EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0854-20190101

Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/854/2019-01-01

02004R0854 — MT — 01.01.2019 — 013.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 854/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman

(ĠU L 139 30.4.2004, p. 206)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 882/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2004

  L 165

1

30.4.2004

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005

  L 338

27

22.12.2005

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI tal-5 ta' Diċembru 2005

  L 338

83

22.12.2005

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1663/2006 tas-6 ta' Novembru 2006

  L 320

11

18.11.2006

 M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1021/2008 tas-17 ta' Ottubru 2008

  L 277

15

18.10.2008

►M7

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

 M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 505/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010

  L 149

1

15.6.2010

►M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2011 tat-18 ta’ Frar 2011

  L 46

17

19.2.2011

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 739/2011 tas-27 ta’ Lulju 2011

  L 196

3

28.7.2011

►M11

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 218/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014

  L 69

95

8.3.2014

►M13

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 219/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014

  L 69

99

8.3.2014

►M14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 633/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014

  L 175

6

14.6.2014

►M15

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2285 tat-8 ta' Diċembru 2015

  L 323

2

9.12.2015

►M16

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1979 tal-31 ta' Ottubru 2017

  L 285

6

1.11.2017




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 854/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman



KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli speċjali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali.

▼M1

1a.  Dan ir-Regolament għandu japplika b'żieda mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikkazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali ( 1 ).

▼B

2.  Huwa għandu japplika biss fir-rigward ta' attivitajiet u persuni li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 853/2004.

3.  It-twettieq ta' kontrolli uffiċjali skond dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja legali ta' l-operatur ta' negozju fl-ikel biex tiġi assigurata s-sigurezza fl-ikel, kif preskritt fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel, u li jippreskrivi proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurezza ta' l-ikel ( 2 ), u kull responsabbiltà ċivili jew kriminali li tirriżulta minn ksur ta' l-obbligi tagħhom.

Artikolu 2

Tifsiriet

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

▼M1 —————

▼B

(ċ) “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru kompetenti li twettaq verifiki veterinarji jew kull awtorità li lilha tkun ġiet delegata dik il-kompetenza;

▼M1 —————

▼B

(f) “veterinarju uffiċjali” tfisser veterinarju kwalifikat skond dan ir-Regolament, biex jaġixxi f'dik il-kariga u maħtur mill-awtorità kompetenti;

(g) “veterinarju approvat” tfisser veterinarju maħtur mill-awtorità kompetenti biex iwettaq kontrolli speċifiċi uffiċjali f'irziezet għan-nom tagħha;

(h) “awżiljarju uffiċjali” tfisser persuna kwalifikata, skond dan ir-Regolament, biex taġixxi f'dik il-kariga, maħtura mill-awtoritâ kompetenti u li taħdem taħt l-awtorità u r-responsabbiltà ta' veterinarju uffiċjali;

u

(i) “marka tas-saħħa” tfisser marka li turi li, meta kienet applikata, kienu twettqu kontrolli uffiċjali skond dan ir-Regolament.

2.  It-tifsiriet preskritti fir-Regolamenti li ġejjin għandhom ukoll japplikaw kif xieraq:

(a) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b) it-tifsiriet ta' “bi-prodotti mill-annimali”, “TSEs” (spongiform encephalopathies trasmissibbli) u “materjal speċifiku ta' riskju” preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi r-regoli tas-saħħa li jikkonċernaw bi-prodotti ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman ( 3 );

▼M1

(b) (a) Regolament (KE) Nru 882/2004;

▼B

(ċ) ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, ħlief għat-tifsira ta' “awtorità kompetenti”;

u

(d) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.



KAPITOLU II

KONTROLLI UFFIĊJALI B'RELAZZJONI MA' STABBILIMENTI TAL-KOMUNITÁ'

Artikolu 3

Approvazzjoni ta' stabbilimenti

▼M1

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw stabbiliment meta, u bil-mod speċifikat fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

▼B

2.  Fil-każ ta' bastimenti fabbika u friża li jtajjru l-bandiera ta' l-Istati Membri, il-perjodi massimi ta' tlett xhur u sitt xhur li japplikaw għall-approvazzjoni kondizzjonata ta' stabbilimenti oħra, jista' jiġu mtawwla, jekk meħtieġ. Iżda, approvazzjoni kondizzjonata m'għandhiex teċċedi total ta' 12-il xahar. L-ispezzjonijiet ta' dawk il-bastimenti għandhom iseħħu kif speċifikat fl-Anness III.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti lil kull stabbiliment approvat, inklużi dawk b'approvazzjoni kondizzjonata, numru ta' approvazzjoni li miegħu jistgħu jiżdiedu kodifiki biex juri t-tipi ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali manifatturati. Għal swieq bl-ingrossa, numri sekondarji li jindikaw unitajiet jew gruppi ta' unitajiet li jbiegħu jew jimmanifatturaw prodotti ta' oriġini mill-annimali jistgħu jiġu miżjuda man-numru ta' approvazzjoni.

4.  

►M1

 

 ◄

(ċ) Filkaż ta' swieq bl-ingrossa, l-awtorità kompetenti tista' tirtira jew tissospendi l-approvazzjoni fir-rigward ta' ċerti unitajiet jew gruppi ta' unitajiet.

5.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw kemm għal:

(a) stabbilimenti li jibdew iqiegħdu fis-suq prodotti ta' oriġini mill-annimali fi jew wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

u

(b) stabbilimenti li diġà jqiegħdu fis-suq prodotti ta' oriġini mill-annimali iżda li fir-rigward tagħhom qabel ma kien hemm ebda ħtieġa ta' approvazzjoni. Fil-każ imsemmi l-aħħar, iż-żjara fuq il-post mill-awtorità kompetenti meħtieġa taħt il-paragrafu 1 għandha sseħħ kemm jista' jkun malajr

Il-paragrafu 4 għandu wkoll japplika għal stabbilimenti approvati li qegħdu fis-suq prodotti ta' oriġini mill-annimali skond il-leġislazzjoni tal-Komunità minnufih qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali għall-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-prodotti kollha ta' oriġini mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw lil-operaturi ta' negozji fl-ikel joffru l-assistenza kollha biex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtorità kompetenti ikunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv

Huma għandhom b'mod partikolari:

 jagħtu aċċess għall-bini kollu, postijiet, stallazzjonijiet u infrastrutturi oħra;

 jagħmlu disponibbli kull dokumentazzjoni u rekord meħtieġa taħt ir-regolament presenti jew meqjusa meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex jiġġudikaw is-sitwazzjoni.

2.  L-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli uffiċjali biex tivverifika l-konformità ta' l-operaturi tan-negozju fl-ikel mal-ħtiġijiet tar-:

(a) Regolament (KE) Nru 852/2004;

(b) Regolament (KE) Nru 853/2004;

u

(ċ) Regolament (KE) Nru 1774/2002.

3.  Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a) verifiki tal-prattiċi tajba ta' iġjene u analiżi tal-perikolu u proċeduri bbażati fuq il-punt kritiku ta' kontroll (HACCP);

(b) il-kontrolli uffiċjali speċifikati fl-Artikoli 5 sa 8;

u

(ċ) kull kompiti partikolari ta' verifika speċifikati fl-Annessi.

4.  Il-verifiki tal-prattiċi ta' iġjene tajba għandhom jivverifikaw li l-oparturi tan-negozju fl-ikel japplikaw proċeduri kontinwament u kif imiss, dwar ta' l-anqas:

(a) verifiki dwar informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel;

(b) id-disinn u l-manutenzjoni tal-post u tat-tagħmir;

(ċ) l-iġjene ta' qabel l-operat, waqt l-operat u wara l-operat;

(d) iġjene personali;

(e) taħriġ fl-iġjene u fil-proċeduri tax-xogħol;

(f) kontroll tal-pesti;

(g) il-kwalità ta' l-ilma;

(h) il-kontroll tat-temperatura;

u

(i) kontrolli fuq l-ikel jidħol jew iħalli l-istabbiliment u kull dokumentazzjonili takkumpanja.

5.  Il-verifiki tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozju fl-ikel japplikaw kontinwament u kif imiss dawk il-proċeduri, u jagħtu kont partikolari biex jiżguraw li l-proċeduri jipprovdu l-garanziji speċifikati fit-Taqsima II ta' l-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Dawn għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu jekk il-proċeduri jiggarantux, sal-limitu possibbli, li prodotti ta' oriġini mill-annimali:

(a) jikkonformaw mal-kriterji mikrobijoloġiċi preskritti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità;

(b) jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar residwi, kontaminanti u sustanzi pprojbiti;

u

(ċ) ma jkunx fihom perikoli fiżiċi, bħal partikoli barranin.

Fejn, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, operatur ta' negozju fl-ikel juża proċeduri stipulati fil-gwidi ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji HACCP pjuttost milli jistabbilixxi l-proċeduri speċifiċi proprji tiegħu, il-verifika għandha tkopri l-użu korrett ta' dawn il-gwidi.

6.  Il-verifika tal-konformità mal-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar l-applikazzjoni ta' marki ta' identifikazzjoni għandha sseħħ fl-istabbilimenti kollha approvati skond dak ir-Regolament, b'żieda ta' verifika ta' konformità ma' ħtiġijiet oħra ta' traċċabilità.

7.  Fil-każ ta' biċċeriji, stabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa u impjanti tat-tqattiegħ li jqiegħdu laħam frisk fis-suq, veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kompiti ta' verifiki msemmija fil-paragrafi 3 u 4.

8.  Meta twettaq il-kompiti ta' verifika, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni speċjali:

(a) biex tistabbilixxi jekk l-impjegati jew l-attivitajiet ta' l-impjegati fl-istabbiliment fl-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jkunux jikkonformaw mal-ħtiġijiet relevanti tar-Regolamenti msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b). Biex issostni l-verifika, l-awtorità kompetenti tista' twettaq testijiet ta' twettieq, sabiex tassigura li x-xogħol imwettaq mill-impjegati jkun iħares parametri speċifikati;

(b) biex tivverifika r-rekords relevanti ta' l-operatur tan-negozju fl-ikel;

(ċ) biex tieħu kampjuni għal analiżi fil-laboratorju fejn meħtieġ;

u

(d) li tiddokumenti l-elementi li jkun ingħata kont tagħhom u s-sejbiet tal-verifika.

9.  In-natura u l-intensità tal-kompiti ta' verifika fir-rigward ta' stabbilimenti individwali għandhom jiddependu fuq ir-riskju stmat. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tagħmel stima:

(a) tar-riskji għas-saħħa tal-pubbliku, u fejn xieraq, ta' l-annimali;

(b) fil-każ ta' biċċeriji, l-aspetti tal-welfare ta' l-annimali;

(ċ) it-tip u l-ammont ta' materjal ipproċessat u l-proċessi mwettqa;

u

(d) ir-rekord tal-passat ta' l-operatur tan-negozju fl-ikel fir-rigward tal-konformita mal-liġi dwar l-ikel.

Artikolu 5

Laħam frisk

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' laħam frisk iseħħu skond l-Anness I.

1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq kompiti ta' spezzjoni f'biċċeriji, stabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa u impjanti tat-tqattiegħ li jqegħdu fis-suq laħam frisk skond il-ħtiġijiet ġenerali tat-Taqsima I, il-Kapitolu II, ta' l-Anness I, u l-ħtiġijiet speċifiċi tat-Taqsima IV, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(a) informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel;

(b) spezzjoni qabel il-qatla;

(ċ) il-welfare ta' l-annimali;

(d) spezzjoni wara l-qtil;

(e) materjal speċifikat ta' riskju u bi-prodotti oħra mill-annimali;

u

(f) ttestjar fil-laboratorju.

2. L-immarkar tas-saħħa tal-karkassi ta' annimali domestiċi bid-dwiefer mgħawwġa, mammali tal-kaċċa mrobbija minbarra lagomorfi, u annimali kbar tal-kaċċa, kif ukoll nofs karkassi, kwarti u qatgħat li jirriżultaw mill-qtugħ ta' nofs karkassi fi tlett qatgħat bl-ingrossa, għandu jitwettaq fil-biċċeriji u fl-istabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa skond it-Taqsima I, il-Kapitolu III, ta' l-Anness I. Il-marki tas-saħħa għandhom jiġu applikati minn, jew taħt ir-responsabbiltà ta' veterinarju uffiċjali fejn kontrolli uffiċjali ma jkunu identifikaw ebda defiċjenzi li jirrendu l-laħam mhux tajjeb għall-konsum uman.

3. Wara li jwettaq il-kontrolli msemmija fil-punti 1 u 2,il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu l-miżuri xierqa kif stipulati fl-Anness I, Taqsima II, b'mod partikolari fir-rigward:

(a) tal-komunikazzjoni tar-riżultati ta' l-ispezzjoni;

(b) tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel;

(ċ) tad-deċiżjonijiet li jikonċernaw annimali ħajjin;

(d) tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-welfare ta' l-annimali;

u

(e) tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-laħam.

4. L-awżiljarji uffiċjali jistgħu jgħinu lill-veterinarju uffiċjali waqt il-verifiki ta' kontroll imwettqa skond it-Taqsimiet I u UU ta' l-Anness I kif speċifikat fit-Taqsima III, Kapitolu I. F'dak il-każ, huma għandhom jaħdmu bħala tijm indipendenti.

5.

 

(a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom impjegati uffiċjali biżżejjed biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali meħtieġa taħt l-Anness I bil-frekwenza speċifikata fit-Taqsima III, Kapitolu II.

(b) Għandha tiġi segwita sistema bbażata fuq ir-riskju biex issir stima tan-numru ta' ħaddiema uffiċjali li huma meħtieġa li jkunu presenti fuq il-linja tal-qtil f'biċċerija partikolari. In-numru ta' impjegati uffiċjali nvoluti għandu jiġi deċiż mill-awtorità kompetenti u għandu jkun tali li jitħarsu l-ħtiġijiet kollha ta' dan ir-Regolament.

6.

 

(a) L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impjegati ta' biċċerija jgħinu fil-kontrolli uffiċjali billi jwettqu ċerti kompiti speċifiċi, taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali, b'relazzjoni mal-produzzjoni ta' laħam minn tjur u lagomorfi skond l-Anness I, Taqsima III, Kapitolu II, parti A. Jekk jagħmlu dan, huma għandhom jassiguraw li l-impjegati li jwettqu dawk il-kompiti:

(i) ikunu kwalifikati u jsirilhom taħriġ skond dawk id-dispożizzjonijiet;

(ii) jaġixxu indipendentement mill-impjegati ta' produzzjoni;

u

(iii) jirrapportaw kull defiċjenza lill-veterinarju uffiċjali.

(b) L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu lill-impjegati ta' biċċerija li jwettqu kompita ta' kampjonar seċifiku u ttestjar skond l-Anness I, Taqsima III, Kapitolu III, Parti B.

7. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-veterinarji uffiċjali u l-awżiljarji uffiċjali ikunu kwalifikati u jingħataw taħriġ skond l-Anness I, Taqsima III, Kaiptolu IV.

Artikolu 6

Molluski bivalvi ħajjin

L-Istati membri għandhom jiżguraw li l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunicates ħajjin u gastropodi marini ħajjin jgħaddu minn kontrolli uffiċjali kif deskritti fl-Anness II.

Artikolu 7

Prodotti mis-sajd

L-Istati Membri għandhom jisguraw li jseħħu kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' prodotti mis-sajd skond l-Anness III.

Artikolu 8

Ħalib mhux maħdum u prodotti mill-ħalib

L-Istati Membri għandhom jisguraw li jseħħu kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' ħalib mhux maħdum u prodotti mill-ħalib skond l-Anness IV.

▼M1 —————

▼B



KAPITOLU III

PROĊEDURI LI JIKKONĊERNAW IMPORTAZZJONIJIET

▼M1

L-Artikolu 10

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-prinċipji u l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u t-Titolu VI, Kapitolu II, tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 il-proċeduri preskritti f'dan il-Kapitolu għandhom jgħoddu.

▼B

Artikolu 11

Listi ta' pajjiżi terzi u partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta' prodotti speċifikati ta' oriġini mill-annimali

1.  Prodotti ta' oriġini mill-annimali għandhom ikunu mportati biss minn pajjiż terz jew parti ta' pajjiż terz li jidher fil-lista mħejjija u aġġornata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

▼M1

2.  2A pajjiż terz għandu jidher fuq dawk il-listi biss jekk ikun seħħ il-kontroll tal-Komunità f'dak il-pajjiż u juri li l-awtorità kompetenti tipprovdi garanziji xierqa kif speċifikat fl-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Iżda, pajjiż terz jista' jidher fuq dawk il-listi mingħajr ma jkun seħħ kontroll tal-Komunità jekk:

(a) ir-riskju stabbilit skond l-Artikolu 46(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 ma jqanqalx il-ħtieġa;

u

(b) jiġi stabbilit, meta jiġi deċiż biex jiżdied pajjiż terz partikolari skond il-paragrafu 1, li informazzjoni oħra turi li l-awtorità kompetenti pprovdiet il-garanziji meħtieġa.

▼B

3.  Listi mħejjija skond dan l-Artikolu jistgħu jingħaqdu ma' listi oħrajn imħejjija għall-finijiet ta' saħħa pubblika u dik ta' l-annimali.

▼M1

4.  Meta jitħejjew jew jiġu aġġornati l-listi, għandu jingħata kont tal-kriterji elenkati fl-Artikoli 46 u 48(3) tar-regolament (KE) Nru 882/2004. Għandu wkoll jingħata kont ta':

▼B

(a) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz dwar:

(i) il-prodotti ta' oriġini mill-annimali,

(ii) l-użu ta' prodotti veterinarji mediċinali, inklużi regoli dwar il-projbizzjoni jew l-awtorizzazzjoni tagħhom, it-tqassim tagħhom, it-tqegħid tagħhom fis-suq u r-regoli li jkopru l-amministrazzjoni u l-ispezzjonijiet;

u

(iii) il-preparazzjoni u l-użu ta' għal, inklużi l-proċeduri għall-użu ta' adittivi u l-preparazzjoni u l-użu ta' għalf medikat, kif ukoll il-kwalità ta' l-iġjene tal-materja prima wżata għall-preparazzjoni ta' l-għalf u tal-prodott finali;

▼M1 —————

▼B

(i) il-kondizzjonijiet ta' l-iġjene tal-produzzjoni, manifattura, immaniġġar, ħażna u dispaċċ attwalment applikati għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-Komunità;

(j) kull esperjenza ta' marketing tal-prodott mill-pajjiż terz u r-riżultati ta' kull kontrolli ta' importazzjoni mwettqa;

(k) ir-riżultati tal-kontrolli tal-Komunità mwettqa fil-pajjiż terz, b'mod partikolari r-riżultati ta' l-istima ta' l-awtoritajiet kompetenti, u l-azzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu fid-dawl ta' xi rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom wara kontroll tal-Komunità;

(l) l-eżistenza, implimentazzjoni u komunikazzjoni ta' programm approvat ta' kontroll zoonoses;

u

(m) l-eżistenza, implimentazzjoni u komunikazzjoni ta' programm approvat ta' kontroll ta' residwi.

