Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0850-20090505

    Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/850/2009-05-05

    2004R0850 — MT — 05.05.2009 — 003.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    IR-REGOLAMENT (KE) Nru 850/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL

    tad-29 ta’ April 2004

    dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE

    (ĠU L 229, 29.6.2004, p.5)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1195/2006 tat-18 ta’ Lulju 2006

      L 217

    1

    8.8.2006

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 172/2007 tas-16 ta’ Frar 2007

      L 55

    1

    23.2.2007

    ►M3

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 323/2007 tas-26 ta’ Marzu 2007

      L 85

    3

    27.3.2007

    ►M4

    REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

      L 87

    109

    31.3.2009

    ►M5

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 304/2009 tal-14 ta’ April 2009

      L 96

    33

    15.4.2009




    ▼B

    IR-REGOLAMENT (KE) Nru 850/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL

    tad-29 ta’ April 2004

    dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE



    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 175(1) tiegħu,

    Wara li kunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

    Wara li konsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

    Billi:

    (1)

    Dan ir-Regolament jikkonċerna primarjament il-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Il-bażi legali huwa għalhekk Artikolu 175(1) tat-Trattat.

    (2)

    Il-Komunità hija serjament imħassba bl-emissjoni kontinwa ta’ pollutanti organiċi persistenti fl-ambjent. Dawn is-sustanzi kimiċi huma trasportati minn fruntiera internazzjonali għall-oħra ‘l bogħod mill-egħjun tagħhom u jippersistu fl-ambjent, huma suġġetti għal bioakkumulazzjoni mill-katina ta’ l-ikel u jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Jinħtieġ għalhekk li jittieħdu miżuri oħra sabiex is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent jiġu protetti minn dawn il-pollutanti.

    (3)

    Minħabba r-responsabbilitajiet tagħha għall-protezzjoni ta’ l-ambjent, fl-24 ta’ Ġunju 1998 il-Komunità firmat il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ l-1979 dwar it-Tniġġis ta’ l-Arja Transkonfini f’Distanzi Twal minn Pollutanti Organiċi Persistenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem “il-Protokoll”, u fit-22 ta’ Mejju 2001 il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem “il-Konvenzjoni”.

    (4)

    Waqt li l-leġislazzjoni fil-livell Komunitarju dwar il-pollutanti organiċi persistenti ġiet imdaħħla, d-defiċjenzi prinċipali tagħha huma li hemm nuqqas ta’, jew leġislazzjoni mhix kompluta dwar, projbizzjoni tal-produzzjoni u l-użu ta’ xi waħda mill-kimiċi bħalissa elenkati li ġejjin, li m’hemmx qafas li jħalli li sustanzi tat-tniġġis organiku u persistenti addizjonali jiġu suġġetti għal projbizzjonijiet, restrizzjonijiet jew eliminazzjoni; lanqas ma hemm l-ebda qafas biex ma jħallix il-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi ġodda li juru karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti. L-ebda miri għat-tnaqqis ta’ emissjoni, bħala tali, ma ġew iffissati f’livell Komunitarju u l-inventorji ta’ l-emissjoni ta’ bħalissa ma jkoprux l-egħjun kollha ta’ pollutanti organiċi persistenti.

    (5)

    Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti u effettiva ta’ l-obbligi tal-Komunità skond il-Protokoll u l-Konvenzjoni, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali komuni, li fih jistgħu jittieħdu miżuri disinjati b’mod partikolari biex jiġu eliminati l-produzzjoni, tqegħid fis-suq u l-użu ta’ pollutanti organiċi persistenti li ġew manifatturati b’mod intenzjonali. Minbarra dan, il-karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti għandhom jiġu kunsidrati fil-qafas ta’ l-iskemi Komunitarji relevanti ta’ stima u awtorizzazzjoni.

    (6)

    Għandu jiġi żgurat li jkun hemm kordinazzjoni u koerenza, meta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet ta’ Rotterdam ( 3 ), Stokkolma u Basel ( 4 ) jiġu implimentati fuq livell Komunitarju u meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta’ l-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta’ Kimiċi (SAICM) fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (7)

    Minbarra dan, meta jiġi konsidrat li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma msaħħa mill-prinċipju ta’ prekawzjoni kif imniżżel fit-Trattat, u b’mod konxju tal-Prinċipju 15 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp u minħabba l-iskop ta’ l-eliminazzjoni, fejn possibbli, ta’ l-emissjoni ta’ pollutanti organiċi persistenti fl-Ambjent, huwa xieraq f’ċerti każi li jiġu previsti miżuri ta’ kontroll aktar stretti minn dawk fil-Protokoll u l-Konvenzjoni.

    (8)

    Fil-futur, ir-Regolament propost REACH jista’ jservi bħala strument xieraq li bih jistgħu jiġu implimentati l-miżuri ta’ kontroll meħtieġa fuq il-produzzjoni, tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati u l-miżuri ta’ kontroll fuq kimiċi u pestiċidi eżistenti u ġodda li juru l-karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti. Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-Regolament futur tar-REACH u peress li huwa importanti li jiġu implimentati malajr kemm jista’ jkun dawn il-miżuri ta’ kontroll fuq is-sustanzi elenkati tal-Protokoll u tal-Konvenzjoni, dan ir-Regolament għandu għalissa jimplimenta dawk il-miżuri.

    (9)

    Fil-Komunità, t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ħafna mill-pollutanti organiċi persistenti elenkati fil-Protokoll jew fil-Konvenzjoni diġà gradwalment tneħħew għal kollox bħala riżultat tal-projbizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE: tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu jinsabu fihom ċerti sustanzi attivi ( 5 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi ( 6 ). Madankollu, sabiex jitwettqu l-obbligazzjonijiet tal-Komunità skond il-Protokoll u l-Konvenzjoni u biex tiġi mnaqqsa l-emissjoni ta’ pollutanti organiċi persistenti, huwa meħtieġ u xieraq li tiġi projbita wkoll il-produzzjoni ta’ dawk is-sustanzi u biex l-eżenzjonijiet jiġu ristretti għall-minimu sabiex l-eżenzjonijiet japplikaw biss fejn sustanza taderixxi funzjoni essenzjali f’applikazzjoni speċifika.

    (10)

    L-esportazzjoni ta’ sustanzi koperti mill-Konvenzjoni u l-esportazzjoni ta’ lindane huma regolata mir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kimiċi perikolużi ( 7 ).

    (11)

    Il-produzzjoni u l-użu ta’ eksakloroċiklohexane (HCH), inkluż lindane, huma suġġetti għar-restrizzjonijiet fil-Protokoll izda m’humiex kompletament projbiti. Dik is-sustanza għadha tintuża f’xi Stati Membri u għalhekk m’huwiex possibbli li l-użu kollu eżistenti jiġi projbit minnufih. Madankollu, minħabba l-proprjetajiet perikolużi ta’ l-HCH u r-riskji possibbli konnessi ma’ l-emissjoni tiegħu fl-ambjent, il-produzzjoni u l-użu tiegħu għandhom ikunu limitati għall-minimu u finalment jitneħħew gradwalment sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ l-2007.

