EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005R0174-20120711

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 tal- 31 ta’ Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/174/2012-07-11

2005R0174 — MT — 11.07.2012 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 174/2005

tal-31 ta’ Jannar 2005

li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire

▼B

(ĠU L 029, 2.2.2005, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1209/2005 tas-27 ta' Lulju 2005

  L 197

21

28.7.2005

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1032/2010 tal-15 ta’ Novembru 2010

  L 298

1

16.11.2010

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 668/2011 tat-12 ta’ Lulju 2011

  L 183

2

13.7.2011

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 617/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012

  L 179

1

11.7.2012


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 051M, 24.2.2009, p. 459  (174/2005)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 174/2005

tal-31 ta’ Jannar 2005

li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/852/PESK tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, waqt li jaġixxi skond il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u waqt li jikkundanna l-bidu mill-ġdid ta’ l-ostilitajiet fil-Côte d'Ivoire u l-vjolazzjonijiet ripetuti tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied tat-3 ta’ Mejju 2003, iddeċieda li jimponi ċerti miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK tipprevedi l-implimentazzjoni tal-miżuri mniżżla fir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR), inkluż projbizzjoni fuq assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ attivitajiet u tagħmir militari, li jista' jiġi wżat għal ripressjoni interna.

(3)

Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, tinħtieġ leġislazzjoni Komunitarja biex timplimentaha sa fejn il-Komunità hija kkonċernata. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità hu meqjus li jħaddan it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom it-Trattat hu applikabbli, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M5

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skont il-paragrafu 14 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 1572 (2004).

▼M5 —————

▼M5

Artikolu 3

Għandu jkun ipprojbit:

(a) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew b’mod indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-ripressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk ikun joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Côte d’Ivoire, jew biex jintuża f’dak il-pajjiż;

(b) li wieħed jipparteċipa, b’mod li jkun jaf x’qed jagħmel u bil-ħsieb, f’attivitajiet li l-iskop jew effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li ssir promozzjoni tat-tranżazzjonijiet msemmijin fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu.

▼M5 —————

▼M4

Artikolu 4a

▼M5

1.  B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz, tista’ tawtorizza, bil-kundizzjonijiet li jidhrilha xerqin, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir li ma joqtolx inkluż fl-Anness I, wara li tkun iddeterminat li l-apparat li ma joqtolx inkwistjoni jkun maħsub biss biex jippermetti lill-forzi tas-sigurtà tal-Côte d’Ivoire jużaw biss forza xierqa u proporzjonata biex iżommu l-ordni pubbliku.

2.  B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz, tista’ tawtorizza, bil-kundizzjonijiet li jidhrilha xerqin, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, li huwa maħsub biss biex jiġi sostnut il-proċess tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fil-Côte d’Ivoire u għas-sostenn jew l-użu mill-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d’Ivoire (UNOCI) u l-forzi Franċiżi li jsostnuhom.

▼M4

3.  L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun saret skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.

4.  L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.

▼C1

Artikolu 5

L-Artikoli 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għall-ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Côte d’Ivoire minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u dawk impjegati fl-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 6

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom minnufih jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jagħtu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni fir-rigward ta’ problemi ta' ksur u infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

▼M3

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju kollu tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c) għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

▼C1

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I

Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4a

1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1 Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 2 ) (‘Lista Militari Komuni tal-UE’);

1.2 Munizzjon speċjalment maħsub għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti mfassla apposta għalihom;

1.3 Miri tal-armamenti mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

3. Vetturi kif ġej:

3.1 Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, imfassla jew immodifikati apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2 Vetturi mfassla jew immodifikati apposta biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lil persuni li jattakkawhom;

3.3 Vetturi mfassla jew immodifikati apposta biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4 Vetturi mfassla apposta għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew detenuti;

3.5 Vetturi mfassla apposta għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6 Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla apposta għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1   Dan il-punt ma jikkontrollax il-vetturi mfasslin apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

Nota 2   Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu ‘vetturi’ jinkludi l-karrijiet.

4. Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1 Tagħmir u apparat speċjalment maħsub biex iqabbad splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur, u komponenti mfassla apposta għalihom; minbarra dawk imfassla apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplożivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tiegħu mhijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (pereżempju, in-neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2 Kargi splussivi linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

4.3 Splussivi oħrajn mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sustanzi relatati kif ġej:

a. amatol;

b. nitrocellulose (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

c. nitroglycol;

d. pentaerythritol tetranitrate (PETN);

e. picryl chloride;

f. 2,4,6-trinitrutolwin (TNT).

5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:

5.1 Korazzi tal-persuna li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti;

5.2 Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

Nota:   Dan il-punt ma jikkontrollax:

  tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi;

  tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u softwer mfassal apposta għalihom.

7. Tagħmir ta’ viżjoni għal bil-lejl, tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

8. Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’.

9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.

10. Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.

11. Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.

▼C1




ANNESS II

▼M3

Lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4 u 4a

▼C1

BELĠJU

▼M1

SERVICE PUBLIC FÉDÉRAL, ÉCONOMIE, P.M.E., CLASSES MOYENNES & ENERGIE

POTENTIEL ÉCONOMIQUE

Direction Industries

Textile — Diamants et autres secteurs

City Atrium

Rue du Progrès 50

5e étage

B-1210 Bruxelles

Tél général: 0032(0) 2. 277.51.11

Feks: 0032 (0) 2.277.53.09 / 0032 (0) 2.277.53.10

FEDERALE OVERHEIDSDIENST ECONOMIE, K.M.O., MIDDENSTAND & ENERGIE

ECONOMISCH POTENTIEEL

Directie Nijverheid

Textiel — Diamant en andere sectoren

City Atrium

Vooruitgangstraat 50

5e verdieping

B-1210 Brussel

Algemeen tel: 0032(0) 2. 277.51.11

Fax: 0032 (0) 2.277.53.09 / 0032 (0) 2.277.53.10

▼M2

IL-BULGARIJA

Fir-rigward ta' l-iffriżar ta’ fondi:

Министерство на финансите

ул. “Г.С. Раковски” № 102

София 1000

Тел: (359-2) 985 91

Факс: (359-2) 988 1207

E-mail: feedback@minfin.bg

Ministeru tal-Finanzi

102 Triq “G.S. Rakovsky”

Sofija 1000

Tel.: (359-2) 985 91

Fax: (359-2) 988 1207

E-mail: feedback@minfin.bg

Fir-rigward ta' assistenza teknika u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet:

Междуведомствен съвет по въпросите на военнопромишления комплекс и мобилизационната готовност на страната

бул. “Дондуков” № 1

1594 София

тел. (359) 2 987 9145

Факс: (359) 2 988 0379

Kunsill Interdipartimentali dwar il-Kumpless Militari-Industrijali u l-Istat ta' Tħejjija għal Mobilizzazzjoni tal-Pajjiż

1 Blvd. “Dondukov”

1594 Sofija

Tel.: (359) 2 987 9145

Fax: (359) 2 988 0379

▼C1

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

Tel. (420-2) 24 06 27 20

Tel. (420-2) 24 22 18 11

Ministerstvo zahraničních věcí

Odbor Společné zahraniční a bezpečnostní politiky EU

Loretánské nám. 5

118 00 Praha 1

Tel. (420) 2 2418 2987

Fax (420) 2 2418 4080

DANIMARKA

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Tlf. (45) 35 46 62 81

Fax (45) 35 46 62 03

Udenrigsministeriet

Asiatisk Plads 2

DK-1448 København K

Tlf. (45) 33 92 00 00

Fax (45) 32 54 05 33

Justitsministeriet

Slotholmsgade 10

DK-1216 København K

Tlf. (45) 33 92 33 40

Fax (45) 33 93 35 10

IL-ĠERMANJA

Rigward l-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja:

Deutsche Bundesbank

Servicezentrum Finanzsanktionen

Postfach

D-80281 München

Tel.: (49) 89 28 89 38 00

Fax: (49) 89 35 01 63 38 00

Rigward assistenza teknika:

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Strasse 29-35

D-65760 Eschborn

Tel: (49) 61 96 908-0

Fax: (49) 61 96 908-800

L-ESTONJA

Eesti Välisministeerium

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Tel: +372 6317 100

Fax: +372 6317 199

IL-GREĊJA

Ministry of Economy and Finance

General Directorate for Policy Planning and Management

Address Kornaroy Str., 105 63 Athens

Tel.: + 30 210 3286401-3

Fax.: + 30 210 3286404

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

Γενική Δ/νση Σχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής

Δ/νση: Κορνάρου 1, Τ.Κ. 101 80

Αθήνα — Ελλάς

Τηλ.: + 30 210 3286401-3

Φαξ: + 30 210 3286404

SPANJA

Secretaría General de Comercio Exterior

Paseo de la Castellana, 162

E-28046 Madrid

Tel. (34) 913 49 38 60

Fax (34) 914 57 28 63

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des douanes et des droits indirects

Cellule embargo — Bureau E2

Tél.: (33) 1 44 74 48 93

Télécopie: (33) 1 44 74 48 97

Direction générale du Trésor et de la politique économique

Service des affaires multilatérales et du développement

Sous-direction Politique commerciale et investissements

Service Investissements et propriété intellectuelle

139, rue du Bercy

75572 Paris Cedex 12

Tél.: (33) 1 44 87 72 85

Télécopie: (33) 1 53 18 96 55

Ministère des affaires étrangères

Direction générale des affaires politiques et de sécurité

Direction des Nations Unies et des organisations internationales

Sous-direction des affaires politiques

Tél.: (33) 1 43 17 59 68

Télécopie (33) 1 43 17 46 91

Service de la politique étrangère et de sécurité commune

Tél.: (33) 1 43 17 45 16

Télécopie: (33) 1 43 17 45 84

L-IRLANDA

United Nations Section

Department of Foreign Affairs,

Iveagh House

79-80 Saint Stephen's Green

Dublin 2.

Telephone + 353 1 478 0822

Fax + 353 1 408 2165

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

Financial Markets Department

Dame Street

Dublin 2.

Telephone + 353 1 671 6666

Fax + 353 1 679 8882

L-ITALJA

Ministero degli Affari Esteri

Piazzale della Farnesina, 1-00194 Roma

D.G.A.S. — Ufficio I

Tel. (39) 06 3691 7334

Fax. (39) 06 3691 5446

U.A.M.A.

Tel. (39) 06 3691 3605

Fax. (39) 06 3691 8815

ĊIPRU

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

6 Andrea Araouzou

1421 Nicosia

Tel: +357 22 86 71 00

Fax: +357 22 31 60 71

Central Bank of Cyprus

80 Kennedy Avenue

1076 Nicosia

Tel: +357 22 71 41 00

Fax: +357 22 37 81 53

Central Bank of Cyprus

80 Kennedy Avenue

1076 Nicosia

Tel: +357 22 71 41 00

Fax: +357 22 37 81 53

IL-LATVJA

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Brīvības iela 36

Rīga LV 1395

Tālr. nr.: (371) 7016 201

Fakss: (371) 7828 121

IL-LITWANJA

▼M1

Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Dipartiment tal-Politika Soċjali

J.Tumo-Vaizganto 2

01511 Vilnius

Tel.: + 370 5 2362516

Feks: + 370 5 2313090

▼C1

IL-LUSSEMBURGU

Ministère de l'économie et du commerce extérieur

Office des licences

B.P. 113

L-2011 Luxembourg

Tél: (352) 478 23 70

Fax: (352) 46 61 38

mail: office.licences@mae.etat.lu

Ministère des affaires étrangères et de l’immigration

Direction des affaires politiques

5, rue Notre-Dame

L- 2240 Luxembourg

Tél: (352) 478 2421

Fax: (352) 22 19 89

L-UNGERIJA

Ministry of Economic Affairs and Transport — Hungarian Licencing and Administrative Office

Margit krt..85.

H-1024 Budapest

Hungary

Postbox: 1537 Pf.: 345

Tel.: +36-1-336-7300

Gazdasági és Közlekedési Minisztérium — Engedélyezési és Közigazgatási Hivatal

Margit krt.85.