5.  Il-Kummissjoni għandha tirranġa li verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha mħejjija jew aġġornati skond dan l-Artikolu jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 12

Lista ta' stabbilimenti li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta' prodotti speċifikati ta' oriġini mill-annimali

1.  Prodotti ta' oriġini mill-annimali jistgħu jkunu importati fil-Komunità biss jekk ikunu ġew mibgħuta minn, jew ikunu miksuba jew preparati fi stabbilimenti li jidħru fuq il-listi mħejjija u aġġornati skond dan l-artikolu, ħlief:

(a) fejn, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), li l-garanziji li pajjiż terz speċifikat jipprovdi fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' prodotti speċifikati ta' oriġini mill-annimali jkunu tali li l-proċeduri li hemm provvediment dwarhom f'dan l-Artikolu ma jkunux meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 2;

u

(b) fil-każi speċifikati fl-Anness V.

B'żieda, laħam frisk, laħam ikkappuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, prodotti tal-laħam u laħam separat mekkanikament (MSM) jistgħu jkunu mportati fil-Komunità biss jekk ikunu ġew manifatturati minn laħam miksub f'biċċeriji u mpjanti tat-tqattiegħ li jidhru fuq listi mħejjija u aġġornati skond dan l-Artikolu jew fi stabbilimenti approvati mill-Komunità.

2.  2.Stabbiliment jista' jitqiegħed fuq dik il-lista biss jekk l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini tiggarantixxi li:

(a) dak l-istabbiliment, flimkien ma xi stabbilimenti oħra li jimmaniġġaw il-materja prima ta' oriġini mill-annimali wżata fil-manifattura tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali konċernati, jkunu jikkonformaw mal-ħtiġijiet relevanti tal-Komunità, b'mod partikolari dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jew ma ħtiġijiet li kien stabbilit li huma ekwivalenti għal dawk il-ħtiġijiet meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni li dak il-pajjiż terz jiżdied mal-lista relevanti skond l-Artikolu 11;

(b) servizz uffiċjali ta' spezzjoni f'dak il-pajjiż terz jissorvelja l-istabbilimenti u jagħmel disponibbli lill-Kummissjoni, fejn meħtieġ, l-informazzjoni relevanti kollha dwar stabbilimenti li jfornu materja prima;

u

(ċ) ikollha setgħat reali li twaqqaf lill-istabbilimenti milli jesportaw lejn il-Komunità fil-każ li l-istabbilimenti jonqsu milli jħarsu l-ħtiġijiet imsemmija taħt (a).

3.  L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi li jidhru fuq il-listi mħejjija u aġġornati skond l-Artikolu 11 għandhom jiggarantixxu li l-listi ta' stabbilimenti imsemmija fil-paragrafu 1 jitħejjew, jinżammu aġġornati u jiġu komunikati lill-Kummissjoni.

4.  

(a) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-punti ta' kuntatt li l-Istati Membri jkunu nnominaw għal dan il-għan b'notifikazzjonijiet regolari li jikkonċernaw listi ġodda jew aġġornati li tkun irċeviet mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati skond il-paragrafu 3.

(b) Jekk ebda Stat Membru ma joġġezzjona għal lista ġdida jew aġġornata fi żmien 20 jum utli minn-notifikazzjoni tal-Kummissjoni, l-importazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati minn stabbilimenti li jidhru fuq il-lista għaxart ijiem utli mill-jum li fih il-Kummissjoni tagħmilha disponibbli lill-pubbliku.

(ċ) Il-Kummissjoni għandha, kull meta ta' l-anqas Stat Membru wieħed jagħmel kummenti bil-miktub, jew kull meta tqis li l-modifikazzjoni ta' lista hija meħtieġa fid-dawl ta' informazzjoni relevanti bħal rapporti ta' spezzjoni tal-Komunità jew notifikazzjoni taħt is-sistema rapida ta' allert, tinforma lill-Istati Membri u tinkludi l-punt fuq l-aġenda tal-laqgħa li jkun imiss tat-taqsima relevanti tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-annimali għal deċiżjoni, fejn xieraq, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

5.  Il-Kummissjoni għandha tirranġa għal verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha li għandhom jintgħamlu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 13

Molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunicates u gastropodi marini

1.  Minkejja l-Artikolu 12(1)(b), molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunicates u gastropodi marini għandhom ikunu ġejjin minn żoni ta' produzzjoni f'pajjiżi terzi li jidhru fuq il-listi mħejjija u aġġornati skond l-Artikolu 12.

2.  Il-ħtieġa tal-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għal pectinidae miġbura barra żoni ta' produzzjoni klassifikati. Iżda, kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' pectinidae għandhom iseħħu skond l-Anness II, Kapitolu III.

3.  

(a) Qabel ma jitħejjew il-listi msemmija fil-paragrafu 1, għandu jingħata kont partikolari għall-garanziji li l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tista' tagħti dwar il-konformità mal-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-klassifikazzjoni u l-kontroll ta' żoni ta' produzzjoni.

(b) Għandha sseħħ żjara ta' spezzjoni tal-Komunità fuq il-post qabel ma jitħejjew dawk il-listi kemm il darba:

(i) ir-riskju stabbilit skonf l-Artikolu 18(18) ma jiġġustifikahiex;

u

(ii) jiġi stabbilit, meta tittieħed deċiżjoni biex żona partikolari ta' produzzjoni tiżdied mal-lista skond il-paragrafu 1, li informazzjoni oħra turi li l-awtorità kompetenti tipprovdi l-garanziji meħtieġa.

4.  Il-Kummissjoni għandha tirranġa li verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha mħejjija jew aġġornati skond dan l-Artikolu jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 14

Dokumenti

1.  Dokument li jħares il-ħtiġijiet stipulati fl-Anness VI għandu jakkumpanja kunsinni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali meta jiġu importati fil-Komunità.

2.  Id-dokument għandu jiċċertifika li l-prodotti jissodisfaw:

(a) il-ħtiġijiet preskritti għal dawk il-prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 jew dispożizzjonijiet li huma ekwivalenti għal dawk il-ħtiġijiet;

u

▼M1

(b) kull kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni stabbiliti skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

▼B

3.  Id-dokumenti jistgħu jinkludu dettalji meħtieġa skond leġislazzjoni oħra tal-Komunità dwar kwistjonijiet ta' saħħa pubblika jew ta' l-annimali.

4.  Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-paragrafu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) fejn ikun possibbli li jinkisbu l-garanziji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'xi miod ieħor.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet speċjali għal prodotti mis-sajd

1.  Il-proċeduri preskritti f'dan il-Kapitolu ma japplikawx għal prodotti friski mis-sajd imniżżla l-art fil-Komunità direttament minn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta'pajjiż terz.

Għandhom iseħħu kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' dawk il-prodotti mis-sajd skond l-Anness III.

2.  

(a) Prodotti mis-sajd importati minn bastiment fabbrika jew friża li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn bastimenti li jidhru fil-lista mħejjija u aġġornata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(4).

(b) Iżda, b'eżenzjoni mill-Artikolu 12(2)(b), bastiment jista' wkoll ikun inkluż f'dawk il-listi:

(i) fuq il-bażi ta' komunikazzjoni konġunta mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li l-bastiment ikun itajjar il-bandiera tiegħu u mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ieħor li lilha l-awtorità kompetenti imsemmija qabel tkun iddelegat ir-responsabbiltà għall-ispezzjoni tal-bastiment konċernat, bil-kondizzjoni li:

 dak il-pajjiż terz ikun jidher fil-lista ta' pajjiżi terzi, imħejjija skond l-Artikolu 11, li minnu huma permessi importazzjonijiet ta' prodotti mis-sajd,

 il-prodotti kollha mis-sajd mill-bastiment konċernat li huma destinat biex jitqegħdu fis-suq fil-Komunità jitniżżlu l-art direttament f'dak il-pajjiż terz,

 l-awtorità kompetenti ta' dak il-pajjiż terz tkun spezzjonat il-bastiment u ddikjarat li jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Komunità,

 u

 l-awtorità kompetenti ta' dak il-pajjiż terz tkun iddikjarat li hija għandha tispezzjona regolarment il-bastiment biex tiżgura li jibqa jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Komunità;

jew

(ii) Fuq il-bażi ta' komunikazzjoni konġunta mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu u mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, li lilha l-awtorità kompetenti imsemmija l-ewwel kienet iddelegat ir-responsabbiltà għall-ispezzjoni tal-bastiment konċernat, bil-kondizzjoni li:

 il-prodotti kollha mis-sajd mill-bastiment konċernat li huma destinati għat-tqegħid fis-suq tal-Komunità jitniżżlu l-art direttament f'dak l-Istat Membru,

 l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun spezzjonat il-bastiment u tkun iddikjarat li jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Komunità,

 u

 l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun iddikjarat li hija għandha regolarment tispezzjona l-bastiment biex tiżgura li jkompli jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Komunità.

(ċ) Il-Kummissjoni għandha tirranġa li verżjonijiet aġġornati tal-listi kollha mħejjija jew aġġornati skond dan l-Artikolu jkunu disponibbli għall-pubbliku.

3.  Fejn prodotti mis-sajd jiġu importati direttament minn bastiment fabbrika jew friża, dokument iffirmat mill-kaptan jista' jissostitwixxu d-dokument meħtieġ taħt l-Artikolu 14.

4.  Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu preskritti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).



KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

▼M7

Artikolu 16

Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

▼B

Artikolu 17

Emendi u adattazzjoni ta' l-Annessi

▼M7

1.  L-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jiġu emendati jew supplimentati mill-Kummissjoni biex jiġi kkunsidrat il-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

2.  Eżenzjonijiet mill-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li dawn ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

▼B

3.  L-Istati Membri jistgħu, mingħajr ma jikkomprometti l-ksib tal-miri ta' dan ir-Regolament, jadottaw, skond il-paragrafi 4 sa 7, miżuri nazzjonali li jadattaw il-ħtiġijiet preskritti fl-Anness I.

4.  Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom:

(a) ikunu maħsuba biex:

(i) jippermettu t-tkomplija ta' l-użu ta' metodi tradizzjonali f'kull wieħed mill-istadji tal-produzzjoni, proċessar jew tqassim ta' l-ikel;

(ii) jakkomodaw il-ħtiġijiet ta' negozji fl-ikel b'ammont żgħir ta' materjal għall-ipproċessar jew li jkunu jinsabu f'reġjuni li huma suġġetti għall-limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali;

jew

(iii) jippermettu li jitwettqu proġetti pilota biex jiġu ttestjati skemi ġodda għall-kontrolli ta' l-iġjene fuq il-laħam;

(b) jikkonċernaw b'mod partikolari l-elementi li ġejjin ta' l-Anness I:

(i) informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel;

(ii) il-presenza ta' l-awtorità kompetenti fi stabbilimenti.

5.  Xi Stat Membru li jixtieq jadotta miżuri nazzjonali kif imsemmija fil-paragrafu 3 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Kull notifikazzjoni għandha:

(a) tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet li dak l-Istat Membru jqis meħtieġa li jkunu adattati u n-natura ta' l-adattazzjoni mfittxija;

(b) jiddeskrivi l-istabbilimenti konċernati;

(ċ) jispjega r-raġunijiet għall-adattazzjoni, inkluż, fejn relevanti, billi jipprovdi sommarju ta' l-analiżi tal-perikolu imwettaq u kull miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-adattazzjoni ma tikkompromettix il-mira ta' dan ir-Regolament;

u

(d) jagħti kull informazzjoni oħra relevanti.

6.  L-Istati Membri l-oħra għandu jkollhom tlett xhur minn meta jirċievu n-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 biex jibgħatu kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista', u meta tirċievi kummenti bil-miktub minn Stat Membru wieħed jew aktar għandha, tikkonsulta ma' l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1). Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), jekk il-miżuri maħsuba jistgħux ikunu implimentati, suġġetti, fejn meħtieġ, għal emendi xierqa. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri ġenerali skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

7.  Stat Membru jista' jadotta miżuri nazzjonali billi jadatta biss il-ħtiġijiet ta' l-Anness I:

(a) b'konformità ma' deċiżjoni adottata skond il-paragrafu 6;

(b) jekk, xahar wara li jintemm il-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni ma tkunx informat lill-Istati Membri li kienet irċeviet kummenti bil-miktub jew li għandha l-ħsieb li tipproponi l-adozzjoni ta' deċiżjoni skond il-paragrafu 6.

8.  Fejn Stat Membru jadotta miżuri nazzjonalili jimplimentaw proġett pilota biex jittestja skemi ġodda għall-kontrolli ta' l-iġjene fuq laħam skond il-paragrafi 3 sa 7, l-Istat Membru għandu jikkomunika r-riżultati lill-Kummissjoni malli dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tikkunsidra li tipproponi miżuri ġenerali skond il-paragrafu 1

Artikolu 18

Deċiżjonijiet speċifiċi

▼M7

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1), jistgħu jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2), u emendi għall-Annessi I, II, III, IV, V jew VI, bħala miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3), biex jispeċifikaw:

▼B

1. it-testijiet li jistmaw l-andament ta' l-operaturi tan-negozju fl-ikel u l-impjegati tagħhom,

2. il-metodu ta' komunikazzjoni tar-riżultati ta' l-ispezzjonijiet,

3. kriterji biex jiġi stabbilit meta, fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, ma jkunx meħtieġ li l-veterinarju uffiċjali jkun presenti fil-biċċeriji u l-istabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa matul spezzjoni qabel il-qatla u wara l-qatla;

4. ir-regolili jikkonċernaw il-kontenut tat-testijeit għall-veterinarji uffiċjali u l-awżiljarji uffiċjali;

5. il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-kontroll tal-proċess b'relazzjoni għall-iġjene fl-istabbilimenti;

6. proċeduri alternattivi, testijiet tal-laboratorju sroloġiċi u oħrajn li jipprovdu garanziji ta' l-anqas ekwivalenti għall-proċeduri speċifiċi ta' spezzjonijiet wara l-qatla deskritti fl-Anness I, Taqsima IV, u jistgħu għalhekk jissostitwixxuhom, jekk l-awtorità kompetenti hekk tiddeċiedi;

7. iċ-ċirkostanzi li fihom uħud mill-proċeduri speċifiċi ta' spezzjonijiet wara l-qatla deskritti fl-Anness I, Taqsima IV, ma jkunux meħtieġa, wara li jingħata kont ta' l-azjenda, r-reġjun jew pajjiż ta' oriġini u għall-prinċipji ta' l-analiżi tar-riskju,

8. ir-regoli għall-ittestjar fil-laboratorju;

9. it-trattament kiesaħ li għandu jiġi applikat għall-laħam b'relazzjoni ma' cysticercosis u trichinosis

10. il-kondizzjonijiet li taħthom l-azjendi u r-reġjuni jistgħu jiġu ċertifikati bħala uffiċjalment ħielsa minn cysticercus jew trichinae;

11. il-metodi li għandhom jiġu applikati waqt l-eżami għall-kondizzjonijiet imsemmija fl-Anness I, Taqsima IV, Kapitolu IX;

12. għall-majjali għas-simna, l-kriterji għall-kondizzjonijiet kontrollati ta' akkommodazzjoni u sistemi integrati ta' produzzjoni;

13. il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' produzzjoni u żoni ta' rranġar għal molluski bivalvi ħajjin b'koperazzjoni mal-Laboratorju relevanti ta' Referenza tal-Komunità, inkluż

(a) il-valuri tal-limitu u l-metodi ta' analiżi għal biotossini marini,

(b) il-proċeduri għall-ittestjar ta' virus u standards viroloġiċi,

u

(ċ) pjani ta' teħid ta' kampjuni u l-metodi u t-tolleranzi analitiċi li għandhom jiġu applikati biex tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji;

14. il-kriterji organoleptiċi għall-evalwazzjoni tal-freskezza tal-prodotti mis-sajd;

15. il-limiti analitiċi, il-metodi ta' analiżi u l-pjani ta' teħid ta' kampjuni għall-kontrolli uffiċjali fuq prodotti mis-sajd meħtieġa taħt l-Anness III, inkluż fir-rigward ta' parasiti u kontaminanti ambjentali;

16. il-metodi li bihom il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-listi ta' pajjiżi terzi u stabbilimenti f'pajjiżi terzi skond l-Artikolu 11, 12, 13 u 15.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 19

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali istitwit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' tlett xhur.

▼M7

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 20

Konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel fuq il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kull meta jkun meħtieġ u, b'mod partikolari:

1. qabel ma tipproponi biex timmodifika l-ħtiġijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-proċeduri ta' spezzjonijiet wara l-qatla preskritti fit-Taqsima IV ta' l-Anness I;

2. qabel ma tipproponi biex timmodifika r-regoli ta' l-Anness I, Taqsima IV, Kapitolu IX, dwar laħam minn annimali li tiegħu spezzjoni wara l-qatla tikxef leżjonijiet li juru infezzjoni tal-bruċellożi jew it-tuberkulożi;

u

3. qabel ma tipproponi miżuri ta' implimentazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(5) sa (15).

Artikolu 21

Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

1.  Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2009, tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tibgħat mar-rapport proposti relevanti.

Artikolu 22

Bidu fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika 18-il xahar wara d-data li fiha l-atti kollha li ġejjin ikunu daħlu fis-seħħ:

(a) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(b) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004

u

(ċ) Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li tħassar ċerti direttivi li jikkonċernaw l-iġjene ta' l-ikel u l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 4 ).

Iżda, għandu japplika mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LAĦAM FRISK

TAQSIMA I:   KOMPITI TAL-VETERINARJU UFFIĊJALI

KAPITOLU I:   KOMPITI TA' VERIFIKA

1. B'żieda mal-ħtiġijiet ġenerali ta' l-Artikolu 4(4) dwar il-verifiki ta' prattiċi tajba ta' iġjene, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità kontinwa mal-proċeduri proprji ta' l-operaturi tan-negozju fl-ikel li jikkonċernaw kull ġbir, trasport, ħażna, immaniġġar, proċessar u użu jew disponiment ta' bi-prodotti mill-annimali, inkluż materjal ta' riskju speċifikat, li għalihom huwa responsabbli l-operatur tan-negozju fl-ikel.

2. B'żieda mal-ħtiġijiet ġenerali ta' l-Artikolu 4(5) dwar il-verifiki tal-prinċipji bbażati fuq l-HACCP, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-garanzija tal-proċeduri ta' l-operaturi, sa l-akbar limitu possibbli, li l-laħam:

(a) ma jkunx fih annormalitajiet jew bidliet patho-psikoloġiċi;

(b) ma jkunx fih kontaminazzjoni tal-ħmieġ ta' l-imsaren jew xi kontaminazzjoni oħra;

u

(ċ) ma jkunx fih materjal ta' riskju speċifikat, ħlief kif hemm provdut taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità u jkun ġie prodott skond il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar TSEs.

KAPITOLU II:   KOMPITI TA' SPEZZJONI

Meta jitwettqu kompiti ta' spezzjoni skond dan il-Kapitolu, il-veterinarju uffiċjali għandu jagħti kont tar-riżultati tal-kompiti ta' verifika mwettqa skond l-Artikolu 4 u l-Kapitolu I ta' dan l-Anness. Fejn xieraq hu jew hi għandu hekk jimmira l-kompiti ta' l-ispezzjoni.

A.   Informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel

1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika u janalizza l-informazzjoni relevanti mir-rekords ta' l-azjendza tal-provenza ta' l-annimali maħsuba għall-qatla u għandu jagħti kont tar-riżultati dokumentati ta' din il-verifika u l-analiżi meta jwettaq spezzjonijiet qabel il-qatla u wara l-qatla.

