This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004R0853-20130701
Regulation (EC) No 853/2004 of the European Parliament and of the Council of 29 April 2004 laying down specific hygiene rules for food of animal origin
Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
2004R0853 — MT — 01.07.2013 — 012.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 853/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 226, 25.6.2004, p.22) |
Emendat bi:
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 853/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta' April 2004
li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA
Meħud kont tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari ta' l-artikolu 152(4)(b) tiegħu,
Meħud kont tal-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Meħud kont tal-parir tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Wara li ġie ikkonsultat il-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċeduri stabbiliti fl-artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) nru 852/2004 ( 4 ), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilew regoli ġenerali dwar l-iġjene ta' oġġetti ta' l-ikel għall-operaturi fin-negozju alimentari. |
(2) |
Ċerti oġġetti ta' l-ikel jistgħu jkunu ta' perikolu speċifiku għas-saħħa tal-bniedem, u dan jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta' iġjene speċifiċi, partikolament fil-każ ta' ikel ta' oriġini mill-annimali, li dwaru jkunu saru rapporti ta' perikoli mikrobijoloġiċi u kimiċi |
(3) |
Ħafna Direttivi ġew adottati biex jiġu stabbiliti regoli sanitarji speċifiċi għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, fil-kuntest tal-politika komuni agrikola. Dawn ir-regoli sanitarji naqqsu l-ostakoli għan-negozju tal-prodotti msemmija, u b'dan il-mod ikkontribwew biex inħoloq suq intern bi protezzjoni ta' livell għoli għas-saħħa pubblika. |
(4) |
Fir-rigward tas-saħħa pubblika, dawn ir-regoli fihom prinċipji komuni, b'mod partikolari għall-fabrikanti, u responsabbilitajiet „ għall-Awtoritajiet kompetenti“, ħtiġiet strutturali, operattivi u iġjeniċi għall-istbbilimenti, proċeduri għall-approvazzjoi ta' stabbilimenti, ħtiġiet għall-ħażna u t-trasport, u timbri sanitarji. |
(5) |
Dawn il-prinċipji jikkostitwixxu bażi komuni għall-produzzjoni f'kondizzjonijiet iġjeniċi ta' ikel ta' oriġini mill-annimali, biex b'hekk id-Direttivi eżistenti jistgħu jiġu simplifikati. |
(6) |
Hemm ix-xewqa ta' iktar simplifikazzjoni bl-applikazzjoni ta' l-istess regoli meta f'postu għall-prodotti kollha ta' oriġini mill-annimali. |
(7) |
Il-provvediment f'Regolament (KE) nru 852/2004 li jeħtieġ li l-operaturi fin-negozju alimentari f'kull stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta' l-ikel wara l-produzzjoni primarja u l-operazzjonijiet assoċjati, jistallaw, jimplimentaw u jżommu l-proċeduri mibnija fuq il-prinċipji ta' l-analiżi tal-perikoli u l-punt ta' kontroll kritiku (APPKK jew HACCP hazard analysis and critical control point) jippermetti wkoll is-simplifikazzjoni. |
(8) |
Meħuda flimkien dawn l-elementi jiġġustifikaw ir-riformulazzjoni tar-regoli sanitarji speċifiċi li jinsabu fid-Direttivi eżistenti. |
(9) |
Il-miri prinċipali ta' din ir-riformulazzjoni huma li tiġi assigurata f'livell għoli l-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-sigurtà alimentari, b'mod partikolari billi tqiegħed taħt l-istess regoli l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel tal-Komunità kollha, kif ukoll li s-suq intern fil-prodotti ta' oriġini mill-annimali jiffunzjona sewwa, u b'dan il-mod issir kontribuzzjoni għalli jintlaħqu l-miri tal-politika agrikola komuni. |
(10) |
Hemm bżonn li jinżammu u fejn meħtieġ, biex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-konsumatur, jiġu issikkati, ir-regoli dettaljati ta' iġjene għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali. |
(11) |
Ir-regoli komunitarji ma għandhomx japplikaw la għall-produzzjoni primarja għall-użu domestiku privat u lanqas għall-preparazzjoni, trattament jew ħażna ta' l-ikel għall-konsum domestiku privat. Barra minn hekk meta kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji jew ta' ċerti tipi ta' laħam jiġu konsenjati direttament mill-operatur fin-negozju alimentari li jipproduċihom lill-konsumatur finali jew lill-stabbiliment lokali tal-bejgħ bl-imnut, hu f'waqtu li s-saħħa pubblika tiġi mħarsa b'liġi nazzjonali, partikolarment minħabba r-relazzjoni mill-qrib bejn il-produttur u l-konsumatur. |
(12) |
Il-ħtiġiet tar-Regolament (KE) nru 852/2004 huma, in ġenerali, biżżejjed biex jassiguraw li l-ikel fl-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut direttament jew li jissupplixxu ikel ta' oriġini mill-annimali lill-konsumatur finali, ikun żgur. Dan ir-Regolament għandu ġeneralment japplika għall-attivitajiet tal-bejgħ bl-ingrossa (jiġifieri meta stabbiliment ta' bejgħ bid-dettall jagħmel operazzjonijiet ta' negozju billi jissupplixxi ikel ta' oriġini mill-annimali lil xi stabbiliment ieħor). B'danakollu, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet speċifiċi dwar temperatura kif stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-ħtiġiet tar-Regolament (KE) nru 852/2004 għandhom ikunu biżżejjed għal xogħol bl-ingrossa li jikkonsisti biss fil-ħażna jew it-trasport. |
(13) |
L-Istati Membri għandu jkollhom ċerta diskrezzjoni biex jestendu jew jillimitaw l-applikazzjoni tal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament għall-bejgħ bl-imnut taħt il-liġi nazzjonali. Iżda għandhom jillimitaw l-applikazzjoni biss meta jqisu li l-ħtiġiet tar-Regolament (KE) nru 852/2004 huma biżżejjed biex jintlaħqu l-miri ta' l-iġjene fl-ikel u meta l-provvista ta' ikel ta' oriġini mill-annimali, ikun ta' natura minima, lokalizzata u ristretta. Dan il-bejgħ ikun għalhekk parti żgħira minn negozju ta' dak l-istabbiliment; l-istabbiliment li ssirilhom il-konsenja ikunu fil-qrib sewwa; u l-provvista tinteressa biss ċerti tipi ta' prodotti jew ta' stabbilimenti. |
(14) |
Skond l-artikolu 10 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw illi l-operaturi fin-negozju ta' l-oġġetti ta' l-ikel jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(15) |
Hu element essenzali għall-ħarsien tas-sigurtà ta' l-ikel dak li l-ikel ikun jista' jiġi rintraċċjat. Barra milli jikkonformaw mar-Regolament (KE) nru 178/2002 ( 5 ), l-operatur fin-negozju ta' l-ikel għal stabbilimenti li jeħtieġu approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandhom jassiguraw illi l-prodotti kollha ta' oriġini mill-annimali li jqegħdu fis-suq ikollhom fuqhom jew boll tas-sanità jew marka ta' identifikazzjoni. |
(16) |
L-ikel impurtat fil-Komunità għandu jkun konformi mal-ħtiġiet ġenerali stabbiliti f'Regolament (KE) nru 178/2002 jew għandu jissodisfa r-regoli li huma ekwivalenti għal dawk komunitarji. Dan ir-Regolment jistabbilixxi ħtiġiet speċifiċi ta' iġjene għall-ikel ta' oriġini mill-annimali impurtat fil-Komunità. |
(17) |
L-adozzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tnaqqas il-livell ta' protezzjoni mogħti mill-garanziji addizzjonali miftehma għall-Fillandja u għall-Iżvezja ma' l-adeżjoni tagħhom għall-Komunità u konfermati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/968/KE ( 6 ), 95/50/KE ( 7 ), 95/160/KE ( 8 ), 95/161/KE ( 9 ) u 95/168/KE ( 10 ), u d-Deċisjonijiet tal-Kunsill 95/409/KE ( 11 ), 95/410/KE ( 12 ) u 95/411/KE ( 13 ). Għandha tistabbilixxi proċedura għall-għoti, għal perijodu ta' transizzjoni, ta' garanziji lil kull Stat Membru li jkun approva program nazzjonali ta' kontroll, li fir-rigward ta' ikel ta' oriġini mill-annimali li jkun, huwa ekwivalenti għal dawk approvati għall-Fillandja u l-Iżvezja. Ir-Regolament (KE) nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi ( 14 ) oħra speċifiċi li jinġarru fl-ikel, jiddisponi għal proċeduri simili dwar annimali ħajja u bajd għat-tfaqqis. |
(18) |
Jixraq li l-ħtiġiet strutturali u iġjeniċi stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw għal kull tip ta stabbiliment, inklużi negozji żgħar u biċċeriji ambulanti. |
(19) |
Sabiex jista' jitkompla l-użu ta' metodi tradizzjonali f'xi istadji tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni ta' l-ikel u fir-rigward tal-ħtiġiet strutturali għall-istabbilimenti, jixraq li jkun hemm il-flessibiltà. Il-flessibiltà għandha impotanza partikolari għal reġjuni li jsofru minn limitazzjonijiet ġeografiċi, inklużi r-reġjuni mtarrfa imsemmija fl-artikolu 299(2) tat-Trattat. B'danakollu l-flessibiltà ma għandhiex tikkomprometti l-miri ta' l-iġjene fl-ikel. Barra minn dan, billi l-ikel kollu prodott skond ir-regoli ta' l-iġjene normalment ikun f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità kollha, il-proċedura li tippermetti lill-Istati Membri li jkunu flessibbli għandha tkun għal kollox trasparenti. Meta dan ikun neċessarju biex jinħall xi nuqqas ta' ftehim, għandha tkun prevista diskussjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-annimali stabbilit bir-Regolament (KE) nru 178/2002 u l-kordinazzjoni tal-Kummissjoni lit kun tista' tieħu l-miżuri approprijati. |
(20) |
Id-definizzjoni ta' laħam separat mekkanikament (LSM) għandha tkun ġenerika, u tkopri l-metodi kollha ta' separazzjoni mekkanika. L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi f'dan il-qasam jixirqilhom definizzjoni flessibbli. Il-ħtiġiet tekniċi għall-LSM għandhom ikunu differenti skond l-istima tar-riskju li toħroġ mill-metodi differenti. |
(21) |
Hemm interazzjoni bejn l-operaturi fin-negozju inklużi dawk fis-settur ta' l-għalf ta' l-annimali, u konnessjonijiet bejn is-saħħa ta' l-annimali, il-kura ta' l-annimali u s-saħħa pubblika fl-istadji kollha tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar u tad-distribuzzjoni.Dan ifisser li għandu jkun hemm komunikazzjoni xierqa bejn il-parteċipanti differenti kollha fil-katina alimentari mill-produzzjoni primarja sal-bejgħ bl-imnut. |
(22) |
Sabiex tkun assigurata l-ispezzjoni kif suppost ta' kaċċa salvaġġa mqegħda fis-suq tal-Komunità, l-iġsma ta' annimali maqbuda fil-kaċċa u l-interjuri tagħhom għandhom jiġu ppreżentati għall-spezzjoni post mortem fi stabbiliment li jittratta l-kaċċa. Madankollu biex jiġu miżmuma ċerti tradizzjonijiet tal-kaċċa mingħajr ma tiġi preġudikata s-sigurtà ta' l-ikel, ikun xieraq li jiġi provdut it-taħriġ għal kaċċaturi li jqegħdu l-kaċċa salvaġġa fis-suq għall-konsum tal-bniedem. Dan biex il-kaċċaturi jkun jistgħu huma stess jeżaminaw il-kaċċa fuq il-post. F'dawn iċ-ċirkostanzi ma jkunx neċessarju li l-kaċċaturi mħarrġa jkunu obbligati jgħaddu l-interjuri kollha lill-istabbiliment li jittratta l-kaċċa għall-eżami post mortem, jekk jagħmlu dan l-eżami preliminari u ma jsibu ebda anomalija jew periklu. B'danakollu l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu regoli iktar stretti fit-territorji tagħhom minħabba riskji speċifiċi. |
(23) |
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kriterji għall-ħalib nej sa meta jiġu adottati ħtiġiet ġodda dwar kif jitqiegħed fis-suq. Dawn il-kriterji għandhom ikunu limiti li jixkattaw, fis-sens li jekk jinqabżu, l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel ikollhom jieħdu azzjoni korrettiva u javżaw lill-awtorità kompetenti. Il-kriterji ma għandhomx jikkonsistu f'ċifri massimi li meta jinqabzu jżommu l-ħalib nej milli jitqiegħed fis-suq. Dan ifisser li, f'ċerti ċirkostanzi ħalib nej li ma jissodisfax għal kollox il-kriterji jista' jintuża bla ħsara għal konsum tal-bniedem jekk jittieħdu miżuri approprijati. Dwar il-ħalib nej u l-krema nejja intiżi għall-konsum tal-bniedem, huwa xieraq li kull Stat Membru jkun jista' jżomm jew jistabbilixxi miżuri sanitarji approprijati biex jassigura li l-miri ta' dan ir-Regolament jintlaħqu fit-territorji tiegħu. |
(24) |
Jixraq li l-kriterju għall-ħalib nej li jintuża biex isiru prodotti derivati minn jkun tlett darbiet ogħla mill-kriterju wżat għall-ħalib meħud mir-razzett. Il-kriterju għall-ħalib nej li jintuża biex isiru prodotti derivati għandu jkun valur assolut, waqt li dak għall-ħalib meħud mir-razzett għandu jkun medja. Għalkemm ikun hemm konformità mal-ħtiġiet dwar temperatura kif stabbiliti f'dan ir-Regolament, dan ma jeskludix li waqt it-trasport jew il-ħażna jista' jkun hemm żieda fil-batteri. |
(25) |
Ir-riformulazzjoni li qed issir twassal biex ir-regoli iġjeniċi eżistenti jistgħu jitħassru. Id-Direttivi 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li abrogaw ċerti direttivi dwar l-iġjene ta' l-ikel u dwar il-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta'ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali intiżi għall-konsum tal-bniedem ( 15 ) twettaq dan. |
(26) |
Barra minn hekk ir-regoli ta' dan ir-Regolament dwar il-bajd jissostitwixxu dawk tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/371/KE ta' l-20 ta' Ġunju 1994 li stabbiliet kondizzjonijiet sanitarji speċifiċi biex jitqegħdu fis-suq ċerti tipi ta' bajd ( 16 ) li l-abrogazzjoni ta' l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE ( 17 ) tirrendi nulla. |
(27) |
Il-parir xjentifiku għandu jservi ta' pediment għal-leġislazzjoni komunitarja dwar l-iġjene fl-ikel. Għal dan l-iskop l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-ikel għandha tiġi kkonsultata kull meta meħtieġ. |
(28) |
Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku, għandu jkun hemm koperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-annimali. |
(29) |
Il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw sakemm il-partijiet kollha tal-leġislazzjoni dwar l-iġjene fl-ikel ma jkunux daħlu fis-seħħ. Ikun xieraq li jitħalla jgħaddi perijodu ta' tmintax il-xahar bejn id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta' regoli ġodda, sabiex l-industriji milquta jkollhom żmien biżżejjed biex jaddattaw. |
(30) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċisjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li stabbiliet il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 18 ). |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolment jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene fl-ikel ta' oriġini mill-annimali għall-operaturi fin-negozju ta' l-ikel. Dawn ir-regoli jissupplimentaw dawk stabbiliti b'Regolament KE) nru 852/2004. Għandhom japplikaw għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali proċessati jew le.
2. Ħlief meta espressament indikat bil-kuntrarju, dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-ikel li fih kemm prodotti ta' oriġini mill-pjanti kif ukoll dawk ta' oriġini mill-annimali. Madankollu l-prodotti proċessati ta' oriġini mill-annimali li jintużaw fil-preparazzjoni ta' dan l-ikel għandhom jinkisbu u jiġu trattati skond il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika fir-rigward ta':
(a) produzzjoni primarja għall-użu domestiku privat;
(b) il-preparazzjoni t-trattament u l-ħażna domestika għall-konsum domestiku privat;
(ċ) il-provvista diretta, mill-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji lill-konsumatur finali jew lill-stabbilimenti lokali li jbiegħu bl-imnut direttament lill-konsumatur finali;
(d) il-provvista diretta mill-produttur ta' kwantitajiet żgħar ta' laħam tal-pollam u tal-lagomorfi, maqtula fir-razzett, lill-konsumatur finali jew lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut lokali li jissuplixxu dan il-laħam lill-konsumatur finali bħala laħam frisk;
(e) kaċċaturi li jissupplixxu kwantitajiet żgħar ta' kaċċa selvaġġa jew ta' laħam mill-kaċċa selvaġġa direttament lill-konsumatur finali jew lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut lokali li jissuplixxu dan il-laħam lill-konsumatur finali
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skond il-liġi nazzjonali regoli dwar l-attivitajiet u l-persuni msemmija fil-paragrafu 3 (c),(d) u (e). Dawn ir-regoli nazzjonali għandhom jassiguraw illi l-miri ta' dan ir-Regolament jintlaħqu.
5.
(a) (a)Ħlief meta jkun indikat espressament fil-kuntrarju, dan ir-Regolament ma japplikax għall-bejgħ bid-dettall.
(b) Madanakollu dan ir-regolament għandu japplika għall-bejgħ in dettall meta l-operazzjoni ssir bħala provvista ta' orġini mill-annimali lill-istabbiliment ieħor, ħlief:
(i) meta l-operazzjonijiet jikkonsistu biss fil-ħażna u t-trasport, f'liema każi-ħtiġiet dwar temperatura stabbiliti fl-Anness III, għandhom b'danakollu japplikaw;
Jew
(ii) il-provvista ta' ikel ta' oriġini mill-annimali minn stabbilimenti tad-dettall issir lill-istabbilimenti oħra tad-dettall fit-territorju tagħhom biss, u skond il-leġislazzjoni nazzjonali tkun attività marġinali, lokalizzata u ristretta.
(ċ) l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali biex japplikaw il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament għall-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut fit-territorji tagħhom li għaliehom skond is-subpararagrafi (a) jew (b) ma kinitx kieku tapplika.
6. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju:
(a) għar-regoli sanitarji rilevanti dwar l-annimali kif dwar il-pubbliku, inklużi regoli iktar strinġenti għall-prevenzjoni, kontroll u qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu;
(b) għall-ħtiġiet ta' kura għall-annimali;
u
(ċ) għall-ħtiġiet dwar l-identifikazzjoni ta' l-annimali u l-mod kif jiġu rintraċċjati prodotti ta' oriġini mill-annimali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw:
1. id-definizzjonijiet li jidhru fir-Regolament (KE) nru 178/2002;
2. id-definizzjonijiet li jidhru fir-Regolament (KE) nru 852/2004;
3. id-definizzjonijiet li jidhru fl-Anness I;
u
4. id-definizzjonijiet tekniċi li hemm fl-Annessi II u III.
KAPITLU II
OBBLIGI TA' L-OPERATURI FIN-NEGOZJU TA' L-IKEL
Artikolu 3
Obbligi ġenerali
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-annessi II u III.
2. ►M7 L-operaturi fin-negozju tal-ikel m'għandhomx juża l-ebda sustanza oħra ħlief l-ilma li jista' jinxtorob – jew, meta r-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew dan ir-Regolament jippermettu l-użu tiegħu, l-ilma nadif – biex jitneħħa t-tniġġis superfiċjali minn fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali, ħlief jekk l-użu ta' sustanza jkun ġie approvat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). ◄ L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jikkonformaw ukoll ma kull kondizzjoni li tista' tiġi adottata bl-istess proċedura. L-użu ta' sustanza approvata ma jolqotx l-obbligu ta' l-operatur fin-negozju ta' l-ikel li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel jistgħu jqegħdu biss fis-suq prodotti ta' oriġini mill-annimali maħduma fil-Komunità li jkunu inħadmu u ġew trattati biss fi stabbilimenti:
(a) li jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) nru 852/2004, dawk ta' l-annessi II u III ta' dan ir-Regolament u ħtiġiet oħra rilevanti tal-liġijiet dwar l-ikel;
u
(b) li jkunu ġew reġistrati jew, meta dan hu meħtieġ, skond il-paragrafu 2, approvati mill-awtorità kompetenti
2. Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 6(3) tar-Regolament nru 852/2004, stabbilimenti li jittrattaw dawk il-prodotti ta' oriġini mill-annimali li dwarhom l-Anness III ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi ħtiġiet, ma għandhom joperaw jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx approvathom skond il-paragrafu 3 ta' dan l-artikolu, bl-eċezzjoni ta' l-istabbilmenti li jagħmlu biss:
(a) il-produzzjoni primarja;
(b) operazzjonijiet ta' transport;
(ċ) il-ħażna ta' prodotti li ma jeħtiġux kondizzjonijiet ta' temperatura ikkontrollata
Jew
(d) operazzjonijiet ta' bejgħ bl-imnut barra minn dawk li għalihom japplika dan ir-Regolament skond l-artikolu 1(5)(b).
3. Stabbiliment li jeħtieġ l-approvazzjoni skond il-paragrafu 2 ma għandux jopera jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx, skond ir-Regolament (KE) nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li stabbilixxa regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali, intiżi għall-konsum uman ( 19 ):
(a) tatu l-approvazzjoni biex jopera wara viżta fuq il-post;
jew
(b) tatu approvazzjoni kondizzjonali
4. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti skond ir-Regolament (KE) nru 854/2004. B'mod partikolari l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li stabbiliment jieqaf milli jopera jekk l-awtorità kompetenti tirtira l-approvazzjoni, jew fil-każ ta' approvazzjoni kondizzjonali ma ggeddidhiex jew ma tagħtix l-approvazzjoni sħiħa.
5. Dan l-artikolu ma jżommx stabbiliment milli jqiegħed fis-suq ikel bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-ewwel ispezzjoni sussegwenti mill-awtorità kompetenti, jekk l-istabbilment:
(a) jeħtieġ l-approvazzjoni skond il-paragrafu 2 u jkun qiegħed fis-suq prodotti ta' oriġini mill-annimali skond il-lġislazzjoni komunitarja immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;
Jew
(b) ikun tat-tip li dwaru ma kienx hem mil-ħtieġa ta' approvazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Timbri sanitarji u ta' identifikazzjoni
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel ma għandhomx iqegħdu fis-suq prodott ta' oriġini mill-annimali li jkun ġie ittrattat fi stabbiliment li jeħtieġ l-approvazzjoni skond l-artikolu 4(2) jekk ma jkunx fih:
(a) timbru sanitarju fuqu skond ir-Regolament (KE) nru 854/2004;
Jew
(b) meta dak ir-Regolament ma jkunx jeħtieġ li jkun hemm timbru sanitarju, it-timbru ta' identifikazzjoni fuq skond l-Anness II, Taqsima I, ta' dan ir-Regolament.
2. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel jistgħu jagħmlu timbru ta' identifikazzjoni fuq prodott ta' oriġini mill-annimali biss jekk il-prodott ikun ġie ittrattat skond dan ir-Regolament fi stabbilmenti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-artikolu 4.
3. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel ma għandhom ineħħu t-timbru magħmul skond ir-Regolament (KE) nru 854/2004 minn fuq il-laħam, ħlief meta jaqtgħuh, jipproċessawh jew jaħdmuh mod ieħor.
Artikolu 6
Prodotti ta' oriġini mill-annimali ġejjin minn barra l-Komunità
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jimportaw prodotti minn pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-importazzjoni ssir biss meta:
(a) Il-pajjiż terz ta' oriġini li minnu ssir l-ispedizjoni, jkun qiegħed fil-lista li għandha tiġi magħmula skond l-artikolu 11 tar-Regolament (KE) nru 854/2004 tal-pajjiżi li minnhom dak il-prodott jista' jiġi importat;
(i) l-istabbiliment li minnu saret l-ispedizzjoni, u li fih il-prodott ikun ġie ppreparat jew ipproċessat, jkun qiegħed fuq il-lista li għandha tkun magħmula skond l-artikolu 12 tar-Regolament nru 854/2004 ta' stabbilmenti li minnhom tkun tista' ssir l-importazzjoni, meta dan ikun applikabbli,
(ii) fil-każ ta' laħam frisk, ikkappuljat, preparati mil-laħam, prodotti tal-laħam u LSM, il-laħam kien ġej minn biċċeriji u stabbilimenti ta' tqattigħ, li jkunu fuq il-lista magħmula u aġġornata skond l-artikolu 12 tar-Regolament nru 854/2004, jew fi stabbilmenti approvati fil-Komunità;
u
(iii) fil-każ ta' molluski bivalvi ħajja, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini, l-arja ta' produzzjoni tkun f'lista li tintgħamel skond l-artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, meta applikabbli;
(ċ) il-prodott jissodisfa:
(i) il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament inklużi dawk li jirrigwardaw it-timbri sanitarji u ta' identifikazzjoni,
(ii) il-ħtiġiet tar-Regolament nru 852/2004,
u
(iii) il-kondizzjonijiet imposti għall-importazzjoni skond il-leġislazzjoni komunitarja dwar l-importazzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali,
u
(d) il-ħtiġiet ta' l-artikolu 14 dwar it-timbri sanitarji u ta' identifikazzjoni jkunu sodisfatti meta appliklabbli.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd tista' ssir ukoll skond id-dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-artikolu 15 tar-Regolament (KE) nru 854/2004.
3. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jimpurtaw prodotti ta' oriġini mill-annimali għandhom jiżguraw li:
(a) il-prodotti ikunu jistgħu jiġu kkontrollati malli jiġu impurtati skond id-Direttiva 97/78/KE ( 20 );
(b) l-importazzjoni tissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva 2002/99/KE ( 21 );
u
(ċ) l-operazzjonijiet li jsiru taħt il-kontroll tagħhom wara l-importazzjoni jitwettqu skond il-ħtiġiet ta' l-Anness III.
4. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jimpurtaw ikel li jkun fih sew prodotti ta' oriġini vegetali kif prodotti proċessati ta' oriġini mill-annimali, għandhom jiżguraw illi l–prodotti proċessati ta' oriġini mill-annimali li jkun fih dak l-ikel jissodisfaw il-ħtiġiet tal-paragrafi 1 sa 3. Għandhom ikunu jistgħu juru li għamlu dan (per eżempju b'dokumentazzjoni jew ċertifikazzjoni approprijata, li mhux bil-fors tkun fil-format indikat fil-paragrafu 1(d).
KAPITOLU III
NEGOZJU
Artikolu 7
Dokumenti
1. Meta dawn huma meħtieġa skond l-Annessi II jew III, l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati jew d-dokumenti l-oħra jkunu jakkompanjaw konsenji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 12(2):
(a) jistgħu jiġu stabbiliti mudelli ta' dokumenti;
u
(b) jistgħu isiru dispożizzjonijiet għall-użu ta' dokumenti elettroniċi.
Artikolu 8
Garanziji speċjali
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jkunu bi ħsiebhom iqegħdu fis-suq fl-Iżvezja jew il-Finlandja, l-ikel ta' oriġini mill-annimali, li ġej, għandhom jikkonformaw rwiehom mar-regoli fil-paragrafu 2 fir-rigward tas-salmonella:
(a) laħam ta' annimali bovini u porċini, inkluż l-ikkappuljat, iżda esklużi l-preparati mill-laħam u l-LSM;
(b) laħam tal-pollam ta' l-ispeċje li ġejjin: pollam tad-dar, dundjan, fargħun, papra u wiżż, inkluż l-ikkappuljat iżda esklużi l-preparati mil-laħam u l-LSM;
u
(ċ) il-bajd.
2.
(a) (a) Fil-każ ta' laħam ta' annimali bovini jew porċini u tal-pollam, għandu jkun ittieħed kampjun minn qabel fl-istabbiliment ta' spedizzjoni u sarlu eżami mikrobjoploġiku skond il-leġislazzjoni komunitarja, b'riżultat negattiv;
(b) Fil-każ tal-bajd, iċ-ċentri ta' l-imballaġġ għandhom jagħtu garanzija li l-bajd oriġina minn ġmiegħi li jkun sarilhom eżami mikrobjoloġiku skond il-leġislazzjoni komunitarju b'riżultat negattiv;
(ċ) Fil-każ tal-laħam ta' annimali bovini u porċini, ma jkunx hemm għalfejn isir l-eżami msemmi fis-subparagrafu(a) meta jkun ser jintbagħat lill-stabbilimenti għall-pastorizzazzjoni, sterilizazzjoni jew trattament li jkollu l-istess effett. Fil-każ tal-bajd ma jkunx hemm għalfejn isir l-eżami msemmi fis-subparagrafu (b) meta jkunu ser jintbagħtu għal trattament li jiżgura l-eliminazzjoni tas-salmonella;
(d) Fil-każ ta' oġġetti ta' l-ikel li jkunu ġejjin minn stabbilimenti li jkunu suġġetti għal programm ta' kontroll rikonoxxut fir-rigard ta' l-ikel partikolari u skond il-proċedura ta' l-artikol 12 (2) bħala ekwivalenti għal dawk kontra s-salmonella fl-Iżvezja u l-Finlandja, ma jkunx hemm għalfejn isir l-eżami msemmi fis-subparagrafi (a) u (b);
(e) Fil-każ ta' laħam mill-bovini u porċini u mill-pollam, dokument jew ċertifikat, tan-negozju li jkun konformi mal-mudell fil-leġislazzjoni komunitarja għandu jakkompanja l-ikel u jiddikjara:
(i) illi l-eżamijiet imsemmija fis-subparagrafu (a) saru b'riżultati negattivi;
jew
(ii) illi l-laħam ikun intenzjonat għall-iskopijiet imsemmija fis-subparagrafu (ċ);
jew
(iii) illi l-laħam ikun ġej mill-istabbilimenti msemmija fis-subparagrafu (d);
(f) Fil-każ tal-bajd, iċ-ċertifikat li jakkompanja l-konsenja għandu jiddikjara jew li l-bajd sarilhom l-eżami msemmi fis-subparagrafu (b) b' riżultat negattiv jew li l-bajd ikun intenzjonat għall-użu msemmi fis-subparagrafu (ċ).
3.
(a) Il-ħtiġiet tal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu aġġornati mill-Kummissjoni, b'mod partikolari biex jitqies it-tibdil fil-programmi ta' kontroll tal-Istati Membri jew tal-adozzjoni ta' kriterji mikrobijoloġiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
(b) Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' oġġetti tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu estiżi, parzjalment jew totalment, għal kull Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru li jkollu programm ta' kontroll rikonoxxut ekwivalenti għal dak approvat għall-Isvezja u l-Finlandja dwar l-oġġetti tal-ikel ikkonċernati ta' oriġini mill-annimali.
