Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R1925-20070101

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1925/2004 tad- 29 ta' Ottubru 2004 li jiffissa l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1925/2007-01-01

    2004R1925 — MT — 01.01.2007 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) 1925/2004

    tad-29 ta' Ottubru 2004

    li jiffissa l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

    (ĠU L 331, 5.11.2004, p.13)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

      L 362

    1

    20.12.2006



    (*)

    Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) 1925/2004

    tad-29 ta' Ottubru 2004

    li jiffissa l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2002 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 218/92, u notevolment l-Artikolu 18, l-Artikolu 35 u l-Artikolu 37 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 jiġbor flimkien u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT iffissati fir-Regolament (KEE) Nru 218/92 u d-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, ċerti dazji tad-dwana u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni ( 1 ).

    (2)

    Hu meħtieġ li jiġu speċifikati l-kategoriji preċiżi ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati mingħajr talba preliminari, il-frekwenza kemm dawn l-iskambji jistgħu jseħħu u l-modalitajiet prattiċi.

    (3)

    Hu meħtieġ li jiġu stipulati l-modalitajiet li jirregolaw l-iskambju, b’mezzi elettroniċi, tal-informazzjoni mibgħuta skont ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

    (4)

    Fl-aħħar nett, hu meħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ data statistika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Amministrattiva,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Għan

    Dan ir-Regolament jiffissa l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, tal-Artikolu 35 u tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. “negozjant difettuż”: negozjant irreġistrat għall-finijiet tal-VAT, li, b’intenzjoni potenzjalment ta’ frodi, jakkwista jew ta’ x’jifhem li akkwista prodotti jew servizzi, mingħajr ma ħallas il-VAT u li jipprovdi dawn il-prodotti jew servizzi bi ħruġ ta’ riċevuta tal-VAT, mingħajr madankollu ma jħallasha lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

    2. “ħtif tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT”: l-użu illegali ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT mogħti lill-negozjant ieħor.

    Artikolu 3

    Kategoriji ta’ skambju ta’ informazzjoni mingħajr talba preliminari

    Dawn li ġejjin huma l-kategoriji ta’ informazzjoni suxxettibbli li jkunu l-mira ta’ skambju awtomatiku jew ta’ skambju awtomatiku strutturat bis-saħħa tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1798/2003:

    1. Informazzjoni li tikkonċerna persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti;

    2. Informazzjoni dwar il-mezzi ġodda tat-trasport;

    3. Informazzjoni relatata mal-bejgħ mill-bogħod eżentat mill-VAT fl-Istat Membru ta’ oriġini;

    4. Informazzjoni relatata ma’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji preżumibbli irregolari;

    5. Informazzjoni dwar “negozjanti difettużi” (potenzjali).

    Artikolu 4

    Sotto-kategoriji ta’ skambju ta’ informazzjoni mingħajr talba preliminari

    1.  F’dak li jikkonċerna lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti, l-iskambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna:

    (a) l-għoti ta’ numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT lill-persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru ieħor;

    (b) il-modalitajiet ta’ rimborż tat-taxxa fuq valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fi ħdan il-pajjiż, skont id-Direttiva 79/1072/KEE ( 2 ) tal-Kunsill.

    2.  F’dak li jikkonċerna l-mezzi ġodda ta’ trasport, l-iskambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna:

    (a) il-kunsinni eżentati, skont l-Artikolu 28(c), Titolu A, il-punt (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE ( 3 ), ta’ mezzi ġodda ta’ trasport definiti fl-Artikolu 28(a)(2), li jsiru minn persuni kkunsidrati bħala taxxabbli bis-saħħa tal-Artikolu 28a(4), irreġistrati għall-finijiet tal-VAT;

    (b) il-kunsinni eżentati, skont l-Artikolu 28(c), Titolu A, il-punt (b) tad-Direttiva 77/388/KEE, ta’ bastimenti u ajruplani ġodda definiti fl-Artikolu 28a(2), li jsiru minn persuni taxxabbli rreġistrati għall-finijiet tal-VAT — minbarra dawk li jissemmew fil-punt (a) — għall-persuni li mhumiex irreġistrati għall-finijiet tal-VAT;

    (c) il-kunsinni eżentati, skont l-Artikolu 28(c), Titolu A, il-punt (b) tad-Direttiva 77/388/KEE, ta’ vetturi ġodda b’mutur definiti fl-Artikolu 28a(2), li jsiru minn persuni taxxabbli rreġistrati għall-finijiet tal-VAT — minbarra dawk li jissemmew fil-punt (a) — għall-persuni li mhumiex irreġistrati għall-finijiet tal-VAT.