2. Meta jkun qed iwettaq kompiti ta' spezzjoni, il-veterinarju uffiċjali għandu jagħti kont taċ-ċertifikati uffiċjali li jakkumpanjaw l-annimali u ta' kull dikjarazzjonijiet magħmula minn veterinarji li jwettqu kontrolli fil-livell ta' produzzjoni primarja, inklużi veterinarji uffiċjali u veterinarji approvati.

3. Fejn l-operaturi ta' negozju fl-ikel fil-katina ta' l-ikel jieħdu miżuri addizzjonali biex jiggarantixxu s-sigurezza ta' l-ikel billi jimplimentaw sistemi integrati, sistemi privati ta' kontroll, ċertifikazzjoni indipendenti minn partijiet terzi jew b'xi mezzi oħra, u fejn dawn il-miżuri jkunu dokumentati u l-annimali koperti b'dawn l-iskemi ikunu identifikabbli b'mod ċar, il-veterinarju uffiċjali jista' jagħti kont ta' dan meta jwettaq il-kompiti ta' spezzjonijiet u jirrevedi l-proċeduri bbażati fuq il-HACCP.

B.   Spezzjoni qabel il-qatla

1. Bla ħsara għall-paragrafi 4 u 5:

(a) il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni qabel il-qatla fuq l-annimali kollha qabel il-qatla;

(b) dik l-ispezzjoni għandha sseħħ fi żmien 24 siegħa tal-wasla fil-biċċerija u anqas minn 24 siegħa qabel il-qatla.

B'żieda, il-veterinarju uffiċjali jista' jeħtieġ spezzjoni f'kull żmien ieħor.

2. Spezzjoni qabel il-qatla għandha b'mod partikolari tistabbilixxi jekk, fir-rigward ta' annimal partikolari spezzjonat, ikunx hemm xi sinjal:

(a) li l-welfare kien ġie kompromess;

jew

▼M10

(b) ta’ kull kondizzjoni li tista’ taffettwa ħażin is-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali, b’attenzjoni partikolari għall-osservazzjoni ta’ mard żoonotiku u mard tal-annimali li dwaru hemm ir-regoli li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

▼B

3. B'żieda ma' l-ispezzjonijiet ta' rutina qabel il-qatla, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni klinika ta' l-annimali kollha li l-operatur tan-negozju fl-ikel jew awżiljarju uffiċjali jista' jkun warrab.

4. Fil-każ ta'qtil ta' emerġenza barra l-biċċerija u ta' kaċċa selvaġġa, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija jew fl-istabbiliment li jimmaniġġa l-kaċċa għandu jeżamina d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw il-ġisem ta' l-annimal marħuġ mill-veterinarju jew mill-persuna mħarrġa skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

5. Fejn hemm provvedimenti għal dan fit-Taqsima III, Kapitolu II, jew fit-Taqsima IV, tista' titwettaq spezzjoni qabel il-qatla fl-azjenda tal-provenjenza. F'dawk il-każi, l-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija ikollu il-ħtieġa biss li jwettaq spezzjoni qabel il-qatla meta u sal-limitu speċifikat.

C.    Welfare ta' l-annimali

Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mar-regoli relevanti tal-Komunità u nazzjonali dwar il-welfare ta' l-annimali, bħal regoli li jikkonċernaw il-protezzjoni ta' l-annimali fil-waqt tal-qatla jew matul it-trasport.

D.   Spezzjoni wara l-qatla

▼M10

1. Il-karkassi u l-organi interni tagħhom minnufih wara l-qatla għandhom ikunu soġġetti għall-awtopsja. L-uċuħ ta’ barra kollha għandhom ikunu eżaminati. Għal dan l-għan jisgħtu jinħtieġu manipulazzjoni minima tal-karkassi u l-ġewwieni jew faċilitajiet tekniċi speċjali. Trid tinagħta attenzjoni partikolari għall-osservazzjoni ta’ mard żoonotiku u mard tal-annimali li dwaru hemm ir-regoli li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-ħeffa tal-kju għall-qatla u n-numru ta’ personal li jagħmel l-ispezzjonijiet li jrid ikun preżenti, għandhom ikunu tali mod li jippermettu spezzjoni bir-reqqa.

▼B

2. Għandhom iseħħu eżamijiet addizzjonali, bħal mess u inċiżjoni ta' partijiet tal-karkassa u l-ġewwieni u testijiet tal-laboratorju, kull fejn jitqiesu meħtieġa:

(a) biex jintlaħaq dijanjosi definittiv;

jew

(b) biex tinkixef il-presenza ta':

(i) marda ta' l-annimali,

(ii) residwi jew kontaminanti f'eċċess tal-livelli preskritti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità,

(iii) non-konformità mal-kriterji mikrobijoloġiċi,

jew

(iv) fatturi oħra li jistgħu jeħtieġu li l-laħam jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman jew li jitqegħdu restrizzjonijiet fuq l-użu tiegħu,

partikolarment fil-każ ta' annimali li jkunu għaddew minn qatla ta' emerġenza.

3. Il-veterinarju uffiċjali għandu jeħtieġ li l-karkassi ta' solipeds domestiċi, annimali bovini ta' aktar minn sitt xhur u majjali domestiċi ta' aktar minn erba' ġimgħat jintbagħtu għal spezzjoni ta' wara l-qatla maqsuma mit-tul nofs karkassi matul il-kolonna tad-dahar. Jekk l-ispezzjoni hekk teħtieġ, il-veterinarju uffiċjali jista' wkoll jeħtieġ li xi ras jew karkassa jinqasmu mit-tul. Iżda, biex jingħata kont tad-drawwiet partikolari tat-tmiegħ, żviluppi teknoloġiċi jew sitwazzjonijiet speċifiċi sanitarji, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza s-sottomissjoni għall-ispezzjoni l-karkassi ta' solipeds domestiċi, annimali bovini ta' aktar minn sitt xhur, u majjali domestiċi ta' aktar minn erba' ġimgħat, mhux maqsuma min-nofs.

4. Matul l-ispezzjoni, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi żgurat li kontaminazzjoni tal-laħam b'azzjonijiet bħal mess, qtugħ jew inċiżjonijiet tinżamm għall-minimu.

5. Fil-każ ta' qatla ta' emerġenza, il-karkassa għandha tkun suġġetta għal eżami wara l-qatla kemm jista' jkun malajr skond il-paragrafi 1 sa 4 qabel ma tiġi rilaxxata għall-konsum uman.

E.   Materjal ta' riskju speċifiku u bi-prodotti oħra ta' l-annimali

Skond regoli speċifiċi tal-Komunità dwar materjal ta' riskju speċifiku u bi-prodotti oħra mill-annimali, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika t-tneħħija, s-separazzjoni u, fejn xieraq, l-immarkar ta' dawk il-prodotti. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-operatur ta' negozju fl-ikel jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevita l-kontaminazzjoni tal-laħam b'materjal ta' riskju speċifiku matul il-qatla (inkluż l-istordiment) u t-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifiku.

F.   Ittestjar fil-laboratorju

1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li jseħħ it-teħid ta' kampjuni u li l-kampjuni jkunu identifikati u mmaniġġati kif xieraq u li jintbagħtu fil-laboratorju xieraq fil-qafas:

(a) ta' l-immonitorjar u l-kontroll ta' aġenti zoonoses u zoonotic;

(b) ta' ttestjar speċifiku fil-laboratorju għal dijanjosi tat-TSEs skond ir-Regolament (KE Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(ċ) tal-kxif ta' sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati u l-kontroll ta' sustanzi regolati, b'mod partikolari fi ħdan il-qafas tal-Pjanijiet Nazzjonali ta' Residwi msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ( 6 );

u

▼M10

(d) l-osservazzjoni ta’ mard tal-annimali li dwaru hemm ir-regoli stipulati li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

▼B

2. Il-veterinarju uffiċjali għandu wkoll jiżgura li jseħħ kull ittestjar meħtieġ ieħor fil-laboratorju.

KAPITOLU III:   IMMARKAR TAS-SAĦĦA

1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jissorvelja l-immarkar tas-saħħa u l-marki wżati.

2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura, b'mod partikolari, li:

(a) il-marka tas-saħħa tiġi applikata biss lill-annimali (mammali bid-dwiefer mgħawwġa domestiċi, mammali mrobbija tal-kaċċa minbarra logomorfi, u kaċċa kbira selvaġġa) u jkunu għaddew minn spezzjoni qabel il-qatla u wara l-qatla skond dan ir-Regolament u fejn ma jkun hemm ebda raġunijiet biex il-laħam jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman. Iżda, il-marka tas-saħħa tista' tiġi applikata qabel ma jkunu disponibbli r-riżultati ta' xi eżami għat-trichinosis, jekk il-veterinarju uffiċjali ikun sodisfatt li l-laħam mill-annimal konċernat jitqiegħed biss fis-suq jekk ir-riżultati jkunu sodisfaċenti.

u

(b) l-immarkar tas-saħħa jsir fuq il-wiċċ estern tal-karkassa, billi l-marka tiġi stampata bil-linka jew bis-sħana, u ssir b'dak il-mod li, jekk il-karkassa tinqasam f'nofs karkassi jew kwarti, jew in-nofs karkassi jinqasmu fi tlett biċċiet, kull biċċa tkun iġorr il-marka tas-saħħa.

3. Il-marka tas-saħħa għandha tkun marka ovali ta' lanqas 6,5 cm wiegħa b'4,5 cm għolja li jkun fiha l-informazzjonili ġejja f'karattri li jinqraw sew:

(a) il-marka għandha turi l-isem tal-pajjiż li fih l-istabbiliment ikun jinsab, li jista' jinkited sħiħ b'karattri kbar jew muri bħala kodifika ta' żewġ karattri skond l-istandard relevanti ISO.

▼M11

Madankollu, fil-każ tal-Istati Membri, dawn il-kodiċijiet huma BE, BG, CZ, DK, DE, EE, GR, ES, FR, HR, IE, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, SI, SK, FI, RO, SE u UK.

(b) il-marka għandha turi n-numru ta' approvazzjoni tal-biċċerija;

u

▼M6

(c) Meta applikata fi stabbiliment li jinstab fil-Komunità, il-marka għandha tkun ta’ forma ovali u tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, EC, EF, EG, EK, EO, EY, ES, EÜ, EK, EB, EZ jew WE.

Dawn l-abbrevjazzjonijiet ma għandhomx ikunu inklużi fil-marki applikati fuq laħam importat fil-Komunità minn biċċeriji li jinsabu barra l-Komunità.

▼B

4. Il-Karattri għandhom ikunu ta' lanqas 0,8 cm għoljin u l-figuri ta' lanqas 1 cm għoljin. Id-daqs u l-karattri tal-marka jistgħu jitnaqqsu għall-immarkar tas-saħħa ta' ħrief, gidjien u ħnieżer żgħar.

5. Il-kuluri wżati għall-marki tas-saħħa għandhom ikunu awtorizzati skond ir-regoli tal-Komunità dwar l-użu ta' sustanzi tal-kulur f'oġġetti ta' l-ikel.

6. Il-marka tas-saħħa għandha wkoll tinkludi indikazzjoni tal-veterinarju uffiċjali li wettaq l-ispezzjoni tas-saħħa tal-laħam. ►M3  ————— ◄

▼M12 —————

▼B

8. Laħam minn kaċċa selvaġġa bil-ġilda mhux imneġġija ma jistax iġorr marka tas-saħħa jekk wara li jitqaxxar fi stabbiliment li jimmaniġġa l-kaċċa, ikun għadda minn spezzjoni ta' wara l-qatla u jkun ġie dikjarat tajjeb għall-konsum uman.

9. Dan il-Kapitolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u l-immarkar tas-saħħa.

TAQSIMA II:   AZZJONI LI SSEGWI L-KONTROLLI

KAPITOLU I:   KOMUNIKAZZJONI TAR-RIŻULTATI TA' L-ISPEZZJONIJIET

1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jirrekordja u għandu jevalwa r-riżultati ta' l-attivitajiet ta' l-ispezzjonijiet.

2.

 

(a) Jekk spezzjoni tikxef il-presenza ta' xi marka jew kondizzjoni li tista' teffwa s-saħħa pubblika jew ta' l-annimali, jew tikkomprometti l-welfare ta' l-annimali, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-operatur tan-negozju fl-ikel.

(b) Fejn il-problema identifikata tinqala' waqt il-produzzjoni primarja, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-veterinarju li jkun jattendi l-azjenda ta' provenjenza, lill-operatur tan-negozju fl-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza (kemm-il darba dik l-informazzjoni ma tippreġudikax proċedimenti legali sussegwenti) u, fejn xieraq, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza ta' l-azjenda ta' provenjenza, jew iż-żona tal-kaċċa..

(ċ) Jekk l-annimali konċernati kienu mrobbija fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikun jinsab l-istabbiliment. Dik l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa skond il-leġislazzjoni tal-Komunità applikabbli.

3. Ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet u t-testijiet għandhom jiġu nklużi fid-databases relevanti.

▼M10

4. Jekk, waqt li jkun qiegħed iwettaq spezzjoni ta’ qabel jew ta’ wara l-mewt, jew kwalunkwe attività ta’ spezzjoni oħra, il-veterinarju uffiċjali jissuspetta li jkun hemm aġent ta’ infezzjoni ta’ mard tal-annimali li dwaru hemm stipulati r-regoli li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali fil-leġiżżlazzjoni tal-Unjoni, dan għandu jinnotifika kif jixraq lill-awtorità kompetenti u t-tnejn li huma għandhom jieħdu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex jipprevjenu t-tixrid possibbli tal-aġent infettiv.

▼B

KAPITOLU II:   DEĊIŻJONIJIET LI JIKKONĊERNAW INFORMAZZJONI DWAR IL-KATINA TA' L-IKEL

1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-annimali ma jinqatlux sakemm l-operatur tal-biċċerija ma jkunx ġie provdut bi u jkun ivverifika l-informazzjoni relevanti dwar il-katina ta' l-ikel.

2. Iżda, l-veterinarju uffiċjali jista' jippermetti li annimali jinqatlu fil-biċċerija wkoll jekk l-informazzjoni relevanti dwar il-katina ta' l-ikel ma tkunx disponibbli. F'dan il-każ, l-informazzjoni kollha relevanti dwar il-katina ta' l-ikel għandha tiġi provduta qabel ma' l-karkassa tiġi approvata għall-konsum uman. Sakemm ikun hemm deċiżjoni finali, dawk il-karkassi u l-ġewwieni relatat għandhom jinħażnu separatament minn laħam ieħor.

3. Minkejja l-paragrafu 2, fejn l-informazzjoni relevanti dwar il-katina ta' l-ikel ma tkunx disponibbli fi żmien 24 siegħa mill-wasla ta' l-annimal fil-biċċerija, il-laħam kollu mill-annimal għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman. Jekk l-annimal ikun għadu ma ġiex maqtul, huwa għandu jinqatel separatament mill-annimali l-oħra.

4. Fejn ir-rekords, dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li jakkumpanjaw juru li:

(a) l-annimali jkunu ġejjin minn azjenda jew żona suġġetta għall-projbizzjoni ta' ċaqlieq jew restrizzjoni oħra minħabba raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali jew pubblika;

(b) ir-regoli dwar l-użu ta' prodotti veterinarji mediċinali ma jkunux ġew imħarsa;

jew

(ċ) tkun presenti xi kondizzjoni oħra li tista' tolqot ħażin is-saħħa umana jew ta' l-annimali, l-annimali jistgħu ma jiġux aċċettati għall-qatla ħlief skond il-proċedura preskritta fil-leġislazzjoni tal-Komunità biex jiġu eliminati r-riskji għas-saħħa umana jew ta' l-annimali..

Jekk l-annimali jkun diġà presenti fil-biċċerija, huma għandhom jinqatlu separatament u jiġu dikjarati mhux tajbin għall-konsum uman, waqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet għat-tħaris tas-saħħa ta' l-annimali u pubblika fejn xieraq. Fejn il-veterinarju uffiċjali iqis meħtieġ, għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali fl-azjenda ta' provenjenza.

5. L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni xierqa jekk tiskopri li r-rekords, dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li jkunu jakkumpanjaw ma jkunux jikkorrispondu mas-sitwazzjoni reali ta' l-azjenda ta' provenjenza jew il-kondizzjoni reali ta' l-annimali jew ikunu mmirati xjentement biex iqarrqu bil-veterinarju uffiċjali. L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni kontra l-operatur tan-negozju fl-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza ta' l-annimali, jew kontra kull persuna oħra involuta. Din l-azzjoni tista' tikkonsisti b'mod partikolari f'kontrolli extra. L-operatur tan-negozju fl-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza jew xi persuna oħra involuta għandhom ikunu responsabbli għall-ispiża ta' dawk il-kontrolli extra.

KAPITOLU III:   DEĊIŻJONIJIET LI JIKKONĊERNAW ANNIMALI ĦAJJIN

1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mad-dmirijiet ta' l-operatur tan-negozju fl-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex jiżgura li l-annimali aċċettati għall-qatla għall-konsum uman ikunu identifikati kif imiss. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali li l-identità tagħhom ma tkunx tista tiġi aċċertata raġonevolment jinqatlu separatament u jiġu dikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum uman. Fejn il-veterinarju uffiċjali iqis meħtieġ, għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali fl-azjenda ta' provenjenza.

2. Fejn ikun hemm konsiderazzjonijiet tal-welfare ta' l-annimali li jieħdu prijorità, iż-żwiemel jistgħu jinqatlu fil-biċċerija wkoll jekk l-informazzjoni meħtieġa legalment li tikkonċerna l-identità taħhom ma tkunx ġiet provduta. Iżda. din l-informazzjoni għandha tiġi provduta qabel ma l-karkasssa tiġi dikjarata tajba għall-konsum uman. Dawn il-ħtiġijiet japplikaw ukoll fil-każ ta' qtil ta' emerġenza barra l-biċċerija.

3. Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mad-dmirijiet ta' l-operatur tan-negozju fl-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex jiżgura li l-annimali li jkollhom dawk tal-ġilda ħoxna, ġilda jew suf li jkun hemm riskju mhux aċċettabli ta' kontaminazzjoni tal-laħam matul il-qatla ma jinqatlux għall-konsum uman sakemm ma jkunux tnaqqfu qabel.

4. Annimali b'mard jew kondizzjoni li tista tiġi trasmessa lill-annimali jew bnedmin permezz ta' immaniġġar jew ikel tal-laħam u, b'mod ġenerali, annimali li juru sinjali kliniċi ta' mard sistematiku jew għelubija kbira, m'għandhomx jinqatlu għall-konsum uman. Dawk l-annimali għandhom jinqatlu separatament, taħt kondizzjonijiet li annimali jew karkassi oħra ma jkunux jistgħu jiġu kontaminati, u dikjarati mhux tajbin għall-konsum uman.

5. Il-qtil ta' annimali suspettati li jkollhom marda jew kondizzjoni li tista' tolqot ħażin is-saħħa umana jew ta' l-annimali għandu jiġi pospost. Dawk l-annimali għandhom jgħaddu minn eżami dettaljat qabel il-qatla sabiex issir dijanjosi. B'żieda, il-veterinarju uffiċjali jista' jiddeċiedi li jsiru eżami ta' kampjuni u tal-laboratorju biex jissupplimentaw l-ispezzjoni ta' wara l-qatla. Fejn meħtieġ, l-annimali għandhom jinqatlu separatament jew fl-aħħar tal-qatla normali, waqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta' laħam ieħor.