H-1024 Budapest

Magyarország

Postafiók: 1537 Pf.:345

Tel.: +36-1-336-7300

MALTA

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: +356 21 24 28 53

Fax: +356 21 25 15 20

L-OLANDA

▼M1

Ministru van Economische Zaken

Belastingdienst/Douane Noord

Postbus 40200

8004 DE Zwolle

Nederland

Telefon: (31-38) 467 25 41

Telefeksx: (31-38) 469 52 29

▼C1

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Abteilung C2/2 (Ausfuhrkontrolle)

Stubenring 1

A-1010 Wien

Tel (+43-1) 711 00-0

FAX (+43-1) 711 00-8386

IL-POLONJA

Awtorità ta’ koordinazzjoni:

Ministry of Foreign Affairs

Department of Law and Treaties

Al. J. Ch. Szucha 23

00-580 Warsaw

Poland

Tel. (+48 22) 523 9427 or 9348

Fax. (+48 22) 523 8329

Awtoritajiet ta’ kooperazzjoni:

Ministry of Defence

Department of Defence Policy

Al. Niepodległości 218

00-911 Warsaw

Poland

Tel. (+48 22) 687 49 17

Fax. (+48 22) 682 621 80

Ministry of Economy and Labour

Department of Export Control

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warsaw

Poland

Tel. (+48 22) 693 51 71

Fax (+48 22) 693 40 33

IL-PORTUGALL

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Direcção-Geral dos Assuntos Multilaterais

Largo do Rilvas

P-1350-179 Lisboa

Tel.: (351) 21 394 60 72

Fax.: (351) 21 394 60 73

Ministério das Finanças

Direcção-Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

Avenida Infante D. Henrique, n.o 1, C 2.o

P-1100 Lisboa

Tel.: (351) 21 882 32 32 40/47

Fax.: (351) 21 882 32 49

▼M2

IR-RUMANIJA

Ministerul Afacerilor Externe

Aleea Alexandru, nr. 31

Sector 1, București

Tel.: (40) 21 319 2183

Fax: (40) 21 319 2226

E-mail: cabinet@mae.ro

Ministerul Finanțelor Publice

Strada Apolodor nr. 17,

Sector 5, București

Tel.: (40) 21 319 9743

Fax: (40) 21 312 1630

E-mail: cabinet.ministru@mfinante.ro

Ministerul Economiei și Comerțului

Calea Victoriei, nr. 152

Sector 1, București

Tel.: (40) 21 231 02 62

Fax: (40) 21 312 05 13

▼C1

IS-SLOVENJA

Ministry of Foreign Affairs

Prešernova 25

SI-1000 Ljubljana

Tel: 00386 1 4782000

Fax: 00386 1 4782341

Ministry of the Economy

Kotnikova 5

SI-1000 Ljubljana

Tel: 00386 1 4783311

Fax: 00386 1 4331031

Ministry of Defence

Kardeljeva pl. 25

SI-1000 Ljubljana

Tel 00386 1 4712211

Fax: 00386 1 4318164

IS-SLOVAKKJA

Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

Tel.: 00421/2/4854 1111

Fax: 00421/2/4333 7827

Ministerstvo financií Slovenskej republiky

Štefanovičova 5

P. O. BOX 82

817 82 BRATISLAVA

Tel.: 00421/2/5958 1111

Fax: 00421/2/5249 8042

IL-FINLANDJA

Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

PL/PB 176

FIN-00161 Helsinki/Helsingfors

P./Tfn (358-9) 16 00 5

Faksi/Fax (358-9) 16 05 57 07

Puolustusministeriö/Försvarsministeriet

Eteläinen Makasiinikatu 8/Södra Magasinsgatan 8

FIN-00131 Helsinki/Helsingfors

PL/PB 31

P./Tfn (358-9) 16 08 81 28

Faksi/Fax (358-9) 16 08 81 11

L-ISVEZJA

Inspektionen för strategiska produkter (ISP)

Box 70 252

107 22 Stockholm

Tfn (46-8) 406 31 00

Fax (46-8) 20 31 00

IR-RENJU UNIT

Sanctions Licensing Unit

Export Control Organisation

Department of Trade and Industry

4 Abbey Orchard Street

London SW1P 2HT

Tel. (44) 20 7215 0594

Fax. (44) 20 7215 0593

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat PESK

Unità A.2: Kwistjonijiet legali u istituzzjonali għar-relazzjonijiet esterni — Sanzjonijiet

CHAR 12/163

B-1049 Brussell

Tel. (32-2) 296 25 56

Fax (32-2) 296 75 63



( 1 ) ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50.

( 2 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

Top