    3.  F’dak li jikkonċerna l-informazzjoni relatata mal-bejgħ mill-bogħod li hu eżentat mill-VAT fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-iskambju ta’ informazzjoni jikkonċerna:

    (a) il-kunsinni superjuri għall-livell previst fl-Artikolu 28(b), Titolu B, paragrafu 2, tad-Direttiva 77/388/KEE;

    (b) il-kunsinni inferjuri għal-livell previst fl-Artikolu 28(b), Titolu B, paragrafu 2, tad-Direttiva 77/388/KE, meta l-persuna taxxabbli tagħżel li tkun intaxxata fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni skont l-Artikolu 28(b), Titolu B, paragrafu 3 ta’ din id-Direttiva.

    4.  F’dak li jikkonċerna l-informazzjonijiet relatati mat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji preżumibbli irregolari, l-iskambju ta’ informazzjoni jikkonċerna:

    (a) il-każijiet meta jintwera li l-valur tal-kunsinni intra-Komunitarji indikati fis-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tal-VAT (VIES) ma jkunx jaqbel b’mod konsiderevoli mal-ammont iddikjarat bħala akkwisti intra-Komunitarji korrispondenti;

    (b) il-kunsinni intra-Komunitarji tal-merkanziji li mhumiex eżentati mill-VAT skont l-Artikolu 28(c), Titolu A tad-Direttiva 77/388/KEE lill-persuna taxxabbli stabbilita f’Istat Membru ieħor.

    5.  F’dak li jikkonċerna l-informazzjoni dwar in-“negozjanti difettużi” (potenzjali), l-iskambju ta’ informazzjoni jikkonċerna:

    (a) il-persuni taxxabbli li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħhom tħassar jew ma għadux validu minħabba assenza jew simulazzjoni ta’ attività ekonomika u li wettqu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji;

    (b) il-persuni taxxabbli li huma “negozjanti difettużi” (potenzjali) iżda li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħhom ma tħassarx;

    (c) il-persuni taxxabbli li wettqu kunsinni intra-Komunitarji u l-klijenti tagħhom fl-Istati Membri l-oħra meta l-klijent hu “negozjant difettuż” (potenzjali) jew “ħataf numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT”.

    Artikolu 5

    Notifika ta’ partiċipazzjoni fl-iskambju ta’ informazzjoni

    Kull Stat Membru għandu jinnotifika, bil-miktub, lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-deċiżjoni tiegħu, meħuda skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003, dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskambju ta’ informazzjoni li jappartjeni għal kategorija jew sotto-kategorija msemmija fl-Artikoli 3 u 4, fejn meħtieġ, għandu jagħti dettalji jekk biħsiebu jagħmel dan b’mod awtomatiku jew b’mod awtomatiku strutturat. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

    Stat Membru li aktar tard jemenda l-kategoriji jew is-sotto-kategoriji ta’ informazzjoni li hu jiskambja jew il-mod ta’ parteċipazzjoni għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinforma bil-miktub dwar dan lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 6

    Frekwenza tal-ibgħid tal-informazzjoni

    Jekk tintuża s-sistema ta’ skambju awtomatiku, ikun hemm lok li tiġi pprovduta din l-informazzjoni:

    (a) mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet xahar wara s-sena kalendarja li matulha din l-informazzjoni saret disponibbli, f’dak li jirrigwarda l-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(1) u (3);

    (b) mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet xahar wara kull kwart tas-sena kalendarja li matulu din l-informazzjoni saret disponibbli, fil-każ tal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(2).

    L-informazzjoni relatata mal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(4) u (5) jingħataw hekk kif ikunu disponobbli.

    Artikolu 7

    Ibgħit ta’ informazzjoni li trid tiġi mgħoddija

    1.  L-informazzjoni kollha mibgħuta bil-miktub bis-saħħa tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 tintbagħat biss, safejn hu possibbli, b’mezz elettroniku, permezz tan-netwerk tas-CCN/CSI ħlief:

    (a) għat-talba ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1798/2003 u tal-Att jew tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata;

    (b) għad-dokumenti oriġinali mibgħuta bis-saħħa tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1798/2003.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw għall-komunikazzjoni fuq karta ta’ informazzjoni nnumerata fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

    Artikolu 8

    Valutazzjoni

    Il-miżuri ta’ kooperazzjoni amministrattiva għandhom jiġi vvalutati skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003, kull tliet snin li jibdew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Data statistika

    Il-lista tad-data tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 hi ppreżentata fl-anness.

    Kull Stat Membru għandu jibgħat id-data tal-istatistika lill-Kummissjoni, qabel it-30 ta’ April ta’ kull sena, jekk possibbli b’mezz elettroniku, bl-għajnuna tal-formola standard ippreżenata fl-anness.

