This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004R0785-20200730
Regulation (EC) No 785/2004 of the European Parliament and of the Council of 21 April 2004 on insurance requirements for air carriers and aircraft operators
Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani
Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani
02004R0785 — MT — 30.07.2020 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 785/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani (ĠU L 138 30.4.2004, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 |
L 311 |
1 |
21.11.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 285/2010 tas-6 ta’ April 2010 |
L 87 |
19 |
7.4.2010 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1118 tas-27 ta’ April 2020 |
L 243 |
1 |
29.7.2020 |
Ikkoreġut bi:
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 785/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta' April 2004
dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani
Artikolu 1
Għan
1. L-għan ta' dan Regolment hu biex jistabbilixxi il-kondizzjoni meħtieġa ta' l-assigurazzjoni minima tat-trasportaturi ta' l-ajru u tal-operaturi ta' l-ajruplani b'rispett għall-passiġġieri, għall-bagalji, għat-tagħbija tal-merkanzija u għal ►C1 terzi ◄ .
2. Fil-każ ta' transport tal-posta, il-kondizzjonijiet meħtieġa huma dawk miktuba fil-Regolment (KEE) Nru 2407/92 u fil-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri.
Artikolu 2
Ambitu
1. Dan ir-Regolment għandu japplika għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha u għall-operaturi ta' l-ajruplani kollha li jtiru fi ħdan, għal, barra minn, jew fuq it-territorju ta' l-Istati Membri fejn japplika it-Trattat.
2. Dan ir-Regolment ma japplikax għal:
Ajruplani ta' l-Istat kif imsemmija fl-Artikolu 3(b) tal-Konvenzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944;
mudelli ta' l-inġenji ta' l-ajru b'MTOM inqas minn 20 kg
inġenji ta' l-ajru li jinqatgħu mill-art bil-ġiri (inklużi paragliders li jaħdmu bil-magna u hang gliders)
captive balloons;
tjur;
parachutes (inklużi parasceding parachutes)
inġenji ta' l-ajru, inklużi gliders, b' MTOM ta' inqas minn 500 kg u microlights, li:
safejn l-obbligi ta' l-assigurazzjoni taħt dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mar-riskju tal-gwerra u t-terroriżmu huma kkonċernati.
3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment fl-ajruport ta' Gibraltar huwa mifmhum li huwa mingħajr preġidizzju fil-posizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit rigward il-konflitt dwar is-sovranità fuq it-territorju fejn jinsab l-ajruport.
4. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment fl-ajruport ta' Gibraltar għandha tkun imwaqqfa sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġuta magħmula mill-Ministri Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jidħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom jinfurmaw lill-Kunsill bid-data.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
“trasportatur bl-ajru” ifisser impriża tat-trasport bl-ajru b'liċenza valida;
“Komunità tat-trasportaturi ta' l-ajru” tfisser trasportatur bl-ajru b'liċenza valida mogħtija mingħand Stat Membru skond ir-Regolment (KEE) Nru 2407/92;
“l-operatur ta' l-ajru” ifisser il-persuna jew l-entità, li ma jkunx trasportatur tal-ajru, li għandu użu kontinwament għad dispożizzjoni tal-ħidma ta' l-ajruplan; il-persuna fizika u legali li għandha l-ajruplan il-ħin kollu ireġistrat f'isimha għandha titqies li tkun l-operatur, kemm il-darba dik il-persuna tista' tagħti prova li persuna oħra hi l-operatur;
“titjira” tfisser:
“SDR” tfisser Id-Drittijiet Speċjali Ta' Preljev kif inhi definita mill-Fond Monetarju Internazzjonali;
“MTOM” tfisser il-Massa Massima tat-Take-Off, li jikkorrispondu għal-ammonti speċifiki għal kull tipi ta' ajruplan, kif inhu iddikkjarat fil-ċertifikat tal-navigazzjoni tal-arja tal-ajruplan;
“passiġġier” tfisser kull persuna li qegħdha fuq titjira bil-permess tat-trasportaturi ta' l-ajru jew tal-operaturi ta' l-ajru, esklużi l-membri li huma xogħol kemm il-membri tal-ekwipaġġ u il-membri tal-gabina;
“ ►C1 terzi ◄ ” tfisser il-persuni fiżiċi u morali kollha, ħlief għal passiġġieri u l-membri tax-xogħol kemm tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-membri tal-gabina;
“operazzjoni kummerċjali” tfisser l-operazzjoni għal rimunerazzjoni u/jew b'kera.