    (12)

    Kumuli mwarrba ta’ pollutanti organiċi persistenti li m’għadhomx jintużaw jew li huma maniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, per eżempju, l-kontaminazzjoni tal-ħamrija u ta’ l-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jmorru ‘l hinn mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta’ sustanzi projbiti għandhom jiġu trattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta’ sustanzi li l-produzzjoni jew l-użu tagħhom għadha titħalla għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet u sorveljati sew. B’mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn jew li jkunu jinsabu fihom pollutanti organiċi persistenti projbiti għandhom jiġu maniġġjati bħala skart malajr kemm kista’ jkun. Jekk sustanzi oħra jiġu projbiti fil-futur, il-ħażniet tagħhom għandhom jinqerdu wkoll mingħajr dewmien u m’għandhomx jerġgħu jinbnew kumuli mwarrba ġodda oħra. Minħabba l-problemi partikolari ta’ ċerti Stati Membri ġodda, għandha tingħata assistenza finanzjarja u teknika adegwata permezz ta’ strumenti finanzjarji Komunitarji eżistenti, bħall-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fondi Strutturali.

    (13)

    Bi qbil mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Komunità għad-Dijossini, Furani u l-Bifenili Poliklorinati (PCBs) ( 8 ), u mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta’ pollutanti organiċi persistenti li huma prodotti sekondarji m’humiex intenzjonali ta’ proċessi industrijali għandhom jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista’ jkun bil-għan finali ta’ l-eliminazzjoni, fejn possibbli. Pjani ta’ azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-egħjun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti, għandhom ikunu mfassla u implimentati biex l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b’mod effettiv, taħt il-profil ta’ ġestjoni u ta’ spejjeż malajr kemm jista’ jkun. Għall dan il-għan, għandhom jiġu żviluppati għodda xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.

    (14)

    Bi qbil ma’ dik il-Komunikazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti programmi u mekkaniżmi xierqa biex jipprovdu data adegwata ta’ sorveljar dwar il-preżenza ta’ dijossini, furani u PCBs fl-Ambjent. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li għodda xierqa huma disponibbli u jistgħu jintużaw taħt kondizzjonijiet ekonomikament u teknikament vjabbli.

    (15)

    Skond il-Konvenzjoni, l-kontenut ta’ pollutanti organiċi persistenti fl-iskart għandu jinqered jew jiġi trasformat b’mod irriversibbli f’sustanzi li ma jurux karatteristiċi simili, kemm-il-darba ma jkunux preferibbli operazzjonijiet oħra għal raġunijiet ambjentali. Peress li l-leġislazzjoni Komunitarja kurrenti dwar l-iskart ma tistabbilix regoli speċifiċi dwar dawk is-sustanzi, dawn għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni, għandhom jiġu stabbiliti limiti komuni ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi fl-iskart qabel il-31 ta’ Diċembru 2005.

    (16)

    L-importanza ta’ l-identifikazzjoni u s-separazzjoni f’ras il-għajn ta’ skart li jikkonsisti minn, jinkludi jew li jkun kontaminat minn pollutanti organiċi persistenti sabiex jiġi mnaqqas it-tixrid ta’ dawn il-kimiċi fi skart ieħor hija rikonoxxuta. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE: tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 9 ) stabbiliet regoli Komunitarji dwar l-immaniġġjar ta’ skart perikoluż li jobbligaw lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa li jeħtieġu li stabbilimenti u intrapriżi li jiddisponu minn, jirkupraw, jiġbru jew jittrasportaw skart perikoluż ma jħalltux kategoriji differenti ta’ skart perikoluż jew iħalltu skart perikoluż ma’ skart iehor.

    (17)

    Il-Konvenzjoni tipprovdi li kull Parti għandha tfassal pjan għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tagħha skond il-Konvenzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil tal-pjani għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Komunità u l-Istati Membri għandhom kompetenzi in-komuni f’dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni għandhom ikunu mfassla kemm f’livell nazzjonali kif ukoll f’dak Komunitarju. Il-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa.

    (18)

    Skond il-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar pollutanti organiċi persistenti għandhom ikunu provduti lill-Partijiet oħra. L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti minn dak il-Ftehim għandu wkoll jiġi mħeġġeġ.

    (19)

    Ħafna drabi hemm nuqqas ta’ kuxjenza pubblika dwar il-perikli li pollutanti organiċi persistenti joħolqu għas-saħħa ta’ ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għall-ambjent, b’mod partikolari f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, u informazzjoni fuq skala wiesgħa hija għalhekk meħtieġa biex jiżdied il-livell ta’ attenzjoni u biex jinkiseb appoġġ għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. Skond il-Konvenzjoni, programmi ta’ kuxjenza pubblika dwar dawn is-sustanzi, speċjalment għall-gruppi l-aktar vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta’ ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali għandu jkun imħeġġeġ u faċilitat, kif xieraq.

    (20)

    Mat-talba u skond ir-riżorsi li hemm għad-dispożizzjoni, l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikoperaw biex jipprovdu assistenza teknika xierqa u f’waqtha iddisinjata b’mod speċjali biex issaħħaħ il-kapaċità ta’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u ta’ pajjiżi b’ekonomiji fi transizzjoni li jimplimentaw il-Konvenzjoni. L-assistenza teknika għandha tinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ prodotti alternativi adattati, metodi u strateġiji, fost ħwejjeġ oħra, għall-użu tad-DDT għall-kontroll tal-vettori tal-mard li, skond il-Konvenzjoni, jistgħu jintużaw biss skond ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u meta alternattivi li huma lokalment accertati, effettivi u bi prezzijiet li jinfelħu ma jkunux disponibbli għall-pajjiż imsemmi.

    (21)

    Għandu jkun hemm evalwazzjoni regolari ta’ l-effettività tal-miżuri li jittieħdu sabiex jigu mnaqqsa l-emissjonijiet ta’ pollutanti organiċi persistenti. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw b’mod regolari lill-Kummissjoni, b’mod partikolari dwar l-inventorji ta’ l-emissjoni, l-kumuli mwarrba notifikati u l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi ristretti. Il-Kummissjoni, f’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tiżviluppa format komuni għar-rapporti ta’ l-Istati Membri.