4. Għall-iskopijiet ta' dan l-artikolu “programm ta' kontroll” tfisser program ta' kontroll approvat skond ir-Regolament (KE) nru 2160/2003.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 10
Emendi u adattamenti għall-Annessi II u III
1. ►M7 L-Annessi II u III jistgħu jiġu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun ikkunsidrat: ◄
(a) l-isvilupp ta' linji gwida ta' prattika tajba;
(b) l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' sistemi mibnija fuq HACCP (hazard analysis and critical control points) skond l-artikolu 5 tar-Regolament (KE) nru 852/2004;
(ċ) l-iżviluppi teknoloġiċi u l-konsegwenzi prattiċi
(d) scientific advise, particularly new risk assessments;
(e) microbiological and temperature criteria for foodstuffs;
(f) changes in patterns of consumption.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
2. Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-Annessi II u III mill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li dawn ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
3. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr ma jikkompromettu l-kisba tal-miri ta' dan ir-Regolament, jaddottaw skond il-paragrafi 4 sa 8, miżuri nazzjonali li jaddattaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness III.
4.
(a) Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu mmirati:
(i) biex il-metodi tradizzjonali jistgħu jibqgħu jintużaw f'kull istadju tal-produzzjoni, ta' l-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni ta' l-ikel;
jew
(ii) biex il-bżonnijiet tan-negozju ta' l-ikel f'reġjuni soġġetti għal kondizzjonament geografiku speċjali, jiġu akkomodati.
(b) F'każijiet oħra għandhom japplikaw biss għall-bini, tifsil u tagħmir ta' l-istabbilimenti.
5. Stat Membru li jixtieq jadotta miżuri nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Dan l-avviż għandu:
(a) iforni deskrizzjoni dettaljata tal-ħtiġiet li dak l-Istat Membru jqis li għandhom jiġu adattati u xi jkun l-adattament maħsub;
(b) jiddeskrivi l-ikel u l-istabbilimenti li jkollhom x'jaqsmu;
(ċ) jispjega r-raġunijiet għall-adattament, inkluż, meta rilevanti, li jispjega fil-qosor l-analiżi tas-sogru li tkun saret u l-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi żgurat li l-miżuri ma jikkompromettux il-miri ta' dan ir-Regolament;
u
(d) jipprovdi kull informazzjoni oħra rilevanti.
6. L-Istati Membri l-oħra jkollhom terminu ta' tlett xhur minn meta jirċievu l-avviż imsemmi fil-paragrafu 5 biex jibgħatu kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni. Fil-każ ta' adattamenti li jidderivaw mill-paragrafu 4(b), dan it-terminu, għandu, fuq talba ta' xi Stat Membru, jittawwal sa erba' xhur. Il-Kummissjoni tista', u meta tkun irċeviet kummenti bil-miktub minn Stat Membru wieħed jew iktar, għandha, tikkonsulta l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat imsemmi fl-artikolu 12(1). Il-Kummissjoni tista' tiddiċiedi, skond il-proċedura imsemmija fl-artikolu 12(2) jekk il-miżuri maħsuba għandhomx jitwettqu, jekk hemm bżonn b'emendi xierqa. Meta jkun approprijat, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri ġenerali skond il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-artikolu.
7. Stat Membru jista' jadotta miżuri nazzjonali li jaddattaw il-ħtiġiet ta' l-anness III biss:
(a) biex jikkonforma ruħu ma deċisjoni adottata skond il-paragrafu 6;
(b) jekk, wara xahar mill-iskadenza tat-terminu imsemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni ma tkunx informat lill-Istat Membri li rċeviet kummenti bil-miktub jew li bi ħsiebha tipproponi l-adozzjoni ta' deċisjoni skond il-paragrafu 6;
jew
(ċ) skond il-paragrafu 8.
8. A Member State may, of its own initiative and subject to the general provisions of the Treaty, maintain or establish national rules:
(a) prohibiting or restricting the placing on the market within its territory of raw milk or raw cream intended for direct human consumption;
or
(b) permitting the use, with the authorisation of the competent authority, of raw milk not meeting the criteria laid down in Annex III, Section IX, as regards plate count and somatic cell count of the manufacture of cheeses with an ageing or ripening period of at least 60 days, and dairy products obtained in connection with the manufacture of such cheeses, provided that this doesnot prejudice the achievement of the objectives of this Regulation.
Artikolu 11
Deċiżjonijiet speċifiċi
►M7 Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1), miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), u emendi tal-Annessi II jew III, bħala miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3), ◄
1. jiġu stabbiliti regoli għat-trasport tal-laħam meta jkun għadu sħun;
2. jiġi indikat, fil-każ ta' LSM, liema kontenut ta' kalċju ma jkunx ogħla b'mod sinifikattiv minn dak ta' l-ikkappuljat;
3. jiġu indikati liema trattamenti oħra jkun jistgħu jiġu applikati fi stabbilimenti ta' l-ipproċessar fuq molluski bivalvi ħajja minn arji ta' produzzjoni tal-klassijiet B jew Ċ li ma ġewx purifikati jew relayed,stabulazione;
4. jiġu stabbiliti l-metodi rikonoxxuti ta'eżami għall bijotossini marini;
5. jiġu stabbiliti livelli sanitarji addizzjonali għall-molluski bivalvi b'koperazzjoni mal-Laboratorju ta' Referenza komunitarju rilevanti, inklużi:
(a) valuri limiti u metodi analitiċi għall-bijotossins oħra marini;
(b) proċeduri għall-eżami ta virus u livelli virologiċi;
u
(ċ) programmi ta' ġbir ta' kampjuni u l-metodi u t-tolleranzi analitiċi li jiġu applikati biex tiġi kontrollata l-konformita' mal-livelli sanitarji;
6. jiġu stabbiliti livelli sanitarji u kontrolli meta jkun hemm prova xjentifika li tindika li huma meħtieġa biex titħares is-saħħa publika;
7. jiġi estiż l-Anness III, Sezzjoni VII, Kapitolu IX għall-molluski bivalvi barra mill-pectinidae;
8. jiġu stabbiliti l-kriterji biex jiġ deċiż meta d-data epidemjoloġika juru li arja ta' sajd ma tippreżentax sogru għas-saħħa fir-rigward ta' presenza ta' parassiti, u għalhekk, għad-deċisjoni dwar meta l-awtorità kompetenti tkun tista' tawtorizza l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li ma jiffriżawx prodotti tas-sajd skond l-Anness III, Sezzjoni VIII, Kapitolu III, Parti D;
9. jiġu stabbiliti kriterji dwar kemm l-oġġett ikun frisk u limiti dwar l-istamina u t-total ta' nitroġenu volatili għall-prodotti tas-sajd;
10. jippemetti l-użu fil-manufattura ta' ċerti prodotti mill-lattiċini, ta' ħalib nej li ma jilħaqx il-kriterji stabbiliti fl-Anness III, Sezzjoni IX, fir-rigward ta' l-għadd batteriku u taċ-ċelluli somatiċi;
11. mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/23/KE ( 22 ), jiġi iffissat il-valur massimu permess għat-total ikkombinat ta' fdal ta' sustanzi antibijotiċi fil-ħalib nej;
u
12. jiġu approvati proċessi ekwivalenti għall-produzzjoni ta' ġelatina jew kollaġnu.
Artikolu 12
Proċedura fil-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-artikoli 5 u 7 tad-Deċisjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, meħud kont ta' l-artikolu 8 tagħha.
It-terminu previst fl-artikolu 5(6) tad-Deċisjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit bħala ta' tlett xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 13
Konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea dwar Sikurezza fl-Ikel
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Awtorità Ewropea dwar Sikurezza fl-Ikel fir-rigward kull materja fil-kamp ta' dan ir-Regolament li jista' jkollha impatt sinjifikattiv fuq is-saħħa pubblika, u b'mod partikolari, qabel ma tipproponi li testendi l-Anness III, Sezzjoni III, għal speċje oħra ta' annimali
Artikolu 14
Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
1. Il-Kummissjoni għandha, mhux iktar tard mill-20 ta' Mejju 2009 tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, iżżid proposti rilevanti mar-rapport.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika tmintax il-xahar wara d-data li fiha l-atti li ġejjin ikunu daħlu fis-seħħ:
(a) ir-Regulament (KE) nru 852/2004;
(b) ir-Regulament (KE) nru 854/2004;
u
(ċ) id-Direttiva 2004/41/KE.
Madankollu, ma għandux japplika qabel l-1 ta' Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
DEFINIZZJONIJIET
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Reolament:
1. LAĦAM
1.1. “Laħam” tfisser partijiet li jittieklu minn annimali msemmija fil-punti 1.2 sa 1.8, inkluż id-demm.
1.2. “Ungulati domestiċi” tfisser bovini domestiċi (inklużi l-ispeċje tal-Bubalus u biżonti), proċini, ovini u annimali kaprini u annimali solipedi.
1.3. “Pollam” tfisser tjur imrobbija, inklużi tjur li għalkemm mhux meqjusa bħala domestiċi jitrabbew bħala annimali domestiċi, bl-eċċezzjoni tar-ratites.
1.4. “Lagomorfi” tfisser fniek, fniek tal-liebru u rodituri.
1.5. “Kaċċa salvaġġa” tfisser:
— -ungulati slavaġ u lagomorfi, kif ukoll mammali oħra ta' l-art li ssir kaċċa għalihom biex jittieklu mill-bniedem u li jitqiesu kaċċa selvaġġa taħt il-liġi applikabbli fl-Istat Membru li jkun, inklużi mammali li jgħixu f'territorji b'reċint, f'kondizzjonijiet ta' ħelsien simili għal dawk tal-kaċċa salvaġġa;
— u
— għasafar slavaġ li ssirilhom kaċċa għalihom biex jittieklu mill-bniedem.
1.6. “kaċċa mrobbija” tfisser ratites imrobbija u mammali ta' l-art imrobbija barra minn dawk imsemmija fil-punt 1.2.
1.7. “kaċċa salvaġġa żgħira” tfisser għasafar tal-kaċċa selvaġġa u lagomorfi li jimirħu ħielsa fil-barr.
1.8. “kaċċa salvaġġa kbira” tfisser mammali ta' l-art slavaġ li jimirħu ħielsa fil-barr illi ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' “kaċċa salvaġġa żgħira”
1.9. “karkassa” tfisser il-ġisem ta' annimal wara l-qatla u t-tindif.
1.10. “laħam frisk” tfisser laħam illi ma għaddiex minn proċess ta' preservazzjoni ieħor barra mit-tkexxiħ, l-iffriżar jew l-iffriżar soptu, inkluż laħam li hu ppakkjat bil-vakum jew ippakkjat f'ambjent ikkontrollat.
1.11. “Ġewwieni” tfisser laħam frisk barra mill-karkassa, inklużi l-interjuri u d-demm.
1.12. “Interjuri” tfisser l-organi tal-kavitajiet tat-toraċi, ta' l-addome u tal-pelvi, kif ukoll it-trakeja u l-esofagu u, fl-għasafar, il-ħawsla.
1.13. “Ikkapuljat” tfisser laħam mingħajr għadam illi ġie mqatta' rqiq u li fih minn 1 % ta' melħ.
1.14. “Laħam separat mekkanikament” jew LĦM tfisser il-prodott li jirriżulta wara li tneħħi il-laħam minn ma għadam li jerfa' il-laħam wara l-iddussissar jew minn karkassi tal-pollam, mezzi mekkaniċi b'riżultat ta' telf jew modifika ta' l-istruttura tal-fibri tal-muskoli.
1.15. “Preparati tal-laħam” tfisser laħam frisk, inkluż laħam mqatta' biċċiet żgħar, li miegħu żdied ikel ieħor, ħwawar, jew addittivi jew li għadda minn proċessi li ma kienux biżżejjed biex jimmodifikaw l-istruttura interna tal-fibri tal-muskoli tal-laħam li b'hekk jintilfu l-karatteristiċi ta' laħam frisk.
1.16. “Il-biċċerija” tfisser stabbiliment użat għall-qatla u t-tindif ta' l-annimali, li l-laħam tagħhom ikun destinat li jittiekel mill-bniedem.
1.17. “Impjant tat-tqattigħ” tfisser stabbiliment użat għad-dussissar u/jew tqattigħ tal-laħam.
1.18. “Stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser kull stabbiliment li fih il-kaċċa u l-laħam tal-kaċċa miksuba wara dik l-attività jiġu ppreparati biex jitqegħdu fis-suq.
2. MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
2.1. “Molluski Bivalvi” tfisser molluski filtraturi lamellibranki.
2.2. “Biotossini Marini” tfisser sustanzi velenużi akkumulati mill-molluski bivalvi, b'mod partikolari billi ikunu kielu plankton bit-tossini.
2.3. “Irfinitura” tfisser il-ħażna ta' molluski bivalvi ħajjin minn arji ta' produzzjoni tal-klassi A, minn ċentri ta' purifikazzjoni jew spedizzjoni f'tankijiet jew istallazzjonijiet oħra b'ilma tal-baħar nadif, jew f'siti naturali, biex jissaffa minnhom ir-ramel, it-tajn jew il-ħama, biex jiġu ppreservati jew imtejjba l-kwalitajiet organolittiċi u biex żgurat li jkunu fi stat tajjeb ta' ħajja, qabel ma jiġu mgeżwra jew ippakkjati.
2.4. “Produttur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tiġbor il-molluski bivalvi ħajjin b'kull mezz minn arja ta' ġbir għall-iskop ta' l-iproċċessar u tqegħid fis-suq.
2.5. “Arja ta' produzzjoni” tfisser kull arja fil-baħar, f'estwarju jew f'laguna, li fiha qiegħan naturali ta' molluski bivalvi jew siti wżati għall-koltivazzjoni ta' molluski bivalvi, u li minnhom jinġabru molluski bivalvi ħajjin.
2.6. “Arja ta' riposizzjoni” tfisser kull arja fil-baħar, f'estwarju jew f'laguna bil-konfini mmarkati b'mod ċar u indikati b'bagi, posti jew mezzi oħra fissi, u wżati esklusivament għat-tisfija naturali ta' molluski bivalvi ħajjin.
2.7. “Ċentru ta' spedizzjoni” tfisser kull stabbiliment fuq l-art jew fil-baħar biex jintlaqgħu, jiġu rfinati, maħsula, mnaddfa, kkalibrati, mgeżwra u ppakkjati il-molluski bivalvi ħajjin tajba biex jittieklu mill-bniedem.
2.8. “Ċentru ta' purifikazzjoni” tfisser stabbiliment bit-tankijiet li jimtlew b'ilma tal-baħar nadif li fihom il-molluski bivalvi ħajjin jitqiegħdu għaż-żmien meħtieġ biex titnaqqas il-kontaminazzjoni u jsiru tajbin biex jittieklu mill-bniedem.
2.9. “Riposizzjoni” tfisser it-trasferiment ta' molluski bivalvi ħajjin għall-arji ta' baħar, ta' laguni jew ta' estwarji għaż-żmien meħtieġ biex tiġi mnaqqsa l-kontaminazzjoni u jsiru tajbin biex jittieklu mill-bniedem. Dan ma jinkludix l-operazzjoni speċifika tat-trasferiment tal-molluski bivalvi għall-arji iktar adatti biex ikomplu jikbru jew jeħxienu.
3. PRODOTTI TAS-SAJD
3.1. “Prodotti tas-sajd” tfisser kull annimal ta' l-ilma baħar jew ta' l-ilma ħelu (ħlief għall-molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi marini ħajjin, u l-mammali, ir-rettili u ż-żrinġijiet kollha) kemm slavaġ kif ukoll imrobbija u inklużi kull forom, partijiet u prodotti ta' dawn l-annimali li jittieklu.
3.2. “Bastiment-fabbrika” tfisser kull bastiment li abbord tiegħu prodotti tas-sajd jgħaddu minn waħda jew iktar minn l-operazzjonijiet li ġejjin li warajhom il-prodott jiġi mgeżwer jew ippakkjat u, meta meħtieġ imkessaħ jew iffriżat: iffilettjar, tiflil, sliħ, tneħħija tal-qoxra jew l-arzella, ikkapuljar u pproċessar.
3.3. “Bastiment-friża” tfisser kull bastiment li abbord tiegħu jiġu ffriżati l-prodotti tas-sajd, meta meħtieġ wara xogħol ta' tħejjija bħal tneħħija tad-demm, tar-ras, ta' l-interjuri u tal-pinene u, meta meħtieġ, billi wara l-prodott jiġi mgeżwer jew ippakkjat.
3.4. “Prodotti tas-sajd separati mekkanikament” tfisser kull prodott li jirriżulta mit-tneħħija tal-laħam minn prodotti tas-sajd bl-użu ta' mezzi mekkaniċi b'mod illi tintilef jew tiġi modifikata l-istruttura tal-laħam.
3.5. “Prodotti tas-sajd friski” tfissr prodotti tas-sajd mhux proċessati, kemm sħaħ kif ukoll ppreparati, inklużi prodotti ippakkjati taħt vakum jew f'ambjent immodifikat, li ma ġewx mgħoddija minn ebda trattament għall-preservazzjoni barra mit-tkessiħ.
3.6. “Prodotti tas-sajd preparati” tfisser prodotti tas-sajd mhux ipproċessati li għaddew minn operazzjoni li ma tħallihomx anatomikament sħaħ, bħat-tneħħija ta' l-interjuri u tar-ras, tiflil, fillettjar, u tqattigħ.
4. ĦALIB
4.1. “Ħalib nej” tfisser ħalib maħlub mill-glandoli mammarji ta' annimali mrobbija, li ma ġiex imsaħħan sa' iktar minn 50oC jew li għadda minn trattament b'effett ekwivalenti.
4.2. “Azjenda ta' produzzjoni tal-ħalib” tfisser stabbiliment fejn jinżammu waħda jew iktar annimali mrobbija għall-ħalib bl-iskop li jitqiegħed fis-suq bħala ikel.
5. BAJD
5.1. “Eggs” means eggs in shell - other than broken, incubated or cooked eggs - that are produced by farmed birds and are fit for direct human consumption or for the preparation of egg products.
5.2. „ Bajda likwida“ tfisser bajda mhux proċessata wara t-tneħħija tal-qoxra.
5.3. “Bajda mixquqa” tfisser bajda bil-ħsara fil-qoxra iżda bil-membrani intatti.
5.4. „ Ċentru ta' l-ippakkjar“ tfisser stabbiliment fejn il-bajd jiġi kkalibrat skond il-kwalità u l-użin
6. SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET U BEBBUX
6.1. “Saqajn taż-żrinġijiet” tfisser il-parti ta' isfel tal-ġisem maqsum travers minn taħt id-driegħ, bit-tneħħija ta' l-interjuri u tal-qoxra, ta' l-ispeċje RNA (familja tar-Ranidae).
6.2. “Bebbux” tfisser gastropodi ta' l-art ta' l-ispeċje Helix pomatiaLinn L., Helix aspersa Muller, Helix lucorum u l-ispeċje tal-familja Achatinidae.
7. PRODOTTI PPROĊESSATI
7.1. “Prodotti tal-laħam” tfisser prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' laħam jew mill-ipproċessar ulterjuri ta' prodotti pproċessati bħal-dawn, ħalli l-wiċċ maqtugħ ma jkunx juri iktar il-karatteristiċi ta' laħam frisk.
7.2. “Prodotti mill-ħalib” tfisser prodotti proċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' ħalib nej jew minn l-ipproċessar ulterjuri ta' prodotti pproċessati bħal dawn.
7.3. “Prodotti mill-bajd” tfisser prodotti pproċessat li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' bajd, jew ta' komponenti varji jew taħlietiet ta' bajd jew minn pproċessar ulterjuri ta' prodotti pproċessati bħal dawn.
7.4. “Prodotti tas-sajd ipproċessati” tfisser prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd jew minn ipproċessar ulterjuri ta' prodotti proċessati bħal dawn.
7.5. “Grass ta' l-annimali mdewweb” tfisser grass li hu meħud meta l-laħam inkluż l-għadam ġie mdewweb, maħsub biex jittiekel mill-bniedem.
7.6. “Qrieqeċ” tfisser il-fdal tad-tidwib b'kontenut tal-proteina, wara separazzjoni parzjali tal-grass u l-ilma.
7.7. “Ġelatina” tfisser il-proteina naturali, li tinħall, kemm jekk ġellifikata u kemm jekk le, li tirriżulta mill-idrolisi parzjali ta' kollaġni minn għadam, ġlud, tendini u għeruq ta' l-annimali.
7.8. “Kollaġni” tfisser il-prodott fuq bażi ta' proteina li jirriżulta minn għadam, ġlud u tendini ta' annimali li jinħadmu skond il-ħtiġiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.
7.9. “Stonkijiet, vexxiki u intestine trattati” tfisser stonkijiet, vexxiki u intestine li ġew ittrattati bil-melħ, bis-sħana jew bl-inxif wara li ġew separati u mnaddfa.
8. DEFINIZZJONIJIET OĦRA
8.1. Prodotti ta' oriġini mill-annimali tfisser:
— ikel ta' oriġini mill-annimali, inkluż il-għasel u d-demm;
— molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi ġajjin, tunikati ġajjin u gastropodi marini ġajjin maħsuba li jittieklu mill-bniedem;
— u
— annimali oħra ddestinati biex jiġu ppreparati biex jiġu mgħoddija ħajjin lill-konsumatur finali.
8.2. “Suq bl-ingrossa” tfisser negozju ta' l-ikel li jinkludi diversi unitajiet separati illi għandhom flimkien istallazzjonijiet komuni u taqsimiet mnejn ħwejjeġ ta' l-ikel lill-operaturi fin-negozju ta' l-ikel.
ANNESS II
ĦTIĠIET DWAR DIVERSI PRODOTTI TA' ORIĠINI MILL-ANNIMALI
TAQSIMA I: MARKI TA' IDENTIFIKAZZJONI
Meta meħtieġ skond l-Artikolu 5 jew 6, u salvi d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness III, l-operatur fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw li l-prodotti ta' oriġini mill-annimali jkollhom fuqhom marka ta' identifikazzjoni skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.
A. APPLIKAZZJONI TAL-MARKA TA' L-IDENTIFIKAZZJONI
1. Il-marka ta'identifikazzjoni trid tiġi applikata qabel il-prodott iħalli l-istabbiliment tal-produzzjoni.
2. Madankollu, meta l-imballaġġ u/jew il-kisi tal-prodott jitneħħa jew jiġi pproċessat iżjed fi stabbiliment ieħor, għadha tiġi applikata marka ġdida lill-prodott. F’tali każijiet, il-marka l-ġdida għandha tindika n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment fejn saru dawn l-operazzjonijiet.
3. Marka ta'identifikazzjoni mhijiex neċessarja fuq pakketti tal-bajd meta kodiċi taċ-ċentru tal-ippakkjar hija applikata skont il-Parti A tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 23 ).
4. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, ikollhom sistemi u proċeduri stallati biex jidentifikaw l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li minnhom irċevew jew li lilhom bagħtu prodotti ta' oriġini mill-annimali.
B. FORMA TAL-MARKA TA' L-IDENTIFIKAZZJONI
5. Il-marka trid tkun tista' tingħaraf u indelibbli, u l-karattri jistgħu jinqraw sew. Għandha tkun murija sewwa biex l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jarawha.
6. Il-marka għandha tindika l-isem tal-pajjiż li fih jinstab l-istabbiliment, li għandu jinkiteb b'mod sħiħ jew jintwera bħala żewġ ittri minn kodiċi skond l-istandard rilevanti ISO.
Madankollu, fil-każ tal-Istati Membri, dawn il-kodiċijiet huma BE, BG, CZ, DK, DE, EE, GR, ES, FR, HR, IE, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, SI, SK, FI, RO, SE u UK.
7. Il-marka għandha tindika n-numru ta' approvazzjoni ta' l-istabbiliment. Jekk stabbiliment jaħdem kemm ikel illi għalih japplika dan ir-regolament kif ukoll ikel li għalih ma japplikax, l-operatur fin-negozju ta' l-ikel jista' japplika l-istess marka ta' identifikazzjoni għaż-żewġ tipi ta' ikel.
8. Meta applikata fi stabbiliment li jinstab fil-Komunità, il-marka għandha tkun ta’ forma ovali u tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, EC, EF, EG, EK, EO, EY, ES, EÜ, EK, EB, EZ jew WE.
Dawn l-abbrevjazzjonijiet m'għandhomx ikunu inklużi f'marki applikati fuq prodotti impurtati fil-Komunità minn stabbilimenti li jinsabu barra l-Komunità.
C. METODU TA' APPLIKAZZJONI TAL-MARKI
9. Il-marka tista', skond il-mod kif jiġu ppreżentati l-prodotti differenti ta' oriġini mill-annimali, tiġi applikata fuq il-prodott direttament, fuq l-imballaġġ jew il-pakkett, jew tiġi stampata fuq tiketta mehmuża mal-prodott, ma' l-imballaġġ jew mal-pakkett. Il-marka tista' tkun wkoll tikketta li ma tistax titneħħa ta' materjal reżistenti.
10. Fil-każ ta' imballaġġ li jkun fih il-laħam mqatta' u l-ġewwieni, il-marka għandha tkun applikata fuq tikketta mwaħħla ma' l-imballaġġ jew stampata fuq l-imballaġġ, b'tali mod illi titqatta' malli jinfetaħ il-pakkett. Dan mhux meħtieġ madankollu, jekk il-proċess stess tal-ftuħ jeqred l-imballaġġ. Meta l-pakkett jagħti l-istess protezzjoni bħall-imballaġġ, it-tikketta tista' titwaħħal mal-pakkett.
11. Għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali li jitqiegħdu f'kontenituri għat-trasport jew f'imballaġġi kbar li jkunu destinati għall-trattament, ipproċessar, ippakkjar jew imballaġġ ulterjuri fi stabbiliment ieħor, il-marka tista' tiġi applikata fuq il-wiċċ ta' barra tal-kontenitur jew l-imballaġġ.
12. Fil-każ ta' prodotti likwidi, granulati u fi trab ta' oriġini mill-annimali li jinġarru sfużi, u prodotti tas-sajd li jinġarru sfużi, il-marka ta' identifikazzjoni ma tkunx meħtieġa jekk id-dokumentazzjoni li takkumpanjahom ikun fiha l-informazzjoni indikata fil-punti 6,7 u, fejn xieraq, 8.
13. Meta prodotti ta' oriġini mill-annimali jitqiegħdu f'pakkett destinat għall-konsenja diretta lill-konsumatur finali, ikun biżżejjed li l-marka ssir fuq barra tal-pakkett biss.
14. Meta l-marka tiġi applikata direttament fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali, il-kuluri li jintużaw għandhom ikunu awtorizzati skond ir-regoli komunitarji dwar l-użu ta' sustanzi koloranti fuq l-ikel.
SEZZJONI II: MIRI TA' PROĊEDURI BBAŻATI FUQ HACCP (Hazard-analysis and critical control point)
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li joperaw biċċeriji għandhom jiżguraw li l-proċeduri li huma wettqu skond il-ħtiġiet ġenerali ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jissodisfaw il-ħtiġiet illi l-analiżi tas-sogru turi li huma neċessarji u l-ħtiġiet speċifiċi elenkati fil-punt 2.
2. Il-proċeduri għandhom jiggarantixxu illi kull animal jew meta xieraq kull lott ta' annimali illi jiddaħħlu fil-bini tal-biċċerija:
(a) ikun identifikat kif imiss;
(b) ikun akkumpanjat bl-informazzjoni rilevanti mill-ażjenda li minnha jkun ġej msemmija fis-Sezzjoni III:
(ċ) ma jkunx ġej minn ażjenda jew minn arja li l-moviment minnha jkun ipprojbit jew li jkollha restrizzjoni għar-raġuni ta' saħħa ta' l-annimali jew pubblika, ħlief meta dan tippermettih l-awtorità kompetenti;
(d) ikun nadif:
(e) ikun b'saħħtu, sa fejn l-operatur fin-negozju ta' l-ikel jista' jagħraf.
u
(f) ikun fi stat sodisfaċenti fir-rigward tal-kura meta jasal fil-biċċerija.
3. Fil-każ li ma jissodisfax xi waħda mill-ħtiġiet elenkati taħt il-punt tnejn, l-operatur fin-negozju ta' l-ikel għandhu javża lill-veterinarju uffiċjali u jieħu l-miżuri meħtieġa.
SEZZJONI III: INFORMAZZJONI DWAR IL-KATINA ALIMENTARI
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li joperaw biċċeriji għandhom, kif xieraq, jitolbu, jirċievu u jikkontrollaw u jaġixxu fuq l-informazzjoni dwar il-katina alimentari kif indikata f'din is-Sezzjoni fir-rigward ta' l-annimali kollha, ħlief il-kaċċa selvaġġa li jintbagħtu jew ikunu destinati li jintbagħtu fil-biċċerija.
1. Operaturi tal-biċċeriji m'għandhomx jaċċettaw annimali fil-bini tal-biċċerija jekk ma jkunux talbu, u ngħataw, l-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari mir-rekords miżmuma fl-istabbiliment tal-oriġini tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004.
2. L-operaturi tal-biċċeriji għandha tingħatalhom l-informazzjoni mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma jaslu l-annimali fil-biċċerija, ħlief fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt 7.
3. L-informazzjoni rilevanti tal-katina alimentari msemmija f'punt 1 għandha tinkludi, b'mod partikolari:
(a) l-istatus ta' l-ażjenda li minnha ikunu ġejjin jew l-istatus reġjonali tas-saħħa ta' l-annimali;
(b) l-istatus tas-saħħa ta' l-annimali;
(ċ) prodotti ta' mediċina veterinarja jew trattamenti oħra mogħtija lill-annimali fi żmien rilevanti u perjodu ta' sospensjoni ikbar minn żero, flimkien mad-dati meta ġew somministrati u l-perjodi ta' sospensjoni;
(d) jekk kienx hemm mard illi jista' jaffettwa s-sigurtà tal-laħam;
(e) ir-riżultati, jekk dan ikun rilevanti għall-protezzjoni tas-sanità pubblika, ta' xi analiżi ta' kampjuni meħuda mill-annimali jew ta' kampjuni oħra li jkunu ttieħdu biex issir dijanjosi ta' mard li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-laħam, inklużi kampjuni meħuda fil-kwadru tal-monitoraġġ u l-kontrol taż-żoonożi u residwi;
(f) rapport rilevanti dwar ispezzjonijiet li jkunu saru qabel ante- jew post-mortem, ta' annimali li jkunu ġejjin mill-istess ażjenda inklużi b'mod partikolari, rapporti mill-veterinarju uffiċjali;
(g) data ta' produzzjoni, meta dawn jistgħu juru l-preżenza ta' mard;
u
(h) l-isem u l-indirizz tal-veterinarju privat li normalment ikun qiegħed jattendi fl-ażjenda li minnha ġejjin.