Artikolu 4
Il-Prinċipji tal-assigurazzjoni
1. It-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu assigurati skond ir-Regolment fir-rigward tar-responsabbiltà ta' l-assigurazzjoni speċifiki tagħhom b'rigward tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija u ►C1 tat-terzi ◄ . Ir-riskji li huma assigurati għandhom jinkludu l-atti tal-gwerra, it-terrorizmu, il-piraterija tal-ajru, l-atti tas-sabotaġġ, il-qbid illegali tal-ajruplan u l-aġitazzjoni ċivili.
2. It-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani għandhom jassiguraw li l-assigurazzjoni tipproteġi u tezisti għal titjiriet kollha, mingħajr ma jagħmlu differenza dwar jekk l-ajruplan li qed jaħdem hux disponibbli lilhom minħabba li hu proprjetà tagħhom jew permezz ta' xi forma ta' arranġamenti ta' kuntratt ta' kera, jew minħabba operazzjonijiet ta' franchise jew flimkien, l-użu tal-kowd minn tnejn jew iktar jew xi ftehim ieħor ta' l-istess natura.
3. Dan ir-Regolment huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-responsabbiltà li jistgħu jiġu minn:
Artikolu 5
Konformità
1. It-trasportaturi ta' l-ajru u, meta jeħtieġu, l-operaturi ta' l-ajru, skond l-Artikolu 2, għandhom juru konformità tal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni kif inhi miktuba f'dan ir-Regolment billi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti b'depositu ta' ċertifikat tal-assigurazzjoni jew prova oħra valida tal-assigurazzjoni.
2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu “l-Istat Membru involut” għandu jfisser l-Istat Membru li ta' il-permess għal-liċensja ta' l-operazzjoni tal-ajruplan lil Komunità jew l-Istat Membru fejn l-ajruplan tal-operatur huwa irreġistrat. Għalt-trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità u l-operaturi ta' l-ajruplani li juzaw ajruplani li huma ireġistrati barra mil-Komunità, “l-Istat Membri involut” għandha tfisser l-Istat Membru għal jew minn fejn l-ajruplani huma operati.
3. B'eċċezzjoni għal paragrafu 1, l-Istati Membri li jittajru minn fuqhom it-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom juru prova ta' l-assigurazzjoni valida skond dan ir-Regolment.
4. Rigward it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji u l-operaturi ta' l-ajruplani li qed juzaw ajruplani rreġistrati fil-Komunità, depożitu ta' prova ta' l-assigurazzjoni fl-Istati Membri imsemmija fil-paragrafu 2 hu biżżejjed għall-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(6).
5. F'kazijiet eċċezzjonali ta' nuqqas fis-suq ta' l-assigurazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 9(2), il-miżuri addattati għal-applikazzjoni tal-paragrafu 1.
Artikolu 6
L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija
1. Għar-responsabbiltà tal-passiġġieri, il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni minima għandha tkun 250 000 SDR għall kull passiġġier. Madankollu, b'rispett ta' operazzjonijiet li mhumiex kummerċjali b'ajruplan b' MTOM ta' 2700 kg jew inqas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell inqas tal-protezzjoni tal-assigurazzjoni minima, bil-kondizzjoni li l-protezzjoni tkun ta' l-inqas 100 000 SDR għal kull passiġġier.
2. Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-bagalji, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 1 288 SDR għal kull passiġġier f’operat kummerċjali.
3. Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-merkanzija, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 22 SDR għal kull kilogramma f’operat kummerċjali.
4. Paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw b'rispett għal titjiriet fuq territorju ta' l-Istati Membri mwettqa minn trasportaturi ta' l-ajru u minn operaturi ta' l-ajruplani li mhumiex tal-Kommunità li jużaw ajruplani rreġistrati barra mill-Komunità li ma tinvolvix l-inżul fi, jew it-tluq minn, dan it-territorju.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw il-valuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, meta l-emendi għall-ftehimiet internazzjonali rilevanti jagħmlu dan neċessarju.