    (22)

    Il-Konvenzjoni u l-Protokoll jipprovdu li l-Partijiet jistgħu jipproponu sustanzi oħra għall-azzjoni internazzjonali u għalhekk sustanzi addizjonali jistgħu jiġu elenkati f’dak il-Ftehim, u f’dak il-każ dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi emendat. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li l-annotazzjonijiet eżistenti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament jiġu modifikati, fost ħwejjeġ oħra sabiex jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku.

    (23)

    Meta l-Annessi ta’ dan ir-Regolament jiġu emendati biex jimplimentaw xi listi fil-Protokoll jew fil-Konvenzjoni ta’ pollutant organiku persistenti addizjonali li ġie manifatturat intenzjonalment, dan għandu jiġi inkluż biss fl-Anness II, minflok l-Anness I, f’każi eċċezzjonali u meta jkun iġġustifikat b’mod korrett.

    (24)

    Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għalbiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 10 ).

    (25)

    Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, l-imparzjalità u l-konsistenza fil-livell ta’ attivitajiet ta’ l-infurzar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi, peress li n-nuqqas ta’ konformità tista’ tirriżulta f’danni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Informazzjoni dwar il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata, fejn xieraq.

    (26)

    Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem minn pollutanti organiċi persistenti, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-effetti transkonfini ta’ dawk il-pollutanti, u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar f’livell Komunitarju, l-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif imniżżel f’Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imniżżel f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx ’il hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

    (27)

    Fid-dawl ta’ hawn fuq, Direttiva 79/117/KEE: għandha tiġi emendata,

    ADOTTATAW DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Għan u skop ta’ l-applikazzjoni

    1.  Meta jittieħed kont, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn pollutanti organiċi persistenti permezz ta’ projbizzjoni, process gradwali li jelimina dawn il-pollutanti mill-aktar fis, inkella b’restrizzjoni tal-produzzjoni, bi tqegħid fis-suq u bl-użu ta’ sustanzi suġġetti għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejha “l-Konvenzjoni”, jew il-Protokoll ta’ l-1998 għall-Konvenzjoni ta’ l-1979 dwar it-Tniġġiz ta’ l-Arja Transkonfini f’Distanzi Twal minn Pollutanti Organiċi Persistenti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem maghrufa bhala “l-Protokoll”, u b’li jonqsu, bil-għan li, possibbilment tiġi eliminata malajr kemm jista’ jkun l-emissjoni ta’ sustanzi bħal dawn, kif ukoll bl-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet li jirrigwardaw skart li jkun jikkonsisti minn, jinkludi fih inkella jkun kontaminat minn xi waħda minn dawn is-sustanzi.

    2.  Artikoli 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għal skart li jkun jikkonsisti minn, li jinkludi fih jew li jkun kontaminat minn xi waħda mis-sustanzi elenkati fl-Annessi I jew II.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) “tqegħid fis-suq” ifisser il-provvista jew tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuni terzi bi ħlas jew mingħajr ħlas. Importazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità għandha wkoll titqies bħala mqiegħda fis-suq;

    (b) “artikolu” jfisser oġġett kompost minn sustanza u/jew preparazzjoni waħda jew aktar li matul il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċifiku li, aktar milli l-komposizzjoni kimika, jistabbilixxu l-funzjoni finali tiegħu;

    (ċ) “sustanza” hija kif imfissra f’Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE:(1 ( 11 );

    (d) “preparazzjoni” hija kif imfissra f’Artikolu 2 tad-Direttiva 67/548/KEE;

    (e) “skart” huwa kif imfisser f’Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE: ( 12 );

    (f) “rimi” huwa kif imfisser f’Artikolu 1(e) tad-Direttiva 75/442/KEE;

    (g) “irkupru” huwa kif imfisser f’Artikolu 1(f) tad-Direttiva 75/442/KEE.

    Artikolu 3

    Kontroll ta’ produzzjoni, tqegħid fis-suq u użu

    1.  Il-produzzjoni, tqegħid fis-suq u użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness I, sew jekk weħidhom, sew jekk fi preparazzjonijiet u sew bħala kostitwenti ta’ artikoli, għandhom ikunu projbiti.

    2.  Il-produzzjoni, tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness II, sew jekk weħidhom, jew fi preparazzjonijiet inkella bħala kostitwenti ta’ artikoli, għandhom ikunu ristretti skond il-kondizzjonijiet imniżżla f’dak l-Anness.

    3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, fl-iskemi ta’ stima u ta’ awtorizzazzjoni għal kimiċi u pestiċidi eżistenti u ġodda skond il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti, jikkonsidraw il-kriterji mniżżla fil-paragrafu 1 ta’ l-Anness D tal-Konvenzjoni u jieħdu miżuri xierqa biex jikkontrollaw kimiċi u pestiċidi eżistenti u ma jħallux il-produzzjoni, tqegħid fis-suq u l-użu ta’ kimiċi u pestiċidi ġodda, li juru l-karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti.

    Artikolu 4

    Eżenzjonijiet mill-miżuri ta’ kontroll

    1.  L-Artikolu 3 m’għandux japplika fil-każ ta’:

    (a) sustanza użata għal riċerka fuq-skala tal-laboratorju jew bħala standard ta’ referenza;

    (b) sustanza li tinstab b’mod mhux intenzjonali bħala traċċa ta’ kontaminant f’sustanzi, preparazzjonijiet jew artikoli.

    2.  Artikolu 3 m’għandux japplika għal sustanzi li jinstabu bħala kostitwenti ta’ artikoli manifatturati qabel jew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    Artikolu 3 m’għandux japplika fil-każ ta’ sustanza li tinstab bħala kostitwent ta’ artikoli li diġà jintużaw qabel jew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Madankollu, hekk kif isir jaf b’artikoli msejħa fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

    Kulmeta l-Kummissjoni tiġi informata b’dan jew issir taf b’xi mod ieħor b’artikoli bħal dawn, għandha, fejn xieraq, tinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni mingħajr dawmien.

    3.  Fejn sustanza hija elenkata fil-Parti A ta’ l-Anness I jew fil-Parti A ta’ l-Anness II, Stat membru li jixtieq jagħti permess, sat-terminu perentorju speċifikat fl-Anness relevanti, ghall-produzzjoni u l-użu ta’ dik is-sustanza bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta’ produzzjoni u f’sistema magħluqa għandu jinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar dan.

    Madankollu, notifika bħal din tista’ ssir biss jekk jintlaqghu dawn il-kondizzjonijiet:

    (a) fejn annotazzjoni ġiet imdaħħla fl-Anness relevanti biex turi specifikament li din il-produzzjoni u l-użu ta’ dik is-sustanza jistgħu jkunu permessi;

    (b) li l-proċess ta’ manifattura se jittrasforma s-sustanza f’sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta’ pollutant organiku persistenti;

    (ċ) mhux mistenni li bnedmin inkella l-ambjent jispiccaw esposti għal kwantitajiet sinifikanti tas-sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha, kif jidħer mill-istima ta’ dik is-sistema magħluqa skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE ( 13 ).