(a) Madankollu, ma jkunx meħtieġ li l-operatur tal-biċċerija jiġi mogħti;
(i) l-informazzjoni msemmija fil-punt 3(a), (b), (f) u (h), jekk l-operatur ikun diġà jafha (per eżempju, b'arranġament permanenti jew skema li tiżgura l-kwalità)
Jew
(ii) l-informazzjoni msemmija fil-punt 3(a), (b), (f) u (g), jekk il-produttur jiddikjara li ma hemm l-ebda informazzjoni rilevanti x'jirrapporta.
(b) L-informazzjoni m'hemmx għalfejn tingħatha bħala estratt verbatim mir-reġistri ta' l-ażjenda li minnha ikunu ġejjin. Tista' tingħata b'mezzi elettroniċi jew fil-forma ta' dikjarazzjoni standard iffirmata mill-produttur.
5. L-operaturi tan-negozju fl-ikel li jiddeċiedu li jaċċettaw annimali fil-bini tal-biċċerija wara valutazzjoni ta' l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina alimentari għandhom jgħadduha lill-veterinarju uffiċjali mingħajr dewmien u ħlief fiċ-ċirkostanzi imsemmija fil-punt seba' mhux inqas minn erba' u għoxrin siegħa qabel ma jasal l-annimal jew il-lott. L-operatur tan-negozju fl-ikel għandu javża lill-veterinarju uffiċjali b'kull informazzjoni li tista' tqajjem problema ta' natura sanitarja qabel l-ispezzjoni ante-mortem ta' l-annimal in kwistjoni.
6. Jekk xi animal jasal fil-biċċerija mingħajr l-informazzjoni fil-katina alimentari, l-operatur għandu immedjatament jinnotifika lill-veterinarju uffiċjali. L-annimal m'għandux jinqatel qabel ma' jagħti permess il-veterinarju uffiċjali.
7. Jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti u sakemm dan ma jipperikolax l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni tal-katina alimentari tista’ tasal il-biċċerija anqas minn 24 siegħa qabel il-wasla tal-annimali ta’ kull speċi li magħhom tkun relatata jew inkella tista’ tintbagħat ma’ dawn l-annimali.
Madankollu, kull oġġett tal-informazzjoni tal-katina alimentari, li minħabba l-għarfien tiegħu jista’ jikkawża tfixkil serju fl-attività tal-biċċerija, għandu jiġi magħmul disponibbli għall-operatur kummerċjali tal-ikel li jopera l-biċċerija fi żmien biżżejjed qabel mal-annimali jaslu fil-biċċerija, biex b’hekk dak l-operatur kummerċjali tal-ikel jippjana l-attività fil-biċċerija skont dan.
L-operatur kummerċjali tal-ikel li jopera l-biċċerija għandu jevalwa l-informazzjoni relevanti u għandu jissottometti l-informazzjoni tal-katina alimentari riċevuta lill-veterinarju uffiċjali. Il-qtil jew it-tbiċċir tal-annimali ma jistax iseħħ sakemm il-veterinarju uffiċjali ma jippermettix dan.
8. L-operaturi tan-negozju fl-ikel għandhom jiċċekkjaw il-passaporti li jakkompanjaw is-solipedi domestiċi biex jassiguraw li l-annimal huwa destinat għall-qatla biex jittiekel mill-bniedem. Jekk jaċċettaw l-annimal għall-qatla, għandhom jgħaddu l-passaport lill-veterinarju uffiċjali.
TAQSIMA IV: REKWIŻITI LI JAPPLIKAW GĦALL-IKEL IFFRIŻAT LI JORIĠINA MILL-ANNIMALI
1. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “id-data tal-produzzjoni” tfisser:
(a) id-data tat-tbiċċir fil-każ ta’ karkassi, nofs karkassi u kwart ta’ karkassi;
(b) id-data tal-qtil fil-każ ta’ iġsma tal-kaċċa salvaġġa;
(c) id-data tal-ħsad jew tal-qbid, fil-każ ta’ prodotti tas-sajd;
(d) id-data tal-ipproċessar, il-qtugħ, l-ikkappuljar jew il-preparazzjoni, kif xieraq, għal kull ikel ieħor li joriġina mill-annimali.
2. Sal-istadju li fih l-ikel jiġi ttikkettjat skont id-Direttiva 2000/13/KE jew jintuża għall-ipproċessar ulterjuri, l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw li fil-każ tal-ikel iffriżat li joriġina mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-informazzjoni li ġejja tkun magħmula disponibbli lill-operatur fin-negozju tal-ikel li lilu jiġi pprovdut l-ikel u lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha:
(a) id-data tal-produzzjoni, u
(b) id-data tal-iffriżar, jekk tkun differenti mid-data tal-produzzjoni.
Meta oġġett tal-ikel isir minn lott ta’ materja prima b’dati differenti tal-produzzjoni u tal-iffriżar, id-dati l-aktar antiki tal-produzzjoni u/jew tal-iffriżar, kif xieraq, għandhom ikunu disponibbli.
3. Il-fornitur tal-ikel iffriżat jagħżel il-forma xierqa li fiha għandha tingħata l-informazzjoni, iżda l-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2 għandha tkun disponibbli b’mod ċar u mingħajr ekwivoċi u għandha tkun tista’ tinsab mill-operatur tan-negozju li lilu jiġi pprovdut l-ikel.
ANNESS III
ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI
SEZZJONI I: LAĦAM TA' UNGULATI DOMESTIĊI
KAPITOLU I: TRASPORT TA' ANNIMALI ĦAJJA GĦALL-BIĊĊERIJA
L-operaturi tan-negozju fl-ikel li jittrasportaw annimali ħajjin lejn il-biċċeriji għandhom jassiguraw li jkun hemm konformità mal-ħtieġiet li ġejjin.
1. Waqt il-ġabra u t-trasport, l-annimali għandhom jiġu ttrattati sewwa mingħajr tbatija inutli.
2. L-annimali li juru sintomi ta' mard jew li ġejjin mill-merħliet magħrufa bħala kkontaminati minn aġenti ta' importanza għas-saħħa jistgħu jinġarru biss lejn il-biċċerija meta l-awtorità kompetenti hekk tippermetti.
KAPITOLU II: ĦTIĠIET GĦALL-BIĊĊERIJI
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw illi l-binja, it-taqsim u t-tagħmir tal-biċċeriji fejn jinqatlu l-ungulati għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin.
(a) Il-biċċeriji għandu jkollhom stallel adegwati u iġjeniċi fejn jitqiegħdu l-bhejjem, jew meta jippermetti t-temp, reċinti fejn jistrieħu li jitnaddfu u jiddiżinfettaw rwieħhom faċilment. Dawn il-faċilitajiet għandu jkun fihom ilma biex jinstqew, jew jekk ikun hemm bżonn, jintemgħu l-annimali. It-tneħħija ta' l-ilma żejjed ma għandux jipperikola is-sigurtà ta' l-ikel.
(b) Għandu jkun fihom ukoll faċilitajiet separati li jissakru jew, meta jippermetti t-temp, reċinti għall-annimali morda jew sospetti bi dranaġġ separat u mqiegħda b'mod tali li jiġi evitat li jittieħdu annimali oħra, sakemm l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li dawn il-faċilitajiet mhumiex meħtieġa.
(ċ) Id-daqa ta' l-istallel għandu jassigura li tittieħed kura ta' l-annimali. It-tifsila tagħhom għandha tiffaċilita ispezzjonijiet ante-mortem, inkluża l-identifikazzjoni ta' l-annimali jew grupp tagħhom.
2. Biex jevitaw il-kontaminazzjoni tal-laħam, huma għandhom:
(a) jkollhom numru suffiċjenti ta' kmamar, adattati għall-operazzjonijiet li jkunu qed isiru;
(b) jkollhom kamra separata għat-tbattil u t-tindif ta' l-istonkijiet u intestini, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax is-separazzjoni fil-ħinijiet li jsiru dawn l-operazzjonijiet f'biċċerija partikolari fuq bażi ta' każ b'każ;
(ċ) jiżguraw separazzjoni fil-post u fil-ħin ta' l-operazzjonijiet li ġejjin:
(i) sturdiment u l-iżvinar;
(ii) fil-każ ta' annimali porċini, is-smit, id-depilazzjoni, ir-raxkjatura u t-tixwit;
(iii) tneħħija ta' l-interjuri u tindif ulterjuri;
(iv) manipulazzjoni ta' l-imsaren u l-kirxa ndaf;
(v) preparazzjoni u tindif tal-ġewwieni ieħor, b'mod partikolari il manipulazzjoni ta' rjus mqaxxra jekk dan ma jsirx flimkien mal-qatla;
(vi) tqartis tal-ġewwiena;
U
(vii) l-ispedizzjoni tal-laħam;
(d) ikollhom istallazzjonijiet li ma jħallux li jkun hemm kuntatt bejn il-laħam u l-art, il-ħitan u t-tagħmir
u
(e) ikollhom ringieli għal-qatla (fejn mħaddma) magħmula b'tali mod biex jippermettu progress kostanti tal-proċess tal-qatla u biex jiġi evitat li jkun hemm kontaminazzjoni bejn il-partijiet differenti tar-ringiela tal-qatla. Meta iktar minn ringiela waħda tal-qatla hija operata fl-istess post, għandu jkun hemm separazzjoni tar-ringieli biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni.
3. Għandu jkollhom faċilitajiet biex jiddiżinfettaw l-għodod f'ilma sħun b'temperatura ta' mhux inqas minn 82oC, jew sistema alternattiva b'effet ekwivalenti.
4. It-tagħmir għall-ħasil ta' l-idejn mill-impjegati li jmissu laħam espost għandu jkun fih viti maħsuba b'mod li jiżguraw li ma jkunx hemm tixid tal-kontaminazzjoni.
5. Għandu jkun hemm faċilitajiet jissakkru għall-ħażna ffriżata ta' laħam miżmum u faċilitajiet jissakkru separati fejn jinħażen il-laħam li jiġi ddikjarat li mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
6. Għandu jkun hemm post separati b'faċilitajiet għat-tindif, ħasil u diżinfettar tal-mezzi tat-trasport tal-bhejjem. Madankollu l-biċċeriji jista' ma jkollhomx dawn il-postijiet u faċilitajiet, meta l-awtorità kompetenti tippermetti dan u jkun hemm postijiet u faċilitajiet awtorizzati fil-qrib.
7. Għandu jkollhom faċilitajiet jissakkkru għall-qatla ta' annimali morda jew suspetti. Dan ma jkunx meħtieġ meta l-qatla ssir fi stabbilimenti oħra awtorizzati għal dashekk mill-awtorità kompetenti, jew jekk isir wara l-perijodu normali tal-qatla.
8. Jekk id-demel jew il-kontenut ta' l-imsaren jinżamm fil-biċċerija, għandu jkun hemm żona jew imkien speċjali għal dan.
9. Għandu jkollhom faċilità mgħammra sewwa li tissakkar, jew meta jinħtieġ karma għall-użu esklużiv tas-servizz veterinarju.
KAPITOLU III: ĦTIĠIET GĦALL-IMPJANTI TA' TQATTIGĦ
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw li impjanti ta' tqattigħ ta' laħam ta' ungulati domestiċi
1. jinbnew b'mod tali li jevitaw il-kontaminazzjoni tal-laħam, partikolarment billi:
(a) jagħtu kamp għall-progress kostanti fl-operazzjonijiet;
Jew
(b) jassiguraw separazzjoni bejn lottijiet differenti ta' produzzjoni;
2. jkollhom kmamar għall-ħażna separata ta' laħam imballat u mikxuf, sakemm ma' jkunux maħżuna fi żminijiet differenti jew b'mod tali li l-materjal ta' l-imballaġġ u l-mod tal-ħażna ma jikkaġunawx kontaminazzjoni lill-laħam;
3. ikollhom kmamar għat-tqattigħ b'tagħmir li jassigura li jkunu sodisfatti il-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu V;
4. ikollhom tagħmir għall-ħasil ta' l-idejn b'vitien iddisinjati biex jipprevjenu l-firxa tal-kontaminazzjoni, biex jintuża mill-uffiċjali li jittrattaw il-laħam mikxuf;
u
5. jkollhom faċilitajiet biex jiddiżinfettaw l-għodod f'ilma sħun b'temperatura ta' mhux inqas minn 82°C, jew sistema alternattiva b'effet ekwivalenti.
KAPITOLU IV: IĠJENE MATUL IL-QATLA
L-operaturi tan-negozju fl-ikel li joperaw il-biċċeriji fejn l-ungulati domestiċi jiġu maqtula għandhom jiżguraw għandhom jassiguraw li jkun hemm konformità mal-ħtieġiet li ġejjin
1. Wara l-wasla fil-biċċerija, m'għandux ikun hemm dewmien bla bżonn biex issir il-qatla ta' l-annimali. Madankollu, fejn meħtieġ għall-raġunijiet ta' kura, għandu jkun hemm żmien ta' mistrieħ matul il-qatla.
(a) Laħam minn annimali oħra barra minn dawk imsemmija fis-subparagrafi (b) u (ċ) m'għandux jingħata għall-konsum mill-bniedem jekk ikunu mietu mod ieħor milli jinqatlu fil-biċċerija.
(b) Biss annimali ħajjin destinati għall-qatla jistgħu jiddaħħlu fil-bini tal-biċċerija, bl-eċċezzjoni ta:
(i) annimali li jkunu inqatlu b'emerġenza barra mill-biċċerija skond il-Kapitaolu VI;
(ii) annimali maqtula fil-post tal-produzzjoni skond is-Sezzjoni III;
U
(iii) kaċċa selvaġġa skond Sezzjoni IV, Kapitolu II.
(ċ) Laħam minn annimali li jinqatlu f'biċċerija wara disgrazzja jista' jingħata għall-konsum mill-bniedem jekk, wara eżami, ma' jinstabx li kellu feriti oħra ħlief dawk ta' l-inċident.
3. L-annimali jew, fejn xieraq, kull lott ta' annimali li jintbagħtu għall-qatla għandhom jiġu identifikati sabiex l-oriġini tagħhom tista' tinstab.
4. L-annimali għandhom ikunu ndaf.
5. L-operaturi tal-biċċeriji għandhom isegwu id-direzzjonijiet li jingħataw mill-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nr 854/2004 biex jiġi assigurat li l-eżami ante-mortem ta' kull animal li għandu jinqatel isir taħt kondizzjonijiet xierqa.
6. Annimali miġjuba fis-sala tal-qtil għandhom jinqatlu mingħajr dewmien bla bżonn.
7. L-isturdiment, l-iżvinar, is-sliħ, it-tneħħija tal-ġewwieni u tindif ieħor għandu jsir mingħajr dewmien bla bżonn u b'mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni. Partikolarment:
(a) it-trakea u l-esofagu m'għandhomx jintmessu waqt l-iżvinar ħlief fil-każ ta' qatla skond xi drawwa reliġjuża;
(b) waqt it-tneħħija tal-ġlud u s-suf:
(i) m'għandux ikun hemm kuntatt bejn il-qoxra ta' barra tal-ġilda u l-karkassa;
u
(ii) l-operaturi u t-tagħmir li jiġu f'kuntatt mal-qoxra ta' barra tal-ġlud u mas-suf m'għandhomx imissu l-laħam;
(ċ) għandhom jittieħdu miżuri biex ma jsirx tixrid tal-kontenut ta' l-imsaren matul u wara t-tneħħija tal-ġewwieni u biex jiġi assigurat li t-tneħħija tal-ġewwieni ssir kemm jista' jkun malajr wara l-isturdiment;
u
(d) it-tneħħija tad-driegħ m'għandiex tikkaġuna l-kontaminazzjoni tal-karkassa bil-ħalib jew kolostrum.
8. Il-karkassi u l-partijiet l-oħra tal-ġisem maħsuba għall-konsum tal-bniedem għandhom jitqaxxru kompletament, ħlief fil-każ ta’ l-annimali porċini, l-irjus ta’ l-annimali ovini u kaprini u l-għoġġiela, il-geddum u x-xuftejn ta’ l-annimali bovini u s-saqajn ta’ l-annimali bovini, ovini u kaprini. L-irjus, inklużi l-geddum u x-xuftejn, u s-saqajn għandhom jiġu ttrattati b’mod sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.
9. Sakemm ma jkunux misluħa, l-annimali porċini għandu jitneħħielhom il-lanżit immedjatament. Għandu jtnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' kontaminazzjoni bl-ilma tas-smit. Għal din l-operazzjoni għandhom jintużaw biss additivi approvati. L-annimali porċini għandhom jitlaħilħu sewwa, wara dan, bl-ilma tax-xorb.
10. Il-karkassi ma għandux ikun fihom kontaminazzjoni fekali li tidher. Kull kontaminazzjoni li tidher għandha titneħħa mingħajr dewmien billi tintraqam jew mezz alternattiv b'effett ekwivalenti.
11. Il-karkassa u l-ġewwieni m'għandhomx imissu ma' l-art, mal-ħitan jew ma' strutturi tax-xogħol.
12. L-operaturi tal-biċċeriji għandhom jobdu d-direzzjonijiet ta' l-awtorità kompetenti biex jassiguraw illi l-ispezzjoni post-mortem ta' l-annimali kollha maqtula ssir taħt kondizzjonijiet xierqa skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004.
13. Sakemm l-ispezzjoni post-mortem titlesta, il-partijiet ta' l-annimal maqtul soġġett għal din l-ispezzjoni iridu:
(a) jibqgħu identifikabbli bħala li huma parti minn karkassa partikolari;
u
(b) jridu ma jiġux in kuntatt ma xi karkassa, ġewwieni, jew vixxri oħra, inklużi dawk illi diġà ġew eżaminati post-mortem.
Madankollu, sakemm ma jkunx hemm xi leżjoni patoloġika, il-pene jista' jiġi mormi immedjatament.
14. Iż-żewġt ikliewi għandhom jitneħħew minn ġol-fosdqa grassa tagħhom. Fil-każ ta' annimali bovini u porċini, u solipedi, il-kapsula peri-renali għandha wkoll titneħħa.
15. Jekk id-demm u ġewwieni ieħor ta' diversi annimali huwa miġbur fl-istess kontenitur qabel ma jsir l-eżami post-mortem, il-kontenut sħiħ għandu jiġi dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jekk karkassa ta' wieħed jew aktar ġiet iddikjarata mhix tajba għall-ikel mill-bniedem.
16. Wara ispezzjoni post-mortem:
(a) it-tunsilli ta’ l-annimali bovini, ta’ l-annimali porċini u ta’ l-annimali bi dwiefer sodi għandhom jitneħħew b’mod iġjeniku;
(b) partijiet dikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum tal-bniedem għandhom jitneħħew kemm jista' jkun malajr mis-settur nadif ta' l-istabbiliment;
(ċ) laħam miżmum jew iddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem u prodotti sekondarji li ma jittieklux m'għandhomx jiġu in kuntatt ma laħam iddikjarat tajjeb għall-ikel mill-bniedem;
u
(d) il-vixxri u partijiet minnhom li jibqgħu fil-karkassa, ħlief għall-kliewi, għandhom jitneħħew għall-kollox kemm jista' jkun malajr, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax mod ieħor.
17. Wara li ssir il-qatla u l-ispezzjoni post-mortem, il-laħam għandu jinħażen skond il-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu VII.
18. Meta ddestinati għall-trattament ulterjuri:
(a) l-istonkijiet għandhom jinstamtu jew jitnaddfu;
(b) l-imsaren għandhom jitbattlu u jitnaddfu;
U
(ċ) l-irjus u s-saqajn għandhom jiġu misluħa jew mismuta jew depilati.
19. Meta l-istabbilimenti ikunu ġew approvati għal-qatla ta' speċje differenti ta' annimali jew għat-trattament ta' karkassi ta' kaċċa mrobbija u ta' kaċċa selvaġġa, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex ma ssirx kontaminazzjoni reċiproka billi jiġu separati jew fiż-żmien jew fl-ispazju ta' operazzjonijiet li jsiru fuq id-diversi speċje. Faċilitajiet separati biex jintlaqgħu u jinħażnu karkassi mhux misluħa ta' kaċċa mrobbija maqtula fir-razzett u għall-kaċċa selvaġġa għandhom ukoll ikunu disponibbli.
20. Jekk il-biċċerija ma jkunx fiha faċilitajiet li jissakkru riservati għall-qatla ta' annimali morda jew sospetti, il-faċilitajiet li jintużaw għal dawn l-annimali għandhom jitnaddfu, jinħaslu u jiġu diżinfettati taħt sorveljanza uffiċjali qabel ma terġa tibda l-qatla ta' annimali oħra.
KAPITOLU V: L-IĠJENE WAQT IT-TQATTIGĦ U D-DISSUSSAR
L-operaturi tan-negozji fl-ikel għandhom jiżguraw illi t-tqattigħ u d-dissussar tal-laħam ta' l-ungulati domestiċi isir skond il-ħtiġiet li ġejjin.
1. Il-karkassi ta' l-ungulati domestiċi jistgħu jiġu mqattgħa fi nfas jew irbiegħ, u qatta' l-infas f'mhux inqas minn tlett qatgħat għall-bejgħ bl-ingrossa, fil-biċċeriji. It-tqattigħ u d-dissussar ulterjuri għandu jsir f'impjant tat-tqattigħ.
2. Ix-xogħol fuq il-laħam għandu jkun organizzat b'mod tali li tiġi evitata jew mnaqqsa l-kontaminazzjoni. Għal dan l-iskop l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw b'mod partikolari li:
(a) laħam destinat għall-qtugħ jinġieb fil-kmamar tax-xogħol progressivament kif meħtieġ;
(b) matul it-tqattigħ, id-dissussar, it-tirqim, it-tfellil, qtugħ f'kubi, it-tgeżwir u l-imballaġġ, il-laħam jinżamm f'temperatura ta' mhux iktar minn 3°C għall-ġewwieni u 7°C għall-laħam ieħor, billi tinżamm temperatura ta' l-ambjent ta' mhux iktar minn 12 °C jew sistema alternattiva li jkollha effett ekwivalenti;
u
(ċ) meta l-bini ikun approvat għat-tqattigħ ta' laħam ta' speċje differenti ta' annimali, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni reċiproka, fejn neċessarju bis-separazzjoni ta' l-operazzjonijiet fuq l-ispeċje diversi jew fl-ispazju jew fil-ħin.
3. Madankollu, il-laħam jista' jiġi dissussat u mqatta' qabel ma' jasal għat-temperatura msemmija fil-punt 2(b) skond il-Kapitolu VII, punt 3.
4. Il-laħam jista' jiġi dissussat u mqatta' qabel ma jasal għat-temperatura msemmija fil-punt 2 (b) fejn il-kamra tat-tqattigħ tkun fl-istess bini tal-biċċerija. F'dan il-każ il-laħam għandu jittieħed fil-kamra tat-tqattigħ jew direttament min fejn issir il-qatla jew wara li jkun għadda żmien fil-kamra tat-tkessiħ jew refriġerazzjoni. Malli jitqatta' u, jekk ikun il-każ imballat, il-laħam għandu jiġi mkessaħ sat-temperatura msemmija fil-punt 2 (b).
KAPITOLU VI: QTIL B'EMERĠENZA BARRA L-BIĊĊERIJA
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw illi l-laħam ta' ungulati domestiċilli nqatlu b'emerġenza barra mill-biċċerija ikun jista' jingħata għall-ikel mill-bniedem jekk jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin.
1. Annimal li mill-bqija jkun b'saħħtu ikun sofra disgrazzja illi żammitu milli jittieħed fil-biċċerija għal raġunijiet ta' kura ta' l-annimal.
2. Veterinarju għandu jagħmel ispezzjoni ante-morte ta' l-annimal.
3. L-annimal maqtul u żvinat għandu jinġarr sal-biċċerija iġjenikament u mingħajr dewmien bla bżonn. It-tneġġija ta' l-istonku u l-intestini, iżda l-ebda tindif ieħor jista' jsir fuq il-port, taħt is-sorveljanza tal-veterinarju. Il-vixxri li jitneħħew għandhom jittieħdu ma' l-annimal maqtul fil-biċċerija u jiġu identifikati bħala ta' dak l-annimal.
4. Jekk jgħaddu iktar minn sagħtejn bejn il-qatla u l-wasla fil-biċċerija, l-annimal għandu jiġi refriġerat. Fejn il-kondizzjonijiet tal-klima hekk jippermettu, it-tkessiħ attiv mhuwiex neċessarju.
5. Dikjarazzjoni mill-operatur fin-negozju ta' l-ikel illi rabba l-annimal, li tagħti l-identità ta' l-annimal u li tindika kull prodott veterinarju jew trattamenti oħra mogħtija lill-annimal, bid-dati ta' meta' ingħataw u l-perjodu ta' sospensjoni, għandha takkumpanja l-annimal maqtul sal-biċċerija.
6. Dikjarazzjoni maħruġa mill-veterinarju li tirreġistra riżultat posittiv ta' l-ispezzjoni ante-mortem, id-data u l-ħin, u r-raġuni tal-qatla b'emerġenza, u n-natura ta' kull trattament mogħti mill-veterinarju lill-annimal, għandha takkumpanja l-annimal maqtul sal-biċċerija.
7. L-annimal maqtul għandu jkun meqjus tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara espressjoni post-mortem li tkun saret fil-biċċerija skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, inkluż kull test addizzjonali meħtieġ fil-każ ta' qatla b'emerġenza.
8. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jobdu d-direzzjonijiet illi l-veterinarju uffiċjali jista' jagħti wara ispezzjoni post-mortem dwar l-użu li jrid isir mill-laħam.
9. L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ma jistgħux iqiegħdu fis-suq laħam ta' annimali maqtula f'emerġenza jekk ma jkunx hemm fuqu timbru sanitarju speċjali li ma jistax jiġi mfixkel jew mal-marka sanitarja msemmija fir-Regolament (Ke) Nru 854/2004 jew mal-marka ta' l-identità msemmija fl-Anness II, Sezzjoni I ta' dan ir-Regolament. Dan il-laħam ma jistax jitqiegħed fis-suq ħlief fi Stat Membru fejn saret il-qatla u skond il-liġi nazzjonali.
KAPITOLU VII: ĦAŻNA U TRASPORT
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw illi l-ħażna u t-trasport ta' laħam ta' ungulati domestiċi isir skond il-ħtiġiet li ġejjin.
(a) Sakemm dispożizzjonijiet speċifiċi oħra ma jiddisponux mod ieħor l-ispezzjoni post-mortem għandha tiġi segwita mmedjatament bit-tkessiħ fil-biċċerija biex tiġi żgurata temperatura fil-laħam kollu ta' mhux iktar minn 3°C għall-ġewwieni u 7 °C għall-laħam ieħor
(b) Waqt li jsiru l-operazzjonjiet tat-tkessiħ, għandu jkun hemm ventilazzjoni adegwata biex ma ssirx il-kondensazzjoni fuq wiċċ il-laħam.
2. Il-laħam għandu jilħaq it-temperatura msemmija fil-punt 1 u jżomm dik it-temperatura matul il-ħażna.
3. Il-laħam għandu jilħaq it-temperatura msemmija fil-punt 1 qabel ma jinġarr u jżomm dik it-temperatura matul il-ġarr. Madankollu, it-trasport jista' jsir ukoll jekk l-awtorità kompetenti tawtorizzah biex tista' ssir il-produzzjoni ta' xi prodotti speċifiċi, sakemm:
(a) dan it-trasport isir skond il-ħtiġiet li l-awtorità kompetenti tkun indikat fir-rigward ta' trasport minn stabbiliment partikolari għal ieħor;
u
(b) il-laħam għandu jitlaq mill-biċċerija, jew kamra tat-tqattigħ fl-istess bini tal-biċċerija, immedjatament u t-trasport ma jieħux iktar minn sagħtejn.
4. Laħam destinat għall-friża għandu jiġi ffriżat mingħajr dewmien bla bżonn, billi jittieħed kont meta meħtieġ ta' żmien biex il-laħam jistabbilizza qabel ma jiġi ffriżat.
5. Il-laħam espost għandu jinħażen u jinġarr separatament mill-laħam ippakkjat, sakemm ma jkunx maħżun jew trasportat f'ħinijiet differenti jew b'tali mod illi l-materjal ta' l-imballaġġ u l-mod ta' ħażna u ġarr ma jistgħux jikkaġunaw kontaminazzjoni tal-laħam.
SEZZJONI II: LAĦAM TAL-POLLAM U TAL-LAGOMORFI
KAPITOLU I: TRASPORT TA' ANNIMALI ĦAJJA LEJN IL-BIĊĊERIJA
L-operaturi tan-negozji fl-ikel li jittrasportaw annimali ħajjin lejn il-biċċeriji għandhom jiżguraw illi dawn il-ħtiġiet li ġejjin ikunu soddisfatti.
1. Waqt il-ġbir u t-trasport l-annimali għandhom jiġu ttrattati sewwa mingħajr tbatija inutli
2. Annimali li għandhom sintomi ta' mard jew li ġejjin mill-merħliet li hu magħruf li huma kkontaminati b'aġenti ta' importanza għas-saħħa pubblika jistgħu jinġarru lejn il-biċċerija biss meta hu permess mill-awtorità kompetenti.
3. Gaġeġ għall-ħarr ta' l-annimali lejn il-biċċerija u kompartimenti, meta wżati, għandhom ikunu magħmulin minn materjal li jirreżistu l-korrożjoni u li jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati faċilment. Immedjatament wara li jiżvujtawh u, jekk meħtieġ, qabel ma jerġa jintuża, it-tagħmir kollu tal-ġbir u tal-konsenja ta' annimali ħajjin, għandu jinħasel u jiġi diżinfettat.
KAPITOLU II: ĦTIĠIET GĦALL-BIĊĊERIJI
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jassiguraw illi il-kostruzzjoni, it-tifsila u t-tagħmir tal-biċċeriji fejn il-pollam jew il-lagomorfi jinqatlu jissodisfaw dawn il-ħtiġiet.
1. Għandu jkollhom kamra jew spazju msaqqaf biex jintlaqgħu l-annimali u jiġu eżaminati qabel il-qatla.
2. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-laħam, għandu:
(a) jkollhom numru suffiċjenti ta' kmamar, skond l-operazzjonijiet li jridu jsiru;
(b) jkollhom kamra separata fejn jitneħħa l-ġewwieni u tindif ulterjuri, inkluż iż-żieda tal-ħwawar mal karkassi sħaħ tal-pollam, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax is-separazzjoni bil-ħin ta' dawn l-operazzjonijiet f'biċċerija partikolari każ b'każ;
(ċ) jiżguraw separazzjoni fl-ispazju jew fil-ħin ta' dawn l-operazzjonijiet li ġejjin:
(i) sturdiment u żvinar;
(ii) tintif jew sliħm, jew kull smit;
u
(iii) spedizzjoni tal-laħam;
(d) jkollhom istallazzjoni biex jkunx hemm kuntatt bejn il-laħam u l-art, il-ħitan u t-tagħmir;
u
(e) ikollhom ringieli għall-qatla (fejn mħaddma) magħmula b'tali mod biex jippermettu progress kostanti tal-proċess tal-qatla u biex jiġi evitat li jkun hemm kontaminazzjoni bejn il-partijiet differenti tar-ringiela tal-qatla. Meta iktar minn ringiela waħda tal-qatla hija operata fl-istess post, għandu jkun hemm separazzjoni tar-ringieli biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni.
