Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006D0325-20091130

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' April 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (2006/325/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/325/2009-11-30

    2006D0325 — MT — 30.11.2009 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' April 2006

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

    (2006/325/KE)

    (ĠU L 120, 5.5.2006, p.22)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Novembru 2009

      L 331

    24

    16.12.2009




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' April 2006

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

    (2006/325/KE)



    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61 (ċ) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ( 2 ), u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom.

    (2)

    Il-Kummissjoni innegozjat Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka li jestendi għad-Danimarka d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

    (3)

    Il-Ftehim ġie ffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fid-19 ta' Diċembru 2005, soġġett għall-possibiltà ta' konklużjoni aktar tard, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/790/KE ta' l-20 ta' Settembru 2005 ( 3 ).

    (4)

    Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, Ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (5)

    Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (6)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:



    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    ▼M1

    Artikolu 1a

    1.  Għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim il-Kummissjoni għandha tevalwa, qabel ma tittieħed deċiżjoni li tesprimi l-ftehim tal-Komunità, jekk il-ftehim internazzjonali previst mid-Danimarka jirrendix il-Ftehim ineffettiv u ma jimminax il-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita bir-regoli tiegħu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tiegħu deċiżjoni motivata fi żmien 90 jum minn meta tiġi infurmata mid-Danimarka bl-intenzjoni tad-Danimarka li tidħol fil-ftehim internazzjonali inkwistjoni.

    Jekk il-ftehim internazzjonali inkwistjoni jissodisfa lkondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, id-deċiżjoni mill-Kummissjoni għandha tesprimi il-ftehim tal-Komunità fis-sens tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim.

    Artikolu 1b

    Il-Kummissoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-ftehimiet internazzjonali li d-Danimarka tkun ġiet awtorizzata li tikkonkludi skont l-Artikolu 1a.

    ▼B

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b' dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 12(2) tal-Ftehim.



    ( 1 ) Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Marzu 2006 (mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    ( 2 ) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2004 (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 10).

    ( 3 ) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 61.

    Top