6. L-annimali li jista' jkun fihom residwi ta' prodotti veterinarji mediċinali fl-eċċess tal-livelli preskritti skond il-leġislazzjoni tal-Komunità, jew residwi ta' sustanzi pprojbiti, għandhom jiġu ttratti skond id-Direttiva 96/23/KE.

7. Il-veterinarju uffiċjali għandu jimponi l-kondizzjonijiet li taħthom annimali għandhom jiġu ttrattati taħt skema speċifika għall-eradikazzjoni jew kontroll ta' mard speċifiku, bħall-bruċellożi jew it-tuberkulożi, jew aġenti żoonotiċi bħal salmonella, taħt is-sorveljanza diretta tiegħu/tagħha. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinqatlu dawk l-annimali. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikollhom il-mira li jnaqqsu l-kontaminazzjoni ta' annimali oħra u l-laħam ta' annimali oħra.

8. L-annimali li jkunu presentati f'biċċerija għall-qatla għandhom bħala regola ġenerali jinqatlu hemmhekk. Iżda, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħala ħsara serja fil-faċilitajiet tal-qatla, il-veterinarju uffiċjali jista' jippermetti ċ-ċaqlieq dirett għal biċċerija oħra.

KAPITOLU IV:   DEĊIŻJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-WELFARE TA' L-ANNIMALI

1. Fejn ir-regolili jikkonċernaw il-protezzjoni ta' l-annimali fil-waqt tal-qatla jew il-qtil ma jkunux rispettati, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-operatur tan-negozju fl-ikel jieħu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa u jipprevjeni milli dan jerġa jseħħ.

2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu attitudni proporzjonata u progressiva biex jinforza azzjoni, li tibda mill-ħruġ ta' struzzjonijiet biex titnaqqas jew titwaqqaf ir-riduzzjoni, skond in-natura u l-gravità tal-problema.

3. Fejn xieraq, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra bi problemi ta' welfare.

4. Fejn il-veterinarju uffiċjali jiskopri li r-regoli li jikkonċernaw il-protezzjoni ta' annimali matul it-trasport ma jkunux qed jiġu rispettati, hu jew hi jista' jieħu l-miżuri meħtieġa skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.

5. Fejn:

(a) awżiljarju uffiċjali jkun qed iwettaq verifiki dwar il-welfare ta' l-annimali skond it-Taqsimiet II jew IV;

u

(b) dawk il-verifiki jidentifikaw nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' l-annimali,

l-awżiljarju uffiċjali għandu minnufih jinforma lill-veterinarju uffiċjali u, fejn meħtieġ, u f'każi ta' urġenza, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 sakemm jasal il-veterinarju uffiċjali.

KAPITOLU V:   DEĊIŻJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-LAĦAM

1. Il-laħam għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman jekk:

(a) ikun ġej minn annimalili ma jkunux għaddew minn ispezzjoni ta' qabel il-qatla, ħlief għal annimali selvaġġi kkaċċati;

(b) ikun ġej minn annimali li l-ġewwieni tagħhom ma jkunx għadda minn spezzjoni ta' wara l-qatla, sakemm mhux provdut mod ieħor taħt dan ir-regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(ċ) ikun ġej minn annimali li jkunu mejtin qabel il-qatla, imwielda mejta, mhux imwielda jew maqtula qabel l-età ta' sebat ijiem;

(d) jirriżulta minn irqim tal-limiti tal-progress;

▼M10

(e) ikun ġej minn annimali milquta b’mard li dwaru hemm ir-regoli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE ( 7 ), ħlief jekk dan inkiseb skont ir-rekwiżiti speċifiċi stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fit-Taqsima IV;

▼B

(f) ikun ġej minn annimali affettwati minn mard ġeneralizzat, bħal septicaemia ġeneralizzata pyaemia, toxaemia jew viraemia;

(g) ma jkunx jikkonforma mal-kriterji mikrobijoloġiċi preskritti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità biex jiġi stabbilit jekk l-ikel jistax jitqiegħed fis-suq;

(h) juri infestazzjoni parasitika, kemm-il darba mhux provdut mod ieħor fit-Taqsima IV;

(i) ikun fih residwi jew kontaminanti fl-eċċess tal-limiti preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità. Kull qbiż tal-livell relevanti għandu jwassal għal analiżi addizzjonali fejn xieraq;

(j) mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni aktar speċifika tal-Komunità, ikun ġej minn annimali jew karkassi li jkun fihom residwi ta' sustanzi pprojbiti jew minn annimali li jkunu ġew ittrattati b'sustanzi pprojbiti;

(k) jikkonsisti fil-fwied u l-kliewi ta' annimali li jkollhom aktar minn sentejn minn reġjuni fejn l-implimentazzjoni ta' pjanijiet approvati skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/23/KE tkun uriet il-presenza ġeneralizzata ta' metalli tqal fl-ambjent;

(l) ikun ġie ttrattat illegalment b'sustanzi dikontaminanti;

(m) ikun ġie ttrattat illegalment b'raġġi ionising jew UV;

(n) ikun fih partikoli barranin (ħlief, fil-każ ta' kaċċa selvaġġa, materjal li jintuża għall-kaċċa ta' l-annimali);

(o) jeċċedi l-livelli massimi permessi ta' radjuattività preskritti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità;

(p) jindika bidliet pato-psikoloġiċi, anomaliji fil-konsistenza, ħruġ ta' demm insuffiċjenti (ħlief għall-kaċċa selvaġġa) jew anomaliji organoleptiċi, b'mod partikolari rieħa sesswali qawwija;

(q) ikun ġej minn annimali magħlubin ħafna;

(r) ikun fih materjal ta' riskju speċifiku, ħlief kif hemm provdut taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità;

(s) juri ħmieġ, ħmieġ ta' l-imsaren jew kontaminazzjoni oħra;

(t) jikkonsisti f'demm li jista' jikkostitwixxi riskju għas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali minħabba l-istatus tas-saħħa ta' xi annimal li jkun ġej minnu jew kontaminazzjoni li tirriżulta matul il-proċess tal-qatla;

(u) fl-opinjoni tal-veterinarju uffiċjali, wara eżami ta' l-informazzjoni kollha relevanti, jista' jikkostitwixxi riskju għas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali jew għal xi raġuni oħra ma jkunx adattat għall-konsum uman.

▼M10

2. Il-veterinarju uffiċjali jista’ jimponi r-rekwiżiti dwar l-użu tal-laħam ta’ annimali:

(a) li kellhom jinqatlu b’emerġenza f’post ieħor barra l-biċċerija,

(b) jekk il-laħam ikun ġej minn merħliet li l-laħam tagħhom ikun se jiġi ttrattat skont il-Parti (E) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qabel ma’ jinħareġ għas-suq.

▼B

TAQSIMA III:   RESPONSABBILTAJIET U FREKWENZA TA' KONTROLLI

KAPITOLU I:   AWŻILJARJI UFFIĊJALI

L-awżiljari uffiċjali jistgħu jassistu lill-veterinarju uffiċjali fil-kompiti kollha, suġġetti għar-restrizzjonijiet li ġejjin u għal xi regoli speċifiċi preskritti fit-Taqsima IV:

1. b'relazzjoni ma' kompiti ta' verifika, l-awżiljari uffiċjali jistgħu jiġbru biss informazzjoni li tirrigwarda prattiċi tajbin ta' iġjene u proċeduri bbażati fuq l-HACCP;

▼M12

2. f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spezzjonijiet ante-mortem u kontrolli li jikkonċernaw il-benesseri tal-annimali, l-uffiċjali awżiljarji jistgħu jgħinu biss f’xogħlijiet purament prattiċi li jistgħu jinkludu l-preselezzjoni ta’ annimali b’anormalitajiet;

▼B

3. b'relazzjoni ma' spezzjonijiet wara l-qatla, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika regolarment ix-xogħol ta' l-awżiljarji uffiċjali u, fil-każ ta' annimali li jkunu għaddew minn qatla ta' emerġenza barra l-biċċerija, iwettaq l-ispezzjoni personalment.

KAPITOLU II:   FREKWENZA TA' KONTROLLI

1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ta' l-anqas veterinarju uffiċjali wieħed ikun presenti:

(a) fil-biċċeriji, matul il-ħin kollu ta' l-ispezzjonijiet ta' qabel il-qatla u ta' wara l-qatla:

u

(b) fi stabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa, matul il-ħin kollu ta' l-ispezzjoni ta' wara l-qatla..

2. Iżda, l-awtorità kompetenti tista' tadatta din l-attitudni f'ċerti biċċeriji u stabbilimenti li jimmaniġġaw il-kaċċa identifikati fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju u skond il-kriterji preskritti skond l-Artikolu 18, il-punt 3, jekk ikun hemm. F'dawk il-każi:

(a) mhux meħtieġ li l-veterinarju uffiċjali ikun presenti fil-waqt ta' l-ispezzjoni ta' qabel il-qatla fil-biċċerija jekk:

(i) veterinarju uffiċjali jew veterinarju approvat iwettaq spezzjoni qabel il-qatla fl-azjenda ta' provenjenza, jivverifika l-informazzjoni tal-katina ta' l-ikel u jikkomunika r-riżultati tal-verifika lill-awżiljarju uffiċjali fil-biċċerija,

(ii) l-awżiljarju uffiċjali fil-biċċerija jkun sodisfatt li l-informazzjoni tal-katina ta' l-ikel ma tippuntax lejn xi problema possibbli għas-sigurezza ta' l-ikel u li l-istat ġenerali tas-saħħa u l-welfare ta' l-annimal ikunu sodisfaċenti,

u

(iii) il-veterinarju uffiċjali regolarment jissodisfa lilu nnifsu/lilha nnifisha li l-awżiljarju uffiċjali jkun qed iwettaq dawk il-verifiki kif imiss;

(b) Il-veterinarju uffiċjali mhux meħtieġ li jkun presenti 'l-ħin kollu matul l-ispezzjoni ta' wara l-qatla jekk:

(i) awżiljaru uffiċjali jwettaq spezzjoni ta' wara l-qatla u jwarrab laħam b'annormalitajiet u kull laħam ieħor mill-istess annimal,

(ii) il-veterinarju uffiċjali sussegwentement jispezzjona dak il-laħam kollu,

u

(iii) l-awżiljarju uffiċjali jiddokumenta l-proċeduri tiegħu/tagħha u s-sejbiet b'dak il-mod li jippermetti lill-veterinarju uffiċjali li jkun sodisfatt li l-istandards ikunu qed jintlaħqu.

Iżda, fil-każ ta' tjur u logomorfi, l-awżiljarju uffiċjali jista' jiskarta l-laħam b'annormalitajiet u, bla ħsara għat-Taqsima IV, il-veterinarju uffiċjali mhux meħtieġ li jispezzjoni sistematikament dak il-laħam kollu.

3. Il-flessibilità li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 2 ma tapplikax:

(a) għal annimali li jkunu għaddew minn qatla ta' emerġenza;

(b) għal annimali suspettati li jkollhom marda jew kondizzjoni li tista' taffettwa ħażin is-saħħa umana;

(ċ) għal annimali bovini minn merħliet li ma kienux ġew dikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi;

(d) għal annimali bovini, ovini u kaprini minn merħliet li ma kienux ġew dikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi;

▼M10

(e) f’każ ta’ tifqigħa ta’ mard tal-annimali li dwaru hemm ir-regoli stipulati li jikkonċernaw is-saħħa tal-annimali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jikkonċerna annimali li jkunu suxxettibbli għall-marda partikolari inkwistjoni u li jkunu ġejjin mir-reġjun partikolari skont kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE ( 8 );

(f) meta jkunu meħtieġa kontrolli aktar stretti biex jieħdu ħsieb xi mard li qed jitfaċċa jew għal xi marda partikolari elenkata mill-OIE (Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku).

▼B

4. Fl-impjanti tat-tqattiegħ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li veterinarju uffiċjali jew awżiljarju uffiċjali ikun presenti meta l-laħam ikun qed jinħadem jew fi frekwenza xierqa biex jinkisbu l-miri ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU III:   INVOLVIMENT TA' L-IMPJEGATI TA' BIĊĊERIJA

A.   KOMPITI SPEĊIFIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PRODUZZJONI TA' LAĦAM MINN TJUR U LOGOMORFI

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impjegati ta' biċċerija jieħdu taħt idejhom l-attivitajiet ta' awżiljarji uffiċjali fil-kontroll tal-produzzjoni ta' laħam tat-tjur u l-fniek taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼M6

(a) Fejn l-istabbiliment ikun għamel użu minn prassi iġjenika tajba skond l-Artikolu 4(4) tar-Regolament u l-proċedura HACCP għal mill-inqas 12-il xahar, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-istaff tal-istabbiliment biex iwettaq ħidmiet ta’ awżiljarji uffiċjali. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-istaff tal-istabbiliment ikun tħarreġ, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, bl-istess mod bħall-awżiljarji uffiċjali għall-ħidmiet tal-awżiljarji uffiċjali jew għall-ħidmiet speċifiċi li huma awtorizzati li jwettqu. Dan l-istaff għandu jkun taħt is-sorveljanza, id-direzzjoni u r-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-veterinarju uffiċjali għandu jkun preżenti fl-eżamijiet ante-mortem u post-mortem, għandu jissorvelja dawn l-attivitajiet u jwettaq testijiet regolari ta’ prestazzjoni biex jiżgura li l-prestazzjoni tal-istaff tal-biċċerija tissodisfa l-kriterji speċifiċi stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandu jiddokumenta r-riżultati ta’ dawn it-testijiet ta’ prestazzjoni. Fejn il-livell tal-iġjene tal-istabbiliment ikun affettwat mill-ħidma ta’ dan l-istaff, fejn l-istaff ma jwettaqx il-ħidmiet kif xieraq jew fejn b’mod ġenerali l-istaff iwettaq ħidmietu b’mod li l-awtorità kompetenti tqis li mhuwiex sodisfaċenti, l-awżiljarji uffiċjali għandhom jieħdu post dan l-istaff.

▼B

(b) L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha tiddeċiedi, fil-prinċipju u fuq il-bażi ta' każ b'każ, jekk tippermettix l-implimentazzjoni tas-sistema deskritta hawn fuq. Fejn l-Istat Membru jiddeċiedi fil-prinċipju favur is-sistema, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dik id-deċiżjoni u bil-kondizzjonijiet assoċjati magħha. Għall-operaturi ta' negozju fl-ikel li jimplimentaw din is-sistema, l-użu attwali tas-sistema mhux obbligatorju. L-operaturi ta' negozju fl-ikel m'għandhomx ikunu sfurzati mill-awtorità kompetenti biex jintroduċu s-sistema deskritta hawnhekk. Fejn l-awtorità kompetenti ma tkunx konvintali l-operatur ta' negozju fl-ikel jissodisfa l-ħtiġijiet, is-sistema m'għandhiex tkun implimentata f'dak l-istabbiliment. Sabiex jiġi stmat dan, l-awtorità kompetenti għandha twettaq analiżi tar-rekords ta' produzzjoni u spezzjoni, it-tip ta' attivitajiet imwettqa fl-istabbiliment, l-istorja ta' konformità mar-regoli, il-ħila, l-attitudni professjonali u s-sens ta' responsabbiltà ta' l-impjegati tal-biċċerija fir-rigward tas-sigurezza fl-ikel, flimkien ma' informazzjoni oħra relevanti.

B.   KOMPITI TA' KAMPJONAR SPEĊIFIKU U TTESTJAR

L-impjegati ta' biċċerija li jkunu rċevew taħriġ speċifiku, taħt is-sorveljanza ta' l-veterinarju uffiċjali, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà u s-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali, iwettqu kompiti ta' kampjonar speċifiku u ttestjar fir-rigward ta' annimali ta' l-ispeċi kollha.

KAPITOLU IV:   KWALIFIKI PROFESSJONALI

A.   VETERINARJI UFFIĊJALI

1. L-awtorità kompetenti tista' taħtar biss veterinarji li jkunu għaddew minn test li jilħaq il-ħtiġijiet tal-paragrafu 2 bħala veterinarji uffiċjali.

2. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-arranġamenti għat-test. It-test għandu jikkonferma għerf fis-suġġetti li ġejjin sal-limitu meħtieġ skond l-isfond u l-kwalifiki tal-veterinarju.

(a) leġislazzjoni nazzjonali u tal-Komunità dwar saħħa pubblika veterinarja, sigurezza ta' l-ikel, saħħa ta' l-annimali, welfare ta' l-annimali u sustanzi farmaċewtiċi;

(b) il-prinċipji tal-politika agrikolu komuni, il-miżuri tas-suq il-ħlasjiet lura ta' l-esportazzjoni u l-kxif ta' frodi (inkluż fil-kuntest globali: WTO, SPS, Codex Alimentarius, OIE);

(ċ) l-affarijiet l-aktar importanti ta' l-ipproċessar ta' l-ikel u t-teknoloġija ta' l-ikel;

(d) il-prinċipji, l-kunċetti u l-metodi ta' prattika tajba ta' manifattura u l-amministrazzjoni tal-kwalità;

(e) l-amministrazzjoni tal-kwalità qabel il-ħsad (prattiċi tajba ta' biedja);

(f) il-promozzjoni u l-użu ta' l-iġjene fl-ikel, sigurezza relatata ma' l-ikel (prattiċi tajba ta' iġjene);

(g) il-prinċipji, kunċetti u metodi ta' l-analiżi tar-riskju;

(h) il-prinċipji, kunċetti u metodi ta' l-HACCP, l-użu tal-HACCP matul il-katina kollha ta' produzzjoni ta' l-ikel;

(i) il-prevenzjoni u l-kontroll ta' perikoli li jinġarru fl-ikel relatati mas-saħħa umana;

(j) id-dinamika tal-popolazzjoni ta' infezzjoni u intossikazzjoni;

(k) epidemoloġija dijanjostika;

(l) sistemi ta' mmonitorjar u sorveljanza;

(m) il-verifika u stima regolatorja tas-sistemi ta' amministrazzjoni tas-sigurezza ta' l-ikel;

(n) il-prinċipji u l-applikazzjonijiet dijanjostiċi ta' metodi moderni ta' ttestjar;

(o) it-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni kif relatati mas-saħħa pubblika veterinarja;

(p) l-immaniġġar tad-data u l-applikazzjonijiet ta' biostatistika;

(q) l-investigazzjonijiet ta' tfaqqiegħ ta' mard li jinġarr mill-ikel fil-bniedem;

(r) l-aspetti relevanti li jikkopnċernaw it-TSEs;

(s) il-welfare ta' l-annimali fil-livell tal-produzzjoni, trasport u qatla;

(t) kwistjonijiet ambjentali relatati mal-produzzjoni ta' l-ikel (inkluż l-immaniġġar ta' l-iskart);

(u) il-prinċipju ta' prekawzjoni u tħassib dwar il-konsumatur;

u

(v) il-prinċipji ta' taħriġ tal-ħaddiema li jaħdmu fil-katina tal-produzzjoni.

Il-kandidati jistgħu jiksbu l-għerf meħtieġ bħala parti mit-taħriġ bażiku veterinarju tagħhom jew permezz ta' taħriġ magħmul, jew esperjenza professjonali miksuba, wara li jikkwalifikaw bħala veterinarji. L-awtorità kompetenti tista' tirranġa għal testijiet differenti biex jagħtu kont ta' l-isfond tal-kandidati. Iżda fejn l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li kandidat ikun kiseb l-għerf kollu meħtieġ bħala parti minn grad universitarju, jew permezz ta' edukazzjoni li titkompla li tirriżulta fi kwalifiki post gradwazzjoni, hija tista' tiskarta l-ħtieġa għal test.