3. Għandu jkollhom faċilitajiet biex jiddiżinfettaw l-għodda bil-misħun b'temperatura ta' mhux inqas minn 82°C, jew sistema alternattiva b'effett ekwivalenti.
4. It-tagħmir għall-ħasil ta' l-idejn mill-uffiċjali inkarigati biex jittrattaw laħam espost għandu jkollhom vitien ddisinjat biex jiġi evitat li l-kontaminazzjoni tixtered.
5. Għandu jkun hemm faċilitajiet li jissakkru għall-ħażna refriġerata ta' laħam miżmum u faċilitajiet li jissakru separati għall-ħażna ta' laħam dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
6. Għandu jkun hemm post separat b'faċilitajiet xierqa għat-tindif, ħasil u d-diżinfezzjoni ta:
(a) it-tagħmir tat-trasport bħall-gaġeġ;
u
(b) mezzi tat-trasport.
Dan il-postijiet u faċilitajiet mhumhiex obbligatorji għall (b) jekk fil-qrib jeżistu postijiet u faċilitajiet uffiċjalment awtorizzati.
7. Għandu jkollhom faċilità li tissakkar adegwata jew, fejn hemm bżonn, kamra għall-użu esklussiv ta' servizz veterinarju.
KAPITOLU III: IL-ĦTIĠIET GĦALL-IMPJANTI TAT-TQATTIGĦ
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw illi l-impjanti li jittrattaw laħam tal-pollam jew tal-lagomorfi:
(a) ikunu mibnija b'mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-laħam, b'mod partikolari billi:
(i) jippermettu progress kostanti ta' l-operazzjonijiet;
Jew
(ii) jiżguraw separazzjoni bejn il-produzzjoni tal-lottijiet differenti;
(b) ikollhom kmamar għall-ħażna separata għall-laħam ippakkjat u dak espost, sakemm ma jkunx maħżun f'ħinijiet differenti jew b'tali mod illi il-materjal ta' l-imballaġġ u l-mod tal-ħażna ma jġibx kontaminazzjoni tal-laħam;
(ċ) jkollhom kmamar għat-tqattigħ mgħammra biex jassiguraw li jiġu sodisfatti il-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu V;
(d) ikollhom fejn tista' taħsel idejk bħall-użu ta' l-uffiċjali li jittrattaw laħam espost b'vitien magħmula b'mod li jżommu l-kontaminazzjoni milli tixtered;
u
(e) ikollhom faċilitajiet biex jiġu diżinfettati l-għodda bil-misħun b'temperatura mhux inqas minn 82°C, jew b'sistema alternattiva b'effett ekwivalenti.
2. Jekk l-operazzjonijiet li ġejjin jsiru f'impjant ta' tqattigħ:
(a) it-tneħħija tal-ġewwieni tal-wiżż u l-papri mrobbija għall-produzzjoni tal-'foie gras', li ġew storduti, żvinati u mnittfa fir-razzett tas-simna;
Jew
(b) it-tneħħija tal-ġewwieni tal-pollam li fih l-evixxerzzjoni tħalliet għall-wara,
l-operaturi tan-negozju fl-ikel għandhom jiżguraw li jkun hemm kmamar separati għall-dan l-iskop.
KAPITOLU IV: L-IĠJENE WAQT IL-QATLA
L-operaturi tan-negozju fl-ikel li joperaw biċċeriji fejn il-pollam jew il-lagomorfi huma maqtula għandhom jiżguraw illi l-ħtiġiet li ġejjin ikunu sodisfatti.
(a) Laħam minn annimali barra minn dawk msemmija f'(b) ma għandux jingħata għall-konsum mill-bniedem jekk dawn mietu b'mod ieħor minflok ma ġew maqtula fil-biċċerija.
(b) Biss annimali ħajjin destinati għall-qatla jistgħu jiddaħlu ġewwa l-bini tal-biċċerija, bl-eċċezzjoni ta:
(i) pollam li fih l-evixxerazzjoni tħalliet għall-wara, wiżż u papri mrobbija għall-produzzjoni tal-'foie gras' u għasafar li jitqiesux bħala domertiċi iżda li jiġu mrobbija bħala annimali domestiċi, jekk maqtula fir-razzett skond il-Kapitolu VI;
(ii) kaċċa mrobbija maqtula fil-post tal-produzzjoni skond is Sezzjoni III;
u
(iii) kaċċa selvaġġa żgħira skond is-Sezzjoni IV, Kapitolu III.
2. L-operaturi tal-biċċeriji għandhom isegwu d-direzzjonijiet ta' l-awtorità kompetenti biex jiżguraw li l-ispezzjoni ante-mortem ssir taħt kondizzjonijiet xierqa.
3. Meta l-istabbilimenti jiġu approvati għall-qatla ta' speċi differenti ta' annimali jew għat-trattament tar-ratites (għasafar li ma jtirux) mrobbija u kaċċa selvaġġa żgħira, ikunu jridu jittieħdu prekawzjonijiet kontra l-kontaminazzjoni reċiproka bis-separazzjoni jew fil-ħin jew fl-ispazju ta' l-operazzjonijiet li jsiru fuq l-ispeċje differenti. Faċilitajiet separati fejn jintlaqgħu u jinġażnu l-karkassi tar-ratites imrobbija maqtula fir-razzett u għall-kaċċa selvaġġa żgħira iridu jkunu disponibbli.
4. Annimali li jiddaħħlu fil-kamra tal-qatla għandhom ikunu maqtula mingħajr dewmien bla bżonn.
5. L-isturdament, l-iżvinar, is-sliħ u t-tintif, it-tneħħija tal-ġewwieni u tindif ieħor għandu jsir mingħajr dewmien bla bżonn b'mod tali li l-kontaminazzjoni tal-laħam tiġi evitata. B'mod partikolari, miżuri għandhom jittieħdu biex jiġi evitat li jixtered il-kontenut ta' l-apparat diġestiv waqt l-evixxerazzjoni.
6. L-operaturi tal-biċċeriji jridu jsegwu d-direzzjonijiet ta' l-awtorità kompetenti biex jiżguraw li l-eżami post-mortem isir taħt kondizzjonijiet xierqa, u in partikolari li l-annimali maqtula jistgħu jiġu eżaminati sewwa.
7. Wara eżami post-mortem:
(a) il-partijiet li mhumiex tajba biex jittieklu mill-bniedem għandhom jitneħħew malajr kemm jistaħ jkun mis-settur nadif ta' l-istabbiliment;
(b) laħam miżmum jew dikjarat li mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem u prodotti sekondarji li ma jittieklux m'għandhomx jiġu in kuntatt ma' laħam iddikjarat tajjeb għall-ikel mill-bniedem;
u
(ċ) il-ġewwieni jew partijiet mill-ġewwieni li jibqgħu fil-karkassa, barra mill-kliewi, għandhom jitneħħew għall-kollox, jekk possibli, jew mill-aktar fis possibli, ħlief meta awtorizzat mod ieħor mill-awtorità kompetenti.
8. Wara l-eżami u t-tneħħija tal-ġewwieni, l-annimali maqtula iridu jiġu mnaddfa u mkessħa f'temperatura ta' mhux iktar minn 4°C mill-aktar fis possibli, sakemm il-laħam ma jkunx maqtugħ waqt li għadu sħun.
9. Meta l-karkassi isirilhom proċess ta' tkessiħ b'immersjoni, għandu jittieħed kont ta' li ġej.
(a) Kull prekawzjoni għandha tittieħed biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-karkassi, billi jittieħed kont tal-parametri bħal: il-piż tal-karkassa, it-temperatura ta' l-ilma, il-volum u d-direzzjoni ta' l-ilma ġieri u l-ħin tat-tkessiħ.
(b) It-tagħmir għandu jkun imbattal għall-kollox, imnaddar u diżinfettat kull darba li jkun meħtieġ u mill-inqas darba kuljum.
10. Annimali morda u sospetti, u annimali maqtula b'applikazzjoni ta' programmi għall-qirda jew il-kontroll tal-mard, m'għandhomx jinqatlu fl-istabbiliment ħlief meta hemm permess ta' l-awtorità kompetenti. F'dak il-każ il-qatla għandha ssir taħt sorveljanza uffiċjali u għandhom jittieħdu passi biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni; il-bini għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat qabel ma jerġa' jintuża.
KAPITOLU V: IĠJENE WAQT U WARA T-TQATTIGĦ U D-DISSUSSAR
L-operaturi tan-negozju fl-ikel iridu jiżguraw illi t-tqattigħ u d-dissussar tal-laħam tal-pollam u l-lagomorfi isir skond il-ħtiġiet li ġejjin.
1. Ix-xogħol fuq il-laħam għandu jiġi organizzat b'tali mod li tiġi evitata jew minimizzata l-kontaminazzjoni. Għall-dan l-iskop l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw b'mod partikolari illi:
(a) l-laħam destinat għat-tqattigħ jiddaħħal fil-kmamar tax-xogħol, skond kif meħtieġ;
(b) waqt it-tqattigħ, id-dissussar, it-tirqim, it-tfellil, il-qtugħ f'kubi, it-tgeżwir u l-ippakkeġġjar, it-temperatura tal-laħam għandha tinżamm mhux iktar minn 4°C permezz ta' temperature ambjentali ta' 12 °C jew sistema alternattiva li għandha effett ekwivalenti;
u
(ċ) meta l-bini huwa approvat għat-tqattigħ tal-laħam ta' speċi differenti ta' l-annimali, iridu jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni reċiproka, fejn meħtieġ bis-separazzjoni ta' l-operazzjonijiet fuq speċi differenti, jew bl-ispazju jew bil-ħin
2. Madankollu l-laħam jista' jiġi dissussat u maqtugħ ma jilħaq temperatura msemmija fil-punt 1 (b) meta l-kamra tat-tqattigħ tkun fl-istess sit bħal-bini tal-biċċerija, sakemm il-laħam jiġi trasferit lejn il-kamra tat-tqattigħ jew:
(a) direttament mil-bini tal-qatla;
jew
(b) wara żmien ta' stennija fil-kamra tat-tkessiħ jew refriġerazzjoni.
3. Appena jitqatta l-laħam u, fejn hu l-każ, jiġi ppakkettjat, dan għandu jitkessaħ għal temperatura ta’ mhux iktar minn 4 °C.
4. Il-laħam irid jilħaq temperatura ta’ mhux iktar minn 4 °C qabel it-trasport u jinżamm f’din it-temperatura waqt it-trasport. Madankollu, jekk l-awtorità kompetenti tawtorizza dan, il-fwied għall-produzzjoni tal-foie gras jista’ jinġarr f’temperatura ta’ mhux iktar minn 4 °C, u dan kemm-il darba:
(a) dan it-trasport isir skont ir-rekwiżiti li l-awtorità kompetenti tispeċifika fir-rigward tal-ġarr minn stabbiliment wieħed partikolari għall-ieħor; u
(b) li l-laħam jitlaq mill-biċċerija jew minn kamra fejn isir it-tqattigħ immedjatament, u t-trasport ma jiħux iktar minn sagħtejn.
5. Il-laħam li jiġi mit-tajr u mil-lagomorfi intiż għall-friża jrid jiġi iffriżat mingħajr dewmien.
6. Il-laħam espost irid jinħażen u jiġi ttrasportat separatament mil-laħam ippakkjat sakemm ma jkunx inħażen u ġie ttrasportat f’ħinijiet differenti jew b’tali mod li l-materjal tal-imballaġġ u l-mod tal-ħżin u tat-trasport ma jistgħux ikunu sorsi ta’ kontaminazzjoni għal-laħam.
KAPITOLU VI: QTIL FIR-RAZZETT
L-operaturi tan-negozji fl-ikel jistgħu joqtlu l-pollam msemmi fil-Kapitolu IV, punt 1(b)(i), fir-razzett biss bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti u skond il-ħtiġiet li ġejjin.
1. L-ażjenda trid tgħaddi minn ispezzjonijiet veterinarji regolari.
2. L-operaturi tan-negozji fl-ikel iridu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti minn qabel bid-data u l-ħin tal-qatla.
3. L-ażjenda għandu jkollha faċilitajiet biex jinġabru l-għasafar biex tkun tista' ssir ispezzjoni ante-mortem tal-grupp.
4. L-ażjenda għandu jkollha lokali adattati għall-qatla iġjenika u trattament ulterjuri ta' l-għasafar.
5. Il-ħtiġiet ta' kura għall-annimali iridu jiġu sodisfatti.
6. L-għasafar maqtula iridu jkunu akkumpanjati, lejn il-biċċerija, b'dikjarazzjoni mill-operaturi tan-negozji ta' l-ikel li rabbew l-annimali, li tindika kull prodott veterinarju jew trattamenti oħra li ġew mogħtija lill-annimal, id-dati meta ġew somministrati u l-perjodi ta' sospensjoni, u d-data u l-ħin tal-qatla.
7. L-annimal maqtul irid jiġi akkumpanjat lejn il-biċċerija b'ċertifikat maħruġ mill-veterinarju uffiċjali jew il-veterinarju approvat skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004.
8. Fil-każ tal-pollam imrobbi għall-produzzjoni tal-'foie gras', it-tjur li minnhom tneħħa l-ġewwieni għandhom jinġarru immedjatament u, jekk meġtieħ refriġerati għall-biċċerija jew impjant tat-tqattigħ. Il-ġewwieni għandu jitneħħa fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-qatla taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità kompetenti.
9. Il-pollam illi t-tneħħija tal-ġewwieni tħalliet għall-wara miksub mir-razzett jista' jinżamm sa' ħmistax –il ġurnata ta' mhux iżjed minn 4°C. Umbgħad għandu jitneħħielu l-ġewwieni fil-biċċerija jew f'impjant ta' tqattigħ fl-istess Stat Membru bħar-razzett tal-produzzjoni.
KAPITOLU VII: AĠENTI GĦAŻ-ŻAMMA TA’ L-ILMA
L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jiżguraw li laħam tat-tjur ta’ l-irziezet li kien ittrattat speċifikament biex tkun promossa ż-żamma ta’ l-ilma ma jitqiegħedx fis-suq bħala laħam frisk iżda bħala preparazzjonijiet ta’ laħam jew użat fil-produzzjoni ta’ prodotti ipproċessati.
SEZZJONI III: LAĦAM TA' KAĊĊA MROBBIJA
1. Id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni I japplikaw għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam minn mammali tal-kaċċa taż-żewġ mrobbija (Cervidae u Suidae), skemm l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li dan mhux proprju.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' Sezzjoni II japplikaw għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam minn ratites. Madankollu, dawk ta' Sezzjoni I japplikaw meta l-awtorità tikkunsidrahom proprji. Faċilitajiet approprjati għandhom jkunu disponibbli, adattati għad-daqs ta' l-annimali.
3. Minkejja l-punti 1 u 2, l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel jistgħu joqtlu ratites u ungulati mrobbija msemmija fil-punt 1 fil-post ta' l-oriġini bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti jekk:
(a) l-annimali ma jistgħux jinġarru, biex jiġi evitat ir-riskju għall-min jitratta magħhom u għall-kura ta' l-annimali;
(b) il-merħla tkun ġiet eżaminata regolarment mill-veterinarju;
(ċ) sid l-annimali jagħmel talba;
(d) l-awtorità kompetenti tkun infurmata minn qabel bid-data u l-ħin tal-qatla ta' l-annimali;
(e) l-ażjenda jkollha proċeduri għall-ġabra ta' l-annimali biex ikun possibli li jsirilhom eżami ante-mortem bħala grupp;
(f) l-ażjenda ikollha faċilitajiet adattati għall-qatla, għall-iżvinar u, meta r-ratites iridu jitnittfu, għat-tnittif ta' l-annimali;
(g) ikunu sodisfatti l-ħtiġiet dwar il-kura ta' l-annimali;
(h) l-annimali maqtula u żvinati inġarru lejn il-biċċerija iġjenikament u mingħajr dewmien bla bżonn. Jekk il-ġarr jieġu iktar minn sagħtejn, l-annimali ikunu ġew, jekk meħtieġ, refriġerati. It-tneħħija tal-ġewwieni ssir fuq il-post taħt is-sorveljanza tal-veterinarju;
(i) id-dikjarazzjoni mill-operatur fin-negozju ta' l-ikel li jkun rabba l-annimali, li tiddikjara l-identità tagħhom, u li tindika kull prodott veterinarju jew trattament mogħti lilhom, id-data ġew somministrati u l-perjodu sospensjoni, takkumpanja l-annimali maqtula sal-biċċerija;
u
(j) matul il-ġarr lejn l-istabbiliment approvat, ċertifikat maħruġ u ffirmat minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju approvat, li jiċċertifika li sar eżami post-mortem b'riżultat favorevoli, li l-qatla u l-iżvinar saru sewwa u d-data u l-ħin tal-qatla, jakkumpanja l-annimali maqtula.
3a. Permezz ta' deroga mill-punt 3(j), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li l-attestazzjoni tal-qatla u l-iżvinar korretti u tad-data u l-ħin tat-tbiċċir ikunu inklużi biss fil-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel imsemmi fil-punt 3(i), sakemm:
(a) l-azjenda tkun tinsab fi Stat Membru jew reġjun, kif definit fl-Artikolu 2(2) (p) tad-Direttiva 64/432/KEE li ma jkunx taħt restrizzjonijiet tas-saħħa skont il-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali,
(b) l-operatur ikun wera l-livell xieraq ta' kompetenza għall-qatla tal-annimali mingħajr ma jikkawża lill-annimali l-ebda uġigħ, dwejjaq jew sofferenza li tista’ tiġi evitata skont l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.
4. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel jistgħu anke joqtlu l-biżonti fir-razzett skond il-punt 3 f'ċirkostanzi eċċezzjonali.
SEZZJONI IV: LAĦAM TAL-KAĊĊA SELVAĠĠA
KAPITOLU I: TAĦRIĠ TAL-KAĊĊATURI FIS-SAĦĦA U L-IĠJENE
1. Persuni li jmorru għall-kaċċa ta' annimali selvaġġi bl-iskop li titpoġġa fis-suq biex tittiekel mill-bniedem għandu jkollhom għarfien biżejjed tal-patoloġija tal-kaċċa selvaġġa, u tal-produzzjoni u t-trattament tal-kaċċa selvaġġa u l-laħam tal-kaċċa selvaġġa wara l-kaċċa, biex jagħmlu eżami inizjali tal-kaċċa selvaġġa dak il-ħin stess.
2. Madankollu huwa biżżejjed jekk minn ta' l-inqas persuna waħda mill-grupp tal-kaċċaturi ikollha l-għarfien imsemmi fil-punt 1. Referenzi f'din is-Sezzjoni għall-'persuna mħarrġa' huma referenzi għall-dik il-persuna.
3. Il-persuna mħarrġa tista' tkun ukoll il-gwardjan tal-kaċċa jew il-manager tal-kaċċa jekk hi jew hu huma parti mill-grupp tal-kaċċa jew qegħdin fil-viċin ta' fejn il-kaċċa qed issir. Fil-każ ta' l-aħħar, il-kaċċatur irid jippreżenta l-kaċċa selvaġġa lill-gwardjan tal-kaċċa jew il-manager tal-kaċċa u jinfurmahom b'xi imġieba anormali osservata qabel il-qatla.
4. It-taħriġ għandu jingħata b'mod illi jissodisfa lill-awtorità kompetenti ħalli l-kaċċaturi ikunu jistgħu isiru persuni imħarrġa. Għandu jkopri minn ta' l-inqas dawn is-suġġetti li ġejjin:
(a) l-anatomija, l-fisjoloġija u l-imġieba normal ital-kaċċa selvaġġa;
(b) l-imġieba anormali u l-bidliet patoloġiċi fil-kaċċa selvaġġa minħabba f'mard, kontaminazzjoni ambjentali jew fatturi oħra li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem wara l-konsum;
(ċ) ir-regoli ta' l-iġjene u t-teknika xierqa għat-trattament, il-ġarr, it-tneħħija tal-ġewwieni, eċċ. ta' annimali tal-kaċċa selvaġġa wara l-qatla;
u
(d) dispożizzjonijiet leġislattivi u amministrattivi dwar is-saħħa ta' l-annimali u pubblika u l-kondizzjonijiet ta' l-iġjene dwar it-tpoġġija fis-suq tal-kaċċa selvaġġa.
5. L-awtorità kompetenti għandha tinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet tal-kaċċaturi biex jipprovdu dan it-taħriġ.
KAPITOLU II: TRATTAMENT TA' KAĊĊA SELVAĠĠA KBIRA
1. Wara l-qatla, l-istonkijiet u l-intestini tal-kaċċa selvaġġa kbira, għandhom jitneħħew mill-aktar fis possibli u, fejn meħtieġ, jiġu svinati
2. Il-persuna mħarrġa trid tagħmel eżami tal-ġisem, u ta' kull ġewwieni mneħħi, biex tidentifika xi karatteristiċi li jistgħu jindikaw illi l-laħam fih xi riskju għas-saħħa. L-eżami jrid isir mill-aktar fis possibli wara l-qatla.
3. Il-laħam tal-kaċċa selvaġġa kbira jista' jitpoġġa fuq is-suq biss jekk il-karkassa tinġarr lejn stabbiliment li jitratta l-kaċċa mill-aktar fis possible wara l-eżami msemmi fil-punt 2. Il-karkassa trid tkun akkumpanjata mill-ġewwieni kif speċifikat fil-punt 4. Il-ġewwieni jrid jibqa' identifikabbli bħala li huwa parti minn annimal partikolari.
(a) Jekk l-ebda karatteristika anormali ma nstabet waqt l-eżami msemmi fil-punt 2, l-ebda mġiba anormali ma ġiet osservata qabel il-qatla, u ma hemm l-ebda suspett ta' kontaminazzjoni ambjentali, il-persuna mħarrġa, mal-karkassa trid twaħħal dikjarazzjoni nnumerata li tiddikjara dan. Din id-dikjarazzjoni trid tindika wkoll id-data, il-ħin u l-post tal-qatla.
M’hemmx għalfejn li d-dikjarazzjoni titwaħħal mal-karkassa u tista’ tkopri aktar minn karkassa waħda, sakemm kull karkassa tkun identifika b’mod xieraq u d-dikjarazzjoni ikollha indikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni ta' kull karkassa koperta minnha, mad-data, il-ħin u l-post tal-qatla korrispondenti. Il-karkassi kollha tal-annimali koperti minn dikjarazzjoni waħda jistgħu jintbagħtu biss lil stabbiliment wieħed li jimmaniġja l-kaċċa.
F’dan il-każ, ir-ras u l-vixxri m’hemmx għalfejn jakkumpanjaw il-karkassa, ġewwa l-istabbiliment li jimmaniġja l-kaċċa, ħlief fil-każ ta' speċi suxxettibli għat-Trikinożi (annimali porċini, solipedi u oħrajn), li l-irjus (ħlief għan-nejbiet) u d-dijaframma tagħhom iridu jakkumpanjaw il-karkassa.
Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li l-irjus ta' annimali suxxettibbli għall-infestazzjoni tat-Trichinella jintbagħtu lil impjant tekniku għall-produzzjoni ta' trofej tal-kaċċa, li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. L-impjant tekniku għandu jkun indikat fid-dikjarazzjoni tal-persuna mħarrġa. Għandha tintbagħat kopja tad-dikjarazzjoni lill-impjant tekniku. Meta r-riżultati tal-eżami tat-Trichinella tal-karkassa jkunu pożittivi, l-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli uffiċjali sabiex tivverifika l-immaniġjar xieraq tar-ras fl-impjant tekniku.
Madankollu l-kaċċaturi jridu jissodisfaw kull rekwiżit addizzjonali impost fl-Istat Membru fejn issir il-kaċċa, b’mod partikolari għall-permess tas-sorveljanza ta' ċerti residwi u sustanzi skont id-Direttiva 96/23/KE.
(b) F'ċirkostanzi oħra, ir-ras (ħlief għat-tusks, il-qarn imsaġġar u l-qarn) u l-ġewwieni kollu ħlief għall-istonku u l-intestini jridu jakkumpanjaw il-karkassa. Il-persuna li għamlet l-eżamijiet trid tinforma lill-awtorità kompetenti bil-karatteristiċi anormali, mġieba anoramli jew suspett ta' kontaminazzjoni ambjentali illi bihom hu jew hi ma setgħux jagħmlu dikjarazzjoni skond (a);
(ċ) Jekk m'hemm l-ebda persuna mħarrġa disponibbli biex tagħmel l-eżami msemmi fil-punt 2 f'każ partikolari, ir-ras (ħlief għat-tusks, qarn imsaġġar u qarn) u l-ġewwieni kollu ħlief għall-istonku u l-intestini jridu jakkumpanjaw il-karkassa.
5. It-tkessiħ irid jibda f'perjodu ta' żmien raġjonevoli wara l-qatla u jilħaq temperatura fil-laħam kollu ta' mhux iktar minn 7°C. Fejn il-kondizzjonijiet tal-klima hekk jippermettu, it-tkessiħ attiv mhuwiex meħtieġ.
6. Waqt il-ġarr lejn l-istabbiliment li jittratta l-kaċċa, it-tagħbija fuq xulxin tal-karkassi għandha tiġi evitata.
7. Kaċċa selvaġġa kbira kkunsinnata lill-stabbiliment li jitratta l-kaċċa trid tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti għall-ispezzjoni.
8. Barra minn hekk, kaċċa selvaġġa kbira mhux misluħa tista' tiġi misluħa u mpoġġija fuq is-suq biss jekk:
(a) qabel is-sliħ, tkun maħżuna u ttrattata separatament minn ikel ieħor u mħux iffriżata;
u
(b) wara s-sliħ, tiġi sottoposta għall-ispezzjoni finali skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004.
9. Ir-regoli msemmija fis-Sezzjoni I, Kapitolu V, japplikaw għat-tqattigħ u d-dissussar ta' kaċċa selvaġġa kbira.
KAPITOLU III: IT-TRATTAMENT TA' KAĊĊA ŻGĦIRA SELVAĠĠA
1. Il-persuna mħarrġa trid tagħmel eżami biex tidentifika xi karatteristiċi li jistgħu jindikaw illi l-laħam jista' jkun ta' riskju għas-saħħa. L-eżami irid isir mill-aktar fis possibli wara l-qatla.
2. Jekk karatteristiċi anormali jinstabu waqt l-eżami, mġieba anormali ġiet osservata qabel il-qatla, jew kontaminazzjoni ambjentali hija sospetta, il-persuna imħarrġa trid tinforma lill-awtorità kompetenti.
3. Laħam tal-kaċċa selvaġġa żgħira jista' jitpoġġa fis-suq biss jekk il-karkassa hija ttrasportata lejn stabbiliment li jittratta l-kaċċa mill-aktar fis possibli wara l-eżami msemmi fil-punt 1.
4. It-tkessiħ irid jibda f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-qatla u jilħaq temperatura fil-laħam kollu ta' mhux iktar minn 4°C. Fejn il-kondizzjonijiet tal-klima hekk jippermettu, it-tkessiħ attiv mhuwiex meħtieġ.
5. It-tneħħija tal-ġewwieni trid issir, jew tintemm, mingħajr dewmien bla bżonn mal-wasla fl-istabbiliment li jitratta l-kaċċa sakemm l-awtorità kompetenti ma tippermettix mod ieħor.
6. Kaċċa selvaġġa żgħira kkunsinnata lill-istabbiliment li jitratta l-kaċċa trid tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti għall-ispezzjoni.
7. Ir-regoli msemmija fis-Sezzjoni II, Kapitolu V, japplikaw għat-tqattigħ u d-dissussar ta' kaċċa selvaġġa żgħira.
SEZZJONI V: LAĦAM IKKAPULJAT, PREPARAZZJONIJIET TAL-LAĦAM U LAĦAM ISSEPARAT MEKKANIKAMENT (LSM)
KAPITOLU I: ĦTIĠIET GĦALL-ISTABBILIMENTI TAL-PRODUZZJONI
L-operaturi tan-negozji fl-ikel li joperaw stabbilimenti li jipproduċu l-laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam jew LSM iridu jiżguraw illi huma:
1. mibnija biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-laħam u l-prodotti, b'mod partikolari billi:
(a) iħallu l-progress kostanti ta' l-operazzjonijiet;
Jew
(b) jiżguraw separazzjoni bejn il-lottijiet prodotti differenti;
2. ikollhom kmamar għall-ħażna separata ta' laħam ippakkjat u ta' laħam u prodotti esposti, sakemm ma jkunux maħżuna f'ħinijiet differenti jew b'mod tali li l-materjal ta' l-imballaġġ u l-mod tal-ħażna ma jikkaġunawx kontaminazzjoni lill-laħam
3. ikollhom kmamar mgħammra biex jiżguraw illi l-ħtiġiet tat-temperatura msemmija fil-Kapitolu III jkunu sodisfatti;
4. ikollhom tagħmir għall-ħasil ta' l-idejn użat mill-impjegati li jittrattaw laħam espost u prodotti bil-vitien iddisinjati biex jiġi evitat it-tixrid tal-kontaminazzjoni;
u
5. ikollhom faċilitajiet biex jiddisinfettaw l-għoddod bil-misħun li għandu temperatura ta' mhux inqas minn 82°C, jew sistema alternattiva li għandha effett ekwivalenti.
KAPITOLU II: ĦTIĠIET GĦALL-MATERJA PRIMA
Operaturi tan-negozji fl-ikel li jipproduċu laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam jew LSM jridu jiżguraw illi l-materja prima wżata tissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin.
1. Il-materja prima wżata biex jiġi ppreparat il-laħam ikkapuljat trid tissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin.
(a) Trid tikkonforma mal-ħtiġiet għall-laħam frisk;
(b) Trid tittieħed mill-muskoli skeletali, inklużi tessuti grassusi aderenti;
(ċ) Ma tridx tittieħed minn:
(i) fdalijiet tat-tqattigħ u fdalijiet tat-tirqim (ħlief għall-qatgħat sħaħ tal-muskoli);
(ii) LSM;
(iii) laħam li fih il-frammenti ta' l-għadam jew il-ġilda;
Jew
(iv) laħam mir-ras bl-eċċezzjoni tal-massters, il-parti mhux muskoluża tal-linea alba, fiż-żona tal-karpu u tat-tarsu, tilqit ta' l-għadam u l-muskoli tad-dijaframma (sakemm ma tneħħietx il-membrana li tnixxi s-serum)
2. Il-materja prima li ġejja tista' tiġi utilizzata għall-preparazzjonijiet tal-laħam:
(a) laħam frisk;
(b) laħam li jissodisfa l-ħtiġiet tal-punt 1;
u
(ċ) jekk huwa evidenti li l-preparazzjonijiet tal-laħam mhumiex destinati biex jiġu kkonsumati qabel ma jgħaddu minn trattament bis-sħana.