    In-notifika għandha tkun ikkomunikata wkoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u għandha tagħti dettalji dwar il-produzzjoni totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza konċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta’ produzzjoni u f’sistema magħluqa, waqt li tispeċifika l-ammont ta’ pollutant organiku persistenti mhux trasformat użat fil-materjal tal-bidu u preżenti mhux intenzjonalment fi traċċi ta’ kontaminant fil-prodott finali.

    It-termini perentorji msejħa fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu emendati f’każi fejn, wara notifika repetuta mill-Istat Membru konċernat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, jinħareġ kunsens espliċitu jew taċitu fil-Konvenzjoni għall-kontinwazzjoni tal-produzzjoni u l-użu tas-sustanza għal perjodu ieħor.

    Artikolu 5

    Kumuli mwarrba

    1.  Id-detentur ta’ kumulu mwarrab, li jikkonsisti minn jew li jkun jinsab fih xi sustanza elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, li għalih l-ebda użu m’hu permess, għandu jimmaniġġja dak il-kumulu mwarrab bħala skart u skond Artikolu 7.

    2.  Id-detentur ta’ kumulu mwarrab akbar minn 50 kg, li jikkonsisti minn jew li jkun jinsab fih xi sustanza elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, u li l-użu tiegħu hu permess, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-kumulu mwarrab huwa stabbilit b’informazzjoni dwar in-natura u d-daqs ta’ dak il-kumulu mwarrab. Din l-informazzjoni għandha tkun provduta fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u ta’ l-emendi fl-Annessi I jew II u ta’ kull sena wara dan sat-terminu perentorju speċifikat fl-Anness I jew II għal użu ristrett.

    Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b’mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent.

    3.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-użu u l-immaniġġjar tal-kumuli mwarrba notifikati.

    Artikolu 6

    Riduzzjoni, tnaqqis u eliminazzjoni ta’ emissjoni

    1.  Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jsostnu inventorji dwar l-emissjoni fl-ajru, fl-ilma u fl-art tas-sustanzi elenkati fl-Anness III skond l-obbligi tagħhom fil-Konvenzjoni u l-Protokoll.

    2.  Stat Membri għandu jikkomunika l-pjan ta’ azzjoni tiegħu dwar miżuri biex jiġu identifikati, karatterizzati u mnaqqsa bil-għan li, fejn possibbli, jiġu eliminati malajr kemm jista’ jkun, l-emissjonijiet totali żviluppati skond l-obbligi tiegħu fil-Konvenzjoni, kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra bħala parti mill-pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu, skond Artikolu 8.

    Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi miżuri biex iħeġġu l-iżvilupp u, fejn jidhirlu xieraq, għandu jeħtieġ l-użu ta’ materjali, prodotti u proċessi sostituti jew modifikati biex ma jħallux il-formazzjoni u l-emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III.

    3.  L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b’mod sinifikanti ta’ faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 1996/61/KE ( 14 ), jikkonsidraw bħala priorità proċessi, metodi ta’ teknika jew prattiċi alternattivi li għandhom utilità simili izda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III.

    Artikolu 7

    Maniġġjar ta’ l-iskart

    1.  Il-produtturi u detenturi ta’ l-iskart għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jevitaw, fejn possibbli, l-kontaminazzjoni ta’ dan l-iskart bis-sustanzi elenkati fl-Anness IV.

    2.  Minkejja d-Direttiva 96/59/KE ( 15 ), skart li jikkonsisti, jinkludi fih jew li jkun kontaminat b’xi sustanza elenkata fl-Anness IV għandu jintrema jew jiġi rkuprat, mingħajr dawmien żejjed u skond l-Anness V, il-parti 1 b’tali mod li jiġi żgurat li l-kontenut tal-pollutant organiku persistenti jinqered jew ikun trasformat b’mod irriversibbli sabiex l-iskart li jibqa’ u l-emissjonijiet ma jurux il-karatteristiċi ta’ pollutanti organiċi persistenti.

    Waqt li jsir dan ir-rimi jew irkupru, kull sustanza elenkata fl-Anness IV tista’ tiġi iżolata mill-iskart, iżda din is-sustanza ghandha sussegwentement tintrema skond l-ewwel subparagrafu.

    3.  Operazzjonijiet tar-rimi jew l-irkupru li jistgħu jwasslu għall-irkupru, riċiklar, reklamazzjoni jew użu mill-ġdid tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu projbiti.

    4.  Bħala deroga mill-paragrafu 2:

    ▼M4

    (a) skart li jkun fih jew li jkun kontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista' bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità, bil-kondizzjoni li l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart għandu jkun taħt il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness IV. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3). Sa dak iż-żmien li l-limiti tal-konċentrazzjoni jiġu stabbiliti skont din il-proċedura, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tadotta jew tapplika limiti tal-konċentrazzjoni jew rekwiżiti tekniċi speċifiċi dwar ir-rimi jew l-irkupru ta' skart taħt dan il-punt.

    ▼B

    (b) Stat Membru jew l-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru jistghu, f’każi eċċezjonali, jħallu skart elenekat fl-Anness V, il-parti 2 li jkun jinsab fih jew li jkun kontaminat minn xi sustanza elenkata fl-Anness IV sal-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness V, il-parti 2, li jkun ittrattat b’xi mod ieħor skond wieħed mill-metodi elenkati fl-Anness V, il-parti 2, bil-kundizzjoni li:

    (i) id-detentur ikkonċernat għandu jkun wera għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat li d-dekontaminazzjoni ta’ l-iskart b’referenza għas-sustanzi elenkati fl-Anness IV ma kinitx possibbli, u li l-qerda jew it-trasformazzjoni riversibbli tal-kontenut ta’ pollutant organiku persistenti, esegwita skond l-aħjar prattika ambjentali jew l-aħjar metodi ta’ teknika disponibbli, ma tirrappreżentax l-għażla preferibbli għal raġunijiet ambjentali u li l-awtorità kompetenti sussegwentament awtorizzat l-operazzjoni alternattiva;

    (ii) din l-operazzjoni hi skond il-leġislazzjoni Komunitarja relevanti u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-miżuri addizzjonali relevanti msejħa fil-paragrafu 6; u

    (iii) l-Istat Membru konċernat informa lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni tiegħu u l-ġustifikazzjoni ta’ l-operazzjoni.

     

    Il-limiti tal-konċentrazzjoni fl-Anness V, il-parti 2 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-paragrafu 4(b) ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).

