ jitwettaq ukoll fil-punt ta’ l-introduzzjoni.



( 1 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 575/2006, (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

( 2 ) ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 199/2006 (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 34).

( 3 ) ĠU L 19, 25.1.2000, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/429/KE (ĠU L 189, 27.5.2004, p. 13).

( 4 ) ĠU L 34, 5.2.2002, p. 21. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/429/KE.

( 5 ) ĠU L 34, 5.2.2002, p. 26. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/429/KE.

( 6 ) ĠU L 168, 5.7.2003, p. 33. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/428/KE (ĠU L 189, 27.5.2004, p. 8).

( 7 ) ĠU L 30, 3.2.2005, p. 12.

( 8 ) ĠU L 165, 30.4.2005, p. 1. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

( 9 ) ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12.

( 10 ) Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinkitbu f'ilsien mifhum mill-uffiċjal li jiċċertifika, li jippermetti lill-uffiċjal li jiċċertifika li jkun totalment konxju mit-tifsir tal-kontenuti ta' kull ċertifikat li jiffirma u f'ilsien mifhum mill-uffiċjal tal-kontroll tal-pajjiż li qed jimporta.

( 11 ) Ir-rekwiżiti japplikaw għall-postijiet ta' dħul magħżula jew għall-post fejn effettivament isir it-teħid ta' kampjuni f'każ fejn il-kunsinna tkun qed tinġarr mill-post ta' dħul taħt kontroll uffiċjali għal dak il-post biex jittieħdu l-kampjuni.

( 12 ) Laboratorju li huwa akkreditat u li huwa laboratorju uffiċjali (li jappartjeni lill-istruttura ta' l-Awtorità Kompetenti) jew laboratorju magħżul mill-awtorità kompetenti.

( 13 ) Il-pass tat-tħin għall-omoġenejizzazzjoni bħala parti mit-tħejjija tal-kampjun, tista' ssir barra l-laboratorju, iżda l-bini fejn isir it-tħin għandu jkollu t-tagħmir għat-tħin, l-ambjent u l-protokoll xierqa għall-omoġenejizzazzjoni.

( 14 ) ĠU L 19, 25.1.2000, p. 46.

( 15 ) ĠU L 34, 5.2.2002, p. 21.

( 16 ) ĠU L 34, 5.2.2002, p. 26.

( 17 ) ĠU L 168, 5.7.2003, p. 33.

( 18 ) ĠU L 30, 3.2.2005, p. 12.

Top