(i) il-laħam meħud mill-ikkapuljar jew l-ifframmentar tal-laħam li jissodisfa l-ħtiġiet tal-punt 1 minbarra l-punt 1(ċ)(i);
u
(ii) LSM li jissodisfa l-ħtiġiet tal-Kapitolu III, punt 3(d).
3. Il-materja prima wżata biex jiġi prodott il-LSM trid tissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin.
(a) Trid tikkonforma mal-ħtiġiet għall-laħam frisk;
(b) Il-materjal li ġej ma jistax jiġi wżat għall-produzzjoni tal-LSM:
(i) għall-pollam, is-saqajn, il-ġilda ta' l-għonq u r-ras;
u
(ii) għall-annimali oħra, l-għadam tar-ras, is-saqajn, id-dnub, il-wirk, il-qasba tas-sieq, l-għarqub, l-ispalla u ir-radju u l-ulna.
KAPITOLU III: IĠJENE MATUL U WARA L-PRODUZZJONI
L-operaturi tan-negozji fl-ikel li jipproduċu l-laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam jew LSM li l-ħtiġiet li ġejjin ikunu sodisfatti.
1. Ix-xogħol fuq il-laħam għandu jiġi organizzat b'tali mod li tiġi evitata jew mnaqqsa l-kontaminazzjoni. Għall-dan l-iskop, l-operaturi tan-negozji fl-ikel iridu jiżguraw b'mod partikolari illi l-laħam użat ikun:
(a) b'temperatura ta' mhux iktar mill-4°C għall-pollam, 3 °C għall-ġewwieni u 7 °C għal laħam ieħor;
u
(b) jinġieb fil-kamra fejn jiġi ppreparat skond meta jkun meħtieġ.
2. Dawn il-ħtiġiet japplikaw għall-preparazzjoni ta' l-ikkapuljat u ta' preparazzjonijiet.
(a) Sakemm l-awtorità kompetenti ma' tawtorizzax dissussar immedjatament qabel l-ikkapuljar, laħam ffriżat jew konġelat użat għall-preparazzjoni ta' laħam ikkapuljat u ta' ppreparazzjonijiet ta' laħam għandu jiġi ddissussat qabel il-friża. Għandu jinħażen biss għall-żmien limitat.
(b) Meta ppreparat minn laħam imkessaħ, l-ikkapuljat għandu jiġi ppreparat:
(i) fil-każ tal-pollam, mhux iktar minn tlett ijiem wara l-qatla tagħhom;
(ii) fil-każ ta' annimali oħra barra tjur, mhux iktar minn sitt ijiem wara l-qatla tagħhom;
jew
(iii) mhux iktar minn 15 –il ġurnata wara il-qatla ta' l-annimali fil-każ ta' ċanga u vitella iddissussata ippakjata bil-vakum.
(ċ) Dlonk wara l-produzzjoni, il-ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam għandhom jiġu mqartsa jew ippakkjati u jkunu:
(i) imkessħa sa temperatura interna ta' mhux iktar minn 2 °C għall-ikkapuljat u 4 °C għall-preparazzjonijiet tal-laħam;
Jew
(ii) iffriżati sa temperatura interna ta' mhux iktar minn -18 °C.
Dawn il-kondizzjonijiet dwar it-temperatura għandhom jinżammu matul il-ħażna u l-ġarr.
3. Il-ħtiġiet li ġejjin japplikaw għall-produzzjoni u l-użu tal-prodotti tal-LSM b'teknika li ma tbiddilx l-istruttura ta' l-għadam użati fil-produzzjoni ta' LSM u li għandu kontenut ta' kalċju li mhux sostanzjalment għola minn dak ta' l-ikkapuljat.
(a) Il-materja prima għad-dissussar minn biċċerija fuq il-post m'għandhiex tkun ilha iktar minn sebat ijiem; f'każijiet oħra, il-materja prima għad-dissussar m'għandhiex tkun ilha iktar minn ħamest ijiem. Madankollu, karkassi tal-pollam m'għandhomx ikunu ilhom iktar minn tlett ijiem.
(b) Separazzjoni mekkanika trid issir immedjatament wara d-dissussar.
(ċ) Jekk ma jintużax immedjatament wara li jinkiseb, l-LSM għandu jiġi mqartas jew ippakkjat u mbagħad imkessaħ sa temperatura ta' mhux iktar minn 2 °C jew iffriżat sa' temperatura ta' mhux iktar minn -18 °C. Dawn il-ħtiġiet dwar it-temperatura għandhom jibqgħu jinżammu matul il-ħażna u l-ġarr.
(d) Jekk operator fin-negozju ta' l-ikel ikun għamel analiżi li minnha rriżulta li l-LSM jissodisfa l-kriterji mikrobioloġiċi għall-ikkapuljat addottati skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jista' jiġi wżat fi preparazzjonijiet tal-laħam li jkun evidenti li għandu jiġi kkunsmat wara li jgħaddi minn nar u fi prodotti tal-laħam.
(e) L-LSM li ma jirriżultax li jissodisfa l-kriterji msemmija f'(d) jista' jintuża biss biex jinħadmu prodotti tal-laħam li jiġu trattati bin-nar fi stabbilimenti approvati skond dan ir-Regolament.
4. Il-ħtiġiet li ġejjin japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta' l-LSM bl-użu ta' teknika barra minn dawk msemmija fil-punt 3.
(a) Materja prima għad-dissussar minn biċċerija fuq il-post m'għandhiex tkun ilha iktar minn sebat ijiem; f'każijiet oħra, il-materja prima għad-dissussar ma tridx tkun ilha iktar minn ħamest ijiem. Madankollu, karkassi tal-pollam m'għandhomx ikunu ilhom iktar minn tlett ijiem.
(b) Jekk is-separazzjoni mekkanika ma ssirx immedjatament wara d-dissussar l-għadam bil-laħam miegħu għandu jinħażen u jinġarr f'temperatura ta' mhux iktar minn 2 °C jew, jekk iffriżat, f'temperaturi ta' mhux iktar minn -18 °C.
(ċ) Għadam bil-laħam miegħu miksub minn karkassi ffriżati m'għandhomx jergħu jiġu ffriżati.
(d) Jekk ma' jintużawx sa siegħa minn mindu jinkiseb, l-LSM għandu jiġi mkessaħ immedjatament sa temperatura ta' mhux iktar minn 2 °C.
(e) Jekk, wara t-tkessiħ, l-LSM ma jkunx ipproċessat fi żmien 24 siegħa, għandu jiġi ffriżat fi żmien 12 –il siegħa mill-produzzjoni u jilħaq temperatura interna ta' mhux iktar minn -18 °C fi żmien sitt siegħat:
(f) L-LSM iffriżat għandu jiġi mgeżwer jew ippakkjat qabel il-ħażna jew it-trasport, m'għandux jinħażen għall-iktar minn tlett xhur u għandu jinżamm f'temperatura ta' mhux iktar minn -18 °C matul il-ħażna u t-trasport.
(g) L-LSM jista' jintuża biss biex jinħadmu prodotti tal-laħam li jiġu trattati bis-sħana fi stabbilimenti approvati skond dan ir-Regolament.
5. L-ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-LSM m'għandhomx jiġu ffriżati mill-ġdid wara li jkunu nħallu.
KAPITOLU IV: TIKETTJAR
1. B'żieda mal-ħtiġiet tad-Direttiva 200/13/KE (1), l-operaturi fin-negozji ta' l-ikel għandhom jiżguraw li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta' punt 2 jekk, u sal punt li, ir-regoli nazzjonali fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-prodott jitqiegħed fis-suq hekk jirrikjedu.
2. Pakketti destinati għall-konsumatur finali li fihom laħam ikkapuljat mill-pollam jew mis-solipedi jew preparazzjonijiet tal-laħam li fihom l-LSM għandu jkollhom fuqhom avviż li juri li proddoti bħal dawn għandhom jiġu msajjra qabel jittieklu.
SEZZJONI VI: PRODOTTI TAL-LAĦAM
1. L-operaturi tan-negozji fl-ikel iridu jiżguraw illi dawn li ġejjin ma jintużawx fil-preparazzjoni ta' prodotti mill-laħam:
(a) organi ġenitali ta' annimali kemm femminili u kemm maskili, ħlief testikoli;
(b) organi urinarji, ħlief il-kliewi u l-vexxika;
(ċ) il-kartilaġni tal-larinġi, tat-trakea u tal-bronki extra-lobuli;
(d) l-għajnejn u tebqiet il-għajn
(e) il-meatus għas-smigħ minn barra;
(f) it-tessut tal-qarn;
u
(g) fil-pollam, ir-ras - ħlief l-għalla u l-widnejn, il-gangali - l-esofagu, il-ħawsla, l-intestini u l-organi ġenitali.
2. Il-laħam kollu, inkluż il-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam, utilizzati għall-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam irid jissodisfa l-ħtiġiet għall-laħam frisk. Madankollu, il-laħam ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam utilizzati biex jipproduċu l-prodotti tal-laħam m'hemmx għalfejn jissodisfaw ħtiġiet oħra speċifiċi tas-Sezzjoni V.
SEZZJONI VII: MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
1. Din it-Taqsima tapplika għal molluski bivalvi ħajjin. Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-purifikazzjoni, din id-Direttiva tapplika wkoll għall-ekinodermi, it-tunikati ħajjin u l-gastropodi marini ħajjin. Id-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni stabbiliti fil-Kapitolu II tal-parti A ta’ dik it-Taqsima ma japplikawx għal gastropodi marini li mhumiex organiżmi filtraturi.
2. Il-Kapitoli I sa VIII japplikaw għall-annimali miġbura minn arji ta' produzzjoni li l-awtorità kompetenti kklassifikat skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004. Il-Kapitolu IX japplika għall-pectinidae miġbura barra minn dawk l-arji.
3. Il-Kapitoli V, VI, VIII u IX, u l-punt 3 tal-Kapitolu VII, japplikaw għal-bejgħ bl-imnut.
4. Il-ħtiġiet ta' din is-Sezzjoni jissuplimentaw dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004:
(a) Fil-każ ta' operazzjonijiet li jsriu qabel ma l-molluski bivalvi ħajjin jaslu fiċ-ċentru ta' spedizzjoni jew tisfija, jissuplimentaw il-ħtiġiet ta' l-Anness I għall-dak ir-Regolament.
(b) Fil-każ ta' operazzjonijiet oħra, jissuplimentaw il-ħtiġiet ta' l-Anness II għall-dak ir-Regolament.
KAPITOLU I: ĦTIĠIET ĠENERALI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ TA' MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
1. Il-molluski bivalvi ħajjin m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq għall-bejgħ bl-imnut jekk ma jgħaddux minn ċentru ta' spedizzjoni, fejn għandha issirlhom marka ta' identifikazzjoni skond il-Kapitolu VII.
2. L-operaturi tan-negozji fl-ikel jistgħu jaċċettaw lottijiet ta' molluski bivalvi ħajjin biss jekk il-ħtiġiet ta' dokumentazzjoni msemmija fil-punti 3 sa 7 ikunu sodisfatti.
3. Meta operatur fin-negozju ta' l-ikel jittrasporta lott ta' molluski bivalvi ħajjin minn stabbiliment għall-ieħor, sakemm u inkluża l-wasla tal-lott f'ċentru ta' spedizzjoni jew stabbiliment ta' l-iproċessar, dokument ta' reġistrazzjoni għandu jakkompanja lill-lott.
4. Id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun f'waħda mill-ilsna uffiċjali mill-inqas ta' l-Istat Membru fejn ikun l-istabbiliment li qiegħed jirċivieħ u għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni indikata hawn taħt.
(a) Fil-każ ta' lott ta' molluski bivalvi ħajjin mibgħuta minn arja ta' produzzjoni, id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(i) l-identità u l-indirizz ta min ikun ġabar;
(ii) id-data tal-ġabra;
(iii) fejn tkun l-arja ta' produzzjoni li tiġi deskritta b'dettalji preċiżi daqs kemm ikun possibli jew b'numru ta' kodiċi;
(iv) l-istatus sanitarju ta' l-arja ta' produzzjoni;
(v) l-ispeċje tal-molluski u l-kwantità;
u
(vi) id-destinazzjoni tal-lott.
(b) Fil-każ ta' lott ta' molluski bivalvi ħajjin mibgħuta minn arja ta' riposizzjoni, d-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-(a) u l-informazzjoni li ġejja:
(i) il-post fejn qegħda l-arja ta' riposizzjoni;
u
(ii) kemm damet ir-riposizzjoni.
(ċ) Fil-każ ta' lott ta' molluski bivalvi ħajjin mibgħuta minn ċentru ta' tisfija, id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-(a) u l-informazzjoni li ġejja:
(i) l-indirizz taċ-ċentru tat-tisfija;
(ii) kemm damet it-tisfija;
u
(iii) id-dati li fihom il-lott gie mdaħħal u nħareġ miċ-ċentru tat-tisfija.
5. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jibgħatu lottijiet ta' molluski bivalvi ħajjin għandhom jimlew is-sezzjonijiet relevanti tad-dokument ta' reġistrazzjoni biex ikunu jistgħu jinqraw faċilment u ma jistgħux jinbidlu. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jirċievu iridu jittimbraw id-dokument bid-data meta jirċievu l-lott jew jirreġistraw id-data ta' l-irċevuta b'mod ieħor.
6. L-operaturi tan-negozju fl-ikel għandhom jżommu kopja tad-dokument tar-reġistrazzjoni għall-kull lott mibgħut u riċevut għal mill-inqas tnax –il xahar wara li jkun intbagħat jew irċevut (jew għall-perjodu itwal kif tista' tispeċifika l-awtorità kompetenti).
7. Madankollu, jekk:
(a) l-impjegati li jiġbru l-molluski bivalvi ħajjin joperaw ukoll iċ-ċentru ta' spedizzjoni, iċ-ċentru tat-tisfija, l-arja ta' riposizzjoni jew stabbiliment ta' l-ipproċessar li jirċievi l-molluski bivalvi ħajjin;
u
(b) awtorità kompetenti unika tikkontrolla lill-istabbilimenti in kwistjoni,
Dokumenti ta' reġistrazzjoni mhumiex meħtieġa jekk l-awtorità kompetenti hekk tippermetti.
KAPITOLU II: ĦTIĠIET TA' IĠJENE GĦALL-PRODUZZJONI U L-ĠBIR TA' MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
A. ĦTIĠIET GĦALL-ARJI TA' PRODUZZJONI
1. Dawk li jiġbru l-molluski bivalvi ħajjin ma jistgħux jagħmlu dan minn arji ta' produzzjoni b' posizzjonijiet u limiti fissi li l-awtorità kompetenti tkun ikklassifikat – meta xieraq, b'koperazzjoni ma' l-operaturi tan-negozji fl-ikel – bħala klassi A, B jew Ċ skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004.
2. L-operaturi tan-negozju fl-ikel jistgħu jpoġġu fis-suq molluski bivalvi ħajjin miġbura minn arji ta' produzzjoni ta' klassi A għall-konsum dirett mill-bniedem biss jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Kapitolu V.
3. L-operaturi tan-negozju fl-ikel jistgħu jpoġġu fis-suq molluski bivalvi ħajjin miġbura minn arji ta' produzzjoni ta' klassi B għall-konsum mill-bniedem biss wara trattament f'ċentru tat-tisfija jew wara r-riposizzjoni.
4. L-operaturi tan-negozju fl-ikel jistgħu jpoġġu fis-suq molluski bivalvi ħajjin miġbura minn arji ta' produzzjoni ta' klassi Ċ għall-konsum mill-bniedem biss wara r-riposizzjoni għall-żmien twil skond il-Parti Ċ ta' dan il-Kapitolu.
5. Wara t-tisfija u r-riposizzjoni, il-molluski bivalvi ħajjin minn arji ta' produzzjoni ta' klassi B jew Ċ jridu jissodisfaw il-ħtiġiet kollha tal-Kapitolu V. Madankollu, il-molluski bivalvi ħajjin minn arji bħal dawn li ma ġewx sottoposti għat-tisfija jew ir-riposizzjoni jistgħu jintbgħatu fi stabbiliment għall-iproċessar, fejn iridu jgħaddu minn trattament biex jiġu eliminati l-mikro-organiżmi patoġeniċi (fejn xieraq, wara t-tneħħija tar-ramel, tajn u ħama fl-istess stabbiliment jew stabbiliment ieħor). Il-metodi permessi tat-trattament huma:
(a) sterilizzazzjoni f'kontenituri ssiġillati ermetikament;
u
(b) trattament bis-sħana jinvolvi:
(i) immersjoni fl-ilma jagħli għall-perjodu meħtieġ biex tgħolha t-temperatura interna tal-laħam tal-molluski għal mhux inqas minn 90°C u ż-żamma ta' din it-temperatura minima għall-perjodu ta' mhux inqas minn 90 sekonda;
(ii) tisjir għall-tlett jew ħames minuti fi spazju magħluq fejn it-temperatura hija bejn 120 u 160 °C u l-pressjoni hija bejn 2 u 5 kg/ċm2, segwit mit-tneħħija tal-qoxra u l-iffriżar tal-laħam għat-temperatura tal-qalba ta' -20 °C;
u
(iii) tisjir bil-fwar taħt pressjoni fi spazju magħluq li jissodisfa l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħinijiet tat-tisjir u t-temperatura interna tal-polpa tal-molluski msemmija taħt (i). Trid tiġi wżata metodoloġija validata. Il-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji ta' l-HACCP għandhom ikunu definiti biex tiġi ivverifikata id-distribuzzjoni uniformi tas-sħana.
6. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel ma għandhomx ikabbru molluski bivalvi ħajjin fi u ma għandhomx jiġbruhom minn arji li l-awtorità kompetenti ma tkunx ikklassifikat, jew li ma jkunux adatti minħabba raġunijiet sanitarji. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jagħtu każ ta' l-informazzjoni kollha rilevanti dwar jekk l-arji jkunux adatti għall-produzzjoni jew għall-ġabra, inkluża l-informazzjoni li jiksbu huma mill-kontrolli tagħhom u mill-awtorità kompetenti. Għandhom jużaw din l-Informazzjoni, b'mod speċjali l-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet ta' l-ambjent u t-temp, biex jintgħażel it-trattament adattat għall-lottijiet miġbura.
B. ĦTIĠIET GĦALL-ĠBIR U T-TRATTAMENT WARA L-ĠBIR
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jiġbru molluski bivalvi ħajjin, jew li jittrattawhom immedjatament wara l-ġabra, għandhom jassiguraw illi l-ħtiġiet li ġejjin ikunu soddisfatti.
1. It-teknika użata fil-ġbir u fit-trattament ta' wara ma għandhiex tikkaġuna kontaminazzjoni addizzjonali jew ħsara eċċessiva lill-qxur jew il-polpa tal-molluski bivalvi ħajjin, jew tibdil sostanzjali li jolqot il-mod li jkunu adatti għatt-trattament bit-tisfija, proċessar jew riposizzjoni. B'mod partikolari l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel jeġtieġu:
(a) li jipproteġu l-molluski bivalvi ħajjin milli jitgħaffġu, jinbarxu jew jitheżżu;
(b) li ma jesponux lill-molluski bivalvi ħajjin għall-estremi fit-temperaturi;
(ċ) li ma jerġgħux jniżżlu lill-molluski bivalvi ħajjin f'ilma li jista' jikkaġuna kontaminazzjoni addizzzjonali;
u
(d) li jużaw biss l-arji ikklassifikati A mill-awtorità kompetenti jekk qed iwettqu l-kondizzjonament f'siti naturali.
2. Il-mezzi tat-trasport għandu jkollhom skol adegwat, tagħmir li jiżgura l-aħjar kondizzjonijiet possibbli biex il-molluski jibqgħu jgħixu u protezzjoni effiċjenti mill-kontaminazzjoni.
C. ĦTIĠIET GĦAR-RIPOSIZZJONI TA' MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jirrposizzjonaw molluski bivalvi ħajjin għandhom jiżguraw illi l-ħtiġiet li ġejjin jiġu soddisfatti.
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel jistgħu jużaw għar-riposizzjoni dawk l-arji biss li l-awtorità kompetenti tkun approvat għalhekk. Bagi, arbli jew mezzi oħra fissi għandhom jidentifikaw b'mod ċar il-limiti tas-siti. Għandu jkun hemm distanza minima bejn is-siti tar-riposizzjoni, kif ukoll bejn siti ta' riposizzjoni u dawk ta' trobbija, biex jiġi minimizzat kull riskju ta' tixrid ta' kontaminazzjoni.
2. Il-kondizzjonijiet għar-riposizzjoni għandhom jipprovdu l-aħjar kondizzjonijiet għat-tisfija. B'mod partikolari l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom:
(a) jużaw teknika ta' trattament ta' molluski bivalvi ħajjin destinati għar-riposizzjoni li tippermetti li jista' jerġa' jinbeda l-proċess ta' tmigħ mill-filtri wara li jitniżżlu f'ilmijiet naturali:
(b) jirriposizzjonaw il-molluski bivalvi ħajjin f'densità li tippermetti t-tisfija;
(ċ) iniżżlu l-molluski bivalvi ħajjin fl-ilma baħar fl-arja ta' riposizzjoni għall-perjodu xieraq, determinat skond it-temperatura ta' l-ilma, liema perjodu irid ikun ta' mhux inqas minn xahrejn sakemm l-awtorità kompetenti ma taqbilx ma perjodu iqsar fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju magħmula mill-operatur fin-negozju ta' l-ikel;
u
(d) għandhom jiżguraw separazzjoni biżejjed tas-siti f'arja ta' riposizzjoni biex il-lottijiet ma jitħalltux; is-sistema 'kollox ġewwa, kollox barra' għandha tintuża sabiex, lott ġdid ma jiddaħħalx qabel mal-lott sħiħ ta' qabel ma jiġi mneħħi.
3. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jamministraw arji ta' riposizzjoni għandhom iżommu reġistri permanenti ta' l-oriġini tal-molluski bivalvi ħajjin, tal-perjodi ta' riposizzjoni, ta' l-arji ta' riposizzjoni wżati u fejn ikun sejjer il-lott war air-riposizzjoni, biex jistgħu jiġu eżaminati mill-awtorità kompetenti.
KAPITOLU III: ĦTIĠIET GĦALL-ISPEDIZZJONI U ĊENTRI TAT-TISFIJA
1. Il-pożizzjoni ta' bini fl-art m'għandux ikun suġġett għall-għargħar bil-moviment ordinarju tal-baħar jew minn ilmijiet minn arji madwar.
2. It-tankijiet u l-kontenituri tal-ħażna ta' l-ilma għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) L-uċuħ interni għandhom ikunu lixxi, li jdumu, impermeabbli u faċli biex jitnaddfu.
(b) Għandhom ikunu mibnija b'mod li jippermetti l-iskol ta' l-ilma kollu.
(ċ) Id-dħul ta' l-ilma jrid ikun f'post li jevita l-kontaminazzjoni tal-provvista ta' l-ilma.
3. Addizzjonalment, fiċ-ċentri tat-tisfija, it-tankijiet tat-tisfija għandhom jkunu tajba għall-volum u t-tip ta' prodotti li jiġu msoffija.
KAPITOLU IV: IL-ĦTIĠIET TA' L-IĠJENE GĦALL-ĊENTRI TAT-TISFIJA U SPEDIZZJONI
A. IL-ĦTIĠIET GĦAĊ-ĊENTRI TAT-TISFIJA
L-operaturi tan-negozju fl-ikel li jsaffu l-molluski bivalvi ħajjin għandhom jiżguraw konformità mal-ħtiġiet li ġejjin.
1. Qabel ma tibda t-tisfija, il-molluski bivalvi ħajjin għandhom jiġu mnaddfa mit-tajn u fdalijiet akkumulati billi jintuża ilma nadif.
2. L-operazzjoni tas-sistema tat-tisfija trid tippermetti li l-molluski bivalvi ħajjin jistgħu jerġgħu jibdew b'mod rapidu u jkomplu l-attività li jiġu mitmugħa mill-filtru, biex tiġi eliminata l-kontaminazzjoni tad-dranaġġ, biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni mill-ġdid u biex jkunu jistgħu jibqgħu ħajjin f'kondizzjoni xierqa wara t-tisfija biex jitqartsu, jinħażnu u jinġarru qabel ma jitpoġġew fis-suq.
3. Il-kwantità ta' molluski bivalvi ħajjin li jridu jiġu msoffija ma tistax teċċedi l-kapaċità taċ-ċentri tat-tisfija. Il-molluski bivalvi ħajjin għandhom jiġu msoffija kontinwament għall-perjodu suffiċjenti biex ikun hemm konformità ma' l-istandards tas-saħħa tal-Kapitolu V u l-kriterja mikrobioloġiċi adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004.
4. Meta t-tank tat-tisfija jkun fih diversi lottijiet ta' molluski bivalvi ħajjin, dawn iridu jkunu mill-istess speċje u t-tul taż-żmien tat-trattament għandu jkun ibbażat fuq il-ħin meħtieġ mill-lott li għandu bżonn l-itwal żmien ta' tisfija.
5. Il-kontenituri fejn jitqiegħdu l-molluski bivalvi ħajjin fis-sistemi tat-tisfija għandhom ikunu mibnija b'mod li jkun jista' jgħaddi l-ilma tal-baħar nadif minnhom. Il-fond tas-saffi tal-molluski ma għandux ixekkel il-ftugħ tal-qoxra waqt it-tisfija.
6. L-ebda krustaċeji, ħut jew speċji marini oħra ma jistgħu jinżammu f'tank tat-tisfija fejn il-molluski bivalvi ħajjin qed jiġu msoffija.
7. Kull pakkett li fih il-molluski bivalvi ħajjin imsoffija mibgħut lejn ċentru ta' spedizzjoni irid ikollu tabella li tiċċertifika li l-molluski kollha ġew msoffija.
B. ĦTIĠIET GĦAĊ-ĊENTRI TA' SPEDIZZJONI
L-operaturi tan-negozji fl-ikel li joperaw ċentri ta' spedizzjoni għandhom jiżguraw li jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin.
1. It-trattament tal-molluski bivalvi ħajjin, b'mod partikolari l-irfinitura, il-kalibrazzjoni, it-tqartis u l-ippakkeġġjar, ma' għandux jikkaġuna kontaminazzjoni lill-prodott jew jaffetwa l-vijabilità tal-molluski.
2. Qabel l-ispedizzjoni, il-qxur tal-molluski bivalvi ħajjin għandhom jinħaslu sew bl-ilma nadif.
3. Il-molluski bivalvi ħajjin iridu jiġu minn:
(a) arja ta' produzzjoni ta' klassi A;
(b) arja ta' riposizzjoni;
(ċ) ċentru tat-tisfija;
Jew
(d) ċentru ieħor ta' spedizzjoni.
4. Il-ħtiġiet msemmija fil-punti 1 u 2 japplikaw ukoll għaċ-ċentri ta' spedizzjoni abbord il-vapuri tas-sajd. Il-molluski trattati f'ċentri bħal dawn iridu jiġu minn arja ta' produzzjoni ta' klassi A jew minn arja ta' riposizzjoni.
KAPITOLU V: L-ISTANDARDS TAS-SAĦĦA GĦALL-MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
Barra milli jiżguraw konformità mal-kriterja mikrobioloġiċi adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-operaturi tan-negozji fl-ikel jridu jiżguraw illi l-molluski bivalvi ħajjin mpoġġija fuq is-suq biex jittieklu mill-bniedem jissodisfaw l-istandards ipprovduti f'dan il-Kapitolu.
1. Għandu jkollhom karatteristiċi organolettiċi tipiċi ta' prodott frisk u vitali, inklużi qxur nodfa, jirrispondu adegwatament għall-perkussjoni u jkollhom ammonti normali ta' likwidu intervalvulari.
2. M'għandux ikollhom biotossini marini fi kwantitajiet totali (mkejjla fil-ġisem sħiħ jew xi parti li tista' tittiekel separatament) illi jeċċedu l-limiti li ġejjin:
(a) PSP (paralytic shellfish poison), 800 mikrogramma kull kilogramma;
(b) ASP (amnesic shellfish poison), 20 milligramma ta' aċidu domoic kull kilogramma;
(ċ) għall-aċidu okadajku, dinofisistossini u pektenotossini flimkien, 160 mikrogrammi ta' ekwivalenti ta' aċidu okadajku kull kilogramma;
(d) għall-jessotossini, 1 milligramma ta' ekwivalenti ta' jessotossini kull kilogramma;
u
(e) għall-ażaspiraċidi, 160 mikrogramma ta' ekwivalenti ta' ażaspiraċidi kull kilogramma.
KAPITOLU VI: IT-TQARTIS U L-IPPAKKEĠĠJAR TA' MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN
1. Il-gajdri għandhom jiġu mqartsa jew ippakkjati bil-parti konkava tal-qoxra l-isfel.
2. Il-pakketti kollha ta’ molluski bivalvi ħajjin li joħorġu miċ-ċentri ta’ dispaċċ jew li huma destinati għal ċentru ta’ dipaċċ ieħor iridu jkunu magħluqin. Il-pakketti ta’ molluski bivalvi ħajjin, intiżi għal bejgħ bl-imnut dirett, għandhom jibqgħu magħluqin sakemm jiġu ppreżentati għall-bejgħ lill-konsumatur finali.
KAPITOLU VII: MARKI TA' IDENTIFIKAZZJONI U TIKKETTJAR
1. It-tabella, inkluża l-marka ta' identifikazzjoni, trid tkun impermeabbli.
2. Barra mill-ħtiġiet ġenerali għall-marki ta' identifikazzjoni msemmija fl-Anness II, Sezzjoni I, l-informazzjoni li ġejja trid tkun preżenti fuq it-tabella:
(a) l-ispeċje tal-molluski bivalvi (isem komuni u isem xjentifiku);
u
(b) id-data ta' l-ippakkjar, li tinkludi minn ta' l-inqas il-ġurnata u x-xahar.
B'deroga mid-Direttiva 2000/13/KE, it-terminu minimu tal-konservazzjoni jista' jiġi sostitwit bil-frażi 'dawn l-annimali jridu jkunu ħajjin meta jinbigħu'.
3. Il-bejjiegħ bl-imnut irid iżomm it-tabella mwaħħla ma' l-imballaġġ tal-molluski bivalvi ħajjin li ma humiex f'pakketti individwali tad-daqs għall-konsum għal mill-inqas 60 ġurnata wara li l-kontenut jiġi sfuż.
KAPITOLU VIII: ĦTIĠIET OĦRA
1. L-operaturi tan-negozju fl-ikel li jaħżnu u jġorru molluski bivalvi ħajjin għandhom jiżguraw illi dawn jinżammu f'temperatura li ma tipperġudikax is-sigurtà ta' l-ikel jew il-vijabilità tagħhom.