Artikolu 7
L-assigurazzjoni għar-riskji ta' terzi
1. Fir-rigward tar-responsabbiltà lejn terzi, il-kopertura minima ta' assigurazzjoni għal kull aċċident, għal kull ajruplan, għandha tkun
Kategorija |
MTOM (kg) |
Assigurazzjoni minima (miljun SDR) |
1 |
< 500 |
0,75 |
2 |
< 1000 |
1,5 |
3 |
< 2700 |
3 |
4 |
< 6000 |
7 |
5 |
< 12000 |
18 |
6 |
< 25000 |
80 |
7 |
< 50000 |
150 |
8 |
< 200000 |
300 |
9 |
< 500000 |
500 |
10 |
≥ 500000 |
700 |
Jekk fi kwalunkwe ħin il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni għal xi ħsarat ta' ►C1 terzi ◄ minħabba riskji ta' gwerer jew ta' terroriżmu mhux disponibbli għall-ebda trasportatur ta' l-ajru jew għal operaturi ta' l-ajruplani fuq bażi ta' kull aċċident, dan it-trasportatur ta' l-ajru jew l-operatur ta' l-ajruplani jistgħu jissodisfaw l-obbligazzjoni tagħhom li jassiguraw dawn ir-riskji billi jieħdu assigurazzjoni fuq bażi ta' aggregat. Il-Kummissjoni għandha timonitorja bir-reqqa l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni sabiex tassigura li l-aggregat ikun għal inqas ekwivalenti għall-ammont relevanti stabbilit fit-tabella.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw il-valuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-emendi għall-ftehimiet internazzjonali rilevanti jagħmlu dan neċessarju.
Artikolu 8
Infurzar u sanzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani msemmija fl-Artikolu 2 iħarsu dan ir-Regolment.
2. Għar-raġunijiet tal-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, b'rispett ta' titjiriet ġewwa l-Komunità ta' trasportaturi ta' l-arju li mhumiex tal-Komunità jew ajruplani rreġistrati barra mill-Komunità li ma jinvolvux nżul jew tluq minn Stat Membru, kif ukoll b'rispett għal waqfien f'Stati Membri minn ajruplan ta' din ix-xorta għal raġunijiet mhux tat-traffiku, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob prova ta' l-osservanza tal-ħtiġijiet ta' l-assigurazzjoni kif imniżżla f'dan ir-Regolment.
3. Fejn hu neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jitolbu prova addizzjonali mingħand it-trasportatur ta' l-ajru, l-operatur ta' l-ajruplan jew il-kumpanija ta' l-assigurazzjonikkonċernata.
4. Sanzjonijiet għal ksur ta' dan ir-Regolment għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.
5. Rigward it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità, dawn is-sanzjonijiet għandhom jinkludu l-irtirar tal-liċenza ta' l-operazzjoni, suġġett ta' u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità.
6. Rigward trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità u ta' l-operaturi ta' ajruplani li juzaw ajruplan ireġġistrat barra min Komunità, is-sanzjonijiet jistgħu jinkludu rifjut tad-dritt ta' inzul fit-territorju f'Stat Membru.
7. Meta l-Istati Membri ma humiex sodisfatti li il-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolment intlaħqu, huma ma għandhomx iħallu l-ajruplan itir, qabel il-trasportatur ta' l-ajru jew dan l-operatur ta' l-ajruplan jipprovdu prova ta' protezzjoni ta' l-assigurazzjoni addattata skond dan ir-Regolment.
Artikolu 8a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 9
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mil-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess tal-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għar-rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji ( 2 ).
2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.
Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
▼M3 —————
4. Barra dan il-Kumitat għandu jkun ikkonsultat mingħand il-Kummissjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni fejn tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment.
Artikolu 10
Rapport u ko-operazzjoni
1. Il-Kumissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-ħidma ta' dan ir-Regolment sat-30 ta' April 2008.
2. Meta mitluba, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment lill-Kumissjoni.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolment għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 2 ) ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8. Ir-Regolment kif emendat l-aħħar bir-Regolment. (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).