3. Il-veterinarju għandu jkollu d-dispożizzjoni għall-koperazzjoni multidixxiplinarja.

4. B'żieda, kull veterinarju uffiċjali għandu jgħaddi minn taħriġ prattiku għal perjodu ta' prova ta' l-anqas ta' 200 siegħa qabel ma jibda jaħdem b'mod indipendenti. Matul dan il-perjodu dak li jkun taħt il-perjodu ta' prova għandu jaħdem taħt is-sorveljanza ta' veterinarji uffiċjali eżistenti f'biċċeriji, impjanti tat-tqattiegħ, postijiet ta' spezzjoni tal-laħam frisk u fl-azjendi. B'mod partikolari t-taħriġ għandu jikkonċerna l-verifika ta' sistemi ta' aministrazzjoni ta' sigurezza ta' l-ikel.

5. Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm għerf aġġornat u jżomm ruġu aġġornat ma' żviluppi ġodda permezz ta' attivitajiet ta' edukazzjoni regolari li tkompli u letteratura professjonali. Il-veterinarju uffiċjali għandu, fejn possibbli, jieħu sehem kull sena f'attivitajiet ta' edukazzjoni li tkompli.

6. Il-veterinarji diġà maħtura bħala veterinarji uffiċċjali għanu jkollhom għerf biżżejjed tas-suġġetti msemmija fil-paragrafu 2. Fejn meħtieġ, huma għandhom jakkwistaw dan l-għerf permezz ta' attivitajiet edukattivi li jkomplu. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel dispożizzjonijiet adegwati f'dan ir-rigward.

7. Minkejja l-paragrafi 1 sa 6, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli speċifiċi għal veterinarji uffiċjali li jaħdmu fuq il-bażi ta' mhux il-ħin kollu li huma responsabbli għall-ispezzjonijiet ta' negozji żgħar.

B.   AWŻILJARJI UFFIĊJALI

1. L-awtorità kompetenti tista' taħtar awżiljarji uffiċjali biss persuni li jkunu għaddew minn taħriġ u li jkunu għaddew minn test skond il-kondizzjonijiet meħtieġa li ġejjin.

2. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel l-arranġamenti għal dawk it-testijiet. Biex ikunu eliġibbli għal dawk it-testijiet, il-kandidati għandhom jagħtu prova li jkunu rċevew:

(a) ta' l-anqas 500 siegħa ta' taħriġ teoretiku u ta' l-anqas 400 siegħa ta' taħriġ prattiku, li jkopri l-oqsma speċifikati fil-paragrafu 5;

u

(b) dak it-taħriġ addizzjonali hekk kif jista' jkun meħtieġ biex jippermetti lill-awżiljari uffiċjali li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod kompetenti.

3. It-taħriġ prattiku msemmi fil-paragrafu 2(a) għandu jseħħ f'biċċeriji u impjanti tat-tqattiegħ, taħt is-sorveljanza ta' veterinarju uffiċjali, u f'azjendi u stabbilimenti relevanti oħra.

4. It-taħriġ u t-testijiet għandhom jikkonċernaw primarjament laħam aħmar jew laħam tat-tjur. Iżda, persuni li jgħaddu minn taħriġ għal waħda miż-żewġ kategoriji u jkunu għaddew mit-test jeħtieġilhom biss li jgħaddu minn taħriġ imqassar biex jgħaddu mit-test tal-kategorija l-oħra. It-taħriġ u t-test għandhom ikopru kaċċa selvaġġa, kaċċa mrobbija u lagomorfi, fejn xieraq.

5. It-taħriġ għall-awżiljari uffiċjali għandu jkopriu t-testijiet għandhom jikkonfermaw l-għerf tas-, suġġetti li ġejjin:

(a) f'dak li għandu x'jaqsam ma' azjendi:

(i) parti teoretika:

 familjarità ma' l-organizzazzjoni ta' l-industrija tal-biedja, metodi ta' produzzjoni, kummerċ internazzjonali eċċ.,

 prattiċi tajbin tat-trobbija ta' l-annimali,

 għerf bażiku ta' mark, b'mod partikolari zoonoses - virus, batterja, parasiti, eċċ.,

 immonitorjar għall-mard, l-użu ta' mediċini u vaċċini, ittestjar ta' residwi,

 spezzjonijiet ta' l-iġjene u tas-saħħa,

  welfare ta' l-annimali fir-razzett u matul it-trasport,

 ħtiġijiet ambjentali – fil-bini, fuq l-irziezet u b'mod ġenerali,

 liġijiet relevanti, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi,

 dak li jikkonċerna l-konsumatur u kontroll ta' kwalità;

(ii) parti prattika:

 żjarat għal azjendi ta' tipi differenti u li jużaw metodi differenti ta' trobbija,

 żjarat fi stabbilimenti ta' produzzjoni,

 osservazzjoni tat-tagħbija u l-ħatt ta' l-annimali,

 dimostrazzjonijiet fil-laboratorju,

 verifiki veterinarji,

 dokumentazzjoni;

(b) f'dak li għandu x'jaqsam mal-biċċeriji u l-impjanti tat-tqattiegħ:

(i) parti teoretika:

 familjarità ma' l-organizzazzjoni ta' l-industrija tal-laħam, metodi ta' produzzjoni kummerċ internazzjonali u teknoloġija tal-qatla u tat-tqattiegħ,

 tagħrif bażiku ta' l-iġjene u prattiċi tajbin ta' l-iġjene, u b'mod partikolari l-iġjene industrijali, l-iġjene tal-qatla, tat-tqattiegħ u tal-ħażna, l-iġjene fuq ix-xogħol,

 proċeduri ta' l-HACCP u l-verifika ta' proċeduri bbażati fuq l-HACCP,

 il-welfare ta' l-annimali waqt il-ħatt wara t-trasport u fil-biċċerija,

 tagħrif bażiku dwar l-anatomija u l-fiżjoloġija ta' annimali maqtula,

 tagħrif bażiku dwar il-patoloġija ta' annimali maqtula,

 tagħrif bażiku dwar l-anatomija patoloġika ta' annimali maqtula,

 tagħrif relevanti li jikkonċerna t-TSEs u aġenti oħra importanti zoonoses u zoonotic,

 tagħrif dwar il-metodi u l-proċeduri għall-qatla, spezzjoni, preparazzjoni tgeżwir, pakkeġġar u trasport ta' laħam frisk,

 tagħrif bażiku dwar mikrobijoloġija,

 spezzjoni qabel il-qatla,

 eżami għat-trichinosis,

 spezzjoni wara l-qatla,

 kompiti amministrattivi,

 għerf tal-liġijiet relevanti, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi,

 proċeduri ta' kampjonar,

 aspetti ta' frodi;

(ii) parti prattika:

 identifikazzjoni ta' l-annimali,

 verifiki dwar l-età,

 spezzjoni u stima ta' annimali maqtula,

 spezzjoni wara l-qatla fil-biċċerija,

 eżami għat-trichinosis,

 identifikazzjoni ta' l-ispeċji ta' l-annimali permezz ta' eżami tal-partijiet tipiċi ta' l-annimal,

 l-identifikazzjoni u l-kummenti dwar partijiet ta' l-annimali maqtula li fihom ikunu seħħew bidliet,

 kontroll ta' l-iġjene, inkluża l-verifika ta' prattiċi tajbin ta' iġjene u proċeduri bbażati fuq l-HACCP,

 rekordjar tar-riżultati ta' l-ispezzjoni qabel il-qatla,

 kampjonar,

 traċċabilità tal-laħam,

 dokumentazzjoni.

6. L-awżiljari uffiċjali għandhom iżommu għerf aġġornat u jżommu ruħom aġġornati ma' żviluppi ġodda permezz ta' attivitajiet edukattivi regolari li jkomplu u letteratura professjonali. L-awżiljarju uffiċjali għandu, fejn possibbli, jieħu sehem f'attivitajiet annwali edukattivi li jkomplu

7. Persuni diġa maħtura bħala awżiljarji uffiċjali għandu jkollhom għerf adegwat fis-suġġetti msemmija fil-paragrafu 5. Fejn meħtieġ, huma għandhom jakkwistaw dan l-għerf permezz ta' attivitajiet edukattivi li jkomplu. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel dispożizzjonijiet adegwati f'dan ir-rigward.

8. Iżda, fejn l-awżiljarji uffiċjali jwettqu biss kampjonar u analiżi b'konnessjoni ma' eżamijiet għat-trichinosis, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura biss li jkunu rċevew it-taħriġ adattat għal dawn il-kompiti.

TAQSIMA IV:   ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI

KAPITOLU I:   ANNIMALI DOMESTIĊI BOVINI

A.   ANNIMALI BOVINI TAĦT IS-SITT ĠIMGĦAT

Il-karkassi u l-ġewwieni ta' annimali bovini taħt is-sitt ġimgħat għandhom jgħaddu mill-proċeduri li ġejjin ta' eżami wara l-qatla:

1. spezzjoni viżwali tar-ras u l-grieżem; inċiżjoni u eżami tar-retropharyngeal lymph nodes (Lnn retropharyngiales); spezzjoni tal-ħalq u l-ħmieġ; mess ta' l-ilsien; ►M4  ————— ◄

2. spezzjoni viżwali tal-pulmuni, t-trachea u l-oesophagus; mess tal-pulmuni; inċiżjoni u eżami tal-bronki u tal-mediastinal lymph nodes (Lnn. bifucationes, eparteriales u mediastinales). It-trachea u l-fergħat prinċipali tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u għandha ssir inċiżjoni fil-pulmuni fil-parti terza ta' wara, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet m'humiex meħtieġa fejn il-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum uman.

3. spezzjoni viżwali tal-pericardium u l-qalb, b'din imsemmija l-aħħar isirilha inċiżjoni fit-tul sabiex tiftaħ il-ventrikli u qata' minn ġewwa l-interventricular septum;

4. spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

5. tal-fwied u l-hepatic u l-pancreatic lymph nodes, (Lnn portales); mess u, fejn meħtieġ, inċiżjoni tal-fwied u l-lymph nodes tiegħu;

6. spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro-intestinali, l-mesentery, il-lymph nodes ġastriċi u mesenteric (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); mess u, fejn meħtieġ, inċiżjoni tal-lymph nodes gastriċi u mesenteric.

7. spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, mess tal-milsa;

8. spezzjoni viżwali tal-kliewi; inċiżjoni, fejn meħtieġ, tal-kliewi u tar-renal lymph nodes (Lnn. renales);

9. spezzjoni viżwali tal-pleura u l-peritoneum;

10. spezzjoni viżwali u mess tar-reġjun umbilikali u l-ġogi. Fil-każ ta' dubbju, r-reġjun umbilikali għandha ssir inċiżjoni fih u l-ġogi miftuħa; is-synovial fluid għandu jiġi eżaminat.

B.   ANNIMALI BOVINI TA' AKTAR MINN SITT ĠIMGĦAT

Il-karkassi u l-ġewwieni ta' annimali bovini ta' aktar minn sitt ġimgħat għandhom jgħaddu mill-proċedura ta' spezzjoni ta' wara l-qatla li ġejjin:

1. spezzjoni viżwali tar-ras u l-grieżem; inċiżjoni u eżami tas-sub-maxillary, retropharyngeal u l-parotid lymph nodes (Lnn retropharyngiales, mandibulares u parotidei); eżami tal-masseters esterni, li fihom għandhom isiru żewġ inċiżjonijiet paralleli mal-mandible, u l-masseters interni (muskoli interni pterygoid), li għandhom jinqatgħu fuq pjan wieħed. L-ilsien għandu jitneħħa biex jippermetti spezzjoni viżwali dettaljata tal-ħalq u l-fawċi li għandha hi stess tiġi spezzjonata viżwalment u tintmess ►M4  ————— ◄ ;

2. spezzjoni tat-trachea u l-oesophagus; spezzjoni viżwali u mess tal-pulmuni; inċiżjoni u eżami tal-bronchial u mediastinal lymph nodes (Lnn. bifucationes, eparteriales u mediastinales). It-trachea u l-fergħat prinċipali tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u għandha ssir inċiżjoni fil-pulmuni fil-parti terza ta' wara, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet m'humiex meħtieġa fejn il-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum uman;

3. spezzjoni viżwali tal-pericardium u l-qalb, b'din imsemmija l-aħħar isirilha inċiżjoni fit-tul sabiex tiftaħ il-ventrikli u qata' minn ġewwa l-interventricular septum;

4. spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

5. spezzjoni viżwali u mess tal-fwied u l-hepatic u l-pancreatic lymph nodes, (Lnn portales); inċiżjoni tal-wiċċ gastriku tal-fwied u l-bażi tal-caudate lobe biex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili;

6. spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro-intestinali, l-mesentery, il-lymph nodes ġastriċi u mesenteric (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); mess u, fejn meħtieġ, inċiżjoni tal-lymph nodes gastriċi u mesenteric.

7. spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, mess tal-milsa;

8. spezzjoni viżwali tal-kliewi; inċiżjoni, fejn meħtieġ, tal-kliewi u tar-renal lymph nodes (Lnn. renales);

9. spezzjoni viżwali tal-pleura u l-peritoneum;

10. spezzjoni viżwali ta' l-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun tneħħa diġà);

11. spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, mess u inċiżjoni tal-bżieżel u l-lymph nodes tagħhom (Lnn. supramammarii). Fil-baqar, kull nofs tal-beżżula għandu jinfetaħ permezz ta' inċiżjoni twila fonda sal-lactiferous sinuses (sinus lactiferes) u għandha ssir inċiżjoni fil-lymph nodes tal-bżieżel, ħlief fejn il-bżieżel ikunu esklużi mill-konsum uman.

KAPITOLU II:   NAGĦAĠ U MOGĦOŻ DOMESTIĊI

Il-karkassi u l-ġewwieni ta' nagħaġ u mogħoż għandhom jgħaddu mill-proċeduri ta' spezzjoni ta' wara l-qatla li ġejjin:

1. spezzjoni viżwali tar-ras wara li titqaxxar u, fil-każ ta' dubbju, eżami tal-grieżem, il-ħalq, l-ilsien u r-retropharyngeal ud parotid lymph nodes. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali, dawn l-eżamijiet m'humiex meħtieġa jekk l-awtorità kompetenti tkun tista' tiggarantixxi li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, ikunu esklużi għall-konsum uman;

2. spezzjoni tal-pulmuni t-trachea u l-oesophagus; mess tal-pulmuni u l-bronchial u mediastinal lymph nodes (Lnn. bifucationes, eparteriales u mediastinales); fil-każ ta' dubbju, dawn l-organi u l-lymph nodes għandhom ikunu inċiżi u eżaminati;

3. spezzjoni viżwali tal-pericardium u l-qalb; fil-każ ta' dubbju, l-qalb għandha ssirilha inċiżjoni u tiġi eżaminata;

4. spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

5. spezzjoni viżwali u mess tal-fwied u l-hepatic u l-pancreatic lymph nodes, (Lnn portales); mess tal-fwied u l-lymph nodes; inċiżjoni tal-wiċċ gastriku tal-fwied biex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili;

6. spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro-intestinali, l-mesentery u l-lymph nodes ġastriċi u mesenteric (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

7. spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, mess tal-milsa;

8. spezzjoni viżwali tal-kliewi; inċiżjoni, fejn meħtieġ, tal-kliewi u tar-renal lymph nodes (Lnn. renales);

9. spezzjoni viżwali tal-pleura u l-peritoneum;

10. spezzjoni viżwali ta' l-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun tneħħa diġà);

11. spezzjoni viżwali tal-bżieżel u l-lymp nodes tagħhom;

12. spezzjoni viżwali u mess tar-reġjun umbilikali u l-ġogi ta' annimali żgħar fl-età. Fil-każ ta' dubju, r-reġjun umbilikali għandha ssir inċiżjoni fih u l-ġogi miftuħa; is-synovial fluid għandu jiġi eżaminat.

KAPITOLU III:   ANNIMALI B'DIFREJHOM SODI DOMESTIĊI

Il-karkassi u l-ġewwieni ta' annimali b'difrejhom sodi domestiċi għandhom jgħaddu mill-proċeduri ta' spezzjoni ta' wara l-qatla li ġejjin:

1. spezzjoni viżwali tar-ras u wara li jitneħħa l-ilsien, il-grieżem; mess u, fejn meħtieġ, inċiżjoni u eżami tas-sub-maxillary, retropharyngeal u l-parotid lymph nodes (Lnn retropharyngiales, mandibulares u parotidei). L-ilsien għandu jitneħħa biex jippermetti spezzjoni viżwali dettaljata tal-ħalq u l-fawċi li għandha hi stess tiġi spezzjonata viżwalment u tintmess ►M4  ————— ◄ ;

2. spezzjoni tal-pulmun, it-trachea u l-oesophagus; mess tal-pulmun; mess u, fejn meħtieġ, inċiżjoni tal-bronchial u mediastinal lymph nodes (Lnn. bifucationes, eparteriales u mediastinales). It-trachea u l-fergħat prinċipali tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u għandha ssir inċiżjoni fil-pulmuni fil-parti terza ta' wara, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet m'humiex meħtieġa fejn il-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum uman;

3. spezzjoni viżwali tal-pericardium u l-qalb, b'din imsemmija l-aħħar isirilha inċiżjoni fit-tul sabiex tiftaħ il-ventrikli u qata' minn ġewwa l-interventricular septum;

4. spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

5. spezzjoni viżwali, mess u, fejn meħtieġ, inċiżjoni tal-fwied u l-hepatic u l-pancreatic lymph nodes, (Lnn portales);

6. spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro-intestinali, l-mesentery, il-lymph nodes ġastriċi u mesenteric (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); inċiżjoni, jekk meħtieġa tal-lymph nodes gastriċi u mesenteric

7. spezzjoni viżwali u, fejn meħtieġ, mess tal-milsa;

8. spezzjoni viżwali u mess tal-kliewi; inċiżjoni, fejn meħtieġ, tal-kliewi u tar-renal lymph nodes (Lnn. renales);

9. spezzjoni viżwali tal-pleura u l-peritoneum;

10. spezzjoni viżwali ta' l-organi ġenitali ta' żwiemel mhux imsewwija (ħlief għall-pene, jekk ikun tneħħa diġà) u dwieb;

11. spezzjoni viżwali tal-bżieżel u l-lymph nodes tagħhom (Lnn. supramammarii) u fejn meħtieġ, inċiżjoni tas-supramammary lymph nodes;

12. spezzjoni viżwali u mess tar-reġjun umbilikali u l-ġogi ta' annimali żgħar fl-età. Fil-każ ta' dubbju, r-reġjun umbilikali għandha ssir inċiżjoni fih u l-ġogi miftuħa; is-synovial fluid għandu jiġi eżaminat;

13. iż-żwiemel kollha griżi u bojod għandhom ikunu spezzjonati għall-melanosis u l-melanomata permezz ta' eżami tal-muskoli u l-lymph nodes (Lnn. subrhomboidei) ta' l-ispallejn taħt l-iscapular cartilage wara li jiġi llaxkat il-qbid ta' spalla waħda. Il-kliewi għandhom jiġu esposti u eżaminati permezz ta' inċiżjoni matul il-kliewi sħaħ.