    Artikolu 10

    Komunikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ kull disposizzjoni tal-liġi nazzjonali, li huma japplikaw fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament.

    Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn il-miżuri lill-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament hu obbligatorju fl-elementi tiegħu kollha u japplika direttament f’kull Stat Membru.




    ANNESS (Artikolu 9)

    Dokument standard għall-użu tal-ibgħit ta’ data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003

    Stat Membru:

    Sena kalendarja:



    Parti A: statistika għal kull Stat Membru:

     

    Talbiet għal informazzjoni (Artikolu 5)

    Tweġibiet tard ta’ Stati Membri oħra (Artikolu 8(1))

    Tweġibiet minnufih ta’ Stati Membri oħra (Artikolu 8(2))

    Notifiki skont l-Artikolu 10

    Talbiet għal notifika (Artikoli 14 sa 16)

    Għadd ta’ talbiet riċevuti (Kaxxa Nru 1)

    Għadd ta’ talbiet mibgħuta (Kaxxa Nru 2)

    Għadd tad-drabi meta kien hemm dewmien ta’ aktar minn 3 xhur (Kaxxa Nru 3)

    Għadd ta’ drabi meta l-limitu taż-żmien ta’ 1 xahar kien irrispettat (Kaxxa Nru 4)

    Għadd ta’ notifiki riċevuti (Kaxxa Nru 5)

    Għadd ta’ talbiet riċevuti (Kaxxa Nru 6)

    Għadd ta’ talbiet mibgħuta (Kaxxa Nru 7)

    Il-Belġju

     
     
     
     
     
     
     

    ▼M1

    Bulgaria

     
     
     
     
     
     
     

    ▼B

    Ir-Repubblika Ċeka

     
     
     
     
     
     
     

    Id-Danimarka

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Ġermanja

     
     
     
     
     
     
     

    L-Estonja

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Greċja

     
     
     
     
     
     
     

    Spanja

     
     
     
     
     
     
     

    Franza

     
     
     
     
     
     
     

    L-Irlanda

     
     
     
     
     
     
     

    L-Italja

     
     
     
     
     
     
     

    Ċipru

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Latvja

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Litwanja

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Lussemburg

     
     
     
     
     
     
     

    L-Ungerija

     
     
     
     
     
     
     

    Malta

     
     
     
     
     
     
     

    L-Olanda

     
     
     
     
     
     
     

    L-Awstrija

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Polonja

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Portugall

     
     
     
     
     
     
     

    ▼M1

    Romania

     
     
     
     
     
     
     

    ▼B

    Is-Slovenja

     
     
     
     
     
     
     

    Ir-Repubblika Slovakka

     
     
     
     
     
     
     

    il-Finlandja

     
     
     
     
     
     
     

    L-Iżvezja

     
     
     
     
     
     
     

    Ir-Renju Unit

     
     
     
     
     
     
     



    Parti B: statistika globali oħra:

    Statistika dwar in-negozjanti

    Għadd ta’ negozjanti rreġistrati għall-finijiet tal-VAT li ddikjaraw akkwisti intra-Komunitarji (Kaxxa Nru 8)

     

    Għadd ta’ negozjanti rreġistrati għall-finijiet tal-VAT li indikaw kunsinni intra-Komunitarji fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull kwart tas-sena (Kaxxa Nru 9)

     

    Statistika dwar il-verifiki u l-istħarriġ

    Għadd ta’ verifiki simultanji organizzati (l-Artikoli 12 u 13) (Kaxxa Nru 10)

     

    Għadd ta’ verifiki simultanji li l-Istati Membri pparteċipaw fihom (l-Artikoli 12 u 13) (Kaxxa Nru 11)

     

    Għadd ta’ stħarriġ amministrattiv mitlub (l-Artikolu 5(3)) (Kaxxa Nru 12)

     

    Għadd ta’ stħarriġ amministrattiv imwettaq fuq talba ta’ Stat Membru ieħor (l-Artikoli 5(3)) (Kaxxa Nru 13)

     

    Statistika dwar l-iskambji ta’ informazzjoni mingħajr talba preliminari

    Għadd ta’ informazzjoni mibgħuta mingħajr talba (l-Artikoli 17 sa 21) (Kaxxa Nru 14)

     

    Statistika li tikkonċerna l-VIES

    Perċentwali tal-każijiet li fihom in-numri tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-VAT tal-klijenti ma rrispettawx ir-regoli tal-ifformular (linji inkorretti / total tal-linji) fid-data meta tiddaħħal d-data (Kaxxa Nru 15)

     

    Għadd tan-numri tal-VAT fil-messaġġi O_MCTL riċevuti (Kaxxa Nru 16)

     



    ( 1 ) ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/56/KE (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 70).

    ( 2 ) ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11.

    ( 3 ) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.

    Top