     ◄

    Sa dak iż-żmien li l-limiti tal-konċentrazzjoni huma stabbiliti:

    (a) l-awtorità kompetenti tista’ tadotta jew tapplika limiti tal-konċentrazzjoni jew ħtiġiet tekniċi speċifiċi dwar l-iskart li qed jiġi trattat fil-paragrafu 4(b);

    (b) fejn l-iskart qed jiġi trattat fil-paragrafu 4(b), id-detenturi konċernati għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kontenut ta’ pollutant organiku persistenti fl-iskart.

    6.  Il-Kummissjoni tista’, fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skond il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta miżuri addizjonali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi format għall-presentazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-Istati Membri skond il-paragrafu 4(b)(iii). Dawn il-miżuri għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 17(2).

    7.  Il-Kummissjoni għandha, qabel il-31 ta’ Diċembru 2009, tagħmel reviżjoni tad-derogi fil-paragrafu 4 fid-dawl ta’ l-iżviluppi internazzjonali u tekniċi, b’mod partikolari dwar il-preferenza ambjentali tagħhom.

    Artikolu 8

    Pjani għall-implimentazzjoni

    1.  Waqt il-preparazzjoni tal-pjani għall-implimentazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom, skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom, jagħtu opportunitajiet bikrija u effettivi lill-pubbliku biex jipparteċipa f’dan il-proċess.

    2.  Hekk kif Stat Membru jkun adotta l-pjan għall-implimentazzjoni nazzjonali tiegħu skond l-obbligi tiegħu fil-Konvenzjoni, għandu jikkommunikah kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.

    3.  Waqt il-preparazzjoni tal-pjani għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni dwar il-kontenut, kif xieraq.

    4.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tfassal pjan għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tal-Komunità skond il-Konvenzjoni.

    Hekk kif il-Kummissjoni tkun adottat il-pjan għall-implimentazzjoni tal-Komunità, għandha tikkommunikah lill-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni u taġġorna l-pjan għall-implimentazzjoni tal-Komunità, kif xieraq.

    Artikolu 9

    Sorveljanza

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, f’koperazzjoni mill-qrib, programmi u mekkaniżmi xierqa, konsistenti ma’ l-aktar stat avanzat, għad-dispożizzjoni regolari ta’ data komparabbli tas-sorveljanza għall-preżenza fl-ambjent ta’ diossini, furani u PCBs kif identifikati fl-Anness III. Meta dawn il-programmi u mekkaniżmi jkunu qed jiġu stabbiliti, għandu jittieħed qies xieraq ta’ l-iżviluppi fil-Protokoll u l-Konvenzjoni.

    Artikolu 10

    Skambju ta’ informazzjoni

    1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jintrabtu li jsir l-iskambju ġol-Komunità u ma’ pajjiżi terzi ta’ informazzjoni relevanti għar-riduzzjoni, tnaqqis jew eliminazzjoni, fejn possibbli, tal-produzzjoni, użu u emissjoni ta’ pollutanti organiċi persistenti u ta’ alternattivi ta’ dawk is-sustanzi, waqt li jispeċifikaw ir-riskji u l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali konnessi ma’ dawn l-alternattivi.

    2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw fir-rigward ta’ pollutanti organiċi persistenti:

    (a) programmi ta’ kuxjenza, inkluż dawk dwar l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent u l-alternattivi tagħhom u fuq ir-riduzzjoni jew l-eliminazzjoni tal-produzzjoni, l-użu u l-emissjoni tagħhom, speċjalment għal:

    (i) dawk li jagħmlu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet,

    (ii) gruppi partikolarment vulnerabbli;

    (b) dispożizzjoni ta’ informazzjoni pubblika;

    (ċ) taħriġ li jinkludi ħaddiema, xjenzati, edukaturi u persunal tekniku/maniġerjali.

    3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent ( 16 ), informazzjoni dwar is-saħħa u salvagward tal-bnedmin u l-ambjent m’għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta’ informazzjoni oħra ma’ pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzali skond il-ftehim reċiproku.

    Artikolu 11

    Ghajnuna teknika

    Skond Artikoli 12 u 13 tal-Konvenzjoni, l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fil-proviżjoni xierqa u f’waqtha ta’ assistenza teknika u finanzjarja lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u lil pajjiżi b’ekonomiji fi transizzjoni biex igħinuhom, mat-talba u bir-riżorsi disponibbli u billi jittieħed kont tal-ħtiġiet partikolari tagħhom, biex jiżviluppaw u jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw bi sħiħ l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni. Dan l-appoġġ jista’ wkoll ikun idderiġut minn organizzazzjonijiet m’humiex governattivi.

    Artikolu 12

    Rappurtagg

    1.  Kull tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar ksur u penali.

    2.  Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’data ta’ l-istatistika dwar il-kwantitajiet totali attwali jew stmati tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ xi sustanza elenkata fl-Anness I jew II.

    3.  Fi żmien tliet snin mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni:

    (a) b’informazzjoni fil-qosor miġbura min-notifikazzjonijiet, dwar kumuli mwarrba, riċevuta skond Artikolu 5(2);

    (b) b’informazzjoni fil-qosor miġbura mill-inventorji ta’ l-emissjoni mfassla skond Artikolu 6(1);

    (ċ) b’informazzjoni fil-qosor dwar il-preżenza fl-ambjent ta’ diossini, furani u PCBs kif identifikati fl-Anness III, kif miġbura skond Artikolu 9.

    4.  Dwar id-data u l-informazzjoni li għandhom jiġu provduti mill-Istati Membri skond il-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa minn qabel format komuni skond il-proċedura msejħa f’Artikolu 16(2).

    5.  Dwar is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni, l-Kummissjoni għandha, f’intervalli li għandhom jiġu determinati mill-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, tiġbor rapport fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri skond il-paragrafu 2 u tikkommunikah lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni.

    6.  Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tiġbor rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tintegrah ma’ l-informazzjoni diġà disponibbli fil-kuntest ta’ l-EPER, kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE ( 17 ), u l-Inventarju ta’ l-Emissjoni CORINAIR ta’ l-EMEP (Programm Koperattiv għas-Sorveljanza u Evalwazzjoni tat-Trasmissjoni f’Distanzi Twal ta’ Pollutanti ta’ l-Ajru fl-Ewropa), u ma’ l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri fil-paragrafi 1, 2 u 3 biex tifforma rapport sintesi. Dan ir-rapport għandu jinkludi infomazzjoni dwar l-użu tad-derogi kif imsejħa f’Artikolu 7(4). Għandha tibgħat ir-rapport sintesi fil-qosor lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr dewmien.

    Artikolu 13

    Penali

    L-Istati Membri għandhom iniżżlu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dawmien b’xi emenda sussegwenti li tolqothom.

    ▼M4

    Artikolu 14

    Emendi għall-Annessi

    1.  Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Annessi I, II u III kif meħtieġ.

    Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

    2.  Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Anness IV kif meħtieġ.

    Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).

    3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki għall-annotazzjonijiet eżistenti fl-Annessi I, II u III, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.

    Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

    4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki tal-annotazzjonijiet eżistenti fl-Anness IV u modifiki għall-Anness V, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.

    Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).

    ▼B

    Artikolu 15

    Awtoritajiet kompetenti

    Kull Stat Membru għandu jinnomina lill-awtorità kompetenti jew lill-awtoritajiet responsabbli għall-kompiti amministrattivi meħtieġa minn dan ir-Regolament. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b’din in-nominazzjoni mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 16

    Kumitat għall-kwistjonijiet ġenerali

    1.  Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit minn Artikolu 29 tad-Direttiva 67/548/KEE: għall-kwistjonijiet kollha f’dan ir-Regolament ħlief għal dawk dwar l-iskart.

    2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit f’Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi fissat għal tliet xhur.

    ▼M4

    3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    ▼B

    Artikolu 17

    Kumitat għall-kwistjonijiet dwar l-iskart

    1.  Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit minn Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE:, għall-kwistjonijiet dwar l-iskart f’dan ir-Regolament.

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit f’Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi fissat għal tliet xhur.

    ▼M4

    3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    ▼B

    Artikolu 18

    Emendi għad-Direttiva 79/117/KEE

    Fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Direttiva 79/117/KEE, “Komposti organiċi tal-klorin persistenti”, il-punti 1 sa 8 għandhom jiġu mħassra.

    Artikolu 19

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    LISTA TA’ SUSTANZI SUĠĠETTI GĦALL-PROJBIZZJONIJIET

    Parti A   — Sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll



    SUSTANZA

    Nru tas-SAK

    Nru tal-KE

    EŻENZJONI SPEĊIFIKA GĦAL UŻU BĦALA INTERMEDJU JEW SPEĊIFIKAZZJONI OĦRA

    Aldrin

    309-00-2

    206-215-8

    -

    Chlordane

    57-74-9

    200-349-0

    -

    Dieldrin

    60-57-1

    200-484-5

    -

    Endrin

    72-20-8

    200-775-7

    -

    Eptaklor

    76-44-8

    200-962-3

    -

    Eksaklorobenżin

    118-74-1

    200-273-9

    -

    Mirex

    2385-85-5

    219-196-6

    -

    Toxafene

    8001-35-2

    232-283-3

    -

    Bifenili Poliklorinati (PCB)

    1336-36-3

    u oħrajn

    215-648-1

    u oħrajn

    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-artikoli diġà fl-użu fiż-żmien tad-dħulfis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jintużaw.

    DDT (1,1,1-trikloro-2,2 bis(4-klorofenil) etanu)

    50-29-3

    200-024-3

    L-Istati Membri jistgħu jħallu l-produzzjoni u l-użu eżistenti ta’DDT bħala prodott intermedju għall-produzzjoni ta’ dicofol f’sistema magħluqa u limitat għal sît wieħed sa l-1 ta’ Jannar 2014, skond Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament.

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni ta’ din l-eżenzjoni sal-31.12.2008 fid-dawl tar-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni fil-qafas tad-Direttiva 91/414/KEE.

    Parti B   — Sustanzi elenkati fil-Protokoll biss



    SUSTANZA

    Nru tas-SAK

    Nru tal-KE

    EŻENZJONI SPEĊIFIKA GĦAL UŻU BĦALA INTERMEDJU JEW SPEĊIFIKAZZJONI OĦRA

    Klordecone

    143-50-0

    205-601-3

    -

    Eksabromobifenil

    36355-01-8

    252-994-2

    -

    CH, inkluż lindane

    608-73-1, 58-89-9

    210-168-9, 200-401-2

    Permezz ta deroga, l-Istati Membri jistgħu jħallu l-uzanzi li gejjin

    (a)  sa’ l-1.9.2006:

    — Trattament li jirrimedja b’mod professjonali u trattament industrijali ta’ imbarazz ta’ l-injam, injam lest għal ħidma u zkuk maqtugħin;

    — Applikazzjonijiet industrijali u residenzali fuq ġewwa;

    (b)  sal-31.12.2007:

    — L-HCH tekniku għal użu bħala prodott intermedju fil-manifattura kimika;

    — Prodotti li fihom mill-inqas 99 % ta’ l-isomeru ta’ l-HCH fil-forma gamma: (lindane) huma ristretti għall-użu bħala insettiċidi għall-użu topikali fil-kamp tas-saħħa pubblika u dak veterinarju.




    ANNESS II

    LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET

    Parti A   - Sustanzi mnizzla fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll



    SUSTANZA

    Nru tas-SAK

    Nru tal-KE

    KONDIZZJONIJIET TA' RESTRIZZJONI

    -

     
     
     

    Parti B   Sustanzi elenkati fil-Protokoll biss

    image




    ANNEX III

    LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOSIZZJONIJIET GHAL TNAQQIS TA' EMISSJONI



    SUSTANZA (Nru tas-SAK)

    Dibenzo-p-diossini u dibenzofurani poliklorinati (PCDD/PCDF)

    Eksaklorobenżin (HCB) (Nru tas-SAK: 118-74-1)

    Bifenili poliklorinati (PCB)

    Idrokarboni aromatiċi poliċikliki (PAHs) (1)

    (1)   Għall-iskop ta' inventorji ta' emissjonijiet għandhom jintużaw l-erba' indikaturi ta' komposti li ġejjin: benzo(a)pirene, benzo(b) fluorantene, benzo(k)fluorantene u indeno(1,2,3-ċd)pirene.

    ▼M1




    ANNESS IV



    Lista ta' sustanzi suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-immaniġġar ta' l-iskart stabbiliti fl-artikolu 7

    Sustanza

    Nru tal-CAS

    Nru tal-KE

    Limitu tal-konċentrazzjoni msemmi fl-artikolu 7(4)(a)

    Aldrin

    309-00-2

    206-215-8

    50 mg/kg

    Chlordane

    57-74-9

    200-349-0

    50 mg/kg

    Dieldrin

    60-57-1

    200-484-5

    50 mg/kg

    Endrin

    72-20-8

    200-775-7

    50 mg/kg

    Heptachlor

    76-44-8

    200-962-3

    50 mg/kg

    Hexachlorobenzene

    118-74-1

    200-273-9

    50 mg/kg

    Mirex

    2385-85-5

    219-196-6

    50 mg/kg

    Toxaphene

    8001-35-2

    232-283-3

    50 mg/kg

    Polychlorinated Biphenyls (PCB)

    1336-36-3 u oħrajn

    215-648-1

    50 mg/kg (1)

    DDT (1,1,1-trichloro-2,2-bis(4-chlorophenyl) ethane)

    50-29-3

    200-024-3

    50 mg/kg

    Chlordecone

    143-50-0

    205-601-3

    50 mg/kg

    Polychlorinated dibenzo-p-dioxins u dibenzofurans (PCDD/PCDF)

     
     

    15 μg/kg (2)

    Is-somma ta' l-alpha, beta- u gamma- HCH

    58-89-9, 319-84-6, 319-85-7

    206-270-8, 206-271-3 u 200-401-2

    50 mg/kg

    Hexabromobiphenyl

    36355-01-8

    252-994-2

    50 mg/kg

    (1)   Fejn ikun applikabbli, għandu japplika l-metodu tal-kalkolu stabbilit fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.