2. Il-molluski bivalvi ħajjin m'għandhomx jitniżżlu mill-ġdid fl-ilma, jew jitbexxu wara li huma ġew ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut u telqu miċ-ċentru ta' spedizzjoni.
KAPITOLU IX: REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-PECTINIDAE U L-GASTROPODI MARINI LI MHUMIEX ORGANIŻMI FILTRATURI KKULTIVATI BARRA MIŻ-ŻONI TA’ PRODUZZJONI KKLASSIFIKATI
L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jikkultivaw il-pectinidae u l-gastropodi marini, li mhumiex organiżmi filtraturi, barra miż-żoni ta’ produzzjoni kklassifikati jew li jimmaniġġjaw dawn il-pectinidae u/jew gastropodi marini bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
1. Il-pectinidae u l-gastropodi marini, li mhumiex organiżmi filtraturi, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq sakemm ma jkunux ġew ikkultivati u mmaniġġjati skont il-Kapitolu II, il-Parti B, u jissodisfaw l-istandards stipulati fil-Kapitolu V, kif sostnut minn sistema ta’ awtottestjar.
2. Barra minn hekk, fejn id-dejta minn programmi ta’ monitoraġġ uffiċjali tippermetti lill-awtorità kompetenti li tikklassifika l-postijiet tas-sajd— fejn hu l-każ, b’kooperazzjoni mal-operaturi tan-negozju tal-ikel — id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, il-Parti A, japplikaw b’analoġija għall-pectinidae
3. Il-pectinidae u l-gastropodi marini, li mhumiex organiżmi filtraturi, ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem sakemm mhux permezz ta’ post għall-irkant tal-ħut, ta’ ċentru ta’ dispaċċ jew stabbiliment ta’ pproċessar. Meta jimmaniġġjaw il-pectinidae u/jew gastropodi marini bħal dawn, l-operaturi tan-negozju tal-ikel li joperaw dawn l-istabbilimenti jridu jinformaw l-awtorità kompetenti u, fir-rigwrad taċ-ċentri ta’ dispaċċ, iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Kapitoli III u IV.
4. L-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimmaniġġjaw il-pectinidae u gastropodi marini ħajjin, li mhumiex organiżmi filtraturi, iridu jikkonformaw:
(a) mar-rekwiżiti dokumentarji tal-Kapitolu I, il-punti 3 sa 7, fejn japplika. F’dan il-każ, id-dokument ta’ reġistrazzjoni jrid jindika b’mod ċar il-post fiż-żona fejn jiġu kkultivati l-pectinidae u/jew gastropodi marini ħajjin; jew
(b) mar-rekwiżiti tal-Kapitolu VI, il-punt 2 li jikkonċerna l-għeluq tal-pakketti kollha tal-pectinidae ħajjin u l-gastropodi marini ħajjin mibgħuta għall-bejgħ bl-imnut u l-Kapitolu VII li jikkonċerna l-immarkar u l-ittikkettjar ta’ identifikazzjoni.
SEZZJONI VIII: PRODOTTI TAS-SAJD
1. Din it-Taqsima ma tapplikax għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi marini jekk ikunu għadhom ħajjin meta jitqiegħdu fis-suq. Bl-eċċezzjoni tal-Kapitoli I u II, din tapplika għal dawn l-annimali meta ma jitqiegħdux fis-suq ħajjin, f’liema każ iridu jkunu nkisbu skont it-Taqsima VII.
Din tapplika għal prodotti tas-sajd mhux proċessati u li ma twaqqgħetilhomx il-friża u għal prodotti tas-sajd friski li jkunu żdidulhom addittivi tal-ikel skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni xierqa.
2. Il-Kapitolu III, Parti A, Ċ u D, il-Kapitolu IV, Parti A u l-Kapitolu V huma rilevanti għall-bejgħ bl-imnut.
3. Il-ħtiġiet ta' din is-Sezzjoni jissuplimentaw dawk ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004:
(a) Fil-każ ta' stabbilimenti, inklużi vapuri, imqabbdin fi produzzjoni primarja u operazzjonijiet konnessi jissuplimentaw il-ħtiġiet ta' l-Anness I ta' dak ir-Regolament
(b) Fil-każ ta' stabbilimenti oħra, inklużi vapuri, jissuplimentaw il-ħtiġiet ta' l-Anness II ta' dak ir-Regolament.
(c) Fil-każ tal-provvista tal-ilma, dawn jiżdiedu mar-rekwiżiti tal-Anness II, Kapitolu VII ta' dak ir-Regolament; ilma tal-baħar nadif jista' jintuża għat-trattament u t-tindif tal-prodotti tal-ħut, il-produzzjoni tas-silġ tintuża sabiex jitkessħu prodotti tal-ħut u għat-tkessiħ rapidu tal-krustaċji u molluski wara t-tisjir tagħhom.
Bħala deroga mill-punt (a), il-punt 7 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jista' ma japplikax għall-operaturi involuti fis-sajd mal-kosta fuq skala żgħira fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 ( 24 ), u li jwettqu l-attivitajiet tagħhom għal perjodi qosra ta' anqas minn 24 siegħa.
4. Dwar il-prodotti tas-sajd:
(a) il-produzzjoni primarja tkopri it-trobbija, is-sajd u l-ġbir ta' prodotti tas-sajd ħajjin bl-iskop illi jitpoġġew fis-suq;
u
(b) operazzjonijiet konnessi jkopru dawn l-operazzjonijiet li ġejjin, jekk magħmula abbord il-vapuri tas-sajd: il-qtil, l-iżvinar, il-qtugħ tar-ras, it-tindif tal-ġewwieni, it-tneħħija tal-pinen, refriġerazzjoni u t-tqartis; jinkludu wkoll:
1. it-trasport u l-ħażna ta' prodotti tas-sajd li n-natura tagħhom ma ġietx mibdula b'mod sostanzjali, inklużi prodotti tas-sajd ħajjin, ġo l-istabbilimenti ta' l-akwakultura fuq l-art;
u
2. il-ġarr ta' prodotti tas-sajd li n-natura tagħhom ma ġietx mibdula sostanzjalment, inklużi prodotti tas-sajd ħajjin, mill-post tal-produzzjoni lejn l-ewwel stabbiliment tad-destinazzjoni.
KAPITOLU I: ĦTIĠIET GĦALL-VAPURI
L-operaturi tan-negozju fl-ikel iridu jiżguraw illi:
1. il-bastimenti wżati biex jinġabru prodotti tas-sajd mill-ambjent naturali tagħhom, jew biex jitrattawhom jew jipproċessawhom wara l-ġabra, jissodisfaw il-ħtiġiet strutturali u tat-tagħmir stabbiliti fil-Parti I;
u
2. operazzjonijiet magħmula abbord il-vapuri għandhom isiru skond ir-regoli pprovduti fil-Parti II.
I. ĦTIĠIET STRUTTURALI U TAT-TAGĦMIR
A. Ħtiġiet għall-bastimenti kollha
1. Il-bastimenti għandhom ikunu ddisinjati u mibnija biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni lill-prodotti bl-ilma tas-sentina, dranaġġ, duħħan, karburant, żejt, grass jew sustanzi oħra ta' ħsara.
2. L-uċuħ li jmissu magħhom il-prodotti tas-sajd għandhom ikunu magħmula minn materjal li huwa reżistenti għall-korrużjoni, li huwa lixx u faċli biex jitnaddaf. Il-kisi ta' l-uċuħ għandu jkun solidu u mhux tossiku.
3. It-tagħmir u l-materjal użat għax-xogħol fuq prodotti tas-sajd għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni li faċilment jitnaddfu u jiġu diżinfettati.
4. Meta l-bastimenti għandhom dħul ta' ilma li jintuża għall-prodotti tas-sajd, id-dħul għandu jkun f'post li jevita l-kontaminazzjoni tal-provvista ta' l-ilma.
B. Ħtiġiet għall-bastimenti ddisinjatu u mgħammra biex jippreservaw prodotti tas-sajd friski għall-iktar minn 24 siegħa
1. Bastimenti ddisinjati u mgħammra biex jippreservaw prodotti tas-sajd għall-iktar minn 24 siegħa għandhom jkollhom stivi, tankijiet jew kontenituri għall-ħażna ta' prodotti tas-sajd fit-temperaturi stabbiliti fil-Kapitolu VII.
2. L-istivi għandhom ikunu separati mill-kumpartimenti tal-magni u mill-kumditajiet riservati għall-ekwipaġġ b'taqsimiet suffiċjenti biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta' prodotti tas-sajd maħżuna. L-istivi u l-kontenituri użati għall-ħażna ta' prodotti tas-sajd għandhom jiżguraw il-preservazzjoni ta' dawn taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta' iġjene u, meta meħtieġ, jiżguraw illi l-ilma li jinħall ma jibqgħax f'kuntatt mal-prodotti.
3. Fil-bastimenti mgħammra għat-tkessiħ ta' prodotti tas-sajd fl-ilma baħar iffriskat u nadif, it-tankijiet għandu jkun fihom sistema li tiżgura temperatura uniformi fit-tankijiet sħaħ. Dawn is-sistemi jridu jilħqu rata ta' tkessiħ li tiżgura illi t-taħlita ta' ħut u ilma baħar nadif tilħaq mhux iktar minn 3°C sitt siegħat wara t-tagħbija u mhux iktar minn 0°C wara 16 –il siegħa u jippermettu l-monitoraġġ u, meta meħtieġ, ir-reġistrazzjoni tat-temperaturi.
C. Ħtiġiet għall-bastimenti tal-friża
Bastimenti tal-friża għandhom:
1. ikollhom tagħmir li jiffriża b'kapaċità suffiċjenti biex ibaxxi t-temperatura malajr sabiex tintlaħaq temperatura fil-qalba ta' mhux iktar minn -18°C;
2. ikollhom tagħmir ta' reġistrazzjoni b'kapiċità suffiċjenti biex iżommu l-prodotti tas-sajd fl-istiva tal-ħażna f'temperatura ta' mhux iktar minn 18°C. L-istivi tal-ħażna għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' reġistrazzjoni tat-temperatura f'post fejn tkun tista' tinqara faċilment. Fejn jinqara s-sensur tat-temperatura għandu jkun f'post fejn it-temperatura fl-istiva tkun l-għola;
u
3. jissodisfaw il-ħtiġiet għall-bastimenti ddisinjati u mgħammra biex jippreservaw prodotti tas-sajd għall-iktar minn 24 siegħa stabbiliti fil-Parti B, punt 2.
D. Ħtiġiet għall-bastimenti ta' manifattura
1. Bastimenti ta' manifattura għandu mill-inqas ikollhom:
(a) arja għaliha fejn jintlaqgħu l-prodotti tas-sajd abbord, ddisinjata biex kull qabda tista' tiġi separata waħda wara l-oħra. Din l-arja għandha tkun faċli biex titnaddaf u ddisinjata biex tipproteġii l-prodotti mix-xemx jew l-elementi u minn kwalnukwe għajn ta' kontaminazzjoni;
(b) sistema iġjenika għall-ġarr tal-prodotti tas-sajd mill-arja fejn tintlaqa' l-qabda għall-arja tax-xogħol;
(ċ) arji tax-xogħol li huma kbar biżejjed għall-preparazzjoni iġjenika u l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, faċli biex jitnaddfu u jiġu diżinfettati u ddisinjati u rranġati b'tali mod biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-prodotti;
(d) arji tal-ħażna tal-prodotti lesti li jkunu kbar biżżejjed u ddisinjati b'mod li jkun faċli biex jitnaddfu. Jekk abbord ikun hemm unità li titratta l-iskart, għandha tiġi riservata stiva separata għall-ħażna ta' dan l-iskart;
(e) post għall-ħażna ta' materjali ta' l-ippakkjar li huwa separat mill-arji tal-preparazzjoni u proċessar tal-prodott;
(f) tagħmir speċjali għar-rimi ta' l-iskart jew prodotti tas-sajd li m'humiex tajba biex jittieklu mill-bniedem, direttament fil-baħar jew, fejn iċ-ċirkostanzi hekk jirrikjedu, f'tank li ma tgħaddix minnu l-arja, riservat għal dan l-iskop. Jekk l-iskart huwa maħżun u proċessat abbord biex ikun iġjenizzat, għandhom jiġu allokati arji separati għall-dan l-iskop.
(g) daħla għall-ilma imqiegħda f'post b'mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-provvista ta' l-ilma;
u
(h) tagħmir għall-ħasil ta' l-idejn għall-użu ta' l-impjegati meta dawn jittrattaw prodotti tas-sajd esposti, b'vitien ddisinjati b'mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni.
2. Madankollu, il-bastimenti ta' manifattura fejn abbord jiġu msajjra, mkessħa jew imqartsa l-krustaċei u l-molluski m'hemmx għalfejn jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punt 1 jekk l-ebda forma oħra ta' trattament jew iproċessar ma ssiru abbord bastimenti bħal dawn.
3. Bastimenti ta' manifattura illi jiffriżaw il-prodotti tas-sajd għandu jkollhom tagħmir li jissodisfa l-ħtiġiet għall-bastimenti tal-friża kif stabbilit fil-Parti Ċ, punti 1 u 2.
II. ĦTIĠIET GĦALL-IĠJENE
1. Meta qed jintużaw, il-partijiet tal-bastimenti jew tal-kontenituri riservati għall-ħażna tal-prodotti tas-sajd għandhom jinżammu nodfa u fi stat tajjeb ta' manutenzjoni. B'mod partikolari, dawn m'għandhomx jiġu kkontaminati bil-karburant jew l-ilma tas-sentina.
2. Mill-iktar fis possibli wara li jittellgħu abbord, il-prodotti tas-sajd għandhom ikunu protetti mill-kontaminazzjoni u mill-effetti tax-xemx jew xi fonti oħra ta' sħana. ►M6 ————— ◄
3. Il-prodotti tas-sajd għandhom jiġu trattati u maħżuna b'mod li ma ssirilhomx ħsara. Dawk li jittrattawhom jistgħu jużaw strumenti bil-ponta biex iċaqalqu l-ħut kbir jew ħut li jista' jweġġagħhom, sakemm il-laħam tal-prodotti ma ssirlux ħsara.
4. Prodotti tas-sajd barra minn dawk li jinżammu ħajjin għandhom jitkessħu malajr kemm jista' jkun wara t-tagħbija. Madankollu, fejn it-tkessiħ mhuwiex possibli, l-prodotti tas-sajd għandhom jiġu trattati malajr kemm jista' jkun.
▼M6 —————
6. Fejn il-ħut jinqatagħlu rasu u/jew jitnaddaf abbord, dawn l-operazzjonijiet għandhom isiru iġenikament kemm jista' jkun malajr wara l-qabda, u l-prodotti għandhom jinħaslu immedjatament u sewwa. F'dak il-każ, il-vixxri u partijiet li jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa pubblika għandhom jitneħħew kemm jista' jkun malajr u jinżammu apparti mill-prodotti intiżi għall-konsum mill-bniedem. Fwied u bajd tal-ħut intiżi għall-konsum mill-bniedem għandhom jinżammu fis-silġ, f'temperatura qrib dik tas-silġ qed idub, jew jiġu ffriżati.
7. Meta jiġi prattikat l-iffriżar ta' ħut sħiħ fis-salmura biex jiġi ppakkjat fil-laned, għandha tintlaħaq temperatura ta' mhux iktar minn -9°C għall-prodott. Is-salmura m'għandiex iġġib kontaminazzjoni għall-ħut.
KAPITOLU II: ĦTIĠIET WAQT U WARA L-IŻBARK
1. L-operaturi tan-negozju fl-ikel responsabbli mill ħatt u l-iżbark tal-prodotti tas-sajd għandhom:
(a) jiżguraw illi t-tagħmir tal-ħatt u l-iżbark li jiġi f'kuntatt mal-prodotti tas-sajd ikun mibni b'materjal li huwa faċli biex jitnaddaf u jiġi diżinfettat u miżmum fi stat tajjeb ta' manutenzjoni u ndafa;
u
(b) jevitaw kontaminazzjoni ta' prodotti tas-sajd matul il-ħatt u l-iżbark, b'mod partikolari billi:
(i) iwettqu l-operazzjonijiet tal-ħatt u ta' l-iżbark malajr;
(ii) iqiegħdu, mingħajr dewmien, il-prodotti tas-sajd f'amjbent protett fit-temperatura speċifikata fil-Kapitolu VII;
u
(iii) ma jużawx tagħmir u prattiċi illi jagħmel ħsara bla bżonn lill partijiet li jittieklu tal-prodotti tas-sajd.
2. L-operaturi tan-negozju fl-ikel responsabbli għas-swieq tal-bejgħ bl-irkant jew bl-ingrossa jew partijiet minnhom fejn ikunu mnabbra l-pordotti tas-sajd għall-bejgħ għandhom jiżguraw illi l-ħtiġiet li ġejjin ikunu sodisfatti.
(i) Għandu jkun hemm faċilitajiet li jissakkru għall-ħażna refriġerata għall-prodotti tas-sajd miżmuma u faċilitajiet li jissakkru separati għall-ħażna ta' prodotti tas-sajd dikjarati bħala li mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.
(ii) Jekk l-awtorità kompetenti teħtieġ dan, għandu jkun hemm faċilità li tissakkar mgħammra b'mod adegwat jew, fejn hemm bżonn, karma għall-użu esklużiv ta' l-awtorità kompetenti.
(b) Waqt li jkunu esposti jew maħżuna l-prodotti tas-sajd:
(i) il-bini m'għandux jintuża għall-skopijiet oħra;
(ii) vetturi li jarmu d-duħħan ta' l-ispurgar li aktarx jgħarraq il-kwalità tal-prodotti tas-sajd m'għandhomx jitħallew jidħlu fil-bini;
(iii) persuni li għandhom aċċess għall-bini m'għandhomx idaħħlu magħhom annimali oħra;
u
(iv) il-bini għandu jkun imdawwal sewwa biex jiġu ffaċilitati il-kontrolli uffiċjali.
3. Meta ma kienx possibli li jitkessħu abbord, il-prodotti tas-sajd friski, barra minn dawk li jinżammu ħajjin, għandhom jiġu mkessħa kemm jista' jkun malajr wara l-iżbark u jinħażnu f'temperatura li toqrob lejn dik tas-silġ qed jinħall.
4. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, b'mod partikolari dwar il-proċeduri ta' notifika għall-iżbark ta' prodotti tas-sajd li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li l-bandiera tiegħu l-bastiment ikun qiegħed jtella' jew l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-prodotti tas-sajd jiġu żbarkati jistgħu jikkonsidraw neċessarji.
KAPITOLU III: ĦTIĠIET GĦALL-ISTABBILIMENTI, INKLUŻI BASTIMENTI, LI JITRATTAW PRODOTTI TAS-SAJD
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw illi il-ħtiġiet li ġejjin, meta relevanti, ikunu sodisfatti mill-istabbilimenti li jitrattaw prodotti tas-sajd.
A. ĦTIĠIET GĦALL-PRODOTTI TAS-SAJD FRISKI
1. Meta prodotti mkessħa mhux ipakkjati ma jiġux distribwiti, mibgħuta, preparati jew ipproċessati immedjatament wara li jaslu fl-istabbiliment fuq l-art, għandhom jinħażnu fis-silġ f'faċilitajiet għalihom. Għandu jiżdied is-silġ kull darba li jkun hemm bżonn. Prodotti tas-sajd friski ppakkjati għandhom jitkessħu sa temperatura li toqrob dik tas-silġ qed jinħall.
2. Operazzjonijiiet bħall-qtugħ tal-irjus tal-ħut u tneħħija tal-garġi għandhom isiru iġenikament. Meta t-tneħħija tal-garġi tkun possibbli mill-aspett tekniku u kummerċjali, dan għandu jsir malajr kemm jista' jkun wara li l-prodotti jkunu maqbuda jew imniżżla l-art. Il-prodotti għandhom jinħaslu sewwa immedjatament wara dawn l-operazzjonijiet.
3. Operazzjonijiet bħall-iffilettar u t-tqattigħ għandhom isiru b'mod li jiġi evitat kemm li ssir il-kontaminazzjoni kemm li l-fletti u jew il-biċċiet mfella jitħassru. Fletti u biċċiet imfella m'għandhomx jitħallew fuq l-imwejjed tax-xogħol iktar milli hemm bżonn biex jiġu ppreparati. Il-fletti u l-biċċiet imfella għandhom ikunu mqartsa u, meta meħtieġ, ippakkjati u għandhom jiġu mkessħa malajr kemm jista' jkun wara li jiġu ppreparati.
4. Il-kontenituri wżati għall-ispedizzjoni jew għall-ħażna ta' prodotti tas-sajd friski ppreparati mhux ipakkjati maħżuna fis-silġ għandhom ikunu tat-tip li jiżgura illi l-ilma li jinħall ma jibqgħax f'kuntatt mal-prodotti.
5. Prodotti tas-sajd friski sħaħ jew imnaddfa jistgħu jinġarru u jinħażnu f'ilma mkessaħ abbord il-bastimenti. Jistgħu wkoll jibqgħu jinġarru f'ilma imkessaħ wara l-iżbark, u jinġarru minn stabbilimenti ta' akwakultura, sakemm jaslu fl-ewwel stabbiliment fuq l-art li jkun iwettaq attività barra dik tal-ġarr u tal-għażla.
B. ĦTIĠIET GĦALL-PRODOTTI FFRIŻATI
Stabbilimenti fuq l-art illi jiffriżaw il-prodotti tas-sajd għandu jkunu mgħammra b'mod li jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti għall-bastimenti tal-friża f'Sezzjoni VIII, Kapitolu I, parti I, Ċ, punti 1 u 2.
C. ĦTIĠIET GĦALL-PRODOTTI TAS-SAJD SEPARATI MEKKANIKAMENT
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jimmanifatturaw prodotti tas-sajd separati mekkanikament għandhom jiżguraw li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin.
1. Il-materja prima wżata trid tissodisfa dawn il-ħtiġiet li ġejjin.
(a) Biss il-ħut sħiħ u l-għadam wara l-iffillettjar jista' jiġi wżat biex għall-produzzjoni ta' prodotti tas-sajd separati mekkanikament;
(b) Il-materja prima trid tkun ħielsa mill-interni.
2. Il-proċess ta' manifattura irid jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin:
(a) Is-separazzjoni mekkanika trid issir mingħajr dewmien bla bżonn wara l-iffilettjar.
(b) Jekk ħut sħiħ huwa wżat, dawn għandhom ikunu mnaddfa u maħsula minn qabel.
(ċ) Wara l-produzzjoni, il-prodotti tas-sajd separati mekkanikament iridu jiġu ffriżati mill-aktar fis possibli jew inkorporta fi prodott iddestinat għall-iffriżar jew trattament ta' stabilizzazzjoni.
D. ĦTIĠIJIET DWAR IL-PARASSITI
1. Operaturi fin-negozju tal-ikel li jqiegħdu fis-suq il-prodotti tas-sajd li ġejjin li jiġu minn ħut tal-ġewnaħ jew molluski ċefalopodi:
(a) prodotti tal-ħut maħsuba biex jiġu kkunsmati nejjin, jew
(b) marinati, melħin jew kwalunkwe prodott ieħor tas-sajd li hu ttrattat, jekk it-trattament mhux biżżejjed biex joqtol parassiti vijabbli,
għandhom jiżguraw li l-materja prima jew il-prodott finali jgħaddu minn trattament ta’ ffriżar sabiex joqtlu parassiti vijabbli li jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa tal-konsumatur.
2. Għal parassiti ħlief trematodes it-trattament ta’ ffriżar għandu jikkonsisti f’temperatura li titbaxxa fil-partijiet kollha tal-prodott għal tal-inqas:
(a) – 20 °C għal mhux inqas minn 24 siegħa, jew
(b) – 35 °C għal mhux inqas minn 15-il siegħa.
3. Operaturi tan-negozju tal-ikel ma għandhomx iwettqu t-trattament ta’ ffriżar stabbilit fil-punt 1 għall-prodotti tas-sajd:
(a) li għaddew, jew għandhom il-ħsieb li jgħaddu minn trattament ta’ tisħin qabel il-konsum, li joqtol il-parassiti vijabbli. Fil-każ tal-parassiti ħlief it-trematodes, il-prodott jissaħħan għal temperatura interna ta’ 60 °C jew aktar għal tal-inqas minuta;
(b) li ġew ippriżervati bħala prodotti ffriżati tas-sajd għal perjodu twil biżżejjed biex joqtlu parassiti vijabbli;
(c) minn qabdiet bla kontroll, sakemm:
(i) ikun hemm dejta epidemjoloġika disponibbli li tindika li ż-żoni tas-sajd tal-oriġini mhijiex ta’ periklu għas-saħħa minħabba fil-preżenza ta’ parassiti, u
(ii) l-awtorità kompetenti tawtorizza dan;
(d) li ġejjin minn trobbija tal-ħut, imkabbrin minn embrijuni u ġew mitmuha esklussivament dieta li ma tistax tinkludi parassiti vijabbli li jippreżentaw periklu għas-saħħa, u jikkonformaw ma’ waħda mir-rekwiżiti li ġejjin:
(i) tkabbru esklussivament f’ambjent li hu ħieles minn parassiti vijabbli, jew
(ii) l-operatur tan-negozju tal-ikel jivverifika permezz ta’ proċeduri, approvati mill-awtorità kompetenti, li l-prodotti tas-sajd ma jirrappreżentawx periklu għas-saħħa fir-rigward tal-preżenza ta’ parassiti vijabbli.
(a) Meta jitqiegħdu fis-suq, ħlief meta jiġu fornuti lill-konsumatur finali, il-prodotti tas-sajd imsemmija fil-punt 1 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument maħruġ mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jwettaw it-trattament ta’ ffriżar, li jistqarr it-tip ta’ trattament ta’ ffriżae li għaddew minnu l-prodotti.
(b) Qabel jitqiegħdu fis-suq prodotti tas-sajd imsemmija fil-punti 3(c) u (d) li ma għaddewx minn trattament ta’ ffriżar jew li mhumiex maħsuba li jgħaddu minn trattament li joqtol il-parassiti vijabbli li huwa ta’ periklu għas-saħħa, qabel jiġu kkunsmati, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiżgura li l-prodotti tas-sajd li joriġinaw minn żoni tas-sajd jew minn trobbija tal-ħut li tikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija f’waħda minn dawk il-punti. Din id-dispożizzjoni tista’ tiġi sodisfata minn tagħrif fid-dokument kummerċjali jew minn kwalunkwe tagħrif ieħor li jakkumpanja l-prodotti tas-sajd.
▼M6 —————
KAPITOLU IV: REKWIŻITI GĦAL ĊERTI PRODOTTI TAL-ĦUT IPPROĊESSAT
L-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jassiguraw konformità mar-rekwiżiti li ġejjin fi stabbilimenti li jittrattaw ċerti prodotti tal-ħut ipproċessat.
A. REKWIŻITI GĦAT-TISJIR TAL-KRUSTAĊJI U TAL-MOLLUSKI
1. It-tisjir għandu jkun segwit bi tberrid rapidu. Jekk ma jintuża ebda metodu ta' preżervazzjoni, it-tberrid għandu jkompli sakemm it-temperatura li tavviċina dik tas-silġ idub tkun milħuqa.
2. Il-ħruġ mill-qoxra jew ħruġ mill-fosdqa għandu jsir iġjenikament, b'tali mod li tiġi evitata il-kontaminazzjoni tal-prodott. Fejn dawn l-operazzjonijiet isiru bl-idejn, il-ħaddiema għandhom jagħtu kas sew li jaħslu idejhom.
3. Wara il-ħruġ mill-qoxra jew ħruġ mill-fosdqa, prodotti misjura jridu jkunu ffriżati kemm jista' jkun malajr għat-temperatura stipulata fil-Kapitolu VII.
B. REKWIŻITI GĦAŻ-ŻEJT TAL-ĦUT INTIŻ GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
1. Materja prima użata fil-preparazzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem għanda:
(a) tkun provenjenti minn stabbilimenti, inkluż bastimenti, reġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont dan ir-Regolament;
(b) tkun derivattiv ta' prodotti tal-ħut li huma addattati għall-konsum mill-bniedem u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima;
(ċ) tkun ittrasportata u maħżuna f'kundizzjonjiet iġjeniċi;
(d) tkun imberrda kemm jista' jkun malajr u miżmuma fit-temperaturi stipulati fil-Kapitolu VII.
Permezz ta' deroga minn punt 1 (d), l-operaturi fin-negozju tal-ikel jistgħu joqogħdu lura milli jberrdu l-prodotti tal-ħut meta prodotti tal-ħut sħaħ jintużaw direttament fil-produzzjoni ta' żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem, u l-materja prima tkun ipproċessata fi żmien 36 siegħa wara t-tagħbija, sakemm il-kriterji ta' freskezza ikunu milħuqa u l-valur tan-nitroġenu bażiku totalment volatili (TVB-N) tal-prodotti tal-ħut mhux ipproċessati ma jaqbiżx il-limiti stipulati fil-punt 1 tal-Kapitolu I tat-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2074/2005 ( 25 ).
2. Il-proċess ta' produzzjoni għaż-żejt tal-ħut irid jiżgura illi l-materja prima kollha intiża għall-produzzjoni ta' żejt tal-ħut mhux ipproċessat tkun suġġetta għal trattament li jinkludi, fejn rilevanti, proċeduri ta' tisħin, ippressar, separazzjoni, ċentrifugazzjoni, raffinament, ipproċessar u purifikazzjoni qabel jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali.
3. Sakemm il-materja prima u l-proċess ta' produzzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għaż-żejt tal-ħut intiż għall-konsum mill-bniedem, operatur fin-negozju tal-ikel jista' jipproduċi u jaħżen kemm żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem u kemm żejt tal-ħut u ikel magħmul mill-ħut mhux intiż għall-konsum mill-bniedem fl-istess stabbiliment.
4. Sakemm leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika tkun definita operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jassiguraw konformità mar-regoli nazzjonali għaż-żejt tal-ħut li jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali.
KAPITOLU V: STANDARD SANITARJI GĦALL-PRODOTTI TAS-SAJD
Barra milli jiżguraw li l-kriterji mikrobjoloġiċi adottati skond ir-Regolament (KE) nru 852/2004 jiġu sodisfatti, l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw skond in-natura tal-prodott u l-ispeċje, li l-prodotti tas-sajd imqegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem jilħqu l-istandards stabbiliti f'dan il-Kapitolu. ►M6 Ir-rekwiżiti ta' Partijiet B u D mhumiex applikabbli għal prodotti tal-ħut sħaħ li jintużaw direttatment għall-preparazzjoni ta' żejt tal-ħut intiż għall-konsum mill-bniedem. ◄
A. KARATTERISTIĊI ORGANOLETTIĊI TA' PRODOTTI TAS-SAJD
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jagħmlu eżami organolettiku ta' prodotti tas-sajd. B'mod partikolari dan dan l-eżami għandu jiżgura li l-prodotti tas-sajd jissodisfaw il-kriterji ta ' kemm il-prodott ikun frisk.