KAPITOLU IV:   ĦNIEŻER DOMESTIĊI

A.   SPEZZJONI TA' QABEL IL-QATLA

1. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-ħnieżer maħsuba għall-qatla għandhom jintbagħtu għal spezzjoni ta' qabel il-qatla fl-azjenda ta' provenjenza. F'dak il-każ, il-qtil ta' lott ta' ħnieżer minn azjenda jista' jkun awtorizzat biss jekk:

(a) ikun akkumpanjat miiċ-ċertifikat tas-saħħa li hemm provvediment dwaru fil-Kapitolu X, l-Parti A;

u

(b) ikunu mħarsa l-kondizzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 2 sa 5.

2. Spezzjoni ta' wabel il-qatla fl-azjenda ta' provenjenza għandha tikkomprendi:

(a) verifiki tar-rekords jew id-dokumentazzjoni fl-azjenda, inkluża l-informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel;

(b) l-eżami tal-ħnieżer għandu jistabbilixxi jekk:

(i) jekk ikollhomx marda jew kondizzjoni li tista' tiġi trasmessa lil annimali jew bnedmin permezz ta' l-immaniġġar jew l-ikel tal-laħam, jew ikunu qed jikkomportaw irwieħhom, individwalment jew kollettivament, b'mod li juri li tista' sseħħ xi marda,

(ii) juri disturbi fil-komportament ġenerali jew sinjali ta' mard li jistgħu jirrendu l-ikel mhux tajjeb għall konsum uman,

jew

(iii) ikun hemm evidenza jew raġunijiet ta' suspett li jista' jkun fihom residwi kimiċi f'eċċess tal-livelli preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità, jew residwi ta' sustanzi pprojbiti.

3. Veterinarju uffiċjali jew veterinarju approvat għandu jwettaq spezzjoni ta' qabel il-qatla fl-azjenda. Il-ħnieżer għandhom jintbagħtu direttament għall-qatla u m'għandhomx jitħalltu ma' ħnieżer oħra.

4. Spezzjoni ta' qabel il-qatla fil-biċċerija hija meħtieġa li tkopri biss:

(a) kontroll ta' l-identifikazzjoni ta' l-annimali;

u

(b) skrinjar biex jiġi żgurat li r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali kienux tħarsu u jekk ikunux presenti sinjali ta' xi kondizzjoni li jistgħu jolqtu ħażin is-saħħa umana jew ta' l-annimali. Awżiljaru uffiċjali jista' jwettaq dan l-iskrinjar.

5. Fejn il-ħnieżer ma jinqatlux fi żmien tlett ijiem mill-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1(a):

(a) jekk il-ħnieżer ma jkunux telqu mill-azjenda ta' provenjenza għall-biċċerija, għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u jinħareġ ċertifkiat tas-saħħa ġdid;

(b) jekk il-ħnieżer ikunu diġà fi triqthom għal jew fil-biċċerija, il-qatla tista' tiġi awtorizzata malli r-raġuni għad-dewmien tkun ġiet stmata, kemm-il darba l-ħnieżer jgħaddu minn spezzjoni veterinarja oħra ta' qabel il-qatla.

▼M13

B.   SPEZZJONI POST-MORTEM

1. Il-karkassi u l-interjuri tal-ħnieżer għandhom jgħaddu mill-proċeduri tal-ispezzjoni post-mortem li ġejjin:

(a) spezzjoni viżwali tar-ras u l-gerżuma; spezzjoni viżwali tal-ħalq, il-fawċi u l-ilsien;

(b) spezzjoni viżwali tal-pulmuni, it-trakea u l-esofagu;

(c) spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb;

(d) spezzjoni viżwali tal-dijaframma;

(e) spezzjoni viżwali tal-fwied u tal-glandoli żgħar limfatiċi epatiċi u pankreatiċi (Lnn portales);

(f) spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastro intestinali, il-mindil, il-glandoli żgħar limfatiċi gastriċi u tal-mindil (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

(g) spezzjoni viżwali tal-milsa;

(h) spezzjoni viżwali tal-kliewi;

(i) spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew;

(j) spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà intrema);

(k) spezzjoni viżwali tal-beżżula u tal-glandoli żgħar limfatiċi tagħha (Lnn. supramammarii);

(l) spezzjoni viżwali tar-reġjun umbilikali u tal-ġogi ta’ annimali żgħar.

2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’iktar proċeduri tal-ispezzjoni post-mortem bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassi u l-ġewwieni, fejn, fl-opinjoni tiegħu/tagħha, waħda minn dawn li ġejjin tkun tindika riskju possibbli għas-saħħa pubblika, għas-saħħa tal-annimali jew għall-benessri tal-annimali:

(a) il-verifiki u l-analiżi tat-tagħrif dwar il-katina alimentari mwettqa skont il-Parti A tal-Kapitolu II tat-Taqsima I;

(b) is-sejbiet tal-ispezzjoni ante-mortem imwettqa skont il-parti B tal-Kapitolu II tat-Taqsima I u l-parti A ta’ dan il-Kapitolu;

(c) ir-riżultati tal-verifiki dwar il-konformità mar-regoli tal-benessri tal-annimali mwettqa skont il-parti C tal-Kapitolu II tat-Taqsima I;

(d) is-sejbiet tal-ispezzjoni post-mortem imwettqa skont il-parti D tal-Kapitolu II tat-Taqsima I u l-punt 1 ta’ din il-parti;

(e) dejta epidemjoloġika addizzjonali jew dejta oħra mill-azjenda tal-oriġini tal-annimali.

3. Skont ir-riskji identifikati, il-proċeduri post-mortem addizzjonali msemmija fil-punt 2 jistgħu jinkludu:

(a) inċiżjoni u eżami tal-glandoli żgħar limfatiċi submassillari (Lnn mandibulares);

(b) palpazzjoni tal-pulmuni u tal-glandoli żgħar limfatiċi tal-bronki u medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales). It-trakea u l-fergħat ewlenin tal-bronki għandhom jinfetħu mit-tul u l-pulmuni għandhom jiġu inċiżi fit-tielet posterjuri, perpendikolari mal-assi prinċipali tagħhom; dawk l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarjament meħtieġa meta l-pulmuni ma jkunux għall-konsum uman;

(c) inċiżjoni tal-qalb mit-tul sabiex jinfetħu l-ventrikoli u qatgħa mis-septum interventrikulari;

(d) palpazzjoni tal-fwied u tal-glandoli żgħar limfatiċi;

(e) palpazzjoni u, jekk meħtieġ, inċiżjoni tal-glandoli żgħar limfatiċi gastriċi u tal-mindil;

(f) palpazzjoni tal-milsa;

(g) inċiżjoni tal-kliewi u tal-glandoli żgħar limfatiċi renali (Lnn. renales);

(h) inċiżjoni tal-glandoli żgħar limfatiċi supramammari;

(i) palpazzjoni tar-reġjun umbelikali u tal-ġoġi ta’ annimali żgħar u, jekk meħtieġ inċiżjoni tar-reġjun umbelikali u ftuħ tal-ġogi.

▼B

KAPITOLU V:   TJUR

A.   SPEZZJONI TA' QABEL IL-QATLA

1. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċidi li tjur maħsuba għall-qatla għandhom jintbagħtu għal spezzjoni ta' qabel il-qatla fl-azjenda ta' provenjenza. F'dak il-każ, il-qtil ta' qatgħa għasafar minn azjenda jista' jkun awtorizzat biss jekk:

(a) ikun akkumpanjat miċ-ċertifikat tas-saħħa li hemm provvediment dwaru fil-Kapitolu X, l-Parti A;

u

(b) ikunu mħarsa l-kondizzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 2 sa 5.

2. Spezzjoni ta' qabel il-qatla fl-azjenda ta' provenjenza għandha tikkomprendi:

(a) verifiki tar-rekords jew id-dokumentazzjoni fl-azjenda, inkluża l-informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel;

(b) spezzjoni tal-qatgħa, biex jiġi stabbilit jekk l-għasafar:

(i) għandhomx xi marda jew kondizzjoni li tista'tiġi trasmessa lill-annimali jew lill-bnedmin permezz ta' l-immaniġġar jew it-tmigħ ta' dak il-laħam, jew ikunu qed iġibu ruħhom b'mod li jindika li dik il-marda tista' sseħħ,

(ii) juru disturbi fil-komportament ġenerali jew sinjali ta' mard li jistgħu jirrendu l-ikel mhux tajjeb għall konsum uman,

jew

(iii) juru evidenza li jista' jkun fihom residwi kimiċi f'eċċess tal-livelli preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità, jew residwi ta' sustanzi pprojbiti.

3. Veterinarju uffiċjali jew veterinarju approvat għandu jwettaq spezzjoni ta' qabel il-qatla fl-azjenda.

4. Spezzjoni ta' qabel il-qatla fil-biċċerija teħtieġ li tkopri biss:

(a) kontroll ta' l-identifikazzjoni ta' l-annimali;

u

(b) skrinjar biex jiġi żgurat li r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali kienux tħarsu u jekk ikunux presenti sinjali ta' xi kondizzjoni li jistgħu jolqtu ħażin is-saħħa umana jew ta' l-annimali. Awżiljaru uffiċjali jista' jwettaq dan l-iskrinjar.

5. Fejn l-għasafar ma jinqatlux fi żmien tlett ijiem mill-ħruġ taċ-ċertifkat tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1(a):

(a) jekk il-qatgħa ma tkunx telqet mill-azjenda ta' provenjenza għall-biċċerija, għandha tiġi eżaminata mill-ġdid u jinħareġ ċertifkiat tas-saħħa ġdid;

(b) jekk il-qatgħa tkun diġà fi triqtha għal jew fil-biċċerija, il-qatla tista' tiġi awtorizzata malli r-raġuni għad-dewmien tkun ġiet stmata, kemm-il darba l-qatgħa tiġi eżaminata mill-ġdid.

6. Fejn spezzjoni ta' qabel il-qatla ma titwettaqx fl-azjenda, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni tal-merħla fil-biċċerija.

7. Jekk l-għasafar juru sintomi kliniċi ta' marda, dawn m'għandhomx jinqatlu għall-konsum uman. Iżda, l-qtil ta' dawn l-għasafar fuq il-linja tal-qtil jista' jseħħ fl-aħħar tal-proċess normali tal-qatla, jekk jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju tat-tixrid ta' organiżmi patoloġiċi u li l-faċilitajiet jitnaddfu u jiġu diżinfettati minnufih wara l-qatla.

8. Fil-każ ta' tjur imrobbija għall-produzzjoni ta' “foie gras” u t-tneħħija ttardjata tal-ġewwieni ta' tjur maqtula fl-azjenda ta' provenjenza, l-ispezzjoni ta' qabel il-qatla għandha titwettaq skond il-paragrafi 2 u 3. Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell stipulat fil-Parti Ċ għandu jakkumpanja l-karkassi bil-ġewwieni mhux imneħħi sal-biċċerija jew l-impjant tat-tqattiegħ.

B.   SPEZZJONI TA' WARA L-QATLA

1. L-għasafar kollha għandhom jgħaddu minn spezzjoni ta' wara l-qatla skodn it-Taqsimiet I u III. B'żieda, l-veterinarju uffiċjali għandu personalment iwettaq il-verifiki li ġejjin:

(a) spezzjoni ta' kull jum tal-vixxri u l-kavitajiet tal-ġisem ta' kampjun rappresentattiv ta' l-għasafar;

(b) spezzjoni dettaljata ta' kampjun kif jiġi jiġi, minn kull lott ta' għasafar li jkollhom l-istess oriġini, ta' partijiet ta' l-għasafar jew għasafar sħaħ dikjarati mhux tajbin għall-konsum uman wara l-ispezzjoni ta' wara l-qatla;

u

(ċ) kull investigazzjonijiet oħra meħtieġa fejn ikun hemm għaliex wieħed jissuspetta li l-laħam mill-għasafar konċernati jista' ma jkunx tajjeb għall-konsum uman.

2. Fil-każ ta' tjur imrobbija għall-produzzjoni ta' “foie gras” u t-tneħħija ttardjata tal-ġewwieni miksuba fl-azjenda ta' provenjenza, l-ispezzjoni ta' qabel il-qatla għandha tinkludi verifika taċ-ċertifikat li jakkumpanja l-karkassi. Fejn dawk il-karkassi jiġu trasportati direttament mill-azjenda għall-impjant tat-tqattiegħ, l-ispezzjoni ta' wara l-qatla għandha sseħħ fl-impjant tat-tqattiegħ.

C.   KAMPJUN TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

image

KAPITOLU VI:   LAGOMORFI MROBBIJA

Il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-tjur għandhom ukoll japplikaw għal-logomorfi.

KAPITOLU VII:   KAĊĊA MROBBIJA

A.   Spezzjoni ta'qabel il-qatla

1. Spezzjoni qabel il-qatla għandha titwettaq fl-azjenda ta' provenjenza fejn il-kondizzjonijiet meħtieġa ta' l-Anness III, Taqsima III, li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ikunu mħarsa. F'dan il-każ, veterinarju uffiċjali jew veterinarju approvat għandu jwettaq spezzjoni ta' qabel il-qatla.

2. L-ispezzjoni ta' qabel il-qatla fl-azjenda għandha tinkludi verifiki dwar ir-rekords u d-dokumentazzjoni fl-azjenda, inkluża informazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel.

3. Fejn spezzjoni qabel il-qatla sseħħ mhux aktar minn tlett ijiem qabel il-wasla ta' l-annimali fil-biċċerija, u l-annimali jitwasslu fil-biċċerija ħajjin, spezzjoni ta' qabel il-qatla fil-biċċerija hija meħtieġa li tkopri biss:

(a) kontroll ta' l-identifikazzjoni ta' l-annimali;

u

(b) skrinjar biex jiġi żgurat li r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali kienux tħarsu u jekk ikunux presenti sinjali ta' xi kondizzjoni li jistgħu jolqtu ħażin is-saħħa umana jew ta' l-annimali.

▼M9

4. Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti A, għandu jakkumpanja l-annimali ħajjin li jiġu spezzjonati fl-azjenda. Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti B, għandu jakkumpanja l-annimali li jiġu spezzjonati u maqtulin fl-azjenda. Ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fil-Kapitolu X, Parti C, għandu jakkumpanja l-annimali spezzjonati u maqtulin fl-azjenda, skont il-punt 3a tat-Taqsima III tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

▼M9

5. Meta l-awtorità kompetenti tawtorizza li l-operatur tan-negozju tal-ikel jista' jafferma l-qtil u l-iżvinar xieraq tal-annimali, il-veterinarju uffiċjali jew approvat għandu jwettaq kontrolli regolari fuq il-prestazzjoni tal-persuna li twettaq il-qtil u l-iżvinar.

▼B

B.   Spezzjoni ta' wara l-qatla

1. Din l-ispezzjoni għandha tinkludi mess u, fejn meqjus meħtieġ, inċiżjoni ta' dawk il-partijiet ta' l-annimal li jkunu għaddew minn xi bidla jew li huma taħt suspett għal xi raġuni.

2. Il-proċeduri ta' spezzjoni ta' wara l-qatla għal annimali bovini u ovini, ħnieżer domestiċi u tjur għandhom japplikaw għall-ispeċi li jikkorrispondi ta' kaċċa mrobbija.

3. Fejn l-annimali jkunu nqatlu fl-azjenda, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija għandu jivverifika iċ-ċertifikat li jakkumpanjhom

KAPITOLU VIII:   KAĊĊA SELVAĠĠA

A.   Spezzjoni ta' wara l-qatla

1. Il-kaċċa selvaġġa għandha tiġi spezzjonata kemm jista' jkun malajr wara d-dħul fl-istabbiliment li jimmaniġġa l-kaċċa.

2. Il-veterinarju uffiċjali għandu jagħti kont tad-dikjarazzjoni jew l-informazzjoni li l-persuna mħarrġa nvoluta fil-kaċċa ta' l-annimal tkun ipprovdiet skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

▼M14

2a. Il-veterinarju uffiċjali jrid jivverifika li ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014 ( 9 ) jew id-dikjarazzjoni(jiet) jakkumpanja l-kaċċa selvaġġa kbira mhux misluħa trasportata lejn l-istabbiliment li jimmaniġġa l-annimali tal-kaċċa mit-territorju ta' Stat Membru ieħor, skont il-punt 8(b) tal-Kapitolu II tat-Taqsima IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-veterinarju uffiċjali għandu jqis il-kontenut ta' dak iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni(jiet).

▼B

3. Matul l-ispezzjoni ta' wara l-qatla, l-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:

(a) eżami viżwali tal-karkassa, il-kavitajiet tagħha u, fejn xieraq, l-organi bil-ħsieb li:

(i) jikxef kull annormalitajiet li ma jirriżultawx mill-proċess tal-kaċċa. Għal dan il-għan, id-dijanjosi jista' jkun ibbażat fuq kull informazzjoni li l-persuna mħarrġa tkun ipprovdiet dwar il-komportament ta' l-annimal qabel il-qatla,

(ii) jivverifika li l-mewt ma kienitx ikkawżata minn xi raġunijiet oħra minbarra l-kaċċa.

Jekk ma tkunx tista' ssir stima fuq il-bażi ta' eżami viżwali biss, għandha titwettaq spezzjoni aktar estensiva fil-laboratorju;

(b) investigazzjoni ta' annormalitajiet organoleptiċi;

(ċ) mess ta' l-organi, fejn xieraq;

(d) fejn ikun hemm raġunijiet serji li wieħed jissuspetta l-presenza ta' residwi jew kontaminanti, analiżi permezz ta' kampjonar tar-residwi li ma jirriżultawx mill-proċess tal-kaċċa, inklużi kontaminanti ambjentali. Fejn issir spezzjoni aktar estensiva fuq il-bażi ta' dawk is-suspetti, il-veterinarju għandu jistenna sakemm dik l-ispezzjoni tkun ġiet konkluża qabel ma jistma l-kaċċa kollha maqtula matul kaċċa speċifika, jew dawk il-partijiet suspettati li juri l-istess annormalitajiet;

(e) eżami għal karatteristiċi li jindikaw li l-laħam jippresenta riskju serju għas-saħħa, inkluż:

(i) komportament annormali jew disturb tal-kondizzjoni ġenerali ta' l-annimal ħaj, kif rapportat mill-kaċċatur,

(ii) il-presenza ġeneralizzata ta' tumuri jew axxessi li jeffettwaw organi interni differenti jew muskoli,

(iii) artrite, orchitis, bidliet patoloġiċi fil-fwied jew fil-milsa, infjammazzjoni ta' l-intestini, jew ir-reġjun umbilikali,

(iv) il-presenza ta' partikoli barranin li ma jirrużultawx mill-proċess tal-kaċċa fil-kavitajiet tal-ġisem, l-istonku jew l-intestini jew fl-urina, fejn il-plewra jew il-peritoneum ikunu bidlu l-kulur (fejn ikun presenti l-ġewwieni relevanti),

(v) il-presenza ta' parasita,

(vi) il-formazzjoni ta' ammont sinjifikanti ta' gass fil-passaġġ gastro-intestinali bi bdil ta' kulur ta' l-organi interni (fejn ikun presenti l-ġewwieni relevanti),

(vii) annormalitajiet sinjifikanti ta' kulur, konsistenza jew rieħa tat-tessuti tal-muskoli jew organi,

(viii) fratturi antiki miftuħa,

(ix) għelubija żejda u/jew edema ġenerali jew lokalizzata,

(x) aderenzi reċenti tal-plewra jew tal-peritonew,

u

(xi) bidliet oħra ovvji estensiji, bħal putrifikazzjoni.