    (2)    ►M5  


    PCDD

    TEF

    2,3,7,8-TeCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

    PCDF

    TEF

    2,3,7,8-TeCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003

     ◄

    ▼B




    ANNESS V

    MANIĠĠJAR TA’ L-ISKART

    Parti 1   Rimi u rkupru skond Artikolu 7(2)

    L-operazzjonijiet tar-rimi u l-irkupru li ġejjin, kif previsti fl-Anness IIA u IIB tad-Direttiva 75/442/KEE, jitħallew għall-iskopijiet ta’ Artikolu 7(2) meta jiġu applikati b’tali mod li jiżgura li l-kontenut ta’ pollutant organiku persistenti jinqered jew jiġi trasformat b’mod irriversibbli



    D9

    Trattament fiżiku-kimiku,

    D10

    Inċinerazzjoni fuq l-art, u

    R1

    Użu prinċipali bħala karburanti jew mezzi oħra biex jiġġenneraw l-enerġija, eskluż skart li jkunu jinsabu fih il-PCBs.

    ▼M5

    R4

    Ir-riċiklaġġ/riġenerazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metall, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: L-operazzjonijiet huma ristretti għal residwi ta’ proċessi tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar, bħat-trabijiet jew il-ħama mit-trattament ta’ gassijiet, jew frak mill-ipproċessar ta’ metalli (mill scale), inkella trabijiet ta’ filtri li jintużaw fl-ipproċessar tal-azzar u li jkun fihom iż-żingu, trabijiet minn sistemi ta’ purifikazzjoni ta’ gassijiet ta’ funderiji tar-ram u skart ieħor simili u residwi tat-tlissija li jkun fihom iċ-ċomb mill-produzzjoni ta’ metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid. L-iskart li jkun fih il-PCBs huwa eskluż. L-operazzjonijiet huma ristretti għall-proċessi ta’ rkupru ta’ ħadid u liegi tal-ħadid (minn kalkari ta’ funderiji, fran b’passaġġi vertikali u fran tal-qiegħa) u metalli mingħajr kontenut ta’ ħadid (il-proċess Waelz b’forn li jdur, it-tidwib ta’ metalli f’banjijiet permezz ta’ fran vertikali jew orizzontali), sakemm il-faċilitajiet jissodisfaw, bħala rekwiżiti minimi, il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet għall-PCDDs u għall-PCDFs kif stipulati fid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart (1), kemm jekk il-proċessi jkunu soġġetti għal dik id-Direttiva kif ukoll jekk le, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2000/76/KE fejn din tkun tapplika u għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/61/KE.

    ▼B

    (1)   ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

    Tista’ ssir operazzjoni ta’ trattament minn qabel għal qabel ma jinqered jew jiġi trasformat b’mod irriversibbli skond din il-Parti ta’ dan l-Anness, iżda sustanza elenkata fl-Anness IV li hija iżolata minn skart waqt it-trattament minn qabel sussegwentament tintrema skond din il-Parti ta’ dan l-Anness. ►M5   Meta parti biss minn prodott jew skart, bħal skart minn tagħmir, ikun fih jew ikun ikkontaminat minn pollutanti organiċi persistenti, din għandha tiġi sseparata u tintrema skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. ◄ Minbarra dan, operazzjonijiet ta’ l-ippakkjar mill-ġdid u ta’ ħżin temporanju jistgħu jsiru qabel dan it-trattament bikri jew qabel ma jinqered jew jigi tasformat b’mod irriversibbli skond din il-parti ta’ dan l-Anness.

    ▼M2

    Parti 2   Skart u operazzjonijiet li japplika għalihom l-Artikolu 7(4)(b)

    L-operazzjonijiet li ġejjin huma permessi għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(4)(b) fir-rigward ta' skart speċifikat, definit b'kodiċi b'sitt numri kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE ( 18 )

    ▼M3

    L-operazzjonijiet ta’ qabel it-trattament qabel il-ħżin permanenti skond din il-parti ta’ l-Anness jistgħu jitwettqu, sakemm xi sustanza elenkata fl-Anness IV li hija iżolata mill-iskart waqt il-pre-trattament wara jintrema skond il-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Barra minn hekk, jistgħu jsiru operazzjonijiet temporanji ta’ ħżin jew imballaġġ mill-ġdid qabel dan il-pre-trattament jew qabel l-ħżin permanenti skond din il-parti ta’ dan l-Anness.

    ▼M2



    Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE

    Il-limiti massimi ta' konċentrazzjoni elenkati fl-Anness IV (1)

    Operazzjoni

    10

    SKART MINN PROĊESSI TERMALI

    Aldrin: 5 000 mg/kg;

    Chlordane: 5 000 mg/kg;

    Dieldrin: 5 000 mg/kg;

    Endrin: 5 000 mg/kg

    Heptachlor: 5 000 mg/kg;

    Hexachlorobenzene: 5 000 mg/kg;

    Mirex: 5 000 mg/kg;

    Toxaphene: 5 000 mg/kg;

    Polychlorinated Biphenyls (PCB) (3): 50 mg/kg

    DDT (1,1,1-trichloro-2,2-bis(4-chlorophenyl)ethane): 5 000 mg/kg;

    Chlordecone: 5 000 mg/kg;

    Polychlorinated dibenzo-p-dioxins u dibenzofurans (PCDD/PCDF) (6) 5 mg/kg;

    is-somma ta' alpha-, beta- u gamma- HCH: 5 000 mg/kg;

    Hexabromobiphenyl: 5 000 mg/kg

    Ħżin permanenti biss fi:

    — formazzjonijiet ta’ blat iebes, sikur u fil-fond taħt l-art,

    — minjieri tal-melħ jew

    — sit tal-landfill għall-iskart perikoluż (sakemm l-iskart kien issolidifikat jew parzjalment stabilizzat meta jaqbel teknikament kif meħtieġ għall-klassifkazzjoni ta’ l-iskart fis-sottokapitolu 1903 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE)

    fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (5) tħarsu u fejn intwera li l-operazzjoni magħżula hija preferibbli mil-lat ambjentali.

