EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006D0241-20101009

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (notifikata bid-dokument numru C(2006) 888) (Test b'rilevanza ŻEE) (2006/241/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/241/2010-10-09

2006D0241 — MT — 09.10.2010 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-24 ta' Marzu 2006

li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 888)

(Test b'rilevanza ŻEE)

(2006/241/KE)

(ĠU L 088, 25.3.2006, p.63)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-23 ta’ Ottubru 2008

  L 290

23

31.10.2008

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Ottubru 2010

  L 266

62

9.10.2010




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-24 ta' Marzu 2006

li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 888)

(Test b'rilevanza ŻEE)

(2006/241/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni tal-kontrolli verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 22 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/517/KE ta' l-1 ta' Awwissu 1997 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar ( 2 ) ġiet emendata b'mod sostanzjali ( 3 ). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-ispezzjonijiet tal-Komunità fil-Madagaskar urew li hemm nuqqasijiet serji fl-infrastruttura u l-iġjene fl-istabbilimenti tal-laħam u m'hemmx biżżejjed garanziji tal-effiċjenza tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. L-amministrazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Madakaskar turi nuqqasijiet serji u n-nuqqas ta' applikazzjoni tar-regoli Komunitarji. Hemm riskju potenzjali għas-saħħa pubblika fir-rigward tal-produzzjoni u l-ipproċesar tal-prodotti tal-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, f'dan il-pajjiż.

(3)

L-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, mill-Madagaskar m'għandiex titħalla sakemm ikun jista' jiġi garantit li ma' jeżisti ebda riskju.

(4)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M2

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin mill-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, bebbux u gwano li joriġinaw fil-Madagaskar.

▼M1

Artikolu 1a

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “bebbux” tfisser gastropodi tal-art imkessħin, iffriżati, imsajrin, ippreparati jew ippreżervati tal-ispeċijiet Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u tal-ispeċijiet tal-familja Achatinidae.

▼B

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti imsemmija fl-ewwel Artikolu.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 97/517/KE hi imħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Deċiżjoni mħassra flimkien ma' l-emenda tagħha



Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/517/KE (ĠU L 214, 6.8.1997, p. 54)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/553/KE (ĠU L 228, 19.8.1997, p. 31)

Ir-riferenza għad-Deċiżjoni 97/517/KE f'Artikolu 1 biss.




ANNESS II

Tabella Ta' Korrelazzjoni



Deċiżjoni 97/517/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 4

Anness I

Anness II



( 1 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

( 2 ) ĠU L 214, 6.8.1997, p. 54. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 97/553/KE (ĠU L 228, 19.8.1997, p. 31).

( 3 ) Ara l-Anness I.

Top