4. Fejn il-veterinarju uffiċjali hekk jeħtieġ, il-kolonna vertebrali u r-ras għandhom jinqasmu mit-tul.

5. Fil-każ ta' kaċċa żgħira selvaġġa bil-ġewwieni mhux imneġġi minnufih wara l-qatla, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni ta' wara l-qatla fuq kampjun rappresentattiv ta' l-annimali mill-istess sors. Fejn l-ispezzjoni tikxef marda trasmissibbli lill-bniedem jew xi wieħed mill-karatteristiċi elenkati fil-paragrafu 3(e), il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq aktar verifiki fuq il-lott sħiħ biex jistabbilixxi jekk għandux jiddikjarah mhux tajjeb għall-konsum uman jew jekk kull karkassa għandhiex tkun spezzjonata individwalment.

6. Fil-każ ta' dubbju, il-veterinarju uffiċjali jista' jwettaq aktar qatgħat u spezzjonijiet tal-partijiet relevanti ta' l-annimali meħtieġa biex tintlaħaq dijanjosi finali.

B.   Deċiżjonijiet wara l-kontroll

B'żieda mal-każi li hemm provvediment dwarhom fit-Taqsima II, Kapitolu V, laħam li jippresenta matul spezzjoni ta' wara l-qatla xi wieħed mill-karatteristiċi elenkati fil-paragrafu 3(e) tal-Parti A għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman.

KAPITOLU IX:   PERIKOLI SPEĊIFIĊI

A.   Spongiform encephalopathies trasmissibbli

Kontrolli uffiċjali mwettqa b'relazzjoni ma' TSEs għandhom jagħtu kont tal-kondizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u ta' leġislazzjoni oħra relevanti tal-Komunità.

B.   Cysticercosis

1. Il-proċeduri ta' spezzjoni wara l-qatla deskritti fil-Kapitoli I u IV huma l-kondizzjonijiet minimi meħtieġa għall-eżami għal cysticercosis f'annimamali bovini li għandhom aktar minn sitt ġimgħat u majjali. B'żieda, testijiet speċifiċi seroloġiċi jistgħu jintużaw. Fil-każ ta' bovini ta' aktar minn sitt ġimgħat, inċiżjoni tal-masseters fi spezzjoni ta' wara l-qatla mhix obbligatorja fejn jintuża test speċifiku seroloġiku. L-istess japplika fejn annimali bovini ta' aktar minn sitt ġimgħat ikunu trabbew f'azjenda uffiċjalment ċertifikata li hija ħielsa mis-cysticercosis.

2. Laħam infettat bis-cysticercus għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman. Iżda, fejn l-annimal ma jkunx ġeneralment infettat bis-cysticercus, il-partijiet mhux infettati jistgħu jiġu dikjarati tajbin għall-konsum uman wara li jkunu għaddew minn trattament ta' kesħa.

C.   Ċ. Trichinosis

1. Karkassi ta' majjali (domestiċi, kaċċa mrobbija jew kaċċa selvaġġa) annimali li għandhom id-dwiefer sodi u speċi oħra li huma suxxettibbli għat-trichinosis għandhom ikunu eżaminati għat-trichinosis skond il-leġislazzjoni applikabbli tal-Komunità, sakemm dik il-leġislazzjoni ma tipprovdix mod ieħor.

2. Laħam minn annimali nfettati bit-trichinae għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman.

D.   Glanders

1. Fejn xieraq, annimali li għandhom id-dwiefer sodi għandhom ikunu eżaminati għall-glanders. L-eżami għall-glanders f'annimali li għandhom id-dwiefer sodi għandu jinkludi eżami bir-reqqa tal-mucous membrane mit-trachea, l-larynx, il-kavitajiet ta' l-imnieħer u s-sinuses u r-rammifikazzjonijiet tagħhom, wara li tinqasam ir-ras fil-pjan medjan u jinqata' barra n-nasal septum.

2. Laħam minn żwiemel li fihom jinsab li kellhom il-glanders għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman.

E.   Tuberkulożi

1. Fejn annimali jkunu rreaġixxew pożittivament jew inkonklużżivament għat-tuberculin, jew ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jinqatlu separatament minn annimali oħra, waqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni ta' karkassi oħra, il-linja tal-qatla u l-impjegati presenti fil-biċċerija.

2. Il-laħam kollu minn annimali li fih spezzjoni ta' wara l-qatla tikxef leżjonijiet lokalizzati ta' tuberkulożi f'numru ta' organi jew f'numru ta' partijiet tal-karkassa għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman. Iżda, fejn leżjoni ta' tuberkulożi tkun instabet fil-lymph nodes ta' organu wieħed jew parti tal-karkassa, l-organi wieħed biss jew il-parti tal-karkassa u l-lymph nodes assoċjati biss huma meħtieġa li jiġu dikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum uman.

F.   Bruċellożi

1. Fejn annimali jkunu rreaġixxew pożittivament jew inkonklużżivament għal test tal-bruċellożi, jew ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jinqatlu separatament minn annimali oħra, waqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni ta' karkassi oħra, il-linja tal-qatla u l-impjegati presenti fil-biċċerija.

2. Il-laħam minn annimali li fih spezzjoni ta' wara l-qatla tikxef leżjonijiet li jindikaw infezzjoni akuta ta' bruċellożi għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum uman. Fil-każ li annimali jirreaġixxu pożittivament jew inkonklużżivament għal test tal-bruċellożi, il-bżieżel, il-kanal ġenitali u d-demm gaħndhom ikunu dikjarati mhux tajbin għall-konsum uman ukoll jekk ma tinstab ebda leżjoni.

▼M12

G.   Salmonella

1. Bla ħsara għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 ( 10 ), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-implimentazzjoni korretta min-naħa ta’ operaturi tan-negozju tal-ikel tal-punt 2.1.4 (il-kriterju tal-proċess tal-iġjene għas-Salmonella fuq il-karkassi tal-majjal) tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament billi tapplika l-miżuri li ġejjin:

(a) it-teħid uffiċjali ta’ kampjuni bl-użu tal-istess metodu u żona tal-ikkampjunar bħall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Mill-inqas 49 ( 11 ) kampjun każwali għandhom jittieħdu f’kull biċċerija kull sena. Dan in-numru ta’ kampjuni jista’ jitnaqqas għall-biċċeriji żgħar abbażi tal-evalwazzjoni tar-riskji; u/jew

(b) il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar in-numru totali u l-għadd ta’ kampjuni pożittivi ta’ Salmonella meħuda mill-operaturi kummerċjali tal-ikel skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, u fi ħdan il-qafas tal-punt 2.1.4 tal-Anness I tiegħu; u/jew

(c) il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar in-numru totali u l-għadd ta’ kampjuni pożittivi ta’ Salmonella meħuda fil-qafas tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali fi Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri li għalihom il-garanziji speċjali jkunu ġew approvati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-produzzjoni tal-majjal;

2. Jekk il-kriterju tal-proċess tal-iġjene ma jitħarisx f’diversi okkażjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha titlob pjan ta’ azzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel ikkonċernat u tissorvelja strettament l-eżitu tiegħu.

3. In-numru totali u l-għadd ta’ kampjuni tas-Salmonella pożittivi, li jiddifferenzjaw bejn kampjuni meħuda skont 1(a), (b) u (c), meta l-miżura tkun ġiet applikata, għandhom jiġu rrappurtati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

▼B

KAPITOLU X:   SPECIMEN HEALTH CERTIFICATE

A.   SPECIMEN HEALTH CERTIFICATE FOR LIVE ANIMALS

image

B.   SPECIMEN HEALTH CERTIFICATE FOR ANIMALS SLAUGHTERED AT THE HOLDING

image

▼M9

C.   KAMPJUN TA' ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL TJUR IMROBBIJA FL-IRZIEZET LI JINQATLU FL-AZJENDA skont il-punt 3a tat-Taqsima III tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

image

▼B




ANNESS II

MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN

KAPITOLU I:   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness japplika għall-molluski bivalvi ħajjin u b'analoġija, għal ekonodermi ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi marini ħajjin.

KAPITOLU II:   KONTROLLI UFFIĊJALI LI JIKKONĊERNAW MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN MINN ŻONI TA' PRODUZZJONI KLASSIFIKATI

▼M15

Il-metodu ta' referenza għall-analiżi tal-E. coli huwa l-metodu tad-detezzjoni u tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN (Most Probable Number)) speċifikat f'ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk ikunu vvalidati fil-konfront ta' dan il-metodu ta' referenza skont il-kriterji f'EN/ISO 16140.

▼B

A.   KLASSIFIKA TA' ŻONI TA' PRODUZZJONI U MIŻRUGĦA

1. L-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-lok u l-konfinitaż-żoni ta' produzzjoni u miżrugħa li hija tikklassifika. Hija tista', fejn xieraq, tagħmel dan b'koperazzjoni ma' l-operatur tan-negozju fl-ikel.

▼M15

2. L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika kull żona tal-produzzjoni li minnha tawtorizza l-ġbir tal-molluski bivalvi ħajjin bħala waħda minn tliet kategoriji skont il-livell ta' kontaminazzjoni fekali. Fejn ikun xieraq, tista' tagħmel dan b'kooperazzjoni mal-operatur fis-settur tal-ikel. Sabiex iż-żoni tal-produzzjoni jiġu kklassifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi perjodu ta' reviżjoni għad-dejta tal-kampjuni minn kull żona ta' produzzjoni u ta' riinstallazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-istandards imsemmija f'dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3, 4 u 5.

3. L-awtorità kompetenti tista' tikklassifika ż-żoni bħala tal-Klassi A dawk iż-żoni li minnhom jistgħu jinġabru l-molluski bivalvi ħajjin għall-konsum dirett mill-bniedem. Il-molluski bivalvi ħajjin li jitqiegħdu fis-suq minn dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Fi 80 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin miġbura minn dawn iż-żoni fil-perjodu tar-reviżjoni m'għandux ikun hemm iktar minn 230 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari. L-20 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

Hija u tivvaluta r-riżultati għall-perjodu definit tar-reviżjoni għaż-żamma ta' żona tal-klassi A, l-awtorità kompetenti, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju li tagħmel permezz ta' investigazzjoni, tista' tiddeċiedi li ma tqisx riżultat anomalu li jisboq il-livell ta' 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

▼M6

4. L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika bħala waħda li tkun ġejja minn żoni ta’ Klassi B li minnhom jistgħu jinġabru molluski bivalvi u li jistgħu biss jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem wara trattament f’ċentru ta’ purifikazzjoni jew wara t-tqegħid mill-ġdid biex jissodisfaw l-istandards ta’ saħħa msemmija fil-paragrafu 3. Molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni ma għandhomx jaqbżu, fid-90 % tal-kampjuni, l-4 600 E. coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Fil-bqija tal-10 % tal-kampjuni, il-molluski bivalvi ħajjin m’għandhomx jaqbżu s-46 000 E. coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari.

▼M15 —————

▼M2

5. L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika bħala tal-Klassi C żoni li minnhom jistgħu jinġabru molluski bibalvi ħajjin iżda mqiegħda biss fis-suq wara li jinżamm matul perjodu twil sabiex jilħqu l-istandards tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3. Il-molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni m’għandhomx jaqbżu l-46 000 E. coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. ►M15  ————— ◄

▼B

6. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi fil-prinċipju li tikklassifika żona ta' produzzjoni jew relaying, hija għandha:

(a) tagħmel inventarju tas-sorsi ta' tniġġiż ta' oriġini mill-bniedem jew mill-annimali li x'aktarx ikun is-sors ta' kontaminazzjoni għaż-żona ta' produzzjoni;

(b) teżamina l-kwantitajiet sustanzi organiċi ta' tniġġiż li jkunu rilaxxati matul perjodi differenti tas-sena, skond il-varjazzjonijiet staġonali tal-popolazzjonijiet kemm umani kif ukoll ta' annimali fiż-żona fejn jinġabar, qari ta' l-ammont ta' xita, trattament ta' ilma maħmuġ, eċċ.;

(ċ) tistabbilixxi l-karatteristiċi taċ-ċirkolazzjoni tas-sustanzi li jniġġsu skond ix-xejriet tal-kurrenti, bathymetry u ċ-ċiklu tal-marea fiż-żona ta' produzzjoni;

u

(d) tistabbilixxi programm ta' kampjonar ta' molluski bivalvi fiż-żona ta' produzzjoni li jkun ibbażat fuq l-eżami tad-data stabbilita, u b'numru ta' kampjuni, distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta' kampjonar u frekwenza ta' kampjonar li għandhom jassiguraw li r-riżultati ta' l-analiżi jkunu l-aktar rappresentattivi possibbli għaż-żona taħt konsiderazzjoni.

B.   IMMONITORJAR TA' RELAYING KLASSIFIKAT U ŻONI TA' PRODUZZJONI

1. Iż-żoni klassifikati ta' relaying u ta' produzzjoni għandhom ikunu monitorjati regolarment biex jiġi verifikat:

(a) li ma jkun hemm ebda prattika ħażina fir-rigward ta' l-oriġini, provenjenza u destinazzjoni ta' molluski bivalvi ħajjin;

(b) li l-kwalità mikrobijoloġika ta' molluski bivalvi ħajjin b'relazzjoni maż-żoni ta' produzzjoni u relaying;

(ċ) il-presenza ta' plankton li jipproduċi tossini fl-ibħra ta' produzzjoni u relaying u biotossini f'molluski bivalvi ħajjin;

u

(d) il-presenza ta' kontaminanti kimiċi f'molluski bivalvi ħajjin.

2. Biex jiġi implimentat il-paragrafu 1(b), (ċ) u (d), għandhom jitħejjew pjani ta' kampjonar li jipprovdu li jsiru dawk il-verifiki f'intervalli regolari, jew fuq il-bażi ta' każ b'każ jekk il-perjodi tal-ġbir ikunu rregolari. Id-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta' kampjonar u l-frekwenza tal-kampjonar għandhom jiżguraw li r-riżultati ta' l-analiżi jkunu kemm jista' jkun rappesentattivi għaż-żona taħt konsiderazzjoni.

3. Il-pjani ta' kampjonar għall-verifika tal-kwalità mikrobijoloġika ta' molluski bivalvi ħajjin għandhom jagħtu kont b'mod partikolari:

(a) il-varjazzjoni li x'artarx isseħħ minn kontaminazzjoni ta' ħmieġ,

u

(b) l-parametri msemmija fil-paragrafu 6 tal-Parti A.

4. Il-pjani ta' kampjonar biex jivverifikaw il-presenza ta' plankton li jipproduċi tossini f'ibħra ta' produzzjoni u relaying u għal biotossini f'molluski bivalvi ħajjin għandhom jagħtu kont partikolari tal-varjazzjonijiet possibbli fil-presenza ta' plankton li jkun fih biotossini marini. Il-kampjonar għandu jikkomprendi:

(a) kampjonar perjodiku biex jikxef bdil fil-komposizzjoni tal-plankton li jkun fih tossini u d-distribuzzjoni ġeografika tagħhom. Riżultati li jissuġġerixxu akkumulazzjoni ta' tossini fil-laħam tal-molluski għandhom jiġu segwiti b'kampjonar intensiv;

(b) testijiet perjodiċi ta' tossiċità li jużaw dawk il-molluski miż-żona affettwata l-aktar suxxettibbli għall-kontaminazzjoni.

5. Il-frekwenza tal-kampjonar għall-analiżi tat-tossini fil-molluski hija, bħala regola ġenerali, ta' darba fil-ġimgħa matul il-perjodi li fihom huwa permess il-ġbir. Il-frekwenza tista' titnaqqas f'żoni speċifiċi, jew għal tipi speċifiċi ta' molluski, jekk stima tar-riskju fuq it-tossini jew l-okkorrenza ta' phytoplankton tissuġġerixxi riskju baxx ħafna ta' episodji ta' tossini. Din tista' tiżdied jekk dik l-istima tissuġġerixxi li kampjonar ta' darba fil-ġimgħa ma jkunx suffiċjenti. L-istima tar-riskju għandha tkun perjodikament riveduta sabiex jiġi stmat ir-riskju li jseħħu tossini f'molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni.

6. Fejn wieħed isir jaf ir-rata ta' akkumulazzjoni tat-tossini għal grupp ta' speċi li jikbru fl-isTess żoni, l-ispeċi bl-ogħla rata jista' jintuża bħala speċji ta' indikatur. Dan għandu jippermetti l-esplojtazzjoni ta' l-ispeċi kollha fil-grupp jekk il-livelli ta' tossini fl-ispeċji indikatur ikunu taħt il-limiti regolatorji. Fejn il-livelli tat-tossini fl-ispeċji indikatur ikunu 'l fuq mil-limiti regolatorji, il-ġbir ta' l-ispeċi l-oħrajn għandu jkun permess biss jekk aktar analiżi fuq l-ispeċi l-oħra juru livelli ta' tossini taħt il-limiti.

7. Fir-rigward ta' l-immonitorjar ta' plankton, il-kampjuni għandhom ikunu rappresentattivi tal-kolonna ta' l-ilma u li jipprovdu informazzjoni dwar il-presenza ta' speċji tossiċi kif ukoll dwar ix-xejriet tal-popolazzjoni. Jekk jinkixfu xi bidliet fil-popolazzjonijiet tossiċi li jistgħu jwasslu għal akkumulazzjoni ta' tossini, il-frekwenza tal-kampjonar tal-molluski għandha tiżdied jew għandu jiġi stabbilit l-għeluq ta' prekawzjoni sakemm jinkisbu r-riżultati ta' l-analiżi tat-tossini.

8. Il-pjani tal-kampjonarju għall-verifika tal-presenza ta' kontaminanti kimiċi għandhom jippermettu l-kxif ta' kull qbiż tal-livelli preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 ( 13 ).

C.   DEĊIŻJONIJIET WARA MMONITORJAR

1. Fejn ir-riżultati tal-kampjonar juru li jkunu nqabżu l-istandards tas-saħħa għall-molluski, jew jekk ikun hemm xi riskju mod ieħor għas-saħħa umana, l-awtorità kompetenti għandha tagħlaq iż-żona ta' produzzjoni konċernata, waqt li tipprevjeni l-ġbir ta' molluski bivalvi ħajjin. Iżda, l-awtorità kompetenti tista' tikklassifika mill-ġdid żona ta' produzzjoni bħala li tkun tal-Klassi b jew Ċ jekk din tikkonforma mal-kriterji relevanti stipulati fil-parti u ma tkun tippreżenta ebda riskju ieħor għas-saħħa umana.