    10 01

    Skart minn impjanti ta’ l-enerġija u impjanti oħra ta’ kombustjoni (minbarra 19)

    10 01 14 (*) (2)

    Bottom ash, slag u boiler dust mill-ko-inċinerazzjoni li fihom sustanzi perikolużi

    10 01 16 (*)

    Fly ash mill-ko-inċinerazzjoni li fiha sustanzi perikolużi

    10 02

    Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

    10 02 07 (*)

    Skart solidu minn trattament ta’ gass li fih sustanzi perikolużi

    10 03

    Skart minn proċessi termali tal-metallurġija ta’ l-aluminju

    10 03 04 (*)

    Fdalijiet mill-produzzjoni primarja

    10 03 08 (*)

    Fdalijiet tal-melħ mill-produzzjoni sekondarja

    10 03 09 (*)

    Drosses suwed mill-produzzjoni sekondarja

    10 03 19 (*)

    Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi

    10 03 21 (*)

    Partiċelli oħra u trab (inkluż it-trab ball-mill) li fih sustanzi perikolużi

    10 03 29 (*)

    Skart mit-trattament tal-fdalijiet tal-melħ u l-irmoxk iswed li fih sustanzi perikolużi

     
     

    10 04

    Skart minn proċessi termali tal-metallurġija taċ-ċomb

    10 04 01 (*)

    Fdalijiet minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 04 02 (*)

    Irmoxk minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 04 04 (*)

    Trab flue-gas

    10 04 05 (*)

    Partiċelli oħra u trab

    10 04 06 (*)

    Skart solidu minn trattament tal-gass

    10 05

    Skart minn proċessi termali tal-metallurgy taż-żingu

    10 05 03 (*)

    Trab flue-gas

    10 05 05 (*)

    Skart solidu minn trattament tal-gass

    10 06

    Skart minn proċessi termali tal-metallurgy tar-ram

    10 06 03 (*)

    Trab flue-gas

    10 06 06 (*)

    Skart solidu minn trattament tal-gass

    10 08

    Skart minn proċessi termali tal-metallurġija mhux tal-ħadid

    10 08 08 (*)

    Fdalijiet tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 08 15 (*)

    Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi

    10 09

    Skart mill-casting ta’ biċċiet tal-ħadid

    10 09 09 (*)

    Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi

    16

    SKART MHUX SPEĊIFIKAT B’MOD IEĦOR FIL-LISTA

    16 11

    Waste linings u refractories

    16 11 01 (*)

    Linings ibbażati fuq il-karbonju u refactories minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

    16 11 03 (*)

    Linings oħra u refractories minn minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

    17

    SKART MILL-KOSTRUZZJONI U D-DEMOLIZZJONI (INKLUŻA L-ĦAMRIJA MAQLUHA MINN POSTIJIET IKKONTAMINATI)

    17 01

    konkrit, briks, madum u ċeramika

    17 01 06 (*)

    taħlitiet, jew frazzjonijiet separati ta’ konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom is-sutanzi perikolużi.

    17 05

    ħamrija li tinkludi ħamrija maqlugħa minn postijiet ikkontaminati, ġebel u dredging spoil

    17 05 03 (*)

    frazzjoni inorganika ta’ ħamrija u ġebel li fihom sustanzi inorganiċi

    17 09

    skart ieħor ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni

    17 09 02 (*)

    skart ta' kostruzzjoni jew demolizzjoni li fihom il-pcb, minbarra tagħmir li fih il-pcb.

    17 09 03 (*)

    skart ieħor ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni li fih sustanzi perikolużi

    19

    SKART MINN FAĊILITAJIET TA’ SKART, IMPJANTI GĦAT-TRATTAMENT TA’ L-ISKART TA’ L-ILMA BARRA L-POST U L-PREPARAZZJONI TA’ L-IMLA MAĦSUB GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM U ILMA GĦALL-UŻU INDUSTRIJALI

    19 01

    Skart minn ħruq u l-pyrolysis ta’ l-iskart

    19 01 07 (*)

    Skart solidu minn trattament tal-gass

    19 01 11 (*)

    Bottom ash u slag li fihom sustanzi perikolużi

    19 01 13 (*)

    Fly ash li fiha sustanza perikoluża

    19 01 15 (*)

    Trab tal-boiler li fih sustanzi perikolużi

    19 04

    Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni

    19 04 02 (*)

    Fly ash u trattament ieħor ta’ l-iskart tal-flue-gas

     
     

    19 04 03 (*)

    Fażi solida mhux vitrifikata

     
     

    (1)   Il-limiti japplikaw esklussivament għas-sit tal-landfill għall-iskart perikoluż.

    (2)   Kwalunkwe skart mmarkat b'asterisk (*) huwa kkunsidrat bħala skart ta' periklu skond id-Direttiva 91/689/KEE u hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

    (3)   Fejn ikun applikabbli, għandu jiġi applikat il-metodu ta' kalkolu stipulat fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.

    (4)   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfills ta' l-iskart (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

    (5)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' l-iskart u l-landfills skond l-Artikolu 16 u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27).

    (6)    ►M5  


    PCDD

    TEF

    2,3,7,8-TeCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

    PCDF

    TEF

    2,3,7,8-TeCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003

     ◄



    ( 1 ) ĠU L 32, 5.2.2004, p. 45.

    ( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Frar 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004.

    ( 3 ) Il-Konvenzjoni dwar il-proċedura tal-kunsens informat li jingħata minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali.

    ( 4 ) Il-Konvenzjoni dwar il-kontroll fuq il-movimenti transkonfini ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu.

    ( 5 ) ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

    ( 6 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/21/KE (ĠU L 57, 25.02.2004, p. 4).

    ( 7 ) ĠU L 63, 06.03.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2004 (ĠU L 123, 27.04.2004, p. 27).

    ( 8 ) ĠU C 322, 17.11.2001, p. 2.

    ( 9 ) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 02.07.1994, p. 28).

    ( 10 ) ĠU L 184, 17.07.1999, p. 23.

    ( 11 ) Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE: tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, pakkjar u tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU P 196, tas-16.8.1967, p. 1). Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003.

    ( 12 ) Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE: tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39). Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

    ( 13 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE tas-6 ta’ Awissu 2001 li tadatta għat-tmienja u għoxrin darba għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE: dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, pakkjar u tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 225, tal-21.8.2001, p. 1).

    ( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ tniġġiz integrat (ĠU L 257, ta’ l-10.10.1996, p. 26. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

    ( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ bifenili poliklorinati u trifenili poliklorinati (PCB/PCT) (ĠU L 243, ta’ l-24.9.1996, p. 31).

    ( 16 ) ĠU L 41, 14.02.2003, p. 26.

    ( 17 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta’ reġistru Ewropew ta’ l-emissjonijiet pollutanti (EPER) skond Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar prevenzjoni u kontroll ta’ tniġġiz integrat (IPPC) (ĠU L 192, tat-28.7.2000, p. 36).

    ( 18 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532 tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3). Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE (ĠU L 203, 28.7.2001, p. 18).

    Top