B. L-ISTAMINA
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw il-limiti dwar l-istamina ma jinqabżux.
C. IT-TOTAL TA' NITROĠENU VOLATILI
Prodotti tas-sajd li ma humiex ipproċessati ma għandhomx jitqegħdu fis-suq jekk l-eżamijiet kimiċi juru li l-limiti dwar it-TVB-N jew it-TMA-N inqabżu.
D. D.IL-PARASSITI
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw illi l-prodotti tas-sajd isirilhom eżami viswali biex jinstabu l-parassiti li jidhru qabel ma jitqegħdu fis-suq. Ma għandhomx iqegħdu fis-suq għall-konsum tal-bniedem prodotti tas-sajd li jidher ċar li fihom il-parassiti.
E. TOSSINI TA' ĦSARA GĦAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM
1. Prodotti tal-ħut derivati minn ħut li huwa velenuż tal-familji mniżżla hawn taħt m'għandomx jitqiegħdu fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae, u Canthigasteridae,
Prodotti tal-ħut friskipp, ppreparati, friżati u pproċessati li huma tal-familja Gempylidae, u b'mod partikolari Ruvettus pretiosus u Lepidocybium flavobrunneum jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss fil-format mkebbeb/ippakkjat u jridu jkunu mmarkati sewwa sabiex jipprovdu informazzjoni lill-konsumatur dwar metodi ta' preparazzjoni/tisjir u r-riskji relatati mal-preżenza ta' sustanzi fir-rigward ta' effetti gastrointestinali negattivi.
L-isem xjentifiku tal-prodotti tal-ħut għandu jakkompanja l-isem komuni fuq it-tikketta.
2. Prodotti tas-sajd li jkun fihom bijotossini bħalma huma ċ-ċigwatossini u t-tossini li jmewwtu l-muskoli, ma għandhomx jitqegħdu is-suq. Madankollu prodotti tas-sajd derivati minn molluski bivalvi, mill-ekinodermi, mit-tunikati u mill-gastropodi marini jistgħu jitqegħdu fis-suq jekk dawn ikunu tkabbru skond is-Sezzjoni VII u jkunu jikkonfermaw ma l-istandards stabbiliti fil-Kapitolu V punt 2 ta' dik is-sezzjoni.
KAPITOLU VI: TQARTIS U PAKKJAR TA' PRODOTTI TAS-SAJD
1. Id-dugħ li fih jinżammu l-prodotti fis-silġ għandu jkun resistenti għall-ilma u jkun jżgura li l-ilma li jinħall mis-silġ ma jibqax f'kuntatt mal-prodotti.
2. Blokki ta' prodotti konġelati abbord għandhom ikunu mqartsa sewwa qabel ma jiġu żbarkati.
3. Meta l-prodotti tas-sajd jitqartsu abbord bastimenti tas-sajd,l-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw li l-materjal li jintuża:
(a) ma jkunx fonti ta' kontaminazzjoni;
(b) jinħażen b'mod li ma jiġix espost għall-periklu ta' kontaminazzjoni;
(ċ) meta intiż għar-rijużu mill-ġdid, ikun faċli biex jitnaddaf, u jekk meħtieġ, biex jiġi jiġi diżinfettat.
KAPITOLU VII: ĦAŻNA TA' PRODOTTI TAS-SAJD.
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jaħżnu prodotti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-ħtiġiet li ġejjin ikunu sodisfatti.
1. Prodotti tas-sajd friski, prodotti tas-sajd li ma ġewx ipproċessati iżda nħallu mis-silġ, u prodotti msajra u mkessħa ta' krustaċej, għandhom jinżammu f'temperatura li toqrob lejn dik tas-silġ qiegħed jinħall.
2. Il-prodotti tas-sajd iffriżati għandhom jinżammu f’temperatura ta’ mhux iktar minn – 18 °C fil-partijiet kollha tal-prodott; madankollu, ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura intiż għall-manifattura tal-ikel fil-landa jista’ jinżamm f’temperatura ta’ mhux iktar minn – 9 °C.
3. Prodotti tas-sajd miżmuma ħajjin għandhom jinżammu f'temperatura li ma teffettwa ħażin la s-sigurtà bħala ikel jew il-vitalità tagħhom.
KAPITOLU VIII: IL-ĠARR TAL-PRODOTTI
L-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jġorru prodotti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-ħtiġiet li ġejjin ikun sodisfatti.
1. Matul it-trasport il-prodotti tas-sajd għandhom jinżammu fit-temperatura meħtieġa. B'mod partikolari:
(a) il-prodotti tas-sajd friski, prodotti tas-sajd li ma ġewx ipproċessati iżda nħallu mis-silġ, u prodotti msajra u mkessħa ta' krustaċej u molluski għandhom jinżammu f'temperatura li toqrob dik ta' silġ qiegħed idub;
(b) il-prodotti tas-sajd iffriżati, bl-eċċezzjoni ta’ ħut sħiħ inizjalment iffriżat fis-salmura intiż għall-manifattura tal-ikel fil-landa, waqt it-trasport għandu jinżamm f’temperatura kostanti ta’ mhux iktar minn – 18 °C fil-partijiet kollha tal-prodott, bil-possibbiltà ta’ flussi ‘l fuq, fil-qosor, ta’ mhux iktar minn 3 °C.
2. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel jistgħu ma jikkonformawx mal-punt 1(b) meta l-prodotti tas-sajd iffriżati jinġarru minn imħażen tal-friża lejn stabbilimnt approvat biex jinħallu malli jaslu għall-iskop tal-preparazzjoni u/jew ta' l-ipproċessar, jekk il-vjaġġ ikun qasir u l-awtorità kompetenti tawtorizza dan.
3. Jekk il-prodotti tas-sajd jinżammu fis-silġ, l-ilma li jinħall ma għandux jitħalla f'kontatt mal-prodotti.
4. Il-prodotti tas-sajd li jitqegħdu fis-suq għandhom jinġarru b'mod li ma jeffettwa ħażin la s-sigurtà ta' l-ikel għas-saħħa u lanqas il-vitalità tagħhom.
TAQSIMA IX: ĦALIB MHUX TRATTAT, KOLOSTRU, PRODOTTI LI ĠEJJIN MILL-ĦALIB U PRODOTTI LI FIHOM IL-KOLOSTRU
Għall-fini ta’ din it-Taqsima:
1. “Il-Kolostru” ifisser il-fluwidu li joħroġ mill-glandoli tal-ħalib ta’ l-annimali li jipproduċu l-ħalib sa minn 3 sa 5t ijiem wara t-twelid, li għandu ammont kbir ta’ anti-korpi u minerali u li jiġi qabel il-produzzjoni ta’ ħalib mhux trattat.
2. “Prodotti li fihom il-kolostru” ifisser il-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-kolostru jew minn ipproċessar ulterjuri ta’ tali prodotti pproċessati.
KAPITOLU I: ĦALIB MHUX TRATTAT U KOLOSTRU – PRODUZZJONI PRIMARJA
L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel li jipproduċu jew, kif xieraq, jiġbru l-ħalib mhux trattat u l-kolostru għandhom jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-Kapitolu.
I. REKWIŻITI TAS-SAĦĦA GĦALL-ĦALIB MHUX TRATTAT U L-PRODUZZJONI TAL-KOLOSTRU
1. Il-ħalib mhux trattat u l-kolostru għandhom jiġu mill-annimali:
(a) ma jurux sintomi ta’ mard infettat li jittieħed mill-bnedmin permezz tal-ħalib u l-kolostru;
(b) huma fi stat ġenerali tas-saħħa tajjeb, ma juru l-ebda sinjal ta’ mard li jista’ jwassal għal kontaminazzjoni tal-ħalib u l-kolostru u, b’mod partikolari, ma jsofrux minn infezzjoni ta’ l-apparat ġenitali b’nixxiegħa tal-materja, enterite b’dijarea u deni, jew infjammazzjoni rikonoxxuta tal-glandola mammarja;
(c) li m’għandhom l-ebda ġerħa tal-glandola mammarja li tista’ taffettwa l-ħalib u l-kolostru;
(d) li ma nżdidux sostanzi jew prodotti mhux awtorizzati magħhom u li ma kinux suġġetti għal trattament illegali fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 96/23/KE;
(e) li fil-każ tagħhom, fejn ġew miżjuda prodotti jew sustanzi awtoritzzati, il-perjodi ta’ sospensjoni tat-trattament preskritt għal dawn il-prodotti jew sustanzi ġew irrispettati.
(a) B’mod partikolari, għal dak li għandu x’jaqsam mal-bruċellosi, il-ħalib mhux trattat u l-kolostru għandu jiġi minn:
(i) baqar jew bufli ta’ merħla li, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 64/423/KEE ( 26 ), m’għandhomx jew m’għandhomx uffiċjalment il-bruċellosi;
(ii) nagħaġ jew mogħoż li huma ta’ kumpanija li m’għandhiex jew m’għandhiex uffiċjalment il-bruċellosi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 91/68/KEE ( 27 ); jew
(iii) l-annimali tas-sess femminil ta’ speċi oħra li jagħmlu parti, għal speċi suxxetibbli għall-bruċelossi, minn merħla ċċekkjata regolarment għal dik il-marda taħt pjan ta’ kontroll li l-awtorità kompetenti approvat.
(b) Għal dak li għandu x’jaqsam mat-tuberkolosi, il-ħalib mhux trattat u l-kolostru għandu jiġi minn:
(i) baqar jew bufli ta’ merħla li, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 64/423/KEE, m’għandhomx jew m’għandhomx uffiċjalment it-tuberkolosi; jew
(ii) l-annimali tas-sess femminil ta’ speċi oħra li jagħmlu parti, għal speċi suxxetibbli għall-bruċellosi, minn merħla ċċekkjata regolarment għal dik il-marda taħt pjan ta’ kontroll li l-awtorità kompetenti approvat.
(c) Jekk il-mogħoż jinżammu flimkien mal-baqar, tali mogħoż għandhom jiġu ċċekkjati u ttestjati għat-tuberkolosi.
3. Madankollu, il-ħalib mhux trattat minn annimali li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-punt 2 jista’ jintuża bl-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti.
(a) fil-każ ta’ baqar jew bufli li ma jurux reazzjoni pożittiva għat-testijiet tat-tuberkolosi jew il-bruċellosi, la kwalunkwe sintomi ta’ dawn il-mard, wara li għaddew minn trattament tas-sħana b’mod li juru reazzjoni negattiva għat-test ta’ l-alkaline phosphatase;
(b) fil-każ ta’ nagħaġ jew mogħoż li ma jurux reazzjoni pożittiva għat-testijiet tal-bruċellosi, jew li ntlaqqmu kontra l-bruċellosi bħala parti ta’ programm approvat ta’ qirda, u li ma juru l-ebda sintomu ta’ dik il-marda, jew:
(i) għall-produzzjoni ta’ ġobon b’perjodu ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas xahrejn; jew
(ii) wara li għaddew minn trattament tas-sħana biex juru reazzjoni negattiva għat-test alkaline phosphatase; u
(c) fil-każ ta’ annimali tas-sess femminil ta’ speċi oħra li ma jurux reazzjoni pożittiva għat-testijiet tat-tuberkolosi jew il-bruċellosi, u lanqas ma juru l-ebda sintomi ta’ dan il-mard, iżda li jagħmlu parti minn merħla fejn instabu t-tuberkolosi u l-bruċellosi wara t-testijiet imsemmija fil-punti 2(a)(iii) jew 2(b)(ii), jekk ittrattati biex jiżguraw is-sigurtà tagħha;
4. Il-ħalib mhux trattat u l-kolostru minn kwalunkwe annimal li ma jikkonformax mal-ħtiġijiet xierqa tal-punti 1 sa 3 – b’mod partikolari, kwalunkwe annimal li individwalment juri reazzjoni pożittiva għat-testijiet profilattiċi għal dak li għandu x’jaqsam mat-tuberkolosi jew il-bruċellosi kif stipulat fid-Direttiva 64/432/KEE u d-Direttiva 91/68/KEE – m’għandhomx jintużaw għall-konsum mill-bniedem.
5. L-iżolament ta’ l-annimali li huma infettati, jew huma suspettati li huma infettati, b’kwalunkwe marda msemmija fil-punti 1 jew 2 għandu jkun effettiv biex jiġi evitat kwalunkwe effett mhux favorevoli fuq il-ħalib u l-kolostru ta’ annimali oħrajn.
II. IĠJENE TAL-KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU L-ĦALIB U L-KOLOSTRU
A. Ħtiġijiet għall-bini u t-tagħmir
1. It-tagħmir li jaħleb l-annimali u l-bini fejn il-ħalib u l-kolostru huma miżmuma, ittrattati jew imkessħin għandu jinsab u jinbena sabiex jiġi llimitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ħalib u l-kolostru.
2. Il-bini għall-ħażna tal-ħalib u l-kolostru għandu jitħares kontra l-ġrieden u l-annimali l-oħra li jagħmlu l-ħsara, ikollu separazzjoni xierqa mill-bini fejn jinżammu l-annimali u, fejn meħtieġ jissodisfa l-ħtiġijiet stipulati fil-Parti B, ikollu tagħmir ta’ tkessiħ xieraq.
3. L-uċuħ tat-tagħmir li huma maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ħalib u l-kolostru (għodda, kontejners, tankijiet, eċċ maħsuba biex jaħilbu l-annimali, jiġbru jew iġorru) għandhom jitnaddfu faċilment u, fejn meħtieġ jiġu ddiżinfettati faċilment u jinżammu f’kondizzjonijiet stabbli. Dan jeħtieġ l-użu ta’ materjali lixxi, li jinħaslu u li mhumiex tossiċi.
4. Wara l-użu, tali wċuħ għandhom jinħaslu u, fejn meħtieġ, jiġu ddiżinfettati. Wara kull vjaġġ, jew wara kull serje ta’ vjaġġi meta l-perjodu ta’ żmien bejn it-tagħbija u l-ħatt li jmiss ikun qasir, iżda fil-każijiet kollha mill-inqas darba kuljum, il-kontejners u t-tankijiet użati għat-trasport tal-ħalib u l-kolostru għandhom jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati b’mod xieraq qabel l-użu mill-ġdid.
B. L-iġjene tul it-taħlib, il-ġabra u t-trasport
1. It-taħlib għandu jitwettaq b’mod iġjeniku, u b’mod partikolari għandu jiġi żgurat:
(a) li, qabel ma’ jinħaleb l-annimal, l-irjus tal-bżieżel, il-glandola mammarja u l-partijiet li jmissu magħha jkunu nodfa;
(b) li l-ħalib u l-kolostru minn kull annimali jiġi ċċekkjat għal anomalitajiet organolettiċi jew fiżiko-kimiċi mill-ħallieb jew metodu li jikseb riżultati simili u li l-ħalib u l-kolostru li juru tali anomalitajiet ma jintużawx għall-konsum tal-bniedem;
(c) li l-ħalib u l-kolostru minn annimali li juru sinjali kliniċi ta’ mard tal-glandoli mammarji ma jintużawx għall-konsum tal-bniedem ħlief skond l-istruzzjonijiet ta’ veterinarju;
(d) l-identifikazzjoni ta’ l-annimali li għaddejjin minn trattament mediku li għandu tendenza li jgħaddi residwi lill-ħalib u lill-kolostru, u li dak il-ħalib u kolostru miksub minn tali annimali qabel tmiem il-perjodu ta’ sospensjoni ta’ trattament preskritt ma jintużawx għall-konsum tal-bniedem; u
(e) li farmaċewtiċi diżinfettanti f’forma ta’ bott li fih jixxarrbu l-bżieżel u sprays jintużaw biss wara awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni skond il-proċeduri stipulati fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ( 28 )
(f) li l-kolostru jinħaleb separatament u ma jitħallatx flimkien mal-ħalib mhux trattat.
2. Malli jsir it-taħlib, il-ħalib u l-kolostru għandhom jinżammu f’post nadif iddisinjat u mgħammar biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.
(a) Il-ħalib għandu jitkessaħ minnufih għal mhux aktar minn 8 oC fil-każ ta’ ġabra li ssir kuljum, jew mhux aktar minn 6 oC jekk il-ġabra ma ssirx kuljum;
(b) Il-kolostru għandu jinżamm separatament u jitkessaħ minnufih għal mhux aktar minn 8 oC fil-każ ta’ ġabra li ssir kuljum, jew mhux aktar minn 6 oC jekk il-ġabra ma ssirx kuljum, jew iffriżat.
3. Tul it-trasport, il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u, mal-wasla fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, it-temperatura tal-ħalib u l-kolostru m’għandhiex tkun aktar minn 10 oC.
4. L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel m’għandhomx bżonn jikkonformaw mal-ħtiġijiet tat-temperatura stipulati fil-punti 2 u 3 jekk il-ħalib jissodisfa l-kriterji pprovduti fil-Parti III u jew:
(a) il-ħalib hu pproċessat fi żmien jumejn mit-taħlib; jew
(b) tinħtieġ temperatura ogħla minħabba raġunijiet teknoloġiċi marbuta mal-produzzjoni ta’ ċerti prodotti mill-ħalib u l-awtorità kompetenti tawtorizza hekk.
C. Iġjene tal-persunal
1. Il-persuni li jaħilbu u/jew li jkollhom kuntatt dirett mal-ħalib mhux trattat u l-kolostru għandhom jilbsu ħwejjeġ nodfa adegwati.
2. Il-persuni li jaħilbu għandhom iżommu livell għoli ta’ ndafa personali. Faċilitajiet xierqa għandhom ikunu disponibbli ħdejn il-post tat-taħlib biex jippermettu lill-persuni li jaħilbu u li jkollhom kuntatt dirett mal-ħalib mhux trattat u l-kolostru li jaħslu idejhom.
III. KRITERJI GĦALL-ĦALIB MHUX TRATTAT U L-KOLOSTRU
(a) Il-kriterji li ġejjin għall-ħalib mhux trattat japplikaw sakemm jitwaqqfu l-istandards fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni aktar speċifika dwar il-kwalità tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib.
(b) Il-kriterji nazzjonali għall-kolostru, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ammont ta’ mikrobi, l-ammont taċ-ċelloli somatiċi jew residwi ta’ l-anti-korpi, japplikaw sakemm titwaqqaf il-leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika.
2. Numru rappreżentattiv tal-kampjuni tal-ħalib mhux trattat u l-kolostru miġbura mill-kumpaniji li jagħmlu l-ħalib meħudha permezz ta’ kampjuni każwali għandhom jiġu ċċekkjati għall-konformità mal-punti 3 u 4 fil-każ ta’ ħalib mhux trattat u mal-preżenza ta’ kriterji nazzjonali msemmija fil-punt 1(b) fil-każ tal-kolostru. Il-verifiki għandhom jitwettqu minn, jew f’isem:
(a) l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel li jipproduċu l-ħalib;
(b) l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel li jiġbru jew jipproċessaw il-ħalib;
(c) grupp ta’ operaturi tan-negozju ta’ l-ikel; jew
(d) fil-kuntest ta’ skema ta’ kontroll nazzjonali jew reġjonali.
(a) L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel għandhom jibdew proċeduri biex jiżguraw li l-ħalib mhux trattat jissodisfa l-kriterji li jmiss:
(i) għall-ħalib mhux trattat tal-baqar:
Ammont ta’ mikrobi f’30 oC (kull ml) |
≤ 100 000 (1) |
Ammont ta’ ċelloli somatiċi (kull ml) |
≤ 400 000 (2) |
(1) Medja ġeometrika mobbli matul perjodu ta’ xahrejn, b’mill-inqas żewġ kampjuni kull xahar. (2) Medja ġeometrika mobbli matul perjodu ta’ tliet xhur, b’mill-inqas kampjun kull xahar, sakemm l-awtorità kompetenti tispeċifika metodu ieħor biex iqis il-varjazzjonijiet ta’ l-istaġun fil-livelli ta’ produzzjoni. |
(b) Madankollu, jekk il-ħalib mhux trattat minn speċi għajr il-baqar hu maħsub għall-produzzjoni ta’ prodotti magħmula mill-ħalib mhux trattat permezz ta’ proċess li ma jinvolvix trattament ta’ sħana, l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel għandhom jieħdu l-passi biex jiżguraw li l-ħalib mhux trattat jissodisfa l-kriterji li jmiss.
4. Mingħajr ħsara għad-Direttiva 96/23/KE, l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel għandhom jibdew proċeduri biex jiżguraw li l-ħalib mhux trattat ma jitqiegħedx fis-suq jekk:
(a) ikun fih fdalijiet antibijotiċi f’kwantità li, għal dak li għandu x’jaqsam ma' kwalunkwe waħda mis-sustanzi msemmija fl-Annessi I u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 ( 29 ), taqbeż il-livelli awtorizzati skond ir-Regolament; jew
(b) l-ammont totali tal-fdalijiet ta’ sustanzi antibijotiċi jaqbeż kwalunkwe valur massimu permess.
5. Meta l-ħalib mhux trattat jonqos milli jikkonforma mal-punt 3 jew 4, l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel għandu jinforma lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri biex jirranġa l-qagħda.
KAPITOLU II: REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW PRODOTTI MILL-ĦALIB U PRODOTTI LI FIHOM IL-KOLOSTRU
I. REKWIŻITI TAT-TEMPERATURA
1. L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel għandhom jiżguraw li, ma’ l-approvazzjoni fi stabbiliment ta’ pproċessar,
(a) il-ħalib jitkessaħ minnufih għal mhux aktar minn 6 oC;
(b) il-kolostru jitkessaħ minnufih għal mhux aktar minn 6 oC jew jinżamm iffriżat;
u jinżamm f’dik it-temperatura sakemm jiġi pproċessat.
2. Madankollu, l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel jistgħu jżommu l-ħalib u l-kolostru f’temperatura ogħla jekk:
(a) il-proċess jibda mill-ewwel wara t-taħlib, jew fi żmien 4 sigħat mill-approvazzjoni fl-istabbiliment ta’ l-ipproċessar; jew
(b) l-awtorità kompetenti tawtorizza temperatura ogħla minħabba raġunijiet teknoloġiċi li jikkonċernaw il-produttur ta’ ċerti prodotti mill-ħalib jew li fihom il-kolostru.
II. REKWIŻITI GĦAT-TRATTAMENT TAS-SĦANA
1. Meta l-ħalib mhux trattat, il-prodotti magħmulin mill-ħalib jew li fihom il-kolostru jgħaddu minn trattament ta’ sħana, l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel jiżguraw li dan jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B’mod partikolari, għandhom jiżguraw, meta jużaw il-proċessi li ġejjin, li għandhom jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija:
(a) Il-pasturizzazzjoni tinkiseb b’trattament li jinvolvi:
(i) temperatura għolja għal żmien qasir (ta’ mill-inqas 72 oC għal 15-il sekonda);
(ii) temperatura baxxa għal żmien twil (ta’ mill-inqas 63 oC għal 30 minuta); jew
(iii) kwalunkwe għaqda ta’ kondizzjonijiet ta’ ħin-temperatura biex jinkiseb l-effett ekwivalenti,
b’mod li l-prodotti juru, fejn meħtieġ, reazzjoni negattiva għat-test alkaline phosphatase minnufih wara tali trattament.
(b) Trattament ta’ Temperatura Għolja Ħafna (UHT) jinkiseb b’trattament:
(i) li jinvolvi nixxiegħa kontinwa ta’ sħana b’temperatura għolja għal żmien qasir (mhux inqas minn 135 oC flimkien ma’ żmien ta’ żamma) b’mod li ma jkunx hemm mikroorganiżmi vjabbli jew spori kapaċi li jikbru f’prodott trattat meta miżmum f’kontejner mingħajr settiku magħluq f’temperatura ta’ l-arja, u
(ii) biżżejjed biex jiżgura li l-prodotti jibqgħu stabbli mikrobijoloġikament wara inkubazzjoni ta’ 15-il ġurnata f’kontejners magħluqa għal aktar minn 7t ijiem f’55 oC f’kontejners magħluqa jew wara kwalunkwe metodu ieħor li juri li t-trattament ta’ sħana xieraq ġie implimentat.
2. Wara kunsiderazzjoni ta’ jekk il-ħalib mhux trattat jew il-kolostru għandux jiġi suġġett għal trattament ta’ sħana jew le, l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel għandhom:
(a) jikkunsidraw il-proċeduri żviluppati skond il-prinċipji HACCP skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004; u
(b) jikkonformaw ma’ kwalunkwe ħtiġijiet li l-awtorità kompetenti tista’ timponi għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment jew iwettqu verifiki skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004.
III. KRITERJI GĦALL-ĦALIB MHUX TRATTAT TAL-BAQAR
1. Operaturi fin-negozju tal-ikel li jimmanifatturaw prodotti mill-ħalib għandhom jibdew proċeduri sabiex jassiguraw illi, immedjatament qabel jiġi ttrattat bis-sħana u jekk il-perjodu aċċettabli kif stipulat fil-proċeduri bbażati fuq l-HACCP huwa maqbuż:
(a) ħalib mhux ittrattat tal-baqar użat għat-tħejjija tal-prodotti mill-ħalib ikollu plate count fi 30 oC ta’ inqas minn 300 000 għal kull ml; u
(b) ħalib tal-baqar ittrattat bis-sħana użat għat-tħejjija tal-prodotti mill-ħalib ikollu plate count fi 30 oC ta’ inqas minn 100 000 għal kull ml.
2. Meta l-ħalib mhux trattat jonqos milli jikkonforma mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1, l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel għandu javża lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri biex jirranġa l-qagħda.
KAPITOLU III: TGEŻWIR U IMBALLAĠĠ:
Is-siġġillar tal-pakketti tal-konsumatur għandu jitwettaq malli jimtela l-istabbiliment fejn l-aħħar trattament tas-sħana tal-prodotti likwidi mill-ħalib u prodotti li fihom il-kolostru, jitwettaq permezz ta’ tagħmir tas-siġġillar li jipprevjeni l-kontaminazzjoni. Is-sistema ta’ siġillar għandha tiġi ddisinjata b’mod li, wara l-ftuħ, il-prova tal-ftuħ tagħha tibqa’ ċara u faċli li tiġi ċċekkjata.
KAPITOLU IV: TIKKETTJAR
1. Barra mill-ħtiġijiet tad-Direttiva 2000/13/KE, ħlief fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 13(4) u (5) ta' dik id-Direttiva, it-tikketti għandhom juru b’mod ċar:
(a) fil-każ ta’ ħalib mhux trattat maħsub għal konsum dirett mill-bniedem, il-kliem “ħalib mhux trattat”;
(b) fil-każ ta’ prodotti magħmula minn ħalib mhux trattat, il-proċess ta' produzzjoni li ma jinkludix trattament tas-sħana jew kwalunkwe trattament fiżiku jew kimiku, il-kliem “magħmul minn ħalib mhux trattat”;
(c) fil-każ tal-kolostru, il-kelma “kolostru”;
(d) fil-każ tal-prodotti magħmula mill-kolostru, il-kliem “magħmula mill-kolostru”.
2. Il-ħtiġijiet tal-paragrafu 1 japplikaw għall-prodotti maħsuba għall-kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut. It-terminu “tikkettjar” jinkludi kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, ċurkett jew kullar li jinsab ma’ jew jirreferi għal tali prodotti.
KAPITOLU V: MARKI TA' IDENTIFIKAZZJONI
Bħala deroga mill-ħtiġijiet ta’ l-Anness II, Taqsima I:
1. minflok tindika n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment, il-marka ta’ identifikazzjoni tista’ tinkludi referenza fejn fuq it-tġeżwir jew l-imballaġġ ikun indikat in-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment;
2. fil-każ tal-fliexken li jerġgħu jintużaw, il-marka ta’ identifikazzjoni tindika biss l-inizjali tal-pajjiż kunsinnatarju u n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment.
SEZZJONI X: BAJD U PRODOTTI MILL-BAJD
KAPITOLU I: BAJD
1. Fil-bini tal-produttur u sakemm isir il-bejgħ lill-konsumatur il-bajd għandu jinżamm nadif, xott, ħieles mill-intiena barranija, protett mit-theżżiż u barra mix-xemx diretta.
2. Il-bajd għandu jkun maħżun u trasportat sal-bejgħ lill-konsumatur finali f'temperatura, preferibbilment kostanti, li hija l-aktar addatta sabiex tassigura il-konservazzjoni ottimali tal-karatteristiċi ta' iġjene tagħhom, sakemm l-awtorità kompetenti timponi rekwiżiti ta' temperatura nazzjonali għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-bajd u għall-vetturi li jittrasportaw il-bajd bejn dawn il-faċilitajiet tal-ħażna.
3. Il-bajd għandu jiġi mogħti lill-konsumatur f'limitu massimu ta' żmien ta' 21 jum minn mindu nbiedu.
KAPITOLU II: PRODOTTI MILL-BAJD
I. ĦTIĠIET GĦALL-ISTABBILIMENTI
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti għall-manifattura tal-prodotti tal-bajd ikunu mibnija, mfassla u mgħammra b'mod li jiżgura li l-operazzjonijiet li ġejjin jinżammu separati:
1. il-ħasil, it-tnixxif u d-diżinfettar tal-bajd maħmuġ,
2. il-fsiq tal-bajd, il-ġbir tal-kontenut u t-tneħħija tal-qxur u l-membrani;
u
3. operazzjonijiet oħra barra minn dawk imsemmija fil-punti 1 u 2.
II. II IL-MATERJA PRIMA GĦALL-MANIFATTURA TA' PRODOTTI TAL-BAJD
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jżguraw illi l-materja prima li tintża għall-manifattura ta' prodotti mill-bajd jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:
1. Il-qxur tal-bajd użat fil-manifattura ta' prodotti mill-bajd irid ikun żviluppat sewwa u ma jkollux ksur. Madanakollu, bajd miksur jista' jintuża fil-manifattura ta' likwidu tal-bajd jew prodotti mill-bajd jekk l-istabbiliment tal-produzzjoni jew iċ-ċentru tal-ippakkjar iwassalhom direttament lil stabbiliment approvat għall-manifattura tal-likwidu tal-bajd jew stabbiliment tal-ipproċessar, fejn iridu jkunu miksura kemm jista' jkun malajr.
2. Il-bajd likwidu li jinkiseb fi stabbiliment approvat għal dak l-iskop jista' jintuża bħala materja prima. Il-bajd likwidu għandu jinkiseb skond il-ħtiġiet tal-punti 1,2,3,4 u 7 tal-Parti III.
III. ĦTIĠIET IĠJENIĊI SPEĊJALI GĦALL-MANIFATTURA TA' PRODOTTI MILL-BAJD
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw illi l-operazzjonijiet kollha jsiru b'mod li jevitaw kull kontaminazzjoni matul il-produzzjoni, it-trattament u l-ħażna ta' prodotti tal-bajd, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-ħtiġiet li ġejjin ikun soddisfatti.