2. L-awtorità kompetenti tista' tiftaħ mill-ġdid żona ta' produzzjoni magħluqa biss jekk l-istandards tas-saħħa għall-molluski jikkonformaw għal darba oħra mal-leġislazzjoni tal-Komunità. Jekk l-awtorità kompetenti tagħlaq produzzjoni minħabba l-presenza ta' planktonjew livelli eċċessivi ta' tossini fil-molluski, għandhom ikunu meħtieġa ta' l-anqas żewġ riżultati konsekuttivi taħt il-limitu regolatorju separati b'ta' l-anqas 48 siegħa biex tiftaħa mill-ġdid. L-awtorità kompetenti tista' tagħti kont ta' informazzjoni dwar iz-zejriet ta' phytoplanktonhen meta tieħu din id-deċiżjoni. Fejn ikun hemm data qawwija dwar id-dinamiżmu ta' tossiċita għal żona partikolari, u kemm-il darba dik id-data reċenti dwar xejriet fit-tnaqqis ta' tossiċità tkun disponibbli, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tiftaħ mill-ġdid iż-żona b'riżultati taħt il-limitu regolatorju miksuba minn kampjonarju waħdieni wieħed.

D.   ĦTIĠIJIET ADDIZZJONALI TA' MONITORJAR

1. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja żoni klassifikati ta' produzzjoni li minnhom tkun ipprojbiet il-ġbir ta' molluski bivalvi jew issuġġettat il-ġbir għal kondizzjonijiet speċjali, biex tiżgura li prodotti li jagħmlu ħsara lis-saħħa umana ma jitqegħdux fis-suq.

2. B'żieda għall-immonitorjar ta' żoni ta' relaying u produzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 tal-Parti B, għandha tiġi stabbilita sistema ta' kontroll magħmula minn testijiet fil-laboratorju biex tiġi verifikata l-konformità ta' l-operaturi tan-negozju fl-ikel mal-ħtiġijiet għall-prodott finali fl-istadji kollha ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni. Is-sistema ta' kontroll għandha, b'mod partikolari, tivverifika li l-livelli ta' biotossini marini u kontaminanti ma jeċċedix limiti ta' sigurezza u li l-kwalità mikrobioloġika tal-molluski ma toħloqx perikolu għas-saħħa umana.

E.   REKORDJAR U SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI

L-awtorità kompetenti għandha:

(a) tistabbilixxi u żżomm aġġornata lista ta' żoni approvati ta' produzzjoni u relaying, bid-dettalji tal-lok u l-konfini tagħhom, kif ukoll il-klassi li fiha ż-żona hija klassifikata, li minnha jistgħu jittieħdu molluski bivalvi ħajjin skond il-ħtiġijiet ta' dan l-Anness. Din il-lista għandha tiġi komunikata lill-partijiet interssati affettwati b'dan l-Anness, bħal produtturi, ġabbara u operaturi ta' ċentri ta' purifikazzjoni u ċentri ta' dispaċċ;

(b) minnufih tinforma lill-partijiet interssati affettwati b'dan l-Anness, bħal produtturi, ġabbara u operaturi ta' ċentri ta' purifikazzjoni u ċentri ta' dispaċċ, dwar xi bidla fil-lok, konfini jew klassi ta' żona ta' produzzjoni, jew l-għeluq tagħha sew jekk temporanju jew finali;

u

(ċ) taġixxi minnufih fejn il-kontrolli preskritti f'dan l-Anness juru li żona ta' produzzjoni għandha tingħalaq jew tiġi klassifikata mill-ġdid jew tkun tista' tinfetaħ mill-ġdid.

F.   VERIFIKI PROPRJI TA' OPERATURI TA' NEGOZJU FL-IKEL

Biex tiddeċiedi dwar il-klassifika, il-ftuħ u l-għeluq ta' żoni ta' produzzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tagħti kont tar-riżultati ta' kontrolli li operaturi ta' negozju fl-ikel jew organizzazzjonijiet li jirrappresentaw operaturi ta' negozju fl-ikel ikunu wettqu. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tkun innominat il-laboratorju li jwettaq l-analiżi u, fejn meħtieġ, il-kampjonar u l-analiżi għandhom ikunu seġġew skond protokollli l-awtorità kompetenti u l-operaturi ta' negozju fl-ikel jew l-organizzazzjonijiet konċernati ikunu ftehmu.

▼M16

KAPITOLU III:   KONTROLLI UFFIĊJALI LI JIKKONĊERNAW IL-PECTINIDAE, IL-GASTROPODI MARINI U L-EKINODERMI LI MHUMIEX FILTRATURI MIĠBURA BARRA Ż-ŻONI TAL-PRODUZZJONI KKLASSIFIKATI

Il-kontrolli uffiċjali fuq il-pectinidae, il-gastropodi marini ħajjin u l-ekinodermi li mhumiex filtraturi, li jinġabru barra ż-żoni tal-produzzjoni kklassifikati għandhom jitwettqu fl-irkantijiet tal-ħut, fiċ-ċentri ta' dispaċċ u fl-istabbilimenti ta' pproċessar.

Kontrolli uffiċjali bħal dawn jeħtieġ li jivverifikaw il-konformità mal-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin stipulati fl-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu V, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 kif ukoll il-konformità ma' rekwiżiti oħra tal-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu IX ta' dak ir-Regolament.

▼B




ANNESS III

PRODOTTI MIS-SAJD

KAPITOLU I:   KONTROLLI UFFIĊJALI TA' PRODUZZJONI U TQEGĦID FIS-SUQ

1. Il-kontrolli uffiċjali dwar il-produzzjoni u t-qegħid fis-suq ta' prodotti mis-sajd għandhom jinkludu, b'mod partikolari:

(a) verifika regolari dwar il-kondizzjonijiet ta' l-iġjene tat-tnizzil l-art u l-ewwel bejgħ;

(b) spezzjonijiet f'intervalli regolari ta' bastimenti u stabbilimenti fuq l-art, inklużi irkantijiet tal-ħut u swieq ta' bejgħ bl-ingrossa, biex jivverifikaw, b'mod partikolari:

(i) fejn xieraq, jekk il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni għadhomx aktar imġarsa,

(ii) jekk il-prodotti mis-sajd ikunux immaniġġati kif imiss,

(iii) għall-konformità mal-ħtiġijiet ta' iġjene u temperatura,

u

(iv) l-indafa ta' l-istabbilimenti, inklużi l-bastimenti, u l-faċilitajiet tagħhom u t-tagħmir u l-iġjene ta' l-impjegati;

u

(ċ) verifiki dwar il-kondizzjonijiet tal-ħażna u t-trasport.

2. Iżda, bla ħsara għall-paragrafu 3, il-kontrolli uffiċjali ta' bastimenti:

(a) għandhom jitwettqu meta l-bastimenti jidħlu f'port fi Stat Membru;

(b) għandhom jikkonċernaw il-bastimenti kollha li jniżżlu l-art prodotti f'portijiet tal-Komunità, irrispettivament mill-bandiera;

u

(ċ) tista', fejn meħtieġ, fejn l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera li tiegħu l-bastiment ikun itajjar twettaq il-kontroll uffiċjali, jitwettaq waqt li l-bastiment ikun fuq il-baħar jew meta jkun fil-port ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz.

3.

 

(a) (a) Fil-każ ta' spezzjoni ta' bastiment fabbrika jew friża li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru imwettqa bil-ħsieb ta' l-approvazzjoni tal-bastiment, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera għandha twettaq spezzjonijiet b'dak il-mod li tikkonforma mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3, partikolarment il-limiti ta' żmien ta' l-Artikolu 3(2). Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista' tispezzjoni l-bastiment waqt li jkun fuq il-baħar jew meta jkun fil-port ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz.

(b) Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li l-bandiera tiegħu il-bastiment ikun itajjar tkun tat lill-bastiment approvazzjoni kondizzjonata skond l-Artikolu 3, dik l-awtorità kompetenti tista' tawtoizza awtorità kompetenti ta':

(i) Stat Membru ieħor,

jew

(ii) pajjiż terz li jidher fuq il-lista' ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta' prodotti mis-sajd huma permessi mħejjija skond l-Artikolu 11, li twettaq spezzjoni ta' insegwiment bil-ħsieb li tagħti approvazzjoni sħiħa jew li ttawwal l-approvazzjoni kondizzjonata skond l-Artikolu 3(1)(b) jew biex iżżomm l-approvazzjoni taħt reviżjoni skond l-Artikolu 3(4). Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista' tispezzjona l-bastiment waqt li jkun fuq il-baħar jew meta jkun fil-port ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz.

4. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tawtorizza l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz biex iwettaq spezzjonijiet għan-nom tagħha skond il-paragrafu 3, iż-żewġ awtoritajiet kompetenti għandhom jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw dawk l-ispezzjonijiet. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera tirċievi rapporti dwar ir-riżultati ta' spezzjonijiet u dwar in-nuqqas ta' konformità suspettata mingħajr dewmien, sabiex tkun tista' tieħu l-miżuri meħtieġa.

KAPITOLU II:   KONTROLLI UFFIĊJALI TA' PRODOTTI MIS-SAJD

Il-kontrolli uffiċjali ta' prodotti mis-sajd għandhom jinkludu ta' l-anqas l-elementi li ġejjin.

A.   EŻAMIJIET ORGANOLEPTIĊI

Verifiki organoleptiċi kif jiġi jiġi għandhom jitwettqu fl-istadji kollha ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni. Mira waħda ta' dawn il-verifiki hija li tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji ta' freskezza stabbiliti skond il-leġislazzjoni tal-Komunità. B'mod partikolari, dan jinkludi l-verifikazzjoni, fl-istadji kollha ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni, li l-prodotti mis-sajd ta' lanqas jeċċedu l-linji bażi tal-kriterji ta' freskezza stabbiliti skond il-leġislazzjoni tal-Komunità.

B.   INDIKATURI TA' FRESKEZZA

Fejn eżami organoleptiki jikxef xi dubbju fir-rigward tal-freskezza ta' prodotti mis-sajd, jistgħu jittieħdu kampjuni u jiġu suġġetti għal testijiet tal-laboratorju biex jiġu stabbiliti l-livelli tan-nitroġenu bażiku totali volatili (TVB-N) u n-nitroġenu trimethylamine (TMA-N).

L-awtorità kompetenti għandha tuża l-kriterji preskritti taħt il-liġi tal-Komunità.

Fejn l-eżami organoleptiku jagħti raġuni biex wieħed jissuspetta l-presenza ta' kondizzjonijiet oħra li jistgħu jaffettwaw is-saħħa umana, għandhom jittieħdu kampju xierqa għall-finijiet ta' verifikazzjoni.

C.   HISTAMINE

Għandu jitwettaq ittestjar għall-histamine kif jiġi jiġi biex tiġi verifikata l-konformità mal-livelli permessi preskritti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità.

D.   RESIDWI U KONTAMINANTI

Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' monitorjar biex jikkontrollaw il-livelli ta' residwi u kontaminanti skond il-leġislazzjoni tal-Komunità

E.   VERIFIKI MIKROBIJOLOĠIĊI

Fejn meħtieġ, għandhom jitwettqu verifiki mikrobijoloġiċi skond ir-regoli relevanti u l-kriterji preskritti taħt il-liġi tal-Komunità.

F.   PARASSITI

Għandhom iseħħu testijiet kif jiġi jiġi biex tiġi verifikata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar parassiti.

▼M6

G.   PRODOTTI TAS-SAJD VELENUŻI

Għandhom isiru verifiki biex jiżguraw li:

1. il-prodotti tas-sajd ġejjin minn ħut velenuż tal-familji li ġejjin ma jitqiegħdux fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae;

2. il-prodotti tas-sajd friski, imħejjija, iffriżati u pproċessati li jappartjenu lill-familja Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq f’forma imqartsa/ippakkjata u għandhom ikunu ttikkettjati kif xieraq biex jipprovdu t-tagħrif lill-konsumatur dwar il-metodi ta’ tħejjija/tisjir u dwar ir-riskju relatat mal-preżenza ta’ sustanzi b’effetti gastrointestinali li jagħmlu ħsara. L-ismijiet xjentifiċi tal-prodotti tas-sajd u l-ismijiet komuni għandhom jidhru fuq it-tikketta;

3. il-prodotti tas-sajd li fihom il-bijotossini bħas-Ciguatera jew tossini oħra ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem ma jitqiegħdux fis-suq. Madankollu, prodotti tas-sajd li ġejjin minn molluski bivalvi, mill-ekinodermi, t-tunikati u mill-gastropodi tal-baħar jistgħu jitqiegħdu fis-suq jekk ikunu ġew prodotti skond it-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u jkunu konformi mal-istandards stipulati fil-kapitolu V, punt 2, ta’ dik it-Taqsima.

▼B

KAPITOLU III:   DEĊIŻJONIJIET WARA KONTROLLI

Prodotti mis-sajd għandhom ikunu dikjarati mhux tajbin għall-konsum uman jekk:

1. verifiki organoleptiċi, kimiċi, fiżiċi jew mikrobijoloġiċi jew verifiki għal parasiti jkunu wrew li m'humiex f'konformità mal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.

2. ikun fihom fil-partijiet tagħhom li jittieklu kontaminanti jew residwi f'eċċess tal-limiti preskritti fil-leġislazzjoni tal-Komunità jew f'livelli fejn id-dħul tad-dieta kalkolat kien jeċċedi id-dħul aċċettabbli ta' kull jum jew ta' kull ġimgħa għall-bniedem;

3. ikunu ġejjin minn:

(i) ħut velenuż,

(ii) prodotti mis-sajd li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet meħtieġa tal-parti G, il-punt 2, tal-Kapitolu II li jikkonċernaw biotossini,

jew

(iii) molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li jkun fihom biotossini marini fi kwantitajiet totali li jeċċedu l-limiti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 853/2004;

jew

4. li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jistgħu jikkostitwixxu riskju għas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali jew ikunu għal xi raġunijiet oħra mhux adattati għall-konsum uman.

▼M4




ANNESS IV

ĦALIB MHUX MAĦDUM, KOLOSTRU, PRODOTTI TAL-ĦALIB U PRODOTTI BBAŻATI FUQ IL-KOLOSTRU

KAPITOLU I:   KONTROLLI TA' AZJENDI LI JIPPRODUĊU L-ĦALIB U L-KOLOSTRU

1. L-annimali f'azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli uffiċjali biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tas-saħħa għall-produzzjoni ta' ħalib mhux maħdum u kolostru, u b'mod partikolari l-istat tas-saħħa ta' l-annimali u l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji, ikunu qegħdin jitħarsu.

Dawn il-kontrolli jistgħu jseħħu fil-każ tal-verifiki veterinarji mwettqa skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jew ta' l-annimali jew il-benessri ta' l-annimali u għandhom jitwettqu minn veterinarju approvat.

2. Jekk ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jissuspetta li r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali ma jkunux qegħdin jitħarsu, l-istat ġenerali tas-saħħa ta' l-annimali għandu jiġi vverifikat.

3. L-azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru għandhom jgħaddu minn kontrolli uffiċjali biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti ta' iġjene jkunu qed jitħarsu. Dawn il-kontrolli uffiċjali jistgħu jinvolvu spezzjonijiet u/jew il-monitoraġġ tal-kontrolli li jwettqu organizzazzjonijiet professjonali. Jekk jintwera li l-iġjene ma tkunx adegwata, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li jittieħdu passi xierqa biex tissewwa din is-sitwazzjoni.

KAPITOLU II:   KONTROLLI TA' AZJENDI LI JIPPRODUĊU L-ĦALIB MHUX MAĦDUM U L-KOLOSTRU MALLI JINĠABAR

1. Fil-każ ta' ħalib mhux maħdum, l-awtorità kompetenti għandha timmonitorizza l-verifiki mwettqa skond l-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Parti III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

2. Jekk l-operatur tan-negozju fl-ikel ma jkunx irranġa s-sitwazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ewwel notifika lill-awtorità kompetenti bin-nuqqas ta' konformità mal-kriterji fir-rigward tal-plate count u s-somatic cell count, it-twassil tal-ħalib mhux maħdum u l-kolostru mill-azjenda ta' produzzjoni għandu jiġi sospiż jew – skond awtorizzazzjoni speċifika ta', jew struzzjonijiet ġenerali mill-awtorità kompetenti – suġġetti għar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-trattament tiegħu u l-użu meħtieġ biex tiġi protetta s-saħħa pubblika. Din is-sospensjoni jew dawn ir-rekwiżit għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm l-operatur tan-negozju fl-ikel ikun ta prova li l-ħalib mhux maħdum u l-kolostru jikkonformaw mill-ġdid mal-kriterji.

▼B




ANNESS V

STABBILIMENTI MHUX SUĠĠETTI GĦALL-ĦTIĠIJIET TA' ELENKAR TA' L-ARTIKOLU 12(1)

L-istabbilimenti li ġejjin ta' pajjiżi terzi m'għandhomx il-ħtieġa li jidhru fil-listi mħejjija jew aġġornati skond l-Artikolu 12(4):

1. stabbilimenti li jimmaniġġaw prodotti ta' oriġini mill-annimali li għalihom l-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma jippreskrivix kondizzjonijiet meħtieġa;

2. stabbilimenti li jwettqu biss produzzjoni primarja;

3. stabbilimenti li jwettqu biss operazzjonijiet ta' trasport;

4. stabbilimenti li jwettqu biss il-ħażna ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali li ma jeħtieġux kondizzjonijiet ta' ħażna ta' temperatura kontrollata.




ANNESS VI

KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA GĦAL ĊERTIFIKATI LI JAKKUMPANJAW IMPORTAZZJONIJIET

1. Ir-rappreżentant ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' dispaċċ li joħroġ ċertifkat li jakkumpanja kunsinna ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali destinati għall-Komunità għandu jiffirma ċ-ċertifkiat u jiżgura li jkun iġorr it-timbru uffiċjali. Din il-ħtieġa tapplika għal kull paġna taċ-ċertifikat jekk ikun jikkonsisti f'aktar minn waħda. Fil-każ ta' bastimenti fabbrika, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza lill-kaptan jew lil xi uffiċjal ieħor tal-bastiment biex jiffirma ċ-ċertifkat.

▼M4

2. Iċ-ċertifikati għandhom jitfasslu għall-inqas fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni u f’dawk ta' l-Istat Membru minn fejn issir l-ispezzjoni fil-fruntiera, jew ikun akkumpanjat bi traduzzjoni ċċertifikata f'dik il-lingwa jew lingwi. Madankollu, Stat Membru jista' jagħti l-kunsens tiegħu għall-użu ta’ lingwa Komunitarja uffiċjali minflok tiegħu.

▼B

3. Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat għandha takkumpanja l-kunsinni mad-dħul fil-Komunità.

4. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu jikkonsistu:

(a) f'folja waħdiena ta' karta;

jew

(b) f'żewġ paġni jew aktar li jkunu parti minn folja ta' karta integrata u indiviżibbli;

jew

(ċ) sekwenza ta' paġni numerati sabiex turi li hija paġna partikolari f'sekwenza finita (per eżempju, “paġna 2 ta' 4 paġni”).

5. Certificates must bear a unique identifying number. Where sequence of pages, each page must indicate this number.

6. The certificate must be issued before the consignment to the competent authority of the third country of dispatch.



( 1 ) ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

( 3 ) ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 813/2003 (ĠU L 117, tat-13.5.2003, p. 22).

( 4 ) ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33.

( 5 ) ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2003 (ĠU L 333, ta’ l-20.12.2003, p. 28).

( 6 ) ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

( 7 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

( 8 ) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

( 9 ) ĠU L 175, 14.6.2014, p. 16.

( 10 ) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

( 11 ) Jekk kollha jkunu negattivi, tingħata ċertezza statistika ta’ 95 % jekk il-prevalenza tkun inqas minn 6 %.

( 12 ) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

( 13 ) ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 655/2004 (ĠU L 104, tat-8.4.2004, p. 48).

Top