1. Il-bajd ma għandux jinfesaq jekk ma jkunx nadif u xott.
2. Il-bajd għandu jinfesaq b'mod li jnaqqas il-kontaminazzjoni, b'mod partikolari billi jkun hemm separazzjoni adegwata minn operazzjonijiet oħra. Il-bajd maqsum għandu jiġi pproċessat kemm jista' jkun malajr.
3. Il-bajd li ma jkunx tat-tiġieġ, tad-dunjani u tal-fargħuni, għandu jiġi ittrattat u pproċessat separatament. It-tagħmir kollu għandu jiġi mnaddaf u diżinfettat qabel ma jerġa' jibda l-ipptoċessar tal-bajd tat-tiġieġ, tad-dundjani u tal-fargħuni.
4. Il-kontenut tal-bajd ma għandux jiġi miksub biċ-ċentrifugazzjoni jew tgħaffiġ tal-bajd, u ċ-ċentrifugazzjoni ma għandhiex tintuża biex jinkiseb l-abjad minn qxur vojt għall-konsum mill-bniedem.
5. Wara l-fsiq, kull partiċella tal-bajda likwida għandha tgħaddi mill-ipproċessar malajr kemm jista’ jkun biex ikunu eliminati l-perikli mikrobijoloġiċi jew biex jitnaqqsu sa livell aċċettabbli. Partita li ma tkunx ġiet ipproċessata biżżejjed tista’ terġa’ tiġi pproċessata immedjatament jekk dan l-ipproċessar jirrendiha tajba għall-konsum mill-bniedem. Meta partita tinsab li mhix tajba għall-konsum mill-bniedem, għandha tkun żnaturata biex jiġi żgurat li ma tintużax għall-konsum mill-bniedem.
6. Ma jkunx meħtieġ li jiġi pproċessat l-abjad tal-bajd destinat għall-manifttura ta' albumina mnixxfa jew ikkristallizzata, li jkun irid isirilha wara, trattament bis-sħana,
7. Jekk l-ipproċessar ma jsirx immedjatament wara l-fsiq, il-bajda likwida għandha tiġi maħżuna, jew iffriżata jew f'temperatura ta' mhux aktar minn 4°C. Iż-żmien tal-ħażna qabel l-ipproċessar f'temperatura ta 4 ° C ma għandux ikun iktar minn 48 siegħa. Madankollu dawn il-ħtiġiet ma għandhomx japplikaw għall-prodotti jekk isirilhom il-proċess tat-tneħħija taz-zokkor immedjatament.
8. Il-prodotti li ma ġewx stabilizzati biex jinżammu fit-temperatura tal-kamra għandhom jiġu mkessħa sa mhux iktar minn 4°C. Il-prodotti għall-friża għandhom jiġu ffriżati immedjatament.
IV. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET DWAR L-ANALIŻI
1. Il-konċentrazzjoni ta' 3-OH-aċidu butiriku ma għandhiex taqbeż 10 mg/kg fis-sustanza mnixxfa tal-prodott mill-bajd bla modifikazzjoni.
2. Il-kontenut ta' aċidu lattiku fil-materja prima wżata għall-manifattura ta' prodotti tal-bajd ma għandux jaqbeż 1 g/kg tas-sustanza mnixxfa. Madakollu għall-prodotti iffermentati, dan għandu jkun il-valur irreġistrat qabel ma jibda l-proċess tal-fermentazzjoni.
3. Il-kwantita' ta' fdal mill-qxur, minn membrane u minn partikoli oħra fil-prodott tal-bajd ipproċessat ma għandux jaqbeż 100 mg/kg tal-prodott tal-bajd.
V. TIKKETTAR U IMMARKAR GHALL-IDENTIFIKAZZJONI
1. Flimkien mal-ħtiġijiet ġenerali għall-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II Sezzjoni I, il-konsenji ta' prodotti mill-bajd destinati mhux għall-bejgħ bl-imnut, iżda biex jintużaw bħala ingredjent fil-manifattura ta' prodott ieħor, għandu jkollhom tikketta li tindika t-temperatura li fiha għandhom jinżammu l-prodotti mill-bajd u l-perijodu li fih, b'hekk, ikun ikkonservat.
2. Fil-każ ta’ bajd likwidi, it-tikketta msemmija fil-punt 1 għandu jkun fiha wkoll il-kliem: “bajda likwida mhux pastorizzata — għandha tiġi ttrattata fil-post tad-destinazzjoni” u għandha tindika wkoll id-data u s-siegħa tal-fsiq.
SEZZJONI XI: KOXOX TAŻ-ŻRINĠIJIET U BEBBUX
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jippreparaw koxox taż-żrinġijiet jew bebbux għall-konsum tal-bniedem għandhom jiżguraw illi l-ħtiġiet li ġejjin ikun sodisfatti.
1. Iż-żrinġijiet u l-bebbux għandhom jinqatlu fi stabbiliment mibni, imfassal u mgħammar apposta.
2. Stabbiliment li fih jiġu ppreparati l-koxox taż-żrinġijiet għandu jkun fih kamra għall-ħażna u l-ħasil taż-żrinġijiet ħajja, u għall-qtil u l-iżvinar tagħhom. Din il-kamra għandha tkun fiżikament separati mill-kamra tal-preparazzjoni.
3. Żrinġijiet u bebbux li jmutu mod ieħor u ma jkunux inqatlu fl-istabbiliment, ma għandhomx jiġu ppreparati għall-konsum tal-bniedem.
4. Iż-żrinġijiet u l-bebbux għandhom jgħaddu minn eżami organolettiku li jsir billi jittieħdu l-kampjuni. Jekk dak l-eżami juri li jistgħu jkunu perikolużi, ma għandhomx jintużaw għall-konsum mill-bniedem,
5. Immedjatament wara l-preparazzjoni, il-koxox taż-żrinġijiet għandhom jinħaslu sewwa bl-ilma tax-xorb u immedjatament jitkessħu sa temperatura li toqrob lejn dik ta' silġ qiegħed idub, iffriżati jew ipproċessati.
6. Wara l-qtil l-epato-pancreas tal-bebbux għandha jekk tista' tkun perikoluża titneħħa u ma tintużax għall-konsum tal-bniedem
SEZZJONI XII: XAĦAM Ta' l-ANNIMALI IMDEWWEB U QRIEQEĊ
KAPITOLU I: ĦTIĠIET APPLIKABBLI GĦALL-ISTABBILIMENTI LI JIĠBRU JEW JIPPROĊESSAW IL-MATERJA PRIMA.
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jżguraw illi l-istabbilimenti li jiġbru jew jipproċessaw il-materja prima għall-produzzjoni ta' xaħam ta' l-annimali mdewweb jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin.
1. Iċ-ċentri għall-ġbir tal-materja prima u t-trasport ulterjuri sa l-istabbilimenti ta' l-ipproċessar għandhom ikunu mgħammra b'faċilitajiet għall-ħażna tal-materja prima f'temperatura ta' mhux iktar minn 7 ° C.
2. Kull stabbiliment tal-ipproċessar għandu jkollu:
(a) faċilitajiet għall-friża;
(b) kamra għall-ispedizzjoni ħlief fil-każ ta' stabbiliment li jispedixxi l-grass ta' l-annimali mdewweb biss fit-tankijiet;
u
(ċ) meta jkun il-każ, tagħmir adatt għall-preparazzjoni ta' prodotti ta' xaħam ta' annimali mdewweb imħallat ma ikel ieħor u/jew ħwawar.
3. Madankollu l-faċilitajiet ta' friża taħt punti 1 u 2(a) ma jkunux meħtieġa jekk l-arranġament għall-provvista ta' materja prima jiżguraw illi ma tiġi qatt maħżuna jew trasportata mingħajr refriġerazzjoni attiva ħlief kif previst fil-Kapitolu II punt 1(d)
KAPITOLU II: ĦTIĠIET IĠJENIĊI FIL-PREPARAZZJONI TA' XAĦAM TA' L-ANNIMALI IMDEWWEB U TA' QRIEQEĊ.
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jippreparaw xaħam ta' l-annimali mdewweb u qrieqeċ għandhom jżguraw li l-ħtiġiet li ġejjin ikun sodisfatti.
1. Il-materja prima għandha tkun:
(a) ġejja minn annimali li nqatlu f'biċċerija, u li nstabu tajbin għall-konsum mill-bniedem wara kontrolli ante-mortem u post-mortem;
(b) li tikkonsisti f'tessuti adipusi jew għadam, ħielsa mid-demm u impuritajiet fi grad eċċessiv;
(ċ) ġejja minn stabbilimenti reġistrati jew approvati skond ir-Regolament (KE) nru 852/2003 jew skond dan ir-Regolament;
u
(d) inġarret u nħażnet sakemm iddewbet f'kondizzjonijiet iġjeniċi u f'temperatura interna ta' mhux iktar minn 7 ° C. Madankollu l-materja prima jistgħu jinħażnu u jinġarru mingħajr refriġerazzjoni attiva jekk jiddewbu fi żmien tnax il-siegħa wara l-ġurnata meta nkisbu.
2. Ma jistgħux jintużaw solventi meta jiddewweb ix-xaħam.
3. Meta l-grass għall-irfinar jilhaq l-istandards stabbiliti fil-punt 4, il-grass imdewweb ta' l-annimali ppreparat skond il-punti 1 u 2 jista' jiġi raffinat fl-istess stabbiliment jew fi stabbiliment ieħor bl-iskop li tiġgi mtejbba l-kwalità fiżiko-kimika tiegħu.
4. Il-grass imdewweb ta' l-annimali, skond it-tip, għandu jissodisfa l-istandards li ġejjin;
Ruminanti |
Annimali porċini |
Grass ta annimali oħra |
||||||
Xaħam ta' dam li jittiekel |
Xaħam ta' dam għall-irfinar |
Grass li jittiekel |
Sonza u xaħam ieħor għall-irfinar |
Li jittiekel |
Ieħor |
|||
Ġus tal-prima (1) |
Ieħor |
Sonza (2) |
Ieħor |
|||||
Massimu FFA (m/m % aċidu olejku) |
0,75 |
1,25 |
3,00 |
0,75 |
1,25 |
2,00 |
1,25 |
3,00 |
Massimu ta' perossidu |
4 meq/kg |
4 meq/kg |
6 meq/kg |
4 meq/kg |
4 meq/kg |
6 meq/kg |
4meq/kg |
10 meq/kg |
Total ta'impuritajiet insolubbli |
Massimu ta' 0,15 |
Massimu ta' 0,5 |
||||||
Riħa, togħma, kulur |
Normali |
|||||||
(1) grass ta' l-annimali imdewweb minn grass tal-qalb, tal-borqom, tal-kliewi u tal-mindil ta' annimali bovini u ta' xaħam mill-kmamar tat-tqattigħ. (2) grass imdewweb mit-tessuti adipusi ta' annimali porċini |
5. Il-qrieqeċ destinati għall-konsum mill-bniedem għandhom jinħażnu skond il-ħtigiet dwar it-temperatura li ġejjin:
(a) Meta l-qrieqeċ jiddewbu f'temperatura ta' mhux iktar minn 70 ° C, għandhom jinħażnu:
(i) f'temperatura ta' mhux iktar minn 7°C għal mhux iktar minn ergha u għoxrin siegħa;
jew
(ii) f'temperatura ta' mhux iktar minn -18 ° C
(b) meta l-qrieqeċ jiddewbu f'temperatura ta' 70 ° C u jkollhom kontenut umdu ta 10 % (m/m) jew iktar għandhom jinħażnu:
(i) f'temperatura ta' mhux iktar minn 7° C għal mhux iktar minn tmienja u erbgħin siegħa jew fi proporzjoni ħin/temperatura li jagħti l-istess garanzija;
jew
(ii) f'temperatura ta' mhux iktar minn-18°C.
(ċ) Meta l-qrieqeċ jiddewbu f'temperatura ta' iktar minn 70° C u jkollhom kontenut umdu ta' inqas minn 10 %(m/m) ma hemmx ħtiġiet speċifiċi.
SEZZJONI XIII: STONKIJIET, VEXXIKI U INTESTINI ITTRATTATI.
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jittrataw stonkijiet, vexxiki u intestine għandhom jiżguraw illi l-ħtiġiet li ġejjin ikun sodisfatti:
1. L-intestini, il-vexxiki u l-istonkijiet ta' l-annimali jistgħu jitqegħdu fis-suq biss jekk:
(a) ikunu ġejjin minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li nstabu tajbin għall-konsum mill-bniedem wara eżamijiet ante-mortem u post-mortem
(b) ikunu mmelħa, msaħħna jew imnixxfa;
u
(ċ) wara t-trattament imsemmi f'(b), ikunu ttieħdu miżuri effikaċi kontra l-kontaminazzjoni mill-ġdid.
2. Stonkijiet, vexxiki u intestine li ma jistgħu jinżammu f'temperatura ta' l-ambjent għandhom jinħażnu mkessħa bl-użu ta' faċilitajiet apposta sakemm jiġu mibgħutin. B'mod partikolari, il-prodotti li ma jiġux immellħa jew imnixxfa għandhom jinżammu f'temperatura ta' mhux aktar minn 3° C.
SEZZJONI XIV: ĠELATINA
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jimmanifatturaw il-ġelatina għandhom jiżguraw illi l-ħtiġiet ta' din is-sezzjoni jkunu sodisfatti
2. Għall-iskopijiet ta' din is-sezzjoni “l-ikkunzar” ifisser it-twebbis tal-ġlud, bl-użu ta' aġenti ta' l-ikkunzar mill-ħxejjex, melħ tal-kromju u sustanzi oħra bħall-melħ ta' l-aluminju, melħ tal-ħadid, melħ tas-siliċju, aldejdi u kinoni, jew aġenti oħra sintetiċci tat-twebbis.
KAPITOLU I: ĦTIĠIET GĦALL-MATERJA PRIMA
1. Għall-produzzjoni tal-ġelatina li tintuża fl-ikel, għandha tintuża l-materja prima li ġejja:
(a) l-għadam, apparti minn materjali ta’ riskju speċifiku kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 );
(b) ġlud ta'annimali ruminanti mrobbija;
(ċ) ġlud tal-majjali;
(d) ġlud tal-pollam;
(e) tendini u għeruq;
(f) ġlud tal-kaċċa selvaġġa;
u
(g) ġlud u għadam tal-ħut.
2. L-użu ta' ġlud huwa projbit jekk għaddew minn xi proċess ta' l-ikkunzar, kemm jekk komplu u kemm jekk le.
3. Il-materja prima elenkata fil-punt 1 (a) sa (e) għandha tkun ġejja minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom li huma tajbin għall-konsum tal-bniedem wara eżamijiet ante-mortem u post mortem jew fil-każ ta' ġlud minn kaċċa selvaġġa li nstabet tajba għall-konsum mill-bniedem.
4. Il-materja prima għandha tkun ġejja minn stabbilimenti reġistrati jew approvati skond ir-Regolament (KE) nru 852/2004 jew skond dan ir-Regolament.
5. Iċ-ċentri tal-ġbir u l-kunzeriji jistgħu wkoll jissupplixxu materja prima għall-produzzjoni ta' ġelatina għall-konsum mill-bniedem jekk l-awtorità kompetenti tawtorizzahom b'mod speċifiku għal dan l-iskop u jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) Għandu jkollhom imħażen bil-paviment iebes u ħitan lixxi li jkun faċli li tnaddaf u tiddisinfetta, u fejn approprijat mgħammra b'faċilitajiet għall-friża.
(b) L-imħażen għandhom jinżammu fi stat sodisfaċenti ta' ndafa u manutenzjoni biex ma jkunux huma għajn ta' kontaminazzjoni għall-materja prima.
(ċ) Jekk il-materja prima li ma tkunx konformi ma dan il-Kptolu tinħażen u/jew tiġi ipproċessata f'dan il-bini, għandha tinżamm segregate minn ma materja prima li tkun konformi ma dan il-Kapitolu matul il-perijodu kollu li tintlaqa', tinħażen, tiġi ipproċessata u tiġi spedita.
KAPITOLU II: ĠARR U ĦAŻNA TA' MATERJA PRIMA.
1. Flok il-marka ta' identifikazzjoni msemmija fl-Anness II. Sezzjoni I, dokument li jindika l-istabbiliment li minnu toriġina u li jkun fih l-informazzjoni indakata fl-Appendiċi ma dan l-Anness għandu jakkompanja l-materja prima matul it-trasport, meta titwassal sa ċentru ta' ġbir jew kunzerija u meta konsenjat lill-istabbiliment li jimmanifattura l-ġelatina.
2. Il-materja prima għandha tinġarr u tinħażen imkessħa jew iffrizata, sakemm ma tiġix ipproċessata fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta ntbagħtet. Madankollu l-għadam sgrassat u mnixxef jew l-osseïna, il-ġlud immellħa, imnixxfa u mitfugħa fil-ġir, u ġlud ittrattati bl-alkali jew aċidu, jistgħu jinġarru u jinħażnu f'temperatura ambjentali.
KAPITOLU III: REKWIŻITI GĦALL-MANIFATTURA TAL-ĠELATINA
1. Fil-proċess ta' produzzjoni tal-ġelatina jrid jiġi żgurat li:
(a) l-għadam kollu tar-ruminanti li ġej minn annimali li twieldu, trabbew jew inqatlu f'pajjiżi jew reġjuni b'riskju ta' BSE kkontrollat jew mhux determinat skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità jiġi soġġett għal proċess li fih ikun żgurat li l-materjal kollu ta' l-għadam jitfarrak fin fin u jitneħħielhu x-xaħam bil-misħun u jiġi ttrattat bl-ispirtu tal-melħ miżjud bl-ilma (ta' konċentrazzjoni minima ta' 4 % u pH < 1,5) fuq perjodu ta' mhux anqas minn jumejn. Wara dan it-trattament għandu jkun hemm jew:
— trattament alkalin ta' soluzzjoni ta' ġir saturat (pH > 12,5) għal perjodu ta' mhux anqas minn 20 jum bi trattament ta' sħana ta' mhux anqas minn 138 °C għal mhux anqas minn erba' sekondi, jew
— trattament bl-aċidu (pH < 3,5) għal mhux anqas minn 10 sigħat bi trattament ta' sħana ta' mhux anqas minn 138 °C għal ta' l-inqas erba' sekondi, jew
— proċess ta' sħana u pressjoni għal mhux anqas minn 20 minuta bi fwawar saturat b'temperatura ta' 133 °C u pressjoni ta' aktar minn 3 bar, jew
— kull proċess ekwivalenti approvat;
(b) kull materja prima oħra għandha tkun soġġetta għal trattament bl-aċidu jew bl-alkali, imbagħad titlaħaħ għal darba tnejn. Il-pH irid jiġi aġġustat sussegwentement. Il-ġelatina għandha tiġi estratta billi tissaħħan darba jew aktar drabi wara xulxin, imbagħad tissaffa permezz ta' filtrazzjoni u trattament bis-sħana.
(2) Operatur fin-negozju ta' l-ikel jista' jipproduċi u jaħżen kemm ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif ukoll ġelatina mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-istess stabbiliment sakemm il-materja prima u l-proċess ta' produzzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti li japplikaw għall-ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
KAPITOLU IV: REKWIŻITI GĦAL PRODOTTI LESTI GĦAS-SUQ
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel iridu jiżguraw li l-ġelatina tkun konformi mal-limiti ta' residwi stabbiliti fl-iskeda li ġejja:
Residwu |
Limiti |
As |
1 ppm |
Pb |
5 ppm |
Cd |
0,5 ppm |
Hg |
0,15 ppm |
Cr |
10 ppm |
Cu |
30 ppm |
Zn |
50 ppm |
SO2 (Pharmacopoeia Ewropea 2005) |
50 ppm |
H2O2 (Pharmacopoeia Ewropea 2005) |
10 ppm |
KAPITOLU V: IT-TIKKETTI
It-tgeżwir u l-ippakkjar li jkun fih il-ġelatina, fuqu jrid jkollu l-kliem “ġelatina adatta għall-konsum mill-bniedem” u trid tidher id-data ta' skadenza minima.
SEZZJONI XV: KOLLAĠNI
1. L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel li jimmanufatturaw il-kollaġni għandhom jiżguraw li l-ħtiġiet ta' din is-sezzjoni jkunu sodisfatti.
2. Għall-iskop ta' din is-sezzjoni “l-ikkunzar” ifisser it-twebbis tal-ġlud bl-użu ta' aġenti veġetali ta' l-ikkunzar, mluħ tal-kromju, jew sustanzi oħra bħall-imluħ ta' l-aluminju, mluħ tal-ħadid, imluġ tas-siliċju, aldejdi u kinuni jew sustanzi oħra sintetiċi li jwebbsu.
KAPITOLU I: ĦTIĠIET GĦALL-MATERJA PRIMA
1. Għall-produzzjoni tal-kollaġen intiż għall-użu fl-ikel tista’ tintuża din il-materja prima:
(a) l-għadam, apparti minn materjal ta’ riskju speċifiku kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) il-ġlud ħoxnin u ġlud oħrajn ta’ annimali ruminanti domestiċi;
(c) il-ġlud tal-ħnieżer;
(d) il-ġlud tat-tjur;
(e) l-għerq u l-muskoli;
(f) il-ġlud ħoxnin u ġlud oħra tat-tajr selvaġġ; u
(g) il-ġlud u l-għadam tal-ħut.
2. L-użu ta' ġlud li għaddew mill-ikkunzar huwa projbit kemm dan il-proċess intemm u kemm jekk le.
3. Il-materja prima elenkata fil-punt 1(a) sa (d) għandha tkun ġejja minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum mill-bniedem wara eżamijiet ante-mortem u post-mortem, jew fil-każ ta' ġlud ta' kaċċa selvaġġa li nstabet tajba għall-konsum tal-bniedem.
4. Il-materja prima għandha tkun ġejja minn stabbilimenti rreġistrati jew approvati skond ir-Regolament (KE) nru 852/2004 jew skond dan ir-Regolament.
5. Iċ-ċentri tal-ġbir u l-kunzeriji jistgħu wkoll jissupplixxu materja prima għall-produzzjoni tal-kollaġni għall-konsum tal-bniedem jekk l-awtorità kompetenti tawtorizzahom b'mod speċifiku għal dan l-iskop u jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) Għandu jkollhom imħażen bil-paviment iebes u ħitan lixxi li jkun faċli li tnaddaf u tiddisinfetta u li fejn approprijat ikollhom faċilitajiet għall-friża;
(b) L-imħażen għandhom jinżammu fi stat sodisfaċenti ta' ndafa u manutenzjoni, sabiex ma jkunux għajn ta' kontaminazzjoni għall-materja prima.
(ċ) Jekk materja prima li ma tkunx konformi ma dan il-kapitolu tinħażen u/jew tiġi ipproċessata f'dan il-bini, għandha tiġi segregata mill-materja prima li tkun konformi ma dan il-kapitolu matul il-perijodu kollu li tintlaqa', tinħażen, tiġi pproċessata u tiġi spedita.
KAPITOLU II: IT-TRASPORT U L-ĦAŻNA TAL-MATERJA PRIMA.
1. Flok il-marka ta' identifikazzjoni msemmija fl-Anness II. Sezzjoni I, dokument li jindika l-istabbiliment li minnu toriġina u li jkun fih l-informazzjoni indakata fl-Appendiċi ma dan l-Anness għandu jakkompanja l-materja prima matul it-trasport, meta titwassal sa ċentru ta' ġbir jew kunzerija u meta konsenjat lill-istabbiliment li jimmanifattura l-ġelatina.
2. Il-materja prima għandha tinġarr u tinħażen imkessħa jew iffrizata, sakemm ma tiġix ipproċessata fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta ntbagħtet. Madankollu l-għadam sgrassat u mnixxef jew l-osseïna, il-ġlud immellħa, imnixxfa u mitfugħa fil-ġir, u ġlud ittrattati bl-alkali jew aċidu, jistgħu jinġarru u jinħażnu f'temperatura ambjentali.
KAPITOLU III: ĦTIĠIET GĦALL-MANIFATTURA TAL-KOLLAĠNI
1. Il-proċess ta’ produzzjoni tal-kollaġen irid jiżgura li:
(a) l-għadam kollu tar-ruminanti li ġej minn annimali li twieldu, trabbew jew inqatlu f’pajjiżi jew reġjuni b’riskju ta’ BSE kkontrollat jew mhux determinat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi suġġett għal proċess li fih ikun żgurat li l-materjal kollu tal-għadam jitfarrak fin fin u jitneħħielu x-xaħam bil-misħun u jiġi ttrattat bl-aċtu idrokloriku (ta’ konċentrazzjoni minima ta’ 4 % u pH < 1,5) fuq perjodu ta’ mhux anqas minn jumejn; dan it-trattament irid ikun segwit b’aġġustament tal-pH permezz tal-aċtu jew alkali segwit bi tlaħliħa waħda jew iktar, filtrazzjoni u estrużjoni, jew permezz ta’ proċess ekwivalenti approvat;
(b) il-materja prima apparti dik imsemmija fil-punt (a) trid tkun suġġetta għal trattament li jinvolvi l-ħasil, l-aġġustament tal-pH bl-użu tal-aċtu jew alkali, segwit bi tlaħliħa waħda jew iktar, filtrazzjoni u estrużjoni, jew permezz ta’ proċess ekwivalenti approvat; l-istadju tal-estrużjoni ma jistax jitwettaq tul il-produzzjoni ta’ kollaġeni b’numru baxx ta’ molekoli minn materja prima li ma tkunx ġejja minn annimali ruminanti.
2. Wara li jkunu għaddew mill-proċess imsemmi fil-punt 1, il-kollaġni jista' jgħaddi wkoll minn proċess ta' tnixxif.
3. Operatur fin-negozju ta' l-ikel jista' jipproduċi u jaħżen kemm kollaġini maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif ukoll kollaġini mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-istess stabbiliment sakemm il-materja prima u l-proċess ta' produzzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti li japplikaw għall-kollaġini maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
KAPITOLU IV: ĦTIĠIET GĦALL-PRODOTTI LESTI.
L-operaturi fin-negozju ta' l-ikel għandhom jiżguraw illi l-kollaġni jissodisfa l-limiti tar-residwi li jidhru fit-tabella li ġejja:
Residwu |
Limitu |
As |
1 ppm |
Pb |
5 ppm |
Cd |
0,5 ppm |
Hg |
0,15 ppm |
Cr |
10 ppm |
Cu |
30 ppm |
Zn |
50 ppm |
SO2 (Reith Williams) |
50 ppm |
H2O2 (European Pharmacopoeia 1986 (V2O2)) |
10 ppm |
KAPITOLU V: TIKKETTAR
It-tqartis u l-imballaġġ tal-kollaġni għandu jkollu fuqu l-kliem “kollaġni għall-konsum tal-bniedem” u jindika d-data meta ġie ippreparat.
Appendiċi għall-ANNESS III
DOKUMENT MUDELL LI JRID JINTHEMEŻ MA' MATERJA PRIMA DDESTINATA GĦALL-PRODUZZJONI TA' ĠELATINA JEW KOLLAĠINI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
In-numru tad-dokument kummerċjali: …
I. Identifikazzjoni ta' materja prima
Natura tal-materja prima: …
L-ispeċi ta' l-annimal: …
Tip ta' imballaġġ: …
Numru ta’ pakketti: …
Piż nett (kg): …
II. Oriġini tal-materja prima
It-tip, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' awtorizzazzjoni speċjali/ta' approvazzjoni/ta' reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment ta' oriġini:
…
Isem u indirizz ta' min jagħmel il-konsenja ( 31 ): …
III. Destinazzjoni tal-materja prima
It-tip, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' awtorizzazzjoni speċjali/ta' approvazzjoni/ta' reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment ta' produzzjoni ta' destinazzjoni
…
Isem u indirizz ta' min jirċievi l-konsenja ( 32 ): …
IV. Il-Mezz ta' trasport: …
Magħmul fi …, fi …
…
(Firma ta' l-operatur ta' l-istabbiliment ta' oriġini jew tar-rappreżentanti ta' l-istabbiliment)
( 1 ) ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p.58.
( 2 ) ĠU C 155, tad-29.5.2001,p.39.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2002 (ĠU C 180 E, tal-31.7.2003,p.288), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 (ĠU C 48E, ta’ l-24.2.2004, p.23), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2004 (għad mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2004.
( 4 ) Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 5 ) Ir-Regolamnent (KE) nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea għas-sigurtà fl-Ikel u l-proċeduri f’dak li jirrigwarda s-sigurtà fl-ikel (ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p1). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) nru 1642/2003(ĠU L 245, tad-29.9.2003, p.4).
( 6 ) ĠU L 371, tal-31.12.1994, p.36.
( 7 ) ĠU L 53, tad-9.3.1995, p.31.
( 8 ) ĠU L 105, tad-9.5.1995, p.40.
( 9 ) ĠU L 105, tad-9.5.1995, p.44
( 10 ) ĠU L 109, tas-16.5.1995, p.44.
( 11 ) ĠU L 243, tal-11.10.1995, p.21.
( 12 ) ĠU L 243, tal-11.10.1995, p.25.
( 13 ) ĠU L 243, tal-11.10.1995, p.29.
( 14 ) ĠU L 325.tat-12.12.2003, p.1.
( 15 ) ĠU L 157, tat-30.4.2004, p.33.
( 16 ) ĠU L 168, tat-2.7.1994, p.34.
( 17 ) Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li stabbiliet il-ħtiġiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw in-negozju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li ma jkunux suġġetti għar-regoli komunitarji speċifiċi imsemmija fl-Anness A (1) għad-Direttiva 89/662/KEE u, dwar patoġeni, fid-Direttiva 90/425/KEE(ĠU L 62, tal-15.3.1993, p.49). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) nru 445/2004 (ĠU L 72, tal-11.3.2004, p.60).
( 18 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p.23.
( 19 ) Ara paġna 83 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 20 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregola l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, tat-30.1.1998,p.9). Id-Direttiva kif emendati bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
( 21 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali għall-konsum tal-bniedem.
( 22 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 għar-rigward ta’ miżuri ta’ kontroll dwar ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali u prodotti ta’ l-annimali (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p.10). Id-Direttiva kif emandata bir-Regolament (KE) nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p.1).
( 23 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 24 ) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
( 25 ) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.
( 26 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini jew il-ħnieżer (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).
( 27 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' l-annimali ovini u kaprini (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/932/KE (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 68).
( 28 ) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/50/KE (ĠU L 142, 30.5.2006, p. 6).
( 29 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 (ĠU L 225, 17.8.2006, p. 3).
( 30 ) ĠU L 147, 31.5.2001, P. 1.
( 31 ) Jekk ikun differenti biss mill-istabbiliment ta' oriġini.
( 32 ) Jekk ikun differenti biss mill-istabbiliment ta' destinazzjoni.